DRITTIJIET TA’ L-AWTUR ġ KAP. 415. 1
KAPITOLU 415
ATT DWAR ID-DRITTIJIET TA’ L-AWTUR
ATT biex jagħmel provvedimenti ġodda dwar id-drittijiet ta’ l-awtur u
drittijiet oħra relatati kif ukoll ċerti drittijiet ta’ proprjetà  intellettwali li
huma ''sui generis'' b’sostituzzjoni għall-provvedimenti ta’ l-Att dwar id-
Drittijiet ta’ l-Awtur, Kap. 196.
14 ta’ Awissu, 2000;
1 ta’ Jannar, 2001
L-ATT XIII ta’ l-2000, kif emendat bl-Atti VI ta’ l-2001 u IX ta’ l-2003.
Titolu fil-qosor.
l-Awtur.
TAQSIMA I
TIFSIRIET
Tifsir.
Emendat:
IX. 2003.92.
2. F’dan l-Att, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma teħtieġx
xort’oħra -
"artisti" tinkludi kantanti, mużiċisti, atturi jew artisti oħrajn li
jkantaw, jirreċtaw, jiddeklamaw, jagħmluha jew jilgħabuha ta’ xi
ħadd ieħor jew xort’oħra jippreżentaw fuq il-palk xogħlijiet
letterarji, mużikali u artistiċi jew espressjonijiet ta’ folkolor u
tinkludi wkoll kantanti, mużiċisti, atturi jew artisti oħra li jkantaw,
jagħmluha ta’ xi ħadd ieħor jew jirreċtaw f’wirjiet jew
esibizzjonijiet ta’ varjetà , ċirklu u folklor;
"awtorità  dwar ix-xandir" tfisser l-Awtorità  dwar ix-Xandir
imwaqqfa bl-artikolu 118 tal-Kostituzzjoni ta’ Malta;
"awtur" tfisser il-persuna naturali jew grupp ta’ persuni naturali
li jkunu ħolqu x-xogħol eliġġibbli għad-dritt ta’ l-awtur iżda fil-każ
ta’ xogħol awdjoviżiv tinkludi lid-direttur prinċipali iżda teskludi
lill-produttur ta’ l-ewwel fissazzjoni tax-xogħol awdjoviżiv;
"Bord" tfisser il-Bord dwar id-Drittijiet ta’ l-Awtur imwaqqaf
taħt l-artikolu 45;
"collecting society" tfisser kull organizzazzjoni li timmaniġġa
jew tamministra drittijiet ta’ l-awtur jew drittijiet oħra relatati
bħala l-għan uniku tagħha jew bħala wieħed mill-għanijiet ewlenin
tagħha kif regolata bil-provvedimenti ta’ dan l-Att;
"database" tfisser ġabra ta’ xogħlijiet indipendenti, data jew kull
materjal ieħor irranġati b’mod sistematiku jew metodiku u
individwalment aċċessibbli b’mezzi elettroniċi jew mezzi oħra
mingħajr ma jkun meħtieġ li dan il-materjal ikun ġie fiżikament
maħżun b’mod organizzat iżda ma jestendix għal programmi għall-
computer li jintużaw fl-għemil jew fit-tħaddim ta’ database
aċċessibbli b’mezzi elettroniċi kompriżi fil-frażi "programm għall-
computer";
"diżabilità  perċettiva" tfisser diżabilità  li tipprevjeni jew
tinibixxi persuna milli taqra’ jew tisma’ xi xogħol letterarju,
mużikali, drammatiku jew artisitiku fil-format oriġinali tiegħu, u
tinkludi kull diżabilità  bhal dik li tirriżulta minn;
2 KAP. 415. ħ DRITTIJIET TA’ L-AWTUR
(a) taħsir għalkollox jew gravi tal-vista jew tas-smigħ jew
l-inkapaċità  li tiffoka jew li ċċaqlaq għajnejk;
(b) l-inkapaċità  li żżomm jew timmanipola ktieb; jew
(ċ) indeboliment li għandu x’jaqsam mal-kapaċità  li
wiehed jifhem;
"distribuzzjoni" tfisser li tagħmel disponibbli għall-pubbliku
permezz ta’ bejgħ jew kull trasferiment ieħor ta’ proprjetà ;
"drittijiet ta’ l-awtur" tfisser drittijiet ta’ l-awtur skond dan l-Att;
"esplojtazzjoni kummerċjali" tfisser dwar topografiji prodotti
minn semikonduttur, il-bejgħ, self b’renta, il-kiri jew kull metodu
ieħor ta’ distribuzzjoni kummerċjali, jew offerta li ssir għal dawn l-
iskopijiet; 
Iżda meta l-esplojtazzjoni sseħħ taħt kundizzjonijiet ta’
kunfidenzjalità  daqshekk li ma ssir ebda distribuzzjoni ulterjuri lil
terzi, m’għandux jitqies li kien hemm "esplojtazzjoni
kummerċjali"; 
"fissazzjoni" tfisser l-inkorporazzjoni ta’ ħsejjes, xbihat, jew it-
tnejn, jew rapprezentazzjonijiet diġitali tagħhom, f’kull forma
materjali, li minnha jkunu jistgħu jiġu perċepiti, riprodotti jew
imwasslin permezz ta’ apparat;
''informazzjoni ta’ amministrazzjoni ta’ drittijiet'' tfisser kull
informazzjoni mogħtija minn detenturi ta’ drittijiet li tidentifika x-
xogħol u kull suġġett ieħor imsemmi f’dan l-Att, l-awtur jew kull
detentur ta’ drittijiet oħra, jew informazzjoni dwar il-pattijiet u l-
kondizzjonijiet kif għandu jintuża x-xogħol jew suġġett ieħor, u
kull numru jew kodiċi li jirrappreżentaw informazzjoni;
Kap. 460. ''it-Trattat'' għandha l-istess tifsir mogħti lilha bl-Att dwar l-
Unjoni Ewropea;
"komunikazzjoni lill-pubbliku" tfisser it-trasmissjoni ta’ xogħol
bil-fili jew mingħajr fili u għall-iskop ta’ l-artikolu 7  tinkludi li
tagħmel dak ix-xogħol disponibbli għall-pubbliku b’tali mod li l-
membri tal-pubbliku jista’ jkollhom aċċess għax-xogħol minn lok u
f’ħin li jiġi individwalment magħżul minnhom:
Il-provdiment sempliċi ta’ faċilitajiet fiżiċi sabiex tkun
tista’ ssir jew issir komunikazzjoni ma tammontax fiha nnifisha
għal att ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku;
"komunikazzjoni lill-pubbliku bis-satellita" tfisser l-att li jiġu
introdotti, taħt il-kontroll u r-responsabbiltà  ta’ organizzazzjoni
tax-xandir, is-sinjali li jittrasportaw il-programm li jkunu intiżi li
jiġu riċevuti mill-pubbliku f’katina mhux interrotta ta’
komunikazzjoni li twassal lejn is-satellita u ’l isfel lejn id-dinja u l-
Istat fejn dak l-att jokkorri għandu jitqies li jkun il-lok ta’ origni ta’
dak l-att ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku bis-satellita:
Iżda jekk is-sinjali li jittrasportaw il-programm ikunu
mohbija f’code, għaldaqshekk ikun hemm komunikazzjoni lill-
pubbliku b’satellita jekk il-mezzi biex ix-xandira tinġieb lura fis-
sħuħija tagħha jkunu pprovduti lill-pubbliku mill-organizzazzjoni
tax-xandir jew bil-kunsens tagħha:
DRITTIJIET TA’ L-AWTUR ġ KAP. 415. 3
Iżda wkoll jekk l-att ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku
b’satellita jokkorri fi Stat li ma jkunx Malta jew li ma jkunx Stat li
fih id-dritt esklużiv biex jawtoriżża jew jipprevjeni ix-xandir bis-
satellita ta’ xogħol eliġġibbli għad-dritt ta’ l-awtur jew drittijiet
oħra relatati ikun protett taħt ftehim internazzjonali li Malta tkun
ukoll imsieħba fih, jekk is-sinjali li jittrasportaw il-programm jiġu
trasmessi lis-satellita minn uplink station li jkun jinsab Malta, dak
l-att ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku bis-satellita għandu jitqies
bħala li jkun okkorra f’Malta sabiex id-drittijiet pprovduti b’dan l-
Att għandhom ikunu eżerċitabbli kontra l-persuna li tkun qed
topera dak l-uplink station, jew inkella fin-nuqqas ta’ uplink station
f’Malta, jekk organizzazzjoni tax-xandir stabbilita f’Malta tkun
ikkummissjonat l-att ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku bis-satellita,
dak l-att għandu jitqies bħala li jkun okkorra f"Malta u d-drittijiet li
dan l-Att jipprovdi dwarhom għandhom ikunu eżerċitabbli kontra
dik l-organizzazzjoni tax-xandir; 
"kopja" tfisser riproduzzjoni b’forma miktuba jew grafika
inkluża riproduzzjoni diġitali, fil-forma ta’ reġistrazzjoni jew ta’
xogħol awdjoviżiv, jew f’xi forma oħra materjali, iżda hekk illi
oġġett ma għandux jittieħed li jkun kopja ta’ xogħol ta’ arkitettura
jekk l-oġġett ma jkunx bini jew mudell;
"korp ta’ persuni" tfisser kull kumpannija jew għaqda ta’
persuni, sew korporata sew mhux korporata, sew jekk ikollha
personalità  ġuridika sew jekk le, u tinkludi lil kull korp ieħor
jissemma’ kif jissemma’ u li jkollu personalità  ġuridika;
"legali" tfisser magħmul skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att,
u "legalment" għandha tiftiehem skond hekk;
"liċenza" tfisser liċenza mogħtija legalment li tippermetti l-
għemil ta’ att kontrollat mid-drittijiet ta’ l-awtur jew minn drittijiet
oħra relatati;
"Malta" għandha l-istess tifsir kif mogħti lilha bl-artikolu 124
tal-Kostituzzjoni ta’ Malta;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għall-protezzjoni tad-
drittijiet ta’ l-awtur u drittijiet oħra relatati u tinkludi sal-limitu ta’
l-awtorità  mogħtija, kull persuna awtorizzata mill-Ministru għal
hekk għal xi wieħed mill-għanijiet ta’ dan l-Att li ma jkunx l-għan
li hemm fl-artikolu 59;
''miżuri teknoloġiċi'' tfisser kull teknoloġija, apparat jew
komponenti li, fil-kors normali tal-ħidma tagħhom, tkun iddisinjata
biex tipprevjeni jew tirrestrinġi atti, dwar xogħlijiet jew suġġetti
oħra, li mhumiex awtorizzati minn detentur ta’ drittijiet ta’ l-awtur
jew dritt viċin jew drittijiet sui generis skond ma hemm provdut
dwarhom b’dan l-Att. Miżuri teknoloġiċi għandhom jitqiesu bħala
''effettivi'' meta l-użu ta’ xogħol protett jew suġġett ieħor ikun
ikkontrollat mid-detenturi ta’ drittijiet permezz ta’ l-applikazzjoni
ta’ kontroll ta’ aċċess jew proċess ta’ protezzjoni, dawk l-
encryption, scrambling jew trasformazzjoni oħra tax-xogħol jew
suġġett ieħor jew kopja ta’ mekkaniżmu ta’ kontroll, li jiksbu l-
objettiv ta’ protezzjoni;
"organizzazzjoni tax-xandir" tfisser kull xandar sew jekk ikollu
liċenza taht l-Att dwar ix-Xandir jew taħt xi liġi oħra f’Malta, u
4 KAP. 415. ħ DRITTIJIET TA’ L-AWTUR
tinkludi kuntrattur tax-xandir li jkun qed jopera f’Malta;
"persuna" tinkludi korp ta’ persuni;
"preskritt" tinkludi preskritt b’regolamenti magħmula taħt l-
artikolu 59; 
"prodott minn semikonduttur" tfisser forma finali jew intermedja
ta’ xi prodott li jkun jikkonsisti f’korp ta’ materjal li jkun jinkludi
saff ta’ materjal semikonduċenti, li jkollu strat wieħed jew iktar
komposti minn materjal konduttiv, iżolanti jew semikonduttiv,
b’dan li l-istrati jkunu rranġati skond firxa tridimensjonali
predeterminata u li tkun intiża li twettaq, esklużivament jew
flimkien ma’ funzjonijiet oħra, funzjoni elettronika; 
"programm għall-computer" tinkludi programmi għall-computer,
jkunu xi jkunu l-mod u l-għamla ta’ l-espressjoni tagħhom inklużi
dawk li jkunu inkorporati f’hardware, interfaces li jipprovdu għall-
interkonnessjoni fiżika u l-interazzjoni jew pjuttost l-
interoperabilità  bejn elementi ta’ software u hardware u materjal
ta’ disinn preparatorju li jwassal għall-iżvilupp ta’ programm għall-
computer:
Iżda x-xorta ta’ materjal ta’ disinn preparatorju jkun tali li
programm għall-computer jista’ jirriżulta minnu fi stadju ulterjuri;
"proprjetarju ta’ drittijiet ta’ l-awtur" tfisser l-awtur li jkun l-
ewwel proprjetarju, ċessjonarju jew detentur esklużiv ta’ liċenza,
skond il-każ, ta’ drittijiet ta’ l-awtur u fil-każ ta’ xogħol kollettiv,
l-ewwel proprjetarju tad-drittijiet ta’ l-awtur għandu jkun il-
persuna naturali jew legali li bl-inizjattiva u direzzjoni tiegħu ix-
xogħol ikun ġie maħluq;
"reġistrazzjoni ta’ smigħ" tfisser il-fissazzjoni ta’ sekwenza ta’
ħsejjes jew ta’ rappreżentazzjoni diġitali ta’ ħsejjes li tkun tista’
tinstema’ bil-widna u li tkun tista’ tiġi riprodotta, iżda ma tinkludix
kolonna sonora assoċjata ma’ xi xogħol awdjoviżiv; 
"renta" tfisser li tagħmel disponibbli għall-użu, għal perjodu
limitat ta’ żmien u għal vantaġġ ekonomiku jew kummerċjali, dirett
jew indirett;
"riproduzzjoni" tfisser l-għemil ta’ kopja waħda jew iżed f’xi
forma materjali ta’ xogħol letterarju, mużikali jew artisitiku, ta’
xogħol awdjoviżiv jew ta’ registrazzjoni ta’ smigħ u tinkludi l-
ħażna ta’ xogħol bhal dak f’xi medium b’mezzi elettroniċi;
"ritrasmissjoni bil-cable" tfisser ir-ritrasmissjoni simultanja,
mhux mittiefsa u mhux imqassra bil-cable jew permezz ta’ kull
trasportatur materjali ieħor għar-reċezzjoni mill-pubbliku ta’
trasmissjoni inizjali bil-fili jew fl-arja, inkluża dik li ssir bis-
satellita, ta’ programmi televiżivi jew tar-radju li jkunu intiżi għar-
reċezzjoni mill-pubbliku, minn ġewwa Malta jew minn xi Stat li fih
id-dritt esklużiv biex tiġi awtorizzata dik ir-ritrasmissjoni bil-cable
ta’ xogħlijiet eliġġibbli għal drittijiet ta’ l-awtur jew drittijiet oħra
relatati ikun protett taħt ftehim internazzjonali li Malta tkun ukoll
imsieħba fih;
"satellita" tfisser kull satellita li tkun topera fuq bandi tal-
frekwenza li, taħt il-liġi tat-telekomunikazzjonijiet internazzjonali
DRITTIJIET TA’ L-AWTUR ġ KAP. 415. 5
huma riservati għax-xandir ta’ sinjali għar-reċezzjoni mill-pubbliku
jew li huma riservati għal komunikazzjoni magħluqa minn punt
għall-ieħor. F’dan l-aħħar każ, madankollu, iċ-ċirkostanzi li fihom
issir ir-reċezzjoni individwali tas-sinjali għandha titqabbel sew ma’
dawk li jkunu japplikaw fl-ewwel każ;
"self" tfisser li tagħmel disponibbli għall-użu, għal perjodu ta’
żmien limitat u mhux għal xi vantaġġ ekonomiku jew kummerċjali,
dirett jew indirett, meta dan isir minn stabbilimenti aċċessibbli
għall-pubbliku:
Iżda, wkoll meta s-self minn dak l-istabbiliment jagħti lok
għal ħlas ta’ xi flus, sakemm dak il-ħlas ma jkunx jiżboq dak li jkun
meħtieg biex ikopri l-ispejjeż operattivi ta’ l-istabbiliment, ma
jkunx hemm xi vantaġġ ekonomiku jew kummerċjali, dirett jew
indirett, fis-sens ta’ dan l-Att;
''Stat Membru'' tfisser stat li hu membru ta’ l-Unjoni Ewropea;
"topografija ta’ prodott minn semikonduttur" tfisser serje ta’
xbihat relatati, jkunu kif ikunu ffissati jew mogħtija code, li jkunu
jirrappreżentaw il-firxa tridimensjonali tas-saffi li minnhom ikun
kompost prodott minn semikonduttur u f’liema serje, kull xbieha
jkollha l-firxa jew parti mill-firxa ta’ wiċċ tal-prodott minn
konduttur f’kull stadju tal-manifattura tiegħu;
''Unjoni Ewropea'' tfisser l-Unjoni Ewropea msemmija fit-
Trattat;
"wirja" tfisser it-twettiq dirett ta’ xogħol quddiem il-pubbliku li
jsir taht dawk iċ-ċirkostanzi li x-xogħlijiet li jintwerew ikunu
jistgħu jiġu perċepiti mill-pubbliku mingħajr ebda komunikazzjoni
intermedja;
"xandir" tfisser it-trasmissjoni b’mezzi mingħajr fili għar-
reċezzjoni pubblika ta’ ħsejjes jew ta’ xbihat u ħsejjes jew tar-
rappreżentazzjonijiet tagħhom, inkluż it-trasmissjoni bis-satellita.
