TRADEMARKS ġ KAP. 416. 1
KAPITOLU 416
ATT DWAR IT-TRADEMARKS
Biex jirregola t-Trademarks.
1 ta’ Jannar, 2001
L-ATT XVI ta’ l-2000, kif emendat bl-Att IX ta’ l-2003.
TAQSIMA I
PRELIMINARI
Titolu fil-qosor.
Tifsir.
Emendat:
IX. 2003.102.
2. (1) F’dan l-Att, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra - 
"Kontrollur" tfisser il-Kontrollur tal-Proprjetà  Industrijali u
tinkludi lil kull persuna oħra li tiġi maħtura sabiex teżerċita is-
setgħat kollha jew x’uħud minnhom u twettaq id-dmirijiet kollha
jew x’uħud minnhom tal-Kontrollur;
"Konvenzjoni ta’ Pariġi" tfisser il-konvenzjoni msemmija fl-
artikolu 49 ta’ dan l-Att;
"kummerċ" tinkludi kull negozju jew professjoni;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għall-protezzjoni tal-
Proprjetà  Industrijali;
"negozju" tinkludi kull kummerċ jew professjoni; 
"preskritt" tfisser preskritt b’dan l-Att jew b’kull regolamenti
magħmulin taħtu; 
"jippubblika" tfisser min jagħmel disponibbli għall-pubbliku, u
riferenzi għall-pubblikazzjoni f’dak li għandu x’jaqsam mar-
reġistrazzjoni, huma riferenzi għal pubblikazzjoni taħt l-artikolu 37
(4);
"proċedimenti ta’ kontravvenzjoni" għar-rigward ta’ trademark
reġistrata tinkludi proċedimenti taħt l-artikolu 16;
Kap. 29.
"reġistru" tfisser ir-reġistru ta’ trademarks li jinzamm taħt dan l-
Att u tinkludi r-reġistru ta’ trademarks li jinżamm taħt l-Ordinanza
dwar il-Protezzjoni tal-Proprjetà  Industrjali, li hi f’parti minnha
mħassra b’dan l-Att;
''Stat Membru'' tfisser stat li jkun membru ta’ l-Unjoni Ewropea;
"trademark" tfisser kull sinjal li jista’ jiġi rappreżentat b’mod
grafiku u li bih jistgħu jintgħarfu l-oġġetti u s-servizz ta’ xi impriża
minn dawk ta’ impriżi oħra. Trademark tista’, b’mod partikolari,
tkun tikkonsisti fi kliem (inklużi ismijiet personali), elementi
figurattivi, ittri, numri jew il-forma ta’ oġġetti jew l-ippakkettjar
tagħhom:
Iżda għall-għan ta’ dan l-Att "kull sinjal li jista’ jiġi
rappreżentant b’mod grafiku" jinkludi kull sinjal li jista’ jiġi
msawwar fi kliem;
2 KAP. 416. ħ TRADEMARKS
Kap. 460. ''it-Trattat'' għandha l-istess tifsir mogħti lilha bl-Att dwar l-
Unjoni Ewropea;
''Unjoni Ewropea'' tfisser l-Unjoni Ewropea msemmija fit-
Trattat.
(2) (a) Riferenzi f’dan l-Att għal trademark jinkludu, kemm-
il-darba r-rabta tal-kliem ma teħtieġx xort’oħra,
riferenza għal marka kollettiva jew għal marka ta’
ċertifikazzjoni rispettivament imsemmija fl-artikoli 45
u 46.
(b) Riferenzi f’dan l-Att għal użu (jew xi deskrizzjoni
partikolari ta’ użu) ta’ trademark, jew ta’ sinjal
identiku magħha, li jixbaħha, jew li x’aktarx jiftiehem
bi żball li hu trademark, jinkludu użu (jew dik id-
deskrizzjoni ta’ użu) xort’oħra milli permezz ta’
raffigurazzjoni grafika.
TAQSIMA II
TRADEMARKS REĠISTRATI
Introduzzjoni
Dritt ta’ proprjetà . 3. Trademark reġistrata hija proprjetà  miksuba bir-
reġistrazzjoni tat-trademark taħt dan l-Att. Il-proprjetarju ta’
trademark reġistrata jkollu d-drittijiet u r-rimedji provduti b’dan l-
Att.
Raġunijiet għal rifjut ta’ reġistrazzjoni
Raġunijiet assoluti 
għal rifjut.
4. (1) Dawn li ġejjin ma għandhomx jiġu reġistrati bħala
trademarks -
(a) sinjali li ma jinkwadrawx fit-tifsira ta’ trademarks fl-
artikolu 2;
(b) trademarks li huma neqsin minn kull karattru distintiv;
(ċ) trademarks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew
indikazzjonijiet li jistgħu jservu, fil-kummerċ, biex
ifissru ix-xorta, kwalità , skop intiż, valur, oriġni
ġeografika, żmien ta’ produzzjoni ta’ oġġetti jew ta’
għoti ta’ servizzi, jew karatteristiċi oħrajn ta’ oġġetti
jew servizzi;
(d) trademarks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew
indikazzjonijiet li saru konswetudinarji fl-ilsien
mitkellem jew fl-użanzi bonafidi u stabbiliti ta’ dak il-
kummerċ:
Iżda trademark ma għandhiex tiġi rifjutata milli tiġi
reġistrata minħabba fil-paragrafu (b), (ċ) jew (d) hawn aktar qabel
jekk, qabel id-data ta’ l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni, tkun fil-
fatt kisbet karattru distintiv b’riżultat ta’ l-użu li jsir minnha
f’Malta.
(2) Sinjal ma għandux jiġi reġistrat bħala trademark jekk ikun
esklużivament jikkonsisti -
(a) fil-forma li tirriżulta mix-xorta ta’ l-oġġetti nfushom,
(b) fil-forma ta’ oġġetti li tkun meħtieġa biex jinkiseb
TRADEMARKS ġ KAP. 416. 3
riżultat tekniku, jew
(ċ) fil-forma li tagħti valur sostantiv lill-oġġetti.
(3) Trademark ma għandhiex tkun reġistrata jekk din -
(a) tmur kontra public policy jew il-prinċipji aċċettati tal-
moralità , jew
(b) tkun ta’ tali xorta li tqarraq bil-pubbliku jew x’aktarx
li tqarraq bil-pubbliku bħal dwar ix-xorta, kwalità  jew
oriġni ġeografika ta’ l-oġġetti jew tas-servizz jew
b’kull mod ieħor li jkun.
(4) Trademark ma għandhiex tiġi reġistrata jekk jew
daqskemm l-użu tagħha jkun projbit f’Malta bl-għemil ta’ xi liġi.
(5) Trademark ma għandhiex tiġi reġistrata fil-każijiet
speċifikati, jew imsemmija, fl-artikolu 5.
(6) Trademark ma għandhiex tiġi reġistrata jekk, jew
daqskemm, l-applikazzjoni ssir b’malafidi.
Emblemi protetti 
b’mod speċjali.
5. (1) Trademark li tikkonsisti fi, jew ikun fiha -
(a) l-istemmi, jew xi waħda mill-armaturi prinċipali ta’ l-
istemmi li jkunu jappartjenu lill-President jew lill-
Arċisqof Kattoliku Ruman ta’ Malta, jew xi insinja
jew arma oħra li jkunu daqstant jixbhu dawk l-armi
jew dik l-armatura ta’ l-istemmi li x’aktarx jitħawdu
magħhom,
(b) raffigurazzjoni tal-bnadar Presidenzjali jew
Episkopali,
(ċ) raffigurazzjoni tal-President jew ta’ l-Arċisqof, jew xi
tixbiha mlewna tagħhom, jew
(d) kelmiet, ittri jew mezzi li x’aktarx iwasslu lil min
jaħseb li jew l-applikant għandu jew li reċentement
kellu l-patroċinju jew l-awtorizzazzjoni Presidenzjali
jew Episkopali,
ma għandhiex tiġi reġistrata kemm-il darba l-Kontrollur ma jkunx
tal-fehma li jkun ingħata l-kunsens minn jew f’isem il-President
jew l-Arċisqof.
(2) Trademark li tkun tikkonsisti f’raffigurazzjoni tal-bandiera
nazzjonali ta’ Malta ma għandhiex tiġi reġistrata.
(3) Trademark li jkun fiha raffigurazzjoni tal-bandiera
nazzjonali ta’ Malta m’għandhiex tiġi reġistrata jekk il-Kontrollur
ikun tal-fehma li l-użu tat-trademark se jkun wieħed qarrieqi jew
gravement offensiv.
(4) Trademark ma għandhiex tkun reġistrata fil-każijiet
speċifikati fl-artikolu 51 jew fl-artikolu 52:
Iżda l-Ministru jista’ b’regolamenti jestendi l-applikabilità
tad-disposizzjonijiet ta’ dan is-subartikolu biex dawn ikunu
japplikaw mutatis mutandis għar-rigward ta’ reliġjonijiet oħra
minbarra r-Reliġjon Kattolika Appostolika Rumana.
4 KAP. 416. ħ TRADEMARKS
Raġunijiet relattivi 
għal rifjut ta’ 
reġistrazzjoni.
6. (1) Trademark ma għandhiex tkun reġistrata jekk din tkun
identika ma trademark preċedenti u l-oġġetti u s-servizzi li
dwarhom issir l-applikazzjon għat-trademark ikunu identiċi ma’ l-
oġġetti jew is-servizzi li dwarhom it-trademark preċedenti tkun
protetta.
(2) Trademark ma għandhiex tkun reġistrata jekk minħabba li
jew għax tkun identika ma’ trademark preċedenti u tkun se tiġi
reġistrata dwar oġġetti jew servizzi simili għal dawk li dwarhom it-
trademark preċedenti tkun protetta, jew għax tkun simili għal
trademark preċedenti u tkun se tiġi reġistrata dwar oġġetti jew
servizzi identiċi jew simili għal dawk li dwarhom it-trademark
preċedenti tkun protetta, ikun hemm probabbiltà  ta’ konfużjoni
min-naħa tal-pubbliku, inkluża l-probabbiltà  ta’ assoċjazzjoni mill-
pubbliku mat-trademark preċedenti:
Iżda s-sempliċi assoċjazzjoni mingħajr il-probabbiltà  ta’
konfużjoni ma għandiex tipprevjeni li marka ma tiġix reġistrata.
(3) Trademark li -
(a) tkun identika jew simili għal trademark preċedenti, u 
(b) għandha tiġi reġistrata dwar oġġetti jew servizzi li ma
jkunux simili għal dawk li dwarhom it-trademark
preċedenti tkun protetta,
ma għandhiex tkun reġistrata jekk, jew daqskemm, t-trademark
preċedenti jkollha riputazzjoni f’Malta u l-użu tat-trademark
sussegwenti mingħajr kawża ġusta jkun ta’ vantaġġ mhux ġust jew
ta’ detriment għax-xorta distintiva jew ir-riputazzjoni tat-
trademark preċedenti.
(4) Trademark ma għandhiex tkun reġistrata jekk, jew
daqskemm, jista’ ma jitħalliex li jsir l-użu tagħha f’Malta
minhabba -
(a) f’liġi li tkun tipproteġi trademark mhux reġistrata jew
xi sinjal ieħor li jintuża fil-kors tal-kummerċ, jew 
(b) fi dritt preċedenti li ma jkunx wieħed minn dawk
imsemmija fil-paragrafu (a) ta’ dan is-subartikolu jew
fis-subartikoli (1) sa (3), b’mod partikolari minhabba
fil-liġi dwar id-drittijiet ta’ l-awtur, jew ta’ disinji
reġistrati.
Persuna li kollha jedd li ma tħallix li jsir l-użu ta’ trademark
tissemma f’dan l-Att bħala ''l-proprjetarju ta’ dritt preċedenti''
għar-rigward tat-trademark.
(5) Ebda ħaġa f’dan l-artikolu ma żżomm mir-reġistrazzjoni ta’
trademark meta l-proprjetarju tat-trademark preċedenti jew il-
proprjetarju ta’ dritt preċedenti jagħti l-kunsens tiegħu għar-
reġistrazzjoni.
Tifsira ta’ 
''trademark 
preċedenti''.
7. (1) F’dan l-Att ''trademark preċedenti'' tfisser -
(a) trademark reġistrata, li jkollha data ta’ l-applikazzjoni
għar-reġistrazzjoni iktar kmieni minn dik tat-
trademark involuta, meta jitqiesu, fejn ikun il-każ, l-
prijoritajiet mitluba għar-rigward tat-trademarks,
TRADEMARKS ġ KAP. 416. 5
(b) trademark li, fid-data ta’ l-applikazzjoni għar-
reġistrazzjoni tat-trademark involuta jew (għax ikun
jixraq) tal-prijorità  mitluba għar rigward ta’ l-
applikazzjoni, kellha jedd għal protezzjoni taħt il-
Konvenzjoni ta’ Pariġi bħala trademark magħrufa sew. 
(2) Bla ħsara għal dik ir-reġistrazzjoni tagħha bħala tali, kull
riferenza f’dan l-Att għal trademark preċedenti tinkludi trademark
li għar-rigward tagħha tkun saret applikazzjoni għar-reġistrazzjoni
u li, jekk reġistrata, kienet tkun trademark preċedenti bis-saħħa tas-
subartikolu (1)(a).
(3) Trademark bħalma tissemma fis-subartikolu (1)(a) li r-
reġistrazzjoni tagħha tiskadi, għandha titkompla titqies meta
tittieħed deċiżjoni dwar ir-reġistrabilità  ta’ trademark sussegwenti
sa żmien sena wara l-iskadenza tagħha. Madankollu, jekk il-
Kontrollur jkun sodisfatt li ma kienx hemm użu bonafidi tat-
trademark matul is-sentejn minnufih qabel l-iskadenza, it-
trademark skaduta ma għandha titqies b’ebda mod.
Setgħa li jitneħħew 
raġunijiet relattivi 
għal rifjut ta’ 
reġistrazzjoni.
8. (1) Il-Ministru jista’ jagħmel regolamenti li jipprovdu li
trademark ma għandhiex ma titħalliex li tiġi reġistrata minħabba
f’xi raġuni msemmija fl-artikolu 6.
(2) Dawk ir-regolamenti jistgħu jagħmlu dawk il-
provvedimenti konsegwenzjali li jistgħu jidhru xierqa lill-Ministru
dwar -
(a) l-għemil ta’ riċerki mill-Kontrollur għal trademarks
preċedenti, u 
(b) il-persuni li jistgħu jagħmlu applikazzjoni għal
dikjarazzjoni ta’ invalidità  minħabba fir-raġunijiet
speċifikati fl-artikolu 43 (2). 
(3) Regolamenti li jkunu jipprovdu kif hemm imsemmi fis-
subartikolu (2)(a) jistgħu jordnaw li d-disposizzjonijiet ta’ l-
artikolu 35 daqskemm dawn ikunu jeħtieġu li ssir riċerka, ma
għandhomx ikollhom effett.
(4) Regolamenti li jkunu jipprovdu kif hemm imsemmi fis-
subartikolu (2)(b) jistgħu jipprovdu li l-artikolu 43(3) sakemm dan
jipprovdi li kulħadd jista’ jagħmel applikazzjoni għal dikjarazzjoni
ta’ invalidità , ikollhom effett bla ħsara għall-provvedimenti ta’ l-
ordni.
(5) Regolamenti taħt dan l-artikolu jista’ jkun fihom dawk id-
disposizzjonijiet transitorji hekk kif il-Ministru jidhirlu li jkunu
meħtieġa.
Effetti ta’ ''trademark'' reġistrata 
Drittijiet mogħtija 
permezz ta’ 
trademark 
reġistrata.
9. (1) Il-proprjetarju ta’ trademark reġistrata għandu drittijiet
esklużivi dwar dik it-trademark. Dawk id-drittijiet jiġu
kontravvenuti meta t-trademark hekk tintuża f’Malta bil-mod
speċifikat fl-artikolu 10, mingħajr il-kunsens tal-proprjetarju.
(2) Kull riferenza f’dan l-Att għall-kontravvenzjoni ta’
trademark reġistrat għandha titqies bħala riferenza għal
kontravvenzjoni bħal dik tad-drittijiet tal-proprjetarju.
6 KAP. 416. ħ TRADEMARKS
(3) Id-drittijiet tal-proprjetarju ikollhom effett mid-data tar-
reġistrazzjoni li titqies skond l-artikolu 37(3):
Iżda -
(a) ma jistgħu jinbdew ebda proċedimenti ta’
kontravvenzjoni qabel id-data meta t-trademark tkun
fil-fatt reġistrata; u
(b) ma jsir ebda reat taħt l-artikolu 72 b’xi għemil li jseħħ
qabel id-data tal-pubblikazzjoni tar-reġistrazzjoni.
Kontravvenzjoni 
ta’ trademark 
reġistrata.
10. (1) Persuna tikkontravvjeni trademark reġistrata meta fil-
kors tal-kummerċ tuża sinjal li jkun identiku mat-trademark għar-
rigward ta’ oġġetti jew servizzi li jkunu identiċi ma’ dawk li
dwarhom it-trademark tkun reġistrata.
(2) Persuna tikkontravvjeni trademark reġistrata meta fil-kors
tal-kummerċ tuża sinjal li minħabba -
(a) li s-sinjal ikun identiku mat-trademark u jkun użat
għar-rigward ta’ oġġetti jew servizzi simili għal dawk
li dwarhom it-trademark tkun reġistrata, u
(b) is-sinjal ikun simili għat-trademark u jintuża għar-
rigward ta’ oġġetti jew servizzi identiċi ma’, jew simili
għal dawk li dwarhom it-trademark tkun reġistrata,
jkun hemm probabbiltà  ta’ konfużjoni min-naħa tal-pubbliku,
inkluża l-probabbiltà  ta’ assoċjazzjoni mat-trademark:
Iżda assoċjazzjoni waħidha mingħajr il-probabbiltà  ta’
konfużjoni ma għandhiex titqies bħala li tikkostitwixxi
kontravvenzjoni.
(3) Persuna tikkontravvjeni trademark reġistrata meta fil-kors
tal-kummerċ tuża sinjal li -
(a) jkun identiku jew jixbah it-trademark, u
(b) jintuża għar-rigward ta’ oġġetti jew servizzi li ma
jkunux simili għal dawk li dwarhom it-trademark tkun
reġistrata,
meta t-trademark ikollha riputazzjoni f’Malta u l-użu tas-sinjal, li
jsir mingħajr kawża ġusta, jieħu vantaġġ mhux ġust fuq, jew ikun
detrimentali għax-xorta distintiva jew ir-riputazzjoni tat-
trademark.
(4) Għall-għanijiet ta’ dan l-artikolu persuna tuża sinjal jekk,
b’mod partikolari, hija -
(a) twaħħalha ma’ l-oġġetti jew mal-ippakkettjar
tagħhom;
(b) toffri jew tesponi oġġetti għal bejgħ, toħroġhom fis-
suq jew taħżinhom għal dawk l-għanijiet taħt is-sinjal,
jew toffri jew tforni servizzi taħt is-sinjal; 
(ċ) timporta jew tesporta oġġetti taħt is-sinjali; jew
(d) tuża s-sinjal fuq kartolerija kummerċjali jew fir-
reklamar. 
(5) Persuna li tapplika trademark reġistrata għal materjal
TRADEMARKS ġ KAP. 416. 7
maħsub li jintuża għall-ittikkettjar jew l-ippakkettjar ta’ oġġetti,
bħala kartolerija kummerċjali, jew għar-reklamar ta’ oġġetti jew
servizzi, għandu jitqies bħallikieku parti fl-użu tal-materjal li
jikkontravvjeni t-trademark reġistrata jekk meta huwa jkun applika
t-trademark kien jaf jew kellu għaliex jaħseb li l-applikazzjoni tat-
trademark ma kienetx debitament awtorizzata mill-proprjetarju jew
minn persuna liċenzjata.
