PRIVATTIVI INDUSTRIJALI U DISINNI ġ KAP. 417. 1
KAPITOLU 417
ATT DWAR IL-PRIVATTIVI INDUSTRIJALI
U D-DISINNI
Sabiex jipprovdi dwar ir-reġistrazzjoni u r-regolamentazzjoni ta’
privattivi industrijali u disinni.
1 ta’ Ġunju, 2002
L-ATT XVII ta’ l-2000, kif emendat bl-Att IX ta’ l-2003.
TAQSIMA I
TITOLU
Titolu fil-qosor.
Emendat:
IX. 2003.106.
1. It-titolu fil-qosor ta’ dan l-Att huwa l-Att dwar il-Privattivi
Industrijali u d-Disinni.
TAQSIMA II
TIFSIRIET
Tifsir.
Sostitwit:
IX. 2003.107.
2. Fit-Taqsimiet II sa XVII ta’ dan l-Att, kemm-il darba r-
rabta tal-kliem ma tkunx teħtieġ xort’oħra:
''il-Kontrollur'' tfisser il-Kontrollur tal-Proprjetà  Industrijali u
tinkludi lil kull persuna oħra li tingħata delega mill-Kontrollur jew
tiġi appuntata mill-Ministru sabiex teżerċita setgħa jew kull setgħa
u twettaq xi dmir jew kull dmir tal-Kontrollur;
''materjal bijoloġiku'' tfisser kull materjal li jiġbor fih
informazzjoni ġenetika u li għandu l-kapaċità  li jirriproduċi lilu
nnifsu jew li jiġi riprodott f’sistema bijoloġika;
''Ministru'' tfisser il-Ministru responsabbli għall-protezzjoni tal-
proprjetà  industrijali u ''Ministeru'' għandha tiftiehem skond hekk;
''ordnat'' tfisser ordnat b’dan l-Att;
''privattiva'' tfisser id-dritt esklużiv mogħti mill-Kontrollur skond
id-disposizzjonijiet ta’dan l-Att;
''proċess bijoloġiku essenzjali għall-produzzjoni ta’ pjanti u
annimali'' tfisser kull proċess li jikkonsisti għal kollox f’fenomeni
naturali bhalma huma t-taħlit jew is-selezzjoni;
''proċess mikrobijoloġiku'' tfisser kull proċess li jinvolvi, jew li
jsir fuq, jew li jirriżulta, f’mikromaterjal bijoloġiku;
Kap. 29.
''reġistru'' tfisser ir-reġistru ta’ privattivi li jinżamm taħt dan l-
Att u tinkludi r-reġistru ta’ privattivi li jinżamm taħt l-Ordinanza
dwar il-Protezzjoni tal-Proprjetà  Industrijali, li hi f’parti minnha
mħassra b’dan l-Att;
''Stat Membru'' tfisser stat li jkun membru ta’ l-Unjoni Ewropea;
Kap. 460.
Unjoni Ewropea'' ;
''Trattat ta’ Budapest'' tfisser it-Trattat għar-Rikonoxximent
Internazzjonali tad-Depożitu ta’ Mikro-organiżmi għall-Fini ta’
Proċedura dwar Privattivi magħmul f’Budapest fit-28 ta’ April
1977;
2 KAP. 417. ħ PRIVATTIVI INDUSTRIJALI U DISINNI
''Unjoni Ewropea'' tfisser l-Unjoni Ewropea msemmija fit-
Trattat;
''varjetà '' tfisser aggruppar ta’pjanti fi grupp tassonomiku
botaniku uniku ta’ l-inqas grad magħruf, liema aggruppar,
irrispettivament jekk il-kondizzjonijiet biex jingħata dritt għal
varjetà  ta’pjanta jew privattiva jintlaħqux għal kollox, jista’ jkun:
- definit bl-espressjoni tal-karatteristiċi li jirriżultaw
minn ġenotip speċifiku jew minn kombinazzjoni ta’
ġenotipi,
- distint minn kull aggruppar ta’pjanti ieħor bl-
espressjoni ta’ mill-inqas xi wieħed mill-karatteristiċi
msemmija, u
- kkunsidrat bħala unità  singola fir-rigward ta’ kemm hu
adatt biex jiġi propagat mingħajr ebda bidla,
meta l-aggruppar ta’pjanti jikkonsisti f’pjanti sħaħ jew partijiet
minn pjanti sakemm dawk il-partijiet ikunu jistgħu jipproduċu
pjanti sħaħ;
''varjetajiet ta’ pjanti'' tirreferi għall-ġenera u speċi kollha
botaniċi, li jinkludu, fost l-oħrajn, ibridi bejn ġenera jew speċi.
TAQSIMA III
L-UFFIĊĊJU TAL-KONTROLLUR
Ħatra u dmirijiet 
tal-Kontrullur.
3. (1) L-amministrazzjoni ta’ dan l-Att għandha tkun fdata
lill-Kontrollur tal-Proprjetà  Industrijali, hawnhekk iżjed ‘il
quddiem imsejjaħ ''il-Kontrollur''.
(2) Il-Kontrollur għandu jinħatar mill-Ministru.
TAQSIMA IV
JEDD GĦALL-PRIVATTIVA
Invenzjonijiet 
b’jedd għal 
privattiva.
Emendat:
IX. 2003.108.
4. (1) Invenzjonijiet li jkunu ġodda, jinvolvu pass inventiv u
jkunu suxxettibbli għal applikazzjonijiet industrijali, jistgħu
jingħataw privattiva:
Iżda dawk l-invenzjonijiet jistgħu ukoll jingħataw
privattiva ukoll jekk ikunu jirrigwardaw prodott li jkun jikkonsisti
minn jew ikun fih materjal jew proċess bioloġiku li permezz tiegħu
jiġi prodott, ipproċessat jew użat materjal bijoloġiku:
Iżda wkoll, materjal bijoloġiku li jkun maqtugħ mill-
ambjent naturali tiegħu jew prodott permezz ta’ proċess tekniku
jista’ jifforma s-suġġett ta’ invenzjoni jekk qabel kien jeżisti fin-
natura.
(2) Dawn li ġejjin, b’mod partikolari, ma għandhomx jitqiesu
bħala invenzjonijiet fi ħdan it-tifsira tas-subartikolu (1) -
(a) skoperti, tejoriji xjentifiċi u metodi matematiċi;
(b) kreazzjonijiet estetiċi;
(ċ) skemi, regoli u metodi għat-twettiq ta’ atti mentali,
attivitajiet ta’ logħob jew il-ġestjoni ta’ kummerċ u
programmi għall-computers; 
PRIVATTIVI INDUSTRIJALI U DISINNI ġ KAP. 417. 3
(d) kull preżentazzjoni ta’ informazzjoni.
(3) Id-dispożizzjonijiet tas-subartikolu (2) għandhom jeskludu
l-jedd għall-privattiva tas-suġġett jew ta’ l-attivitajiet imsemmija
f’dak is-subartikolu biss sal-limitu li bih applikazzjoni ta’
privattiva jew privattiva ikunu jirrelataw għal dak is-suġġett jew
attivitajiet bħala tali.
(4) Metodu għall-kura ta’ ġisem il-bniedem jew ta’ annimal
permezz ta’ kirurġija jew ta’ terapija u metodu djanjostiku li jiġi
ppratikat fuq ġisem il-bniedem jew ta’ annimal ma għandhomx
jitqiesu bħala xi invenzjoni li tkun tista’ tiġi applikata
industrijalment għall-għanijiet tas-subartikolu (1):
Iżda dan is-subartikolu ma għandux ikun japplika għal
prodotti, b’mod partikolari għal sustanzi jew kompożizzjonijiet, li
jintużaw f’xi wieħed minn dawn il-metodi li ġejjin.
(5) Ma għandhiex tingħata privattiva għar-rigward ta’;
(a) invenzjoni li l-esplojtazzjoni tagħha tmur kontra l-
ordni pubbliku jew il-moralità  pubblika:
Iżda dik l-esplojtazzjoni ma għandhiex titqies
bħala li tkun hekk kuntrarja sempliċement għaliex tkun
projbita b’xi liġi jew regolament;
(b) il-ġisem uman, fl-istadji diversi tal-formazzjoni u l-
iżvilupp tiegħu, u s-sempliċi skoperta ta’ xi wieħed
mill-elementi tiegħu, inkluża s-sekwenza jew
sekwenza parzjali ta’ ġene:
Iżda element iżolat mill-ġisem uman jew li jiġi
xort’oħra prodott permezz ta’ proċess tekniku, inkluża
s-sekwenza jew is-sekwenza parzjali ta’ ġene, jista’
jitqies bħala invenzjoni li tingħata privattiva, ukoll
jekk l-istruttura ta’ dak l-element tkun identika ma’
dak ta’ element naturali;
(ċ) proċessi għall-cloning tal-ġisem uman, proċessi għall-
modifikazzjoni fil-linja ġerminattiva ta’ l-identità
ġenetika tal-ġisem uman u użijiet li jsiru mill-embriju
uman għal skopijiet industrijali jew kummerċjali;
(d) proċessi u prodotti għall-modifikazzjoni ta’ l-identità
ġenetika ta’ l-annimali li x’aktarx jikkaġunawlhom
tbatija mingħajr ebda benefiċċju mediku sostanzjali la
għall-bniedem lanqas għall-annimali;
(e) varjetajiet ta’ pjanti u annimali:
Iżda ma jingħatawx privattivi għal varjetajiet ta’
pjanti biss wara li tkun ġiet introdotta forma ġdida ta’
protezzjoni ta’ varjetà  ta’pjanta f’dik il-forma li tista’
tiġi ordnata:
Iżda wkoll, tista’ xorta tingħata privattiva skond
dawk l-applikazzjonijiet għal privattiva għal varjetà
ta’pjanta li jkunu għadhom pendenti f’dik id-data li
fiha tiġi ordnata l-forma l-ġdida ta’ protezzjoni
permezz ta’ privattiva;
(f) proċess essenzjalment bijoloġiku għall-produzzjoni ta’
4 KAP. 417. ħ PRIVATTIVI INDUSTRIJALI U DISINNI
pjanti jew annimali:
Iżda dan ikun bla preġudizzju dwar kemm jistgħu
jingħataw privattiva dawk l-invenzjonijiet li
jirrigwardaw proċess mikrobijoloġiku jew xi proċess
tekniku ieħor jew prodott li jkun ħareġ minn xi proċess
bħal dak;
(g) sekwenza ta’ DNA mingħajr informazzjoni teknika u
partikolarment mingħajr indikazzjoni ta’ funzjoni.
(6) Invenzjonijiet li jirrigwardaw pjanti jew annimali jistgħu
jingħataw privattiva jekk l-adattabilità  teknika ta’ l-invenzjoni ma
tkunx ristretta biss għal xi varjetà  partikolari ta’ pjanta jew
annimal.
(7) Il-Ministru jista’ jagħmel regolamenti sabiex jimmodifika
xi wieħed mill-provvedimenti ta’ dan l-artikolu minbarra s-
subartikolu (5)(a), (b), (ċ) u (d)) għall-għanijiet li dawn jinżammu
konformi ma’ żviluppi fix-xjenza u fit-teknoloġija.
Innovazzjoni. 5. (1) Invenzjoni titqies bħala waħda ġdida jekk din ma tkunx
tagħmel parti minn xi arti prijuri.
(2) L-arti prijuri tfisser dak kollu li, qabel id-data tal-
preżentata jew, meta tiġi vantata l-prijorità , qabel id-data ta’
prijorità  ta’ l-applikazzjoni li fiha tkun qed tiġi vantata l-
invenzjoni, kien disponibbli għall-pubbliku f’għamla miktuba jew
xort’oħra grafika, b’deskrizzjoni orali, b’użu jew b’kull mod ieħor
x’imkien ieħor fid-dinja.
(3) L-arti prijuri tinkludi wkoll il-kontenut ta’ kull
applikazzjoni għal privattiva kif tkun ġiet ippreżentata f’Malta, jew
b’seħħ għal Malta, sal-limitu li dik l-applikazzjoni jew il-privattiva
konċessa dwarha tiġi sussegwentement ippubblikata minn jew
għall-Uffiċċju tal-Kontrollur:
Iżda d-data ta’ l-applikazzjoni jew, meta tiġi vantata l-
prijorità , id-data ta’ prijorità  ta’ dik l-applikazzjoni għandha tkun
data li tiġi qabel id-data msemmija fis-subartikolu (2). 
(4) Id-dispożizzjonijiet tas-subartikoli (1) sa (3) ma
għandhomx jeskludu l-jedd għal privattiva ta’ xi sustanza jew
kompożizzjoni, kompriża fl-arti prijuri, għall-użu f’xi metodu
msemmi fl-artikolu 4(4) sakemm l-użu tagħha għal xi metodu
msemmi fl-istess subartikolu (4) ma jkunx kompriż fl-arti prijuri.
6. Invenzjoni għandha tiġi kkunsidrata bħala li tinvolvi pass
inventiv jekk, fil-konsiderazzjoni ta’ arti prijuri kif imfissra fl-
artikolu 5(2), ma jkunx ovvju għal persuna li jkollha sengħa fl-arti:
Iżda jekk l-arti prijuri tkun ukoll tinkludi xi wieħed mid-
dokumenti msemmija fl-artikolu 5(3) ta’ dan l-Att, dawn id-
dokumenti ma għandhomx jitqiesu meta jiġi deċiż jekk kienx hemm
pass inventiv.
Applikabbiltà  
industrijali.
7. Invenzjoni għandha titqies bħala waħda industrijalment
applikabbli jekk din tista’ tintgħamel jew tintuża f’xi xorta ta’
industrija. Għall-għanijiet ta’ dan l-artikolu il-frażi ''industrija''
għandha tiftiehem fl-iktar sens wiesgħa tagħha u għandha mingħajr
PRIVATTIVI INDUSTRIJALI U DISINNI ġ KAP. 417. 5
preġudizzju għal dak hawn aktar qabel imsemmi tinkludi l-
artiġġanat, l-agrikoltura u s-sajd.
Żvelar ta’ l-
invenzjoni.
8. Għall-għanijiet ta’ l-artikolu 5 ta’ dan l-Att, l-iżvelar ta’ l-
invenzjoni ma għandux jitqies jekk dan ikun ġara mhux qabel is-sitt
xhur li jiġu minnufih qabel il-preżentata ta’ l-applikazzjoni għal
privattiva u jekk dan kien dovut minħabba, jew b’konsegwenza
ta’-
(a) abbuż evidenti fil-konfront ta’ l-applikant jew il-
predeċessur tiegħu, jew
(b) il-fatt li l-applikant jew il-predeċessur legali tiegħu
jkun wera l-invenzjoni f’xi esibizzjoni internazzjonali
sew uffiċjali sew rikonoxxuta uffiċjalment.
TAQSIMA V
JEDD TA’ APPLIKAZZJONI GĦAL PRIVATTIVA U L-KSIB 
TAGĦHA U GĦAT-TISMIJA TA’ INVENTUR 
Jedd għal 
preżentata ta’ 
applikazzjoni.
9. Kull persuna naturali jew enti legali tista’ tippreżenta
applikazzjoni għal privattiva sew waħidha jew solidalment ma’
oħrajn.
Dritt għal 
privattiva.
10. (1) Id-dritt għal privattiva jappartjeni lill-inventur jew lis-
suċċessur tiegħu fit-titlu. Inventuri solidali għandhom, kemm-il
darba ma jaqblux xort’oħra, ikollhom drittijiet indaqs u meta l-
applikazzjoni għal privattiva ssir minn żewġ persuni jew iktar
solidalment, privattiva tista’ tiġi konċessa lilhom solidalment. 
(2) Meta żewġ applikazzjonijiet jew iktar ikunu ġew
ippreżentati minn persuni differenti għar-rigward ta’ l-istess
invenzjoni u l-inventuri involuti jkunu għamlu l-invenzjoni
indipendentement minn xulxin, id-dritt għal privattiva għal dik l-
invenzjoni għandu jappartjeni lill-applikant li l-applikazzjoni
tiegħu jkollha l-iktar data ta’ preżentata kmieni jew, meta tiġi
vantata prijorità , l-iktar data ta’ prijorità  li tiġi kmieni, kemm-il
darba l-applikazzjoni tiegħu tkun ġiet ippubblikata.
(3) Għall-għan ta’ proċedimenti quddiem Qorti, l-applikant
għandu jitqies li jkollu jedd li jeżerċita d-dritt għal privattiva.
Invenzjoni li ssir 
b’esekuzzjoni ta’ 
kummissjoni jew 
ta’ kuntratt ta’ 
impieg.
11. (1) Minkejja d-dispożizzjonijiet ta’ l-artikolu 10, meta
invenzjoni ssir b’eżekuzzjoni ta’ kummissjoni jew ta’ kuntratt ta’
impieg, id-dritt għal privattiva għal dik l-invenzjoni għandu
jappartjeni, fin-nuqqas ta’ provvedimenti kuntrattwali kuntrarji, lil
min ikun ikkummissjona x-xogħol jew lill-prinċipal.
(2) L-impjegat ikollu dritt għal rimunerazzjoni ġusta fil-qjies
tas-salarju tiegħu, l-valur ekonomiku ta’ l-invenzjoni u kull
benefiċċju li l-prinċipal jikseb mill-invenzjoni. Fin-nuqqas ta’
ftehim bejn il-partijiet, ir-rimunerazzjoni għandha tiġi stabbilita
mill-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili.
Tismija ta’ l-
inventur.
12. L-inventur għandu jissemma bħala tali fil-privattiva,
kemm-il darba huwa ma jindikax f’dikjarazzjoni speċjali bil-
miktub li tiġi indirizzata lill-Kontrollur illi huwa jixtieq li ma
jissemmiex.
6 KAP. 417. ħ PRIVATTIVI INDUSTRIJALI U DISINNI
TAQSIMA VI
APPLIKAZZJONIJIET
Ħtieġiet ta’ 
applikazzjoni.
Emendat:
IX. 2003.109.
13. (1) Applikazzjoni għal privattiva għandha ssir fuq il-
formula preskritta u għandha tiġi ppreżentata fl-Uffiċċju tal-
Kontrollur u għandu jkun fiha -
(a) talba għall-konċessjoni ta’ privattiva;
(b) deskrizzjoni ta’ l-invenzjoni;
(ċ) talba waħda jew iktar;
(d) dawk id-disinji li jkun hemm imsemmija fid-
deskrizzjoni jew fit-talbiet;
(e) astratt ta’ l-invenzjoni.
(2) L-applikazzjoni għandha ssemmi min ikun l-inventur jew,
meta jkun hemm iktar minn inventur wieħed, id-diversi inventuri li
jkun hemm. Jekk l-applikant ma jkunx l-inventur, jew inkella ma
jkunx l-inventur uniku, l-applikant għandu jindika r-raġunijiet
legali għall-jedd li jvanta li jippreżenta l-applikazzjoni.
(3) L-applikazzjoni għandha tkun suġġetta għall-ħlas ta’ dritt
għall-preżentata hekk kif jista’ jiġi preskritt.
(4) L-applikazzjoni trid tkun magħmula fl-ilsien preskritt u
tissodisfa kull kundizzjoni li tista’ tiġi preskritta.
Data tal-
preżentata.
14. (1) Id-data tal-preżentatat ta’ applikazzjoni għandha tkun
id-data meta l-Uffiċċju tal-Kontrollur jirċievi d-dokumenti li jkun
fihom -
(a) indikazzjoni espressa jew impliċita li tkun pretiża l-
konċessjoni ta’ privattiva;
(b) indikazzjonijiet li jkunu jippermettu li tiġi stabbilita l-
identità  ta’ l-applikant;
(ċ) deskrizzjoni ta’ l-invenzjoni li dwarha tkun qegħda
ssir l-applikazzjoni għal privattiva.
(2) (a) Jekk f’dak iż-żmien li tasallu applikazzjoni, jirriżulta
lill-Kontrollur li l-ħtiġiet imsemmija fis-subartikolu
(1) ma jkunux twettqu, huwa għandu jistieden lill-
applikant biex iħares kull ħtieġa li ma tkunx ġiet
sodisfatta, f’dak il-perjodu li jista’ jiġi preskritt.
(b) Jekk l-applikant jikkonforma ruħu ma’ l-istedina
msemmija fil-paragrafu (a), id-data tal-preżentata ta’ l-
applikazzjoni għandha tkun id-data ta’ meta jiġu
riċevuti l-ħtiġiet kollha li jkun għad jonqos. Jekk l-
applikant jonqos milli jħares stedina bħal dik, l-
applikazzjoni għandha tiġi ttrattata bħallikieku din ma
tkunx ġiet ippreżentata.
(ċ) Meta d-deskrizzjoni tkun tirreferi għal disinji li ma
jkunux inklużi fl-applikazzjoni, il-Kontrollur għandu
jistieden lill-applikant sabiex jipprovdilu d-disinji li
jkun għad jonqos f’dak il-perjodu li jistqa’ jiġi
preskritt. Jekk l-applikant ikun konformi ma’ dik l-
istedina, id-data tal-preżentata ta’ l-applikazzjoni tkun
PRIVATTIVI INDUSTRIJALI U DISINNI ġ KAP. 417. 7
id-data meta huwa jirċievi d-disinji li jkun għad
jonqos. Jekk l-applikant jonqos milli jkun konformi
ma’ l-istedina, id-data tal-preżentata tkun id-data meta
huwa jirċievi l-applikazzjoni u kull riferenza għad-
disinji għandha titqies bħallikieku din ma tkunx saret.
(3) (a) L-indikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu (1)(a) u (b)
għandhom jiġu ppreżentati f’dak l-ilsien u jew dawk l-
ilsna li jistgħu jiġu preskritti, hawnhekk iżjed ’il
quddiem imsejħa bħala l-ilsna uffiċjali ta’ l-Uffiċċju.
(b) Jekk xi waħda mid-deskrizzjoni msemmija fis-
subartikolu (1)(ċ) jew xi kitba li tkun tinstab f’xi
disinn tkun f’ilsien li ma jkunx wieħed mill-ilsna
uffiċjali ta’ l-Uffiċċju, għandha tiġi depożitata fl-
Uffiċċju tal-Proprjetà  Industrijali traduzzjoni ta’ dan
f’wieħed mill-ilsna uffiċjali ta’ l-Uffiċċju f’dak it-
terminu li jista’ jiġi preskritt.
Żvelar ta’ l-
invenzjoni.
Emendat:
IX. 2003.110.
15. (1) L-applikazzjoni għandha tiżvela l-invenzjoni b’mod li
jkun biżżejjed ċar u komplet sabiex l-invenzjoni tkun tista’ tinġieb
fis-seħħ minn persuna li tkun tas-sengħa.
(2) (a) Meta applikazzjoni tkun tirreferi għal element iżolat
mill-ġisem uman jew li jiġi xort’oħra prodott permezz
ta’ proċess tekniku inkluża s-sekwenza jew is-
sekwenza parzjali ta’ ġene, għandha tiġi żvelata l-
applikazzjoni industrijali ta’ sekwenza jew sekwenza
parzjali ta’ ġene fuq l-applikazzjoni għall-privattiva.
(b) Meta l-applikazzjoni tikkonċerna sekwenza jew
sekwenzi parzjali ta’ ġene li tintuża biex tiġi prodotta
proteina jew parti minn proteina, għandha tiġi
speċifikata liema proteina jew parti minn proteina hija
prodotta jew inkella għandu jiġi speċifikat il-funzjoni
tal-ġene jew sekwenza tal-ġene.
(3) Meta invenzjoni tkun tinvolvi l-użu jew tkun tirrigwarda xi
materjal bijoloġiku mhux disponibbli għall-pubbliku li ma jkunux
jistgħu jiġu deskritti fuq l-applikazzjoni għal privattiva hekk li dik
l-invenzjoni tkun tista’ tiġi riprodotta minn persuna li tkun tas-
sengħa f’dik ix-xjenza, id-deskrizzjoni tkun meqjusa bħala mhux
adegwata għall-għan ta’ dan l-Att kemm-il darba:
(a) ma tkunx supplimentata billi dak il-materjal jiġi
depożitat f’istituzzjoni depożitarja hekk kif jista’ jiġi
ordnat; u
(b) l-applikazzjoni ma jkunx fiha dik l-informazzjoni
rilevanti li tkun disponibbli għall-applikant dwar il-
karatteristiċi tal-materjal bijoloġiku depożitat.
(4) Għandu jingħata aċċess għall-materjal bijoloġiku depożitat
permezz ta’ l-għoti ta’ kampjun:
(a) sa l-ewwel pubblikazzjoni ta’ l-applikazzjoni għal
privattiva, lil dawk il-persuni biss li jkunu awtorizzati
taħt dan l-Att;
(b) bejn l-ewwel pubblikazzjoni ta’ l-applikazzjoni u ta’ l-
8 KAP. 417. ħ PRIVATTIVI INDUSTRIJALI U DISINNI
għoti tal-privattiva, lil kull min jitolbu, jew, jekk l-
applikant hekk jitlob, biss lil espert indipendenti;
(ċ) wara li l-privattiva tkun ingħatat, u minkejja revoka
jew thassir tal-privattiva, lil kull min jitlobha.
(5) Il-kampjun jingħata biss jekk il-persuna li, tkun qegħda
titolbu, tobbliga ruħha, li għaż-żmien li fih il-privattiva tkun fis-
seħħ:
(a) ma tagħmilx dak il-materjal jew kull materjal li
jinkiseb minnu disponibbli lil terzi; u
(b) ma tużax dak il-materjal jew materjal li jitnissel minnu
ħlief għal għanijiet sperimentali, kemm-il darba l-
applikant jew il-proprjetarju tal-privattiva, skond ma
japplika, ma jwarrabx b’mod espress dan l-obbligu.
(6) Meta applikazzjoni tkun miċħuda jew tiġi irtirata,
għaldaqshekk fuq talba ta’ l-applikant, l-aċċess għall-materjal
depożitat ikun limitat għal espert indipendenti għal għoxrin sena
mid-data meta l-applikazzjoni għall-privattiva tkun ġiet
ippreżentata, u f’dak il-każ, ikun japplika s-subartikolu (5).