Xandir ma tinkludix xandir mill-ġdid;
"xandir mill-ġdid" tfisser xandir simultanju minn
organizzazzjoni tax-xandir waħda tax-xandira ta’ organizzazzjoni
tax-xandir oħra li ma tkunx taħt il-kontroll tagħha, sew jekk din
tkun tinsab Malta jew barra minn Malta, u "ixxandar mill-ġdid"
għandha tiftiehem skond hekk:
Iżda, "xandir mill-ġdid tardiv" għandha tfisser biss dak ix-
xandir sussegwenti u "ixxandar mill-ġdid tardivament" għandha
tiftiehem skond hekk;
"xogħol artistiku" tinkludi, irrispettivament mill-kwalità
artistika, kull wieħed minn dawn li ġejjin, jew xogħlijiet simili
għalihom;
(a) pitturi, disinji, kopji meħudin minn fuq pjanċi inċizi,
litografiji, inċiżjonijiet fuq l-injam, inċiżjonijiet u
stampat;
(b) mapep, pjanti, dijagrammi u xogħlijiet tridemensjonali
relattivi għall-ġjografija, xjenza jew topografija, iżda
b’esklużjoni ta’ topografiji prodotti minn
semikonduttur;
6 KAP. 415. ħ DRITTIJIET TA’ L-AWTUR
(ċ) xogħlijiet ta’ skultura;
(d) fotografiji mhux inkluzi f’xogħol awdjoviżiv;
(e) xogħlijiet ta’ arkitettura fil-forma ta’ bini jew mudelli;
u
(f) xogħlijiet ta’ sengħa artistika, inklużi tessuti minsuġa
bi stampi u oġġetti ta’ arti applikata bl-idejn u ta’ arti
industrijali;
"xogħol awdjoviżiv" tfisser xogħol li jikkonsisti f’serje ta’ xbihat
relatati li jagħtu l-impressjoni ta’ moviment, flimkien ma’ ħsejjes li
jakkumpanjaw jew mingħajrhom, suxxettibbli li jsiru viżibbli u,
meta dawn ikunu akkumpanjati bi ħsejjes, suxxettibbli li jsiru li
jistgħu jinstemaw;
"xogħol ta’ ko-awturi" tfisser xogħol prodott bil-kollaborazzjoni
ta’ żewġ awturi jew iżjed li fih il-kontribuzzjoni ta’ kull awtur ma
tkunx separabbli mill-kontribuzzjoni ta’ l-awtur l-ieħor jew ta’ l-
awturi l-oħra;
"xogħol kollettiv" tfisser xogħol li jkun ġie maħluq minn żewġ
persuni fiżiċi jew iktar b’inizjattiva u taħt id-direzzjoni ta’ persuna
fiżika jew entità  legali bil-fehmien li x-xogħol se jkun żvelat minn
dik l-aħħar persuna jew entità  f’isimha u li l-identità  tal-persuni
fiżiċi kontribwenti ma tiġix indikata fix-xogħol;
"xogħol letterarju" tfisser, irrispettivament mill-kwalità
letterarja, kull wieħed minn dawn li ġejjin, jew xogħlijiet simili
għalihom;
(a)  rumanzi, stejjer u xogħlijiet poetiċi;
(b) kompożizzjonijiet teatrali, direzzjonijiet tal-palk,
xogħlijiet koreografiċi jew trattenimenti fi spettakoli
muti, xenarji ta’ pellikoli u manuskritti għax-xandir;
(ċ) kotba ta’ test, trattati, storja, bijografiji, essays u
artikoli;
(d) enċiklopediji u dizzjunarji;
(e) ittri, rapporti u memoranda;
(f) konferenzi, indirizzi u priedki;
(g) programmi għall-computer, 
iżda salv kif provdut fl-artikolu 12 ta’ l-Att ta’ l-1980 dwar ir-
Reviżjoni tal-Liġijiet Statutarji, ma tinkludi ebda liġi miktuba,
rapport ta’ kawzi jew deċiżjoni ġudizzjarja; 
"xogħol mużkali" tfisser kull xogħol mużikali, irrispettivament
mill-kwalità  mużikali, u tinkludi xogħlijiet komposti għall-
akkompanjament mużikali.
(2) Għall-finijiet ta’ dan l-Att id-disposizzjonijiet li ġejjin
għandhom japplikaw relattivament għall-pubblikazzjoni;
(a) xogħol għandu jitqies li jkun ġie pubblikat jekk kopji
tiegħu ikunu disponibbli fi kwantità  raġonevoli għall-
bejgħ, self b’renta, kiri jew b’kull mod ieħor
suffiċjenti li jagħmel ix-xogħol aċċessibbli għall-
pubbliku;
DRITTIJIET TA’ L-AWTUR ġ KAP. 415. 7
(b) meta għall-bidu parti biss minn xogħol tkun
pubblikata, dik il-parti għandha titqies għall-finijiet ta’
dan l-Att bħala xogħol separat;
(ċ) pubblikazzjoni f’pajjiż għandha titqies li tkun l-ewwel
pubblikazzjoni għalkemm tkun ġà  saret qabel l-ewwel
pubblikazzjoni band’oħra, jekk iż-żewġ
pubblikazzjonijiet ikunu saru fi żmien ta’ mhux iżjed
minn tletin ġurnata. 
TAQSIMA II
DRITTIJIET TA’ L-AWTUR
Xogħlijiet eliġibbli 
għad-drittijiet ta’ l-
awtur.
3. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet  x-xogħlijiet li ġejjin
ikunu eliġibbli għad-drittijiet ta’ l-awtur -
(a) xogħlijiet artistiċi;
(b) xogħlijiet awdjoviżivi;
(ċ) databases;
(d) xogħlijiet letterarji;
(e) xogħlijiet mużikali.
(2) Xogħol letterarju, mużikali jew artistiku ma jkununx
eliġibbli għad-drittijiet ta’ l-awtur kemm-il darba x-xogħol ma
jkollux kwalità  oriġinali u ma jkunx inkiteb, ġie reġistrat, iffissat
jew xort’oħra mogħti forma materjali.
(3) Xogħol ma jkunx ineliġibbli għad-drittijiet ta’ l-awtur
minħabba biss illi l-għemil tax-xogħol, jew l-għemil ta’ xi att
relattivament għal dak ix-xogħol, ikun implika xi ksur tad-drittijiet
ta’ l-awtur fuq xi xogħol ieħor.
(4) Database ma tkunx eliġibbli għad-drittijiet ta’ l-awtur
kemm-il darba minħabba fl-għażla jew l-arranġament tal-kontenut
tagħha, tkun tikkostitwixxi l-kreazzjoni intellettwali ta’ l-awtur.
Iktar minn hekk, id-drittijiet ta’ l-awtur mogħtija lil xi database ma
għandhomx jestendu għall-kontenut tagħha u għandhom ikunu
mingħajr ebda preġudizzju għad-drittijiet kollha li jibqgħu jeżistu
f’dak il-kontenut innifsu. 
Kwalifika għall-
protezzjoni tad-
drittijiet ta’ l-awtur 
minħabba fl-
awturi.
4. (1) Għandhom jingħataw id-drittijiet ta’ l-awtur b’dan l-
artikolu fuq kull xogħol eliġibbli għad-drittijiet ta’ l-awtur li l-
awtur tiegħu jew, fil-każ ta’ xogħol ta’ ko-awturi, xi wieħed mill-
ko-awturi jkun, fiż-żmien meta jsir ix-xogħol -
(a) individwu li jkun ċittadin ta’ Malta, jew ikun
domiċiljat jew residenti permanentement f’Malta jew
fi Stat li fih id-drittijiet ta’ l-awtur ikunu protetti taħt
ftehim internazzjonali li Malta tkun ukoll imsieħba fih;
jew
(b) korp ta’ persuni jew soċjetà  kummerċjali kostitwiti,
stabbiliti, reġistrati u vestiti b’personalità  ġuridika taħt
il-liġijiet ta’ Malta jew ta’ Stat li fih id-drittijiet ta’ l-
awtur ikunu protetti taħt ftehim internazzjonali li
Malta tkun ukoll imsieħba fih.
8 KAP. 415. ħ DRITTIJIET TA’ L-AWTUR
(2) Il-perjodi ta’ protezzjoni tad-drittijiet ta’ l-awtur mogħtija
b’dan l-artikolu għandhom jiġu kalkolati skond it-tabella li ġejja;
TABELLA
(3) Fil-każ ta’ xogħol letterarju, mużikali jew artistiku
anonimu jew bi psewdonimu, jew fil-każ ta’ xogħol kollettiv, id-
drittijiet ta’ l-awtur dwaru għandhom jibqgħu jeżistu sakemm
jiskadu sebgħin sena mill-aħħar tas-sena li fiha jkun sar
leġittimament disponibbli għall-pubbliku jew wara tmiem is-sena li
fiha x-xogħol ikun sar jekk dan ma jkunx sar disponibbli għall-
pubbliku:
Iżda meta l-psewdonimu adottat mill-awtur ma jħalli ebda
dubju dwar l-identità  tiegħu jew fil-każ li l-identità  ta’ l-awtur tiġi
magħrufa matul il-perjodu imsemmi fil-paragrafu ta’ qabel dan ta’
dan is-subartikolu jew meta fil-każ ta’ xogħlijiet kollettivi minn
korp ta’ persuni, il-persuni naturali li jkunu oriġinaw ix-xogħol
ikunu individwalment identifikabbli fil-verżjonijiet tax-xogħol li
jkun sar disponibbli għall-pubbliku, il-perjodi ta’ protezzjoni tad-
drittijiet ta’ l-awtur għandhom jiġu kalkolati skond id-
disposizzjonijiet tal-paragrafu (i) tas-subartikolu li jiġi minnufih
qabel dan.
(4) Fil-każ ta’ xogħol ta’ ko-awturi, ir-riferenza fit-tabella
preċedenti għall-mewt ta’ l-awtur għandha titqies li tirriferixxi
għall-ko-awtur li jmut l-aħħar, sew jekk ikun persuna kwalifikata
sew jekk le skond l-artikolu 4(1).
(5) Fil-każ ta’ persuna li għall-ewwel darba leġittimament
tippubblika jew leġittimament tikkommunika lill-pubbliku xi
xogħol li qatt qabel ma jkun ġie ppubblikat li tkun skadiet il-
protezzjoni tad-drittijiet ta’ l-awtur tiegħu, huwa għandu
jibbenefika minn protezzjoni li tkun tiswa daqs id-drittijiet
ekonomiċi koperti mid-drittijiet ta’ l-awtur iżda limitatament għal
perjodu ta’ ħamsa u għoxrin sena minn meta x-xogħol ikun ġie
leġittimament pubblikat jew leġittimament komunikat lill-pubbliku
għall-ewwel darba.
(6) Meta xogħol jiġi ppubblikat f’volumi, taqsimiet, puntati
Tip ta’ Xogħol Data meta Jiskadu d-
Drittijiet ta’ l-Awtur
(i) Xogħlijiet letterarji,
mużikali jew artistiċi u
database
Sebgħin sena wara l-aħħar
tas-sena li fiha jmut l-awtur,
irrispettivament mid-data wara
x-xogħol ikun leġittimament
sar disponibbli għall-pubbliku.
(ii) Xogħlijiet
awdjoviżivi
Sebgħin sena wara l-aħħar
tas-sena li fiha tmut l-aħħar
minn dawn il-persuni li ġejjin:
id-direttur prinċipali, l-awtur
ta’ l-iscreenplay, l-awtur tad-
djalogu u l-kompożitur tal-
mużika speċifikament oriġinata
biex tintuża tix-xogħol
awdjoviżiv.
DRITTIJIET TA’ L-AWTUR ġ KAP. 415. 9
minn sensiela, ħarġiet jew episodji u l-perjodu ta’ protezzjoni jibda
għaddej minn meta x-xogħol ikun leġittimament sar disponibbli
għall-pubbliku, il-perjodu ta’ protezzjoni għandu jibda għaddej
għal kull tali oġġett separatament.