(6) Ebda ħaġa fid-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-artikolu
ma għandha tiftiehem bħala li tipprevjeni l-użu ta’ trademark
reġistrata minn xi persuna bil-għan li jiġu identifikati oġġetti jew
servizzi bħal dawk tal-proprjetarju jew tal-persuna liċenzjata.
Madankollu, kull użu bħal dak xort’oħra milli skond kull prattika
onesta fi ħwejjeġ industrijali jew kummerċjali għandu jitqies bħala
lil jikkontravvjeni t-trademark reġistrata jekk l-użu mingħajr
kawża ġusta jkun jieħu vantaġġ mhux ġust fuq, jew ikun
detrimentali għax-xorta distintiva jew riputazzjoni tat-trademark.
Limiti fuq l-effett 
ta’ trademark 
reġistrata.
11. (1) Ma ssirx kontravvenzjoni ta’ trademark reġistrata bl-
użu ta’ trademark reġistrata oħra għar-rigward ta’ oġġetti jew
servizzi li dwarhom it-trademark l-oħra tkun reġistrata.
(2) Ma ssirx kontravvenzjoni ta’ trademark reġistrata billi -
(a) jsir użu minn persuna ta’ l-isem u l-indirizz tiegħu
nnifsu,
(b) jsir użu ta’ indikazzjonijiet li jkunu jirrigwardaw ix-
xorta, l-kwalità , l-kwantità , l-iskop intiż, il-valur, l-
oriġni ġeografika, iż-żmien tal-produzzjoni ta’ l-
oġġetti jew ta’ l-għoti ta’ servizzi, jew karatteristiċi
oħra ta’ oġġetti jew servizzi, jew
(ċ) jsir użu tat-trademark meta jkun meħtieġ li jiġi indikat
l-iskop intiż ta’ prodott jew servizz, b’mod partikolari,
bħala aċċessorji jew spare parts:
Iżda l-użu jkun skond kull prattika onesta fi ħwejjeġ
industrijali jew kummerċjali.
(3) (a) Ma ssirx kontravvenzjoni ta’ trademark reġistrata bl-
użu fil-kors ta’ kummerċ f’Malta ta’ dritt preċedenti.
(b) Għall-għanijiet ta’ dan is-subartikolu "dritt preċedenti"
jfisser trademark mhux reġistrata jew sinjal ieħor li
jintuża kontinwament għar-rigward ta’ oġġetti jew
servizzi minn persuna jew mill- predeċessur tagħha fit-
titolu minn data li tiġi qabel dak li jiġi l-aktar kmieni
minn -
(i)  l-użu tat-trademark l-ewwel imsemmija għar-
rigward ta’ dawk l-oġġetti jew servizzi mill-
proprjetarju jew mill-predeċessur tagħha fit-
titolu, jew
(ii) ir-reġistrazzjoni tat-trademark l-ewwel imsem-
mija għar-rigward ta’ dawk l-oġġetti jew
servizzi f’isem il-proprjetarju jew predeċessur
b’jedd fuqhom; u
(iii) dritt preċedenti jitqies li jkun japplika jekk, jew
8 KAP. 416. ħ TRADEMARKS
daqskemm, l-użu tiegħu jkun protett bis-saħħa
ta’ xi liġi.
Il-proprjetarju ma 
jistax jipprojbixxi 
l-użu.
Sostitwit:
IX. 2003.103.
12. (1) Trademark ma tagħti ebda jedd lill-proprjetarju li
jipprojbixxi l-użu għar-rigward ta’ oġġetti li jkun fihom dik it-
trademark li jkunu tqegħdu fis-suq mill-proprjetarju jew bil-
kunsens tiegħu.
(2) Id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) ma għandhomx
japplikaw meta jkun hemm raġunijiet leġittimi għaliex il-
proprjetarju għandu jopponi iktar kummerċjalizzazzjoni ta’ l-
oġġetti partikolarment meta l-kondizzjoni ta’ l-oġġetti tinbidel jew
tittiefes wara li dawn ikunu tqegħdu fis-suq.
(3) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu ''suq'' tfisser is-suq f’Malta
u mill-1 ta’ Mejju 2004, is-suq f’kull Stat Membru.
Reġistrazzjoni 
suġġetta għal ċħid 
jew limitazzjoni.
13. (1) Applikant għal reġistrazzjoni ta’ trademark, jew il-
proprjetarju ta’ trademark reġistrata, jista’ -
(a) jiċħad kull dritt għall-użu esklużiv ta’ xi element
speċifikat tat-trademark, jew
(b) jaqbel li d-drittijiet mogħtija bir-reġistrazzjoni jkunu
suġġetti għal limitazzjoni speċifika territorjali jew
xort’oħra.
(2) Il-Kontrollur jista’ jiċħad kull dritt għall-użu esklużiv ta’
xi element speċifikat tat-trademark.
(3) Il-Ministru jista’ jagħmel regoli li jkunu jipprovdu għall-
pubblikazzjoni u l-kitba fir-reġistru ta’ xi ċħid jew limitazzjoni. 
(4) Meta r-reġistrazzjoni ta’ trademark tkun suġġetta għal ċħid
jew limitazzjoni, id-drittijiet mogħtija bl-artikolu 9 jkunu ristretti
skond hekk.
Proċedimenti ta’ kontravvenzjoni
Azzjoni dwar 
kontravvenzjoni.
14. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 28 u 29,
kontravvenzjoni ta’ trademark reġistrata hi azzjonabbli mill-
proprjetarju tat-trademark b’ċitazzjoni li tiġi ppreżentata fil-
Prim’Awla tal-Qorti Ċivili.
(2) F’azzjoni dwar kontravvenzjoni kull rimedju bħalma hu
disponibbli għar-rigward tal-kontravvenzjoni ta’ kull dritt ieħor li
jirrigwarda l-proprjetà  jkun disponibbli lill-attur.
Ordni għat-taħsir, 
eċċ., ta’ sinjal 
kontravvenjenti.
15. (1) Meta jirriżulta li persuna tkun ikkontravvjeniet
trademark reġistrata, il-Qorti tista’ toħroġ ordni li teħtieġha -
(a) tara li s-sinjal kontravvenjenti jitħassar, jitneħħa jew
jiġi ngassat minn fuq oġġetti, materjal jew ħwejjeġ fil-
pussess, kustodja jew kontroll tagħha, jew
(b) jekk ma jkunx raġonevolment prattikabbli li s-sinjal
kontravvenjenti jitħassar, jitneħħa jew jiġi ngassat, li
tiżgura li sseħħ il-qerda ta’ tali oġġett, materjal jew
ħaġa involuta.
(2) Jekk ordni taħt is-subartikolu (1) ma jiġix imħares, jew
inkella l-Qorti jkun jidhrilha li x’aktarx li dik l-ordni ma tkunx se
TRADEMARKS ġ KAP. 416. 9
titħares, il-Qorti tista’ tordna li oġġetti, materjal jew ħwejjeġ
kontravvenjenti għandhom jingħataw lil dik il-persuna li l-Qorti
tista’ ssemmi biex teffettwa t-taħsir, tneħħija jew ingassar tas-
sinjal, jew għall-qerda, skond il-każ.
Ordni għall-
konsenja ta’ l-
oġġetti, materjal 
jew ħwejjeġ 
kontravvenjenti.
16. (1) Il-proprjetarju ta’ trademark reġistrat jista’ jitlob lill-
Qorti toħroġ ordni għall-konsenja lilu, jew lil min il-Qorti tista’
tordna, ta’ dawk l-oġġetti, materjal jew ħwejjeġ kontravvenjenti li
persuna jkollha fil-pussess, kustodja jew kontroll tagħha fil-kors ta’
xi kummerċ.
(2) Ma għandhiex issir applikazzjoni wara tmiem il-perjodu
speċifikat fl-artikolu 18; u ma għandha ssir ebda ordni kemm-il
darba l-Qorti ma toħroġx ukoll ordni, jew ikun jidher lill-Qorti li
jkun hemm raġunijiet għall-ħruġ ta’ ordni, taħt l-artikolu 19.
(3) Min jiġi konsenjat lilu xi oġġett, materjal jew ħaġa
kontravvenjenti skond u b’mod konformi ma’ ordni taħt dan l-
artikolu għandu jibqa’ jżommhom sakemm tingħata d-deċiżjoni tal-
Qorti taħt l-artikolu 19.
(4) Ebda ħaġa f’dan l-artikolu ma tolqot xi setgħa oħra tal-
Qorti.
Tifsira ta’ ''oġġetti, 
materjal jew 
ħwejjeġ 
kontravvenjenti''.
17. (1) F’dan l-Att, il-frażijiet ''oġġetti kontravvenjenti'',
''materjal kontravvenjenti'' u ''ħwejjeġ kontravvenjenti'' għandhom
jiftiehmu skond dawn is-subartikoli li ġejjin ta’ dan l-artikolu.
(2) Oġġetti jkunu "oġġetti kontravvenjenti'', għar-rigward ta’
trademark reġistrata, jekk l-oġġetti jew l-ippakkettjar tagħhom
jġibu fuqhom sinjal identiku jew jixbah lil dik it-trademark u - 
(a) l-applikazzjoni tas-sinjal għall-oġġetti jew l-
ippakkettjar tagħhom jkun kontravvenzjoni tat-
trademark reġistrata, jew
(b) l-oġġetti jkunu qed jiġu proposti li jiġu importati
f’Malta u l-applikazzjoni f’Malta tas-sinjal dwarhom
jew l-ippakkettjar tagħhom jkun kontravvenzjoni tat-
trademark reġistrata, jew
(ċ) is-sinjal jkun xort’oħra intuża għar-rigward ta’ l-
oġġetti b’mod li jikkontravvjeni t-trademark
reġistrata.
(3) Materjal jkun "materja kontravvenjenti'', għar-rigward ta’
trademark reġistrata, jekk iġibu fuqhom sinjal identiku jew jixbah
lil dik it-trademark u -
(a) ikun użat għat-tikkettjar jew l-ippakkettjar ta’ oġġetti,
bħala kartolerija kummerċjali, jew għar-reklamar ta’
oġġetti jew servizzi, b’mod li jikkontravvjeni t-
trademark reġistrata, jew
(b) ikun intiż li hekk jintuża u dak l-użu jkun
jikkontravvjeni t-trademark reġistrata.
(4) "Ħwejjeġ kontravvenjenti'', għar-rigward ta’ trademark
reġistrata, tfisser ħwejjeġ -
(a) li jkunu speċifikament disinjati jew adattati għall-
10 KAP. 416. ħ TRADEMARKS
għemil ta’ kopji ta’ sinjal identiku jew jixbah lil dik it-
trademark, u
(b) li persuna jkollha fil-pussess, kustodja jew kontroll
tagħha, filwaqt li tkun taf, jew ikollha għaliex taħseb,
li jkunu ġew użati jew ikunu se jintużaw biex
jipproduċu oġġetti jew materjal kontravvenjenti.
Perjodu li warajh 
ma jibqax 
disponibbli ir-
rimedju tal-
konsenja.
18. (1) Applikazzjoni għal ordni taħt l-artikolu 16 ma tistax
issir wara tmiem il-perjodu ta’ sitt snin -
(a) fil-każ ta’ oġġetti kontravvenjenti, mid-data meta t-
trademark kienet applikata għall-oġġetti jew l-
ippakkettjar tagħhom,
(b) fil-każ ta’ materjal kontravvenjenti, mid-data meta t-
trademark ġiet applikata għall-oġġetti, jew
(ċ) fil-każ ta’ ħwejjeġ kontravvenjenti, mid-data meta
dawk ikunu saru, 
ħlief kif provdut fis-subartikolu li ġej.
(2) Jekk matul il-perjodu kollu jew parti minnu l-proprjetarju
tat-trademark reġistrata ma jitħalliex, bi frodi jew ħabi, milli jikxef
il-fatti li jagħtuh jedd japplika għal ordni, tista’ ssir applikazzjoni
f’kull żmien qabel tmiem il-perjodu ta’ sitt snin mid-data meta
huwa seta’, b’diliġenza raġonevoli, skopra dawk il-fatti.
Ordni dwar it-
tneħħija ta’ oġġetti, 
materjal jew 
ħwejjeġ 
kontravvenjenti.
19. (1) Meta oġġetti, materjal jew ħwejjeġ kontravvenjenti
jkunu ġew konsenjati skond u b’mod konformi ma’ ordni taħt l-
artikolu 16, tista’ ssir azzjoni permezz ta’ ċitazzjoni quddiem il-
Qorti minn kull parti li jkollha interess -
(a) għal ordni li jiġu meqruda jew konfiskati lil min il-
Qorti jista’ jidhrilha li jkun xieraq, jew
(b) għal deċiżjoni li ma għandha ssir ebda ordni bħal dik.
(2) Meta tiġi biex tqis id-deċiżjoni tagħha, l-Qorti għandha
tqis jekk rimedji oħra disponibbli f’azzjoni dwar kontravvenzjoni
tat-trademark reġistrata jkunux adegwati biex jikkumpensaw lill-
proprjetarju u xi detentur ta’ liċenza biex jipproteġu l-interessi
tagħhom.
(3) Il-Qorti għandha tordna n-notifika taċ-ċitazzjoni lil persuni
li jkollhom interess fl-oġġetti, materjal jew ħwejjeġ kontrav-
venjenti, u kull persuna li jkollha interess għandu jkollha jedd -
(a) tidher waqt proċedimenti għal ordni taħt dan l-
artikolu, sew jekk kienet notifikata b’avviż sew jekk
ma kienetx, u
(b) tappella kontra xi ordni maħruġa, sew jekk tkun dehret
sew jekk ma tkunx dehret fl-ewwel istanza, u kull
ordni bħal dik ma għandhiex isseħħ sa tmiem il-
perjodu li fih jista’ jiġi ppreżentat appell jew, jekk
qabel tmiem dak il-perjodu jkun hekk ġie ppreżentat
appell, sad-deċiżjoni finali jew iċ-ċessjoni tal-
proċedimenti ta’ l-appell. 
(4) Meta jkun hemm aktar minn persuna waħda li jkollha
TRADEMARKS ġ KAP. 416. 11
interess fl-oġġetti, materjal jew ħwejjeġ, il-Qorti għandha toħroġ
dak l-ordni li tqis idoneju. 
(5) Jekk il-Qorti tiddeċiedi li ma għandu jinħareġ ebda ordni
taħt dan l-artikolu, min kellu fil-pussess, kustodja jew kontroll
tiegħu l-oġġetti, materjal jew ħwejjeġ qabel il-konsenja tagħhom,
ikollu jedd għar-radd lura tagħhom.
Rimedju għal 
theddid bla raġun 
ta’ proċedimenti 
ta’ 
kontravvenzjoni.
20. (1) Meta persuna thedded lil persuna oħra bi proċedimenti
ta’ kontravvenzjoni dwar trademark reġistrata li ma tkunx -
(a) l-użu tat-trademark fuq oġġetti jew l-ippakkettjar
tagħhom, 
(b) l-importazzjoni ta’ oġġetti li dwarhom, jew dwar l-
ippakkettjar tagħhom, tkun ġiet applikata t-trademark,
jew
(ċ) il-provvista ta’ servizzi taħt it-trademark,
persuna aġġravata tista’ tibda proċedimenti għal rimedju taħt dan l-
artikolu b’ċitazzjoni quddiem il-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili.
(2) Ir-rimedju li tista’ ssir applikazzjoni dwaru hu wieħed
minn dawn li ġejjin -
(a) dikjarazzjoni li t-theddid ma jkunx ġustifikat,
(b) inibizzjoni kontra t-tkomplija tat-theddid, 
(ċ) danni għar-rigward ta’ kull telf li seta’ ġarrab permezz
tat-theddid,
u l-attur ikollu jedd għal dak ir-rimedju kemm-il darba l-konvenut
ma jurix li l-atti li dwarhom kienu mhedda l-proċedimenti
jikkostitwixxu, jew inkella jekk isiru jkunu jikkostitwixxu,
kontravvenzjoni tat-trademark reġistrata involuta.
(3) Meta l-konvenut juri li l-attijiet li dwarhom kienu mhedda
l-proċedimenti kienu jikkostitwixxu jew kieku kienu jikkostitwixxu
kontravvenzjoni tat-trademark reġistrata, l-attur għandu
madankollu jkollu jedd għal rimedju jekk juri li r-reġistrazzjoni tat-
trademark ma tkunx valida jew tista’ tiġi revokata.
(4) L-avviż waħdu li trademark tkun reġistrata, jew li tkun
saret applikazzjoni għal reġistrazzjoni, ma jikkostitwux theddida
ta’ proċedimenti għall-iskopijiet ta’ dan l-artikolu.
''Trademark'' reġistrata bħala proprjetà
Xorta ta’ 
trademark 
reġistrata.
21. Trademark reġistrata hija proprjetà  personali ta’ sidha.
Komproprjetà  ta’ 
trademark 
reġisrata.
22. (1) Meta trademark reġistrata tiġi konċessa lil tnejn min-
nies jew aktar solidalment, kull wieħed minnhom ikollu jedd,
sakemm ma jkunx ġie miftiehem kuntrarju, għal sehem indaqs
mhux diviż fit-trademark reġistrata.
(2) Dawn id-disposizzjonijiet li ġejjin japplikaw meta tnejn
min-nies jew aktar ikunu komproprjetarji ta’ trademark reġistrata,
bis-saħħa tas-subartikolu (1) jew xort’oħra.
(3) Bla ħsara għal kull ftehim kuntrarju, kull komproprjetarju
jkollu jedd, personalment jew permezz ta’ l-aġenti tiegħu, li
12 KAP. 416. ħ TRADEMARKS
jagħmel għall-benefiċċju tiegħu nnifsu u mingħajr il-kunsens jew
il-ħtieġa ta’ rendikont lejn xi komproprjetarju ieħor, kull att li
kieku xort’oħra jammonta għal kontravvenzjoni tat-trademark
reġistrata.
(4) Minkejja d-disposizzjonijiet tas-subartikolu (3),
komproprjetarju ma jistax mingħajr il-kunsens ta’ l-ieħor jew ta’ l-
oħrajn -
(a) jagħti liċenza għall-użu tat-trademark reġistrata, jew
(b) jassenja jew iċedi kontroll tas-sehem tiegħu fit-
trademark reġistrata.
(5) Proċedimenti ta’ kontravvenzjoni jistgħu jinbdew minn
kull komproprjetarju, iżda komproprjetarju ma jistax, mingħajr il-
permess tal-Qorti, ikompli bl-azzjoni sakemm il-komproprjetarju l-
ieħor, jew kull wieħed mill-komproprjetarji l-oħrajn, jiġi kjamat
fil-kawża.
Komproprjetarju li hekk jiġi kjamat fil-kawża ma jbati
ebda spejjez fl-azzjoni. 
Ebda ħaġa f’dan is-subartikolu ma tolqot l-għemil ta’ xi
mandat kawtelatorju fuq rikors ta’ komproprjetarju uniku.
(6) Ebda ħaġa f’dan l-artikolu ma tolqot id-drittijiet u
obbligazzjonijiet ta’ trustees jew ta’ rappreżentanti personali, jew
tad-drittijiet u l-obbligi tagħhom bħala tali.
Trasmissjoni ta’ 
trademark 
reġistrata.
23. (1) Trademark reġistrata tista’ tiġi trasmessa
b’assenjazzjoni, disposizzjoni testamentarja jew xi provvediment
tal-liġi bl-istess mod bħal kull proprjetà  oħra personali jew mobbli.