(7) It-talbiet ta’ l-applikant imsemmija fis-subartikolu (4)(b) u
fis-subartikolu (6) jistgħu jsiru biss sad-data li fiha l-
preparazzjonijiet tekniċi għall-publikazzjoni ta’ l-applikazzjoni tal-
privattiva jitqiesu li jkunu ntemmu.
(8) Jekk il-materjal bijoloġiku depożitat skond dan l-artikolu
ma jibqax disponibbli mill-istituzzjoni depożitarja rikonoxxuta,
għandu jitħalla jsir depożitu ġdid tal-materjal skond l-istess
pattijiet bħal dawk stipulati fit-Trattat ta’ Budapest.
(9) Kull depożitu għandu jkun akkumpanjat minn dikjarazzjoni
ffirmata mid-depożitant li tkun tiċċertifika li l-materjal bioloġiku
depożitat mill-ġdid ikun l-istess bħal dak depożitat oriġinarjament.
Talbiet. 16. (1) It-talbiet għandhom jagħtu definizzjoni tal-materja li
dwarha tkun qegħda tiġi pretiża l-protezzjoni permezz ta’
privattiva.
(2) It-talbiet għandhom ikunu ċari u konċiżi.
(3) It-talbiet għandhom jissejsu fuq dik id-deskrizzjoni li tista’
tkun meħtieġa jew li tista’ tiġi preskritta.
(4) It-talbiet għandhom jiġu ppreżentati bil-mod preskritt.
Astratt. 17. L-astratt għandu sempliċement jingħata bil-għan ta’
informazzjoni teknika; b’mod partikolari, ma għandux jitqies bil-
għan li jinterpreta t-talbiet.
Unità  ta’ l-
invenzjoni.
18. (1) Applikazzjoni għandha tkun tirrigwarda invenzjoni
waħda biss jew grupp ta’ invenzjonijiet li jkunu hekk konnessi li
jiffurmaw kunċett inventiv ġenerali uniku.
(2) In-nuqqas ta’ tħaris tal-ħtieġa tas-subartikolu (1) ma jkunx
raġuni għall-invalidament jew għar-revoka ta’ privattiva.
Qsim ta’ 
applikazzjoni.
19. (1) Sakemm issir konċessjoni konformi ma’ applikazzjoni
pendenti, l-applikant jista’ jaqsam applikazzjoni pendenti bħal dik
PRIVATTIVI INDUSTRIJALI U DISINNI ġ KAP. 417. 9
f’żewġ applikazzjonijiet jew iktar (''applikazzjoni diviżorja'').
(2) Applikazzjoni diviżorja għandha titqies li tkun ġiet
ippreżentata fid-data tal-preżentata ta’ l-applikazzjoni li tkun saret
l-aktar kmieni u jkollha l-benefiċċju ta’ kull dritt għall-prijorità  li
jkun jappartjeni għal applikazzjoni li tkun saret aktar kmieni bħal
dik sakemm il-kontenut tagħha ma jkunx imur oltre l-iżvelar fl-
applikazzjoni li tkun saret aktar kmieni kif tkun ġiet ippreżentata.
(3) Dokumenti ta’ prijorità  u kull traduzzjoni tagħhom
meħtieġa li jiġu ppreżentati fl-Uffiċċju tal-Kontrollur għar-rigward
ta’ l-applikazzjoni tal-bidu għandhom jitqiesu bħala li jkunu ġew
ippreżentati għar-rigward ta’ kull applikazzjoni diviżorja.
Emenda jew 
tiswija u rtirar ta’ 
applikazzjonijiet.
20. (1) L-applikant ikollu d-dritt, suġġett għall-ħlas ta’ dawk
id-drittijiet li jistgħu jiġu preskritti, li jemenda jew jikkoreġi l-
applikazzjoni, b’inizjattiva tiegħu nnifsu, sal-waqt meta l-
applikazzjoni tkun adatta għall-konċessjoni.
(2) Ebda emenda jew tiswija ta’ l-applikazzjoni ma għandha
tmur oltre dak li jkun ġie żvelat fl-applikazzjoni hekk kif tkun ġiet
ippreżentata.
(3) L-applikant jista’ jirtira l-applikazzjoni f’kull waqt li
matulu tkun għadha pendenti.
Spezzjon ta’ 
inkartamenti.
21. Wara applikazzjoni għal privattiva jew wara li l-privattiva
konċessa dwarha tkun ġiet ippubblikata skond l-artikolu 25, kull
persuna tista’ tispezzjona kull inkartament ta’ l-applikazzjoni
skond dawk ir-regolamenti li jistgħu jiġu preskritti.
Dritt ta’ prijorità .
tivvanta prijorità  b’mod konformi mal-Konvenzjoni ta’ Pariġi
għall-Protezzjoni ta’ Proprjetà  Industrijali, ta’ xi waħda jew iktar
mill-applikazzjonijiet nazzjonali, reġjonali jew internazzjonali li
jiġu ppreżentati mill-applikant jew mill-predeċessur tiegħu fit-titlu
fi jew għal xi parti Statali għal dik il-Konvenzjoni jew għall-World
Trade Organisation jew għal xi Stat li Malta jkollha arranġament
internazzjonali miegħu għall-protezzjoni reċiproka ta’ l-
invenzjonijiet.
(2) Meta l-applikazzjoni jkun fiha dikjarazzjoni taħt is-
subartikolu (1), l-Uffiċċju tal-Kontrollur jista’ jeħtieġ li l-applikant
jipprovdi, f’dak iż-żmien li jista’ jiġi hekk preskritt, kopja ta’ l-
applikazzjoni li tkun saret aktar kmieni, ċertifikata bħala korretta
mill-Uffiċċju jew minn xi organizzazzjoni reġjonali jew
internazzjonali li tkun ġiet ippreżentata quddiemha.
(3) L-effett tad-dikjarazzjoni imsemmija fis-subartikolu (1)
għandu jkun hekk kif inhu pprovdut fil-Konvenzjoni msemmija
f’dak is-subartikolu li b’mod konformi miegħu tkun saret id-
dikjarazzjoni.
(4) Jekk il-Kontrollur jirriżultalu li l-ħtiġiet taħt dan l-artikolu
u taħt kull regolamenti li jistgħu jiġu preskritti ma jkunux ġew
imwettqa, huwa għandu jistieden lill-applikant jippreżenta t-tiswija
meħtieġa f’dak il-perjodu li jista’ jiġi preskritt. Jekk l-applikant ma
jħarisx dik l-istedina, id-dikjarazzjoni msemmija fis-subartikolu (1)
għandha titqies bħallikieku ma tkunx saret.
10 KAP. 417. ħ PRIVATTIVI INDUSTRIJALI U DISINNI
(5) Il-Ministru responsabbli għall-Uffiċċju tal-Proprjetà
Industrijali jista’, bi ftehim mal-Ministru responsabbli għall-
Affarijiet Barranin, b’ordni jispeċifika l-pajjiżi li magħhom ikun
hemm fis-seħħ xi ftehim internazzjonali bħalma hemm imsemmi
fis-subartikolu (1), u jista’ b’ordnijiet sussegwenti jemenda,
jirrevoka jew jissostitwixxi kull ordni bħal dak.
TAQSIMA VII
EŻAMI U KONĊESSJONI JEW ĊĦID
Eżami dwar il-
formalitajiet.
23. (1) Meta tkun ġiet ippreżentata applikazzjoni għal
privattiva u din ma tkunx ġiet irtirata, il-Kontrollur għandu jirreferi
l-applikazzjoni lil uffiċjal fid-dipartiment tiegħu hawnhekk iżjed ‘il
quddiem imsejjaħ ''l-eżaminatur'' biex jistabbilixxi jekk l-
applikazzjoni tkunx konformi ma’ dawk il-ħtiġiet ta’ dan l-Att u ta’
kull regolamenti magħmulin taħtu u li jkunu msemmija b’xi
regolamenti li jistgħu jiġu preskritti bħala ħtiġiet formali u l-
eżaminatur għandu jagħmel rapport dwarhom lill-Kontrollur.
(2) Jekk l-eżaminatur jirrapporta lill-Kontrollur li ma jkunux
ġew imħarsa l-ħtiġiet kollha formali, l-applikant għandu jingħata
opportunità  li jagħmel l-osservazzjonijiet tiegħu fuq ir-rapport u li
jsewwi l-applikazzjoni matul dak il-perjodu li jista’ jiġi preskritt
sabiex iħares dawk il-ħtiġiet, u jekk l-applikant jonqos milli
jagħmel dawk l-emendi, l-Kontrollur jista’ jiċħad l-applikazzjoni.
(3) Jekk l-eżaminatur jirrapporta lill-Kontrollur li l-
applikazzjoni, sew kif oriġinalment ippreżentata jew kif emendata
b’mod konformi mas-subartikolu (2) tkun tħares il-ħtiġiet formali
kollha f’kull waqt qabel tmiem il-perjodu preskritt bħalma hemm
imsemmi fis-subartikolu (2), il-Kontrollur għandu javża lill-
applikant skond hekk.
Konċessjoni. 24. (1) Meta l-applikant ikun ġie avżat skond ma hemm fl-
artikolu 23(3) li l-applikazzjoni tiegħu tkun konformi mal-ħtiġiet
kollha formali, il-Kontrollur għandu malli jitħallas id-dritt
preskritt, jikkonċedi privattiva fuq l-applikazzjoni.
(2) Kemm jista’ jkun malajr wara d-deċiżjoni li tiġi konċessa
privattiva, il-Kontrollur għandu jippubblika avviż li l-privattiva
tkun ġiet konċessa u għandu jippubblika l-privattiva bil-mod
preskritt.
Pubblikazzjoni ta’ 
applikazzjonijiet 
jew ta’ privattivi.
25. (1) (a)Bla ħsara għall-paragrafi (b) u (ċ) ta’ dan l-artikolu,
il-Kontrollur għandu, fit-terminu li hemm ipprovdut
dwaru fis-subartikolu (2) u bil-mod preskritt,
jippubblika kull applikazzjoni li tkun ġiet ippreżentata
għandu.
(b) Ma għandha tiġi ppubblikata ebda applikazzjoni jekk
din tiġi rtirata jew miċħuda qabel l-iskadenza ta’ 17 il-
xahar mid-data tal-preżentata jew, meta tiġi vantata
prijorità , mid-data ta’ prijorità  ta’ l-applikazzjoni.
(ċ) Jekk sa meta applikazzjoni tiġi ppubblikata skond il-
paragrafu (2), privattiva tkun ġiet konċessa b’mod
konformi ma’ dik l-applikazzjoni, il-Kontrollur ma
PRIVATTIVI INDUSTRIJALI U DISINNI ġ KAP. 417. 11
għandux jippubblika l-applikazzjoni iżda għandu
jippubblika l-privattiva bil-mod preskritt.
(2) Il-Kontrollur għandu jippubblika kull applikazzjoni li tkun
ġiet ippreżentata għandu kemm jista’ jkun malajr wara l-iskadenza
ta’ 18 il-xahar mid-data tal-preżentata jew, meta tintalab prijorità ,
mid-data ta’ prijorità  ta’ l-applikazzjoni. Madankollu, meta, qabel
l-iskadenza ta’ dak il-perjodu ta’ 18 il-xahar, l-applikant
jippreżenta talba bil-miktub lill-Uffiċċju tal-Kontrollur biex l-
applikazzjoni tiegħu tiġi ppubblikata, l-Uffiċċju tal-Kontrollur
għandu jippubblika l-applikazzjoni kemm jista’ jkun malajr wara li
jkun irċeva t-talba.
TAQSIMA VIII
EFFETTI TA’ APPLIKAZZJONI GĦAL PRIVATTIVA U TA’ 
PRIVATTIVA
Terminu ta’ 
privattiva u ta’ 
drittijiet ta’ 
manutenzjoni.
Emendat:
IX. 2003.111.
26. (1) It-terminu ta’ privattiva jkun ta’ 20 sena mill-
preżentata ta’ l-applikazzjoni.
(2) Il-manutenzjoni ta’ privattiva tkun bla ħsara għall-ħlas tad-
dritt preskritt hawn isfel u msejjaħ id-dritt għall-manutenzjoni. Dak
id-dritt għall-manutenzjoni jkun dovut għar-rigward tal-ħames sena
u ta’ kull sena li tiġi warajha li tibda għaddejja mid-data tal-
preżentata ta’ l-applikazzjoni u għandu jitħallas fid-data dovuta
preskritta jew qabilha.
(3) Meta ma jkunx tħallas dritt għall-manutenzjoni fid-data
dovuta preskritta jew qabilha, dan xorta jista’ validament jitħallas
matul sitt xhur minn dik id-data, sakemm f’dak il-perjodu titħallas
is-soprataxxa preskritta. 
Xi drittijiet iġġib 
magħha privattiva.
Emendat:
IX. 2003.112.
27. (1) Meta privattiva tkun tirrigwarda xi prodott, il-
proprjetarju tal-privattiva jkollu d-dritt li jipprevjeni lil terzi milli
jwettqu, mingħajr ma jkollhom l-awtorizzazzjoni tiegħu, dawn l-
attijiet li ġejjin:
(a) l-għemil ta’ prodott li jkun jinkorpora s-suġġett tal-
privattiva;
(b) l-offerta għall-bejgħ jew it-tqegħid fis-suq ta’ prodott
li jkun jinkorpora is-suġġett tal-privattiva, l-użu ta’
dak il-prodott, jew l-importazzjoni jew il-ħażna ta’ dak
l-oġġett għal dik l-offerta jew dak it-tqegħid fis-suq
jew għal dak l-użu;
(ċ) it-tħajjir ta’ terzi li jwettqu xi wieħed mill-attijiet
hawn aktar qabel imsemmija.
(2) Meta l-privattiva tkun tinvolvi xi proċess, il-proprjetarju
tal-privattiva jkollu d-dritt li jipprevjeni lil terzi milli jwettqu,
mingħajr ma jkollhom l-awtorizzazzjoni tiegħu, dawn l-attijiet li
ġejjin:
(a)  l-użu ta’ xi proċess li jkun is-suġġett tal-privattiva;
(b) dwar kull prodott direttament miksub mill-użu tal-
proċess, xi wieħed mill-attijiet imsemmija fis-
subartikolu (1)(b), ukoll meta privattiva ma tkunx
tista’ tinkiseb għal dak il-prodott;
12 KAP. 417. ħ PRIVATTIVI INDUSTRIJALI U DISINNI
(ċ) it-tħajjir ta’ terzi li jwettqu xi wieħed mill-attijiet
hawn aktar qabel imsemmija.
(3) Il-protezzjoni li tingħata permezz ta’ privattiva lil materjal
bijoloġiku li jkollu karatteristiċi speċifiċi bħala riżultat ta’ l-
invenzjoni għandha testendi għal kull materjal bijoloġiku li
jinkiseb minn dak il-materjal bijoloġiku permezz tal-propagazzjoni
jew it-tkattir f’forma identika jew diverġenti u li jkollu dawk l-
istess karatteristiċi.
(4) Il-protezzjoni li tingħata permezz ta’ privattiva fuq proċess
li bih materjal bijoloġiku ikun jista’ jiġi prodott bil-karatteristiċi
speċifiċi tiegħu bħala riżultat ta’ l-invenzjoni, għandha testendi
għal materjal bijoloġiku li jinkiseb direttament b’dak il-proċess u
għal kull materjal bijoloġiku ieħor li jinkiseb mill-materjal
bijoloġiku miksub direttament permezz tal-propagazzjoni jew it-
tkattir f’forma identika jew diverġenti u b’dawk l-istess
karatteristiċi.
(5) Ħlief kif provdut fl-artikolu 4(5)(b), il-protezzjoni li
tingħata permezz ta’ privattiva fuq prodott li jkollu fih jew ikun
magħmul minn informazzjoni ġenetika għandha tkun testendi għall-
materjal kollu, li fih ikun inkorporat il-prodott u li fih ikollu l-
informazzjoni ġenetika u jkun iwettaq il-funzjoni tiegħu.
(6) Minkejja is-subartikoli (1) u (2), il-proprjetarju ta’
privattiva ma għandu jkollu ebda dritt li jipprevjeni lil terzi milli
jwettqu l-attijiet imsemmija fis-subartikoli (1) u (2)(b) f’dawn iċ-
ċirkostanzi li ġejjin:
(a) meta l-att isir privatament u għal għanijiet mhux
kummerċjali, sakemm dak l-att ma jkunx jippreġudika
b’mod sinifikattiv l-interessi ekonomiċi tal-
proprjetarju tal-privattiva;
(b) meta l-att ikun jikkonsisti fl-għemil jew fl-użu ta’ dak
il-prodott għal għanijiet purament sperimentali jew
għal riċerka xjentifika;
(ċ) meta l-att ikun jikkonsisti fit-tħejjija improvviżata
għal każijiet individwali, ġo xi spiżerija jew minn
tabib jew veterinarju, ta’ xi mediċina skond riċetta
medika jew ta’ atti li jkunu jirrigwardjaw il-mediċina
hekk imħejjija;
(d) meta l-att isir unikament għal użijiet raġonevolment
relatati ma’ l-iżvilupp u l-għoti ta’ informazzjoni
meħtieġa taħt xi liġi ta’ Malta jew ta’ xi stat ieħor li
mhux Malta li tirregola l-manifattura, il-kostruzzjoni,
l-użu jew il-bejgħ ta’ prodotti mediċinali jew
fitofarmaċewtiċi;
(e) meta l-użu jkun abbord bastimenti tal-pajjiżi ta’ l-
Unjoni ta’ Pariġi għall-Protezzjoni tal-Proprjetà
Industrijali ta’ l-invenzjoni li jkollha privattiva, fil-
buq tal-bastiment, fil-makkinarju, fil-ħbula, tagħmir u
aċċessorji oħra, meta dawk il-bastimenti jidħlu fl-ibħra
ta’ Malta temporanjament jew aċċidentalment,
sakemm dik l-invenzjoni hekk tintuża esklużivament
PRIVATTIVI INDUSTRIJALI U DISINNI ġ KAP. 417. 13
għall-bżonnijiet tal-bastiment;
(f) meta l-użu ta’ l-invenzjoni li jkollha privattiva jkun
fil-kostruzzjoni jew fit-tħaddim ta’ l-inġenji ta’ l-ajru
jew f’vetturi ta’ l-art ta’ pajjiżi ta’ l-Unjoni ta’ Pariġi
għall-Protezzjoni tal-Proprjetà  Industrijali jew ta’
aċċessorji għal dawk l-inġenji ta’ l-ajru jew vetturi ta’
l-art, meta dawk l-inġenji ta’ l-ajru jew vetturi
temporanjament jew aċċidentalment jidħlu fit-
territorju ta’ Malta.
(7) B’deroga mis-subartikoli (3), (4) u (5):
(a) il-bejgħ jew xi forma oħra ta’ kummerċjalizzazzjoni
tal-materjal ta’ propagazzjoni tal-pjanti lil bidwi mis-
sid tal-privattiva jew bil-kunsens tiegħu għall-użu
agrikolu jimplika l-awtorizzazzjoni li bidwi jkollu li
juża l-prodott tal-ħsad tiegħu għal propagazzjoni jew
tkattir minnu fir-razzett tiegħu stess;
(b) il-bejgħ jew xi forma oħra ta’ kummerċjalizzazzjoni
ta’ bhejjem għat-trobbija jew xi materjal riproduttiv
ieħor ta’ l-annimali lil xi bidwi mis-sid tal-privattiva
jew bil-kunsens tiegħu, jimplika awtorizzazzjoni li l-
bidwi jkun jista’ juża l-bhejjem protetti għal għan
agrikolu. Dak l-użu jinkludi li l-annimal jew materjal
riproduttiv ieħor ta’ l-annimali jkunu disponibbli
għall-għanijiet li titkompla l-attività  agrikola tiegħu
imma mhux għall-bejgħ fil-parametri jew għall-fini ta’
attività  riproduttiva kummerċjali.
(8) (a) Bla ħsara għall-paragrafu (b), privattiva għandha tagħti
wkoll lill-proprjetarju tagħha d-dritt li jżomm terzi
milli jagħtu jew joffru lil xi persuna, li ma tkunx dik
intitolata li tesplojta l-invenzjoni li jkollha privattiva,
b’mezzi, li jkollhom x’jaqsmu ma’ element ta’ dik l-
invenzjoni, essenzjali biex isseħħ l-invenzjoni, meta t-
terza parti tkun taf, jew għandha fiċ-ċirkostanzi tkun
taf, li dawk il-mezzi huma tajbin u maħsubin biex
isseħħ dik l- invenzjoni. Id-disposizzjoni ta’ dan il-
paragrafu ma għandhiex tapplika meta dawk il-mezzi
huma prodotti kummerċjali ta’ ħtieġa ewlenija u ċ-
ċirkostanzi tal-forniment ta’ dawk il-prodotti ma
jikkostitwux tħajjir għall-ksur tal-privattiva.
(b) Persuni li jwettqu xi atti msemmija fis-subartikolu
(6)(a), (b), (ċ), (d), (e), (f) u (g) m’għandhomx ikunu
meqjusa bħala partijiet li jkollhom dritt li jesplojtaw l-
invenzjoni skond it-tifsira tal-paragrafu ta’ qabel dan.
(9) (a) Il-proprjetarju ta’ privattiva m’għandu jkollu ebda dritt
li jipprevjeni lil terzi milli jwettqu l-attijiet imsemmija
fis-subartikolu (1)(b) u (2)(b) meta l-att ikun
jirrigwarda l-prodott li jkun tqiegħed fis-suq mill-
proprjetarju ta’ privattiva, jew bil-kunsens espress
tiegħu sakemm dak l-att jitwettaq wara li dak il-prodott
ikun tqiegħed fis-suq.
(b) Il-protezzjoni msemmija fis-subartikoli (3), (4) u (5)
14 KAP. 417. ħ PRIVATTIVI INDUSTRIJALI U DISINNI
ma għandhiex tkun testendi għal materjal bijoloġiku li
jinkiseb mill-propagazzjoni jew mit-tkattir ta’ materjal
bijoloġiku mqiegħed fis-suq mid-detentur ta’ privattiva
bil-kunsens tiegħu meta t-tkattir jew il-propagazzjoni
neċessarjament jirriżultaw mill-applikazzjoni li
għaliha l-materjal bijoloġiku jkun ġie mqiegħed fis-
suq:
Iżda l-materjal miksub ma jiġix aktar tard użat għal
propagazzjoni oħra jew tkattir ieħor.
(ċ) Għall-finijiet ta’ dan is-subartikolu ''suq'' tfisser is-suq
f’Malta u mill-1 ta’ Mejju 2004, l-Unjoni Ewropea.
(10) Il-Ministru jista’ jagħmel regolamenti biex jagħti effett
għal kull ftehim, jew obbligi internazzjonali ta’ Malta fir-rigward
tad-drittijiet u limitazzjonijiet li joħorġu minn dan l-artikolu biex
jirriflettu d-disposizzjonijiet ta’ kull ftehim jew obbligu bħal dan.
Drittijiet mogħtijin 
b’applikazzjon 
għal privattiva 
wara 
pubblikazzjoni.
28. (1) Applikazzjoni għal privattiva għandha, meta din tkun
pubblikata taħt l-artikolu 25, tagħti provviżorjament lill-applikant
mid-data ta’ dik il-pubblikazzjoni l-istess drittijiet għar-rigward
tas-suġġett ta’ l-applikazzjoni bħalma jiġu mogħtija bl-artikolu 27
għar-rigward tas-suġġett ta’ privattiva.
(2) Applikazzjoni għal privattiva għandha titqies bħala li qatt
ma kellha l-effetti imsemmija fis-subartikolu (1) jekk din tiġi
rtirata, jew titqies bħala li tiġi rtirata jew tiġi finalment miċħuda.
L-utent prijuri. 29. (1) Privattiva ma għandu jkollha ebda seħħ kontra persuna
li bonafidi, għall-għanijiet ta’ l-impriża jew in-negozju tagħha,
qabel id-data tal-preżentata, jew, meta tiġi vantata prijorità , qabel
id-data ta’ prijorità  ta’ l-applikazzjoni li dwarha tiġi konċessa l-
privattiva, u f’Malta kienet qegħda tuża l-invenzjoni jew kienet
qegħda tagħmel tħejjijiet effettivi u serji għal dak l-użu. Kull
persuna bħal dik għandu jkollha d-dritt, għall-għanijiet ta’ l-
impriża jew tan-negozju tagħha, li tkompli b’dak l-użu jew li tuża l-
invenzjoni kif prevista f’dawk it-tħejjijiet.
(2) Id-dritt ta’ l-utent prijuri jista’ jkun biss trasferit jew jista’
biss jiddevolvi flimkien ma’ l-impriża jew in-negozju tiegħu, jew
ma’ dik il-parti ta’ l-impriża jew negozju tiegħu li fiha jkunu saru l-
użu jew it-tħejjijiet għall-użu.
Sa fejn hemm 
protezzjoni.
30. (1) L-estensjoni tal-protezzjoni mogħtija bil-privattiva
għandha tiġi stabbilita bit-talbiet, li għandhom jiġu interpretati fid-
dawl tad-deskrizzjoni u d-disinji sabiex jikkombinaw protezzjoni
ġusta għall-proprjetarju tal-privattiva ma’ grad raġonevoli ta’
ċertezza għal terzi.
(2) Għall-għanijiet li jiġi stabbilit sa fejn hemm protezzjoni u
skond dawk ir-regolamenti li jistgħu jiġu preskritti, għandu
jittieħed qies xieraq ta’ elementi li fil-waqt ta’ xi kontravvenzjoni
allegata jkunu ekwivalenti għall-elementi kif espressi fit-talbiet.