Kwalifika għall-
protezzjoni tad-
drittijiet ta’ l-awtur 
b’riferenza għall-
pajjiż fejn isir ix-
xogħol jew ikun 
pubblikat.
5. (1) Għandhom jingħataw id-drittijiet ta’ l-awtur b’dan l-
artikolu fuq kull xogħol eliġibbli għad-drittijiet ta’ l-awtur li jsir
jew ikun l-ewwel pubblikat f’Malta jew fi Stat li fih dawk ix-
xogħlijiet ikunu protetti taħt ftehim internazzjonali li Malta tkun
ukoll imsieħba fih u li ma kienx oġġett tad-drittijiet ta’ l-awtur
mogħtija bl-artikolu 4.
(2) Id-drittijiet ta’ l-awtur mogħtija fuq xogħol b’dan l-artikolu
għandu jkollhom l-istess dewmien kif provdut bl-artikolu 4
relattivament għall-istess tip ta’ xogħol.
Drittijiet ta’ l-
awtur fuq 
xogħlijiet tal-
Gvern u ta’ 
għaqdiet 
internazzjonali.
6. (1) Għandhom jingħataw id-drittijiet ta’ l-awtur b’dan l-
artikolu fuq kull xogħol li jkun eliġibbli għad-drittijiet ta’ l-awtur u
li jsir bi jew skond l-ordni jew kontroll tal-Gvern ta’ Malta kif
ukoll ta’ dawk il-gvernijiet ta’ Stati oħra, għaqdiet internazzjonali
jew organizzazzjonijiet oħra inter-governattivi kif jista’ jiġi
preskritt mill-Ministru responsabbli għall-Uffiċċju tal-Proprjetà
Industrjali.
(2) Id-drittijiet ta’ l-awtur mogħtija b’dan l-artikolu fuq
databases jew fuq xogħol letterarju, mużikali jew artistiku
għandhom jibqgħu jeżistu sakemm jiskadu sebgħin sena mill-aħħar
tas-sena li fiha x-xogħol ikun pubblikat għall-ewwel darba.
(3) Id-drittijiet ta’ l-awtur mogħtija b’dan l-artikolu fuq
xogħol awdjoviżiv għandu jkollhom l-istess dewmien kif provdut
bl-artikolu 4  relattivament għall-istess tip ta’ xogħol.
(4) L-artikolu 4(5) għandu japplika bl-istess mod għal
xogħlijiet eliġibbli għad-drittijiet ta’ l-awtur li dwarhom japplika
dan l-artikolu u li, għax ma kienux qabel pubblikati, ikunu
leġittimament pubblikati jew leġittimament komunikati lill-
pubbliku għall-ewwel darba wara li tkun skadiet il-protezzjoni tad-
drittijiet ta’ l-awtur.
(5) L-artikoli 4 u 5  ma għandhomx jitqiesu li jagħtu drittijiet
ta’ l-awtur fuq xogħlijiet li għalihom japplika dan l-artikolu.
Xorta ta’ drittijiet 
ta’ l-awtur fuq 
xogħol awdjoviżiv, 
database, u xogħol 
letterarju, mużikali 
u artistiku.
Sostitwit:
IX. 2003.93.
7. (1) Id-drittijiet ta’ l-awtur f’xogħol awdjoviżiv, database,
xogħol litterarju, mużikali jew artistiku jkunu d-dritt esklużiv li
jawtorizza jew jipprojbixxi l-għemil f’Malta dwar il-materjal
protett fit-totalità  tiegħu jew f’parti sostanzjali minnu, sew fl-
għamla oriġinali tiegħu sew f’xi forma miksuba b’mod li jingħaraf
sew mill-oriġinali ta’ xi wieħed minn dawn li ġejjin:
(a) ir-riproduzzjoni diretta jew indiretta, temporanja jew
permanenti b’kull mezz u f’kull għamla, għal kollox
jew f’parti minnu;
(b) il-ħlas għall-kiri u s-self;
(ċ) id-distribuzzjoni;
(d) it-traduzzjoni f’ilsna oħra inklużi ilsna differenti li
jintużaw fil-computer;
10 KAP. 415. ħ DRITTIJIET TA’ L-AWTUR
(e) l-adattament, l-arranġament u kull tibdil ieħor u r-
riproduzzjoni, distribuzzjoni, komunikazzjoni, wiri
jew esekuzzjoni quddiem il-pubbliku tar-riżultati ta’
dan;
(f) ix-xandir jew ix-xandir mill-ġdid jew il-
komunikazzjoni lill-pubbliku jew it-trasmissjoni mill-
ġdid bil-fil;
(g) il-wiri jew l-esekuzzjoni quddiem il-pubbliku:
Iżda wkoll il-jedd li tiġi awtorizzata jew projbita t-
trasmissjoni mill-ġdid bil-fil ta’ xandira televiżiva jista’ jiġi biss
eżerċitat permezz ta’ collecting society.
(2) Id-dritt li tiġi awtorizzata jew projbita t-trasmissjoni mill-
ġdid ma għandux japplika meta t-trasmissjoni ssir f’Malta:
Kap. 350.
(a) jekk it-trasmissjoni mill-ġdid tkun skond u konformi
ma’ ħtieġa ta’ xandira li għandha tabilfors issir skond
l-artikolu 40 ta’ l-Att dwar ix-Xandir; u
(b) jekk u sal-limitu li t-trasmissjoni issir għal riċezzjoni
fl-area fejn it-trasmissjoni mill-ġdid bil-fil tista’ tiġi
riċevuta.
(3) Id-dritt ta’ awtorizzazzjoni jew projbizzjoni tat-
trasmissjoni mill-ġdid bil-cable ta’ xandira televiżiva jkun biss
eżerċitabbli permezz ta’ collecting society.
(4) Meta jiġri dak li hemm provdut dwaru fis-subartikolu (2)
meta d-detentur ta’ drittijiet ma jkunx ittrasferixxa t-tmexxija tad-
drittijiet tiegħu lil collecting society, il-collecting society li tkun
tmexxi d-drittijiet ta’ l-istess kategorija għandha titqies li jkollha
mandat li tmexxi d-drittijiet tagħha. Dak id-detentur ta’ drittijiet
għandu jkollu l-istess drittijiet u obbligi li jirriżultaw mill-ftehim
bejn l-operatur bil-fil u l-collecting society li hekk titqies bħala li
għandha mandat biex tmexxi d-drittijiet tiegħu bħad-detenturi ta’
drittijiet li jkunu taw mandat lil dik il-collecting society u jistgħu
jitolbu dawk id-drittijiet fi żmien tliet snin mid-data tat-
trasmissjoni mill-ġdid bil-fil li tinkludi x-xogħol tiegħu jew xi
suġġett ieħor protett.
(5) Meta ma jsir ebda ftehim dwar l-awtorizzazzjoni tat-
trasmissjoni mill-ġdid bil-fil ta’ xandira, kull parti tista’ titlob
għall-għajnuna ta’ xi medjatur wieħed jew aktar maħtura miç-
chairman taċ-Ċentru ta’ l-Arbitraġġ għal Malta kemm-il darba ma
jkunx hemm ftehim xort’ oħra mill-partijiet kollha. Il-ħidma tal-
medjaturi tkun li tiġi pprovduta għajnuna permezz ta’ negozjati.
Huma jistgħu wkoll jagħmlu proposti lill-partijiet. Jitqies li l-
partijiet kollha jkunu jaċċettaw proposta kif imsemmi f’dan is-
subartikolu jekk ħadd minnhom ma jesprimi ebda oppożizzjoni fi
żmien tliet xhur. Avviż tal-proposta u ta’ kull oppożizzjoni għaliha
għandu jiġi notifikat lill-partijiet konċernati b’att ġudizzjarju
kemm-il darba l-partijiet ma jiftehmux xort’oħra. Il-medjaturi
għandhom ikunu hekk magħżulin li ma jkun hemm ebda dubju
raġonevoli kemm dwar l-indipendenza kemm l-imparzjalità
tagħhom.
DRITTIJIET TA’ L-AWTUR ġ KAP. 415. 11
Meta jintemmu d-
drittijiet ta’ 
distrubuzzjoni.
Sostitwit:
IX. 2003.94.
8. (1) L-ewwel bejgħ jew trasferiment ieħor ta’ proprjetà  fis-
suq tax-xogħol oriġinali li jgawdi d-drittijiet ta’ l-awtur jew kopji
tiegħu, meta dak il-bejgħ isir minn jew bil-kunsens tas-sid tad-
drittijiet ta’ l-awtur innifsu, għandu jtemm id-dritt ta’
distribuzzjoni esklużiva dwar dak ix-xogħol jew il-kopja tiegħu.
(2) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu ''suq'' tfisser is-suq f’Malta
u mill-1 ta’ Mejju 2004 l-Unjoni Ewropea.
Restrizzjoni dwar 
ċerti xogħlijiet.
Sostitwit:
IX. 2003.95.
9. (1) Id-drittijiet ta’ l-awtur f’xogħol awdjoviżiv, database,
xogħol letterarju ħlief fil-każ ta’ program tal-computer, xogħol
mużikali jew artistiku ma għandux jinkludi d-dritt ta’
awtorizzazjoni jew projbizzjoni:
(a) ta’ għemejjel temporanji ta’ riproduzzjoni li jkunu
transjenti jew inċidentali li jiffurmaw parti ċentrali u
essenzjali ta’ proċess teknoloġiku u li l-għan ewlieni
tiegħu jkun li jiffaċilita:
(i) trasmissjoni f’network bejn terzi minn
intermedjarju, jew
(ii) użu leġittimu ieħor li jsir xogħol jew suġġett
ieħor, u li ma jkollhom ebda sinifikat ekonomiku
indipendenti;
(b) ir-riproduzzjonijiet fuq il-karta jew xi mezz bħal dak,
li jsiru billi tintuża kull xorta ta’ teknika fotografika
jew xi proċess ieħor li jkollu effetti simili, ħlief għal
mużika fuq il-karta, sakemm id-detenturi ta’ drittijiet
jirċievu kumpens xieraq;
(ċ) ir-riproduzzjonijiet fuq xi mezz li ssir minn persuna
naturali għall-użu privat u għal finijiet li la huma
direttament u lanqas in-direttament kummerċjali, bil-
kondizzjoni li d-detenturi ta’ drittijiet jirċievu
kumpens xieraq li jqis l-applikazzjoni jew nuqqas ta’
applikazzjoni ta’ miżuri teknoloġiċi msemmija fl-
artikolu 42(3) u (4) għax-xogħol jew għas-suġġett in
kwistjoni;
(d) atti speċifiċi tar-riproduzzjoni magħmulin minn
libreriji, stabbilimenti edukattivi jew mużewijiet
aċċessibbli pubblikament, jew minn arkivji, li ma
jeżistux għal xi vantaġġ ekonomiku jew kummerċjali
dirett jew indirett;
(e) reġistrazzjonijiet qosra ħafna ta’ xogħlijiet magħmulin
minn organizzazzjonijiet tax-xandir permezz tal-
faċilitajiet tagħhom infushom u għax-xandiriet
tagħhom stess:
Iżda wkoll ir-riproduzzjoni ta’ xogħol magħmul
taħt dan il-paragrafu jista’, jekk ikollu xorta ta’
dokumentarju eċċezzjonali, jinżamm sigur fl-arkivji
uffiċjali;
(f) ir-riproduzzjonijiet ta’ xandiriet li jsiru minn
istituzzjonijiet uffiċjali li jkunu qed jitmexxew skond
finijiet mhux kummerċjali, bħalma huma sptarijiet jew
ħabsijiet, sakemm id-detenturi ta’ drittijiet jirċievu
12 KAP. 415. ħ DRITTIJIET TA’ L-AWTUR
kumpens xieraq;
(g) it-twettieq, daqq jew wiri ta’ xogħol f’post fejn ma
jitħallas ebda dritt ta’ dħul għal dan l-att minn xi club
li l-iskop tiegħu ma jkunx li jagħmel qligħ;
(h) ir-riproduzzjoni, traduzzjoni, distribuzzjoni jew
komunikazzjoni lill-pubbliku ta’ xogħol għall-għan
ewlieni li ssir illustrazzjoni biss għal tagħlim jew
riċerka xjentifika sal-limitu ġustifikat biex jintlaħaq l-
iskop mhux kummerċjali, u sakemm l-oriġini, inkluż l-
isem ta’ l-awtur ikun indikat, sakemm dan ma jkunx
impossibli;
(i) ir-riproduzzjoni, traduzzjoni, distribuzzjoni jew
komunikazzjoni lill-pubbliku ta’ xogħol għall-
benefiċċju ta’ nies b’diżabilità , li jkun relatat
direttament mad-diżabilità  u ta’ natura mhux
kummerċjali, sal-limitu meħtieġ bid-diżabilità
speċifika;
(j) ir-riproduzzjoni mill-istampa, traduzzjoni,
distribuzzjoni, komunikazzjoni lill-pubbliku ta’
artikoli pubblikati fuq topiċi ekonomiċi, politiċi jew
reliġjużi kurrenti jew suġġett ieħor ta’ l-istess xorta,
f’każijiet fejn dak l-użu ma jkunx espressament
riżervat, u sakemm l-oriġini, magħdud l-isem ta’ l-
awtur, ikun indikat jew użu ta’ xogħlijiet jew suġġett
ieħor dwar ir-rappurtaġġ ta’ ġrajjiet kurrenti, sal-limitu
ġustifikat bl-iskop ta’ informazzjoni u sakemm l-
oriġini, magħdud l-isem ta’ l-awtur ikun indikat,
sakemm dan ma jkunx impossibli;
(k) ir-riproduzzjoni, traduzzjoni, distribuzzjoni jew
komunikazzjoni lill-pubbliku ta’ kwotazzjonijiet għal
skopijiet bħal kritika jew rivista, sakemm jirreferu
għal xogħol jew suġġett li jkun diġa tqegħid għad-
dispożizzjoni tal-pubbliku b’mod leġittimu, sakemm,
ma jkunx impossibli, l-oriġini, magħdud l-isem ta’ l-
awtur, ikun indikat u li l-użu tagħhom ikun skond
prattika xierqa, u sal-limitu meħtieġ bl-għanijiet
speċifiċi;
(l) ir-riproduzzjoni, traduzzjoni, distribuzzjoni jew
komunikazzjoni lill-pubbliku ta’ xogħol għall-finijiet
ta’ sigurtà  pubblika jew sabiex jiġi żgurat il-
funzjonament jew rappurtaġġ xieraq ta’ proċedimenti
amministrattivi, parlamentari jew ġudizzjarji;
(m) ir-riproduzzjoni, traduzzjoni, distribuzzjoni jew
komunikazzjoni lill-pubbliku ta’ taħdidiet politiċi kif
ukoll ta’ estratti ta’ lectures pubbliċi jew ta’ xogħlijiet
jew suġġetti bħal dawk sal-limitu ġustifikat b’għanijiet
ta’ informazzjoni u sakemm l-oriġini, inkluż isem l-
awtur, ikun indikat, sakemm ma jkunx responsabbli;
(n) ir-riproduzzjoni, traduzzjoni, distribuzzjoni jew
komunikazzjoni lill-pubbliku ta’ xi xogħol għall-użu
waqt ċelebrazzjonijiet reliġjużi jew ċelebrazzjonijiet
DRITTIJIET TA’ L-AWTUR ġ KAP. 415. 13
uffiċjali organizzati minn xi awtorità  pubblika;
(o) il-qari jew reċitazzjoni fil-pubbliku minn persuna ta’
xi estratt raġonevoli minn xogħol letterarju pubblikat
jekk ikollu miegħu rikonoxximent biżżejjed;
(p) l-inklużjoni f’komunikazzjoni lill-pubbliku, ir-
riproduzzjoni grafika, it-teħid ta’ ritratt jew film ta’
xogħol ta’ arkitettura jew skultura jew xogħlijiet simili
magħmula biex ikunu lokalizzati b’mod permanenti
f’post pubbliku;
(q) l-inklużjoni inċidentali ta’ xogħol jew suġġett ieħor
b’materjal ieħor;
(r) ir-riproduzzjoni, distribuzzjoni jew komunikazzjoni
pubblika ta’ xi xogħol għall-fini ta’ reklamar,
esibizzjoni pubblika jew il-bejgħ ta’ xogħlijiet
artistiċi, sal-limitu meħtieġ biex iġib ’il quddiem il-
ġrajja, eskluż kull użu kummerċjali ieħor;
(s) ir-riproduzzjoni jew kommunikazzjoni lill-pubbliku
ta’ xi xogħol bħala karikatura, pastiche jew parodija;
(t) ir-riproduzzjoni, traduzzjoni, distribuzzjoni jew
komunikazzjoni lill-pubbliku ta’ xi xogħol li jkollu
x’jaqsam mal-wiri jew it-tiswija ta’ tagħmir;
(u) ir-riproduzzjoni, distribuzzjoni jew il-komunikazzjoni
lill-pubbliku ta’ xogħol artistiku fl-għamla ta’ xi bini
jew tpinġija jew pjanta ta’ bini għall-finijiet li dak il-
bini jerġa’ jinbena mill-ġdid;
(v) il-komunikazzjoni lill-pubbliku, għall-fini ta’ riċerka
jew ta’ studju privat, lill-membri individwali tal-
pubbliku permezz ta’ terminali dedikati fil-fond ta’
stabbilimenti msemmija fil-paragrafu (d) ta’ xogħlijiet
u suġġetti oħra, li ma jkunux soġġetti għal patti ta’ xiri
jew ta’ liċenzjar, li jkunu jinsabu fil-kollezzjonijiet
tagħhom;
(w) fil-każ ta’ database, l-għemil ta’ dawk l-atti li
normalment ikunu meħtieġa sabiex min ikun qed jużah
bil-liċenza jikseb aċċess għall-kontenut tad-database u
l-użu normali tagħha, dwar id-database kollha jew
parti minnha li minn jużaha jkolli l-liċenza biex juża; u
kull disposizzjoni kuntrattwali li tmur kontra dak li hu
preskitt f’dan il-paragrafu jkunu nulli u bla effett.