Din tiġi hekk trasmessa sew f’konnessjoni mat-twillija ta’
negozju sew b’mod indipendenti.
(2) Assenjazzjoni jew trasmissjoni oħra ta’ trademark
reġistrata tista’ tkun parzjali u limitata sabiex tapplika -
(a) għar-rigward ta’ x’uħud mill-oġġetti u s-servizzi, iżda
mhux kollha, li dwarhom tkun reġistrata t-trademark,
jew
(b) għar-rigward ta’ l-użu tat-trademark b’xi mod
partikolari jew f’xi lokalità  partikolari.
(3) Assenjazzjoni ta’ trademark reġistrata ma tkunx effettiva
kemm-il darba ma ssirx bil-miktub u tkun iffirmata miċ-ċedent jew
inkella, skond il-każ, minn rappreżentant tiegħu.
(4) Ebda ħaġa f’dan l-Att ma għandha tiftiehem bħala li tolqot
l-assenjazzjoni jew xi trasmissjoni oħra ta’ trademark mhux
reġistrata bħala parti mit-twillija ta’ negozju.
Reġistrazzjoni ta’ 
transazzjoni li 
jolqtu trademark 
reġistrata.
24. (1) Meta ssir applikazzjoni lill-Kontrollur minn -
(a) persuna li tippretendi li jkollha jedd għal interess fi
jew taħt trademark reġistrata bis-saħħa ta’ transazzjoni
reġistrabbli, jew
(b) xi persuna oħra li tippretendi li se tintlaqat minn
transazzjoni bħal dik, 
TRADEMARKS ġ KAP. 416. 13
il-partikolaritajiet preskritti tat-transazzjoni għandhom jiddaħħlu
fir-reġistru.
(2) Dawn li ġejjin huma transazzjonijiet reġistrabbli -
(a) l-assenjazzjoni ta’ trademark reġistrata jew ta’ xi dritt
fiha;
(b) l-għoti ta’ liċenza taħt trademark reġistrata;
(ċ) it-trasferiment ta’ trademark reġistrata permezz ta’
disposizzjoni testamentarja;
(d) ordni ta’ Qorti jew ta’ xi awtorità  kompetenti oħra li
tittrasferixxi trademark reġistrata jew xi dritt fiha jew
taħta.
(3) Sakemm issir applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tal-
partikolaritajiet preskritti ta’ transazzjoni reġistrabbli -
(a) it-transazzjoni ma jkollhiex effett fil-konfront ta’
persuna li b’bonafidi tikseb interess konfliġġenti fit-
trademark reġistrata, u 
(b) persuna li tippretendi li tkun detentur ta’ liċenza bis-
saħħa tat-transazzjoni ma jkollhiex il-protezzjoni ta’ l-
artikolu 28 jew 29.
(4) Meta persuna ssir il-proprjetarju jew detentur ta’ liċenza
ta’ trademark reġistrata bis-saħħa ta’ transazzjoni reġistrabbli, hija
ma jkollha la jedd għal danni lanqas għal kont ta’ profitti għar-
rigward ta’ ebda kontravvenzjoni tat-trademark reġistrata li tiġri
wara d-data tat-transazzjoni reġistrabbli u qabel ma jiġu reġistrati l-
partikolaritajiet preskritti tat-transazzjoni, kemm-il darba;
(a) ma ssirx applikazzjoni għal reġistrazzjoni tal-
partikolaritajiet preskritti tat-transazzjoni qabel tmiem
il-perjodu ta’ sitt xhur li jibdew għaddejin mid-data
tat-transazzjoni, jew 
(b) il-Qorti ma tkunx sodisfatta li ma kienx prattikabbli li
ssir applikazzjoni bħal dik qabel tmiem dak il-perjodu
u li tkun saret applikazzjoni kemm seta’ kien malajr
wara dan.
(5) Il-Ministru jista’ jagħmel regolamenti li jkunu jippreskrivu
regoli dwar -
(a) l-emenda ta’ partikolaritajiet reġistrati li jkollhom
x’jaqsmu ma’ liċenza biex ikunu jirriflettu kull tibdil
fil-pattijiet tal-liċenza, u
(b) it-tneħħija ta’ dawk il-partikolaritajiet mir-reġistru -
(i) meta jkun jidher mill-partikolaritajiet reġistrati
li l-liċenza tkun ingħatat għal perjodu fiss u li
dak il-perjodu jkun skada;
(ii) meta ma jiġi indikat ebda perjodu bħal dak u,
wara dak il-perjodu li jista’ jiġi hekk preskritt, u
wara li l-Kontrollur ikun avża lill-partijiet bil-
ħsieb tiegħu li jneħħi l-partikolaritajiet mir-
reġistru u l-partijiet ma jkunux indikaw li jkunu
ftehmu li dawk il-partikolaritajiet ma
14 KAP. 416. ħ TRADEMARKS
għandhomx jitneħħew għal dak il-perjodu li
dwaru l-partijiet ikunu qablu u indikaw lill-
Kontrollur;
(ċ) l-emenda jew tneħħija mir-reġistru ta’ partikolaritajiet
li jkunu jirrigwardaw interess f’xi titolu fuq talba, jew
bil-kunsens tal-persuna li jkollha jedd għall-benefiċċju
ta’ dak it-titolu.
Applikazzjoni għal 
reġistrazzjoni ta’ 
trademark bħala 
proprjetà .
25. Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 21 sa 24 japplikaw
mutatis mutandis għar-rigward ta’ talba għar-reġistrazzjoni ta’
trademark bl-istess mod bħallikieku għal trademark reġistrata.
Liċenzjar ta’ 
trademark 
reġistrata.
26. (1) Liċenza għall-użu ta’ trademark reġistrata tista’ tkun
sew ġenerali sew limitata. Liċenza limitata tista’ b’mod partikolari
tapplika - 
(a) għar-rigward ta’ x’uħud mill-oġġetti jew servizzi, iżda
mhux kollha, li dwarhom tkun reġistrata t-trademark,
jew
(b) għar-rigward ta’ l-użu tat-trademark b’mod partikolari
jew f’lokalità  partikolari.
(2) Kemm-il darba l-liċenza ma tkunx tipprovdi xort’oħra, din
tkun vinkolanti fuq suċċessur fit-titolu għall-interess tal-konċedent,
u riferenzi f’dan l-Att għall-għemil ta’ xi ħaġa bil-kunsens, jew
mingħajru, tal-proprjetarju ta’ trademark reġistrata għandu
jiftiehem skond hekk.
(3) Meta l-liċenza tkun hekk tipprovdi, tista’ tiġi konċessa
sotto-liċenza mid-detentur tal-liċenza; u riferenzi f’dan l-Att għal
xi liċenza jew detentur ta’ liċenza tinkludi sotto-liċenza jew
detentur ta’ sotto-liċenza.
Liċenzi esklużivi. 27. (1) F’dan l-Att ''liċenza esklużiva'' tfisser liċenza (sew
ġenerali sew limitata) li tkun tawtorizza lid-detentur tal-liċenza
b’esklużjoni ta’ kull persuna oħra, inkluż min ikun qiegħed
jikkonċedi l-liċenza nnifsu, li juża trademark reġistrata bil-mod
awtorizzat fil-liċenza.
(2) Detentur ta’ liċenza esklużiv ikollu l-istess drittijiet fir-
rigward ta’ suċċessur fit-titolu li jkun marbut bil-liċenza l-istess
bħalma jkollu fir-rigward tal-konċedent tal-liċenza.
Disposizzjonijiet 
ġenerali dwar id-
drittijiet ta’ 
detenturi ta’ 
liċenza f’każijiet 
ta’ 
kontravvenzjoni.
28. (1) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu għandhom ikunu
japplikaw għar-rigward tad-drittijiet ta’ detentur ta’ liċenza għar-
rigward ta’ kontravvenzjoni ta’ trademark reġistrata:
Iżda dawn ma japplikawx meta u daqskemm skond l-
artikolu 29 (1) id-detentur ta’ liċenza esklużiv ikollu dritt li jibda
proċedimenti f’ismu nnifsu.
(2) Detentur ta’ liċenza jkollu jedd, kemm-il darba l-liċenza
tiegħu ma tkunx tipprovdi xort’oħra, li jinterpella lill-proprjetarju
tat-trademark reġistrata biex jibda proċedimenti ta’
kontravvenzjoni għar-rigward ta’ kull ħaġa li tolqot l-interessi
tiegħu.
(3) Jekk il-proprjetarju -
TRADEMARKS ġ KAP. 416. 15
(a)  jirrifjuta milli jagħmel dan, jew
(b) jonqos milli jagħmel dan fi żmien xahrejn minn meta
jkun ġie interpellat,
id-detentur tal-liċenza jista’ jibda l-proċedimenti f’ismu
bħallikieku kien hu l-proprjetarju.
(4) Meta jinbdew proċediment ta’ kontravvenzjoni minn
detentur ta’ liċenza bis-saħħa ta’ dan l-artikolu, il-proprjetarju
għandu jingħaqad fil-kawża.
(5) Fi proċedimenti ta’ kontravvenzjoni mibdijin minn
proprjetarju ta’ trademark reġistrat, kull telfien imġarrab jew
x’aktarx li jiġi mġarrab minn detenturi ta’ liċenza għandu jiġi
kkunsidrat mill-Qorti li għandha tagħti dawk l-ordnijiet kif tqis
xierqa dwar id-disponiment u d-distribuzzjoni ta’ kull ammont
mogħti bħala rimedju għall-kontravvenzjoni.
Detentur esklużiv 
ta’ liċenza li jkollu 
d-dritt u r-rimedji 
taċ-ċedent.
29. (1) Liċenza esklużiva tista’ tipprovdi li d-detentur ta’
liċenza għandu jkollu, daqskemm jista’ jiġi pprovdut bil-liċenza, l-
istess drittijiet u rimedji għar-rigward ta’ ħwejjeġ li jiġru wara l-
konċessjoni tal-liċenza bħallikieku l-liċenza kienet assenjazzjoni.
Meta jew daqskemm isir dak il-provvediment, id-detentur tal-
liċenza għandu jkollu jedd, bla ħsara għall-provvedimenti tal-
liċenza u tad-disposizzjonijiet li ġejjin ta’ dan l-artikolu, li jibda
proċedimenti ta’ kontravvenzjoni f’ismu proprju kontra kull
persuna li mhix il-proprjetarju.
(2) Kull dritt u rimedju bħal dawk ta’ detentur esklużiv ta’
liċenza jikkonkorri ma’ dawk tal-proprjetarju tat-trademark
reġistrata; u riferenzi f’dan l-Att għall-proprjetarju ta’ trademark
reġistrata li jirrigwardaw kontravvenzjonijiet għandhom jiftiehmu
skond dan. 
(3) F’azzjoni li tinbeda minn detentur esklużiv ta’ liċenza taħt
dan l-artikolu, konvenut jista’ jġib favur tiegħu nnifsu kull difiza li
kienet tkun disponibbli għalih li kieku l-azzjoni kienet inġiebet
mill-proprjetarju tat-trademark reġistrata.
(4) Meta l-proċedimenti għall-kontravvenzjoni ta’ trademark
reġistrata jinbdew jew mill-proprjetarju jew mid-detentur esklużiv
ta’ liċenza dwar kontravvenzjoni li dwarha jkollhom dritt ta’
azzjoni konkorrenti, il-proprjetarju jew id-detentur esklużiv tal-
liċenza, skond il-każ, li ma jkunux l-attur għandhom jingħaqdu fil-
kawża. 
(5) (a) Meta tinbeda azzjoni għal kontravvenzjoni ta’
trademark reġistrata li tkun tirrigwarda
kontravvenzjoni li għar-rigward tagħha l-proprjetarju u
detentur esklużiv ta’ liċenza jkollhom dritt ta’ azzjoni
konkorrenti -
(i) meta tiġi biex tagħmel stima tad-danni l-Qorti
għandha tqis - 
(1) il-pattijiet tal-liċenza, u
(2) kull rimedju pekunjarju mogħti qabel jew
disponibbli lil xi wieħed minnhom għar-
16 KAP. 416. ħ TRADEMARKS
rigward tal-kontravvenzjoni;
(ii) ebda kont ta’ profitti ma għandu jiġi ordnat li
jsir jekk ikunu ġew assenjati d-danni, jew kont
tal-profitti jkun ġie ordnat, favur xi wieħed
minnhom għar-rigward tal-kontravvenzjoni; u
(iii) il-Qorti għandha, jekk ikun ġie ordnat kont ta’
profitti, taqsam il-profitti bla ħsara għal kull
ftehim bejnithom f’ishma hekk kif il-Qorti tqis li
jkun ġust. 
(b) Id-disposizzjonijiet ta’ dan is-subartikolu japplikaw
sew jekk l-azzjoni tinbeda mill-proprjetarju waħdu,
sew jekk tinbeda mill-proprjetarju u d-detentur
esklużiv tal-liċenza; u jekk ma jkunux it-tnejn
partijiet, il-Qorti tista’ tagħti dawk l-ordnijiet hekk kif
tqis li jkun xieraq għar-rigward tad-disponiment u d-
distribuzzjoni ta’ kull ammont mogħti bħala rimedju
għall-kontravvenzjoni. 
(6) Il-proprjetarju ta’ trademark reġistrata għandu javża lil xi
detentur esklużiv ta’ liċenza li jkollu dritt ta’ azzjoni konkorrenti
qabel ma japplika għall-għemil ta’ ordni taħt l-artikolu 16; u l-
Qorti tista, fuq talba tad-detentur tal-liċenza, tagħmel dik l-ordni
taħt dak l-artikolu skond ma tqis li jkun xieraq meta tikkonsidra l-
pattijiet tad-detentur tal-liċenza.
(7) Id-disposizzjonijiet tas-subartikoli (4) sa (6) ta’ dan l-
artikolu għandhom ikunu bla preġudizzju għal kull ftehim għall-
kuntrarju bejn id-detentur esklużiv ta’ liċenza u l-proprjetarju.
Applikazzjoni għal ''trademark'' reġistrata
Applikazzjoni għal 
reġistrazzjoni.
30. Applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ trademark għandha
ssir lill-Kontrollur b’dak il-mod hekk kif jista’ jiġi preskritt.
Data meta tiġi 
ppreżentata.
31. (1) Id-data meta tiġi ppreżentata applikazzjoni għal
reġistrazzjoni ta’ trademark hija d-data meta l-elementi preskritti
jiġu pprovduti lill-Kontrollur mill-applikant:
Iżda meta l-elementi jiġu pprovduti fi ġranet differenti, id-
data tal-preżentata tkun id-data meta l-aħħar minn dawk l-elementi
jkun ġie hekk provdut.
(2) Riferenzi f’dan l-Att għad-data ta’ l-applikazzjoni għar-
reġistrazzjoni għandhom jiftiehmu bħala riferenzi għad-data tal-
preżentata ta’ l-applikazzjoni.
Klassifikazzjoni ta’ 
trademarks.
32. (1) Oġġetti u servizzi għandhom ikunu klassifikati għall-
għanijiet tar-reġistrazzjoni ta’ trademarks skond dik is-sistema ta’
klassifikazzjoni li tista’ tiġi preskritta.
(2) Kull kwistjoni li tqum dwar il-klassi li fiha jaqgħu xi
oġġetti jew servizzi għandha tkun deċiża mill-Kontrollur, li d-
deċiżjoni tiegħu tkun waħda finali.
TRADEMARKS ġ KAP. 416. 17
Prijorità
Pretensjoni ta’ 
prijorità  
f’applikazzjoni 
taħt il-
Konvenzjoni.
33. (1) Min ikun debitament ippreżenta applikazzjoni għall-
protezzjoni ta’ trademark f’pajjiż membru tal-World Trade
Organisation jew ikun parti fil-Konvenzjoni ta’ Pariġi, hawnhekk
iżjed ’il quddiem f’dan l-Att imsejħa "applikazzjoni taħt il-
Konvenzjoni", jew is-suċċessur tiegħu fit-titolu, ikollu jedd għall-
prijorità  għall-iskop tar-reġistrazzjoni ta’ l-istess trademark taħt
dan l-Att għal x’uħud jew kollha mill-oġġetti jew servizzi li
għalihom dik l-applikazzjoni tkun ġiet ippreżentata, għal perjodu
ta’ sitt xhur mid-data tal-preżentata ta’ l-ewwel applikazzjoni bħal
dik.
(2) Jekk l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni taħt dan l-Att issir
matul dak il-perjodu ta’ sitt xhur -
(a) id-data rilevanti għall-għanijiet li jiġu stabbiliti liema
drittijiet jkollhom preċedenza għandha tkun id-data
tal-preżentata ta’ l-ewwel applikazzjoni taħt il-
Konvenzjoni, u 
(b) kemm tista’ tkun reġistrabbli t-trademark ma għandux
jintlaqat b’xi użu tat-trademark f’Malta fil-perjodu
bejn dik id-data u d-data ta’ l-applikazzjoni taħt dan l-
Att.
(3) (a) Kull preżentata li f’pajjiż li jkun membru tal-World
Trade Organisation jew ikun parti fil-Konvenzjoni ta’
Pariġi tkun taħt il-leġislazzjoni tiegħu jew taħt xi
ftehim internazzjonali li dak il-pajjiż ikun parti fih,
ittrattata bħallikieku kienet preżentata nazzjonali
regolari, għandha titqies bħala li tagħti lok għad-dritt
ta’ prijorità .
(b) Għall-iskopijiet ta’ dan is-subartikolu "preżentata
nazzjonali regolari" tfisser preżentata li hija adegwata
biex tiġi stabbilita d-data meta l-applikazzjoni tkun
ġiet ippreżentata f’dak il-pajjiż, kienet x’kienet l-
applikazzjoni sussegwenti.
(4) Applikazzjoni sussegwenti li tkun tinvolvi l-istess oġġetti
jew servizzi bħall-ewwel applikazzjoni taħt il-Konvenzjoni,
ppreżentata fl-istess pajjiż fil-Konvenzjoni, għandha titqies bħala l-
ewwel applikazzjoni tal-Konvenzjoni (li d-data tal-preżentata
tagħha tkun id-data tal-bidu tal-perjodu ta’ prijorità ), jekk fil-waqt
ta’ l-applikazzjoni sussegwenti - 
(a) l-applikazzjoni ta’ qabel tkun ġiet irtirata, abbandunata
jew rifjutata, mingħajr ma tkun inġiebet għall-
ispezzjon pubbliku u mingħajr ma tħalli xi drittijiet
pendenti, u
(b) tkun għadha ma servietx bħala bażi għal pretensjoni
ta’ dritt ta’ prijorità ,
u l-applikazzjoni ta’ qabel ma tistax wara dan isservi bħala bażi
għall-pretensjoni ta’ dritt ta’ prijorità .
(5) Jista’ jiġi pprovdut permezz ta’ regoli dwar kif issir
pretensjoni ta’ dritt ta’ prijorità  fuq il-bażi ta’ applikazzjoni taħt il-
18 KAP. 416. ħ TRADEMARKS
Konvenzjoni.
(6) Dritt għal prijorità  li jirriżulta minn applikazzjoni taħt il-
Konvenzjoni jista’ jiġi assenjat jew xort’oħra trasmess, sew ma’ l-
applikazzjoni sew independentement.
Pretensjoni għal 
prijorità  minn 
applikazzjoni 
rilevanti oħra 
barranija.
34. (1) Il-Ministru jista’ jagħmel regolamenti li bihom
jikkonferixxi lil persuna li tkun debitament ippreżentat
applikazzjoni għall-protezzjoni ta’ trademark f’pajjiż jew territorju
li għar-rigward tiegħu il-Gvern Malti jkun issieħeb fi trattat,
konvenzjoni, arranġament jew rabta għall-protezzjoni reċiproka ta’
trademarks, dritt ta’ prijorità , għall-iskop tar-reġistrazzjoni ta’ l-
istess trademark taħt dan l-Att għal xi wieħed, jew kull wieħed
mill-istess oġġetti jew servizzi, għal dak il-perjodu li jista’ jiġi
speċifikat fir-rikors mid-data tal-preżentata ta’ dik l-applikazzjoni.