(3) Għall-perjodu sal-konċessjoni tal-privattiva, l-estensjoni
tal-protezzjoni mogħtija b’applikazzjoni għal privattiva għandha
tiġi stabbilita bit-talbiet ippreżentati l-aħħar li jkunu jinsabu fil-
PRIVATTIVI INDUSTRIJALI U DISINNI ġ KAP. 417. 15
pubblikazzjoni taħt l-artikolu 25. Madankollu, il-privattiva kif
konċessa jew kif emendata fi proċedimenti ta’ invalidament
għandha tistabbilixxi retroattivament il-protezzjoni mogħtija bl-
applikazzjoni għall-privattiva, sakemm dik il-protezzjoni ma tkunx
estiża biha nnifisha.
(4) Fid-deċiżjoni sa fejn hemm protezzjoni, għandha titqies
sew kull dikjarazzjoni li b’mod mhux ambigwu tkun tillimita l-
iskop tat-talbiet li jsiru mill-applikant jew mill-proprjetarju tal-
privattiva matul proċeduri li jirrigwardaw il-konċessjoni jew il-
validità  tal-privattiva.
(5) Jekk il-privattiva jkun fiha eżempji tal-inkorporament ta’ l-
invenzjoni jew eżempji tal-funzjonijiet jew tar-riżultati ta’ l-
invenzjoni, it-talbiet ma għandhomx jiġu interpretati bħala li huma
limitati għal dawk l-eżempji.
TAQSIMA IX
ASSENJAMENT TA’ PRIVATTIVI
Bdil ta’ 
proprjetarju f’każ 
ta’ 
applikazzjonijiet 
għal privattiva jew 
ta’ privattivi.
31. (1) Kuntratt li jkun jassenja applikazzjoni għal privattiva
jew privattiva għandu jsir, u fin-nuqqas ikun null, bil-miktub u
għandu jkun iffirmat mill-partijiet fil-kuntratt.
(2) Kull bidla tal-proprjetarju ta’ applikazzjoni għal privattiva
jew ta’ privattiva għandha tiġi reġistrata fir-reġistru tal-privattivi
malli jsir il-ħlas tad-dritt preskritt. Il-proprjetarju l-ġdid ta’ l-
applikazzjoni jew tal-privattiva għandu jkollu jedd jibda kull
proċedimenti legali li jkunu jirrigwardaw il-privattiva biss jekk
huwa jkun ġie reġistrat fir-reġistru tal-privattivi bħala l-
proprjetarju l-ġdid.
(3) It-trasferiment jew l-assenjament ta’ applikazzjoni għal
privattiva jew ta’ privattiva ma għandux jolqot id-drittijiet legali li
jinkisbu minn terzi qabel id-data ta’ trasferiment jew assenjament
bħal dak u għandu jkollu effett għar-rigward ta’ terzi biss wara li
jsir dak it-tniżżil relattiv fir-reġistru tal-privattivi, sakemm dawk it-
terzi ma jkunux kisbu d-drittijiet wara d-data tat-trasferiment jew
assenjament iżda qabel dak it-tniżżil fir-reġistru kienu jafu bit-
trasferiment jew assenjament fid-data meta dawk id-drittijiet ġew
miksuba:
Iżda meta jkun hemm assenjament ġudizzjarju ta’
privattiva b’ordni tal-Qorti taħt l-artikolu 32 il-liċenzi kollha u
drittijiet oħra għandhom jiskadu mar-reġistrazzjoni tal-persuna li
jkollha jedd għall-privattiva fir-reġistru tal-privattivi ħlief meta l-
proprjetarju ta’ qabel tal-privattiva jew id-detentur ta’ liċenza
tiegħu, qabel ma jinbdew il-proċedimenti legali, li jkun qed jaġixxi
b’bonafidi, uża l-invenzjoni jew għamel tħejjijiet effettivi u serji
biex jagħmel dan, f’liema każ il-proprjetarju ta’ qabel tal-privattiva
jew id-detentur tal-liċenza tiegħu jista’ jkompli juża l-invenzjoni
sakemm huwa jitlob fiż-żmien preskritt liċenza non-esklużiva tal-
privattiva mingħand il-proprjetarju l-ġdid li jkollu ismu mdaħħal
fir-reġistru tal-privattivi.
Il-liċenza mhux esklużiva msemmija qabel għandha
tingħata għal żmien raġonevoli u b’pattijiet raġonevoli.
16 KAP. 417. ħ PRIVATTIVI INDUSTRIJALI U DISINNI
Assenjament 
ġudizzjarju ta’ 
applikazzjoni ta’ 
privattiva jew ta’ 
privattiva.
32. Jekk applikazzjoni għal privattiva tiġi ppreżentata jew
tingħata privattiva lil persuna li ma jkollhiex jedd għall-privattiva
taħt l-artikolu 10 jew 11, il-persuna li jkollha jedd għaliha tista’
titlob lill-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili fi żmien sentejn mid-data tal-
pubblikazzjoni ta’ dik l-applikazzjoni jew privattiva biex tordna l-
assenjament lilha ta’ l-applikazzjoni għall-privattiva jew tal-
privattiva:
Iżda jekk il-persuna li ma jkollhiex jedd għal privattiva
kienet taf fil-waqt li ġiet ippreżentata jew konċessa lilha l-
applikazzjoni għall-privattiva li hija ma kellhiex jedd għall-
privattiva, dak il-perjodu ta’ limitazzjoni ma għandux ikun japplika
fir-rigward tiegħu.
Proprjetarji solidali 
ta’ applikazzjoni 
għal privattiva jew 
ta’ privattiva.
33. (1) Meta jkun hemm applikanti solidali ta’ applikazzjoni
ta’ privattiva, kull wieħed minnhom jista’ bi ftehim ma’ l-oħrajn
jew mingħajru jassenja separatament jew jittrasferixxi permezz ta’
suċċessjoni s-sehem tiegħu ta’ l-applikazzjoni, iżda l-applikanti
solidali jistgħu biss jaġixxu solidalment sabiex jirtiraw l-
applikazzjoni jew jikkonkludu l-kuntratti ta’ liċenza ma’ terzi
skond l-applikazzjoni.
(2) Meta jkun hemm proprjetarji solidali ta’ privattiva, kull
wieħed minnhom jista’ bi ftehim ma’ l-oħrajn jew mingħajru
jassenja separatament jew jittrasferixxi permezz ta’ suċċessjoni s-
sehem tiegħu tal-privattiva jew inkella jistitwixxi proċedimenti fil-
Qorti għal kontravvenzjoni tal-privattiva, iżda s-sidien solidali
jistgħu biss jaġixxu solidalment biex iċedu l-privattiva jew
jikkonkludu kuntratti ta’ liċenza ma’ terzi skond il-privattiva.
(3) Il-provvedimenti ta’ dan l-artikolu għandhom ikunu
applikabbli biss fin-nuqqas ta’ ftehim għall-kuntrarju bejn l-
applikanti jew is-sidien solidali.
Reġistru tal-
privattivi.
34. (1) Il-Kontrollur għandu jara li jkun hemm reġistru tal-
privattivi li fih għandhom jiġu reġistrati applikazzjonijiet għal
privattivi u privattivi konċessi.
(2) Ir-reġistru tal-privattivi għandu jinkludi dawk il-ħwejjeġ li
jikkostitwixxu jew jirrigwardaw l-applikazzjoni għall-privattiva
jew għall-privattiva kif jistgħu jiġu preskritti kif ukoll kull tniżżil
ta’ tiswijiet, emendi, bdil fi proprjetà  jew kull ħaġa oħra li huwa
jkollu setgħa jew meħtieġ jirreġistra b’dan jew taħt dan l-Att. Ma
għandha jsir ebda tniżżil fir-reġistru qabel il-pubblikazzjoni ta’ l-
applikazzjoni.
(3) Ir-reġistru tal-privattivi għandu jkun prova prima faċie ta’
kull ħaġa ordnata jew awtorizzata b’din il-liġi jew taħta biex hemm
tiddaħħal.
(4) Ir-reġistru tal-privattivi għandu, bla ħsara għal dawk ir-
regolamenti li jistgħu jiġu preskritti, jkun miftuħ għall-ispezzjon
pubbliku.
PRIVATTIVI INDUSTRIJALI U DISINNI ġ KAP. 417. 17
TAQSIMA X
LIĊENZI KUNTRATTWALI U LIĊENZI GĦAD-DRITT
Kuntratt ta’ 
liċenza.
35. (1) Applikazzjoni għal privattiva jew privattiva tista’
tingħata liċenza għar-rigward ta’ Malta kollha jew parti minnha.
Liċenza tista’ tkun esklużiva jew mhux esklużiva.
(2) Kuntratt ta’ liċenza għandu, u fin-nuqqas ikun null, isir bil-
miktub u għandu jkun iffirmat mill-partijiet fil-kuntratt. Għall-
għanijiet ta’ din il-liġi, ''kuntratt ta’ liċenza'' tfisser kull kuntratt li
permezz tiegħu parti (''il-konċedent tal-liċenza'') tħalli lill-parti l-
oħra (''id-detentur tal-liċenza'') twettaq xi wieħed mill-attijiet
imsemmija fl-artikolu 27 għar-rigward ta’ invenzjoni vantata fi
privattiva jew f’applikazzjoni għal privattiva.
(3) Liċenza tista’ tiġi rreġistrata fir-reġistru tal-privattivi malli
jsir il-ħlas tad-dritt preskritt. Is-subartikolu (3) ta’ l-artikolu 31
għandu jkun japplika mutatis mutandis għall-konċessjoni jew għat-
trasferiment ta’ liċenza.
Drittijiet tad-
detentur tal-
liċenza.
36. (1) Fin-nuqqas ta’ xi provvediment għall-kuntrarju fil-
kuntratt tal-liċenza, il-ftehim bejn il-konċedent tal-liċenza lid-
detentur tal-liċenza għandu jkun jestendi għat-twettiq għar-rigward
ta’ l-invenzjoni ta’ l-attijiet kollha msemmija fl-artikolu 27
mingħajr ebda limitazzjoni dwar iż-żmien, fit-territorju kollu ta’
Malta, u b’kull applikazzjoni ta’ l-invenzjoni.
(2) Fin-nuqqas ta’ xi provvedimenti għall-kuntrarju fil-kuntratt
tal-liċenza, id-detentur tal-liċenza jista’ ma jippermettix lil terzi
jwettqu għar-rigward ta’ l-invenzjoni xi wieħed mill-attijiet
imsemmija fl-artikolu 27.
Drittijiet tal-
konċedent tal-
liċenza.
37. (1) Fin-nuqqas ta’ xi provvediment għall-kuntrarju fil-
kuntratt tal-liċenza, il-konċedent tal-liċenza jista’ jippermetti lil
terzi jwettqu għar-rigward ta’ l-invenzjoni xi wieħed mill-attijiet
imsemmija fl-artikolu 27 u ma għandhomx jiġu mċaħħda milli
jwettquhom huma nfushom.
(2) Jekk il-kuntratt tal-liċenza jkun jipprovdi li l-liċenza tkun
waħda esklużiva, u kemm-il darba ma jiġix espressament provdut
xort’oħra fil-kuntratt tal-liċenza, il-konċedent tal-liċenza jista’ la
jippermetti lil terzi li jwettqu lanqas iwettaq hu nnifsu għar-rigward
ta’ l-invenzjoni xi wieħed mill-attijiet imsemmija fl-artikolu 27 li
huma koperti bl-imsemmi kuntratt.
Liċenzi għad-dritt.
dikjarazzjoni bil-miktub fl-Uffiċċju tal-Kontrollur li huwa jkun
imħejji jippermetti lil kull persuna li tuża l-invenzjoni bħala
detentur ta’ liċenza wara li jingħata kumpens xieraq, id-drittijiet ta’
manutenzjoni li jkunu dovuti wara li tiġi riċevuta l-istqarrija
għandhom jiġu mnaqqsa hekk kif jista’ jiġi preskritt permezz ta’
regolamenti. 
(2) Jekk ħadd ma jkun għarraf lill-proprjetarju tal-privattiva
bl-intenzjoni tiegħu li juża l-invenzjoni, id-dikjarazzjoni tista’ tiġi
rtirata f’kull żmien malli jingħata avviż bil-miktub f’dan is-sens
lill-Uffiċċju tal-Kontrollur:
18 KAP. 417. ħ PRIVATTIVI INDUSTRIJALI U DISINNI
Iżda, id-dikjarazzjoni titqies li tkun ġiet irtirata meta wara
assenjament ġudizzjarju ta’ privattiva b’ordni tal-Qorti taħt l-
artikolu 32 isem il-persuna li jkollha jedd għall-privattiva jiddaħħal
fir-reġistru tal-privattivi.
(3) Id-dikjarazzjoni tista’ ma tiġix ippreżentata sakemm ma
tiġix reġistrata liċenza esklużiva fir-reġistru tal-privattivi.
(4) Fuq il-bażi tad-dikjarazzjoni, kulħadd ikollu jedd juża l-
invenzjoni bħala konċedent ta’ liċenza taħt dawk il-kondizzjonijiet
li jistgħu b’regolamenti jiġu stipulati. Kull liċenza hekk miksuba
għandha tiġi trattata bħala liċenza kuntrattwali.
(5) Ebda talba għar-reġistrar ta’ liċenza esklużiva ma għandha
tkun ammissibbli wara li tkun ġiet ippreżentata d-dikjarazzjoni,
kemm-il darba dik id-dikjarazzjoni ma tkunx ġiet irtirata jew titqies
li tkun ġiet irtirata.
TAQSIMA XI
LIĊENZI MHUX VOLONTARJI U ESPLOJTAZZJONI 
GOVERNATTIVA
Liċenzi mhux 
volontarji.
Emendat:
IX. 2003.113.
39. (1) Il-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili tista’, meta ssirilha
ċitazzjoni minn persuna li ġġib prova dwar il-kapaċità  tagħha li
taħdem l-invenzjoni li jkollha privattiva f’Malta, li ssir wara l-
iskadenza ta’ perjodu ta’ erba’ snin mid-data tal-preżentata ta’ l-
applikazzjoni għall-privattiva jew tliet snin mill-konċessjoni tal-
privattiva, skond liema tiġi l-aktar tard, tordna lill-Kontrollur
jikkonċedi liċenza mhux esklużiva u mhux volontarja jekk l-
invenzjoni li jkollha privattiva ma tinħadimx jew tinħadem b’mod
mhux suffiċjenti f’Malta.
(2) Il-konċessjoni ta’ liċenza mhux volontarja għandha tkun
suġġetta għall-ħlas ta’ dik ir-rimunerazzjoni ġusta lill-proprjetarju
tal-privattiva hekk kif tista’ tiġi stabbilita mill-Prim’Awla tal-Qorti
Ċivili, u tista’ tiġi permessa jekk, qabel ma ġew istitwiti l-
imsemmija proċeduri, l-utent propost jkun għamel sforzi biex
jikseb l-awtorizzazzjoni mingħand id-detentur tad-dritt b’pattijiet u
kondizzjonijiet kummerċjali raġonevoli u jekk dawk l-isforzi ma
jkollhomx suċċess f’perjodu ta’ żmien raġonevoli.
(3) Minkejja s-subartikolu (1), liċenza mhux volontarja ma
għandhiex tingħata jekk il-Qorti tkun konvinta li jkun hemm
ċirkostanzi li jkunu jiġġustifikaw il-għaliex invenzjoni li jkollha
privattiva f’Malta ma tkun titħaddem xejn jew tkun titħaddem
b’mod mhux suffiċjenti.
Kap. 12.
(4) Meta jkun qed jiġi deċiż jekk għandhiex tingħata liċenza
mhux volontarja, il-Qorti għandha tagħti sew lill-proprjetarju tal-
privattiva u lill-persuna li tkun qegħda titlob il-liċenza mhux
volontarja opportunità  adegwata biex tippreżenta l-argumenti
tagħha skond id-disposizzjonijiet tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u
Proċedura Ċivili.
(5) Kull liċenza mhux volontarja għandha tiġi revokata meta ċ-
ċirkostanzi li wasslu għall-konċessjoni tagħha ma jibqgħux jeżistu,
wara li jitqiesu l-interessi leġittimi tal-proprjetarju tal-privattiva u
tad-detentur tal-liċenza. Meta dawn iċ-ċirkostanzi jibqgħu jeżistu,
PRIVATTIVI INDUSTRIJALI U DISINNI ġ KAP. 417. 19
dawn għandhom jiġu riveduti fuq talba tal-proprjetarju tal-
privattiva b’ċitazzjoni quddiem il-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili.
(6) Il-paragrafu (a) tas-subartikolu (3) ta’ l-artikolu 27 ta’ dan
l-Att għandu jiġi interpretat fis-sens li jekk il-prodott li jkollu
privattiva jitqiegħed fis-suq minn detentur ta’ liċenza skond u
b’mod konformi ma’ liċenza mhux volontarja, dan ma għandux
jitqies bħala li jkun hekk tqiegħed fis-suq bil-kunsens espress tal-
proprjetarju tal-privattiva.
(7) L-iskop u ż-żmien ta’ liċenza mhux volontarja għandu jkun
limitat għall-iskop li għalih jkun ġie mogħti u għandu jkun:
(a) mhux esklużiv,
(b) mhux assenjabbli, ħlief ma’ dik il-parti ta’ l-impriża
jew avvjament li jkollha dik l-awtorizzazzjoni,
(ċ) mitmuma jekk u meta ċ-ċirkotanzi li wasslu għaliha
ma jibqgħux iseħħu, u
(d) predominantement għall-provvista tas-suq lokali.
(8) Il-Qorti Ċivili, Prim Awla, tista’ f’ċitazzjoni ppreżentata
mis-sid tal-privattiva (it-tieni privattiva) li ma tistax tiġi esplojtata
mingħajr ksur tal-privattiva prijuri (l-ewwel privattiva), tordna lill-
Kontrollur jikkonċedi liċenza mhux esklużiva u mhux volontarja
sakemm:
(i) l-invenzjoni pretiża fit-tieni privattiva tkun
tinvolvi avvanz tekniku importanti b’sinifikat
ekonomiku konsiderevoli fil-konfront ta’ l-
invenzjoni pretiża fl-ewwel privattiva;
(ii) is-sid ta’ l-ewwel privattiva għandu jkun
intitolat għal liċenza trasversali b’pattijiet
raġonevoli biex juża l-invenzjoni pretiża fit-tieni
privattiva; u
(iii) l-użu awtorizzat għar-rigward ta’ l-ewwel
privattiva m’għandux ikun assenjabbli jekk
mhux flimkien ma’ l-assenjament tat-tieni
privattiva.
(9) Meta min irabbi ma jkunx jista’ jikseb protezzjoni ta’
varjetà  ta’pjanta jew jesplojta dritt ta’ varjetà  ta’pjanta bla ma
jikser privattiva prijuri, huwa jista’ japplika lill-Qorti Ċivili,
Prim’Awla għal liċenza obbligatorja għal użu mhux esklużiv ta’ l-
invenzjoni protetta mill-privattiva daqs kemm tkun meħtieġa l-
liċenza għall-esplojtazzjoni tal-varjetà  ta’ pjanta li għandha tiġi
protetta, bla ħsara għall-ħlas ta’ royalty adatta. Meta tingħata
liċenza bħal dik, is-sid tal-privattiva jkun intitolat għal liċenza
trasversali b’dawk il-pattijiet raġonevoli biex juża l-varjetà
protetta:
Iżda applikant għal liċenza msemmija hawn fuq għandu
juri:
(a) li hu jkun applika bla suċċess għand is-sid ta’ l-ewwel
privattiva biex jikseb liċenza kuntrattwali;
(b) il-varjetà  tal-pjanta tikkostitwixxi progress tekniku
sinjifikanti ta’ interess ekonomiku konsiderevoli
20 KAP. 417. ħ PRIVATTIVI INDUSTRIJALI U DISINNI
mqabbel ma’ l-invenzjoni pretiża mal-privattiva
oriġinali.
(10) Meta sid il-privattiva li tkun tirrigwarda invenzjoni
bioteknoloġika ma jkunx jista’ jesplojtaha bla ma jikser dritt prijuri
ta’ varjetà  ta’pjanta, jista’ japplika għal liċenza obligatorja għal
użu esklużiv tal-varjetà  ta’pjanta protetta b’dak id-dritt, bla ħsara
ta’ ħlas ta’ royalty adatt. Meta tingħata liċenza bħal dik, sid id-dritt
tal-varjetà  ikollu dritt għal liċenza trasversali b’pattijiet ragonevoli
biex juża l-invenzjoni protetta:
Iżda applikant għal liċenza msemmija hawn fuq għandu
juri-
(a) li hu jkun applika bla suċċess għand is-sid ta’ l-ewwel
privattiva għad-dritt tal-varjetà  ta’pjanta biex jikseb
liċenza kuntrattwali;
(b) l-invenzjoni tikkostitwixxu progress tekniku
sinjifikanti ta’ interess ekonomiku konsiderevoli
mqabbel mal-varjetà  tal-pjanta protetta bil-privattiva
oriġinali.
(11) Għar-rigward ta’ protezzjoni ta’ varjetà  ta’ pjanta, is-
subartikoli (9) u (10) għandhom biss jiġu fis-seħħ meta l-forma
rilevanti ta’ protezzjoni ta’ varjetà  ta’ pjanta tiġi fis-seħħ kif
provdut fl-artikolu 4(5)(e).
Esplojtazzjoni 
mill-Gvern jew 
minn terzi 
awtorizzati mill-
Gvern.
40.  (1) Meta s-sigurtà  nazzjonali jew is-sigurezza pubblika
jkunu hekk jeħtieġu, il-Ministru jista’ jawtorizza, ukoll mingħajr
ma jkollu l-ftehim tal-proprjetarju tal-privattiva jew ta’ l-
applikazzjoni tal-privattiva, b’avviż li jiġi ppubblikat fil-forma
preskritta, lil xi aġenzija tal-Gvern jew persuna li tissemma’ f’dak
l-avviż biex tagħmel, tuża jew tbiegħ invenzjoni li dwarha tkun
tirrigwarda privattiva jew applikazzjoni għal privattiva, kif
suġġetta għall-ħlas ta’ rimunerazzjoni ġusta lill-proprjetarju tal-
privattiva jew tal-applikazzjoni għall-privattiva.
(2) Il-kondizzjonijiet li hemm fl-artikolu 39(7) u (8)
għandhom ikunu wkoll japplikaw għar-rigward ta’ awtorizzazzjoni
maħruġa mill-Ministru taħt dan l-artikolu.
(3) Kull deċiżjoni li l-Ministri jieħu taħt dan l-artikolu tista’
tkun is-suġġett ta’ appell f’azzjoni li ssir b’ċitazzjoni quddiem il-
Prim’Awla tal-Qorti Ċivili.
TAQSIMA XII
EMENDI, ĊESSJONI U INVALIDAMENT
Bdil fil-privattivi. 41. (1) Il-proprjetarju ta’ privattiva għandu, skond dawk ir-
regolamenti li jistgħu jiġu preskritti, jkollu d-dritt jitlob lill-
Kontrollur li jagħmel kull tibdil fil-privattiva biex jordna l-limitu
sa fejn tkun ingħatat il-protezzjoni minnu. 
(2) Il-proprjetarju ta’ privattiva għandu jkollu d-dritt jitlob lill-
Kontrollur li jagħmel kull tibdil fil-privattiva biex isewwi kull żball
jew żbalji klerikali, li jsiru bonafidi.
(3) Ebda bidla bħal dik fil-privattiva ma għandha tmur ’l hinn
minn dak li jkun ġie żvelat fl-applikazzjoni kif din tkun ġiet
PRIVATTIVI INDUSTRIJALI U DISINNI ġ KAP. 417. 21
ippreżentata.
(4) Meta l-Kontrollur jagħmel xi tibdiliet fi privattiva huwa
għandu jippubblika dawk it-tibdiliet u sa fejn dawn ikunu jaslu u
għandu jirreġistrhom fir-reġistru tal-privattivi.
Ċessjoni.
kollha kemm hi b’dikjarazzjoni bil-miktub li tiġi ppreżentata fl-
Uffiċċju tal-Kontrollur. Dik iċ-ċessjoni ma għandux ikollha effett
sakemm tidaħħal fir-reġistru tal-privattivi. 
(2) Ċessjoni għandha tiddaħħal fir-reġistru tal-privattivi biss
bi ftehim ta’ terzi li jkollhom dritt in rem reġistrat fir-reġistru jew li
jkunu bdew proċedimenti taħt l-artikolu 32. Jekk liċenza tiġi
reġistrata fir-reġistru dik iċ-ċessjoni tiddaħħal biss jekk il-
proprjetarju tal-privattiva jġib prova għas-sodisfazzjon tal-
Kontrollur li huwa jkun qabel għarraf lid-detentur tal-liċenza bl-
intenzjoni tiegħu li jċedi.
Skadenza.
(a) fi tmiem iż-żmien stabbilit fl-artikolu 26;
(b) jekk il-proprjetarju tal-privattiva jċediha, fid-data
meta jkollha effett iċ-ċessjoni;
(ċ) jekk ma jkunux tħallsu fiż-żmien dovut xi dritt ta’
manutenzjoni u kull soprataxxa, fid-data meta kien
dovut id-dritt għall-manutenzjoni;
(d) jekk ikun ġie limitat sa fejn il-protezzjoni għandha
tasal taħt l-artikolu 41, sal-limitu li l-privattiva ma
jkollhiex manutenzjoni, fid-data meta l-limitazzjoni
tiddaħħal fir-reġistru tal-privattivi.
(2) L-Uffiċċju tal-Kontrollur għandu jirreġistra kull skadenza
tal-privattiva fir-reġistru tal-privattivi.
Invalidiment ta’ 
privattivi.