(2) Id-drittijiet ta’ l-awtur dwar programm tal-computer ma
għandux jinkludi d-dritt ta’ l-awtorizzazzjoni jew projbizzjoni
dwar:
(a) l-osservazzjoni, l-istadju jew l-ittestjar tal-
funzjonament tal-programm mill-utent li jkollu liċenza
sabiex jistabbilixxi l-ideat u l-prinċipji li jkun l-bażi
ta’ kull element tal-programm jekk dan isir fil-waqt li
jkunu qegħdin jitwettqu xi attijiet ta’ loading, wiri,
tħaddim, trasmissjoni jew ħżin tal-programm li jkollu
jedd jagħmel;
(b) ir-riproduzzjoni mill-utent li jkollu liċenza għal dak l-
14 KAP. 415. ħ DRITTIJIET TA’ L-AWTUR
iskop tal-code u tat-traduzzjoni tal-forma meta din hija
tiegħu li jkunu indispensabbli biex jinkiseb it-tagħrif
meħtieġ biex tintlaħaq l-interoperabilità  ta’ programm
għall-computer li jkun ġie oriġinat indipendentement
ma’ programmi oħra, sakemm dawn l-attijiet
jinżammu biss għall-partijiet tal-programm oriġinali li
huma meħtieġa biex tinkiseb l-interoperabilità  u t-
tagħrif meħtieġ biex tinkiseb l-interoperabilità  ma
kienx qabel disponibbli bla ebda xkiel lill-utent li
jkollu liċenza għal dak l-iskop:
Iżda kull tagħrif li jinkiseb mir-riproduzzjoni tal-
code u t-traduzzjoni tal-forma ta’ programm għall-
computer li jsir taħt dan il-paragrafu ma għandhomx:
(i) jintużaw għal skopijiet li ma jkunux dawk li
tinkiseb l-interoperabilità  tal-programm għall-
computer li jkun ġie oriġinat indipendement;
(ii) jingħataw lil persuni oħra ħlief meta dan ikun
meħtieġ għall-interoperabilità  tal-programm
għall-computer li jkun ġie oriġinat
indipendentement;
(iii) jintużaw għall-iżvilupp, produzzjoni jew
marketing ta’ programm għall-computer li jkun
sostanzjalment simili fl-espressjoni tiegħu għall-
programm oriġinali, jew għal kull att ieħor li
jkun jikser id-drittijiet ta’ l-awtur;
(ċ) l-għemil ta’ xi kopja jew ta’ back-up copy, it-
traduzzjoni, adattament, arranġament u kull
alterazzjoni oħra ta’ programm għall-computer u r-
riproduzzjoni tar-riżultati ta’ dan, sakemm dan ikun
meħtieġ għall-utent li jkollu liċenza għal dak l-iskop
tiegħu intiż, inkluża t-tiswija ta’ żbalji, u d-dritt ta’ l-
utent li jkollu liċenza għal dak l-iskop li jagħmel back-
up copy ta’ programm għall-computer ma jistax ikun
ristrett jew eskluż permezz ta’ kuntratt sakemm dan
ikun meħtieġ għall-użu ta’ dak il-programm għall-
computer.
(3) L-eċċezzjonijiet u l-limitazzjonijiet li hemm provdut
dwarhom f’dan l-artikolu għandhom jiġu biss applikati f’dawk il-
każijiet partikolari li ma jmorrux kuntrarju ma’ l-esplojtazzjoni
normali tax-xogħol jew suġġett ieħor u li ma jippreġudikawx
b’mod mhux raġonevoli l-interessi leġittimi tad-detentur ta’
drittijiet.
Drittijiet ta’ l-
awtur fuq xogħol 
ta’ arkitettura.
10. Id-drittijiet ta’ l-awtur fuq xogħol ta’ arkitettura għandhom
jinkludu wkoll id-dritt esklużiv fuq l-awtorizzazzjoni jew il-
prevenzjoni ta’ l-erezzjoni ta’ xi bini li jirripproduċi x-xogħol kollu
jew parti sostanzjali minnu sew fil-forma tiegħu oriġinali sew f’xi
forma li tkun rikonoxxibbilment derivata mill-oriġinal:
Iżda d-drittijiet ta’ l-awtur fuq xi xogħol bħal dak ma
għandhomx jinkludu d-dritt fuq l-awtorizzazzjoni jew il-
prevenzjoni tar-rikostruzzjoni, fl-istess stil ta’ l-oriġinal, ta’ bini li
għalih dawk id-drittijiet ta’ l-awtur jirriferixxu jew id-dritt fuq l-
DRITTIJIET TA’ L-AWTUR ġ KAP. 415. 15
awtorizzazzjoni jew il-prevenzjoni tas-self b’renta jew il-kiri ta’
bini jew xogħlijiet ta’ arti applikata.
L-ewwel 
proprjetarju tad-
drittijiet ta’ l-
awtur.
11. (1) Id-drittijiet ta’ l-awtur mogħtija bl-artikoli 4, 5 u 6
ikunu inizjalment ta’ l-awtur jew tal-ko-awturi:
Iżda fil-każ ta’ programmi għall-computers u databases
fejn xogħol isir filwaqt li l-awtur ikun impjegat, fl-eżekuzzjoni ta’
dmirijietu jew fuq struzzjonijiet li jingħatawlu mill-prinċipal
tiegħu, id-drittijiet ekonomiċi mogħtija bid-drittijiet ta’ l-awtur
għandhom jitqiesu bħala li jkunu trasferiti għalgħand il-prinċipal
ta’ l-awtur, bla ħsara għal kull ftehim bejn il-partijiet li jkun
jeskludi jew jillimita trasferiment bħal dak. Għar-rigward ta’
xogħlijiet oħra eliġġibbli għad-drittijiet ta’ l-awtur, f’dawk iċ-
ċirkostanzi, bla ħsara għal kull ftehim għall-kuntrarju bejn il-
partijiet, id-drittijiet ta’ l-awtur għandhom dejjem ikunu fl-awtur
jew fil-ko-awturi.
(2) Bla ħsara għall-provvediment ta’ l-aħħar subartikolu qabel
dan - 
(a) l-isem fuq xogħol li hu maħsub li jkun l-isem ta’ l-
awtur tiegħu għandu jitqies bħala tali, jekk ma jiġix
ippruvat il-kuntrarju;
(b) fil-każ ta’ xogħol anonimu jew bi psewdonimu, dak li
jkun ippubblikah u li ismu jkun jidher fuq ix-xogħol
bħala li għandu jitqies li jkun, jekk ma jiġix ippruvat
il-kuntrarju, ir-rappreżentant legali ta’ l-awtur
anonimu jew bi psewdonimu u jkollu dritt li jeżerċita u
jipproteġi d-drittijiet ta’ l-awtur skond dan l-Att.
TAQSIMA III
DRITTIJIET MORALI TA’ L-AWTURI
L-awtur għandu 
dritt jipprojbixxi l-
mutilar, modifika, 
tagħwiġ jew 
tmaqdir ta’ xi 
xogħol.
12. (1) Ebda persuna, inkluż iċ-ċessjonarju ta’ drittijiet ta’ l-
awtur jew detentur tal-liċenza bis-saħħa tagħhom, ma tkun tista’
mingħajr il-kunsens ta’ l-awtur, timmutila, timmodifika, tgħawweġ
jew tassoġġetta għal xi azzjoni oħra ta’ tmaqdir xi xogħol waqt il-
perjodu tiegħu ta’ drittijiet ta’ l-awtur b’mod detrimentali għall-
unur jew għar-reputazzjoni ta’ l-awtur.
(2) L-awtur ta’ xi xogħol eliġġibbli għad-drittijiet ta’ l-awtur
għandu, sakemm jiskadu dawk id-drittijiet ta’ l-awtur, b’żjieda
mad-drittijiet ta’ l-awtur mogħtija għar-rigward ta’ dak ix-xogħol,
kif ukoll f’dawk il-każijiet meta d-drittijiet ta’ l-awtur jkunu ġew
trasmessi b’ċessjoni jew b’disposizzjoni testamentarja, jgawdi d-
dritt morali -
(a) li jivvanta li huwa l-awtur oriġinali tax-xogħol tiegħu,
b’mod partikolari, tad-dritt li ismu kemm jista’ jkun
prattikabbli, jiġi indikat b’mod prominenti fuq il-
kopji, u f’dak li jkollu x’jaqsam ma’ xi użu pubbliku
ta’ dak ix-xogħol; jew
(b) li ismu ma jiġix indikat fuq il-kopji, u f’dak li jkollu
x’jaqsam ma’ xi użu pubbliku, tax-xogħol tiegħu, jew
li l-psewdonimu tiegħu jiġi hekk indikat:
16 KAP. 415. ħ DRITTIJIET TA’ L-AWTUR
Iżda matul il-hajja ta’ l-awtur ta’ xi xogħol, dawk
id-drittijiet hawn aktar qabel imsemmija ma jkunux
jistgħu jiġu trasmessi leġittimament.
(3) Mal-mewt ta’ l-awtur -
(a) id-dritt jgħaddi lil dik il-persuna li huwa jista’ permezz
ta’ dispozizzjoni testamentarja speċifikament jindika,
b’dan illi meta dik il-persuna tmut id-dritt jgħaddi
għalgħand is-suċċessur tagħha;
(b) jekk ma jkunx hemm indikazzjoni bħal dik iżda d-
drittijiet ta’ l-awtur fuq ix-xogħol ikunu jagħmlu parti
mill-eredità  tiegħu, id-dritt jgħaddi għalgħand il-
persuna għand min jgħaddu d-drittijiet ta’ l-awtur;
(ċ) jekk jew daqskemm id-dritt ma jgħaddix taħt il-
paragrafu (a) jew il-paragrafu (b) dan ikun eżerċitabbli
mill-proprjetarji tad-drittijiet ta’ l-awtur.
TAQSIMA IV
DRITTIJIET VIĊINI
Ix-xorta ta’ 
drittijiet ta’ artisti.
13. Artisti għandu jkollhom id-dritt esklużiv li jawtorizzaw
jew jipprojbixxu l-għemil f’Malta ta’ kull wieħed minn dawn l-
attijiet li ġejjin;
(a) il-fissazzjoni tal-wirjiet tagħhom;
(b) ir-riproduzzjoni temporanja jew permanenti, sew
diretta sew mhux diretta, b’kull mezz li jkun u f’kull
forma, kollha kemm hi jew parti minnha, ta’
fissazzjoni tal-wirjiet tagħhom;
(ċ)  is-self b’renta u l-kiri tal-wirjiet fissi tagħhom;
(d) id-distribuzzjoni tal-wirjiet oriġinali ffissati
f’fonogrammi u ta’ kopji tagħhom;
(e) li jagħmlu disponibbli għall-pubbliku l-fissazzjoni tal-
wirjiet tagħhom, b’mezzi bil-fil jew mingħajr fili,
b’dak il-mod li l-membri tal-pubbliku jistgħu ikollhom
aċċess għalihom minn post u ħin li huma jagħżlu
individwalment;
(f) ix-xandir u l-komunikazzjoni lill-pubbliku tal-wirjiet
tagħhom, ħlief meta l-wirja tkun fiha nnifisha sa minn
qabel wirja li tixxandar jew li ssir minn fissazzjoni.
Perjodu ta’ 
protezzjoni għad-
drittijiet ta’ artisti.
14. Id-drittijiet mogħtija b’dan l-artikolu għandhom idumu
għal perjodu ta’ ħamsin sena minn tmiem is-sena li fiha l-
fissazzjoni tal-wirja tkun ġiet ippubblikata leġittimament għall-
ewwel darba jew ikkomunikata lill-pubbliku leġittimament għall-
ewwel darba, skond liema tiġi l-aktar kmieni jew fin-nuqqas ta’ tali
pubblikazzjoni jew komunikazzjoni lill-pubbliku minn tmiem is-
sena li fiha tkun ġiet ippreżentata għall-ewwel darba. 