(2) Dawk ir-regolamenti jistgħu jipprovdu b’mod simili għal
dak li hemm fl-artikolu 33 għar-rigward ta’ applikazzjonijiet taħt
il-Konvenzjoni jew ikunu jipprovdu b’dak il-mod ieħor li jkun
jidher xieraq lill-Ministru.
Proċedura ta’ reġistrazzjoni
Eżami ta’ 
applikazzjoni.
35. (1) Il-Kontrollur għandu jezamina jekk applikazzjoni għal
reġistrazzjoni ta’ trademark tkunx tissodisfa l-ħtiġiet ta’ dan l-Att u
għal dak l-għan huwa għandu jagħmel riċerka, daqskemm iqis li
jkun meħtieġ, ta’ trademarks preċedenti.
(2) Jekk il-Kontrollur jkun jidhirlu li ma jkunux sodisfatti l-
ħtiġiet għar-reġistrazzjoni, huwa għandu jgħarraf b’dan lill-
applikant u jagħtih opportunità  li jagħmel il-kummenti tiegħu jew li
jemenda l-applikazzjoni f’dak il-perjodu li l-Kontrollur jista’
jispeċifika.
(3) Jekk l-applikant jonqos milli jaċċerta lill-Kontrollur li
dawk il-ħtiġiet ġew sodisfatti, jew li jemenda l-applikazzjoni biex
ikunu sodisfatti, jew jonqos milli jirrispondi qabel tmiem il-perjodu
speċifikat, il-Kontrollur għandu jirrofta l-applikazzjoni.
(4) Jekk il-Kontrollur ikun jidhirlu li l-ħtiġiet għar-
reġistrazzjoni jkunu ġew sodisfatti, huwa għandu jaċċetta l-
applikazzjoni bħala waħda eliġibbli għar-reġistrazzjoni. 
Irtirar, restizzjoni 
jew emenda ta’ 
applikazzjoni.
36. (1) L-applikant jista’ f’kull waqt jirtira l-applikazzjoni
tiegħu jew jirrestrinġi l-oġġetti jew servizzi li dwarhom tkun l-
applikazzjoni. 
(2) Salv kif hemm provdut fis-subartikolu (1), applikazzjoni
tista’ tiġi emendata biss, fuq talba ta’ l-applikant, billi jissewwa -
(a) l-isem jew l-indirizz ta’ l-applikant,
(b) żbalji fit-tiswir tal-kliem jew fl-ikkupjar, jew
(ċ) żbalji ovvji,
u hekk biss meta l-korrezzjoni ma tkunx sostanzjalment tolqot l-
identità  tat-trademark jew testendi l-oġġetti jew is-servizzi koperti
bl-applikazzjoni.
Reġistrazzjoni. 37. (1) Meta applikazzjoni tkun ġiet aċċettata bħala eliġibbli
għar-reġistrazzjonijiet, il-Kontrollur għandu jirreġistra t-
TRADEMARKS ġ KAP. 416. 19
trademark, kemm-il darba ma jkunx jidhirlu, wara li jqis dak kollu
li jista’ josserva wara li jkun aċċetta l-applikazzjoni, li din tkun ġiet
aċċettata bi żball.
(2) Trademark ma għandhiex tkun reġistrata u l-applikazzjoni
għandha titqies li tkun ġiet irtirata kemm-il darba xi dritt preskritt
dwar xi azzjoni li tkun ittieħdet qabel ir-reġistrazzjoni ma jkunx
tħallas fi żmien il-perjodu preskritt.
(3) Ir-reġistrazzjoni ta’ trademark għandha ssir billi din tiġi
reġistrata fid-data tal-preżentata ta’ l-applikazzjoni għar-
reġistrazzjoni, u dik id-data għandha titqies għall-għanijiet ta’ dan
l-Att li tkun id-data tar-reġistrazzjoni.
(4) Meta tiġi reġistrata trademark, il-Kontrollur għandu
jippubblika r-reġistrazzjoni bil-mod preskritt u joħroġ ċertifikat ta’
reġistrazzjoni lill-applikant. 
Żmien, tiġdid u bdil ta’ ''trademark'' reġistrata
Żmien ta’ 
reġistrazzjoni.
38. (1) Trademark għandha tibqa’ reġistrata għal żmien
għaxar snin mid-data tar-reġistrazzjoni.
(2) Ir-reġistrazzjoni tista’ tiġġedded skond l-artikolu 39 għal
perjodi oħra ta’ għaxar snin.
Tiġdid ta’ 
reġistrazzjoni.
39. (1) Ir-reġistrazzjoni ta’ trademark tista’ tiġġedded fuq
talba tal-proprjetarju, wara li jsir il-ħlas tad-dritt preskritt għat-
tiġdid mhux iktar minn sitt xhur qabel id-data meta tiskadi.
(2) Il-Ministru jista’ permezz ta’ regolamenti jagħmel regoli li
jkunu jipprovdu biex il-Kontrollur jgħarraf lill-proprjetarju ta’
trademark reġistrata, qabel ma tiskadi r-reġistrazzjoni tagħha, bid-
data ta’ l-iskadenza tagħha u l-mod kif tkun tista’ tiġġedded ir-
reġistrazzjoni.
(3) Mingħajr preġudizzju għas-subartikolu (1) talba għal tiġdid
għandha ssir qabel ma tiskadi r-reġistrazzjoni:
Iżda t-talba tista’ ssir u d-dritt jiġi mħallas f’dak iz-żmien
ulterjuri li jista’ jiġi preskritt, f’liema każ għandu jitħallas ukoll
matul dak il-perjodu dak id-dritt addizzjonali għat-tiġdid li jiġi
preskritt.
(4) It-tiġdid għandu jibda jseħħ mill-iskadenza tar-
reġistrazzjoni ta’ qabel.
(5) Jekk ir-reġistrazzjoni ma tiġġeddidx skond id-
disposizzjonijiet ta’ qabel, il-Kontrollur għandu jneħħi t-trademark
mir-reġistru.
(6) Jista’ jiġi pprovdut permezz ta’ regoli dwar kif għandha
tiġi restawrata r-reġistrazzjoni ta’ trademark li tkun tneħħiet mir-
reġistru, bla ħsara għal dawk il-kondizzjonijiet (jekk ikun hemm) li
jistgħu jiġu preskritti.
(7) It-tiġdid jew ir-restawr tar-reġistrazzjoni ta’ trademark
għandu jiġi pubblikat bil-mod preskritt.
Bdil ta’ trademark 
reġistrata.
40. (1) Trademark reġistrata ma għandhiex tinbidel fir-
reġistru matul il-perjodu ta’ reġistrazzjoni jew ta’ tiġdid.
20 KAP. 416. ħ TRADEMARKS
(2) Madankollu, il-Kontrollur jista’, fuq talba tal-proprjetarju,
jippermetti l-bdil ta’ trademark reġistrata meta l-marka tkun
tinkludi isem il-proprjetarju jew l-indirizz tiegħu u l-bdil ikun
limitat għall-bdil f’dak l-isem jew indirizz u ma jkunx
sostanzjalment jolqot l-identità  tal-marka.
(3) Għandu jiġi pprovdut permezz ta’ regoli dwar il-
pubblikazzjoni ta’ kull bdil bħal dak u l-għemil ta’ oġġezzjonijiet
minn kull min jippretendi li jkun intlaqat b’dan.
Ċessjoni, revoka u invalidità
Ċessjoni ta’ 
trademark 
reġistrata.
41. (1) Trademark reġistrata tista’ tiġi ċeduta mill-
proprjetarju għar-rigward ta’ xi wieħed jew kull oġġett jew servizz
li tkun reġistrata dwarhom.
(2) Jista’ jiġi pprovdut permezz ta’ regoli -
(a) dwar il-mod u l-effett ta’ ċessjoni, u
(b) għall-protezzjoni ta’ l-interessi ta’ persuni oħra li
jkollhom dritt fit-trademark reġistrata.
Revoka ta’ 
reġistrazzjoni.
42. (1) Ir-reġistrazzjoni ta’ trademark tista’ tiġi revokata għal
xi waħda minn dawn ir-raġunijiet li ġejjin -
(a) li fil-perjodu ta’ ħames snin wara d-data tat-temm tal-
proċedura ta’ reġistrazzjoni din ma tkunx tqiegħdet
f’użu ġenwin f’Malta, mill-proprjetarju jew bil-
kunsens tiegħu, għar-rigward ta’ l-oġġetti jew is-
servizzi li dwarhom tkun reġistrata, u ma jkunx hemm
raġunijiet xierqa għaliex ma tkunx qegħda hekk
tintuża;
(b) li dak l-użu jkun ġie sospiż għal perjodu mhux interrott
ta’ ħames snin, u ma jkunx hemm raġunijiet xierqa
għaliex ma tkunx qegħda hekk tintuża;
(ċ) li, b’konsegwenza ta’ attijiet jew in-nuqqas ta’ azzjoni
tal-proprjetarju, tkun saret l-isem komuni fil-kummerċ
għal prodott jew servizz li tkun ġiet reġistrata għalih;
(d) li b’konsegwenza ta’ l-użu magħmul minnha mill-
proprjetarju jew bil-kunsens tiegħu, tista’ tqarraq bil-
pubbliku dwar l-oġġetti jew is-servizzi li dwarhom
tkun reġistrata, partikolarment dwar ix-xorta, kwalità
jew oriġini ġeografika ta’ dawk l-oġġetti jew servizzi.
(2) Għall-għanijiet tas-subartikolu (1), użu ta’ trademark
jinkludi l-użu f’għamla li ma taqbilx f’dawk l-elementi li ma
jibdlux ix-xorta distintiva tal-marka fl-għamla kif kienet reġistrata,
u l-użu f’Malta jinkludi t-twaħħil tat-trademark ma’ oġġetti jew
ma’ l-ippakkettjar ta’ oġġetti f’Malta unikament għal għanijiet ta’
esportazzjoni. 
(3) Ir-reġistrazzjoni ta’ trademark ma għandhiex tiġi revokata
għal xi raġuni msemmija fis-subartikolu (1)(a) jew (b) jekk dak l-
użu bħalma hemm imsemmi f’dawk il-paragrafi jinbeda jew
jitkompla wara li jiskadi l-perjodu ta’ hames snin u qabel ma ssir l-
applikazzjoni għar-revoka:
Iżda kull bidu jew tkomplija ta’ użu bħal dawk, wara li
TRADEMARKS ġ KAP. 416. 21
jiskadi l-perjodu ta’ ħames snin iżda fi żmien tliet xhur qabel ma
ssir l-applikazzjoni, ma għandux jittieħed kont tagħhom kemm-il
darba t-tħejjijiet għall-bidu jew it-tkomplija ma jkunux inbdew
qabel ma l-proprjetarju jkun sar jaf li l-applikazzjoni x’aktarx li
ssir.
(4) Applikazzjoni għal revoka tista’ ssir b’ċitazzjoni quddiem
il-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili minn kull persuna.
(5) Meta jkunu jeżistu raġunijiet għal revoka għar-rigward ta’
biss x’uħud mill-oġġetti jew mis-servizzi li dwarhom tkun
reġistrata t-trademark, ir-revoka għandha tkun limitata għal dawk
l-oġġetti jew servizzi waħidhom.
(6) Meta r-reġistrazzjoni ta’ trademark tkun revokata sa xi
limitu, id-drittijiet tal-proprjetarju għandhom jitqiesu li jkunu ġew
ċeduti sa dak il-limitu -
(a) mid-data ta’ l-applikazzjoni għar-revoka, jew
(b) jekk ir-raġunijiet għar-revoka kienu jeżistu f’xi data
aktar qabel, minn dik id-data aktar qabel.
Raġunijiet għal 
invalidità  ta’ 
reġistrazzjoni.
43. (1) Ir-reġistrazzjoni ta’ trademark tista’ tiġi dikjarata
invalida minhabba f’li t-trademark kienet reġistrata bi ksur ta’ l-
artikolu 4 jew ta’ xi waħda mid-disposizzjonijiet imsemmija f’dak
l-artikolu.
Meta t-trademark tkun ġiet reġistrata bi ksur tas-
subartikolu (1)(b), (ċ) jew (d) ta’ dak l-artikolu, din ma għandhiex
tiġi dikjarata invalida jekk, b’konsegwenza ta’ l-użu li jkun sar
minnha, din tkun wara r-reġistrazzjoni kisbet xorta distintiva għar-
rigward ta’ l-oġġetti jew is-servizzi li dwarhom tkun reġistrata.
(2) Ir-reġistrazzjoni ta’ trademark tista’, kemm-il darba l-
proprjetarju ta’ dik it-trademark preċedenti jew dritt ieħor
preċedenti ma jkunx ta l-kunsens tiegħu għar-reġistrazzjoni, tiġi
dikjarata invalida għar-raġuni li -
(a) jkun hemm trademark preċedenti li għar-rigward
tagħha jkunu jseħħu l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-
artikolu 6 (1), (2) jew (3), jew
(b) jkun hemm dritt preċedenti li għar-rigward tiegħu tkun
sodisfatta l-kondizzjoni stabbilita fl-artikolu 6 (4).
(3) Applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta’ invalidità  tista’ ssir
b’ċittazzjoni quddiem il-Prim Awla tal-Qorti Ċivili minn kull
persuna.
(4) Fil-każ ta’ malafidi fir-reġistrazzjoni ta’ trademark, il-
Kontrollur innifsu jista’ japplika lill-Qorti għal dikjarazzjoni dwar
l-invalidità  tar-reġistrazzjoni.
(5) Meta r-raġunijiet ta’ l-invalidità  jkunu jeżistu għar-rigward
ta’ biss x’uħud mill-oġġetti jew servizzi li dwarhom tkun reġistrata
t-trademark, it-trademark għandha tiġi dikjarata invalida għar-
rigward ta’ dawk l-oġġetti jew servizzi waħidhom.
(6) Meta r-reġistrazzjoni ta’ trademark tiġi dikjarata invalida
sa xi limitu, ir-reġistrazzjoni għandha sa dak il-limitu titqies
bħallikieku qatt ma saret:
22 KAP. 416. ħ TRADEMARKS
Iżda dan ma għandux jolqot dawk it-transazzjonijiet li
jkunu saru u ġew konklużi.
L-effett li wieħed 
iżomm sieket.
44. (1) Meta l-proprjetarju ta’ trademark preċedenti jew ta’ xi
dritt ieħor preċedenti, għax ikun jaf bl-użu ta’ trademark reġistrata
f’Malta, jkun siket għal perjodu kontinwu ta’ ħames snin dwar dak
l-użu, huwa għandu jtemm milli jibqa’ jkollu xi jedd minħabba dik
it-trademark preċedenti jew dritt ieħor -
(a) biex huwa japplika għal dikjarazzjoni li r-reġistraz-
zjoni tat-trademark sussegwenti tkun waħda invalida,
jew
(b) biex huwa jopponi l-użu tat-trademark sussegwenti
għar-rigward ta’ l-oġġetti jew servizzi li dwarhom tkun
ġiet hekk użata,
kemm-il darba r-reġistrazzjoni tat-trademark sussegwenti ma tkunx
saret applikazzjoni għaliha b’malafidi.
(2) Fil-każijiet imsemmija fis-subartikolu (1), il-proprjetarju
tat-trademark sussegwenti ma jkollux jedd jopponi l-użu tat-
trademark preċedenti jew, skond il-każ, l-esplojtazzjoni tad-dritt
preċedenti, minkejja li t-trademark jew dritt preċedenti ma jkunux
jistgħu aktar jiġu invokati kontra t-trademark sussegwenti tiegħu.
Marki kollettivi
Marki kollettivi. 45. (1) Marka kollettiva hija marka li tiddistingwi l-oġġetti
jew is-servizzi ta’ membri f’assoċjazzjoni li tkun il-proprjetarja tal-
marka minn dawk ta’ impriżi oħra. 
(2) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att japplikaw għal marki
kollettivi bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-Ewwel Skeda li
tinsab ma’ dan l-Att.
Marki ta’ ċertifikazzjoni
Marki ta’ 
ċertifikazzjoni.
46. (1) Marka ta’ ċertifikazzjoni hija marka li tindika li
oġġetti jew servizzi li din tintuża dwarhom jkunu ċertifikati mill-
proprjetarju tal-marka għar-rigward ta’ oriġni, materjal, mod ta’
manifattura ta’ oġġetti jew għoti ta’ servizzi, kwalità , eżattezza jew
karatteristiċi oħra.
(2) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att japplikaw għal marki ta’
ċertifikazzjoni bla ħsara għad-disposizzjonijiet tat-Tieni Skeda.
TAQSIMA III
AFFARIJIET INTERNAZZJONALI
Reġistrazzjoni internazzjonali
Il-Protokoll ta’ 
Madrid.
47. F’din it-Taqsima -
"il-Bureau Internazzjonali" għandha t-tifsira mogħtija bl-Artiklu
2 (1) tal-Protokoll ta’ Madrid;
"il-Protokoll ta’ Madrid" tfisser il-Protokoll li għandu x’jaqsam
mal-Ftehim ta’ Madrid li jirrigwarda r-Reġistrazzjoni Internaz-
zjonali ta’ Marki adottat f’Madrid fis-27 ta’ Ġunju, 1989;
"trademark internazzjonali (Malta)" tfisser trademark li jkollha
TRADEMARKS ġ KAP. 416. 23
jedd għall-protezzjoni f’Malta taħt dak il-Protokoll.
Setgħa ta’ għemil 
ta’ provvediment 
biex jingħata seħħ 
lill-Protokoll ta’ 
Madrid.
48. (1) Il-Ministru jista’ b’Ordni jagħmel dawk il-
provvedimenti li jqis li jkunu meħtieġa sabiex jagħti seħħ f’Malta
lid-disposizzjonijiet tal-Protokoll ta’ Madrid u kull sistema oħra ta’
reġistrazzjoni ta’ trademarks reġjonali jew internazzjonali u
mingħajr preġudizzju għall-ġeneralità  ta’ dak imsemmi qabel.
L-Ordni jista’, b’mod partikolari, jsir dwar -
(a) l-għemil ta’ applikazzjonijiet għal reġistrazzjonijiet
internazzjonali permezz ta’ l-Uffiċċju għall-Proprjetà
Industrijali bħala l-uffiċċju ta’ l-origni;
(b) il-proċeduri li jkollhom jiġu segwiti meta l-
applikazzjoni jew ir-reġistrazzjoni bażika f’Malta
tonqos jew ittemm milli tibqa’ sseħħ;
(ċ) il-proċeduri li jkollhom jiġu segwiti meta l-Uffiċċju
għall-Proprjetà  Industrijali jirċievi mingħand il-
Bureau Internazzjonali talba għal estensjoni ta’
protezzjoni għal Malta;
(d) l-effetti ta’ talba b’suċċess għall-estensjoni ta’
protezzjoni għal Malta;
(e) it-trasformazzjoni ta’ applikazzjoni għal reġistrazzjoni
internazzjonali, jew reġistrazzjoni internazzjonali,
f’applikazzjoni nazzjonali għal reġistrazzjoni; 
(f) il-komunikazzjoni ta’ informazzjoni lill-Bureau
Internazzjonali;
(g) il-ħlas tad-drittijiet u l-ammonti preskritti għar-
rigward ta’ applikazzjonijiet għal reġistrazzjonijiet,
estensjonijiet ta’ protezzjoni u tiġdid internazzjonali.