44. (1) Il-Prim Awla tal-Qorti Ċivili tista’ permezz ta’
ċitazzjoni fuq talba ta’ terzi jew tal-Kontrollur, tinvalida privattiva,
kollha kemm hi jew parti minnha, għal xi waħda minn dawn ir-
raġunijiet li ġejjin u ma tista’ tagħmel hekk għal ebda raġuni oħra -
(a) li s-suġġett tal-privattiva ma jkollux jedd għal
privattiva skond ma jinsab fl-artikoli 4 sa 7;
(b) li l-privattiva ma tkunx tiżvela l-invenzjoni b’mod
suffiċjentement ċar u sħiħ sabiex tkun tista’ titwettaq
minn persuna tas-sengħa kif stipulat fl-artikolu 15;
(ċ) li d-dritt għall-privattiva ma jkunx jappartjeni lill-
persuna li tkun ingħatatilha l-privattiva skond ma
jinsab fl-artikoli 10 u 11;
(d) li s-suġġett tal-privattiva jkun jestendi ’l hinn mill-
kontenut ta’ l-applikazzjoni kif ippreżentata jew, jekk
il-privattiva tkun ingħatat wara applikazzjoni
diviżorja, oltre l-kontenut ta’ l-applikazzjoni li tiġi
aktar kmieni kif din tkun ġiet ippreżentata bla ħsara
għal kull azzjoni mwettqa taħt l-artikoli 20 u 41; u
(e) li l-protezzjoni mogħtija bil-privattiva tkun ġiet estiża
22 KAP. 417. ħ PRIVATTIVI INDUSTRIJALI U DISINNI
b’emenda li ma jmesshiex kienet permessa.
(2) Jekk ir-raġunijiet għall-invalidament ikunu jolqtu lill-
privattiva biss f’parti, l-invalidament għandu jsir fl-għamla ta’
limitazzjoni korrispondenti tal-privattiva.
(3) Privattiva u l-applikazzjoni li tkun ibbażata fuqha għandha
titqies, sal-limitu li l-privattiva tkun ġiet invalidata, bħala li qatt ma
kellha l-effetti msemmija fl-artikoli 27 u 28:
Iżda dan ma għandux jolqot -
(a) deċiżjoni dwar kontravvenzjoni li jkun sar finali u li
jkun ġie infurzat qabel ma tkun ittieħdet id-deċiżjoni
dwar l-invalidament; jew
(b) kuntratt li jkun ġie konkluż qabel id-deċiżjoni ta’
invalidament, sakemm dan ikun twettaq qabel dik id-
deċiżjoni, bla ħsara għad-dritt minħabba fi ħlas lura
ġust sa dak il-limitu ġustifikat biċ-ċirkostanzi, ta’
ammonti mħallsa taħt il-kuntratt rilevanti.
Proċedimenti. 45. (1) Azzjoni li tinvalida privattiva tista’ tittieħed ukoll jekk
il-privattiva tkun skadiet.
(2) Meta deċiżjoni biex tiġi invalidata privattiva, kollha kemm
hi jew f’parti minnha, ssir waħda finali, il-Qorti għandha
tinnotifika l-uffiċċju tal-Kontrollur li għandu jirreġistra d-deċiżjoni
fir-reġistru tal-privattivi u għandu jippubblika kull emenda għal dik
il-privattiva skond dawk ir-regolamenti li jistgħu jiġu preskritti.
TAQSIMA XIII
TWAQQIF MILL-ĠDID TA’ DRITTIJIET
Restitutio in 
integrum.
46.  (1) L-applikant għal, jew il-proprjetarju ta’ privattiva li,
minkejja li jkun ħa kull prekawzjoni meħtieġ skond iċ-ċirkostanzi,
li ma kienx kapaċi josserva terminu impost mill-Kontrollur għandu,
fuq talba tiegħu, jkollu d-drittijiet tiegħu stabbilit mill-ġdid jekk in-
nuqqas ta’ osservanza involuta jkollu l-konsegwenza diretta li
jikkaġuna r-rifjut ta’ l-applikazzjoni għall-privattiva, jew ir-rifjut
ta’ talba, jew l-iskadenza ta’ privattiva, jew it-telfien ta’ xi dritt
ieħor jew mezz ta’ rimedju.
(2) It-talba għandha tiġi ppreżentata bil-miktub fi żmien
xahrejn mit-tneħħija tal-kaġun ta’ nuqqas ta’ tħaris fit-terminu jew
matul is-sena li tiġi minnufih wara l-iskadenza tat-terminu li ma
jkunx ġie osservat, skond liema jkun l-iktar kmieni, wara li l-att
imħolli barra jkun ġie kompletat. Fil-każ ta’ nuqqas ta’ ħlas ta’ dritt
ta’ manutenzjoni, il-perjodu speċifikat fis-subartikolu (3) ta’ l-
artikolu 26 għandu jitnaqqas miż-żmien ta’ sena.
(3) It-talba għandu jkun fiha r-raġunijiet li tkun imsejsa
fuqhom, u għandha tistabbilixxi l-fatti li tkun tistrieħ fuqhom. Din
ma għandhiex titqies li tkun ġiet ippreżentata sakemm ma jitħallasx
id-dritt preskritt għat-twaqqif mill-ġdid tad-drittijiet involuti.
(4) Dan l-artikolu ma japplikax għall-iskadenzi msemmija fis-
subartikolu (2) ta’ dan l-artikolu u fl-artikolu 22.
(5) Id-deċiżjoni li jerġgħu jiġu stabbiliti drittijiet taħt is-
PRIVATTIVI INDUSTRIJALI U DISINNI ġ KAP. 417. 23
subartikolu (1) għandhom jiġu reġistrati fir-reġistru dwar il-
privattivi.
(6) Kull persuna li b’bonafidi tkun użat jew għamlet tħejjijiet
effettivi u serji biex tuża xi invenzjoni li tkun is-suġġett ta’
applikazzjoni għal privattiva pubblikata jew ta’ privattiva matul il-
perjodu bejn it-telfien ta’ drittijiet imsemmi fis-subartikolu (1) u l-
pubblikazzjoni tad-deċiżjoni biex jerġa’ jwaqqaf mill-ġdid dawk
id-drittijiet, jista’ mingħajr ħlas ikompli b’dak l-użu matul in-
negozju tiegħu jew għall-ħtiġiet tiegħu.
TAQSIMA XIV
KONTRAVVENZJONIJIET - AZZJONIJIET ĊIVILI
Sanzjonijiet għal 
att ta’ 
kontravvenzjoni.
Kap. 12.
47. (1) Kull persuna li bi ksur ta’ l-artikolu 27 tesplojta
invenzjoni li tkun is-suġġett ta’ privattiva jew ta’ applikazzjoni
għal privattiva għandha tkun responsabbli għad-danni lejn il-
proprjetarju tal-privattiva jew ta’ applikazzjoni għal privattiva jew
lejn id-detentur tal-liċenza.
(2) Id-dritt li jħarrek għad-danni taħt is-subartikolu (1) ta’ dan
l-artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dritt ta’ dik il-
persuna li tapplika għall-ħrug ta’ xi mandat kawtelatorju kif
provdut fil-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili biex
jipproteġilu d-drittijiet tiegħu.
(3) Il-Qorti tista’, iktar minn hekk, fuq talba ta’ l-attur, tordna
li l-makkinarju jew mezzi jew tagħmir ieħor industrijali li jintuża bi
ksur tal-privattiva, l-oġġetti kontravvenjenti, u l-apparat intiż
għall-produzzjoni relattiva, għandu jiġi kkonfiskat, kollu kemm hu
jew f’parti minnu, u kkunsinnat lill-proprjetarju tal-privattiva jew
ta’ l-applikazzjoni għall-privattiva, mingħajr preġudizzju għar-
rimedju msemmi f’dan l-artikolu.
Proċedimenti dwar 
kontravvenzjoni.
48. (1) Il-proċedimenti dwar kontravvenzjoni għandhom
jinġiebu quddiem il-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili u ma jistgħux
jinbdew wara ħames snin mid-data meta l-parti aggravata tkun saret
konoxxenti tal-kontravvenzjoni u ta’ l-identità  tal-kontravventur
allegat.
(2) Meta s-suġġett tal-privattiva jew ta’ l-applikazzjoni għall-
privattiva jkun proċess għall-ksib ta’ prodott ġdid, l-istess prodott
meta dan ikun prodott minn xi parti oħra, għandu jitqies fin-nuqqas
ta’ prova kuntrarja li jkun ġie miksub bil-proċess kopert bil-
privattiva jew bil-proċess kopert bl-applikazzjoni għall-privattiva.
Fl-istima ta’ kull prova kuntrarja mill-konvenut, il-Qorti għandha
tikkonsidra l-interessi leġittimi tal-konvenut fil-protezzjoni tas-
sigrieti ta’ manifattura u ta’ kummerċ tiegħu.
(3) Il-Qorti tista’ twaqqaf proċedimenti għal kontravvenzjoni
għar-rigward ta’ applikazzjoni dwar privattiva sa wara li l-
Kontrollur ikun iddeċieda finalment li jikkonċedi jew jirrifjuta
privattiva għal dik l-applikazzjoni.
(4) Il-konvenut fi proċedimenti msemmija f’dan l-artikolu
jista’ jitlob fl-istess proċedimenti l-invalidament ta’ xi waħda mir-
raġunijiet imsemmija fl-artikolu 44. F’kull każ bħal dak il-
Kontrollur għandu jkun parti fil-proċedimenti.
24 KAP. 417. ħ PRIVATTIVI INDUSTRIJALI U DISINNI
Dikjarazzjoni ta’ 
nuqqas ta’ 
kontravvenzjoni.
49.  (1) Bla ħsara għas-subartikolu (4), kull persuna interessata
għandu jkollha d-dritt li titlob, billi tibda proċedimenti kontra l-
proprjetarju tal-privattiva jew ta’ l-applikazzjoni għall-privattiva, li
l-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili tiddikjara li t-twettiq ta’ att speċifiku
ma jkunx jikkostitwixxi kontravvenzjoni ta’ privattiva.
(2) Jekk persuna li tagħmel it-talba ġġib prova li l-att involut
ma jikkostitwix kontravvenzjoni tal-privattiva, il-Qorti għandha
tagħti dikjarazzjoni ta’ nuqqas ta’ kontravvenzjoni.
(3) Il-proprjetarju tal-privattiva jew ta’ l-applikazzjoni għall-
privattiva għandu javża lil kull detentur bil-proċedimenti. Id-
detenturi tal-liċenza għandu jkollhom id-dritt li jidħlu fil-
proċedimenti fin-nuqqas ta’ kull provvediment kuntrarju fil-
kuntratt tal-liċenza.
(4) Jekk l-att involut ikun diġà  s-suġġett ta’ proċedimenti ta’
kontravvenzjoni, il-konvenut fil-proċedimenti ta’ kontravvenzjoni
ma jistax jibda proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ nuqqas ta’
kontravvenzjoni.
(5) Salv meta l-invalidament jintalab taħt is-subartikolu (5) ta’
l-artikolu 48, proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ nuqqas ta’
kontravvenzjoni jistgħu jinbdew flimkien ma’ proċedimenti għall-
invalidament tal-privattiva.
TAQSIMA XV
KONTRAVVENZJONIJIET - AZZJONIJIET KRIMINALI
Reati. 50. (1) Kull min jiċċirkola, jew ibiegħ xi oġġett, li b’qerq ikun
jirrappreżenta li jkun oġġett li fuqu jkun hemm privattiva jista’,
meta jinsab ħati, jeħel multa ta’ mhux inqas minn mitt lira u mhux
iżjed minn ħamest elef lira.
(2) Jekk persuna tiċċirkola jew tbiegħ xi oġġett li fuqu jkollu
stampat, minqux jew inċiż jew xort’oħra applikat fuqu l-kliem
''privattiva'', ''bi privattiva'', jew kull kelma oħra li tesprimi jew
timplika li privattiva tkun inkisbet għall-oġġett, hija għandha
titqies għall-iskop ta’ dan l-artikolu bħala li tirrappreżenta li l-
oġġett ikun wieħed bi privattiva.
Meta sid l-oġġetti 
ma jkunx magħruf.
51. Jekk is-sid ta’ oġġetti jew ħwejjeġ, li, kieku kellu jinsab
ħati ta’ xi reat imsemmi f’din it-Taqsima, seta’ jeħel konfiska, ma
jkunx magħruf jew ma jkunx jista’ jinsab, Maġistrat jista’, jekk
ikun sodisfatt b’tagħrifa ġuramentata li dawk l-oġġetti jew ħwejjeġ
li permezz tagħhom ikun sar reat taħt din il-Taqsima jkunu jinsabu
ġewwa xi dar jew fond, u l-kontravventur ma jkunx magħruf jew
ma jkunx jista’ jinsab, permezz ta’ warrant maħruġ minnu jordna
lil xi uffiċjal tal-Pulizija li jissemma f’dak il-warrant, li jkun jista’
jidħol f’kull dar, fond jew post hekk imsemmi fih, u hemm ifittex,
jaqbad u jneħħi dawk l-oġġetti jew ħwejjeġ.
Konfiska ta’ 
oġġetti maqbuda.
52.  L-oġġetti u l-ħwejjeġ hekk maqbuda għandhom jinġiebu
quddiem il-Qorti tal-Maġistrati bħala qorti ta’ ġudikatura kriminali,
u dik il-Qorti għandha taqta’ jekk dawn għandhomx jiġu konfiskati
taħt dan l-Att.
Il-proċedura meta 
s-sid ma jkunx 
magħruf.
53. (1) Fil-każ imsemmi fl-artikolu 51, il-Qorti għandha
tordna l-ħruġ ta’ bandi li għandhom ikunu ppubblikati darbtejn,
PRIVATTIVI INDUSTRIJALI U DISINNI ġ KAP. 417. 25
b’intervall ta’ mill-inqas tmint ijiem, fil-Gazzetta tal-Gvern, u li
jitwaħħlu fl-entratura għall-edifiċċju tal-Qorti, u f’kull post ieħor li
l-Qorti jidhrilha li jkun xieraq, fejn jiġi ddikjarat li l-oġġetti jew il-
ħwejjeġ maqbuda għandhom jiġu kkonfiskati, kemm-il darba fil-
ħin u fil-post imsemmija fil-bandi l-proprjetarju ta’ dawk l-oġġetti
jew ħwejjeġ jew persuna oħra interessata f’dawk l-oġġetti jew
ħwejjeġ ma tattendix quddiem il-Qorti u turi għaliex ma għandux
isir dan.
(2) Jekk is-sid jew kull persuna oħra f’ismu, jew persuna oħra
interessata f’dawk l-oġġetti jew ħwejjeġ, tonqos mill tattendi fil-
ħin u fil-post imsemmija fil-bandi biex turi għaliex ma għandux isir
dan, il-Qorti tista’ tordna li dawk l-oġġetti jew ħwejjeġ jew x’uħud
minnhom għandhom jiġu kkonfiskati.
Għoti ta’ kumpens 
lil min ikun 
bonafidi.
54. Il-Qorti tista’ tordna li l-oġġetti jew il-ħwejjeġ hekk
ikkonfiskati għandhom jiġu meqruda jew imneħħija, u tista’ wkoll
tordna li, mir-rikavat nett li jista’ jiġi realizzat bit-tneħħija ta’ dawk
l-oġġetti jew ħwejjeġ u sa l-ammont tagħhom, kull persuna
bonafidi li tkun aggravata bil-konfiska għandha tingħata kumpens
għal kull danni lilha kaġunati.
Preskrizzjoni ta’ 
azzjonijiet 
kriminali.
55. Azzjonijiet kriminali taħt dan l-Att għandhom ikunu
preskritti bl-iskadenza ta’ tliet snin mill-ġurnata meta jkun sar l-att
li jikkostitwixxi r-reat, jekk il-persuna li bi preġudizzju tagħha jkun
sar l-att ma kienetx taf bih minn qabel; fil-każijiet l-oħra kollha il-
perjodu ta’ preskrizzjoni għandu jkun ta’ sena mill-ġurnata meta
dik il-persuna tkun saret taf b’dak l-att.
Id-dritt għad-danni 
ma jintlaqatx.
56. Id-dispożizzjonijiet mill-artikolu 50 sa l-artikolu 55
għandhom ikunu japplikaw mingħajr preġudizzju għall-ħlas ta’
danni lil persuni li jkollhom jedd għalihom.
Prinċipal u 
impjegat.
57. Ma għandhom jiġu istitwiti ebda proċedimenti kontra xi
persuna li tkun fis-servizz ta’ xi persuna oħra, jekk din tkun
bonafidi aġixxiet b’ubbidjenza għall-istruzzjonijiet tal-prinċipal
tiegħu, u meta dik l-ewwel persuna tkun qegħda tiġi interrogata
mill-Pulizija, hija tagħti tagħrif sħiħ dwar il-prinċipal tagħha u l-
partikolaritajiet l-oħra kollha tal-każ.
TAQSIMA XVI
DRITT TA’ APPELL
Dritt ta’ appell.
Kontrollur li jkun qiegħed jirrifjuta milli jagħti privattiva,
applikazzjoni għar-reintegrazzjoni fid-drittijiet jew kull talba oħra
ta’ l-applikant għal, jew proprjetarju ta’, privattiva. Dak l-appell
għandu jkollu effett sospensiv.
(2) Għandhom jiġu ppreżentati mill-appellant fl-Uffiċċju tal-
Kontrollur avviż ta’ appell u dikjarazzjoni li jkun fiha r-raġunijiet
għall-appell fi żmien xahrejn milli l-istess appellant ikun ġie
nfurmat mid-deċiżjoni u jekk il-Kontrollur iqis l-appell bħala
wieħed ammissibbli u msejjes sew, għandu jirrettifika d-deċiżjoni
tiegħu fi żmien tlett xhur li jkun rċieva l-appell.
(3) Jekk matul dak il-perjodu ta’ tlett xhur il-Kontrollur ma
jkunx għarraf lill-appellant li huwa jkun irrettifika d-deċiżjoni
26 KAP. 417. ħ PRIVATTIVI INDUSTRIJALI U DISINNI
tiegħu, jista’ jsir appell mill-appellant b’rikors quddiem il-Qorti ta’
l-Appell fi żmien xahrejn minn meta jirċievi avviż mingħand il-
Kontrollur li huwa ma jkunx irrettifika d-deċiżjoni tiegħu, jew mill-
iskadenza tal-perjodu ta’ xahrejn imsemmi fis-subartikolu (2),
skond liema jiġi l-iktar kmieni.
Kap. 12.
(4) Kull appell bħalma hemm imsemmi fis-subartikoli (2) u (3)
ta’ dan l-artikolu għandu jinġieb quddiem il-Qorti ta’ l-Appell
magħmul bil-mod kif hemm provdut fis-subartikolu (6) ta’ l-
artikolu 41 tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili
b’rikors fi żmien ħmistax il-jum mill-iskadenza tal-perjodu ta’ tlett
xhur imsemmi minn meta l-Kontrollur ikun irretifika d-deċiżjoni
tiegħu jew ma jkunx għarraf lill-appellant li huwa jkun irretifika d-
deċiżjoni tiegħu, skond liema jiġi l-iktar kmieni.
Kap. 12. (5) Il-Bord tar-Regoli mwaqqaf taħt l-artikolu 29 tal-Kodiċi
ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili jista’ jagħmel regoli li jkunu
jirregolaw l-appelli quddiem il-Qorti ta’ l-Appell taħt dan l-Att.
Kap. 12.
(6) Il-Qorti ta’ l-Appell tista, għar-rigward ta’ spejjeż, tagħmel
ordni skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 223 tal-Kodiċi ta’
Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili.
TAQSIMA XVII
MIXXELLANJI
Regolamenti. 59. (1) Il-Ministru responsabbli għall-Uffiċċju ta’ Proprjetà
Industrijali jista’ minn żmien għal żmien jagħmel regolamenti li ma
jkunux inkonsistenti ma’ dan l-Att li jkunu jippreskrivu dak kollu li
b’dan l-Att ikun meħtieġ jew permess li jiġ preskritt jew li jkunu
meħtieġa jew mixtieqa li jiġu preskritti għat-twettiq jew għoti ta’
seħħ lil dan l-Att, jew għat-tmexxija ta’ kull operat li jirrigwarda l-
Uffiċċju tal-Kontrollur inklużi d-drittijiet li għandhom jitħallsu lill-
Gvern skond ma jista’ jiġi preskritt taħt dan l-Att.
(2) Il-Ministru jista’ wkoll jagħmel regolamenti li jagħtu seħħ
f’Malta lill-provvedimenti ta’ xi strument ta’ reġistrazzjoni ta’
privattivi sew reġjonali sew internazzjonali jew ta’ kull ftehim
ieħor relatat li Malta tissieħeb bħala parti fih.
Drittijiet.
Kap. 12
60. Il-Ministru responsabbli għall-ġustizzja jista’
b’regolamenti jistabbilixxi xi jkunu d-drittijiet li jitħallsu fir-
reġistri tal-Qrati ta’ Malta u ta’ Għawdex għall-preżentata ta’
appelli quddiem il-Qorti ta’ l-Appell taħt dan l-Att, u sakemm jiġu
stabbiliti dawk id-drittijiet għandha tapplika t-tariffa tad-drittijiet
tar-reġistru li tinsab annessa mal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u
Proċedura Ċivili.
Aġenti.
Emendat:
IX. 2003.114.
61. (1) Meta bis-saħħa ta’ dan l-Att, għandu jsir xi att minn
jew lil xi persuna f’dak li jkollu x’jaqsam ma’ xi proċediment jew
ħaġa taħt dan l-Att, dak l-att jista’ taħt u skond ir-regolamenti jsir
minn jew lil xi aġent ta’ dik il-persuna debitament awtorizzata bil-
mod preskritt.
(2) Meta applikant ma jkollux ir-residenza ordinarja jew il-post
prinċipali ta’ negozju tiegħu f’Malta, huwa għandu jawtorizza bil-
mod preskritt lil aġent li jkollu r-residenza ordinarja jew il-post
prinċipali ta’ negozju tiegħu f’Malta, biex jirrappreżentah:
PRIVATTIVI INDUSTRIJALI U DISINNI ġ KAP. 417. 27
Iżda dan is-subartikolu ma jibqax japplika mill-1 ta’ Mejju
2004 dwar applikant li jkollu r-residenza ordinarja jew il-post
prinċipali ta’ negozju tiegħu f’xi Stat Membru.
Tħassir u 
dispisizzjonijiet 
transitorji.
Emendat:
IX. 2003.115.
Kap. 29.
62. (1) It-Taqsima I ta’ l-Ordinanza dwar il-Protezzjoni tal-
Proprjetà  Industrjali (hawnhekk iżjed ’il quddiem f’dan l-artikolu
imsejħa ''il-liġi mħassra'') u kull riferenza għal privattivi fit-
Taqsima IV, Taqsima V u Taqsima VI tagħha qegħdin b’dan jiġu
mħassra:
Iżda l-artikolu 17 għandu jibqa’ fis-seħħ għar-rigward ta’
disinji u trademarks sa dak iż-żmien li l-provvedimenti li hemm fit-
Taqsima II u fit-Taqsijma III jiġu mħassra.
(2) Privattiva li, mad-dħul fis-seħħ ta’ dan l-Att, jkun
intemmilha t-terminu tagħha taht l-Ordinanza dwar il-Protezzjoni
tal-Proprjetà  Industrjali, ma għandhiex terġa’ tiġi attivata taħt jew
bis-saħħa tad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Att.
(3) Meta applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ privattiva tkun
ġiet ippreżentata qabel id-dħul fis-seħħ ta’ l-Att, il-l-provvedimenti
ta’ l-Ordinanza dwar il-Protezzjoni tal-Proprjetà  Industrjali
għandhom, minkejja t-tħassir tagħhom b’dan l-Att, ikomplu
japplikaw għal dik l-applikazzjoni; iżda ma’ l-għoti ta’ privattiva
bħal dik il-provvedimenti ta’ dan l-Att għandhom ikunu japplikaw
dwarha.
(4) Meta applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ privattiva tkun
ġiet ippreżentata qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan l-Att kull
reġistrazzjoni ta’ privattiva mogħtija skond u b’mod konformi ma’
dik l-applikazzjoni għandha, minkejja kull provvediment ieħor ta’
dan l-Att, tkun suġġetta li titqies bħala nulla jew li għandha tiġi
annullata biss skond id-dispożizzjonijiet tat-Titolu V tat-Taqsima I
ta’ l-Ordinanza dwar il-Protezzjoni tal-Proprjetà  Industrjali kif
kienet fis-seħħ qabel il-bidu fis-seħħ ta’ l-Att.
(5) Kull privattiva reġistrata taħt l-Ordinanza dwar il-
Protezzjoni tal-Proprjetà  Industrjali qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan l-
Att, li t-terminu tagħha ma jkunx mal-bidu fis-seħħ ta’ dan l-Att,
skada, għandha tibqa’ tgawdi t-terminu ta’ protezzjoni għaż-żmien
kollu stipulat taħt dan l-Att u għandha tibbenefika minn kull dritt
mogħti għar-rigward ta’ privattivi taħt dan l-Att:
Iżda fil-każ ta’ privattiva li tkun ġiet reġistrata, bis-saħħa
ta’ l-Ordinanza dwar il-Protezzjoni tal-Proprjetà  Industrijali, qabel
il-bidu fis-seħħ ta’ dan l-Att u li tkun ingħatat estensjoni ta’ mhux
iktar minn ħames snin skond id-dispożizzjonijiet tat-Titolu II tat-
Taqsima I ta’ l-istess Ordinanza, dik il-privattiva għandha tgawdi,
mid-data tal-preżentata ta’ l-applikazzjoni għall-privattiva, il-
perjodu ta’ protezzjoni għaż-żmien stipulat taħt dan l-Att u
għandha tgawdi minn kull dritt mogħti għar-rigward ta’ privattiva
taħt dan l-Att:
Iżda wkoll, fil-każ ta’ privattiva li tkun ġiet reġistrata, bis-
saħħa ta’ l-Ordinanza dwar il-Protezzjoni tal-Proprjetà  Industrijali,
qabel il-bidu fis-seħħ ta’ dan l-Att u li tkun ingħatat estensjoni ta’
mhux inqas minn seba’ snin u mhux iktar minn erbatax-il sena,
skond id-dispożizzjonijiet tat-Titolu II tat-Taqsima I ta’ l-istess
28 KAP. 417. ħ PRIVATTIVI INDUSTRIJALI U DISINNI
Ordinanza, dik il-privattiva għandha tibqa’ tibbenefika mill-
estensjoni mogħtija u għandha tibbenefika minn kull dritt mogħti
għar-rigward ta’ privattivi taħt dan l-Att:
Kap. 29.