Ix-xorta ta’ 
drittijiet ta’ 
produtturi.
15. Il-produtturi ta’ reġistrazzjonijiet ta’ smigħ għandhom,
għar-rigward tar-reġistrazzjonijiet ta’ smigħ tagħhom, u produtturi
ta’ l-ewwel fissazzjonijiet ta’ xogħlijiet awdjoviżivi, għar-rigward
DRITTIJIET TA’ L-AWTUR ġ KAP. 415. 17
ta’ l-oriġinal u ta’ kopji tax-xogħlijiet awdjoviżivi tagħhom,
ikollhom id-dritt esklużiv li jawtorizzaw jew jipprojbixxu:
(a) ir-riproduzzjoni temporanja jew permanenti, sew
diretta sew mhux diretta, b’kull mezz li jkun u f’kull
forma, kollha kemm hi jew parti minnha;
(b) is-self b’renta u l-kiri;
(ċ) id-distribuzzjoni;
(d) li jagħmlu disponibbli għall-pubbliku b’mezzi bil-fil
jew mingħajr fili b’dak il-mod li l-membri tal-
pubbliku jistgħu ikollhom aċċess għalihom minn post
u ħin li huma jagħżlu individwalment.
Perjodu ta’ 
protezzjoni għad-
drittijiet ta’ 
produtturi.
16. Id-drittijiet mogħtija b’dan l-artikolu fuq reġistrazzjonijiet
tas-smigħ u xogħlijiet awdjoviżivi għandhom idumu għal perjodu
ta’ ħamsin sena minn tmiem is-sena li fiha r-reġistrazzjonijiet tas-
smigħ jew l-ewwel fissazzjoni tax-xogħol awdjoviżiv tkun ġiet
ippubblikata legalment jew ikkomunikata lill-pubbliku legalment
għall-ewwel darba, skond liema tiġi l-aktar kmieni jew fin-nuqqas
ta’ tali pubblikazzjoni jew komunikazzjoni lill-pubbliku minn
tmiem is-sena li fiha tkun saret il-fissazzjoni għall-ewwel darba. 
Ix-xorta ta’ 
drittijiet tax-
xandara.
17. (1) Organizzazzjonijiet tax-xandir għandu jkollhom id-
dritt esklużiv li jawtorizzaw jew jipprojbixxu l-għemil f’Malta ta’
kull wieħed minn dawn l-attijiet li ġejjin;
(a) il-fissazzjoni tax-xandir tagħhom, jew tat-
trasmissjonijiet inizjali tagħhom fuq il-cable;
(b) ir-riproduzzjoni temporanja jew permanenti, sew
diretta sew mhux diretta, b’kull mezz li jkun jew
forma, kollha kemm hi jew parti minnha, ta’
fissazzjoni tax-xandir tagħhom jew tat-trasmissjonijiet
inizjali tagħhom fuq il-cable kif indikat fil-paragrafu
(a) hawn aktar qabel;
(ċ) id-distribuzzjoni tal-fissazzjoni tax-xandir tagħhom
jew tat-trasmissjonijiet inizjali tagħhom fuq il-cable
kif indikat fil-paragrafu (a) hawn aktar qabel;
(d) ix-xandir mill-ġdid tax-xandir tagħhom kif ukoll il-
komunikazzjoni lill-pubbliku tax-xandiriet tagħhom
jekk dik il-komunikazzjoni ssir f’postijiet aċċessibbli
għall-pubbliku bi ħlas ta’ dritt ta’ ammissjoni;
(e) li jagħmlu disponibbli għall-pubbliku, l-fissazzjonijiet
tax-xandir tagħhom jew tat-trasmissjonijiet inizjali
tagħhom fuq il-cable kif indikat fil-paragrafu (a) hawn
aktar qabel, b’mezzi bil-fil jew mingħajr fili, b’dak il-
mod li l-membri tal-pubbliku jistgħu ikollhom aċċess
għalihom minn post u ħin li huma jagħżlu
individwalment.
(2) Organizzazzjoni tax-xandir ma jkollhiex id-dritt li hemm
ipprovdut fil-paragrafu (a) tas-subartikolu (1) hawn aktar qabel
meta din sempliċement terġa’ tittrasmetti bil-cable ix-xandiriet ta’
organizzazzjonijiet tax-xandir.
18 KAP. 415. ħ DRITTIJIET TA’ L-AWTUR
Perjodu ta’ 
protezzjoni għad-
drittijiet ta’ 
xandara.
18. Id-drittijiet mogħtija b’dan l-artikolu għandhom idumu
għal perjodu ta’ ħamsin sena minn tmiem is-sena li fiha x-xandira
tkun ġiet trasmessa għall-ewwel darba sew bil-fil sew fl-arja, kemm
bil-cable kemm bis-satellita. 
Rimunerazzjoni 
għal artisti u 
produtturi ta’ 
reġistrazzjonijiet 
tas-smigħ.
19. Meta reġistrazzjoni tas-smigħ pubblikata għal skopijiet
kummerċjali jew riproduzzjoni ta’ dik ir-reġistrazzjoni tas-smigħ
tintuża sew direttament sew mhux direttament għax-xandir b’mezzi
mingħajr fili jew għal xi komunikazzjoni lill-pubbliku, għandha
titħallas rimunerazzjoni unika ġusta mill-utent lill-artisti u lill-
produtturi tar-reġistrazzjoni tas-smigħ involuta sabiex din tinqasam
b’mod indaqs bejniethom. Dak il-ħlas għandu jsir lil collecting
society li tkun tirrappreżenta sew lill-artisti sew lill-produtturi ta’
reġistrazzjonijiet tas-smigħ jew, fin-nuqqas ta’ collecting society
bħal dik, lill-produttur ta’ reġistrazzjonijiet tas-smigħ li jkollu l-
obbligu li jqassam nofs ir-rimunerazzjoni lill-artisti.
Meta jintemmu d-
drittijiet ta’ 
distribuzzjoni.
Sostitwit:
IX. 2003.96.
20. (1) Id-dritt ta’ distribuzzjoni għar-rigward ta’ kif jiġu
ffissati l-wirjiet, reġistrazzjonijiet bil-ħoss, l-oriġinali u l-kopji ta’
xogħlijiet awdjoviżiv u kif jiġu ffissati x-xandiriet mogħtija bl-
artikoli preċedenti ta’ dan l-Att lil esekuturi, produtturi ta’
reġistrazzjonijiet bil-ħoss, produtturi ta’ l-ewwel produzzjonijiet
ta’ xogħlijiet awdjoviżivi u organizzazzjonijiet tax-xandir
rispettivament għandhom jintemmu bl-ewwel bejgħ jew
trasferiment tal-proprjetà  fis-suq ta’ l-oriġinali jew kopji ta’ dawk
ix-xogħlijiet għar-rigward ta’ dak l-oriġinali jew kopja oriġinali,
meta dak il-bejgħ isir mill-proprjetarju tad-dritt viċin jew bil-
kunsens tiegħu.
(2) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu ''suq'' tfisser is-suq f’Malta
u mill-1 ta’ Mejju 2004 is-suq f’kull Stat Membru ieħor.
Eċċezzjonijiet għal 
drittijiet viċini.
Sostitwit:
IX. 2003.97.
21. Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 9 għandhom mutatis
mutandis japplikaw skond ma japplikaw għad-drittijiet viċini
mogħtija b’dan l-Att b’dak il-mod bħalma japplikaw għal drittijiet
ta’ l-awtur f’xogħol litterarju, mużikali jew artistiku jew
awdjoviżiv, jew database.
Min jikkwalifika 
għal protezzjoni 
taħt drittijiet viċini.
22. Drittijiet viċini mogħtija b’din it-Taqsima għandhom
japplikaw biss dwar xogħlijiet -
(a) li tagħhom l-artist, il-produttur jew ix-xandar ikunu -
(i) individwu li jkun ċittadin ta’ Malta jew ikun
domiċiljat jew proprjetarju permanenti f’Malta
jew fi Stat fejn dawk ix-xogħlijiet ikunu protetti
bi drittijiet viċini taħt ftehim internazzjonali li
Malta tkun ukoll imsiehba fih;
(ii) korp ta’ persuni jew soċjetà  kummerċjali
kostitwita, mwaqqfa, reġistrata u vestita
b’personalità  ġuridika taħt il-liġijiet ta’ Malta
jew ta’ Stat fejn dawk ix-xogħlijiet huma protetti
bi drittijiet viċini taħt ftehim internazzjonali li
Malta tkun ukoll imsiehba fih;
jew
(b) li jintgħamlu, jiġu għall-ewwel darba ppubblikati,
mxandra jew komunikati lill-pubbliku f’Malta jew fi
DRITTIJIET TA’ L-AWTUR ġ KAP. 415. 19
Stat li fih dawk ix-xogħlijiet ikunu protetti bi drittijiet
viċini taħt ftehim internazzjonali li Malta tkun ukoll
imsiehba fih;
jew
(ċ) li jintgħamlu minn jew taħt id-direzzjoni jew il-
kontroll tal-Gvern ta’ Malta kif ukoll ta’ dawk il-
gvernijiet ta’ Stati oħra, korpi internazzjonali jew
organizzazzjonijiet inter-governamentali hekk kif
jista’ jiġi preskritt.
TAQSIMA V
DRITTIJIET MORALI TA’ ARTISTI
Jiġu identifikati d-
drittijiet ta’ artisti u 
jiġu projbiti d-
distorsjoni, 
mutilazzjoni u 
modifikazzjoni ta’ 
wirjiet.
23. (1) Indipendentement mid-drittijiet ekonomiċi ta’ l-artist,
kif ukoll wara t-trasferiment ta’ dawk id-drittijiet, l-artist għandu sa
żmien l-iskadenza tad-drittijiet ekonomiċi, għar-rigward tal-wirjiet
tiegħu u tas-smigħ diretti jew ta’ wirjiet iffissati fuq fonogrammi,
ikollu d-dritt li jitlob li jiġi identifikat bħala l-artist tal-wirjiet
tiegħu, ħlief meta minħabba fl-użu li jsir mill-wirjiet dan ikollu
jitħalla barra, u li jipprojbixxi kull distorzjoni, mutilazzjoni jew
modifikazzjoni oħra tal-wirjiet tiegħu li kieku jkunu ta’
preġudizzju għall-fama tiegħu:
Iżda matul il-ħajja ta’ l-artist ma jkunux jistgħu jiġu
trasmessi dawk id-drittijiet morali hawn aktar qabel imsemmija.
(2) Mal-mewt ta’ l-artist -
(a) id-dritt jgħaddi għal għand dik il-persuna li hu jista’
permezz ta’ disposizzjoni testamentarja speċifikament
jordna, b’dan illi mal-mewt ta’ dik il-persuna d-dritt
jgħaddi għal għand is-suċċessur tagħha;
(b) jekk ma jkunx hemm ordni bħal dik iżda d-drittijiet ta’
l-awtur fix-xogħol involut ikunu jagħmlu parti mill-
eredità  tiegħu, id-dritt jgħaddi għal għand il-persuna li
għandha jgħaddu d-drittijiet ta’ l-awtur.
TAQSIMA VI
TRASFERIMENT TA’ DRITTIJIET TA’ L-AWTUR U TA’ 
DRITTIJIET VIĊINI
Ċesssjonijiet u 
liċenzi.
24. (1)  Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu, id-
drittijiet ta’ l-awtur u drittijiet viċini ikunu trasmessi b’ċessjoni,
bis-saħħa tal-Liġi jew b’disposizzjoni testamentarja bħala proprjetà
mobbli.
(2) Ċessjoni jew disposizzjoni testamentarja ta’ drittijiet ta’ l-
awtur jew ta’ drittijiet viċini tista’ tkun limitata b’mod li tapplika
għal parti biss mill-attijiet li l-proprjetarju tad-drittijiet ta’ l-awtur
jew ta’ drittijiet viċini għandu d-dritt esklużiv li jawtorizza jew li
jipprevjeni, jew għal parti biss tal-perjodu tad-drittijiet ta’ l-awtur
jew drittijiet viċini, jew għal pajjiz speċifikat jew area oħra
ġeografika.
(3) Meta awtur għar-rigward tal-oriġinal jew kopja tax-xogħol
20 KAP. 415. ħ DRITTIJIET TA’ L-AWTUR
tiegħu jew artist għar-rigward tal-fissazzjoni tal-wirja tiegħu
jassenja d-dritt esklużiv tiegħu biex jawtorizza jew jipprevjeni l-
kiri tagħhom lill-produttur tar-reġistrazzjoni bi smigħ jew lill-
produttur tax-xogħol awdjoviżiv li jkun fih ix-xogħol ta’ l-awtur
jew il-wirja ffissata ta’ dak l-artist, dak l-awtur jew dak l-artist
għandhom jibqgħu jzommu d-dritt li jiksbu individwalment jew
permezz ta’ collecting society rimunerazzjoni ġusta għall-kiri ta’
dik ir-reġistrazzjoni bi smigħ jew oriġinal jew kopja ta’ dak ix-
xogħol awdjoviżiv mingħand il-produttur involut u dak id-dritt ma
jkunx jista’ jiġi miċħud. Fin-nuqqas ta’ ftehim dwar ir-
rimunerazzjoni li jkollha titħallas taħt dan is-subartikolu, jkun il-
Bord li jistabbilixxi kemm għandha tkun dik ir-rimunerazzjoni.
(4) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 52, ebda
ċessjoni ta’ drittijiet ta’ l-awtur jew ta’ drittijiet viċini u ebda
liċenza biex jintgħamel att li l-għemil tiegħu huwa kkontrollat minn
drittijiet ta’ l-awtur jew minn drittijiet viċini ma jkollha effett jekk
ma ssirx bi ftehim bil-miktub bejn il-partijiet:
Iżda meta jiġi konkluż kuntratt bejn artist u produttur ta’
xogħlijiet awdjovizjivi għar-rigward tal-produzzjoni ta’ xogħol
awdjoviżiv, l-artist għandu jitqies bħala li jkun assenja lill-
produttur id-drittijiet esklużivi tiegħu fuq il-fissazzjoni tal-wirja
tiegħu, kemm-il darba ma jiġix miftiehem xort’oħra, bla ħsara biss
għad-dritt li ma jistax jinċaħad ta’ l-artist għal rimunerazzjoni
ġusta li titħallas malli jsir il-kuntratt mill-produttur lill-artist jew
inkella jekk dan ikun hekk jippreferi lil collecting society li tkun
tirrappreżentah, liema rimunerazzjoni għandha tiġi stabbilita, fin-
nuqqas ta’ ftehim bejn il-partijiet, mill-Bord:
Iżda wkoll, meta jiġi konkluż kuntratt bejn awtur ta’
xogħol awdjoviżiv jew l-awturi ta’ xogħlijiet sottostanti li jintużaw
bħala s-sies għax-xogħol awdjoviżiv u l-produttur tax-xogħol
awdjoviżiv li jkun jirrigwarda l-produzzjoni ta’ dak ix-xogħol
awdjoviżiv, dawk l-awturi għandhom jitqiesu bħala li jkunu
assenjaw lill-produttur id-drittijiet esklużivi tagħhom fuq ix-
xogħlijiet tagħhom li jkollhom drittijiet ta’ l-awtur, kemm-il darba
ma jiġix miftiehem xort’oħra, bla ħsara biss għad-dritt li ma jistax
jinċaħad ta’ l-awturi għal rimunerazzjoni ġusta li titħallas mal-
konklużjoni tal-kuntratt mill-produttur lill-awtur individwalment
jew inkella jekk l-awtur ikun hekk jixtieq, lil collecting society li
tkun tirrappreżentah, liema rimunerazzjoni għandha tiġi stabbilita,
fin-nuqqas li l-partijiet jiftehmu bejnithom, mill-Bord.