(2) Mingħajr preġudizzju għall-ġeneralità  tas-subartikolu (1),
jista’ jiġi pprovdut permezz ta’ regolamenti taħt dan l-artikolu li
jkunu japplikaw għar-rigward ta’ "trademark internazzjonali
(Malta)" id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 20 u ta’ l-artikoli 72 sa
86 ta’ dan l-Att.
Il-Konvenzjoni ta’ Pariġi
Il-Konvenzjoni ta’ 
Pariġi.
49. (1) F’din it-Taqsima -
(a) "il-Konvenzjoni ta’ Pariġi" tfisser il-Konvenzjoni ta’
Pariġi għall-Protezzjoni tal-Proprjetà  Industrijali ta’ l-
20 ta’ Marzu 1883, kif riveduta jew emendata minn
żmien għal żmien, u
(b) "pajjiż fil-Konvenzjoni" tfisser pajjiż, minbarra Malta,
li jkun parti f’dik il-Konvenzjoni.
(2) Il-Ministru jista’ jagħmel regolamenti biex jipprovdi, kif
jidhirlu xieraq b’konsegwenza ta’ xi reviżjoni jew emenda tal-
Konvenzjoni ta’ Pariġi wara li jgħaddi dan l-Att sabiex Malta tkun
tista’ tħares kull provvediment ta’ dik l-emenda, u dawk ir-
regolamenti jistgħu partikolarment jipprovdu li kull waħda mid-
disposizzjonijiet tat-Taqsima II ta’ dan l-Att ma għandhomx
jibqgħu japplikaw jew inkella għandhom japplikaw b’dawk l-
emendi li jistgħu jkunu meħtieġa.
24 KAP. 416. ħ TRADEMARKS
Protezzjoni ta’ 
trademarks 
magħrufin: 
Artikolu 6 bis.
50.  (1) Riferenzi f’dan l-Att għal trademark li jkollha jedd
għal protezzjoni taħt il-Konvenzjoni ta’ Pariġi bħala trademark
magħrufa huma għal trademark li tkun magħrufa f’Malta bħala l-
marka ta’ persuna li tkun ċittadin ta’ pajjiż fil-Konvenzjoni, jew
tkun domiċiljata fi, jew ikollha stabbiliment industrijali jew
kummerċjali reali u effettiv f’pajjiż fil-Konvenzjoni, sew jekk dik
il-persuna tkunx tiġġestixxi negozju, jew ikollha xi twillija,
f’Malta, u riferenzi għall-proprjetarju ta’ dik il-marka għandhom
jiftehmu skond hekk.
(2) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 44, il-
proprjetarju ta’ trademark li jkollha jedd għal protezzjoni taħt il-
Konvenzjoni ta’ Pariġi bħala trademark magħrufa ikollu jedd
iżomm b’inibizzjoni l-użu f’Malta ta’ trademark li tkun, jew li
jkollha l-parti essenzjali tagħha, identika jew tixxiebaħ mal-marka
tiegħu, għar-rigward ta’ oġġetti jew servizzi identiċi jew li
jixxiehbu, meta l-użu x’aktarx li jagħti lok għal konfużjoni.
(3) Ebda ħaġa fis-subartikolu (2) ma għandha tolqot it-
tkomplija ta’ xi użu bonafidi ta’ trademark li jkun inbeda qabel id-
dħul fis-seħħ ta’ dan l-artikolu.
Emblemi 
nazzjonali, eċċ., ta’ 
pajjiżi fil-
Konvenzjoni: 
Artikolu 6 ter.
51. (1) Trademark li tkun tikkonsisti fi, jew ikun fiha l-
bandiera ta’ xi pajjiż fil-Konvenzjoni m’għandhiex tiġi reġistrata
mingħajr l-awtorizzazzjoni ta’ l-awtoritajiet kompetenti ta’ dak il-
pajjiż, kemm-il darba l-Kontrollur ma jkunx jidhirlu li jkun
permess l-użu tal-bandiera bil-mod propost mingħajr dik l-
awtorizzazzjoni.
(2) Trademark li tikkonsisti fi, jew ikun fiha l-armatura
prinċipali jew xi emblema statali oħra ta’ xi pajjiż fil-Konvenzjoni
li jkun protett taħt il-Konvenzjoni ta’ Pariġi m’għandhiex tkun
reġistrata mingħajr l-awtorizzazzjoni ta’ l-awtoritajiet kompetenti
ta’ dak il-pajjiż. 
(3) Trademark li tikkonsisti fi, jew ikun fiha xi sinjal jew
imbolla uffiċjali li jindikaw kontroll u garanzija adottati minn xi
pajjiż fil-Konvenzjoni m’għandhiex, meta s-sinjal jew l-imbolla
tkun protetta taħt il-Konvenzjoni ta’ Pariġi, tkun reġistrata għar-
rigward ta’ l-oġġetti jew is-servizzi ta’ l-istess xorta, jew ta’ xorta
simili, bħal dawk li għar-rigward tagħhom tkun tindika kontroll u
garanzija, mingħajr l-awtorizzazzjoni ta’ l-awtoritajiet kompetenti
tal-pajjiż involut.
(4) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu relattivi għall-bnadar
nazzjonali u emblemi statali oħra, u sinjali jew imbolli uffiċjali
japplikaw indaqs għal kull ħaġa li minn angolu araldiku tkun timita
lil dik il-bandiera jew emblema oħra, jew sinjal jew imbolla.
(5) Ebda ħaġa f’dan l-artikolu ma għandha tipprevjeni r-
reġistrazzjoni ta’ trademark meta ssir applikazzjoni minn xi
ċittadin ta’ pajjiż li jkun awtorizzat li jagħmel użu minn emblema
statali jew xi sinjal jew imbolla uffiċjali, ta’ dak il-pajjiż, minkejja
x-xebh ma’ dawk ta’ xi pajjiż ieħor.
(6) Meta bis-saħħa ta’ dan l-artikolu tkun meħtieġa jew
x’aktarx li tkun meħtieġa l-awtorizzazzjoni ta’ l-awtoritajiet
kompetenti ta’ pajjiż fil-Konvenzjoni għar-reġistrazzjoni ta’
TRADEMARKS ġ KAP. 416. 25
trademark, dawk l-awtoritajiet ikollhom jedd li jżommu milli jsir
kull użu tat-trademark f’Malta mingħajr l-awtorizzazzjoni
tagħhom. 
Emblemi, eċċ., ta’ 
ċertu 
organizzazzjonijiet 
internazzjonali: 
Artikolu 6 ter.
52. (1) Dan l-artikolu japplika għall-armatura prinċipali,
bnadar jew emblemi oħra, u għall-ismijiet u l-abbrevjazzjonijiet,
ta’ organizzazzjonijiet intergovernamentali internazzjonali li
tagħhom xi pajjiż wieħed jew iktar fil-Konvenzjoni ikunu membri.
(2) Trademark li tikkonsisti fi, jew li jkunu fiha xi emblema,
abbrevjazzjoni jew isem bħal dawk li jkunu protetti taħt il-
Konvenzjoni ta’ Pariġi m’għandhomx jiġu reġistrati mingħajr l-
awtorizzazzjoni ta’ l-organizzazzjoni internazzjonali involuta,
kemm-il darba ma jkunx jidher lill-Kontrollur li l-użu ta’ l-
emblema, abbrevjazzjoni jew isem bil-mod propost -
(a) ma jkunx tali li jissuġġerixxi lill-pubbliku li jkun
hemm rabta bejn l-organizzazzjoni u t-trademark, jew
(b) x’aktarx li mhux se jiżgwida lill-pubbliku dwar l-
eżistenza ta’ rabta bejn l-utent u l-organizzazzjoni.
(3) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu relattivi għall-
emblemi ta’ organizzazzjoni internazzjonali għandhom ikunu
japplikaw indaqs għal kull ħaġa li minn angolu araldiku tkun tixbah
xi emblema bħal dik.
(4) Meta bis-saħħa ta’ dan l-artikolu l-awtorizzazzjoni ta’
organizzazzjoni internazzjonali tkun jew x’aktarx tkun meħtieġa
għar-reġistrazzjoni ta’ xi trademark, dik l-organizzazzjoni jkollha
jedd li żżomm kull użu tat-trademark f’Malta mingħajr l-
awtorizzazzjoni tagħha.
(5) Ebda ħaġa f’dan l-artikolu ma tolqot il-jedd ta’ xi persuna li
l-użu b’bonafidi tat-trademark relattiv ikun beda qabel l-1 ta’
Jannar, 2000.
Notifikazzjoni taħt 
l-Artikolu 6 ter tal-
Konvenzjoni.
53. (1) Għall-għanijiet ta’ l-artikolu 51 l-emblemi statali ta’
pajjiż fil-Konvenzjoni (li ma jkunux il-bandiera nazzjonali), u
sinjali jew imbolli uffiċjali, għandhom jitqiesu bħala li huma
protetti taħt il-Konvenzjoni ta’ Pariġi biss jekk, jew sal-limitu illi -
(a) il-pajjiż involut ikun avża lil Malta skond l-Artiklu 6
ter (3) tal-Konvenzjoni li jkun jixtieq li jipproteġi dik
l-emblema jew imbolla jew dak is-sinjal,
(b) in-notifikazzjoni tibqa’ fis-seħħ, u
(ċ) Malta ma tkunx oġġezzjonat għalihom skond l-Artiklu
6 ter (4) jew xi oġġezzjoni bħal dik tkun ġiet irtirata.
(2) Għall-għanijiet ta’ l-artikolu 52 l-emblemi, abbrevjaz-
zjonijiet u ismijiet ta’ organizzazzjoni internazzjonali għandhom
jitqiesu bħala li huma protetti taħt il-Konvenzjoni ta’ Pariġi biss
jekk, jew sal-limitu li -
(a) l-organizzazzjoni involuta tkun avżat lil Malta skond l-
Artiklu 6 ter (3) tal-Konvenzjoni li hija tkun tixtieq
tipproteġi dik l-emblema jew abbrevjazzjoni jew dak l-
isem,
26 KAP. 416. ħ TRADEMARKS
(b) in-notifikazzjoni tibqa’ fis-seħħ, u
(ċ) Malta ma tkunx oġġezzjonat għalihom skond l-Artiklu
6 ter (4) jew kull oġġezzjoni bħal dik tkun ġiet irtirata.
(3) Notifikazzjoni taħt l-Artiklu 6 ter (3) tal-Konvenzjoni ta’
Pariġi għandu jkollha effett biss għar-rigward ta’ applikazzjonijiet
għar-reġistrazzjoni li jsiru iktar minn xahrejn wara l-wasla tan-
notifikazzjoni.
(4) Il-Kontrollur għandu jżomm u jagħmel disponibbli għall-
ispezzjon pubbliku minn kull persuna, kif preskritt, lista ta’ l-
emblemi statali u s-sinjali jew imbolli uffiċjali, u l-emblemi, l-
abbrevjazzjonijiet u l-ismijiet ta’ organizzazzjonijiet
internazzjonali, li f’dak il-ħin ikunu protetti taħt il-Konvenzjoni ta’
Pariġi bis-saħħa ta’ notifikazzjoni li ssir taħt l-Artiklu 6 ter (3).
Atti ta’ aġent jew 
ta’ rappreżentant: 
Artikolu 6 septies.
54. (1) Dawn id-disposizzjonijiet japplikaw meta
applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ trademark issir minn persuna
li tkun aġent jew rappreżentant ta’ persuna li tkun il-proprjetarju
tat-trademark f’pajjiż fil-Konvenzjoni.
(2) Il-proprjetarju jista’ permezz ta’ ċitazzjoni quddiem il-
Prim Awla tal-Qorti Ċivili;
(i) jitlob dikjarazzjoni ta’ invalidità  tar-
reġistrazzjoni; jew
(ii) jitlob ir-rettifika tar-reġistru sabiex
jissostitwixxi ismu bħala l-proprjetarju tat-
trademark reġistrata.
(3) Il-proprjetarju jista’ jżomm milli tintuża t-trademark
f’Malta mhux minnu awtorizzata.
(4) Is-subartikoli (2) u (3) ma għandhomx japplikaw jekk, jew
sal-limitu li, l-aġent jew ir-rappreżentant juri li l-azzjonijiet tiegħu
kienu awtorizzati mill-proprjetarju.
(5) Applikazzjoni taħt is-subartikolu (2) għandha ssir fi żmien
tliet snin minn meta l-proprjetarju jinduna bir-reġistrazzjoni; u
ebda inibizzjoni m’għandha tingħata taħt is-subartikolu (3) għar-
rigward ta’ xi użu li dwaru l-proprjetarju jkun siket għal perjodu
kontinwu ta’ tliet snin jew iżjed. 
TAQSIMA IV
PROVVEDIMENTI AMMINISTRATTIVI U 
SUPPLIMENTARI OĦRA
Ir-Reġistru
Reġistru li għandu 
jinżamm u x’ikun 
fih.
55. (1) (a) Il-Kontrollur għandu jżomm reġistru tat-
trademarks. 
(b) Kull riferenza f’dan l-Att għal "ir-reġistru" huma
għal dak ir-reġistru; u kull riferenza għal
reġistrazzjoni, b’mod partikolari, fil-kliem "trademark
reġistrata'', hi, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra, għal reġistrazzjoni li ssir f’dak ir-
reġistru.
(2) Għandu jitniżżel fir-reġistru skond dan l-Att -
TRADEMARKS ġ KAP. 416. 27
(a)  trademarks reġistrati;
(b)  dawk il-partikolaritajiet li jistgħu jiġu preskritti dwar
transazzjonijiet reġistrabbli li jolqtu trademark
reġistrata; u
(ċ) dawk il-ħwejjeġ l-oħra li jirrigwardaw trademarks
skond ma jistgħu jiġu preskritti.
(3) Ir-reġistru għandu jinżamm b’dak il-mod hekk kif jista’ jiġi
preskritt, u għandu jiġi b’mod partikolari pprovdut dwar -
(a) spezzjon pubbliku tar-reġistru; u
(b) il-provvista ta’ kopji, jew estratti, sew ċertifikati sew
mhumiex, ta’ notamenti fir-reġistru.
Rettifika jew 
korrezzjoni tar-
reġistru.
56.  (1) Kull min ikollu interess suffiċjenti jista’ japplika għar-
rettifika ta’ xi żball jew ommissjoni fir-reġistru:
Iżda applikazzjoni għal rettifika ma tistax issir għar-
rigward ta’ xi ħaġa li tkun tolqot il-validità  tar-reġistrazzjoni ta’
trademark.
(2) Applikazzjoni għal rettifika tista’ ssir sew lill-Kontrollur
sew lill-Qorti:
Iżda jekk ikun hemm pendenti quddiem il-Qorti
proċedimenti li jirrigwardaw it-trademark involuta -
(a) l-applikazzjoni jkollha ssir quddiem il-Qorti; u
(b) jekk l-applikazzjoni ssir lill-Kontrollur, huwa jista’
f’kull stadju tal-proċedimenti jirreferi l-applikazzjoni
quddiem il-Qorti.
(3) Ħlief meta l-Kontrollur jew il-Qorti jordnaw xort’oħra, l-
effett tar-rettifika tar-reġistru jkun li l-iżball jew l-ommissjoni
involuti jitqiesu bħallikieku qatt ma saru.
(4) Il-Kontrollur jista’, fuq talba magħmula bil-mod preskritt
mill-proprjetarju ta’ trademark reġistrata, jew minn detentur ta’
liċenza, jagħmel kull tibdil fl-isem jew l-indirizz tiegħu kif ikun
imniżżel fir-reġistru. 
(5) Il-Kontrollur jista’ jneħħi mir-reġistru kull tagħrifa li skond
hu ma jkunx għad għandha iktar effett.
Adattar ta’ 
reġistrazzjonijiet 
għal klassifikar 
ġdid.
57. (1) Il-Ministru jista’ permezz ta’ regolamenti jagħmel
regoli li jagħtu setgħa lill-Kontrollur li jagħmel dak kollu li jista’
jkun meħtieġ biex iwettaq kull klassifika emendata jew sostitwita
ta’ oġġetti jew servizzi għall-għanijet tar-reġistrazzjoni ta’
trademarks, u mingħajr preġudizzju għall-ġeneralità  ta’ dak kollu
hawn aktar qabel imsemmi, jista’ b’mod partikolari jsir
provvediment għall-emendar ta’ reġistrazzjonijiet eżistenti fir-
reġistru sabiex dawn jinġiebu jaqblu mal-klassifikar il-ġdid.
(2) Kull setgħa ta’ emenda bħal dik m’għandhiex tiġi
eżerċitata sabiex testendi d-drittijiet mogħtijin bir-reġistrazzjoni,
ħlief meta l-Kontrollur ikun jidhirlu li t-tħaris ta’ din il-ħtieġa jkun
jinvolvi komplikazzjoni mhux dovuta u li kull estensjoni ma tkunx
sostanzjali u ma tkunx tolqot ħażin il-jedd ta’ xi persuna.
28 KAP. 416. ħ TRADEMARKS
(3) Ir-regoli jistgħu iktar minn hekk jagħtu s-setgħa lill-
Kontrollur -
(a) li jeħtieġ lill-proprjetarju ta’ trademark reġistrata,
f’dak iz-żmien li jista’ jiġi preskritt, jippreżenta
proposta għal emenda tar-reġistru, u
(b) li jħassar jew jiċħad milli jġedded ir-reġistrazzjoni tat-
trademark fil-każ li l-proprjetarju jonqos milli jagħmel
dan. 
(4) Kull proposta bħal dik għandha tkun reklamata, u din tista’
tiġi opposta, b’dak il-mod li jista’ jiġi preskritt.
Setgħat u dmirijiet tal-Kontrollur
Setgħa li jenħtieġ l-
użu ta’ formuli.
58.  Il-Kontrollur jista’ jeħtieġ l-użu ta’ dawk il-formuli hekk
kif huwa jista’ jordna għal kull għan li jkollu x’jaqsam mar-
reġistrazzjoni ta’ trademark jew għal kull proċediment ieħor
quddiemu taħt dan l-Att. 
Tagħrif dwar 
trademarks 
reġistrati.
59. (1) Bla ħsara għal dawk ir-restrizzjonijiet li l-Ministru
jista’ b’regolamenti jimponi, wara l-pubblikazzjoni ta’
reġistrazzjoni ta’ trademark, il-Kontrollur għandu meta jiġi hekk
mitlub jipprovdi lil persuna b’dak it-tagħrif u jippermettilu li
jispezzjona dawk id-dokumenti li jkollhom x’jaqsmu mat-
trademark reġistrata, skond kif jista’ jiġi speċifikat fit-talba.
Kull talba bħal dik għandha ssir b’dak il-mod u tkun
msieħba b’dak id-dritt li jista’ jiġi preskritt.
(2) Qabel il-pubblikazzjoni tar- reġistrazzjoni ta’ trademark,
dokumenti jew tagħrif li jkun jikkostitwixxi jew ikollu x’jaqsam
ma’ l-applikazzjoni ma għandux ikun ippubblikat mill-Kontrollur
jew komunikat minnu lil xi persuna ħlief -
(a) f’dawk il-każijiet u daqstant kemm jista’ jiġi preskritt,
jew
(b) bil-kunsens ta’ l-applikant.
Esklużjoni ta’ 
responsabbiltà  
għar-rigward ta’ 
attijiet uffiċjali.
60. (1) Il-Kontrollur ma għandux jittieħed bħala li
jiggarantixxi l-validità  tar-reġistrazzjoni ta’ trademark taħt dan l-
Att jew taħt xi trattat, konvenzjoni, arranġament jew obbligazzjoni
li Malta tkun imsieħba fih.