Iżda wkoll, fil-każ ta’ privattiva li tkun skadiet u li tkun
ingħatat taħt l-Ordinanza dwar il-Protezzjoni tal-Proprjetà
Industrjali:
(i) dik il-privattiva jekk tingħata lura tkun tista’, bla
ħsara għall-ħlas tad-drittijiet ta’ manutenzjoni,
tgawdi ż-żmien tal-protezzjoni stipulat f’dan l-
Att mid-data tal-preżentata ta’ l-applikazzjoni
għall-privattiva; u
(ii) għandhom japplikaw id-disposizzjonijiet li
hemm fl-artikolu 46 meta ssir talba biex din
tingħata lura.
(6) Kull regolament, ordni, ħtieġa, ċertifikat, avviż, deċiżjoni,
direttiva, awtorizzazzjoni, kunsens, applikazzjoni, talba jew ħaġa li
jsiru, jinħarġu, jingħataw jew jintgħamlu taħt il-liġi mħassra
għandhom, jekk ikunu ġà  jseħħu mal-bidu ta’ dan l-Att, sakemm
dawn ikunu setgħu saru, inħarġu, ingħataw jew intgħamlu taħt dan
l-Att, jibqgħu fis-seħħ u jkollhom effett bħallikieku dawn ikunu
saru, inħarġu, ingħataw jew intgħamlu taħt il-provvediment
korrispondenti ta’ dan l-Att.
TAQSIMA XVIII
TIFSIR
Tifsir.
Miżjud:
IX. 2003.116.
63. (1) Fit-Taqsimiet XVIII sa XXIV ta’ dan l-Att, kemm-il
darba r-rabta tal-kliem ma teħtieġx xort’oħra -
''disinn'' tfisser il-parenza ta’ prodott sħiħ jew ta’ xi parti minnu
skond ma jirriżulta mill-fattizzi tal-prodott innifsu, partikolarment,
il-linji, kontorni, kuluri, forma, nisġa u, jew materjal tal-prodott
innifsu u, jew ta’ l-ornamentazzjoni tiegħu;
''disponibbli għall-pubbliku'' tfisser li jkun disponibbli għall-
pubbliku minn sid id-disinn jew minn xi parti oħra;
''Klassifikazzjoni skond Locarno'' tfisser il-klassifikazzjoni li
hemm fil-Ftehim ta’ Locarno li jwaqqaf Klassifikazzjoni
Internazzjonali għal Disinni Industrijali, kif riveduta jew emendata
minn żmien għal żmien;
''Kontrollur'' tfisser il-Kontrollur ta’ Proprjetà  Industrijali u
tinkludi lil kull persuna oħra maħtura jew imqabbda mill-
Kontrollur biex teżerċita s-setgħat kollha jew xi setgħa u li taqdi d-
dmirijiet kollha jew xi dmir tal-Kontrollur;
''Konvenzjoni ta’ Pariġi'' tfisser il-Konvenzjoni ta’ Pariġi dwar
il-Protezzjoni ta’ Proprjetà  Industrijali ta’ l-20 ta’ Marzu 1883, kif
riveduta jew emendata minn żmien għal żmien;
''Ministru'' tfisser il-Ministru responsabbli għall-protezzjoni ta’
proprjetà  industrijali;
''proċedimenti dwar xi ksur'' f’dak li għandu x’jaqsam ma’ xi
disinn reġistrat ġiet tinkludi proċedimenti taħt l-artikolu 115;
PRIVATTIVI INDUSTRIJALI U DISINNI ġ KAP. 417. 29
''prodott'' tfisser oġġett industrijali jew artiġjanali, li ma jkunx
programm ta’ computer, inklużi fost l-oħrajn partijiet magħmulin
biex jiġu immuntati fi prodott kompless, ippakkettjar, get-up,
simboli grafiċi u karattri tipografiċi;
''prodott kompless'' tfisser prodott magħmul minn għadd ta’
komponenti sostituttivi hekk li l-prodott jkun jista’ jinħatt u jerġa’
jiġi immuntat;
Kap. 29.
''reġistru'' tfisser ir-reġistru ta’ disinni miżmum taħt dan l-Att u
tinkludi ir-reġistru ta’ disinni miżmum taħt l-Ordinanza dwar il-
Protezzjoni ta’ Proprjetà  Industrijali;
''stipulat'' tfisser stipulat b’dan l-Att jew b’kull regolament
magħmul taħtu;
''tippubblika'' tfisser li tagħmel disponibbli għall-pubbliku u
riferenzi għal-pubblikazzjoni dwar reġistrazzjoni, huma riferenzi
għal-pubblikazzjoni taħt l-artikolu 95(4);
''Stat Membru'' tfisser stat li jkun membru ta’ l-Unjoni Ewropea;
Kap. 460.
Unjoni Ewropea;
''Uffiċċju'' tfisser l-uffiċċju responsabbli għar-reġistrazzjoni ta’
disinni f’Malta taħt id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att;
''Unjoni Ewropea'' tfisser l-Unjoni Ewropea mssemija fit-Trattat.
(2) Id-disposizzjonijiet tat-Taqsimiet II sa XVII ta’ dan l-Att
ma japplikawx għal disinni li huma regolati bit-Taqsimiet XVIII sa
XXIV ta’ dan l-Att esklużivament.
TAQSIMA XIX
KEMM JISTA’ JIĠI REĠISTRAT
Dritt ta’ proprjetà .
Miżjud:
IX. 2003.116.
64. Disinn reġistrat hu dritt ta’ proprjetà  li jinkiseb mir-
reġistrazzjoni tad-disinn taħt dan l-Att. Il-proprjetarju ta’ disinn
reġistrat ikollu d-drittijiet u r-rimedji pprovduti b’dan l-Att.
Ħtiġiet għall-
protezzjoni.
Miżjud:
IX. 2003.116.
65. (1) Id-disinni jkunu protetti bir-reġistrazzjoni, u
għandhom jingħataw drittijiet esklużivi lid-detenturi tagħhom
skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att.
(2) Disinn ikun protett bi dritt ta’ disinn sakemm dan ikun żdid
u jkollu xorta individwali.
(3) Disinn applikat ma’ jew inkorporat fi prodott li
jikkostitwixxi parti komponenti bi prodott kompless għandu biss
jitqies bħala wieħed żdid u li għandu xorta individwali:
(a) kemm-il darba l-parti komponenti, ġaladarba din tkun
ġiet inkorporata fil-prodott kompless, tibqa’ tidher
matul l-użu normali tal-prodott kompless, u
(b) kemm-il darba dawk il-fattizzi li jidhru tal-parti
komponenti jkunu fihom infushom iwettqu l-ħtiġiet li
jirrigwardaw affarijiet ġodda u ta’ xorta individwali.
(4) Il-frażi ''użu normali'' fil-kuntest tat-tifsir tas-subartikolu
(3)(a) tfisser l-użu li jsir minn utent finali, eskluż kull xogħol ta’
manutenzjoni, servicing jew tiswija.
30 KAP. 417. ħ PRIVATTIVI INDUSTRIJALI U DISINNI
Affarijiet ġodda.
Miżjud:
IX. 2003.116.
66. Għandu disinn jitqies bħala wieħed ġdid jekk ma jkun
hemm ebda disinn identiku disponibbli għall-pubbliku qabel id-
data meta ssir il-preżentata ta’ l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni
jew, jekk jiġu pretiżi prioritajiet, id-data ta’ priorità :
Iżda dawk id-disinni li jkollhom fattizzi li jiddifferixxu biss
f’dettalji mhux materjali għandhom ukoll jitqiesu bħala identiċi.
Xorta individwali.
Miżjud:
IX. 2003.116.
67. (1) Disinn jitqies li jkollu xorta individwali jekk l-
impressjoni totali li jagħti lil utent informat tkun tiddifferixxi mill-
impressjoni totali li tali utent jieħu minn disinn li jkun intgħamel
disponibbli għall-pubbliku qabel id-data meta ssir il-preżentata ta’
l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni jew, jekk jiġu pretiżi prioritajiet,
id-data ta’ priorità .
(2) Meta tkun qed tiġi stmata x-xorta individwali, għandu
jitqies kemm kellu libertà  d-disinjatur fl-iżvilupp tad-disinn.
Kxif.
Miżjud:
IX. 2003.116.
68. (1) Għall-fini li jiġu applikati l-artikoli 66 u 67, disinn
għandu jitqies li jkun intgħamel disponibbli għall-pubbliku jekk
dan ikun ġie ppubblikat wara r-reġistrazzjoni jew xort’oħra, jew
esibit, użat fil-kummerċ jew xort’oħra mikxuf, ħlief meta dawn il-
ġrajjiet ma jkunux jistgħu raġonevolment saru magħrufin fil-kors
normali tal-kummerċ lis-setturi speċjalizzati fis-settur in kwistjoni,
li jkun qed jopera ġewwa Malta u mill-1 ta’ Mejju, 2004, fl-Unjoni
Ewropea, qabel id-data meta ssir il-preżentata ta’ l-applikazzjoni
għal reġistrazzjoni jew, jekk jiġu pretiżi prioritajiet, id-data ta’
priorità . Id-disinn m’għandux, madankollu, jitqies li jkun
intgħamel disponibbli għall-pubbliku minħabba biss għaliex ikun
ġie mikxuf lil terzi taħt kondizzjonijiet ta’ kunfidenzjalità  espliċiti
jew impliċiti.
(2) Ma għandu jitqies ebda kxif għall-fini li jiġu applikati l-
artikoli 66 u 67 jekk id-disinn li dwaru tkun qed tintalab il-
protezzjoni jkun intgħamel disponibbli għall-pubbliku mid-
disinjatur, mis-suċċessur tiegħu fit-titolu, jew minn terzi bħala
riżultat ta’ informazzjoni pprovduta jew azzjoni meħuda mid-
disinjatur, jew mis-suċċessur tiegħu fit-titolu u dak il-kxif ikun sar
matul il-perjodu ta’ tnax-il xahar li jiġi qabel id-data meta ssir il-
preżentata ta’ l-applikazzjoni jew, jekk jiġu pretiżi prioritajiet, id-
data ta’ priorità .
(3) Is-subartikolu (2) għandu wkoll japplika jekk id-disinn ikun
intgħamel disponibbli għall-pubbliku minħabba f’xi abbuż f’dak li
għandu x’jaqsam mad-disinjatur jew mas-suċċessur tiegħu fit-
titolu.
Disinni ddettati 
mill-funzjoni 
teknika tagħhom u 
disinni ta’ inter-
konnessjonijiet.
Miżjud:
IX. 2003.116.
69. (1) Dritt f’disinn reġistrat ma għandux jissussisti fil-
fattizzi ta’ apparenza ta’ prodott li jkunu biss iddettati mill-
funzjoni teknika tiegħu.
(2) Dritt f’disinn reġistrat ma għandux jissussisti fil-fattizzi ta’
apparenza ta’ prodott li jkollu tabilfors jiġi riprodott fil-forma
eżatta u dimensjonijiet tagħhom sabiex il-prodott li d-disinn ikun
inkorporat fih jew li jkun applikat dwaru jkun jista’ jiġi
mekkanikament konness ma’ jew imqiegħed fi, madwar jew
f’kuntrast ma’ xi prodott ieħor biex xi prodott il-wieħed jew l-ieħor
PRIVATTIVI INDUSTRIJALI U DISINNI ġ KAP. 417. 31
ikun jista’ jwettaq il-funzjoni tiegħu.
(3) Minkejja s-subartikolu (2), dritt f’disinn reġistrat għandu,
taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-artikoli 66 u 67, jissussisti
f’disinn li jkollu l-għan li jħalli jsir l-immuntar ta’ diversi biċċiet
jew il-konnessjoni ta’ prodotti li jinbidlu reċiprokament ma’ xulxin
f’sistema modulari.
Disinni li jmorru 
kontra l-politika 
jew il-moralità  
pubblika.
Miżjud:
IX. 2003.116.
70. Dritt f’disinn reġistrat ma għandux jissussisti f’disinn li
jmur kontra l-politika pubblika jew il-prinċipji aċċettati tal-
moralità .
Skop ta’ 
protezzjoni.
Miżjud:
IX. 2003.116.
71. (1) L-iskop tal-protezzjoni mogħtija bi dritt f’disinn
reġistrat għandu jinkludi disinn li ma jagħmilx impressjoni totali
differenti fuq utent informat.
(2) Meta jitqies l-iskop ta’ protezzjoni, għandu jitqies il-grad
ta’ libertà  tad-disinjatur li jkun qed jiżviluppa d-disinn tiegħu.
Żmien għal kemm 
issir protezzjoni.
Miżjud:
IX. 2003.116.
72. (1) Mar-reġistrazzjoni tiegħu, disinn li jkun skond il-
ħtiġiet ta’ l-artikolu 65(2) għandu jkun protett bi dritt ta’ disinn
għal żmien ħames snin mid-data meta ssir il-preżentata ta’ l-
applikazzjoni.
(2) Id-detentur tad-dritt jkollu ż-żmien tiegħu għal kemm issir
protezzjoni mġedded skond l-artikolu 73 għal xi perjodu wieħed
jew iżjed ta’ ħames snin kull wieħed, sa żmien totali ta’ ħamsa u
għoxrin sena mid-data meta ssir il-preżentata.
Tiġdid ta’ 
reġistrazzjoni.
Miżjud:
IX. 2003.116.
73. (1) Ir-reġistrazzjoni ta’ disinn tista’ tiġġedded fuq talba
tal-proprjetarju, sakemm isir il-ħlas stipulat għat-tiġdid:
Iżda dan japplika sakemm issir talba u l-ħlas isir qabel id-
data ta’ skadenza u dik l-azzjoni tittieħed mhux iżjed minn sitt xhur
qabel dik id-data:
Iżda tista’ tintgħamel talba u l-ħlas isir sa sitt xhur wara d-
data ta’ skadenza, f’liema każ kull ħlas ta’ tiġdid addizzjonali li
jista’ jkun stipulat jkun tħallas ukoll f’dak iż-żmien.
(2) It-tiġdid għandu jibda jseħ’minn meta tiskadi r-
reġistrazzjoni ta’ qabel.
(3) Jekk ir-reġistrazzjoni ma tiġġeddidx skond id-
disposizzjonijiet ta’ hawn qabel, il-Kontrollur għandu jneħħi d-
disinn mir-reġistru.
Raġunijiet għal 
rifjut ta’ 
reġistrazzjoni.
Miżjud:
IX. 2003.116.
74. Għandu disinn jiġi rifjutat reġistrazzjoni:
(a) jekk id-disinn ma jinkwadrawx fid-definizzjoni ta’
disinn fl-artikolu 63;
(b) jekk ikun jikkonsisti fi jew ikun b’mod sinifikattiv
magħmul mill-bandiera nazzjonali ta’ Malta;
(ċ) jekk ikun fih rappreżentazzjoni tal-bandiera nazzjonali
ta’ Malta u jkun jidher lill-Kontrollur bħala wieħed li
jiżgwida jew li hu offensiv;
(d) jekk ikun jikkonsisti fi jew ikun fih:
32 KAP. 417. ħ PRIVATTIVI INDUSTRIJALI U DISINNI
(i) l-armi eraldiċi, jew x’uħud mill-istemmi
prinċipali ta’ l-armi eraldiċi li jappartjenu lill-
President jew lill-Arċisqof Kattoliku Ruman ta’
Malta, jew xi insinji jew distintiv li jkun hekk
jixbah lil dawk l-armi eraldiċi jew xi stemma
eraldika li x’aktarx jiftiehmu li huma dawk l-
armi l-oħra jew dik l-arma l-oħra,
(ii) rappreżentazzjoni tal-bnadar Presidenzjali jew
Episkopali,
(iii) rappreżentazzjoni tal-President jew l-Arċisqof,
jew xi imitazzjoni bid-dieher tagħhom, jew
(iv) kliem, ittri jew mezzi li x’aktarx iwasslu persuni
jaħsbu li l-applikant jew għandu jew
reċentement kellu xi patroċinju jew
awtorizzazzjoni Presidenzjali jew Episkopali,
kemm-il darba ma jkunx jidher lill-Kontrollur li jkun
ingħata kunsens minn jew f’isem il-President jew l-
Arċisqof;
(e) jekk ikun imur kontra l-politika pubblika jew prinċipji
ta’ moralità  aċċettati; jew
(f) jekk l-applikant għad-dritt f’disinn reġistrat ma jkunx
intitolat għalih taħt il-liġi ta’ Malta.
Drittijiet esklużivi 
mogħtija bid-dritt 
ta’ disinn.
Miżjud:
IX. 2003.116.
75. (1) Ir-reġistrazzjoni ta’ disinn għandha tagħti lid-detentur
tiegħu id-dritt esklużiv li jużah biex jipprevjeni lil terzi li ma
jkollhomx il-kunsens tiegħu milli jużawh. L-użu hawn qabel
imsemmi għandu jkopri, partikolarment, l-għemil, l-offerta, t-
tqegħid fis-suq, l-importazzjoni, l-esportazzjoni jew l-użu ta’
prodott li fih ikun hemm inkorporat id-disinn jew li jkun applikat
dwaru, jew il-ħżin ta’ dak il-prodott għal dawk il-finijiet.
(2) Kull referenza f’dan l-Att għall-ksur ta’ disinn reġistrat
għandha titqies bħala referenza għal kull ksur bħal dak tad-drittijiet
tal-proprjetarju.
(3) Id-drittijiet tal-proprjetarju jkollhom effett mid-data ta’
reġistrazzjoni li jitqies skond l-artikolu 95(3):
Iżda -
(a) ma jistgħu jinbdew ebda proċedimenti dwar xi ksur
qabel ma d-disinn ikun fil-fatt ġie reġistrat, u
(b) ma għandu jsir ebda reat taħt l-artikolu 117 u xi ħaġa
magħmula qabel id-data tal-pubblikazzjoni tar-
reġistrazzjoni.
Limitazzjoni tad-
drittijiet mogħtija 
bid-dritt ta’ disinn.
Miżjud:
IX. 2003.116.
76. (1) Id-drittijiet mogħtija bid-dritt ta’ disinn mar-
reġistrazzjoni ma għandux jiġi reġistrat għar-rigward ta’:
(a) atti li jsiru privatament u għal raġunijet mhux
kummerċjali, jew
(b) atti magħmulin għal raġunijiet sperimentali, jew
(ċ) atti ta’ riproduzzjoni għall-finijiet li jsiru ċitazzjonijiet
jew ta’ tagħlim, sakemm dawk l-atti jkunu kompatibbli
PRIVATTIVI INDUSTRIJALI U DISINNI ġ KAP. 417. 33
mal-prattika kummerċjali u ma jkunux jippreġudikaw
indebitament l-esplojtazzjoni tad-disinn normali, u li
tissemma l-oriġni.
(2) B’żieda ma’ dan, id-drittijiet mogħtija bi dritt ta’ disinn
mar-reġistrazzjoni ma għandhomx jiġu eżerċitati għar-rigward ta’:
(a) it-tagħmir abbord ta’ bastimenti u ajruplan reġistrat
f’pajjiż ieħor meta dawn jidħlu temporanjament jew
aċċidentalment fit-territorju ta’ Malta, jew
(b) l-importazzjoni ġewwa Malta ta’ spare parts u
aċċessorji għall-fini tat-tiswija ta’ dawk l-inġenji, jew
(ċ) l-eżekuzzjoni ta’ tiswijiet fuq dawk l-inġenji.
Eżawriment ta’ 
drittijiet.
Miżjud:
IX. 2003.116.
77. (1) Disinn reġistrat ma għandux jintitola lill-proprjetarju li
jipprojbixxi l-użu ta’ prodott li fih ikun hemm id-disinn inkorporat
jew li d-disinn jiġi applikat għalih meta l-prodott jkun tqiegħed fis-
suq minn proprjetarju jew bil-kunsens tiegħu.
(2) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu:
''is-suq'' tfisser is-suq f’Malta u mill-1 ta’ Mejju 2004, is-suq fi
Stat Membru ieħor; u
''użu'' tinkludi l-offerta, il-bejgħ, ix-xiri jew l-esportazzjoni tal-
prodott.
Relazzjoni ma’ 
forom oħra ta’ 
protezzjoni.
Miżjud:
IX. 2003.116.
78. (1) Id-disposizzjonijiet tat-Taqsima XVIII sa XIV ta’ dan
l-Att għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għal kull disposizzjoni
oħra tal-liġi ta’ Malta li jkollha x’taqsam ma’ drittijiet ta’ disinn
mhux reġistrat, trademarks jew sinjali distinttiv oħra, privattivi u
mudelli utilitarji, karattri tipografiċi, responsabbiltà  ċivilii jew
kompetizzjoni mhux ġusta.
Kap. 415.
għandhom ukoll ikunu eliġibbli għal protezzjoni taħt l-Att dwar id-
Drittijiet ta’ l-Awtur, mid-data meta jkun inħoloq id-disinn jew ġie
stabbilit f’xi forma.
Xorta ta’ disinn 
reġistrat.
Miżjud:
IX. 2003.116.
79. Disinn reġistrat hu l-proprjetà  personali ta’ sidu.
Komproprjetà  ta’ 
disinn reġistrat.
Miżjud:
IX. 2003.116.
80. (1) Meta jingħata disinn reġistrat lil xi żewġ persuni jew
aktar konġuntement, kull wieħed minnhom ikun intitolat, bla ħsara
għal kull ftehim kuntrarju, għal sehem ugwali indiviż fid-disinn
reġistrat.
(2) Id-disposizzjonijiet li ġejjin japplikaw meta xi żewġ
persuni jew aktar ikunu komproprjetarji ta’ disinn reġistrat, bis-
saħħa tas-subartikolu (1) jew xort’oħra.
(3) Bla ħsara għal xi ftehim kuntrarju, kull komproprjetarju
jkun intitolat, personalment jew permezz ta’ l-aġenti tiegħu, li
jagħmel għall-benefiċċju tiegħu nnifsu u mingħajr il-kunsens ta’
jew il-ħtieġa li jagħti kont lil xi komproprjetarju ieħor, xi att li
kieku xort’oħra jammonta għal ksur tad-disinn reġistrat.
(4) Minkejja d-disposizzjonijiet tas-subartikolu (3)
komproprjetarju jista’ mhux mingħajr il-kunsens ta’ l-ieħor jew ta’
34 KAP. 417. ħ PRIVATTIVI INDUSTRIJALI U DISINNI
l-oħrajn -
(a) jagħti liċenza biex jintuża d-disinn reġistrat, jew
(b) jassenja jew iċedi l-kontroll ta’ sehmu fid-disinn
reġistrat.
(5) Proċedimenti dwar xi ksur jistgħu jinġiebu minn
komproprjetarju, imma komproprjetarju ma jistax, mingħajr ma
jitħalla jagħmel hekk mill-Qorti, jagħmel l-azzjoni kemm-il darba
ma jidħolx il-komproprjetarju l-ieħor jew kull wieħed mill-
komproprjetarji l-oħra, fil-kawża.
Komproprjetarju li hekk jingħaqad fil-kawża m’għandu
jħallas xejn fil-kawża.
Ebda ħaġa f’dan is-subartikolu ma għandha tolqot l-għemil
ta’ xi mandat kawtelatorju fuq rikors li jsir minn komproprjetarju
wieħed.
(6) Ebda ħaġa f’dan l-artikolu ma għandha tolqot id-drittijiet u
l-obbligi ta’ trustees jew rappreżentanti personali, jew id-drittijiet u
l-obbligi tagħhom bħala tali.
Trasmissjoni ta’ 
disinn reġistrat.
Miżjud:
IX. 2003.116.
81. (1) Disinn reġistrat jista’ jingħadda b’assenjazzjoni,
disposizzjoni testamentarja jew operazzjoni ta’ liġi bl-istess mod
bħal proprjetà  personali jew mobbli oħra.
Dan jista’ hekk jingħadda jew f’konnessjoni mat-twillija
tan-negozju jew indipendentement.
(2) Assenjazzjoni jew trasmissjoni oħra ta’ disinn reġistrat
tista’ tkun parzjali u limitata biex hekk tapplika dwar l-użu tad-
disinn b’mod partikolari jew f’xi lokalità  partikolari.
(3) Assenjazzjoni ta’ disinn reġistrat mhux effettiva kemm-il
darba ma tkunx bil-miktub iffirmata minn jew f’isem min jassenja
jew, skond ma jista’ jkun il-każ, ir-rappreżentant personali tiegħu.
(4) Ebda ħaġa f’dan l-Att m’għandha tiftiehem li tolqot l-
assenjazzjoni jew xi trasmissjoni oħra ta’ disinn mhux reġistrat
bħala parti mit-twillija ta’ negozju.
Reġistrazzjonijiet 
ta’ operazzjonijiet 
li jolqtu disinn 
reġistrat.
Miżjud:
IX. 2003.116.
82. (1) Meta ssir applikazzjoni lill-Kontrollur minn persuna li
tippretendi li tkun intitolata għal xi interess fi jew taħt disinn
reġistrat bis-saħħa ta’ operazzjoni reġistrabbli, jew kull persuna
oħra li tippretendi li tkun milquta b’tali operazzjoni, id-dettalji
rilevanti ta’ l-operazzjoni għandhom jiddaħħlu fir-reġistru.
(2) Dawn li ġejjin huma operazzjonijiet reġistrabbli:
(a) l-assenjazzjoni ta’ disinn reġistrat jew xi dritt fih;
(b) l-għoti ta’ liċenza taħt disinn reġistrat;
(ċ) it-trasferiment ta’ disinn reġistrat b’testment;
(d) ordni ta’ Qorti jew xi awtorità  kompetenti oħra li
tittrasferixxi disinn reġistrat jew xi dritt fih jew taħtu.