(5) Ċessjoni jew liċenza ta’ drittijiet ta’ l-awtur mogħtija minn
ko-awtur jew ċessjoni jew liċenza ta’ drittijiet viċini mogħtija minn
ko-detentur tad-dritt ikollha effett bħallikieku tkun ġiet mogħtija
mill-ko-awturi l-ohra jew mill-ko-detenturi tad-drittijiet
rispettivament:
Iżda, meta xi ko-awtur ieħor fil-każ ta’ drittijiet ta’ l-awtur
jew ko-detentur tad-dritt fil-każ ta’ drittijiet viċini ma jkunx
sodisfatt mill-pattijiet li bihom tkun ġiet mogħtija dik iċ-ċessjoni
jew liċenza, huwa jista’, fi żmien tliet xhur mill-ġurnata li fiha
jkunu ġew komunikati lilu bil-miktub l-imsemmija pattijiet,
japplika lill-Bord biex jiddeċiedi dwar il-pattijiet li l-Bord iqis
xierqa u raġonevoli. 
DRITTIJIET TA’ L-AWTUR ġ KAP. 415. 21
(6) Ċessjoni, liċenza jew disposizzjoni testamentarja tista’
b’mod effettiv tiġi mogħtija jew tiġi magħmula dwar xogħol futur
jew xogħol eżistenti li fuqu ma jkunux għadhom jeżistu d-drittijiet
ta’ l-awtur jew drittijiet viċini, u d-drittijiet ta’ l-awtur prospettivi
jew id-drittijiet viċini prospettivi fuq xi xogħol tali jkunu
trasmissibbli bħala proprjetà  mobbli:
Iżda fil-każ ta’ drittijiet ta’ l-awtur dik iċ-ċessjoni jew
liċenza ma għandhiex titqies li tinkludi drittijiet ta’ l-awtur li skond
l-artikolu 11(1) ikunu ta’ min jimpjega l-awtur, jekk il-partijiet ma
jinkluduhomx espressament.
(7) Dispożizzjoni testamentarja tal-materjal li fuqu xogħol
ikun inkiteb għall-ewwel darba jew ġie xort’ohra reġistrat għandha,
kemm-il darba t-testatur ma jkunx ipprovda xort’oħra, titqies li
tinkludi kull drittijiet ta’ l-awtur jew drittijiet viċini jew drittijiet
ta’ l-awtur prospettivi jew drittijiet viċini prospettivi fuq ix-xogħol
li jkunu tal-mejjet.
TAQSIMA VII
DRITT SUI GENERIS DWAR DATABASES
Xorta ta’ dritt sui 
generis dwar 
databases.
25. Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 7, l-oriġinarju ta’
database li jista’ juri li kien hemm, sew fil-kwalità  sew fil-
kwantità , investiment sostanzjali jew fil-ksib, verifika jew
preżentazzjoni tal-kontenut tad-database ikollu, irrispettivament
mill-eliġibilità  ta’ dik id-database jew tal-kontenut tagħha għall-
protezzjoni bid-drittijiet ta’ l-awtur jew bi drittijiet oħra, id-dritt li
jawtorizza jew jipprojbixxi atti ta’ estrazzjoni jew utilizzazzjoni
mill-ġdid tal-kontenut tagħha, kemm kollu kemm hu kemm f’parti
sostanzjali minnu, valutat sew fil-kwalità  sew fil-kwantità . 
Eċċezzjonijiet 
għad-dritt sui 
generis dwar 
databases.
26. (1) L-oriġinarju ta’ database li tintgħamel disponibbli
għall-pubbliku b’liema mod ikun ma jistax jipprevjeni utent tad-
database li jkollu liċenza milli jeffettwa estrazzjoni jew
utilizzazzjoni mill-ġdid ta’ partijiet mhux sostanzjali tal-kontenut
tagħha, valutat sew fil-kwalità  sew fil-kwantità , għal liema skop
ikun, sakemm l-utent li jkollu liċenza ma jwettaqx atti li jkunu
jikkonfliġġu ma’ l-esplojtazzjoni normali tad-database jew
jippreġudikaw b’mod mhux raġonevoli l-interessi leġittimi ta’ l-
oriġinarju tad-database jew b’kull mod li jkun jikkawżaw
preġudizzju għad-detentur tad-drittijiet ta’ l-awtur jew drittijiet
viċini għar-rigward ta’ xogħlijiet jew is-suġġett kontenut fid-
database u kull provvediment kontrattwali li jmur kontra dan il-
proviso jkun null u bla ebda effett: 
Iżda l-estrazzjoni u l-utilizzazzjoni mill-ġdid ripetuti u
sistematiċi ta’ partijiet mhux sostanzjali tal-kontenut tad-database
li jkunu jimplikaw attijiet li jikkonfliġġu ma’ esplojtazzjoni
normali ta’ dik id-database jew li jippreġudikaw b’mod mhux
raġonevoli l-interessi leġittimi tal-oriġinarju tad-database, ma
jkunux permessi.
(2) Minkejja l-artikolu 25, utent li jkollu liċenza jista’,
mingħajr l-awtorizzazzjoni ta’ l-oriġinarju tad-database li tkun
disponibbli għall-pubbliku b’liema mod ikun, jeffettwa estrazzjoni
22 KAP. 415. ħ DRITTIJIET TA’ L-AWTUR
jew utulizzazzjoni mill-ġdid ta’ parti sostanzjali mill-kontenut
tagħha għal dawn ir-raġunijiet li ġejjin:
(a) l-estrazzjoni għal użu privat fil-każ ta’ database mhux
elettroniku;
(b) l-estrazzjoni bil-għan ta’ illustrazzjoni fit-tagħlim jew
fir-riċerka xjentifika sal-limitu ġustifikat bl-għan
mhux kummerċjali li għandu jinkiseb sakemm tiġi
indikata l-oriġni;
(ċ) l-estrazzjoni jew l-utilizzazzjoni mill-ġdid għall-
għanijiet ta’ sigurtà  pubblika jew ta’ xi proċedura
amministrattiva jew ġudizzjarja.
Perjodu ta’ 
protezzjoni għad-
dritt sui generis 
dwar databases.
27. Id-dritt li hemm provdut dwaru fl-artikolu 25 jintemm wara
ħmistax il-sena mill-ewwel ta’ Jannar tas-sena li tiġi wara d-data
tat-tmiem tal-oriġinar tad-database jew, jekk dan jitqiegħed
disponibbli għall-pubbliku b’liema mod ikun qabel l-iskadenza ta’
dak il-perjodu, dak id-dritt għandu jintemm wara l-iskadenza ta’
ħmistax il-sena mill- ewwel ta’ Jannar tas-sena li tiġi minnufih
wara d-data meta d-database kienet saret għall-ewwel darba
disponibbli għall-pubbliku:
Iżda kull bidla sostanzjali, valutata sew fil-kwalità  sew fil-
kwantità , fil-kontenut ta’ database, inkluża kull bidla sostanzjali li
tirriżulta mill-ġabra sħiħa ta’ żjidiet, taħsiriet jew bidliet li jsiru
wara, li kieku jirriżultaw fid-database li jitqies bħala investiment
sostanzjalment ġdid, valutat fil-kwalità  u fil-kwantità , għandhom
jagħtu lok għall-oriġinar ta’ database ġdida li minn dak il-waqt
ikollha jedd għall-perjodu ta’ protezzjoni tagħha nnifisha li jkun ta’
ħmistax il-sena.
Assenjament ta’ 
liċenzi.
28. Dak id-dritt li jista’ jiġi assenjat jew konċess taħt liċenza
kontrattwali bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 24
għandu jkun mingħajr preġudizzju għal kull dritt li jeżisti dwar il-
kontenut tad-database.
Kwalifika għal 
protezzjoni għad-
dritt sui generis 
dwar databases.
29. Id-dritt mogħti b’dan l-artikolu għandu jkun japplika biss
għal database -
(a) li l-oriġinarju tiegħu jew id-detentur tad-dritt tiegħu
ikun filwaqt li tintgħamel id-database -
(i) individwu li jkun ċittadin ta’ Malta, jew li jkun
domiċiljat jew permanentement residenti
f’Malta jew fi Stat li fih dritt sui generis dwar
databases bħal dak ikun protett taħt ftehim
internazzjonali li Malta tkun ukoll imsiehba fih;
(ii) korp ta’ persuni jew soċjetà  kummerċjali
kostitwita, mwaqqfa, reġistrata u vestita
b’personalità  ġuridika taħt il-liġijiet ta’ Malta
jew ta’ xi Stat li fih dritt sui generis dwar
databases bħal dak ikun protett taħt ftehim
internazzjonali li Malta tkun ukoll imsiehba fih;
jew
(b) li tintgħamel jew li ssir għall-ewwel darba disponibbli
għall-pubbliku f’Malta jew fi Stat li fih dritt sui
DRITTIJIET TA’ L-AWTUR ġ KAP. 415. 23
generis dwar databases bħal dak ikun protett taħt
ftehim internazzjonali li Malta tkun ukoll imsiehba fih;
jew
(ċ) li tintgħamel minn, jew taħt id-direzzjoni jew kontroll
tal-Gvern ta’ Malta kif ukoll ta’ dawk il-gvernijiet ta’
Stati oħra, korpi internazzjonali jew organizzaz-
zjonijiet inter-governamentali oħra hekk kif jista’ jiġi
preskritt.
Tifsira ta’ 
estrazzjoni u ta’ 
utilizzazzjoni mill-
ġdid.
30. (1) Għall-għanijiet ta’ din it-Taqsima "estrazzjoni" tfisser
it-trasferiment permanenti jew temporanju tal-kontenut kollu ta’
database jew ta’ parti sostanzjali minnu għal medium ieħor b’kull
mezz jew forma li jkunu filwaqt li "użu mill-ġdid" tfisser kull
għamla li tagħmel disponibbli mill-ġdid lill-pubbliku il-kontenut
ta’ database kollu jew ta’ parti sostanzjali minnu bid-distribuzzjoni
ta’ kopji, b’kirjiet, permezz ta’ trasmissjonijiet on-line jew
għamliet oħra ta’ trasmissjoni;
(2) Iżda s-self pubbliku ma għandux jitqies li jkun att ta’
estrazzjoni jew ta’ użu mill-ġdid. 
Eżawriment ta’ 
dritt ta’ bejgħ mill-
ġdid.
31. L-ewwel bejgħ f’Malta, ta’ kopja ta’ database mid-
detentur ta’ dritt jew bil-kunsens tiegħu għandu jeżawrixxi l-jedd
għall-kontroll tal-bejgħ mill-ġdid ta’ dik il-kopja.
TAQSIMA VIII
DRITT SUI GENERIS DWAR TOPOGRAFIJI 
TA’ PRODOTTI MINN SEMIKONDUTTUR
Xorta ta’ dritt sui 
generis dwar 
topografija ta’ 
prodotti minn 
semikonduttur.
32. L-oriġinarji ta’ topografiji ta’ prodotti minn semikonduttur
u s-suċċessuri tagħhom fit-titolu għandu jkollhom id-dritt esklużiv
li jawtorizzaw jew jipprevjenu f’Malta r-riproduzzjoni tat-
topografija u l-esplojtazzjoni kummerċjali jew l-importazzjoni
għall-iskop ta’ esplojtazzjoni kummerċjali tat-topografija jew ta’
prodott minn semikonduttur manifatturat bl-użu tat-topografija.
Eċċezzjonijiet 
għad-dritt dwar 
topografija.
33. Id-dritt mogħti bl-artikolu 32 ma għandux jipprevjeni;
(a) ir-riproduzzjoni privata ta’ topografija bi skopijiet li
mhumiex kummerċjali;
(b) ir-riproduzzjoni għall-iskop li jiġi analizzat, valutat
jew għat-tagħlim tal-kunċetti, proċessi, sistemi jew
teknikalitajiet inkorporati fit-topografija jew it-
topografija nnifisha;
(ċ) xi att għar-rigward ta’ topografija li tkun skond il-
ħtiġiet ta’ l-artikolu 35  u oriġinata fuq il-bażi ta’
analiżi u valutazzjoni ta’ xi topografija oħra, li ssir
b’mod konformi mal-paragrafu (b) preċedenti. 
Eżawriment għad-
dritt dwar 
topografija.
34. Meta topografija jew il-prodott minn semikonduttur ikunu
tqiegħdu fis-suq f’Malta, minn detentur ta’ dritt jew bil-kunsens
tiegħu, id-dritt esklużiv li tiġi awtorizzata jew prevjenuta l-
esplojtazzjoni kummerċjali jew l-importazzjoni ta’ dik it-
topografija jew ta’ dak il-prodott ta’ semikonduttur għandu jiġi
eżawrit.
24 KAP. 415. ħ DRITTIJIET TA’ L-AWTUR
Applikazzjoni tad-
dritt dwar 
topografija biss 
dwar l-isforz 
intellettwali tal-
proprjetarju nnifsu.
35. Id-dritt mogħti bl-artikolu 32  għandu japplika biss għar-
rigward ta’ topografiji ta’ prodotti minn semikonduttur li jkunu r-
riżultat ta’ l-isforz intellettwali ta’ l-oriġinarju nnifsu u ma jkunux
xi ħaġa komuni fl-industrija tas-semikondutturi iżda ma
għandhomx jestendu għal xi kunċett, proċess, sistema, teknika jew
tagħrif fl-għamla ta’ code li jkun inkorporat fit-topografija:
Iżda meta t-topografija ta’ prodotti minn semikonduttur
tkun tikkonsisti f’elementi li jkunu ħwejjeġ komuni fl-industrija
tas-semikondutturi, din għandha tkun protetta biss sal-limitu li l-
kombinazzjoni ta’ dawk l-elementi, meħuda flimkien, tkun
tissodisfa l-kondizzjonijiet hawn aktar qabel imsemmija.
Kwalifika għal 
protezzjoni għad-
dritt dwar 
topografija.
36. Id-dritt mogħti bl-artikolu 32 għandu jkun japplika favur
oriġinarju jew is-suċċessur tiegħu fit-titolu li jkun individwu li jkun
ċittadin ta’, jew li jkun domiċiljat jew residenti permanenti f’Malta
jew fi Stat li fih dritt sui generis bħalma hu dak mogħti bl-artikolu
32 dwar topografiji ta’ prodotti minn semikonduttur ikun protett
taħt xi ftehim internazzjonali li Malta tkun imsiehba wkoll fih.
