AWTORITÀ  TA’ MALTA DWAR IL-KOMUNIKAZZJONI ġ KAP. 418. 1
KAPITOLU 418
ATT GĦAT-TWAQQIF TA’ AWTORITÀ  TA’ 
MALTA DWAR IL-KOMUNIKAZZJONI
Biex jipprovdi għat-twaqqif ta’ Awtorità  li tkun magħrufa bħala l-
Awtorità  ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni, u għall-eżercizzju minn jew
f’isem dik l-Awtorità  ta’ funzjonijiet regolatorji li jirrigwardaw it-
telekomunikazzjonijiet, il-protezzjoni ta’ data, il-kummerċ elettroniku u
oqsma simili fil-kamp tat-telekomunikazzjonijiet u sabiex jagħmel
provvedimenti dwar affarijiet ancillari għal dan jew konnessi ma’ dan.
1 ta’ Awissu, 2000
L-Att XVIII ta’ l-2000.
TAQSIMA I
PRELIMINARI
Titolu.
ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni.
Tifsir.
teħtieħ xort’oħra -
''Awtorità '' tfisser l-Awtorità  ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni
mwaqqfa bl-artikolu 3 ta’ dan l-Att;
''Direttorati'' tfisser dawk id-direttorati li huma jew li jistgħu
jkunu mwaqqfa taħt l-artikolu 5 ta’ dan l-Att;
''Eżekuttiv Prinċipali'' tfisser l-Eżekuttiv Prinċipali maħtur taħt l-
artikolu 5 ta’ dan l-Att;
''impjegat'' tfisser persuna impjegata mill-Awtorità ; 
''komunikazzjoni'' tinkludi telekomunikazzjonijiet, servizzi
postali, protezzjoni ta’ data, kummerċ elettroniku, servizzi ta’ l-
internet, u dawk l-affarijiet l-oħra kollha li l-Ministru jista’
permezz ta’ Ordni minn żmiem għal żmien jippreskrivi; 
''kumitat konsultattiv'' jew ''kumitat'' tfisser kumitat ta’
konsultazzjoni stabbilit skond ma hemm fl-artikolu 28 ta’ dan l-Att;
''kuntrattur'' tfisser persuna li taħixxi skond ftehim magħmul ma’
l-Awtorità  jew skond l-artikolu 5(5) ta’ dan l-Att;
''Ministru'' tfisser il-Ministru responsabbli għall-komunikaz-
zjoni;
''President'' tfisser il-President ta’ l-Awtorità  u tinkludi, fiċ-
ċirkostanzi msemmija fl-artikolu 3(3) ta’ dan l-Att, lill-Viċi-
President jew persuna oħra hekk maħtura biex tagħmilha ta’
President:
Iżda, għar-rigward ta’ l-artikolu 28 ta’ dan l-Att,
''President'' tfisser il-President ta’ kumitat konsultattiv;
''sena finanzjarja'' perjodu ta’ tnax il-xahar li jtemm fit-30 ta’
Settembru:
Iżda l-ewwel sena finanzjarja ta’ l-Awtorità  għandha tibda
mad-dħul fis-seħħ ta’ dan l-Att u għandha ttemm fit-30 ta’
2 KAP. 418. ħ AWTORITÀ  TA’ MALTA DWAR IL-KOMUNIKAZZJONI
Settembru tas-sena li tiġi minnufih wara;
''uffiċjal pubbliku'' għar-rigward ta’ l-artikolu 11 ta’ dan l-Att,
għandha l-istess tifsira lilha mogħtija bl-artikolu 124 tal-
Kostituzzjoni iżda ma tinkludix imħallef tal-Qrati Superjuri jew
maġistrat tal- Qrati Inferjuri.
TAQSIMA II
TWAQQIF, FUNZJONIJIET U TMEXXIJA TA’ L-
AFFARIJIET TA’ L-AWTORITÀ
Twaqqif u 
kompożizzjoni ta’ 
l-Awtorità  ta’ 
Malta dwar il-
komunikazzjoni.
3. (1) Għandu jkun hemm korp, li jkun magħruf bħala l-
Awtorità  ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni, li jkun magħmul minn
President u mhux inqas minn erba’ u mhux iktar minn sitt membri
oħra.
(2) Il-membri ta’ l-Awtorità  għandhom jinħatru mill-Ministru
għal żmien sena jew għal dak il-perjodu itwal li jista’ jiġi speċifikat
fl-istrument tal-ħatra suġġett għal massimu ta’ tliet snin iżda l-
membri li jiġu hekk maħtura jistgħu jiġu maħtura mill-ġdid malli
jiskadi ż-żmien tal-ħatra tagħhom.