(3) Sakemm tkun saret applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’
operazzjoni reġistrabbli -
(a) l-operazzjoni ma tkunx effettiva fir-rigward ta’
PRIVATTIVI INDUSTRIJALI U DISINNI ġ KAP. 417. 35
persuna li bonafidi takkwista xi interess konfliġġenti
fid-disinn reġistrat, u
(b) l-artikoli 86 jew 87 ma għandhomx japplikaw dwar
persuna li tippretendi li tkun detentur ta’ liċenza bis-
saħħa ta’ l-operazzjoni.
(4) Meta persuna ssir il-proprjetarju jew detentur ta’ liċenza ta’
disinn reġistrat bis-saħħa ta’ operazzjoni reġistrabbli, hija ma
għandhiex tkun intitolata għal danni jew li tagħti rendikont tal-
profitti tagħha dwar xi ksur tad-disinn reġistrat li jiġri wara d-data
ta’ l-operazzjoni reġistrabbli u qabel ma tiġi reġistrata l-
operazzjoni, kemm-il darba:
(a) ma ssirx applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ l-
operazzjoni qabel tmiem żmien sitt xhur li jibdew
għaddejin mid-data ta’ l-operazzjoni, jew
(b) il-Qorti ma tkunx sodisfatta li ma kienx prattikabbli li
applikazzjoni bħal dik issir qabel tmiem dak iż-żmien
u li tkun saret applikazzjoni kemm jista’ jkun
prattikabbilment malajr wara dan.
Applikazzjoni għal 
reġistrazzjoni ta’ 
disinn bħala oġġett 
ta’ proprjetà .
Miżjud:
IX. 2003.116.
83. Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 79 sa 82 japplikaw
mutatis mutandis f’dak li għandu x’jaqsam ma’ applikazzjoni għar-
reġistrazzjoni ta’ disinn bl-istess mod bħalma japplikaw f’dak li
għandu x’jaqsam ma’ disinn reġistrat.
Liċenzjar ta’ disinn 
reġistrat.
Miżjud:
IX. 2003.116.
84. (1) Liċenza biex jintuża disinn reġistrat tista’ tkun
ġenerali jew limitata. Liċenza limitata tista’, partikolarment,
tapplika f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-użu tad-disinn b’mod
partikolari jew f’xi lokalità  partikolari.
(2) Kemm-il darba l-liċenza ma tipprovdix xort’oħra, din tkun
tobbliga wkoll lis-suċċessur fit-titolu skond l-interessi tal-
konċedent, u referenzi f’dan l-Att għal xi għemil li jsir bil-kunsens,
jew mingħajr il-kunsens, tal-proprjetarju ta’ disinn reġistrat,
għandhom jiftehmu skond dan.
(3) Meta l-liċenza tkun hekk tipprovdi, tista’ tingħata sotto-
liċenza mid-detentur ta’ liċenza; u referenzi f’dan l-Att għal liċenza
jew detentur ta’ liċenza jinkludu sotto-liċenza jew sotto-detentur
ta’ liċenza.
Liċenzi esklużivi.
Miżjud:
IX. 2003.116.
85. (1) Fit-Taqsimiet XVIII sa XVIV ta’ dan l-Att ''liċenza
esklużiva'' tfisser liċenza (kemm ġenerali kemm limitata) li tkun
tawtorizza lid-detentur ta’ liċenza b’esklużjoni ta’ kull persuna
oħra, inkluża l-persuna li tkun qed tagħti l-liċenza, biex juża disinn
reġistrat bil-mod awtorizzat bil-liċenza.
(2) Detentur ta’ liċenza esklużiva għandu l-istess drittijiet fir-
rigward ta’ suċċessur fit-titolu li jkun obbligat b’liċenza bħalma
għandu fir-rigward tal-persuna li tkun qed tagħti l-liċenza.
36 KAP. 417. ħ PRIVATTIVI INDUSTRIJALI U DISINNI
Disposizzjonijiet 
ġenerali dwar id-
drittijiet ta’ 
detenturi ta’ 
liċenza fil-każ ta’ 
ksur.
Miżjud:
IX. 2003.116.
86. (1) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu għandhom
japplikaw għar-rigward tad-drittijiet ta’ detentur ta’ liċenza f’dak li
għandu x’jaqsam mal-ksur ta’ disinn reġistrat:
Iżda ma għandhomx japplikaw meta jew sakemm, skond l-
artikolu 87(1), detentur ta’ liċenza esklużiva jkollu dritt jibda
proċedimenti f’ismu stess.
(2) Detentur ta’ liċenza jkollu jedd, kemm-il darba l-liċenza li
jkollu ma tkunx tipprovdi xort’oħra, jinterpella lill-proprjetarju
tad-disinn reġistrat biex jibda proċedimenti fuq xi ksur dwar xi
ħaġa li tkun tolqot l-interessi tiegħu.
(3) Jekk il-proprjetarju jirrifjuta milli jagħmel dan, jew jonqos
milli jagħmel dan fi żmien xahrejn minn meta jkun ġie interpellat,
id-detentur ta’ liċenza jista’ jibda proċedimenti f’ismu stess
daqslikieku kien il-proprjetarju.
(4) Meta jinbdew minn detentur ta’ liċenza bis-saħħa ta’ dan l-
artikolu proċedimenti dwar xi ksur, il-proprjetarju għandu wkoll
jidħol fil-kawża.
(5) Fi proċedimenti dwar xi ksur li jinbdew minn proprjetarju
ta’ disinn reġistrat, kull telf imġarrab jew li x’aktarx ikun imġarrab
mid-detenturi ta’ liċenza għandu jitqies mill-Qorti li għandha tagħti
dawk l-ordnijiet li tqis xierqa dwar x’ikollu jsir minn u kif għandu
jitqassam kull ammont ta’ flus mogħti bħala rimedju għall-ksur.
Detentur ta’ 
liċenza li jkollu 
dritt u rimedji ta’ 
prokuratur.
Miżjud:
IX. 2003.116.
87. (1) Liċenza esklużiva tista’ tkun tipprovdi li d-detentur ta’
liċenza jkollu, sa dak il-limitu li jista’ jiġi pprovdut minn liċenza, l-
istess drittijiet u rimedji dwar ħwejjeġ li jiġru wara l-għoti ta’ l-
liċenza daqslikieku l-liċenza kienet assenjazzjoni.
Meta jew sal-limitu li fih isir dak il-provvediment, id-
detentur ta’ liċenza ikun intitolat, bla ħsara għad-disposizzjonijiet
tal-liċenza u għal dawn id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu li
ġejjin, jibda proċedimenti dwar xi ksur f’ismu stess kontra kull
persuna li ma tkunx il-proprjetarju.
(2) Id-drittijiet u r-rimedji ta’ detentur ta’ liċenza esklużiva
jimxu flimkien ma’ dawk tal-proprjetarju tad-disinn reġistrat; u
referenzi f’dan l-Att għall-proprjetarju ta’ disinn reġistrat li
għandhom x’jaqsmu ma’ ksur għandhom ikunu jiftehmu skond dan.
(3) F’azzjoni mibdija minn detentur ta’ liċenza esklużiva taħt
dan l-artikolu, konvenut jkun jista’ jutilizza kull difiża li kieku
kienet tkun disponibbli għalih li kieku l-azzjoni tkun inbdiet minn
proprjetarju tad-disinn reġistrat.
(4) Meta proċedimenti dwar ksur ta’ disinn reġistrat jinbdew
minn proprjetarju jew mid-detentur ta’ liċenza li għandhom
x’jaqsmu mal-ksur li dwaru huma jkollhom dritt ta’ azzjoni
konkorrenti, il-proprjetarju jew, skond il-każ, id-detentur ta’
liċenza li ma jkunux atturi jistgħu jingħaqdu fil-kawża.
(5) (a) Meta tinbeda azzjoni dwar ksur ta’ disinn reġistrat li
għandha x’taqsam ma’ xi ksur li dwaru l-proprjetarju u
d-detentur ta’ liċenza esklużiva jkollhom dritt ta’
azzjoni konkorrenti -
PRIVATTIVI INDUSTRIJALI U DISINNI ġ KAP. 417. 37
(i) il-Qorti għandha meta tiġi biex tagħmel stima
tad-danni tqis il-pattijiet tal-liċenza, u kull
rimedju ta’ flus li jkun ingħata minn qabel jew
sar disponibbli lil xi wieħed minnhom dwar dak
il-ksur;
(ii) ma għandu jiġi ordnat li jsir ebda kont ta’
profitti jekk ikunu ngħataw qabel id-danni, jew
ikun ġie ordnat kont ta’ profitti, favur xi wieħed
minnhom dwar dak il-ksur; u
(iii) il-Qorti għandha tqassam, jekk ikun ġie ordnat
kont ta’ profitti u bla ħsara għal kull ftehim bejn
il-proprjetarju u d-detentur ta’ liċenza esklużiva,
il-profitti bejnithom hekk kif il-Qorti tqis li jkun
ġust;
(b) Id-disposizzjonijiet ta’ dan is-subartikolu japplikaw
kemm jekk azzjoni tinġieb minn proprjetarju waħdu,
kemm jekk din tinġieb minn proprjetarju u d-detentur
ta’ liċenza; u jekk dawn ma jkunux partijiet it-tnejn li
huma, il-Qorti tista’ tagħti dawk l-ordnijiet li tista’ tqis
li jkunu xierqa dwar it-tneħħija u t-tqassim ta’ kull
ammont mogħti bħala rimedju għall-ksur.
(6) Il-proprjetarju ta’ disinn reġistrat għandu javża lil detentur
ta’ liċenza li jkollu dritt ta’ azzjoni konkorrenti qabel ma japplika
għal ordni taħt l-artikolu 115; u l-Qorti tista’ wara li d-detentur ta’
liċenza jagħmel rikors, tordna li jsir skond dak l-artikolu bħal ma
tqis li jkun xieraq fil-qies tal-pattijiet tad-detentur ta’ liċenza.
(7) Id-disposizzjonijiet tas-subartikoli (4) sa (6) għandhom
ikunu mingħajr preġudizzju għal kull ftehim kuntrarju bejn id-
detentur ta’ liċenza u l-proprjetarju.
TAQSIMA XX
APPLIKAZZJONIJIET
Applikazzjoni għal 
reġistrazzjoni.
Miżjud:
IX. 2003.116.
88. Applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ disinn għandha tiġi
ppreżentata għand il-Kontrollur fl-ilsien Malti jew Ingliż u għandu
jkun fiha dan li ġej:
(a) talba għal reġistrazzjoni ta’ disinn;
(b) l-isem u l-indirizz ta’ l-applikant;
(ċ) id-disinn li jkun is-suġġett ta’ l-applikazzjoni;
(d) l-isem u l-indiriz ta’ l-aġent jew rappreżentant, fil-
każijiet meta xi wieħed ikun ġie maħtur; u
(e) dikjarazzjoni li tkun qed tiġi pretiża priorità  fil-każijiet
meta l-applikant ikun jixtieq jieħu vantaġġ ta’
applikazzjoni aktar bikrija.
L-applikazzjoni għandha tkun bla ħsara għall-ħlas ta’ dritt
skond ma jista’ jkun stipulat.
Data meta ssir il-
preżentata.
Miżjud:
IX. 2003.116.
89. (1) Id-data meta ssir il-preżentata ta’ applikazzjoni għal
reġistrazzjoni ta’ disinn tkun id-data meta jingħataw l-elementi
stipulati fl-artikolu 88 lill-Kontrollur mill-applikant:
38 KAP. 417. ħ PRIVATTIVI INDUSTRIJALI U DISINNI
Iżda meta l-elementi jingħataw fi ġranet differenti, id-data
meta ssir il-preżentata tkun id-data meta jingħata l-aħħar element.
(2) Referenzi fit-Taqsima XVIII sa XXIV għad-data ta’
applikazzjoni għal reġistrazzjoni għandu jiftiehem bħala referenza
għad-data meta ssir il-preżentata ta’ l-applikazzjoni.
Klassifikazzjoni ta’ 
disinni.
Miżjud:
IX. 2003.116.
90. (1) Id-disinni għandhom jiġu klassifikati għall-finijiet tar-
reġistrazzjoni ta’ disinni bħalma hemm fil-Klassifikazzjoni skond
Locarno.
(2) Kull kwistjoni li tqum dwar il-klassi li fiha jkun jinkwadra
xi disinn għandha tiġi deċiża mill-Kontrollur, li d-deċiżjoni tiegħu
tkun waħda finali.
Pretensjoni dwar 
priorità  dwar 
applikazzjoni tal-
konvenzjoni.
Miżjud:
IX. 2003.116.
91. (1) Persuna li tkun ippreżentat applikazzjoni kif imiss
għall-protezzjoni ta’ disinn fi stat li jkun membru ta’ l-
Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) jew parti fil-
Konvenzjoni ta’ Pariġi, hawn iżjed ’il quddiem f’dan l-Att imsejjħa
bħala ''applikazzjoni skond il-Konvenzjoni'', jew is-suċċessur fit-
titolu tagħha, ikollhom dritt ta’ priorità , għall-finijiet tar-
reġistrazzjoni ta’ l-istess disinn taħt dan l-Att li dwaru tkun ġiet
ippreżentata dik l-applikazzjoni, għal żmien sitt xhur mid-data
meta ssir il-preżentata ta’ l-ewwel applikazzjoni bħal dik.
(2) Jekk l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni taħt dan l-Att issir
matul dak iż-żmien ta’ sitt xhur:
(a) id-data rilevanti għall-finijiet li jiġu stabbiliti liema
drittijiet ikollhom preċedenza għandha tkun id-data
meta ssir il-preżentata ta’ l-ewwel applikazzjoni skond
il-Konvenzjoni, u 
(b) ma għandux jintlaqat il-fatt dwar kemm jista’ jiġi
reġistrat id-disinn bl-użu tiegħu f’Malta fil-perjodu
bejn dik id-data u d-data ta’ l-applikazzjoni taħt dan l-
Att.
(3) (a) Kull preżentata fi stat membru ta’ l-Organizzazzjoni
Dinjija tal-Kummerċ jew parti fil-Konvenzjoni ta’
Pariġi li tkun ekwivalenti għal preżentata nazzjonali
regolari taħt il-legislazzjoni domestika tiegħu, għandha
tiġi ttrattata bħala li din tagħti lok għad-dritt ta’
priorità .
(b) Għall-finijiet ta’ dan is-subartikolu ''preżentata
nazzjonali regolari'' tfisser preżentata li tkun adegwata
sabiex tiġi stabbilita d-data meta l-applikazzjoni tkun
ġiet ippreżentata fil-pajjiż, tkun xi tkun l-applikazzjoni
sussegwenti.
(4) Applikazzjoni sussegwenti li tirrigwarda l-istess disinn
bħala l-ewwel applikazzjoni skond il-Konvenzjoni, ippreżentata fl-
istess pajjiż tal-Konvenzjoni, titqies bħala l-ewwel applikazzjoni
skond il-Konvenzjoni (li d-data tal-preżentata tkun id-data tal-bidu
taż-żmien ta’ priorità ), jekk fil-waqt ta’ l-applikazzjoni
sussegwenti:
(a) l-applikazzjoni ta’ qabel tkun ġiet irtirata, abbandunata
PRIVATTIVI INDUSTRIJALI U DISINNI ġ KAP. 417. 39
jew rifjutata, mingħajr ma tkun infetħet għall-
ispezzjoni pubblika u mingħajr ma tkun ħalliet xi
drittijiet pendenti, u
(b) ma tkunx għadha serviet bħala bażi għal pretensjoni
ta’ dritt ta’ priorità , u l-applikazzjoni ta’ qabel tista’
wara dan ma sservix bħala bażi għal dritt ta’ priorità
pretiż.
(5) Jista’ jsir provvediment b’regolamenti dwar kif issir
pretensjoni ta’ dritt ta’ priorità  abbażi ta’ applikazzjoni skond il-
Konvenzjoni.
(6) Dritt ta’ priorità  li joriġina bħala riżultat ta’ applikazzjoni
skond il-Konvenzjoni jista’ jiġi assenjat jew xort’oħra trasmess,
jew ma’ l-applikazzjoni jew b’mod indipendenti.
Pretensjoni dwar 
priorità  minn 
applikazzjonijiet 
oħra rilevanti 
ġejjin minn barra l-
pajjiż.
Miżjud:
IX. 2003.116.
92. (1) Il-Ministru jista’ jagħmel regolamenti li jagħtu lil
persuna li tkun debitament ippreżentat applikazzjoni għall-
protezzjoni ta’ disinn f’pajjiż jew territorju li dwaru l-Gvern ta’
Malta jkun parti fi trattat, konvenzjoni, arranġament jew qbil għall-
protezzjoni reċiproka ta’ disinni, dritt għall-priorità , għall-fini ta’
reġistrazzjoni ta’ l-istess disinni taħt dan l-Att għal xi oġġett jew
servizz jew għall-istess oġġetti jew servizzi, għal dak il-perjodu li
jista’ jiġi speċifikat fir-regolamenti mid-data meta ssir il-preżentata
ta’ dik l-applikazzjoni.
(2) Dawk ir-regolamenti jistgħu jagħmlu disposizzjonijiet bħal
dawk li hemm fl-artikolu 91 f’dak li għandu x’jaqsam ma’
applikazzjoni skond il-Konvenzjonijiet jew xi disposizzjoni oħra
bħalma jkun jidher lill-Ministru li tkun adatta għall-fini li tagħti
seħħ lit-trattat, konvenzjoni, arranġament jew qbil.
Eżami ta’ 
applikazzjoni.
Miżjud:
IX. 2003.116.
93. (1) Il-Kontrollur għandu jeżamina jekk applikazzjoni għal
reġistrazzjoni ta’ disinn tkunx tissodisfa l-ħtiġiet ta’ dan l-Att.
(2) Jekk il-Kontrollur ikun jidhirlu li l-ħtiġiet għal
reġistrazzjoni ma jkunux intlaħqu, huwa għandu jgħarraf lill-
applikant u jagħtih opportunità  li jagħmel dawk l-ilmenti jew li
jemenda l-applikazzjoni matul dak il-perjodu li l-Kontrollur jista’
jispeċifika.
(3) Jekk l-applikant jonqos milli jissodisfa lill-Kontrollur li
dawk il-ħtiġiet ikunu ntlaħqu, jew li jemenda l-applikazzjoni biex
ikun jista’ jilħaqhom, jew jonqos milli jirrispondi qabel tmiem il-
perjodu speċifikat, il-Kontrollur għandu jiċħad l-applikazzjoni.
(4) Jekk il-Kontrollur ikun jidhirlu li jkunu intlaħqu l-ħtiġiet
għar-reġistrazzjoni, huwa għandu jaċċetta l-applikazzjoni bħala li
tkun eliġibbli għar-reġistrazzjoni.
Irtirar, jew emenda 
ta’ applikazzjoni.
Miżjud:
IX. 2003.116.
94. (1) L-applikant jista’ f’kull waqt jirtira l-applikazzjoni
tiegħu.
(2)  Applikazzjoni tista’ tiġi emendata, fuq talba ta’ l-applikant,
biss billi jissewwa -
(a) l-isem jew l-indirizz ta’ l-applikant,
(b) l-iżbalji fil-kliem jew fl-ikkupjar, jew
40 KAP. 417. ħ PRIVATTIVI INDUSTRIJALI U DISINNI
(ċ) żbalji ovvji,
u mbagħad biss fil-każ li t-tiswija ma tkunx sostanzjalment tolqot l-
identità  tad-disinn.
Reġistrazzjoni.
Miżjud:
IX. 2003.116.
95. (1) Meta applikazzjoni tkun ġiet aċċettata bħala waħda
eliġibbli għar-reġistrazzjoni, il-Kontrollur għandu jirreġistra d-
disinn, kemm-il darba ma jkunx jidhirlu fil-qies ta’ dak kollu li jiġi
fil-konjizzjoni tiegħu wara li jaċċetta l-applikazzjoni li din tkun
ġiet aċċettata bi żball.
(2) Disinn ma għandux ikun reġistrat u l-applikazzjoni għandha
titqies bħala li tkun ġiet irtirata kemm-il darba ma jitħallasx xi dritt
stipulat matul it-tletin ġurnata tax-xogħol mid-data meta ssir il-
preżentata.
(3) Meta disinn ikun reġistrat dan għandu jiġi reġistrat sa mid-
data tal-preżentata ta’ l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni, u dik id-
data għandha titqies għall-finijiet ta’ dan l-Att bħala d-data ta’
reġistrazzjoni.
(4) Mar-reġistrazzjoni ta’ disinn il-Kontrollur għandu joħroġ
lill-applikant ċertifikat ta’ reġistrazzjoni, u għandu jippubblika fil-
Gazzetta l-fatt li d-disinn ikun ġie reġistrat u li jkun disponibbli
għall-wiri mill-pubbliku fl-Uffiċċju.
Bdil ta’ disinn 
reġistrat.
Miżjud:
IX. 2003.116.
96. (1) Disinn reġistrat ma għandux jinbidel fir-reġistru,
matul iż-żmien tar-reġistrazzjoni jew tat-tiġdid tiegħu.
(2) Minkejja d-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1), il-
Kontrollur jista’, fuq talba tal-proprjetarju, jippermetti l-bdil ta’
disinn reġistrat meta d-disinn ikun jinkludi l-isem jew l-indirizz tal-
proprjetarju u l-bdil ikun limitat għall-bdil ta’ dak l-isem jew
indirizz u ma jkunx sostanzjalment jolqot l-identità  tad-disinn.
(3) Għandhom isiru disposizzjonijiet b’regolamenti li jkunu
jippreskrivu l-mod ta’ pubblikazzjoni ta’ bdil bħal dak u l-għemil
ta’ oġġezzjonijiet minn xi persuna li tippretendi li tkun milquta
b’dan.
Ċessjoni ta’ disinn 
reġistrat.
Miżjud:
IX. 2003.116.
97. (1) Disinn reġistrat jista’ jkun ċedut minn proprjetarju
billi jibgħat avviż lill-Kontrollur fejn jiġi inkluż l-isem u l-indirizz
ta’ kull min ikollu xi interess kontrattwali fid-disinn, jew xi
interess ieħor taħt l-Att. Il-proprjetarju għandu wkoll jiċċertifika li
kull tali persuna:
(a) tkun ingħatat avviż ta’ mhux anqas minn disgħin
ġurnata dwar l-intenzjoni li l-proprjetarju jkollu li
jċedi d-disinn, jew
(b) ma tkunx milquta, jew jekk milquta tkun taqbel ma’
dan.
Raġunijiet għall-
invalidità  ta’ 
reġistrazzjoni.
Miżjud:
IX. 2003.116.
98. (1) Ir-reġistrazzjoni ta’ disinn tista’ tiġi dikjarata valida
għal dawn ir-raġunijiet li ġejjin:
(a) jekk ma jkunux tħarsu d-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu
74;
(b) jekk ma tkunx twettaq il-ħtiġiet ta’ l-artikoli 65 sa 70;
PRIVATTIVI INDUSTRIJALI U DISINNI ġ KAP. 417. 41
(ċ) jekk id-disinn ikun l-istess bħal jew wieħed li jixbah
disinn prijuri li jkun sar disponibbli għall-pubbliku
wara d-data meta ssir il-preżentata ta’ l-applikazzjoni
jew, jekk jiġu pretiżi prioritajiet, wara d-data ta’
priorità , u dak id-disinn prijuri jkun protett minn data
prijuri għal dik id-data b’disinn reġistrat jew
applikazzjoni għal disinn reġistrat f’territorju kopert bi
ftehim internazzjonali li Malta tkun parti fih;
(d) jekk jiġi użat sinjal distintiv f’disinn sussegwenti u d-
detentur tad-dritt tas-sinjal ikollu d-dritt jipprojbixxi
dak l-użu;
(e) jekk id-disinn ikun jikkostitwixxi użu mhux awtorizzat
ta’ xogħol protett bid-drittijiet ta’ l-awtur;
(f) jekk id-disinn jinvolvi l-użu ta’:
(i) l-armi eraldiċi, bnadar jew emblemi oħra, u
(ii) l-abbrevjazzjonijiet u l-ismijiet, ta’
organizzazzjonijiet internazzjonali u inter-
governattivi li tagħhom xi pajjiż wieħed jew
aktar tal-Konvenzjoni ta’ Pariġi jkunu membri.
(2) Ir-raġunijiet approvati taħt l-artikolu 74(f) jistgħu biss jiġu
invokati minn persuna intitolata għad-dritt taħt il-liġi ta’ Malta.
(3) Ir-raġunijiet fis-subartikoli (1)(ċ), (1)(d) u (1)(e) hawn
qabel jistgħu jkunu invokati unikament minn applikant għal, jew
id-detentur ta’ dritt konfliġġenti.
(4) Ir-raġunijiet fis-subartikolu (1)(f) hawn qabel jistgħu jiġu
unikament invokati mill-enti assoċjata ma’ dan kollu.
(5) Meta disinn ikun ġie rifjutat reġistrazzjoni skond ma hemm
fl-artikolu 74, jew dritt ta’ disinn ikun ġie dikjarat invalidu skond
ma hemm fis-subartikolu (1), id-disinn jista’ jiġi reġistrat jew id-
dritt ta’ disinn miżmum f’għamla emendata, jekk f’dik l-għamla
jkun jikkonforma mal-ħtiġiet għall-protezzjoni u tinżamm l-identità
tad-disinn. Tista’ reġistrazzjoni jew manutenzjoni f’għamla
emendata tinkludi reġistrazzjoni li jkollha magħha rifjut parzjali
mid-detentur tad-dritt fid-disinn reġistrat jew tniżżil fir-Reġistru
tad-disinn, ta’ deċiżjoni tal-qorti li tiddikjara l-invalidità  parzjali
tad-dritt tad-disinn.
Atti ta’ aġent jew 
rappreżentant.
Miżjud:
IX. 2003.116.
99. (1) Dawn id-disposizzjonijiet li ġejjin japplikaw meta
applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ disinn issir minn persuna li
tkun aġent jew rappreżentant ta’ persuna li tkun il-proprjetarju tad-
disinn f’pajjiż tal-Konvenzjoni.