Topografija 
oriġinati matul l-
impieg ta’ persuna.
37. Meta topografija tinħoloq matul l-impieg ta’ l-oriġinarju,
fit-twettiq ta’ dmirijietu jew fuq istruzzjonijiet li jingħatawlu mill-
prinċipal tiegħu, id-dritt esklużiv mogħti bl-artikolu 32 għandu
jitqies li jkun trasferit lill-prinċipal ta’ l-oriġinarju jew lis-
suċċessur tiegħu fit-titolu, bla ħsara għal kull ftehim bejn il-
partijiet li jkun jeskludi jew jillimita dak it-trasferiment:
Iżda l-prinċipal ta’ l-oriġinarju jew is-suċċessur tiegħu fit-
titolu għandhom ukoll jissodisfaw il-kriterji ta’ l-artikolu 36 jew
ikun korp ta’ persuni jew soċjetà  kummerċjali kostitwita, mwaqqfa,
reġistrata u vestita b’personalità  ġuridika taħt il-liġijiet ta’ Malta
jew ta’ Stat li fih dritt sui generis bħal dak bħalma hu mogħti bl-
artikolu 32 dwar topografiji ta’ prodotti minn semikonduttur, ikun
protett taħt ftehim internazzjonali li Malta tkun ukoll imsiehba fih.
Meta ma jkunx 
jeżisti dritt għall-
protezzjoni.
38. Meta ebda dritt għall-protezzjoni bħalma hu mogħti bl-
artikolu 32 ma jkun jeżisti favur oriġinarju jew il-prinċipal tiegħu
skond l-artikoli 36 u 37, id-dritt għandu jkun japplika favur il-
persuna jew is-suċċessur tagħha fit-titolu li, filwaqt li tissodisfa xi
waħda mill-kondizzjonijiet imsemmija fil-proviso għall-artikolu
37, tkun l-ewwel li kummerċjalment tesplojta f’Malta, jew fi Stat li
fih dritt sui generis bħal dak bħalma hu mogħti bl-artikolu 32 dwar
topografiji ta’ prodotti minn semikonduttur ikun protett taħt ftehim
internazzjonali li Malta tkun ukoll imsiehba fih, topografija li tkun
għadha ma gietx esplojtata kummerċjalment imkien ieħor fid-dinja
u tkun ġiet esklużivament awtorizzata li tesplojta kummerċjalment
it-topografija fil-firxa ta’ dak it-territorju mill-persuna li jkollha
jedd li tiddisponi minnha.
Assenjament ta’ 
liċenzi.
39. Id-dritt mogħti bl-artikolu 32 jista’ jiġi assenjat jew mogħti
taħt liċenza kontrattwali bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-
artikolu 24.
Perjodu ta’ 
protezzjoni għal 
dritt dwar 
topografija.
40. Id-dritt mogħti bl-artikolu 32 għandu jibqa’ jeżisti għal
għaxar snin minn tmiem is-sena li fiha t-topografija ta’ prodott
minn semikonduttur tkun ġiet esplojtata kummerċjalment għall-
ewwel darba x’imkien fid-dinja jew għal ħmistax il-sena mill-
ewwel fissazzjoni jew għemil bil-code tat-topografija ta’ prodott
DRITTIJIET TA’ L-AWTUR ġ KAP. 415. 25
minn semikonduttur jekk din ma tkunx ġiet esplojtata
kummerċjalment:
Iżda fil-każ meta l-perjodu ta’ protezzjoni jibda għaddej
mid-data ta’ l-ewwel esplojtazzjoni kummerċjali fid-dinja pjuttost
milli minn l-ewwel fissazzjoni jew għemil bil-code tat-topografija,
r-rimedji legali pprovdut dwarhom bl-artikolu 43(1) għandhom
ukoll ikunu disponibbli favur detentur ta’ dritt li jista’ jġib prova
għas-sodisfazzjon tal-Qorti li l-konvenut ikun bi frodi rriproduċa
jew esplojta kummerċjalment jew importa għal dak l-għan
topografija ta’ prodott minn semikonduttur ukoll jekk dawk l-
attijiet kienu ġraw qabel il-bidu tal-perjodu ta’ protezzjoni u ta’ l-
eżistenza tad-dritt mogħti bl-artikolu 32.
Dritt għal 
rimunerazzjoni.
41. Minkejja l-artikolu 32 u d-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu
42, persuna jew is-suċċessur tagħha fit-titolu li tikseb prodott ta’
semikonduttur ma għandhiex tkun prevjenuta milli tesplojta
kummerċjalment lil dak il-prodott jekk filwaqt tal-ksib tiegħu hija
ma kienetx taf u ma setgħetx raġonevolment tkun mistennija li tkun
taf li kien hemm jeżisti f’dak ix-xogħol dritt sui generis bħalma hu
mogħti bl-artikolu 32:
Iżda, fuq istanza tad-detentur tad-dritt jew tas-suċċesuri
tiegħu fit-titolu, il-Qorti Ċivili, Prim’Awla, għandha tordna lil dik
il-persuna li tħallas kumpens xieraq lill-attur għar-rigward ta’ l-
attijiet li huwa jkun għamel wara li jkun sar jaf jew kellu tassew
għaliex jaħseb li l-prodott ta’ semikonduttur ikun protett minn dritt
sui generis bħal dak.
TAQSIMA IX
KONTRAVVENZJONIJIET
Attijiet li 
jikkontravjenu.
Sostitwit:
IX. 2003.98.
42. (1) Ikun hemm kontravvenzjoni ta’ drittijiet ta’ l-awtur,
drittijiet viċini u drittijiet sui generis meta:
(a) persuna tagħmel jew iġġiegħel lil xi persuna oħra
tagħmel, mingħajr liċenza mingħand il-proprjetarju
jew id-detentur tagħha, xi att li l-għemil tiegħu huwa
kkontrollat bid-drittijiet ta’ l-awtur, drittijiet viċin jew
drittijiet sui generis;
(b) persuna li, mingħajr ma jkollha l-liċenza tal-
proprjetarju tad-drittijiet ta’ l-awtur jew ta’ detentur
ta’ dritt, jimporta ġewwa Malta xort’oħra milli għal xi
użu privat u domestiku, jew jiddistribwixxi f’Malta
b’mod kummerċjali, ta’ kiri jew xort’oħra jew permezz
ta’ esibiti kummerċjali fil-pubbliku jew ikollu fil-
pussess tiegħu jew jimmanifattura filwaqt li jkun qed
jikkummerċa jew joffri jew jesponi għall-bejgħ jew
jikri xi artikolu li dwaru jkun hemm kontravvenzjoni
ta’ drittijiet ta’ l-awtur, drittijiet viċini jew sui generis
taħt il-paragrafu preċedenti;
(ċ) persuna li, mingħajr il-liċenza tal-proprjetarju tad-
drittijiet ta’ l-awtur jew tad-detentur ta’ drittijiet
tagħmel xi ħaġa li tqarraq b’miżuri teknoloġiċi
effettivi, li l-persuna in kwistjoni tagħmel xjentement,
26 KAP. 415. ħ DRITTIJIET TA’ L-AWTUR
jew ikun hemm tassew għaliex jidher li tkun xjenti, li
hija tkun qed tfittex li tikseb dak l-għan;
(d) persuna li, mingħajr il-liċenza tal-proprjetarju tad-
drittijiet ta’ l-awtur jew tad-detentur ta’ drittijiet
timmanifattura, timporta, tiddistribwixxi, tbiegħ, tikri,
tirreklama għall-bejgħ jew għall-kiri, jew ikollha għal
għanijiet kummerċjali, apparat, prodotti jew
komponenti li:
(i) jkollhom il-fini ta’ ingann, jew
(ii) jkollhom biss fini jew użu sinifikattiv
kummerċjalment limitat li ma jkunx dak ta’
ingann, jew
(iii) ikunu primarjament ddisinjati, prodotti, adatti
jew esegwiti bil-għan li jkun jista’ jsir jew jiġi
faċilitat l-ingann, ta’ xi miżuri teknoloġiċi
effettivi;
(e) persuna li, mingħajr ma jkollha l-liċenza ta’
proprjetarju ta’ drittijiet ta’ l-awtur jew ta’ detentur ta’
drittijiet tipprovdi, tippromwovi, tirreklama jew toffri
fis-suq xi servizz li jkollu l-fini ta’ ingann f’miżuri
teknoloġiċi effettivi;
(f) persuna li, mingħajr il-liċenza tal-proprjetarju tad-
drittijiet ta’ l-awtur jew ta’ detentur ta’ dritt,
xjentement jagħmel xi att minn dawn li ġejjin:
(i) it-tneħħija jew it-tibdil ta’ xi informazzjoni
elettronika ta’ amministrazzjoni ta’ drittijiet;
(ii) id-distribuzzjoni, l-importazzjoni għad-
distribuzzjoni, ix-xandir, komunikazzjoni jew li
jintgħamlu disponibbli għall-pubbliku xogħlijiet
jew suġġetti oħra protetti taħt dan l-Att li
minnhom tkun tneħħiet jew inbidlet mingħajr
ebda awtorità  informazzjoni elettronika ta’
amministrazzjoni ta’ drittijiet, 
jekk dik il-persuna tkun taf, jew ikollha tassew għaliex
tkun taf, li b’dak l-għemil ikun qed iġiegħel, jagħti s-
setgħa, jiffaċilita jew jaħbi xi kontravvenzjoni ta’
drittijiet ta’ l-awtur jew xi dritt viċin, jew tad-drittijiet
sui generis provduti b’dan l-Att:
Iżda kull oġġett minn dawk ta’ informazzjoni ta’
amministrazzjoni ta’ drittijiet elettronika għandu jkun:
(i) assoċjat ma’ kopja ta’ xogħol bi drittijiet ta’ l-
awtur taħt il-pattijiet ta’ dan l-Att, jew 
(ii) jidher f’konnessjoni mal-komunikazzjoni lill-
pubbliku ta’ xogħol bi drittijiet ta’ l-awtur taħt
il-pattijiet ta’ dan l-Att, jew 
(iii) kopert bi dritt sui generis taħt il-pattijiet ta’ dan
l-Att.
(2) (a) Minkejja d-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1)(ċ), (d)
u (e) , meta l-applikazzjoni ta’ xi miżura teknoloġika
effettiva għal xogħol bi drittijiet ta’ l-awtur jipprevjeni
DRITTIJIET TA’ L-AWTUR ġ KAP. 415. 27
lil xi benefiċjarju ta’ xi eċċezzjoni li hemm provdut
dwarha fl-artikolu 9(1)(b), (ċ), (d), (e), (f), (i), (l) jew
(h) jibbenifikaw minn dik l-eċċezzjoni, id-detentur ta’
drittijiet għandu jagħmel disponibbli lill-benefiċjarju l-
mezzi ta’ kif ikun jista’ jibbenefika minn dik l-
eċċezzjoni, daqstant kemm ikun meħtieġ li jibbenefika
minn dik l-eċċezzjoni jew limitazzjoni:
Iżda wkoll il-benefiċjarju għandu jkollu aċċess
legali għax-xogħol protett jew għas-suġġett in
kwistjoni:
Iżda wkoll meta ma jkun hemm ebda miżura
volontarja li tittieħed mid-detentur ta’ drittijiet jew
persuna esklużiva li jkollha liċenza jew ftehim bejn id-
detentur ta’ drittijiet u l-parti l-oħra in kwistjoni, bil-
fini relattiva li l-benefiċjarju (jew il-persuni ta’ xi
klassi li l-benefiċjarju jkun jappartjeni għaliha) jkun
jista’ jibbenefika mill-eċċezzjonijiet speċifikati fil-
paragrafu ta’ hawn qabel.
(b) Id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (2)(a) ma
japplikawx għal xogħlijiet bi drittijiet ta’ l-awtur
magħmulin disponibbli ill-pubbliku fuq pattijiet
kontrattwali miftiehma b’tali mod li membri tal-
pubbliku jistgħu jkollhom aċċess għalihom minn post u
f’ħin li kull wieħed jagħżel individwalment għalih.
Responsabbiltà  
għal 
kontravvenzjoni ta’ 
drittijiet ta’ l-
awtur, drittijiet 
viċini u drittijiet 
sui generis.
43. (1) Meta xi ħadd jikser id-drittijiet ta’ l-awtur, drittijiet
viċini jew drittijiet sui generis fuq xi xogħol huwa jkun jista’, fuq
istanza tal-proprjetarju ta’ dawk id-drittijiet ta’ l-awtur jew ta’
detentur ta’ drittijiet, jiġi kundannat mill-Qorti Ċivili, Prim’Awla
għall-ħlas tad-danni jew għall-ħlas ta’ penali li tiġi stabbilita skond
skala ta’ multi li tiġi preskritta mill-Ministru, kif dik il-Qorti, wara
li tieħu kont taċ-ċirkostanzi tal-każ, jidhrilha xieraq, u għar-
restituzzjoni tal-qligħ kollu li jkun sar mill-kontravvenzjoni tad-
drittijiet ta’ l-awtur, drittijiet viċini jew drittijiet sui generis:
Iżda meta l-konvenut iġib prova għas-sodisfazzjon tal-
Qorti li fiż-żmien tal-kontravvenzjoni ma kienx jaf u ma setgħax
ikun raġonevolment mistenni li jkun jaf li kienu jeżistu drittijiet ta’
l-awtur, drittijiet viċini jew drittijiet sui generis fuq ix-xogħol li
għalih l-azzjoni tirriferixxi, il-Qorti ma għandhiex tikkundannah
għar-restituzzjoni tal-qligħ.
(2) Il-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili tista’ f’azzjoni għall-ksur
tad-drittijiet ta’ l-awtur, drittijiet viċini jew drittijiet sui generis
filwaqt li tqis iċ-ċirkostanzi kollha u b’mod partikolari l-flagranza
tal-kontravvenzjoni u kull benefiċċju li jmur favur il-konvenut
minħabba fil-kontravvenzjoni, tagħti dawk id-danni addizzjonali
skond ma l-każ partikolari jista’ jkun ġustament jeħtieġ.
(3) Il-Qorti tista’, barra minn dan, f’kawża istitwita skond dan
is-subartikolu, fuq rikors ta’ l-attur, tordna li l-oġġetti kollha
kontravvenjenti li jkunu għadhom fil-pussess tal-konvenut jiġu
konsenjati lill-attur.
(4) F’kawża dwar kontravvenzjoni ta’ drittijiet ta’ l-awtur
relattivi għall-kostruzzjoni ta’ bini, ebda mandat ta’ inibizzjoni jew
28 KAP. 415. ħ DRITTIJIET TA’ L-AWTUR
ordni ieħor ma għandu jsir:
(a) wara li l-kostruzzjoni ta’ bini jkun inbeda, sabiex
jimpedih milli jiġi kompletat, jew
(b) sabiex jordna li l-bini, safejn ikun gie kostruwit, jiġi
mwaqqa’.