(3) Il-Ministru jista’ jinnomina lil wieħed mill-membri l-oħra
ta’ l-Awtorità  bħala Viċi President u l-membru li jiġi hekk nominat
ikollu s-setgħat kollha u jwettaq il-funzjonijiet kollha tal-President
matul l-assenza jew l-inkapaċità  tiegħu li jagħmilha ta’ President
jew filwaqt li l-President ikun vaganza jew matul kull btala fil-
kariga ta’ president; u l-Ministru jista’ wkoll, f’kull waħda miċ-
ċirkostanzi hawn aktar qabel imsemmija, jaħtar lil xi persuna oħra
biex tagħmilha ta’ president u f’każ bħal dak il-provvedimenti ta’
qabel għandhom japplikaw għar-rigward ta’ dik il-persuna. 
(4) Persuna ma tkunx kwalifikata li jkollha l-kariga ta’
membru ta’ l-Awtorità  jekk -
(a) tkun Ministru, Segretarju Parlamentari jew membru
tal-Kamra tar-Rappreżentanti, jew 
(b) tkun imħallef jew maġistrat fil-qrati tal-ġustizzja;
(ċ) ikollha xi interess finanzjarju jew ieħor f’xi impriża
jew attività  li x’aktarx tolqot it-twettiq tal-funzjonijiet
tagħha bħala membru ta’ l-Awtorità :
Iżda l-Ministru jista’ jwarrab l-iskwalifika ta’
persuna taħt dan il-paragrafu jekk dik il-persuna
tiddikjara dak l-interess u dik id-dikjarazzjoni u
twarrib ta’ l-iskwalifika jiġu pubblikati fil-Gazzetta.
(5) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu, il-kariga
ta’ membru ta’ l-Awtorità  ssir vakanti -
(a) meta jiskadilu ż-żmien tal-kariga, jew
(b) jekk ikun hemm ċirkostanzi li jikkaġunaw, li kieku ma
kienx membru ta’ l-Awtorità , li jkun skwalifikat milli
jinħatar bħala tali.
(6) Membru ta’ l-Awtorità  jista’ jitneħħa mill-kariga mill-
Ministru jekk, fil-fehma tal-Ministru, dak il-membru ma jkunx
idoneu biex ikompli f’dik il-kariga jew ikun sar inkapaċi milli
jwettaq sew dmirijietu bħala membru.
AWTORITÀ  TA’ MALTA DWAR IL-KOMUNIKAZZJONI ġ KAP. 418. 3
(7) Jekk membru jirriżenja jew jekk il-kariga ta’ membru ta’ l-
Awtorità  tkun xort’oħra vakanti jew jekk membru ma jkunx jista’
għal liema raġuni tkun iwettaq il-funzjonijiet tal-kariga tiegħu, il-
Ministru jista’ jaħtar persuna li tkun kwalifikata li tinħatar bħala
membru biex tkun membru temporanju ta’ l-Awtorità ; u kull min
jinħatar b’dan il-mod għandu, bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-
subartikoli (5) u (6) ta’ dan l-artikolu, jtemm milli jkun tali
membru meta tinħatar persuna biex timla l-vakanza jew, skond il-
każ, meta l-membru li ma setax iwettaq il-funzjonijiet tal-kariga
tiegħu jerġa’ jibda jwettaq dawk il-funzjonijiet.
(8) Membru ta’ l-Awtorità  li jkollu xi interess dirett jew
indirett f’xi kuntratt magħmul jew propost li jsir mill-Awtorità , li
ma jkunx interess li jiskwalifika lil dak il-membru milli jibqa’
membru, għandu jiżvela x-xorta ta’ dak l-interess fl-ewwel laqgħa
ta’ l-Awtorità  wara li huwa jkun sar jaf bil-fatti rilevanti, u dak l-
iżvelar għandu mbagħad jitniżżel fil-minuti ta’ l-Awtorità , u l-
membru li jkollu interess kif hawn aktar qabel imsemmi għandu
jirtira minn kull laqgħa li fiha jkun qed jiġi diskuss dak il-kuntratt.
Kull żvelar bħal dak għandu jiġi mgħarraf lill-Ministru mingħajr
dewmien. Meta l-interess tal-membru jkun tali li jiskwalifikah milli
jibqa’ membru, huwa għandu jirrapporta l-fatt minnufih lill-
Ministru u jissottometti r-riżenja tiegħu. 
Funzjonijiet ta’ l-
Awtorità .
4. (1) L-Awtorità  jkollha bħala għan li -
(a) tiżgura l-libertà  ta’ komunikazzjoni u li l-
komunikazzjonijiet ma għandhomx ikunu limitati ħlief
meta dan ikun meħtieġ għal xi waħda minn dawn ir-
raħunijiet li ġejjin:
(i) il-protezzjoni tad-dritt għall-privatezza;
(ii) id-difiża tas-sigurtà  nazzjonali, integrità
territorjali jew sigurezza pubblika;
(iii) il-prevenzjoni ta’ diżordni jew attijiet kriminali;
(iv) il-protezzjoni tas-saħħa pubblika;
(v) il-protezzjoni tal-morali u r-rispett għad-dinjità
tal-persuna umana;
(vi) il-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet ta’ l-
oħrajn;
(vii) il-prevenzjoni ta’ l-iżvelar ta’ informazzjoni li
tkun ingħatat konfidenzjalment;
(viii) iż-żamma ta’ l-Awtorità  u l-imparzjalità  tal-
ġudizzjarju;
(ix) il-limitazzjonijiet teknoloġiċi li jeżistu minnhom
infushom fil-mezzi ta’ komunikazzjoni;
(b) tiżgura li ma jkun hemm ebda diskriminazzjoni u li
jkun hemm ugwaljanza ta’ trattament f’affarijiet li
għandhokm x’jaqsmu mal-komunikazzjonijiet.