(2) Il-Kontrollur mhu suġġett għal ebda responsabbiltà
minħabba fi, jew f’dak li għandu x’jaqsam ma’ xi eżami meħtieġ
jew awtorizzat b’dan l-Att, jew kull trattat, konvenzjoni,
arranġament jew obbligazzjoni bħal dawk, jew xi rapport jew
proċedimenti oħra konsegwenzjali għal dak l-eżami.
(3) Ma għandha tittieħed ebda azzjoni kontra xi uffiċjal tal-
Kontrollur għar-rigward ta’ xi ħaġa li għaliha, bis-saħħa ta’ dan l-
artikolu, il-Kontrollur ma jkunx responsabbli.
Proċedimenti legali u appelli
Ir-reġistrazzjoni 
tkun xiehda prima 
facie tal-validità .
61. Fil-proċedimenti legali kollha li jkollhom x’jaqsmu ma
trademark reġistrata (inklużi proċedimenti għar-rettifika tar-
reġistru) ir-reġistrazzjoni ta’ persuna bħala proprjetarju ta’
TRADEMARKS ġ KAP. 416. 29
trademark għandha tkun xiehda prima facie tal-validità  tar-
reġistrazzjoni oriġinali u ta’ kull assenjament sussegwenti jew
trasmissjoni oħra tagħha.
Ċertifikazzjoni ta’ 
validità  ta’ 
reġistrazzjoni 
kontestata.
62. (1) Jekk waqt il-proċedimenti quddiem il-Qorti tiġi
kkontestata l-validità  tar-reġistrazzjoni ta’ trademark u l-Qorti
jirriżultalha li t-trademark tkun reġistrata validament, il-Qorti
għandha tiddeċiedi skond hekk.
(2) Meta l-Qorti tkun tat sentenza bħal dik u fi proċedimenti
sussegwenti -
(a) il-validità  tar-reġistrazzjoni terġa’ titqajjem, u
(b) il-proprjetarju jikseb ordni finali jew sentenza favurih,
huwa għandu jkollu jedd għall-ispejjeż tiegħu kemm-il
darba l-Qorti ma tiddeċidix xort’oħra.
Meta jidher il-
Kontrollur fi 
proċedimenti li 
jinvolvu lir-
reġistru.
63. (1) Fi proċedimenti quddiem il-Qorti li jkunu
jirrigwardaw talba -
(a) għar-revoka ta’ reġistrazzjoni ta’ trademark,
(b) għal dikjarazzjoni ta’ invalidità  tar-reġistrazzjoni ta’
trademark, jew
(ċ) ir-rettifika tar-reġistru,
il-Kontrollur għandu jiġi avżat bil-proċedimenti u jkollu jedd jidher
u jinstama’ jekk jiġi hekk ordnat li jagħmel mill-Qorti.
(2) Kemm-il darba ma jiġix ordnat xort’oħra mill-Qorti, il-
Kontrollur jista’ minflok ma jidher, jippreżenta fl-atti tal-kawża
dikjarazzjoni bil-miktub minnu ffirmata, li tkun tagħti
partikolaritajiet dwar -
(a) proċedimenti quddiemu għar-rigward tal-kwistjoni
involuta,
(b) ir-raġunijiet għal xi deċiżjoni minnu mogħtija li jolqtu
l-kwistjoni,
(ċ) xi tkun il-prattika li l-Uffiċċju għall-Proprjetà
Industrijali soltu jadotta f’każijiet simili, jew
(d) dawk l-affarijiet kollha rilevanti għall-kwistjoni u li
jkunu fl-ambitu tal-konoxxenza tiegħu bħala
Kontrollur skond kemm iqis li jkun sew,
u d-dikjarazzjoni għandha titqies li tkun tagħmel parti mix-xiehda
fil-proċedimenti.
Appelli minn 
deċiżjoni tal-
Kontrollur.
Kap. 12.
64. (1) Deċiżjoni tal-Kontrollur taħt dan l-Att tista’ tiġi
appellata quddiem il-Qorti ta’ l-Appell magħmul bil-mod li hemm
provdut fl-artikolu 41(6) tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u
Proċedura Ċivili b’rikors fi żmien ħmistax il-jum min-notifika tad-
deċiżjoni tal-Kontrollur.
(2) Għall-għanijiet tas-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu
''deċiżjoni'' tfisser kull att, ħlief għal dawk l-attijiet li jistgħu
b’regolamenti jiġu preskritti, li jsiru mill-Kontrollur fit-twettiq ta’
diskrezzjoni vestita fih b’dan l-Att jew taħtu.
(3) Il-Ministru jista’ jagħmel regoli li jkunu jirregolaw l-
30 KAP. 416. ħ TRADEMARKS
appelli quddiem il-Qorti ta’ l-Appell skond dan l-Att, u li
jippreskrivi skala ta’ spejjeż dwar dawk l-appelli.
Regoli, drittijiet, ħinijiet tax-xogħol, eċċ.
Setgħa tal-Ministru 
li jagħmel regoli.
65. (1) Il-Ministru responsabbli għall-protezzjoni tal-
proprjetà  industrijali jista’ jagħmel regolamenti għall-aħjar
amministrazzjoni ta’ dan l-Att, billi jagħmel dawk ir-regoli li jkunu
meħtieġa b’kull provvediment ta’ dan l-Att, biex jippreskrivi kull
ħaġa li hi awtorizzata jew meħtieġa b’xi provvediment ta’ dan l-Att
li tiġi preskritta, u ġeneralment biex tirregola l-prattika u l-
proċedura taħt dan l-Att, u b’mod partikolari jista’ jiġi pprovdut
dwar -
(a) il-mod kif jiġu ppreżentati l-applikazzjonijiet u
dokumenti oħra;
(b) il-ħtieġa u r-regolament tat-traduzzjoni ta’ dokumenti
u l-preżentata u l-awtentikazzjoni ta’ traduzzjonijiet;
(ċ) in-notifika ta’ dokumenti;
(d) l-awtorizzazzjoni tar-rettifika ta’ irregolaritajiet fi
proċeduri;
(e) il-preskrizzjoni ta’ termini għal kull ħaġa meħtieġa li
ssir f’dak li għandu x’jaqsam ma’ xi proċediment taħt
dan l-Att;
(f) l-estensjoni ta’ xi terminu hekk preskritt, jew
speċifikat mill-Kontrollur, sew jekk dak it-terminu
jkun diġà  skada sew jekk ma jkunx.
Drittijiet. 66. (1) Għandhom jitħallsu dwar applikazzjonijiet u ħwejjeġ
oħra taħt dan l-Att dawk id-drittijiet li jistgħu jiġu preskritti.
(2) Jista’ jiġi pprovdut b’regoli dwar -
(a) il-ħlas ta’ dritt uniku għar-rigward ta’ żewġ ħwejjeġ
jew iktar, u
(b) iċ-ċirkostanzi, jekk ikun hemm, li fihom dritt jista’
jerġa’ jitħallas jew jingħata lura.
Ħinijiet tax-xogħol 
u jiem tax-xogħol.
67. (1) Il-Kontrollur jista’ jordna billi jispeċifika l-ħinijiet
tax-xogħol ta’ l-Uffiċċju għall-Proprjetà  Industrijali meta l-
pubbliku jkun jista’ jmexxi xogħol taħt dan l-Att, u l-jiem li jkunu
ġranet tax-xogħol għal dak l-għan.
(2) Xogħol li jsir f’xi ġurnata wara l-ħinijiet tax-xogħol
speċifikati, jew f’xi ġurnata li ma tkunx jum tax-xogħol, għandu
jitqies bħala li jkun sar fil-jum tax-xogħol ta’ wara; u meta t-
terminu għall-għemil ta’ xi ħaġa taħt dan l-Att jiskadi f’xi ġurnata
li ma tkunx jum tax-xogħol, dak it-terminu għandu jittawwal sal-
jum tax-xogħol li jkun imiss.
(3) Ordnijiet taħt dan l-artikolu jistgħu jagħmlu provvedimenti
differenti għal klassijiet differenti ta’ xogħol u għandhom jiġu
ppubblikati fil-forma preskritta.
TRADEMARKS ġ KAP. 416. 31
Aġenti ta’ ''trademarks''
Għarfien ta’ aġenti.
awtorizzat b’dan l-Att li jintgħamel minn jew dwar xi persuna
f’dak li għandu x’jaqsam mar-reġistrazzjoni ta’ trademark, jew kull
proċedura li jkollha x’taqsam ma’ trademark reġistrata, tista’ ssir
minn jew dwar aġent li jkun awtorizzat minn dik il-persuna bil-
miktub.
Ir-reġistru ta’ 
aġenti/mandatarji 
ta’ trademark.
69. (1) Il-Ministru jista’ jagħmel regoli li jkunu jeħtieġu li
jinżamm reġistru ta’ persuni li jagħmluha ta’ aġent bil-għan li
japplikaw għal jew li jiksbu r-reġistrazzjoni ta’ trademarks; u f’dan
l-Att ''aġent ta’ trademark reġistrata'' tfisser persuna li isimha
jinkiteb fir-reġistru li jinżamm taħt dan l-artikolu.
(2) Il-Ministru jista’ jagħmel regoli li jkunu jirregolaw ir-
reġistrazzjoni ta’ persuni bħala aġenti ta’ trademark reġistrata, u
jistgħu b’mod partikolari -
(a) jeħtieġu l-ħlas ta’ dawk id-drittijiet f’dak li għandu
x’jaqsam ma’ dik ir-reġistrazzjoni li jistgħu jiġu
preskritti, u
(b) jawtorizzaw f’każijiet bħal dawk bħalma jiġu
speċifikati it-tħassir mir-reġistru ta’ l-isem ta’ xi
persuna li tkun reġistrata bħala aġent ta’ trademark
reġistrata, jew is-sospensjoni ta’ reġistrazzjoni bħal
dik.
(3) Persuni reġistrati biss jistgħu -
(a) jiġġestixxu xi negozju taħt xi isem jew deskrizzjoni
oħra li jkun fiha l-kliem "aġent reġistrat ta’
trademark''; jew
(b) fil-kors tan-negozju xort’oħra jiddeskrivi jew
jipproġġetta ruħu, jew iħalli lilu nnifsu jiġi deskritt
jew proġettat, bħala aġent reġistrat ta’ trademark.
Privileġġ għal 
komunikazzjoni 
ma’ aġenti ta’ 
trademarks 
reġistrati.
Kap. 12.
70. Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 588 tal-Kodiċi ta’
Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili għandhom japplikaw għar-
rigward ta’ aġenti ta’ trademark reġistrata bħalma japplikaw għar-
rigward ta’ avukati u prokuraturi legali.
Setgħa tal-
Kontrollur li 
jirrifjuta li jittratta 
ma’ ċertu aġenti.
71. Il-Kontrollur jista’, skond dawk ir-regoli li jistgħu jiġu
preskritti, jirrifjuta milli jirrikonoxxi bħala aġent dwar xi negozju
taħt dan l-Att -
(a) lil xi persuna li għalkemm ma tkunx aġent ta’
trademark reġistrata, tkun falzament għamlietha bħala
tali;
(b) lil xi persuna li isimha jkun tħassar mir-reġistru u ma
jkunx reġa’ ddaħħal fih, jew li tkun sospiża mir-
reġistru ta’ aġent ta’ trademark minħabba fi mġieba
ħażina;
(ċ) lil xi persuna li tkun instabet ħatja ta’ mġieba bħal dik
li kieku, fil-każ ta’ individwu reġistrat fir-reġistru ta’
aġenti ta’ trademark, tirrendih li jista’ jkollu ismu
mħassar mir-reġistru minħabba f’imġieba ħażina;
32 KAP. 416. ħ TRADEMARKS
(d) lil xi soċjetà  jew korp magħqud li tagħhom xi ħadd
mis-soċji jew diretturi jkun persuna li r-reġistratur
jista’ jirrifjuta li jirrikonoxxi taħt il-paragrafu (a), (b)
jew (ċ) hawn aktar qabel imsemmija.
TAQSIMA V
REATI KRIMINALI
Reati
Użu mhux 
awtorizzat ta’ 
trademark, eċċ., 
dwar oġġetti.
72. (1) Persuna li bil-għan li tieħu vantaġġ għaliha nnifisha
jew għal persuna oħra, jew bil-ħsieb li tikkaġuna telf lil xi persuna
oħra, u mingħajr il-kunsens tal-proprjetarju -
(a) tapplika fuq oġġetti jew fuq l-ippakkettjar tagħhom
sinjal identiku għal, jew li x’aktarx jitħawwad ma’
trademark reġistrata, jew
(b) tbiegħ jew tikri, toffri jew tesponi għall-bejgħ jew kiri
jew tqassam oġġetti li jkollhom fuqhom, jew li l-
ippakkettjar tagħhom ikollu fuqu, sinjal bħal dak, jew
(ċ) jkollha fil-pussess, kustodja jew kontroll tagħha fil-
kors ta’ xi negozju xi oġġetti bħal dawk bil-għan li hi
jew persuna oħra tagħmel xi ħaġa li tkun reat taħt il-
paragrafu (b), jew
(d) tapplika sinjal identiku ma’ trademark reġistrata, jew
li x’aktarx jitħawwad ma’ trademark reġistrata, ma’ xi
materjal maħsub biex jintuża -
(i) għall-ittikkettjar jew l-ippakkettjar ta’ oġġetti,
(ii) bħala kartolerija kummerċjali għar-rigward ta’
oġġetti, jew
(iii) għar-reklamar ta’ oġġetti, jew
(e) tuża, fil-kors ta’ xi negozju, materjal li jkun fih sinjal
bħal dak għall-ittikkettjar jew l-ippakkettjar ta’
oġġetti, jew bħala kartolerija kummerċjali għar-
rigward ta’ oġġetti, jew għar-reklamar ta’ oġġetti, jew
(f) jkollha fil-pussess, kustodja jew kontroll tagħha, fil-
kors ta’ xi negozju, xi materjal bħal dak bil-għan li hi
jew persuna oħra tagħmel xi ħaġa li tkun reat taħt il-
paragrafu (e), jew
(g) (i) tagħmel oġġett li jkun speċifikatament disinjat
jew adattat għall-għemil ta’ kopji ta’ xi sinjal ta’
trademark reġistrata, jew għall-għemil ta’ sinjal
li x’aktarx jitħawwad magħha, jew
(ii) ikollha xi oġġett bħal dak fil-pussess, kustodja
jew kontroll tagħha fil-kors ta’ xi negozju,
filwaqt li tkun taf jew ikollha għaliex taħseb li tkun intużat,
jew li tkun se tintuża, biex tipproduċi oġġetti, jew materjal
għall-ittikkettjar jew l-ippakkettjar ta’ oġġetti, bħala
kartolerija kummerċjali għar-rigward ta’ oġġetti, jew għar-
reklamar ta’ oġġetti,
tkun ħatja ta’ reat kontra dan l-artikolu.
TRADEMARKS ġ KAP. 416. 33
(2) Persuna ma tagħmilx reat kontra dan l-artikolu kemm-il
darba -
(a) l-oġġetti li dwarhom isir ir-reat ikunu oġġetti li
dwarhom tkun reġistrata t-trademark, jew
(b) it-trademark ikollha riputazzjoni f’Malta u l-użu tas-
sinjal jieħu jew kieku jieħu vantaġġ mhux ġust ta’, jew
ikun jew kieku jkun detrimentali għax-xorta distintiva
jew ir-riputazzjoni tat-trademark.
(3) Persuna li tiġi akkużata b’reat kontra dan l-artikolu tista’
tgħid b’difiża li kienet taħseb fuq bażi raġonevoli li l-użu tas-sinjal
bil-mod kif dan intuża, jew kellu jintuża, ma kienx ksur tat-
trademark reġistrata.
(4) Persuna ħatja ta’ reat taħt dan l-artikolu tista’ meta tinsab
hekk ħatja teħel priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed minn tliet
snin jew multa ta’ mhux aktar minn għaxart elef lira jew għal dik il-
multa u priġunerija flimkien.
Falsifikazzjoni tar-
reġistru, eċċ.
73. (1) Persuna li, għalkemm tkun taf jew ikollha raġuni
taħseb li jkun qarrieqi -
(a) tagħmel, jew iġġiegħel li jsir, tniżżil falz fir-reġistru
tat-trademarks; jew
(b) tagħmel, jew tikkaġuna li ssir, xi ħaġa falza li
tiftiehem bħallikieku hi kopja ta’ xi tniżżil fir-reġistru,
jew
(ċ) tipproduċi jew tagħti jew tikkaġuna li tiġi prodotta jew
li tingħata b’xiehda xi ħaġa,
tkun ħatja ta’ reat kontra dan l-artikolu.
(2) Min jinsab ħati ta’ reat kontra dan l-artikolu jista’, meta
jinsab hekk ħati, jeħel priġunerija għal żmien mhux iżjed minn
sentejn jew multa ta’ mhux aktar minn ħamest elef lira jew għal dik
il-multa u priġunerija flimkien. 
Rappreżentazzjoni 
ta’ trademark kif 
reġistrata b’mod 
qarrieq.
74. (1) Huwa reat kontra dan l-artikolu li persuna -
(a) b’mod qarrieqi tirrappreżenta marka bħala trademark
reġistrata, jew
(b) tagħmel rappreżentazzjoni falza fuq l-oġġetti jew is-
servizzi li dwarhom trademark tkun reġistrata,
meta tkun taf jew ikollha għaliex taħseb li dik ir-rappreżentazzjoni
tkun waħda qarrieqa.
(2) Għall-għanijiet ta’ dan l-artikolu, l-użu f’Malta għar-
rigward ta’ trademark -
(a) tal-kelma "reġistrata'', jew
(b) ta’ xi kelma oħra jew simbolu ieħor li jkunu jfissru
riferenza, espressa jew impliċita, għal reġistrazzjoni,
għandha titqies bħala rappreżentazzjoni dwar reġistrazzjoni taħt
dan l-Att kemm-il darba ma jintweriex li r-riferenza tkun għal
reġistrazzjoni band’oħra milli f’Malta u li t-trademark tkun fil-fatt
hekk reġistrata għall-oġġetti jew għas-servizzi involuti.
34 KAP. 416. ħ TRADEMARKS
(3) Min jinsab ħati ta’ reat kontra dan l-artikolu jista’, meta
jinsab ħati, jeħel multa ta’ mhux aktar minn ħamest elef lira.
Użu mhux 
awtorizzat ta’ ċertu 
mezzi, emblemi, 
eċċ.
75. (1) Persuna ma għandhiex mingħajr l-awtorità  tal-
President tuża f’dak li għandu x’jaqsam ma’ xi kummerċ, xi mezz,
emblema jew titolu tali li jitqies li jwassal li wieħed jaħseb li tkun
impjegata mill-President, jew li tfornih b’oġġetti jew servizzi.
(2) Kull min jikser id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) ta’
dan l-artikolu jkun ħati ta’ reat kontra dan l-artikolu u jista’ jeħel,
meta jinsab ħati, multa ta’ mhux iżjed minn tliet elef lira.
Ċessjoni ta’ oġġetti 
kontravvenjenti, 
eċċ.
 76. Il-Qorti tista’, iktar minn hekk, fil-każijiet imsemmija fl-
artikolu 73, fuq talba tal-prosekuzzjoni, tordna li l-makkinarju jew
mezzi oħra jew apparat ieħor industrijali li jkun ġie użat
b’kontravvenzjoni tad-drittijiet tal-proprjetarji tat-trademarks, l-
oġġetti kontravvenjenti, u l-apparat maħsub għall-produzzjoni
tagħhom, jiġi kkonfiskat, kollu kemm hu jew parti minnu, u
kkonsenjat lid-detentur tat-trademark, mingħajr preġudizzju għal
kull dritt ieħor għal rimedju taħt dan l-Att.