(2) Il-proprjetarju jista’ b’ċitazzjoni quddiem il-Prim’Awla tal-
Qorti Ċivili:
(a) jitlob dikjarazzjoni ta’ invalidità  tar-reġistrazzjoni,
jew
(b) jitlob ir-rettifika tar-reġistru sabiex jissostitwixxi l-
isem tiegħu bħala l-proprjetarju tad-disinn reġistrat.
(3) Il-proprjetarju jista’ jirrestrinġi kull użu tad-disinn f’Malta
li ma jkunx awtorizzat minnu.
42 KAP. 417. ħ PRIVATTIVI INDUSTRIJALI U DISINNI
(4) Is-subartikoli (2) u (3) ma għandhomx japplikaw jekk, jew
sal-limitu li, aġent jew ir-rappreżentant juri li l-azzjonijiet tiegħu
kienu awtorizzati minn proprjetarju.
(5) Applikazzjoni taħt is-subartikolu (2) għandha ssir matul it-
tliet snin minn meta l-proprjetarju jsir jaf bir-reġistrazzjoni; u ebda
ordni ma tista’ ssir taħt is-subartikolu (3) dwar xi użu li fih il-
proprjetarju ma jkunx ħa azzjoni għal żmien kontinwu ta’ tliet snin
jew aktar.
X’jiġri meta 
jinżamm is-skiet.
Miżjud:
IX. 2003.116.
100. (1) Tista’ ma tinbediex azzjoni għall-invalidità  meta l-
persuna li tkun qed tagħmel l-azzjoni għalkemm tkun taf bl-użu ta’
disinn reġistrat f’Malta tkun żammet is-skiet għal żmien kontinwu
ta’ ħames snin dwar dak l-użu.
(2) Fil-każ imsemmi fis-subartikolu (1), meta l-azzjoni tinġieb
abbażi ta’ disinn reġistrat preċedenti jew ta’ dritt akkwiżit
preċedentement, il-proprjetarju tad-disinn reġistrat ma jkunx
intitolat jopponi l-użu tad-disinn preċedenti jew, skond il-każ, l-
esplojtazzjoni tad-dritt preċedenti, minkejja li d-disinn jew dritt
preċedenti jista’ ma jiġix aktar invokat dwar id-disinn reġistrat
tiegħu.
TAQSIMA XXI
DISPOSIZZJONIJIET AMMINISTRATTIVI
U OĦRAJN SUPPLIMENTARI
Kif jinżamm u 
x’ikun fih ir-
reġistru.
Miżjud:
IX. 2003.116.
101.(1)(a)Il-Kontrollur għandu jżomm reġistru ta’ disinni.
(b) Referenzi fit-Taqsimiet XVIII sa XXIV ta’ dan l-Att
għal ''ir-reġistru'' huma għal dak ir-reġistru; u referenzi
għal reġistrazzjoni, partikolarment, fil-frażi ''disinn
reġistrat'', huma, sakemm ir-rabta tal-kliem ma tkunx
teħtieġ xort’oħra, għal reġistrazzjoni f’dak ir-reġistru.
(2) Għandhom jitniżżlu fir-reġistru skond dan l-Att:
(a) disinni reġistrati;
(b) partikolaritajiet rilevanti ta’ operazzjonijiet
reġistrabbli li jolqtu disinn reġistrat, inklużi:
(i) id-data ta’ reġistrazzjoni kif stabbilita skond l-
artikoli 89 u 95,
(ii) id-data ta’ priorità  (jekk ikun hemm) kif
konsentita konformi ma’ pretensjoni dwar dritt
ta’ priorità  magħmul taħt l-artikolu 91 jew 92,
(iii) l-isem u l-indirizz tal-proprjetarju, u
(ċ) fil-każ ta’ assenjazzjoni ta’ disinn reġistrat:
(i) l-isem u l-indirizz tal-prokuratur, u
(ii) d-data ta’ l-assenjazzjoni;
(d) fil-każ ta’ l-għoti ta’ liċenza taħt disinn reġistrat:
(i) l-isem u l-indirizz tad-detentur ta’ liċenza,
(ii) meta l-liċenza tkun waħda limitata, deskrizzjoni
tal-limitazzjoni,
(iii) meta l-liċenza tkun liċenza esklużiva, dak il-fatt,
PRIVATTIVI INDUSTRIJALI U DISINNI ġ KAP. 417. 43
(iv) għal kemm żmien iddum il-liċenza jekk dan ikun
jew jiġi aċċertat bħala perjodu definittiv, u
(v) d-data meta titniżżel ir-reġistrazzjoni;
(e) fil-każ ta’ qorti jew ta’ xi awtorità  kompetenti oħra li
tittrasferixxi disinn reġistrat:
(i) l-isem u l-indirizz ta’ min isirlu t-trasferiment,
(ii) id-data ta’ l-ordni, u
(iii) id-data meta ssir ir-reġistrazzjoni;
(f) fil-każ ta’ trasferiment ta’ disinn reġistrat b’testment,
jew xort’oħra b’wirt:
(i) l-isem u l-indirizz tal-persuna jew persuni li ssir
favur tagħhom id-disposizzjoni testamentarja,
jew jgħaddi l-wirt jekk ikun hemm, u
(ii) id-data tad-disposizzjoni testamentarja jekk ikun
hemm, u tal-mewt tad- detentur ta’ qabel;
(g) fil-każ ta’ amalgamazzjoni, il-ħtiġiet speċifikati għar-
reġistrazzjoni ta’ assenjazzjoni; u
(h) kull ħaġ’oħra li għandha x’taqsam ma’ disinni
reġistrati hekk kif il-Kontrollur jista’ jqis li jkun
meħtieġ.
Spezzjoni pubblika 
tar-reġistru.
Miżjud:
IX. 2003.116.
102. (1) Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjoni ta’ l-
artikolu 105, ir-reġistru għandu jkun miftuħ għall-ispezzjoni
pubblika fl-Uffiċċju matul dak il-ħin li jistgħu jiġu stabbiliti mill-
Uffiċċju.
(2) Tista’ ssir riċerka fir-reġistru dwar disinn jew disinni b’xi
wieħed minn dawn il-modi li ġejjin:
(a) persuna li jkollha interess tista’ wara li tħallas l-
ammont stipulat tmur l-Uffiċċju u tagħmel riċerka għal
xi disinn jew disinni. Jekk il-persuna jew persuni li
jkunu qed jagħmlu r-riċerka jitolbu kopji ta’ xi
reġistrazzjoni relatata, estratti mir-reġistru jew kopji
tad-disinn, kemm awtentikati jew mhux awtentikati,
dawn għandhom jiġu pprovduti wara li jitħallas l-
ammont stipulat;
(b) persuna li jkollha interess tista’ wara li tħallas l-
ammont preskritt titlob bil-miktub lill-Uffiċċju biex
issir riċerka dwar xi disinn jew disinni. Jekk il-persuna
jew persuni li jkunu qed jitolbu r-riċerka jkunu
jeħtieġu kopji ta’ xi reġistrazzjoni relatata, estratti
mir-reġistru jew kopji tad-disinn, kemm awtentikati
jew mhux awtentikati, dawn għandhom jiġu pprovduti
wara li jitħallas id-dritt preskritt.
Rettifika jew 
korrezzjoni tar-
reġistru.
Miżjud:
IX. 2003.116.
103. (1) Persuna li jkollha interess biżżejjed tista’ tapplika
għar-rettifika ta’ xi żball jew omissjoni fir-reġistru:
Iżda applikazzjoni għal rettifika tista’ ma ssirx dwar xi
ħaġa li tkun tolqot il-validità  tar-reġistrazzjoni ta’ disinn.
(2) Iżda applikazzjoni għal rettifika tista’ ssir sew lill-
44 KAP. 417. ħ PRIVATTIVI INDUSTRIJALI U DISINNI
Kontrollur jew b’ċitazzjoni kontra l-Kontrollur u kull persuna oħra
li jkollha interess quddiem il-Qorti Ċivili, Prim’Awla:
Iżda jekk ikun hemm proċedimenti li jirrigwardaw ir-
reġistrazzjoni in kwistjoni pendenti quddiem il-Qorti:
(a) l-applikazzjoni għandha ssir permezz ta’ rikors
quddiem il-Qorti fl-atti tal-proċedimenti; u
(b) jekk l-applikazzjoni issir lill-Kontrollur, huwa jista’
f’kull stadju tal-proċedimenti jordna lill-applikant
jirreferixxi l-kwistjoni lill-Qorti skond is-subartikolu
(2).
(3) Ħlief meta l-Kontrollur jew il-Qorti jordnaw xort’oħra, l-
effett tar-rettifika tar-reġistru għandu jkun li l-iżball jew l-
ommissjoni in kwistjoni għandhom jitqiesu bħala li qatt ma saru.
(4) Il-Kontrollur jista’, meta jiġi hekk mitlub mill-proprjetarju
ta’ disinn reġistrat, jew detentur ta’ liċenza, jagħmel kull tibdil fl-
isem jew l-indirizz tiegħu kif ikun reġistrat fir-reġistru.
(5) Il-Kontrollur jista’ jneħħi mir-reġistru kull ma jidhirlu li
jkun temm milli jkollu xi siwi.
Setgħa li jintalab l-
użu ta’ formoli.
Miżjud:
IX. 2003.116.
104. Il-Kontrollur jista’ jeħtieġ l-użu ta’ dawk il-formoli li
huwa jista’ jordna għal kull skop li għandu x’jaqsam mar-
reġistrazzjoni ta’ disinn jew ta’ xi proċedura oħra fis-setgħa tiegħu
taħt dan l-Att.
Informazzjoni 
dwar 
applikazzjonijiet u 
disinni reġistrati.
Miżjud:
IX. 2003.116.
105. (1) Wara l-pubblikazzjoni tar-reġistrazzjoni ta’ disinn, il-
Kontrollur għandu, meta jiġi hekk mitlub, jipprovdi lil persuna
b’dik l-informazzjoni u jippermettilha tispezzjona kull dokument
ippreżentat jew miżmum fl-Uffiċċju li jkollu x’jaqsam mad-disinn
reġistrat, skond ma jista’ jiġi speċifikat fit-talba.
Kull talba bħal dik għandu jkollha magħha dak il-ħlas li
jista’ jkun stipulat.
(2) Qabel il-pubblikazzjoni tar-reġistrazzjoni ta’ disinn, dawk
id-dokumenti jew informazzjoni li jikkostitwixxu jew li għandhom
x’jaqsmu ma’ l-applikazzjoni, ma għandhomx jiġu ppubblikati
mill-Kontrollur jew ikunu disponibbli għall-pubbliku ħlief bil-
kunsens ta’ l-applikant.
(3) Il-Kontrollur ma għandux ikun obbligat jippermetti l-
ispezzjon ta’ xi dokument bħal dak imsemmi fis-subartikolu (1)
kemm-il darba huwa ma jkunx temm xi proċedura jew l-istadju fil-
proċedura li jkun rilevanti għad-dokument in kwistjoni, li huwa
jkun meħtieġ jew permess li jwettaq taħt l-Att.
(4) Id-dritt ta’ spezzjon taħt is-subartikolu (1) ma japplika
għal:
(a) ebda dokument sa żmien erbatax-il ġurnata wara li
jkun ġie ppreżentat fl-Uffiċċju;
(b) ebda dokument imħejji fl-Uffiċċju unikament bil-għan
li jintuża hemmhekk;
(ċ) ebda dokument mibgħut lill-Uffiċċju, kemm fuq talba
ta’ l-istess uffiċċju jew xort’oħra, għall-ispezzjon u
PRIVATTIVI INDUSTRIJALI U DISINNI ġ KAP. 417. 45
treġġigħ lura sussegwenti lill-mittent;
(d) ebda talba għal informazzjoni taħt dan l-artikolu;
(e) ebda dokument maħruġ jew riċevut mill-Uffiċċju li l-
Kontrollur iqis li għandu jiġi ttrattat bħala wieħed
kunfidenzjali;
(f) ebda dokument jew parti minn dokument li fl-opinjoni
tal-Kontrollur imaqdar lil xi persuna hekk li x’aktarx
jagħmlilha ħsara; jew
(g) ebda dokument ippreżentat flimkien ma’ jew mibgħut
lill-Uffiċċju qabel ma dan l-Att ikun sar liġi.
Esklużjoni ta’ 
responsabbiltà  
dwar atti uffiċjali.
Miżjud:
IX. 2003.116.
106. (1) Ir-reġistrazzjoni mill-Kontrollur ma għandhiex titqies
bħala garanzija minnu tal-validità  tar-reġistrazzjoni ta’ disinn taħt
dan l-Att jew taħt xi trattat, konvenzjoni, arranġament jew qbil li
Malta tkun parti fih.
(2) Il-Kontrollur ma jġorr fuqu ebda responsabbiltà  minħabba
jew f’dak li għandu x’jaqsam ma’ xi eżami meħtieġ jew awtorizzat
b’dan l-Att, jew xi trattat, konvenzjoni, arranġament jew qbil, jew
rapport jew proċediment ieħor li joħroġ minn dak l-eżami.
(3) Ma għandha ssir ebda azzjoni kontra uffiċjal tal-Kontrollur
dwar xi ħaġa li, bis-saħħa ta’ dan l-artikolu, il-Kontrollur ma jkunx
responsabbli għaliha.
Ir-reġistrazzjoni 
tkun prova ta’ 
validità  prima 
facie.
Miżjud:
IX. 2003.116.
107. Fil-proċedimenti legali kollha li għandhom x’jaqsmu ma’
disinn reġistrat (inklużi proċedimenti għar-rettifika tar-reġistru) ir-
reġistrazzjoni ta’ persuna bħala proprjetarju ta’ disinn għandha
tkun prova prima facie tal-validità  tar-reġistrazzjoni oriġinali u ta’
kull assenjazzjoni sussegwenti jew trasmissjoni oħra tagħhom.
Ċertifikazzjoni ta’ 
validità  ta’ 
reġistrazzjoni 
kontestata.
Miżjud:
IX. 2003.116.
108. Jekk fi proċedimenti quddiem il-Qorti l-validità  tar-
reġistrazzjoni ta’ disinn tiġi kkontestata u l-Qorti jirriżultalha li d-
disinn ikun reġistrat validament, il-Qorti għandha tiddeċiedi skond
dan.
Dritt tal-Kontrollur 
li jidher fi 
proċedimenti li 
jinvolvu r-reġistru.
Miżjud:
IX. 2003.116.
109. (1) Fi proċedimenti quddiem il-Qorti li jinvolvu talba -
(a) għar-revoka tar-reġistrazzjoni ta’ disinn,
(b) għal dikjarazzjoni ta’ l-invalidità  tar-reġistrazzjoni ta’
disinn, jew
(ċ) għar-rettifika tar-reġistru,
il-Kontrollur għandu jiġi avżat bil-proċedimenti u għandu jkun
intitolat jidher u li jinstama’ jekk ikun hekk ordnat jagħmel mill-
Qorti.
(2) Kemm-il darba ma jiġix xort’oħra ordnat mill-Qorti, il-
Kontrollur jista’, minflok ma jidher, jippreżenta fl-inkartament tal-
kawża dikjarazzjoni bil-miktub minnu ffirmata, fejn jingħata kull
partikular dwar -
(a) il-proċedimenti li jkun qed jittratta f’dak li għandu
x’jaqsam mal-punt in kwistjoni,
(b) ir-raġunijiet ta’ kull deċiżjoni relattiva minnu
mogħtija,
46 KAP. 417. ħ PRIVATTIVI INDUSTRIJALI U DISINNI
(ċ) il-prattika ta’ l-Uffiċċju f’każijiet simili, jew
(d) kull ħaġa oħra rilevanti għall-punti in kwistjoni u li hu
jkun jaf bihom bħala Kontrollur hekk kif huwa jista’
jqis li jkun adatt, 
u d-dikjarazzjoni għandha titqies bħala li tifforma parti mill-provi
fil-proċedimenti.
Appelli mid-
deċiżjoni tal-
Kontrollur.
Miżjud:
IX. 2003.116.
Kap. 12
110. (1) Jista’ jsir appell minn kull deċiżjoni tal-Kontrollur
taħt it-Taqsimiet XVIII sa XXIV ta’ dan l-Att quddiem il-Qorti ta’
l-Appell kompost bil-mod provdut fl-artikolu 41(6) tal-Kodiċi ta’
Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili b’rikors li jsir fi żmien
ħmistax-il ġurnata min-notifika tad-deċiżjoni tal-Kontrollur.
(2) Għall-finijiet tas-subartikolu (1) ''deċiżjoni'' tfisser att, li
ma jkunx xi wieħed minn dawk l-atti li jista’ jkun stipulat
b’regolamenti, magħmul mill-Kontrollur fl-eżerċizzju tad-
diskrezzjoni vestita fih b’dan l-Att jew taħtu.
(3) Il-Ministru bi ftehim mal-Ministru responsabbli għall-
ġustizzja jista’ jagħmel regoli li jkunu jirregolaw l-appelli quddiem
il-Qorti ta’ l-Appell taħt it-Taqsimiet XVIII sa XXIV ta’ dan l-Att,
u li jkunu jagħtu skala ta’ spejjeż u ħlasijiet f’dak li għandu
x’jaqsam ma’ dawk l-appelli.
Ħinijiet tax-xogħol 
u ġranet tax-
xogħol.
Miżjud:
IX. 2003.116.
111. (1) Il-Kontrollur jista’ jagħti ordnijiet li jkunu
jispeċifikaw il-ħinijiet tax-xogħol ta’ l-Uffiċċju għall-fini ta’ l-
operazzjoni mill-pubbliku ta’ kull xogħol taħt dan l-Att, u l-ġranet
li jkunu ġranet tax-xogħol għal dak l-għan.
(2) Ix-xogħol li jsir f’ġurnata tax-xogħol wara l-ħinijiet tax-
xogħol speċifikati, jew f’xi ġurnata li ma tkunx ġurnata tax-xogħol,
għandu jitqies li jkun sar fil-ġurnata tax-xogħol li jmiss; u meta ż-
żmien biex issir xi ħaġa taħt dan l-Att jiskadi f’ġurnata li ma tkunx
ġurnata tax-xogħol, dak iż-żmien għandu jiġi estiż għall-ġurnata
tax-xogħol li tmiss.
(3) Ordnijiet taħt dan l-artikolu jistgħu jagħmlu
disposizzjonijiet differenti għal klassijiet ta’ xogħol differenti u
dawn għandhom jiġu ppubblikati bil-mod stipulat.
Għarfien ta’ aġenti.
Miżjud:
IX. 2003.116.
112. (1) Meta bis-saħħa tat-Taqsimiet XVIII sa XXIV ta’ dan
l-Att xi att ikollu jsir minn jew lil xi persuna f’dak li għandu
x’jaqsam ma’ xi proċedimenti jew xi ħaġa taħt dan l-Att, l-att ikun
jista’ jsir, taħt u skond ir-regolamenti, minn jew lil aġent ta’ dik il-
persuna debitament awtorizzata bil-miktub:
Iżda l-Kontrollur jista’ f’xi każ partikolari jeħtieġ il-firma
personali jew il-preżenza ta’ l-aġent jew tal-persuna li tkun qed
tawtorizzah jagħmilha ta’ aġent.
(2) Jekk l-applikant ma jkollux ir-residenza ordinarja jew il-
post tax-xogħol prinċipali tiegħu f’Malta, huwa għandu jawtorizza
lil aġent li jkollu ir-residenza ordinarja jew jew il-post tax-xogħol
prinċipali tiegħu f’Malta sabiex jirrappreżentah bil-mod stipulat
fis-subartikolu (1):
Iżda dan is-subartikolu ma għandux japplika mill-1 ta’
Mejju, 2004 għal applikant li jkollu r-residenza ordinarja jew il-
PRIVATTIVI INDUSTRIJALI U DISINNI ġ KAP. 417. 47
post tax-xogħol prinċipali tiegħu f’xi Stat Membru.
TAQSIMA XXII
KSUR
Azzjoni dwar ksur.
Miżjud:
IX. 2003.116.
113. (1) Persuna li bi ksur ta’ l-artikolu 75 tesplojta disinn
reġistrat għandha tkun responsabbli għad-danni li jġarrab il-
proprjetarju tad-dritt tad-disinn jew id-detentur ta’ liċenza.
(2) Il-proċedimenti dwar ksur għandhom jinġiebu quddiem il-
Qorti Ċivili, Prim’Awla, u dawn ma jistgħux jinbdew wara ħames
snin mid-data meta l-parti aggravata tkun saret taf bil-ksur u l-
identità  tal-kontravenjent allegat.
(3) F’azzjoni dwar ksur għandhom ikunu disponibbli għall-
attur dawk ir-rimedji kollha bħalma jeżistu dwar il-ksur ta’ xi dritt
ta’ proprjetà  ieħor.
Ordni għall-
konsenja ta’ 
makkinarju, 
prodotti jew 
materjal 
kontravenjenti.
Miżjud:
IX. 2003.116.
114. (1) Il-Qorti tista’, iktar minn hekk, fuq talba ta’ l-attur,
tordna li l-makkinarju jew mezzi industrijali oħra jew apparat ieħor
użat bi ksur tad-disinn, il-prodotti kontravenjenti, u l-apparat
maħsub għall-produzzjoni tagħhom, għandhom jiġu kkonfiskati,
għal kollox jew parzjalment, u kkunsinnati lill-proprjetarju tad-
disinn jew tali persuna oħra li l-Qorti tista’ tordna, mingħajr
preġudizzju għal kull rimedju ieħor.
(2) Ma tistax issir azzjoni għal ordni taħt is-subartikolu (1)
wara tmiem iż-żmien ħames snin mid-data meta jkun sar il-prodott
kontravenjenti ħlief kif ipprovdut f’dan is-subartikolu li ġej.
(3) Meta matul dak iż-żmien kollu jew parti minnu l-
proprjetarju tad-disinn reġistrat ma jkunx jista’ minħabba fi frodi
jew ħabi jiskopri l-fatti li jintitolawh biex jieħu azzjoni dwar xi
ordni, l-applikazzjoni tista’ ssir f’kull waqt qabel tmiem żmien
ħames snin mid-data meta huwa seta’ b’diliġenza raġonevoli
skopra dawk il-fatti.
Ordni dwar it-
tneħħija ta’ 
makkinarju, 
prodotti jew 
materjal 
kontravenjenti.
Miżjud:
IX. 2003.116.
115. (1) Meta oġġetti, materjal jew prodotti kontravenjenti
jkunu ġew ċeduti konformement ma’ ordni taħt l-artikolu 144, tista’
tibġieb quddiem il-Qorti azzjoni permezz ta’ ċitazzjoni kontra kull
persuna li jkollha interess fil-prodotti minn xi parti interessata
biex:
(a) jikseb ordni li dawn jiġu meqruda jew ikkonfiskati
favur dik il-persuna li l-Qorti tista’ tqis adatta, jew
(b) tingħata deċiżjoni li ma għandu jsir ebda ordni bħal
dak.
(2) Fil-konsiderazzjoni tad-deċiżjoni tagħha, il-Qorti għandha
tqis jekk rimedji oħra disponibbli f’azzjoni dwar ksur tad-disinn
reġistrat ikunux adegwati biex jikkompensaw lill-proprjetarju u lid-
detentur ta’ liċenza bil-għan li jipproteġi l-interessi tagħhom.
(3) Persuna li jkollha interess għandha tkun intitolata li:
(a) tidher fi proċedimenti dwar ordni taħt dan l-artikolu,
kemm jekk tkun kemm jekk ma tkunx, ġiet notifikata
b’avviż, u
48 KAP. 417. ħ PRIVATTIVI INDUSTRIJALI U DISINNI
(b) tappella kontra kull ordni magħmula, kemm jekk tkun
kemm jekk ma tkunx, dehret quddiem l-ewwel qorti, u
kull ordni bħal dak ma għandux ikollu seħħ sakemm
tmiem l-perjodu li fih jista’ jiġi ppreżentat appell jew,
jekk qabel tmiem dak iż-żmien ikun ġie hekk
ippreżentat appell, sakemm il-proċedimenti ta’ l-appell
jkunu ġew finalment deċiżi jew abbandunati.
(4) Meta jkun hemm aktar minn persuna waħda interessata fil-
prodotti, il-Qorti għandha tagħmel dak l-ordni li tqis adatt.
(5) Jekk il-Qorti tiddeċiedi li ma għandu jsir ebda ordni taħt
dan l-artikolu, il-persuna li l-prodotti kienu fil-pussess, kustodja
jew kontroll tagħha qabel ma jkunu ġew ċeduti għandha tkun
intitolata għat-treġġigħ lura tagħhom.
Rimedju għal 
theddid bla bażi ta’ 
proċedimenti dwar 
xi ksur.
Miżjud:
IX. 2003.116.
116. (1) Meta persuna thedded lil persuna oħra bi
proċedimenti dwar ksur ta’ disinn reġistrat li ma jkunux dawk li
hemm provdut dwarhom f’dan l-Att, kull persuna aggravata tista’
tibda proċedimenti għall-ħelsien taħt dan l-artikolu b’ċitazzjoni
quddiem il-Qorti Ċivili, Prim’Awla.
(2) Il-ħelsien li jistgħu isiru l-proċedimenti dwaru hu dan kollu
jew x’uħud minn dawn li ġejjin -
(a) dikjarazzjoni li t-theddid ma jkunx ġustifikat,
(b) inibizzjoni kontra t-tkomplija tat-theddid,
(ċ) danni dwar kull telf li l-attur jista’ jkun ġarrab bit-
theddid,
u l-attur ikun intitolat għal dak il-ħelsien kemm-il darba l-konvenut
ma jġibx prova li l-atti li dwarhom il-proċedimenti kienu mhedda
ma jikkostitwux, jew dawn isiru ma jkunux kieku jikkostitwixxu,
ksur tad-disinn reġistrat in kwistjoni.