Responsabbiltà  
għal 
kontravvenzjoni ta’ 
drittijiet morali.
44. (1) Salvi d-disposizzjonijiet ta’ l-aħħar artikolu qabel dan,
kull min jikser id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 12(1) jista’ fuq
istanza ta’ l-awtur jew tal-werrieta tiegħu jiġi kundannat mill-
Prim’Awla tal-Qorti Ċivili għall-ħlas ta’ penali, bħala u għal danni
li jiġu stabbiliti skond skala ta’ multi li jiġu preskritti mill-
Ministru.
(2) Fi proċedimenti taħt l-aħħar subartikolu qabel dan il-Qorti
għandha tordna l-qirda ta’ l-oġġetti kollha kontravvenjenti li jkunu
għadhom fil-pussess tal-konvenut meta tkun sodisfatta illi l-
preġudizzju kaġunat lill-awtur jkun hekk serju li jiġġustifika dik il-
miżura.
(3) Id-disposizzjoni ta’ l-aħħar subartikolu qabel dan ma
għandhiex tapplika meta l-oġġett kontravvenjenti jkun bini.
(4) Kull min jikser id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 12(1) u
(2) u l-artikolu 23(1) jista’ jiġi kkundannat, fuq istanza ta’ l-awtur
jew tal-persuna fiżika, jew ta’ l-enti legali, li lilhom ikun ġie
trasmess id-dritt li jwettqu dawk id-drittijiet morali msemmija taħt
il-proviso ta’ l-artikolu 11(2), mill-Qorti Ċivili, Prim’Awla għall-
ħlas ta’ penali, u għal dawk id-danni li jiġu deċiżi skond skala ta’
penali li jiġu preskritti mill-Ministru. 
TAQSIMA X
IL-BORD DWAR ID-DRITTIJIET TA’ L-AWTUR
Ħatra tal-Bord. 45. (1) Il-Ministru għandu b’avviż fil-Gazzetta tal-Gvern
jinnomina Bord dwar id-Drittijiet ta’ l-Awtur, li jikkonsisti minn
Chairman u żewġ membri oħra sabiex jaqdi l-funzjonijiet mogħtija
lil dak il-Bord bid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att.
(2) Iċ-Chairman ta’ l-imsemmi Bord ikun Imħallef irtirat jew
Maġistrat irtirat jew persuna li tkun eżerċitat bħala avukat f’Malta
għal perjodu ta’, jew perjodi li jammontaw fit-total għal, mhux
anqas minn seba’ snin.
(3) Il-Ministru għandu jinnomina wkoll żewġ persuni oħra
biex jaġixxu bħala membri tal-Bord, wieħed biex jissostitwixxi liċ-
Chairman u l-ieħor biex jissostitwixxi lil xi wieħed miż-żewġ
membri l-oħra, kull meta ċ-Chairman jew xi wieħed mill-membri l-
oħra, skond il-każ, ikun, għal xi raġuni, inkapaċi li jaqdi l-
funzjonijiet tiegħu.
(4) Kull membru tal-Bord għandu jibqa’ fil-kariga sakemm
jogħġob lill-Ministru u l-Ministru jista’, mingħajr ma jagħti ebda
raġuni, iħassar in-nomina ta’ kull membru u jinnomina membru
ġdid meta jidhirlu li jkun hekk meħtieġ.
(5) Il-membri tal-Bord, bl-eċċezzjoni taċ-Chairman, jekk ikun
Maġistrat, għandhom, qabel ma jidħlu fil-kariga tagħhom, jieħdu
DRITTIJIET TA’ L-AWTUR ġ KAP. 415. 29
quddiem l-Avukat Ġenerali l-ġurament li jeżaminaw u jiddeċiedu
kull ħaġa li tiġi quddiemhom b’ekwità  u imparzjalità .
Astensjoni u 
rikuża.
Kap. 12.
46. Iċ-Chairman jew kull membru ieħor tal-Bord jista’ jastjeni
jew jista’ jiġi rikużat minn kull wieħed mill-partijiet kontendenti
għal kull waħda mir-raġunijiet imsemmija fl-artikolu 734 tal-
Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili. Kull kwistjoni li
tirrigwarda xi raġuni ta’ astensjoni jew rikuża u kull kwistjoni li
tkun kwistjoni ta’ liġi biss għandha tiġi deċiża miċ-Chairman tal-
Bord. 
Setgħa ta’ taħrik.
Kap. 12.
47. Il-Bord ikollu s-setgħa li jħarrek kull persuna biex tixhed
jew biex tipproduċi kotba jew dokumenti oħra quddiemu, u ċ-
Chairman tal-Bord ikollu, relattivament għat-taħrik u eżami ta’
xhieda quddiem il-Bord, l-istess setgħat kif mogħtija bil-Kodiċi ta’
Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili lill-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili.
Proċedimenti.
u d-deċiżjoni tal-Bord għandha tiġi notifikata lill-partijiet bil-posta
reġistrata fl-indirizz tan-negozju jew privat rispettiv tagħhom u,
jekk ma jiġix pruvat il-kuntrarju, dik id-deċiżjoni għandha titqies li
tkun ġiet notifikata lill-parti interessata mhux aktar tard mit-tielet
ġurnata li taħbat wara l-ġurnata meta ġiet impustata lil dik il-parti.
(2) Il-Ministru jista’ jagħmel regolamenti li jirregolaw il-
proċedimenti quddiem il-Bord u jista’, mingħajr ħsara għall-
ġeneralità  ta’ dak hawn aktar qabel imsemmi, jagħmel
regolamenti-
(a) li jippreskrivu l-mod li fih kull ħaġa tista’ tintbgħat
quddiem il-Bord;
(b) li jippreskrivu l-proċedura li għandha tiġi adottata
mill-Bord meta jittratta xi ħaġa mibgħuta lilu skond
dan l-Att u r-records li għandhom jinżammu mill-
Bord;
(ċ) li jippreskrivu l-mod li bih il-Bord għandu jiġi msejjaħ
u l-post fejn il-Bord għandu jżomm is-seduti tiegħu;
(d) li jippreskrivu skala ta’ multi, spejjeż u drittijiet; u
(e) b’mod ġenerali għat-tmexxija aħjar tal-funzjonijiet
mogħtija lill-Bord b’dan l-Att.
Dritt ta’ appell.
Emendat:
VI. 2001.34.
Kap. 12.
49. (1) Ikun hemm dritt ta’ appell mid-deċiżjonijiet kollha tal-
Bord.
(2) Kull appell għandu jinġieb quddiem il-Qorti ta’ l-Appell
magħmul bil-mod kif hemm provdut fis-subartikolu (6) ta’ l-
artikolu 41 tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili
b’rikors fi żmien ħmistax il-jum min-notifika tad-deċiżjoni tal-
Bord.
(3) Il-Ministru responsabbli għall-ġustizzja jista’ jagħmel
regoli li jkunu jirregolaw l-appelli quddiem il-Qorti ta’ l-Appell
skond dan l-Att, u li jippreskrivu skala ta’ spejjeż u drittijiet dwar
dawk l-appelli.
Spejjeż u drittijiet.
quddiem il-Qorti ta’ l-Appell għandhom jitħallsu mill-partijiet
30 KAP. 415. ħ DRITTIJIET TA’ L-AWTUR
b’dak il-mod kif l-imsemmi Bord jew Qorti, skond il-każ,
jiddeċiedi.
Rifjut jew pattijiet 
mhux raġonevoli 
dwar ritrasmissjoni 
jew xandir mill-
ġdid bil-cable.
51. (1) F’kull każ meta jidher lill-Bord li collecting society
jew proprjetarju ta’ drittijiet ta’ l-awtur jew drittijiet viċini -
(a) ikun qiegħed jiċħad mingħajr raġuni li jagħti liċenza
dwar ir-ritrasmissjoni jew xandir mill-ġdid bil-cable,
jew 
(b) ikun qiegħed jimponi pattijiet jew kondizzjonijiet
mhux raġonevoli għall-għoti ta’ dik il-liċenza,
il-Bord jista’ jordna li, relattivament għall-għemil ta’ xi att li
jirriferixxi għal xi xogħol li fih il-collecting society jew il-
proprjetarju, skond il-każ, ikun interessat, liċenza għandha titqies li
tkun ġiet mogħtija mill-collecting society jew mill-proprjetarju fil-
waqt li jkun sar l-att, kemm-il darba d-drittijiet xierqa stabbiliti
minn dak il-Bord ikunu tħallsu jew ġew offruti qabel ma jgħaddi
dak il-perjodu jew dawk il-perjodi li l-Bord jista’ jiddeċiedi
dwarhom.
(2) Il-Ministru jista’ b’regolamenti jordna li d-disposizzjonijiet
ta’ dan l-artikolu ma għandhomx jibqgħu fis-seħħ minn data li tiġi
msemmija f’ordni bħal dik. 
TAQSIMA XI
AMMINISTRAZZJONI KOLLETTIVA
TA’ DRITTIJIET
Awtorizzazzjoni 
lill-collecting 
societies.
52. Awturi u sidien oħra tad-drittijiet ta’ l-awtur u ta’ drittijiet
viċini jistgħu jawtorizzaw collecting society tamministralhom id-
drittijiet ekonomiċi tagħhom.
Twaqqif u 
inkorporazzjoni ta’ 
collecting 
societies.
53. Mħassar bl-Att IX. 2003.99.
Ħidmiet ta’ 
collectign 
societies.
54. Mħassar bl-Att IX. 2003.99.
Metodi ta’ tħaddim 
ta’ collecting 
societies.
55. Mħassar bl-Att IX. 2003.99.
Obbligazzjonijiet 
ta’ utenti ta’ 
xogħlijiet lejn 
collecting 
societies.
56. Mħassar bl-Att IX. 2003.99.
Sorveljar ta’ 
collecting 
societies.
57. Mħassar bl-Att IX. 2003.99.
Xoljiment ta’ 
collecting 
societies.
Kap. 16.
58. Mħassar bl-Att IX. 2003.99.
DRITTIJIET TA’ L-AWTUR ġ KAP. 415. 31
TAQSIMA XII
REGOLAMENTI
Setgħa li jsiru 
regolamenti.
Sostitwit:
IX. 2003.100.
59. Il-Ministru jista’ jagħmel regolamenti għall-aħjar
implimentazzjoni tad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u, mingħajr
preġudizzju għall-ġeneralità  ta’ dawk hawn qabel imsemmi, jista’
b’dawk ir-regolamenti:
(a) jordna kull ħaġa li tista’ tiġi ordnata taħt dan l-Att;
(b) jintroduċi bidliet sabiex jestendi l-protezzjoni
mogħtija b’dan l-Att lil kull forma oħra ta’ proprjetà
intellettwali li ma tkunx xort’oħra protetta b’dan l-Att
skond ma jista’ jiġi provdut b’istrument
internazzjonali li jkun jobbliga lil Malta;
(ċ) jibdel u jerġa’ jdaħħal fis-seħħ iż-żmien tal-
protezzjoni skond ma jista’ jiġi provdut f’istrument
internazzjonali li jkun jobbliga lil Malta;
(d) jibdel id-drittijiet u limitazzjonijiet tagħhom skond ma
jista’ jiġi provdut f’istrument internazzjonali li jkun
jobbliga lil Malta;
(e) jippreskrivi x’ikunu l-funzjonijiet tal-Bord dwar id-
Drittijiet ta’ l-Awtur;
(f) jipprovdi dwar affarijiet li jkollhom x’jaqsmu ma’
collecting societies, partikolarment dwar it-twaqqif
tagħhom, ħidmiet, mod ta’ operazzjoni, għemil u
approvazzjoni ta’ drittijiet u s-superviżjoni tagħhom.
TAQSIMA XIII
PROVVEDIMENTI TRANSITORJI
Applikazzjoni għal 
xogħlijiet.
60. (1) Dan l-Att japplika:
(a) relattivament għal xogħlijiet magħmula wara l-bidu
fis-seħħ ta’ dan l-Att; u
(b) salvi d-disposizzjonijiet tas-subartikolu (2), għal
xogħlijiet magħmula qabel il-bidu fis-seħħ ta’ dan l-
Att meta l-perjodu ta’ protezzjoni ma jkunx, mal-bidu
fis-seħħ ta’ dan l-Att, skeda taħt l-Att dwar id-
Drittijiet ta’ l-Awtur, imħassar b’dan l-Att.
(2) (a) Id-drittijiet ta’ artisti għar-rigward tal-fissazzjoni tal-
wirja tagħhom fuq fonogram biex jipprevjenu il-
fissazzjoni tal-wirja mhux fissata tagħhom li tkun saret
qabel il-bidu fis-seħħ ta’ dan l-Att u r-riproduzzjoni ta’
dik il-fissazzjoni meta din tkun saret mingħajr l-
awtorizzazzjoni tagħhom u d-drittijiet ta’ artisti biex
jipprevjenu x-xandir b’mezzi mingħajr fili u l-
komunikazzjoni lill-pubbliku tal-wirja tagħhom
filwaqt li tkun qegħda ssir meta din issir mingħajr l-
awtorizzazzjoni tagħhom għandhom ikunu protetti taħt
dan l-Att sa tmiem perijodu ta’ ħamsin sena li jibda
għaddej minn tmiem is-sena kalendarja li fiha tkun
32 KAP. 415. ħ DRITTIJIET TA’ L-AWTUR
saret il-wirja. B’dan li dawn id-drittijiet jiġu eżerċitati
permess ta’ collecting society.
(b) Id-dritt ta’ produtturi ta’ reġistrazzjonijiet bil-ħoss li
jsiru qabel il-bidu fis-seħħ ta’ dan l-Att biex tiġi
awtorizzata jew ipprojbita l-kirja ta’ dawk ir-
reġistrazzjonijiet bil-ħoss għandu jkun protett taħt dan
l-Att għal żmien ta’ ħamsin sena li jibdew għaddejin
minn tmiem is-sena kalendarja li fiha tkun saret ir-
reġistrazzjoni bil-ħoss. B’dan li dawn id-drittijiet jiġu
eżerċitati permess ta’ collecting society.
(ċ) Id-detentur ta’ dritt tad-drittijiet ta’ l-awtur għar-
rigward ta’ xogħol letterarju li jkun jikkonsisti fi
programm tal-computer biex jawtorizza jew
jipprojbixxi il-kiri ta’ dak il-programm għandu jkun
protett sa tmiem perijodu ta’ ħamsin sena li jibda
għaddej minn tmiem is-sena kalendarja li fiha l-awtur
ta’ dak il-programm tal-computer imut.
(3) Ma tista’ tittieħed ebda azzjoni taħt dan l-Att għar-rigward
ta’ xi ħaġa li tkun saret qabel il-bidu fis-seħħ ta’ dan l-Att għar-
rigward ta’ drittijiet rikonoxxuti b’dan l-Att iżda li ma kienux
rikonoxxuti bl-Att dwar id-Drittijiet ta’ l-Awtur, imħassar b’dan l-
Att.