Setgħa tal-
Maġistrati.
77. Sakemm ikun għadu pendenti kull proċediment għal xi
wieħed mir-reati msemmija f’din it-Taqsima, kull Maġistrat jista’,
jekk ikun sodisfatt b’tagħrif li jingħata taħt ġurament li jkun hemm
kawża raġonevoli li jiġi suspettat li xi oġġetti jew ħwejjeġ li
permezz tagħhom, jew li dwarhom ikun sar ir-reat, ikunu f’xi dar
jew fond ta’ l-akkużat, jew ikunu fil-pussess tiegħu jew taħt il-
kontroll tiegħu f’xi post ieħor, b’ordni maħruġ u ffirmat minnu,
jordna lil xi uffiċjal tal-Pulizija li jissemma’ fl-ordni, li jidħol f’xi
dar, fond jew post, li jissemmew ukoll fl-istess ordni, sabiex hemm
ifittex, jaqbad, u jneħħi dawk l-oġġetti jew ħwejjeġ.
Meta sid l-oġġetti 
ma jkunx magħruf.
78. Jekk sid l-oġġetti jew il-ħwejjeġ li, li kieku kellu jinsab
ħati ta’ xi wieħed mir-reati msemmija f’din it-Taqsima, kienu kieku
jistgħu jiġu kkonfiskati, ma jkunx magħruf jew ma jkunx jista’
jinsab, kull Maġistrat ikun jista’ bl-istess mod u fiċ-ċirkostanzi
meħtieġa fl-artikolu li jiġi minnufih qabel dan, joħroġ dik l-ordni.
Konfiska ta’ l-
oġġetti maqbudin.
79. L-oġġetti u l-ħwejjeġ hekk maqbudin għandhom jinġiebu
quddiem il-Qorti tal-Maġistrati bħala qorti ta’ ġudikatura kriminali,
u dik il-Qorti għandha tistabbilixxi jekk dawn għandhomx jiġu
kkonfiskati taħt dan l-Att.
Proċedura meta s-
sid ma jkunx 
magħruf.
80. (1) Fil-każ imsemmi fl-artikolu 78, il-Qorti għandha
tordna l-ħruġ ta’ bandi li għandhom jiġu ppubblikati għal darbtejn,
b’intervall ta’ mill-anqas tmint ijiem fil-Gazzetta tal-Gvern, u
jitwaħħlu fid-daħla tal-edifiċċju fejn ikun hemm il-Qorti, u f’kull
post ieħor fejn il-qorti tqis li jkun xieraq, fejn jiġi ddikjarat li l-
oġġetti jew il-ħwejjeġ maqbudin għandhom jiġu kkonfiskati,
kemm-il darba fil-ħin u l-post imsemmija fil-bandi s-sid ta’ dawk l-
oġġetti jew ħwejjeġ jew persuna oħra li jkollha interess f’dawk l-
oġġetti jew ħwejjeġ ma tattendix quddiem il-Qorti fil-ħin u l-lok
indikati fil-bandi u tgħid għaliex dan ma għandux isir.
(2) Jekk is-sid jew xi ħadd ieħor f’ismu, jew xi persuna oħra li
jkollha interess f’dawk l-oġġetti jew ħwejjeġ, tonqos milli tattendi
fil-ħin u l-post imsemmija fil-bandu biex tgħid għaliex dan ma
għandux isir, il-Qorti tista’ tordna li dawk l-oġġetti jew ħwejjeġ
TRADEMARKS ġ KAP. 416. 35
jew xi wieħed jew waħda minnhom għandhom jiġu kkonfiskati.
Għoti ta’ kumpens 
lil partijiet 
bonafidi.
81. Il-Qorti tista’ tordna li l-oġġetti jew il-ħwejjeġ hekk
konfiskati għandhom jiġu meqruda jew imneħħija, wara li t-
trademarks jew deskrizzjonijiet kummerċjali oħra jkunu tħassru
għalkollox minn fuqhom, u tista’ tordna wkoll illi, mid-dħul nett li
jista’ jsir bit-tneħħija ta’ dawk l-oġġetti jew ħwejjeġ u sa l-ammont
li dawn iġibu, kull min, u li jkun persuna bonafidi, ikun ġie
aggravat bil-konfiska, għandu jingħata kumpens għal kull telf lilu
kaġunat.
Limitazzjonijet tal-
azzjonijiet 
kriminali.
82. Azzjonijiet kriminali taħt dan l-Att jaqgħu bi preskrizzjoni
bl-għeluq ta’ tliet snin mill-jum minn meta jkun sar l-att li
jikkostitwixxi r-reat, jekk il-persuna li r-reat ikun twettaq bi
preġudizzju għaliha, ma kienetx qabel taf bih; f’kull każ ieħor iż-
żmien ta’ preskrizzjoni jkun ta’ sena mill-jum meta dik il-persuna
tkun saret taf b’dak l-att.
Użu ta’ marki 
falsifikati.
83. Il-provvedimenti li jirrigwardaw l-użu ta’ marki falsifikati
ma għandhomx japplikaw għall-użu ta’ xi marka ta’ manifattura
jew deskrizzjoni użata fil-kummerċ biex tindika xi oġġetti ta’ klassi
partikolari, jew il-manifattura tagħhom b’xi metodu partikolari,
meta, fil-waqt tal-promulgazzjoni ta’ dan l-Att, dik il-marka ta’
manifattura jew deskrizzjoni kienet leġittimament u ġeneralment
applikata għall-iskop hawn aktar qabel imsemmi: 
Iżda meta dik il-marka ta’ manifattura jew deskrizzjoni
tinkludi l-isem ta’ xi post jew pajjiż u l-oġġetti ma jiġux prodotti
fil-post jew fil-pajjiż indikat fil-marka ta’ manifattura jew
deskrizzjoni hekk użata, id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu ma
japplikawx, kemm-il-darba ma jiżdiedx mal-marka ta’ manifattura
jew deskrizzjoni, minnufih qabel jew wara l-isem ta’ dak il-post
jew pajjiż, b’mod daqstant li jidher, il-post jew il-pajjiż li fihom l-
oġġetti attwalment saru jew ġew prodotti, u kemm-il darba ma
jissemmiex hawnhekk ukoll li l-oġġetti saru jew ġew prodotti f’dak
il-post jew pajjiż.
Persuna li 
tippreżenta ruħha 
bħala aġent ta’ 
trademark 
reġistrata.
84. Persuna li falsament tippretendi li tkun aġent ta’ trademark
reġistrata meta ma tkunx hekk reġistrata skond l-artikolu 69 ta’ dan
l-Att, tkun ħatja ta’ reat kontra dan l-artikolu u tista’ teħel, meta
tinsab ħatja, multa ta’ mhux iżjed minn ħames mitt lira.
Id-dritt għad-danni 
ma jintlaqatx.
85. Il-provvedimenti ta’ din it-Taqsima għandhom japplikaw
mingħajr preġudizzju għad-dritt li kull persuna għandha li titlob id-
danni b’konsegwenza għal kull att li jikkostitwixxi reat.
Prinċipal u 
impjegat.
86. Ma jinbdew ebda proċedimenti kontra persuna fis-servizz
ta’ persuna oħra, jekk l-impjegat juri b’bonafidi li jkun aġixxa
b’ubbidjenza għall-istruzzjonijiet tal-prinċipal tiegħu, u meta jiġi
interrogat mill-Pulizija, jagħti kull tagħrif dwar il-prinċipal tiegħu
u dwar il-fatti tal-każ kif ikun jafhom hu.
TAQSIMA V
PROVVEDIMENTI ĠENERALI
Min għandu d-dmir 
iġib prova dwar l-
użu ta’ trademark.
87. Jekk fi proċedimenti ċivili taħt dan l-Att tqum xi kwistjoni
dwar l-użu li trademark reġistrata seta’ sar minnha, l-oneru tal-
prova li jkun sar xi użu partikolari minnha jaqa’ fuq il-proprjetarju.
36 KAP. 416. ħ TRADEMARKS
Limitazzjonijiet ta’ 
azzjoni ċivili.
88. Azzjonijiet ċivili taħt dan l-Att jaqgħu bi preskrizzjoni bl-
għeluq ta’ ħames snin f’kull każ fejn ma jkunx xort’oħra stabbilit
f’dan l-Att xi perjodu ieħor li fih jistgħu jinbdew dawk l-
azzjonijiet.
TAQSIMA VII
PROVVEDIMENTI TRANSITORJI
Tifsir. 89. (1) F’din it-Taqsima -
Kap. 29. "il-Liġi l-Qadima" tfisser l-Ordinanza dwar il-Protezzjoni tal-
Proprjetà  Industrjali, u kull liġi oħra jew regola li tkun tapplika
għal marki reġistrati eżistenti minnufih qabel il-bidu fis-seħħ ta’
dan l-Att;
"marka reġistrata eżistenti" tfisser trademark reġistrata taħt l-
Ordinanza dwar il-Protezzjoni tal-Proprjetà  Industrjali, minnufih
qabel il-bidu fis-seħħ ta’ dan l-Att;
"ir-reġistru l-ġdid" tfisser ir-reġistru li jinżamm taħt dan l-Att;
"ir-reġistru ta’ qabel" tfisser ir-reġistru li kien jinżamm taħt il-
Liġi l-Qadima.
(2) Għall-għanijiet ta’ din it-Taqsima -
(a) applikazzjoni għandha tiġi trattata bħala pendenti mal-
bidu fis-seħħ ta’ dan l-Att jekk din tkun saret iżda ma
tkunx ġiet finalment deċiża qabel il-bidu fis-seħħ, u 
(b) id-data meta din tkun saret għandha tiftiehem bħala d-
data tal-preżentata taħt il-Liġi l-Qadima.
Marki reġistrati 
eżistenti.
90. (1) Il-marki reġistrati eżistenti għandhom, mal-bidu fis-
seħħ ta’ dan l-Att, jiġu trasferiti għal ġor-reġistru l-ġdid, u bla
ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ din it-Taqsima, jkollhom seħħ
bħallikieku ġew reġistrati taħt dan l-Att.
(2) Marki reġistrati eżistenti li jkunu reġistrati bħala serje taħt
l-artikoli 91(2) u 91(3) ta’ l-Ordinanza għandhom jiġu reġistrati bl-
istess mod fir-reġistru l-ġdid.
(3) F’kull każ ieħor noti li jkunu jindikaw li marki reġistrati
eżistenti jkunu assoċjati ma’ marki oħra għandhom itemmu milli
jkollhom seħħ mal-bidu fis-seħħ ta’ dan l-Att.
Proċedimenti taħt 
il-Liġi l-Qadima.
91. (1) Proċedimenti taħt il-Liġi l-Qadima li jkunu għadhom
pendenti mal-bidu fis-seħħ ta’ dan l-Att għandhom jiġu trattati taħt
il-Liġi l-Qadima u għandha ssir kull tibdila meħtieġa skond u
konformi ma’ dawk il-proċedimenti fir-reġistru l-ġdid.
(2) Ċaħda ta’ dritt jew limitazzjoni li titniżżel fuq ir-reġistru
ta’ qabel għar-rigward ta’ marka reġistrata eżistenti minnufih qabel
il-bidu fis-seħħ ta’ dan l-Att għandhom jiġu trasferiti għal ġor-
reġistru l-ġdid u jkollhom seħħ bħallikieku dawn tniżżlu fuq ir-
reġistru b’mod konformi ma’ l-artikolu 13 ta’ dan l-Att.
Efetti tar-
reġistrazzjoni 
kontravvenzjoni.
92. (1) Mal-bidu fis-seħħ ta’ dan l-Att, l-artikoli 9 sa 12 ta’
dan l-Att għandhom japplikaw għar-rigward ta’ marka reġistrata
eżistenti u bla ħsara għas-subartikolu (2) ta’ dan l-artikolu, l-
artikolu 14 ta’ dan l-Att għandu japplika għar-rigward ta’ xi
TRADEMARKS ġ KAP. 416. 37
kontravvenzjoni ta’ marka reġistrata eżistenti li ssir wara l-bidu fis-
seħħ ta’ dan l-Att.
(2) Wara l-bidu fis-seħħ ta’ dan l-Att ma tkunx
kontravvenzjoni ta’ -
(a) marka reġistrata eżistenti, jew
(b) trademark reġistrata li l-elementi distintivi tagħha
huma l-istess jew sostanzjalment l-istess bħal dawk ta’
marka reġistrata eżistenti u li tkun reġistrata għall-
istess oġġetti jew servizzi,
jekk dawn ikomplu b’xi użu li ma jkunx ammonta għal
kontravvenzjoni tal-marka reġistrata eżistenti taħt il-Liġi l-Qadima.
Oġġetti, materjal 
jew ħwejjeġ 
kontravvenjenti.
93. L-artikolu 16 ta’ dan l-Att għandu japplika għal oġġetti,
materjal jew ħwejjeġ kontravvenjenti sew jekk dawn ikunu saru
qabel jew wara l-bidu fis-seħħ ta’ dan l-Att.
Drittijiet u rimedji 
ta’ detentur ta’ 
liċenza jew utent 
awtorizzat.
94. (1) L-artikolu 28 ta’ dan l-Att għandu japplika għal
liċenzji mogħtija qabel il-bidu fis-seħħ ta’ dan l-Att, iżda biss għar-
rigward ta’ kontravvenzjonijiet li jsiru wara l-bidu fis-seħħ tiegħu.
(2) Il-paragrafu 12 tat-Tieni Skeda ta’ dan l-Att għandu
japplika biss dwar kontravvenzjonijiet li jsiru wara l-bidu fis-seħħ
ta’ dan l-Att.
Komproprjetà  ta’ 
marka reġistrata.
95. Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 22 ta’ dan l-Att
għandhom japplikaw sa mill-bidu fis-seħħ ta’ dan l-Att għal xi
marka reġistrata eżistenti li tagħha żewġ persuni jew iżjed kienu
minnufih qabel il-bidu fis-seħħ ta’ l-Att reġistrati bħala proprjetarji
solidali.
Assenjament, eċċ., 
ta’ marka 
reġistrata.
96. (1) L-artikolu 23 ta’ dan l-Att għandu japplika għal
transazzjonijiet u ġrajjiet li jiġru wara l-bidu fis-seħħ ta’ dan l-Att
għar-rigward ta’ marka reġistrata eżistenti; u l-Liġi l-Qadima
għandha tkompli tapplika għar-rigward ta’ transazzjonijiet u
ġrajjiet li jiġru qabel il-bidu fis-seħħ tagħha.
(2) Reġistrazzjonijiet eżistenti taħt l-artikoli 98 u 100 ta’ l-
Ordinanza dwar il-Protezzjoni tal-Proprjetà  Industrijali għandhom
jiġu trasferiti mal-bidu fis-seħħ ta’ dan l-Att għal ġor-reġistru l-
ġdid u jkollhom seħħ bħallikieku dawn saru taħt l-artikolu 24 ta’
dan l-Att.
Kap. 29.
(3) Applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ trasferiment taħt l-
artikoli 98 u 100 ta’ l-Ordinanza dwar il-Protezzjoni tal-Proprjetà
Industrijali li tkun għadha pendenti quddiem il-Kontrollur mal-bidu
fis-seħħ ta’ dan l-Att għandha tiġi trattata bħala applikazzjoni għal
reġistrazzjoni ta’ trasferiment taħt l-artikolu 24 ta’ dan l-Att u
għandha timxi skond hekk:
Iżda l-Kontrollur jista’ jeħtieġ lill-applikant jemenda l-
applikazzjoni tiegħu sabiex din tkun konformi mal-ħtiġiet ta’ dan l-
Att.
(4) Applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ trasferiment taħt l-
artikoli 98 u 100 ta’ l-Ordinanza dwar il-Protezzjoni tal-Proprjetà
Industrijali li jkun ġie deċiż dwarha mill-Kontrollur iżda mhux
finalizzata qabel il-bidu fis-seħħ ta’ dan l-Att għandu jsir minnha
38 KAP. 416. ħ TRADEMARKS
taħt il-Liġi l-Qadima; u s-subartikolu (2) ta’ dan l-artikolu għandu
jkun japplika għar-rigward ta’ kull tniżżil riżultanti fir-reġistru.
(5) Meta, qabel il-bidu fis-seħħ ta’ dan l-Att, persuna tkun saret
intitolata b’assenjazzjoni jew trasmissjoni għal xi marka reġistrata
eżistenti iżda ma tkunx irreġistrat it-titolu tagħha, kull
applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ trasferiment wara l-bidu fis-
seħħ tiegħu għandha ssir taħt l-artikolu 24 ta’ dan l-Att.
Liċenzar ta’ 
trademark 
reġistrata.
97. L-artikoli 26 u 27(2) ta’ dan l-Att għandhom japplikaw biss
għar-rigward ta’ liċenzi mogħtijin wara l-bidu fis-seħħ ta’ dan l-
Att.
Applikazzjonijiet 
għar-
reġistrazzjonijiet li 
għadhom pendenti.
98. (1) Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ marka taħt il-
Liġi l-Qadima li tkun pendenti mal-bidu fis-seħħ ta’ dan l-Att
għandha tiġi trattata taħt il-Liġi l-Qadima, bla ħsara għad-
disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu, u, meta tiġi reġistrata, l-marka
għandha tiġi trattata għall-għanijiet ta’ din it-Taqsima bħala marka
reġistrata eżistenti.
(2) Is-setgħa tal-Ministru taħt l-artikolu 65 ta’ dan l-Att li
jagħmel regoli li jkunu jirregolaw il-prattika u l-proċedura, u għar-
rigward tal-ħwejjeġ imsemmija fis-subartikolu (2) ta’ dak l-
artikolu, hija eżerċitabbli għar-rigward ta’ dik l-applikazzjoni; u
jista’ jsir provvediment differenti għal dawk l-applikazzjonijiet
minn dak li jsir għal applikazzjonijiet oħra.
Konverżjoni ta’ 
applikazzjoni 
pendenti.
99. (1) F’każ ta’ applikazzjoni għar-reġistrazzjoni pendenti li
ma tkunx ġiet reklamata taħt l-artikolu 87 ta’ l-Ordinanza dwar il-
Protezzjoni tal-Proprjetà  Industrijali qabel il-bidu fis-seħħ ta’ dan
l-Att, l-applikant jista’ jagħti avviż lill-Kontrollur fejn jitlob li r-
reġistrabilità  tal-marka tiġi stabbilita skond il-provvedimenti ta’
dan l-Att.
(2) L-avviż għandu jkun fih il-forma preskritta, ikollu miegħu
d-dritt li għandu jitħallas u jingħata mhux iżjed tard minn sitt xhur
wara l-bidu fis-seħħ ta’ dan l-Att.
(3) Kull avviż debitament mogħti għandu jkun irrevokabbli u
għandu jkollu l-effett li l-applikazzjoni għandha tiġi trattata
bħallikieku tkun saret minnufih wara l-bidu fis-seħħ ta’ dan l-Att.
Trademarks 
reġistrati skond il-
klassifika l-
qadima.
100. Il-Kontrollur jista’ jeżerċita s-setgħat mogħtija b’regoli
taħt l-artikolu 57 ta’ dan l-Att sabiex jiżgura li xi marki reġistrati
eżistenti li ma jkunux konformi mas-sistema ta’ klassifika
preskritta taħt l-artikolu 32 ta’ dan l-Att jinġiebu konformi ma’ dik
is-sistema.
Talba għal prijorità  
minn applikazzjoni 
barranija.
101. L-artikolu 33 ta’ dan l-Att għandu japplika għal
applikazzjoni għal reġistrazzjoni taħt dan l-Att li tkun saret wara l-
bidu fis-seħħ ta’ dan l-Att minkejja li l-applikazzjoni taħt il-
Konvenzjoni tkun saret qabel il-bidu fis-seħħ.