(3) Meta l-konvenut iġib prova li l-atti li dwarhom il-
proċedimenti kienu mhedda jikkostitwixxu jew ikunu kieku
jikkostitwixxu ksur tad-disinn reġistrat, l-attur għandu madankollu
jkun intitolat għall-ħelsien jekk huwa jġib prova li r-reġistrazzjoni
tad-disinn tkun waħda invalida jew li din tista’ tiġi revokata.
(4) In-notifika sempliċi li disinn ikun reġistrat, jew li tkun saret
applikazzjoni għal reġistrazzjoni, ma jikkostitwix theddida ta’
proċedimenti għall-finijiet ta’ dan l-artikolu.
Użu mhux 
awtorizzat ta’ 
disinn reġistrat.
Miżjud:
IX. 2003.116.
117. (1) Persuna li bil-għan li tagħmel qligħ għaliha nnifisha
jew għal xi persuna oħra, jew li bil-ħsieb li tikkaġuna xi telf lil
persuna oħra, u mingħajr il-kunsens tal-proprjetarju, bi ksur ta’ l-
artikolu 75 tesplojta disinn reġistrat tkun ħatja ta’ reat kontra dan l-
artikolu u tista’, meta tinsab ħatja, priġunerija għal żmien mhux
iżjed minn tliet snin jew multa ta’ mhux iżjed minn għaxart elef lira
jew dik il-multa u priġunerija flimkien.
(2) Persuna akkużata b’reat kontra dan l-artikolu tista’ ġġib
prova b’difiża li kienet raġonevolment taħseb li l-użu tad-disinn
bil-mod kif dan ikun ġie użat, jew kif kellu jintuża, ma kienx ksur
tad-disinn reġistrat.
PRIVATTIVI INDUSTRIJALI U DISINNI ġ KAP. 417. 49
Falsifikazzjoni ta’ 
reġistru.
Miżjud:
IX. 2003.116.
118. (1) Persuna li għax tkun taf jew ikollha tassew għaliex
taħseb li informazzjoni tkun falza -
(a) tagħmel, jew iġġiegħel li ssir, iskrizzjoni falza fir-
reġistru ta’ disinni; jew
(b) tagħmel, jew iġġiegħel li ssir, xi ħaġa li b’mod falz turi
li tkun kopja ta’ iskrizzjoni fir-reġistru, jew
(ċ) tipproduċi jew tagħti jew iġġiegħel li tiġi prodotta bi
prova jew li tingħata bħala xiehda xi ħaġa bħal dik,
tkun ħatja ta’ reat kontra dan l-artikolu.
(2) Persuna li tkun ħatja ta’ reat kontra dan l-artikolu tista’,
meta tinsab ħatja, teħel priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed minn
sentejn jew multa ta’ mhux iżjed minn ħamest elef lira jew dik il-
multa u priġunerija flimkien.
Turija b’qerq ta’ 
disinn bħala 
wieħed reġistrat.
Miżjud:
IX. 2003.116.
119. (1) Kull min iqiegħed f’ċirkolazzjoni, jew ibigħ xi
prodott, li b’mod falz ikun juri li disinn applikat jew inkorporat f’xi
prodott mibjugħ minnu jkun wieħed reġistrat, ikun ħati ta’ reat
kontra dan is-subartikolu u, meta jinsab ħati, jista’ jeħel multa ta’
mhux inqas minn mitt lira u mhux iżjed minn ħamest elef lira.
Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu persuna li tbigħ prodott li
jkollu ttimbrat, imnaqqax jew mitbugħ fuqu jew xort’oħra applikat
fuqu l-kelma ''reġistrat'', jew kull kelma oħra li tkun tesprimi jew
timplika li d-disinn applikat fuq il-prodott ikun wieħed reġistrat,
għandha titqies għall-finijiet ta’ dan l-artikolu li tkun qed tfisser li
d-disinn applikat fuq il-prodott ikun wieħed reġistrat.
(2) Kull persuna, li wara li jiskadi d-dritt f’disinn reġistrat,
timmarka prodott li d-disinn ikun ġie applikat fuqu bil-kelma
''reġistrat'', jew b’xi kelma jew kliem li jimplikaw li jkun hemm
dritt sussistenti fid-disinn taħt dan l-Att, jew tikkaġuna prodott bħal
dak li jiġi hekk immarkat, tkun ħatja ta’ reat kontra dan is-
subartikolu u tista’, meta tinsab ħatja, teħel multa ta’ mhux anqas
minn mitt lira u mhux iżjed minn ħamest elef lira.
Użu mhux 
awtorizzat ta’ xi 
tagħmir, emblemi, 
eċċ.
Miżjud:
IX. 2003.116.
120. (1) Persuna ma għandhiex, mingħajr l-awtorità  tal-
President, tuża f’dak li għandu x’jaqsam ma’ xi negozju ebda
tagħmir, emblema jew titolu b’tali mod li jista’ jitqies li jwassal lil
wieħed jaħseb li l-persuna tkun impjegata mill-President jew li
tfornih b’oġġetti jew servizzi.
(2) Persuna li tikser id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1)
tkun ħatja ta’ reat kontra dan l-artikolu u tista’, meta tinsab ħatja,
teħel multa ta’ mhux iżjed minn tliet elef lira.
Konsenja ta’ 
makkinarju, 
oġġetti 
kontravenjenti, 
eċċ.
Miżjud:
IX. 2003.116.
121. Il-Qorti tista’, iktar minn hekk, fil-każijiet imsemmija fl-
artikolu 117, fuq talba tal-prosekuzzjoni, tordna li l-makkinarju jew
kull mezz jew tagħmir ieħor industrijali użat bi ksur tad-drittijiet
tal-proprjetarji tad-disinni, il-prodotti kontravenjenti, u l-apparat
maħsub għall-produzzjoni tagħhom, jiġi kkonfiskat, għal kollox
jew f’parti minnu, u kkunsinnat lid-detentur tad-disinn, mingħajr
preġudizzju għal kull dritt ieħor għall-ħelsien taħt dan l-Att.
50 KAP. 417. ħ PRIVATTIVI INDUSTRIJALI U DISINNI
Setgħat tal-
Maġistrati.
Miżjud:
IX. 2003.116.
122. Filwaqt li jkunu qed isiru proċedimenti dwar xi wieħed
mir-reati msemmija f’din it-Taqsima, jekk Maġistrat ikun sodisfatt
bl-informazzjoni ġuramentata li jkun hemm tassew raġuni li jiġi
suspettat li xi merkanzija jew oġġetti li permezz tagħhom, jew
f’dak li għandu x’jaqsam magħhom, ikun sar ir-reat, ikunu jinsabu
f’xi dar jew fond ta’ l-akkużat, jew ikunu fil-pussess tiegħu jew
taħt il-kontroll tiegħu f’xi post ieħor, huwa jista’, b’ordni li tkun
iġġib il-firma tiegħu, jordna lil uffiċċjal tal-Pulizija li jissemma fl-
ordni, jidħol f’xi dar, fond jew post, li wkoll għandhom jissemmew
f’dak il-mandat, u biex hemm ifittxu, jelevaw u jneħħu dik il-
merkanzija jew dawk l-oġġetti.
Meta sid l-oġġetti 
ma jkunx magħruf.
Miżjud:
IX. 2003.116.
123. Jekk sid ta’ xi merkanzija jew oġġetti, li kieku kellu jinsab
ħati ta’ xi wieħed mir-reati msemmija f’din it-Taqsima, kien jista’
jeħel il-konfiska, ma jkunx magħruf jew ma jkunx jista’ jinsab, kull
Maġistrat jista’ bl-istess mod u fiċ-ċirkostanzi meħtieġa fl-artikolu
122, joħroġ dik l-ordni.
Konfiska ta’ 
oġġetti elevati.
Miżjud:
IX. 2003.116.
124. Il-merkanzija u l-oġġetti hekk elevati għandhom jinġiebu
quddiem is-seduta tal-Qorti tal-Maġistrati bħala qorti ta’
ġudikatura kriminali, u dik il-Qorti għandha tistabbilixxi kemm
dawn ikunu jistgħu jiġu kkonfiskati taħt dan l-Att.
Proċedura meta s-
sid ma jkunx 
magħruf.
Miżjud:
IX. 2003.116.
125. (1) Fil-każ imsemmi fl-artikolu 123, il-Qorti għandha
tordna li jinħarġu l-bandi li għandhom jiġu ppubblikati darbtejn,
b’intervall ta’ mill-inqas tmenin ġurnata, fil-Gazzetta, u li jiġu
mwaħħlin fid-daħla ta’ l-edifiċċju tal-bini tal-Qorti, u f’kull post
ieħor li l-Qorti tista’ tqis xieraq, fejn jiġi ddikjarat li l-merkanzija
jew l-oġġetti elevati għandhom jiġu kkonfiskati, kemm-il darba fil-
ħin u l-post imsemmija fil-bandi s-sid ta’ dik il-merkanzija jew
oġġetti jew xi persuna oħra interessata f’dik il-merkanzija jew
oġġetti ma tattendix quddiem il-Qorti fil-ħin u l-post indikati fil-
bandi u tgħid għaliex ma għandux isir il-kuntrarju. Il-persuna li
mill-pussess tagħha jkunu ġew elevati l-merkanzija jew l-oġġetti,
għandha wkoll, meta jkun magħruf fejn hija tinsab, tiġi notifikata
bil-bandi.
(2) Jekk is-sid jew xi persuna f’ismu, jew xi persuna oħra
interessata f’dik il-merkanzija jew dawk l-oġġetti, tonqos milli
tattendi fil-ħin u l-post imsemmija fil-bandi biex tgħid għaliex
m’għandux isir il-kuntrarju, il-Qorti tkun tista’ tordna li dik il-
merkanzija jew dawk l-oġġetti jew xi parti minnhom għandhom
jiġu kkonfiskati.
Għoti ta’ kumpens 
lil partijiet li jkunu 
bonafidi.
Miżjud:
IX. 2003.116.
126. Il-Qorti tista’ tordna li l-merkanzija jew l-oġġetti hekk
konfiskati għandhom jinqerdu jew li jsir minnhom, u tista’ wkoll
tordna li, mir-rikavat nett li jista’ jiġi realizzat mit-tneħħija ta’ dik
il-merkanzija jew dawk l-oġġetti u sa l-ammont tagħhom, kull
persuna li, għax kienet bonafidi, sofriet danni mill-konfiska,
għandha tingħata kumpens dwar kull telf li hija tkun ġarrbet.
Preskrizzjoni ta’ 
azzjonijiet 
kriminali.
Miżjud:
IX. 2003.116.
127. Azzjonijiet kriminali taħt dan l-Att għandhom jiġu
preskritti bl-iskadenza ta’ tliet snin mill-ġurnata meta jkun sar l-att
li jikkostitwixxu r-reat, jekk il-persuna li l-att ikun sar bi
preġudizzju tagħha, ma kenitx taf bih minn qabel; fil-każijiet l-oħra
kollha dik l-azzjoni għandha tiġi preskritta bl-iskadenza ta’ sena
mill-ġurnata minn meta dik il-persuna saret taf b’dak l-att.
PRIVATTIVI INDUSTRIJALI U DISINNI ġ KAP. 417. 51
Drittijiet għal 
danni mhux 
milquta.
Miżjud:
IX. 2003.116.
128. Id-disposizzjonijiet ta’ din it-Taqsima għandhom
japplikaw mingħajr preġudizzju għad-dritt ta’ kull persuna li tfittex
għad-danni b’konsegwenza ta’ kull att li jikkostitwixxi reat.
Prinċipal u 
impjegat.
Miżjud:
IX. 2003.116.
129. Ma għandu jinbeda ebda proċediment kontra xi persuna fis-
servizz ta’ xi persuna oħra, jekk, huwa juri li b’mod bonafidi, huwa
aġixxa b’mod ubbidjenti għall-istruzzjonijiet tal-prinċipal tiegħu,
u, fl-interrogazzjonijiet mill-Pulizija, jagħti informazzjoni sħiħa li
jkollha x’taqsam mal-prinċipal tiegħu u mal-fatti tal-każ skond ma
huwa jkun jafhom.
TAQSIMA XXIII
DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI
Fuq min taqa’ l-
prova dwar l-użu 
ta’ disinn.
Miżjud:
IX. 2003.116.
130. Fi proċedimenti ċivili taħt dan l-Att jekk tqum kwistjoni
dwar l-użu li jkun sar minn disinn reġistrat, il-piż tal-prova li dak l-
użu partikolari jkun sar jaqa’ fuq il-proprjetarju.
Preskrizzjoni ta’ 
azzjonijiet ċivili.
Miżjud:
IX. 2003.116.
131. Azzjonijiet ċivili taħt it-Taqsimiet XVIII sa XXIV ta’ dan
l-Att għandhom jiġu preskritti meta jiskadu ħames snin fil-każijiet
kollha li fihom ma jkun stabbilit ebda perjodu ieħor f’dan l-Att li
fih jistgħu jinġiebu dawk l-azzjonijiet.
TAQSIMA XXIV
REGOLAMENTI
Setgħa tal-Ministru 
li jagħmel 
regolamenti.
Miżjud:
IX. 2003.116.
132. (1) Il-Ministru responsabbli għall-protezzjoni tal-
proprjetà  industrijali jista’ jagħmel regolamenti sabiex it-Taqsimiet
XVIII sa XXIV ta’ dan l-Att ikunu jistgħu jiġu amministrati aħjar,
billi jagħmel dawk ir-regoli li jkunu meħtieġa bid-disposizzjonijiet
ta’ l-imsemmija partijiet ta’ dan l-Att, billi jordna kull ħaġa
awtorizzata jew meħtieġa b’xi disposizzjoni ta’ dan l-Att li tkun
preskritta, u ġeneralment biex tiġi regolata l-prattika u l-proċedura
taħt l-imsemmija partijiet, u partikolarment jistgħu isiru
provvedimenti:
(a) dwar it-tifsir ta’ kliem u frażijiet użati f’dan l-Att;
(b) dwar l-għoti, rifjut jew ċessjoni ta’ disinn reġistrat;
(ċ) dwar il-pattijiet ta’ tiġdid ta’ disinn reġistrat;
(d) dwar il-mod kif jiġu ppreżentati applikazzjonijiet u
dokumenti oħra kif ukoll il-ħlasijiet ta’ drittijiet
rispettivi kollha u drittijiet oħra taħt it-Taqsimiet
imsemmija ta’ dan l-Att;
(e) li jkunu jeħtieġu u jirregolaw it-traduzzjoni ta’
dokumenti u l-preżentata u l-awtentikazzjoni ta’ kull
traduzzjoni;
(f) dwar in-notifika ta’ dokumenti;
(g) dwar affarijiet li għandhom x’jaqsmu mar-reġistru ta’
disinni, partikolarment dwar:
(i) l-emenda ta’ partikolaritajiet reġistrati li
għandhom x’jaqsmu ma’ liċenza biex hekk
jirriflettu kull bdil fil-pattijiet tal-liċenza, u
52 KAP. 417. ħ PRIVATTIVI INDUSTRIJALI U DISINNI
(ii) it-tneħħija ta’ dawk il-partikolaritajiet mir-
reġistru;
(h) dwar il-klassifikazzjoni ta’ disinni reġistrati;
(i) li jawtorizzaw ir-rettifika ta’ irregolaritajiet fil-
proċedura;
(j) dwar proċeduri, sanzjonijiet u kull ħaġa oħra li
għandha x’taqsam mal-ksur tad-disposizzjonijiet ta’ l-
imsemmija Taqsimiet ta’ dan l-Att;
(k) li jkunu jippreskrivu t-termini ta’ żmien dwar kull
ħaġa meħtieġa li ssir f’dak li għandu x’jaqsam ma’ xi
proċediment taħt l-imsemmija Taqsimiet ta’ dan l-Att;
(l) li jkunu jipprovdu dwar l-estensjoni ta’ kull terminu
ta’ żmien hekk stipulat, jew speċifikat mill-Kontrollur
kemm jekk dak it-terminu ta’ żmien ikun diġà  skada
jew ma jkunx; u
(m) li tirregola d-disposizzjonijiet amministrattivi u oħrajn
supplimentari.
(2) Il-Ministru jista’ wkoll minn żmien għal żmien jagħmel
regolamenti li ma jkunux inkonsistenti ma’ l-imsemmija Taqsimiet
ta’ dan l-Att u li jkunu jordnaw kull ħaġa li b’dan l-Att tkun
meħtieġa jew permessa li tiġi stipulata jew li tkun meħtieġa jew
mixtieqa li tiġi stipulata għat-twettiq jew l-għoti ta’ seħħ lil dan l-
Att, jew biex isir kull xogħol li għandu x’jaqsam ma’ l-Uffiċċju tal-
Kontrollur.
(3) Il-Ministru jista’ wkoll jagħmel regolamenti li jagħtu seħħ
f’Malta lid-disposizzjonijiet ta’ xi istrument ta’ reġistrazzjoni ta’
disinn internazzjonali jew reġjonali jew ta’ kull ftehim relatat li
Malta ssir parti fih.
Tħassir ta’ l-
Ordinanza dwar il-
Protezzjoni tal-
Proprjetà  
Industrijali u 
disposizzjoni 
transitorja.
Miżjud:
IX. 2003.116.
Kap. 29.
133. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ din it-Taqsima l-
Ordinanza dwar il-Protezzjoni tal-Proprjetà  Industrjali qiegħda
b’dan tiġi mħassra.
(2) F’dan l-artikolu:
''disinn reġistrat eżistenti'' tfisser disinn, reġistrat taħt l-
Ordinanza dwar il-Protezzjoni tal-Proprjetà  Industrjali minnufih
qabel il-bidu fis-seħħ tat-Taqsimiet XVIII sa XXIV ta’ dan l-Att;
''il-liġi l-qadima'' tfisser l-Ordinanza dwar il-Protezzjoni tal-
Proprjetà  Industrjali u kull liġi jew regola oħra tal-liġi li tapplika
għal disinni reġistrati eżistenti minnufih qabel il-bidu fis-seħħ tat-
Taqsimiet XVIII sa XXIV ta’ dan l-Att;
''reġistru l-ġdid'' tfisser ir-reġistru miżmum taħt it-Taqsimiet
XVIII sa XXIV ta’ dan l-Att;
''reġistru preċedenti'' tfisser ir-reġistru miżmum taħt il-liġi l-
qadima.
(3) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu:
(a) applikazzjoni għandha tiġi ttrattata bħala pendenti fil-
bidu fis-seħħ tat-Taqsimiet XVIII sa XXIV ta’ dan l-
Att jekk din tkun saret imma mhux finalment deċiża
PRIVATTIVI INDUSTRIJALI U DISINNI ġ KAP. 417. 53
qabel dak il-bidu fis-seħħ; u
(b) id-data meta din tkun saret għandha titqies bħala d-
data meta tkun saret il-preżentata taħt il-liġi l-qadima.
Disinni reġistrati 
eżistenti.
(4) Disinni reġistrati eżistenti għandhom, fil-bidu fis-seħħ ta’
dan l-artikolu, jiġu trasferiti fir-reġistru l-ġdid u bla ħsara għad-
disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu, għandu jkollhom seħħ
daqslikieku dawn kienu reġistrati taħt it-Taqsimiet XVIII sa XXIV
ta’ dan l-Att.
Proċedimenti taħt 
il-liġi l-qadima.
(5) Proċedimenti taħt il-liġi l-qadima li jkunu għadhom
pendenti fil-bidu fis-seħħ ta’ dan l-artikolu għandhom jiġu ttrattati
taħt il-liġi l-qadima u fir-reġistru l-ġdid għandu jsir kull bdil
meħtieġ konformi ma’ dawk il-proċedimenti.
Effetti ta’ ksur 
dwar ir-
reġistrazzjoni.
(6) (a) Mal-bidu fis-seħħ ta’ dan l-artikolu, l-artikoli 75 u 76
ta’ dan l-Att għandhom japplikaw f’dak li għandu
x’jaqsam ma’ disinn reġistrat eżistenti u bla ħsara
għall-paragrafu (b), l-artikolu 113 għandu jkun
japplika f’dak li għandu x’jaqsam mal-ksur ta’ disinn
reġistrat eżistenti li jsir wara l-bidu fis-seħħ ta’ dan l-
artikolu.
(b) Wara l-bidu fis-seħħ ta’ dan l-artikolu, ma għandux
jitqies bħala ksur -
(i) ta’ disinn reġistrat eżistenti, jew
(ii) ta’ disinn reġistrat li l-elementi distintivi tiegħu
jkunu l-istess jew sostanzjalment l-istess bħal
dawk ta’ disinn reġistrat eżistenti,
li jitkompla jsir xi użu bħal dak li ma kienx jammonta
għal ksur tad-disinn reġistrat eżistenti taħt il-liġi l-
qadima.
Oġġetti, materjal 
jew prodotti 
kontravenjenti.
(7) L-artikolu 114 għandu japplika għal oġġetti, materjal jew
prodotti kontravenjenti kemm magħmulin qabel kemm wara l-bidu
fis-seħħ ta’ dan l-artikolu.
Drittijiet u rimedji 
ta’ detentur ta’ 
liċenza.
(8) L-artikolu 86 tgħandu jkun japplika għal liċenzi mogħtija
qabel il-bidu fis-seħħ ta’ dan l-Att, imma biss f’dak li għandu
x’jaqsam ma’ kull ksur magħmul wara l-bidu fis-seħħ tiegħu.
Komproprjetà  ta’ 
disinn reġistrat.
(9) Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 80 għandhom japplikaw
sa mill-bidu fis-seħħ ta’ dan l-artikolu għal disinni reġistrati
eżistenti li żewġ persuni jew aktar kienu minnufih qabel il-bidu fis-
seħħ ta’ dan l-artikolu reġistrati dwaru bħala proprjetarji konġunti.
Assenjazzjoni, 
eċċ., ta’ disinn 
reġistrat.
(10) (a) L-artikolu 81 għandu japplika għal operazzjonijiet u
ġrajjiet li jiġru wara l-bidu fis-seħħ ta’ dan l-artikolu
f’dak li għandu x’jaqsam ma’ disinni reġistrati
eżistenti; u għandha tkompli tapplika l-liġi l-qadima
f’dak li għandu x’jaqsam ma’ operazzjonijiet u ġrajjiet
li jiġru qabel il-bidu fis-seħħ tagħha.
(b) Meta, qabel il-bidu fis-seħħ ta’ dan l-Att, persuna tkun
saret intitolata bl-assenjazzjoni jew it-trasmissjoni għal
disinn reġistrat eżistenti imma ma tkunx irreġistrat it-
titolu tagħha, kull applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’
assenjazzjoni wara l-bidu fis-seħħ tiegħu għandha ssir
54 KAP. 417. ħ PRIVATTIVI INDUSTRIJALI U DISINNI
taħt l-artikolu 83.
Liċenzjar ta’ disinn 
reġistrat.
(11) L-artikoli 84 u 85 għandhom japplikaw biss f’dak li għandu
x’jaqsam ma’ liċenzi mogħtija wara l-bidu fis-seħħ ta’ dan l-
artikolu.
Applikazzjonijiet 
pendenti għal 
reġistrazzjoni.
(12) Applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ disinn taħt il-liġi l-
qadima li tkun pendenti mal-bidu fis-seħħ ta’ dan l-artikolu
għandha tiġi ttrattata taħt il-liġi l-qadima, u, meta reġistrat, id-
disinn għandu jiġi ttrattat għall-finijiet ta’ dan l-artikolu bħala
disinn reġistrat eżistenti.
Konverżjoni ta’ 
applikazzjoni 
pendenti.
(13) (a) Fil-każ ta’ applikazzjoni pendenti għal reġistrazzjoni
ppreżentata qabel il-bidu fis-seħħ ta’ dan l-artikolu, l-
applikant jista’ javża lill-Kontrollur fejn jitolbu li jiġi
stabbilit dwar kemm il-marka tista’ tiġi reġistrata
skond id-disposizzjonijiet tat-Taqsimiet XVIII sa
XXIV ta’ dan l-Att.
(b) Flimkien ma’ l-avviż għandu jkun hemm il-ħlas adatt u
dan għandu jingħata mhux iżjed tard minn sitt xhur
wara l-bidu fis-seħħ ta’ dan l-artikolu.
(ċ) Ġaladarba jingħata l-avviż dan għandu jkun
irrevokabbli u għandu jkollu l-effett li l-applikazzjoni
għandha tiġi ttrattata daqslikieku tkun ġiet magħmula
minnufih wara l-bidu fis-seħħ ta’ dan l-artikolu.
Disinni reġistrati 
skond il-
klassifikazzjoni l-
qadima.
(14) Il-Kontrollur jista’ jeżerċita s-setgħat mogħtija b’dan l-Att
biex jiżgura li d-disinni reġistrati eżistenti li ma jkunux
jikkonformaw mas-sistema ta’ klassifikazzjoni stipulata taħt l-
artikolu 90 isiru konformi bis-saħħa ta’ dik is-sistema.
Pretensjoni dwar 
priorità  minn 
applikazzjonijiet 
ġejjin minn barra l-
pajjiż.
(15) L-artikolu 91 għandu japplika għal applikazzjoni għal
reġistrazzjoni taħt dan l-Att li ssir wara l-bidu fis-seħħ ta’ din it-
Taqsima minkejja li l-applikazzjoni skond il-Konvenzjoni tkun
saret qabel il-bidu fis-seħħ.
Għal kemm iddum 
reġistrazzjoni u 
tiġdid tagħha.
(16) L-artikoli 72 u 73 għandhom japplikaw dwar ir-
reġistrazzjoni ta’ disinn wara applikazzjoni magħmula wara l-bidu
fis-seħħ ta’ dan l-artikolu:
Iżda fil-każ ta’ reġistrazzjoni ta’ disinn taħt il-liġi l-qadima,
li ż-żmien tal-protezzjoni tiegħu jkun għadu ma skadix mal-bidu
fis-seħħ ta’ dan l-artikolu, ir-reġistrazzjoni tista’ tiġġedded kif
provdut fl-artikoli 72 u 73.