Għal kemm iddum 
reġistrazzjoni u t-
tiġdid tagħha.
102. (1) L-artikolu 38 (1) ta’ dan l-Att japplika għar-rigward
tar-reġistrazzjoni ta’ marka b’mod konformi u skond rikors
magħmul wara l-bidu fis-seħħ ta’ dan l-Att; u l-Liġi l-Qadima
għandha tkompli tapplika f’kull każ ieħor.
(2) L-artikoli 38 (2) u 39 ta’ dan l-Att għandhom japplikaw
TRADEMARKS ġ KAP. 416. 39
meta t-tiġdid ikollu jsir fl-1 ta’ Jannar, 2001 jew wara; u l-Liġi l-
Qadima għandha tkompli tapplika f’kull każ ieħor.
(3) F’kull każ minn dawn id-data tal-ħlas tad-dritt mhix
rilevanti.
L-EWWEL SKEDA
MARKI KOLLETTIVI
Ġenerali.
1. Il-provvedimenti ta’ dan l-Att japplikaw għal marki
kollettivi bla ħsara għal dawn id-disposizzjonijiet li ġejjin li
jistgħu, b’regolamenti, jiġu emendati mill-Ministru.
Sinjali li minnhom tista’ tkun tikkonsisti marka kollettiva.
2. Għar-rigward ta’ marka kollettiva, ir-riferenza fit-tifsira ta’
''trademark'' fl-artikolu 2 fid-distinzjoni ta’ oġġetti jew servizzi ta’
impriża waħda minn dawk ta’ impriżi oħra għandha tiftiehem bħala
riferenza għad-distinzjoni ta’ oġġetti jew servizzi ta’ membri ta’ l-
assoċjazzjoni li tkun il-proprjetarja tal-marka minn dawk ta’
impriżi oħra.
Indikazzjoni ta’ oriġni ġeografika.
3. Minkejja l-artikolu 4(1)(ċ), marka kollettiva li tkun
tikkonsisti f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jservu, fil-
kummerċ, biex isemmu l-oriġni ġeografika ta’ l-oġġetti jew tas-
servizzi tista’ tiġi reġistrata:
Iżda, l-proprjetarju ta’ marka bħal dik ma jkollux jedd
jipprojbixxi l-użu tas-sinjali jew indikazzjonijiet skond kull
prattika onesta fi ħwejjeġ industrijali jew kummerċjali
partikolarment minn persuna li jkollha jedd tuża isem ġeografiku.
Marka ma għandhiex tiżgwida dwar ix-xorta jew is-sinjifikat
tagħha.
4. (1) Marka kollettiva ma għandhiex tiġi reġistrata jekk il-
pubbliku x’aktarx li jiġi żgwidat dwar ix-xorta jew is-sinjifikat tal-
marka, b’mod partikolari jekk din x’aktarx li tiftiehem bħala xi
ħaġa oħra li mhux marka kollettiva.
(2) Il-Kontrollur jista’ skond hekk jeħtieġ li marka li dwarha
ssir applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tkun tinkludi xi indikazzjoni
li tkun marka kollettiva; u minkejja d-disposizzjonijiet ta’ l-
artikolu 36 (2), applikazzjoni tista’ tiġi emendata sabiex din tkun
tħares kull ħtiega bħal dik.
Regolamenti li jirregolaw l-użu ta’ marka kollettiva.
5. Applikant għal reġistrazzjoni ta’ marka kollettiva għandu
jippreżenta għand il-Kontrollur regolamenti li jkunu jirregolaw l-
użu tal-marka li jispeċifikaw lill-persuni li jkunu awtorizzati jużaw
il-marka, il-kondizzjonijiet tas-shubija fl-assoċjazzjoni u, meta
dawn ikunu jeżistu, l-kundizzjonijiet għall-użu tal-marka, kif ukoll
kull sanzjoni kontra l-użu ħażin u kull ħtieġa oħra li r-regolamenti
40 KAP. 416. ħ TRADEMARKS
għandhom ikunu jħarsu hekk kif jista’ jiġi stabbilit b’regoli
magħmulin mill-Ministru.
Approvazzjoni ta’ regolamenti mill-Kontrollur.
6. (1) Ma għandhiex tiġi reġistrata marka kollettiva kemm-il
darba r-regolamenti li jirregolaw l-użu tal-marka -
(a) ma jkunux konformi mal-paragrafu 5 (2) u kull ħtieġa
oħra imposta permezz ta’ regoli, u
(b) ma jkunux kuntrarju għal public policy jew għall-
prinċipji aċċettati ta’ moralità .
(2) L-applikazzjoni għandha titqies li tkun ġiet irtirata jekk
qabel tmiem xi perjodu li jista’ jiġi preskritt wara d-data ta’ l-
applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ marka kollettiva, l-applikant
jonqos milli jippreżenta għand il-Kontrollur ir-regolamenti tiegħu u
jħallas id-dritt preskritt.
7. (1) Il-Kontrollur għandu jqis jekk il-ħtiġiet imsemmija fil-
paragrafu 6 (1) jkunux ġew imħarsa jew le.
(2) Jekk il-Kontrollur jkun jidhirlu li dawk il-ħtiġiet ma
jkunux tħarsu, huwa għandu jgħarraf lill-applikant u jagħtih
opportunità , f’dak il-perjodu li l-Kontrollur jista’ jispeċifika, li
jagħmel il-kummenti tiegħu jew inkella jippreżenta r-regolamenti
emendati.
(3) Jekk l-applikant jonqos milli jissodisfa lill-Kontrollur li
dawk il-ħtiġiet ikunu tħarsu, jew li jippreżenta regolamenti
emendati sabiex dawn jitħarsu, jew jonqos milli jirrispondi qabel
tmiem il-perjodu speċifikat, il-Kontrollur għandu jiċħad l-
applikazzjoni.
(4) Jekk il-Kontrollur ikun jidhirlu li dawk il-ħtiġiet, u l-
ħtiġiet l-oħra għar-reġistrazzjoni, jkunu tħarsu, huwa għandu jilqa’
l-applikazzjoni u jmexxi skond l-artikolu 37.
Ir-regolamenti jkunu miftuħa għall-ispezzjon.
8. Ir-regolamenti li jirregolaw l-użu ta’ marka kollettiva
reġistrata għandhom ikunu miftuħa għall-ispezzjon pubbliku bl-
istess mod bħalma jkun ir-reġistru.
Emendar tar-regolamenti.
9. Emenda tar-regolamenti li jirregolaw l-użu ta’ marka
kollettiva reġistrata ma jkollhiex seħħ kemm-il darba u sakemm ir-
regolamenti emendati ma jiġux ippreżentati għand il-Kontrollur u
milqugħin minnu. 
Kontravvenzjoni: drittijiet ta’ utenti awtorizzati. 
10. Id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (6) ta’ l-artikolu 10 u
tas-subartikolu (2) ta’ l-artikolu 19 japplikaw dwar utent awtorizzat
ta’ marka kollettiva reġistrata l-istess bħalma japplikaw għar-
rigward ta’ detentur ta’ liċenza ta’ trademark.
11. (1) Dawn id-disposizzjonijiet li ġejjin ikollhom seħħ għar-
rigward tal-jeddijiet ta’ utent awtorizzat għar-rigward tal-
TRADEMARKS ġ KAP. 416. 41
kontravvenzjoni ta’ marka kollettiva reġistrata.
(2) Utent awtorizzat ikollu jedd, bla ħsara għal kull ftehim
għall-kuntrarju bejnu u l-proprjetarju, li jagħmel talba lill-
proprjetarju biex jibda proċedimenti ta’ kontravvenzjoni dwar kull
ħaġa li tolqot l-interessi tiegħu.
(3) Jekk il-proprjetarju jirrifjuta milli jagħmel hekk, jew
jonqos milli jagħmel hekk fi zmien xahrejn wara li tkun saritlu t-
talba, l-utent awtorizzat jista’ jibda l-proċedimenti f’ismu
bħallikieku kien il-proprjetarju.
(4) Meta jinbdew proċedimenti ta’ kontravvenzjoni bis-saħħa
ta’ dan il-paragrafu, l-utent awtorizzat ma jistax, mingħajr il-
permess tal-Qorti, jipproċedi bl-azzjoni kemm-il darba l-
proprjetarju ma jidħolx fil-kawża.
(5) Fi proċedimenti ta’ kontravvenzjoni mibdija mill-
proprjetarju ta’ marka reġistrata kollettiva, kull telf imġarrab jew li
x’aktarx jiġġarrab minn utenti awtorizzati għandu jitqies mill-Qorti
li għandha tagħti dawk l-ordnijiet li tqis xierqa għar-rigward tad-
disponiment u d-distribuzzjoni ta’ xi somma mogħtija bħala
rimedju għall-kontravvenzjoni. 
Raġunijiet għar-revoka tar-reġistrazzjoni.
12. Minbarra r-raġunijiet għar-revoka li hemm provdut
dwarhom fl-artikolu 42, ir-reġistrazzjoni ta’ marka kollettiva tista’
tiġi revokata minħabba f’li -
(a) l-mod kif tkun intużat il-marka mill-proprjetarju jkun
ikkaġunaha li x’aktarx tiżgwida lill-pubbliku bil-mod
imsemmi fil-paragrafu 4 (1), jew
(b) l-proprjetarju jkun naqas milli josserva, jew milli
jiżgura l-osservanza tar-regolamenti li jirregolaw l-użu
tal-marka, jew
(ċ) tkun saret emenda tar-regolamenti u r-regolamenti -
(i) ma jibqgħux konformi mal-paragrafu 5, jew
(ii) jkunu jmorru kuntrarju għall-public policy jew
għall-prinċipji aċċettati tal-moralità .
Raġunijiet għall-invalidità  tar-reġistrazzjoni.
13. Minbarra r-raġunijiet għall-invalidità  provduti fl-artikolu
43, ir-reġistrazzjoni ta’ marka kollettiva tista’ tiġi ddikjarata
invalida minħabba f’li l-marka kienet reġistrata b’kontravvenzjoni
tad-disposizzjonijiet tal-paragrafu 4 (1) jew 6(1) ta’ din l-Iskeda.
IT-TIENIA SKEDA
MARKI TA’ ĊERTIFIKAZZJONI
Ġenerali.
1. Il-provvedimenti ta’ dan l-Att japplikaw għal marki ta’
ċertifikazzjoni bla ħsara għal dawn id-disposizzjonijiet li ġejjin li
jistgħu, b’regolamenti, jiġu emendati mill-Ministru.
42 KAP. 416. ħ TRADEMARKS
Sinjali li minnhom tista’ tkun tikkonsisti marka ta’
ċertifikazzjoni.
2. Għar-rigward ta’ marka ta’ ċertifikazzjoni, ir-riferenza fit-
tifsira ta’ “trademark” fl-artikolu 2 fid-distinzjoni ta’ oġġetti jew
servizzi ta’ impriża waħda minn dawk ta’ impriżi oħra għandha
tiftiehem bħala riferenza għad-distinzjoni ta’ oġġetti jew servizzi li
huma ċertifikati minn dawk li mhumiex.
Indikazzjoni ta’ oriġni ġeografika.
3. Minkejja l-artikolu 4(1)(ċ), marka ta’ ċertifikazzjoni jekk
din tkun tikkonsisti f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jservu,
fil-kummerċ, biex isemmu l-oriġni ġeografika ta’ l-oġġetti jew tas-
servizzi tista’ tiġi reġistrata:
Iżda, l-proprjetarju ta’ dik il-marka ma jkollux jedd
jipprojbixxi l-użu tas-sinjali jew indikazzjonijiet skond kull
prattika onesta fi ħwejjeġ industrijali jew kummerċjali (b’mod
partikolari, minn persuna li jkollha jedd tuża isem ġeografiku).
Xorta tan-negozju tal-proprjetarju.
4. Marka ta’ ċertifikazzjoni ma għandhiex tiġi reġistrata jekk
il-proprjetarju jiġġestixxi negozju li jinvolvi l-provvista ta’ oġġetti
jew servizzi tax-xorta speċifikata.
Marka ma għandhiex tiżgwida dwar ix-xorta jew is-sinjifikat
tagħha.
5. (1) Marka ta’ ċertifikazzjoni ma għandhiex tiġi reġistrata
jekk il-pubbliku x’aktarx li jiġi żgwidat dwar ix-xorta jew is-
sinjifikat tal-marka, b’mod partikolari jekk din x’aktarx li tiftiehem
bħala xi ħaġa oħra li mhux marka ta’ ċertifikazzjoni.
(2) Il-Kontrollur jista’ skond hekk jeħtieġ li marka li dwarha
ssir applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tkun tinkludi xi indikazzjoni
li tkun marka ta’ ċertifikazzjoni, u minkejja d-disposizzjonijiet ta’
l-artikolu 36 (2), applikazzjoni tista’ tiġi emendata sabiex din tkun
tħares kull ħtiega bħal dik.
Regolamenti li jirregolaw l-użu ta’ marka ta’ ċertifikazzjoni.
6. Applikant għal reġistrazzjoni ta’ marka ta’ ċertifikazzjoni
għandu jippreżenta għand il-Kontrollur regolamenti li jkunu
jirregolaw l-użu tal-marka li jispeċifikaw min ikun awtorizzat juża
l-marka, l-karatteristiċi li għandhom jiġu ċertifikati bil-marka, kif
għandu jagħrbel dawk il-karatteristiċi l-korp li jiċċertifika u
jissorvelja l-użu tal-marka, id-drittijiet (jekk ikun hemm) li
għandhom jitħallsu f’dak li għandu x’jaqsam mat-tħaddim tal-
marka u l-proċeduri għar-risolviment ta’ tilwimiet u kull ħtieġa
oħra li r-regolamenti għandhom ikunu jħarsu kif jista’ jiġi stabbilit
b’regoli magħmulin mill-Ministru.
Approvazzjoni ta’ regolamenti, eċċ.
7. (1) Ma għandhiex tiġi reġistrata marka ta’ ċertifikazzjoni
kemm-il darba -
(a) ir-regolamenti li jirregolaw l-użu tal-marka -
TRADEMARKS ġ KAP. 416. 43
(i) ma jkunux konformi mal-paragrafu 6(2) u kull
ħtieġa oħra imposta permezz ta’ regoli, u
(ii) ma jkunux kuntrarju għal public policy jew
għall-prinċipji aċċettati ta’ moralità , u
(b) l-applikant ikun kompetenti biex jiċċertifika l-oġġetti
jew is-servizzi li għalihom tkun se tiġi reġistrata l-
marka.
(2) L-applikazzjoni għandha titqies li tkun ġiet irtirata jekk
qabel tmiem kull perjodu li jista’ jiġi preskritt wara d-data ta’ l-
applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ marka ta’ ċertifikazzjoni, l-
applikant jonqos milli jippreżenta għand il-Kontrollur ir-
regolamenti tiegħu filwaqt li jħallas id-dritt preskritt.
8. (1) Il-Kontrollur għandu jqis jekk il-ħtiġiet imsemmija fil-
paragrafu 7 (1) jkunux ġew imħarsa jew le.
(2) Jekk il-Kontrollur jkun jidhirlu li dawk il-ħtiġiet ma
jkunux tħarsu, huwa għandu jgħarraf lill-applikant u jagħtih
opportunità , f’dak il-perjodu li l-Kontrollur jista’ jispeċifika, li
jagħmel il-kummenti tiegħu jew inkella jippreżenta r-regolamenti
emendati.
(3) Jekk l-applikant jonqos milli jissodisfa lill-Kontrollur li
dawk il-ħtiġiet ikunu tħarsu, jew li jippreżenta regolamenti
emendati sabiex dawn jitħarsu, jew jonqos milli jirrispondi qabel
tmiem il-perjodu speċifikat, il-Kontrollur għandu jiċħad l-
applikazzjoni.
(4) Jekk il-Kontrollur ikun jidhirlu li dawk il-ħtiġiet, u l-
ħtiġiet għar-reġistrazzjoni, jkunu tħarsu, huwa għandu jilqa’ l-
applikazzjoni u jmexxi skond l-artikolu 37.
Ir-regolamenti jkunu miftuħa għall-ispezzjon.
9. Ir-regolamenti li jirregolaw l-użu ta’ marka ta’
ċertifikazzjoni reġistrata għandhom ikunu miftuħa għall-ispezzjon
pubbliku bl-istess mod bħalma jkun ir-reġistru.
Emendar tar-regolamenti.
10. Emenda tar-regolamenti li jirregolaw l-użu ta’ marka ta’
ċertifikazzjoni reġistrata ma jkollhiex seħħ kemm-il darba u
sakemm ir-regolamenti emendati ma jiġux ippreżentati għand il-
Kontrollur u milqugħin minnu. 
Kunsens għall-assenjazzjoni ta’ marka ta’ ċertifikazzjoni
reġistrata.
11. L-assenjazzjoni jew trasmissjoni oħra ta’ marka ta’
ċertifikazzjoni reġistrata mhix effettiva mingħajr il-kunsens tal-
Kontrollur. 
Kontravvenzjoni: drittijiet ta’ utenti awtorizzati. 
12. Id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (6) ta’ l-artikolu 10 u
tas-subartikolu (2) ta’ l-artikolu 19 japplikaw dwar utent awtorizzat
ta’ marka ta’ ċertifikazzjoni reġistrata l-istess bħalma japplikaw
għar-rigward ta’ detentur ta’ liċenza ta’ trademark.
13. Fi proċedimenti ta’ kontravvenzjoni mibdija mill-
44 KAP. 416. ħ TRADEMARKS
proprjetarju ta’ marka reġistrata ta’ ċertifikazzjoni kull telf
imġarrab jew li x’aktarx jiġġarrab minn utenti awtorizzati għandu
jitqies mill-Qorti li għandha tagħti dawk l-ordnijiet li tqis xierqa
għar-rigward tad-disponiment u d-distribuzzjoni ta’ kull ammont
mogħti bħala rimedju għall-kontravvenzjoni.
Raġunijiet għar-revoka tar-reġistrazzjoni.
14. Minbarra r-raġunijiet għar-revoka li hemm provdut
dwarhom fl-artikolu 42, ir-reġistrazzjoni ta’ marka ta’
ċertifikazzjoni tista’ tiġi revokata minħabba f’li -
(a) l-proprjetarju jkun beda jiġġestixxi dak in-negozju
b’kontravvenzjoni tal-paragrafu 4,
(b) l-mod kif tkun intużat il-marka mill-proprjetarju jkun
ikkaġunaha li x’aktarx tiżgwida lill-pubbliku bil-mod
imsemmi fil-paragrafu 5 (1),
(ċ) l-proprjetarju jkun naqas milli josserva, jew milli
jiżgura l-osservanza tar-regolamenti li jirregolaw l-użu
tal-marka, 
(d) tkun saret emenda tar-regolamenti u r-regolamenti -
(i) ma jibqgħux konformi mal-paragrafu 6, jew
(ii) jkunu jmorru kuntrarju għall-public policy jew
għall-prinċipji aċċettati tal-moralità , jew
(e) l-proprjetarju ma jkunx għadu iktar kompetenti li
jiċċertifika l-oġġetti jew is-servizzi li għalihom il-
marka tkun reġistrata.
Raġunijiet għall-invalidità  tar-reġistrazzjoni.
15. Minbarra r-raġunijiet għall-invalidità  provduti fl-artikolu
43, ir-reġistrazzjoni ta’ marka ta’ ċertifikazzjoni tista’ tiġi
ddikjarata invalida minħabba f’li l-marka kienet reġistrata
b’kontravvenzjoni tad-disposizzjonijiet tal-paragrafu 4, 5 (1) jew 7
(1) ta’ din l-Iskeda.