(2) Ikun b’mod partikolari dmir ta’ l-Awtorità  li teżerċita
dawk il-funzjonijiet regolatorji fil-kamp tal-komunikazzjonijiet, li
jistgħu minn żmien għal żmien ikunu assenjati lill-Awtorità  minn
jew taħt xi Att tal-Parlament.
4 KAP. 418. ħ AWTORITÀ  TA’ MALTA DWAR IL-KOMUNIKAZZJONI
(3) L-Awtorità  għandha wkoll -
(a) tirregola, tissorvelja u żżomm fil-konjizzjoni tagħha
kull pratika, operazzjoni u attività  li tirrigwarda kull
ħaġa regolata minn jew taħt dan l-Att;
(b) tagħti liċenza, permess jew Awtorizzazzjoni oħra,
għall-għemil ta’ kull operazzjoni jew attività  li
tirrigwarda kull ħaġa regolata minn jew taħt dan l-Att;
(ċ) tirregola u tiżgura li jkun hemm interkonnessjoni fil-
produzzjoni, trasmissjoni u distribuzzjoni tas-servizzi,
prodotti, operazzjonijiet jew attivitajiet li jirrigwardaw
kull ħaġa regolata minn jew taħt dan l-Att;
(d) tiżgura kompetizzjoni ġusta f’kull pratika, operazzjoni
u attività  bħal dawk;
(e) tistabbilixxi standards ta’ kwalità  u sigurezza minimi
għal kull waħda mill-imsemmija servizzi, prodotti,
operazzjonijiet u attivitajiet u biex tirregola dawk il-
miżuri li jistgħu jkunu meħtieġa biex jiżguraw is-
sigurezza pubblika u dik privata;
(f) tiżgura u tirregola l-iżvilupp u l-manutenzjoni ta’
sistemi ta’ komunikazzjoni effiċjenti sabiex tiġi
sodisfatta, daqskemm ikun ekonomikament possibbli,
kull domanda raħonevoli għall-provdiment tas-
servizzi, prodotti, operazzjonijiet jew attivitajiet li
jirrigwardaw kull ħaġa regolata minn jew taħt dan l-
Att;
(g) tagħmel kull studju, riċerka jew investigazzjoni dwar
kull ħaġa regolata minn jew taħt dan l-Att;
(h) tipprovdi informazzjoni u toħroħ linji direttivi lill-
pubbliku u lil enitjiet kummerċjali dwar kull ħaġa
regolata minn jew taħt dan l-Att;
(i) tirregola l-istruttura tal-prezzijiet għal kull attività
regolata b’dan jew taħt l-Att u meta jkun adattat li
tistabbilixxi l-mekkaniżmi li bihom jiġi stabbilit il-
prezz li jkollu jitħallas għas-servizzi, prodotti,
operazzjonijiet jew attivitajiet;
(j) tistabbilixxi l-kwalifiki minimi li persuna għandu
jkollha meta hija tiġi mqabbda taħdem jew tiġi
impjegata f’xi attività  regolata minn jew taħt dan l-Att;
(k) tistabbilixxi miżuri għall-protezzjoni ta’ l-ambjent fil-
provdiment tas-servizzi, prodotti, operazzjonijiet jew
attivitajiet li jirrigwardaw kull ħaġa regolata minn jew
taħt dan l-Att;
(l) tiżgura li l-obbligi internazzjonali magħmula minn
Malta relattivi għall-ħwejjeġ regolati minn jew taħt
dan l-Att jiġu mħarsa;
(m) tagħti parir lill-Ministru dwar il-formulazzjoni ta’
policy għar-rigward ta’ ħwejjeġ regolati b’dan jew taħt
dan l-Att, u b’mod partikolari għar-rigward ta’ dawk l-
obbligi internazzjonali;
AWTORITÀ  TA’ MALTA DWAR IL-KOMUNIKAZZJONI ġ KAP. 418. 5
(n) xort’oħra tagħti parir lill-Ministru dwar kull ħaġa
konnessa mal-funzjonijiet tagħha taħt dan l-Att jew
kull Att ieħor;
(o) tifformula u timplementa l-policies u l-istrateġiji
b’għanijiet short-term u long-term, għar-rigward ta’
dak kollu konness mal-funzjonijiet tagħha taħt dan l-
Att jew kull Att ieħor;
(p) tinkoraġġixxi l-provdiment ta’ servizzi ta’
komunikazzjonijiet f’Malta u tagħti opportunità  lil
persuni li jipprovdu servizzi ta’ komunikazzjonijiet
f’Malta li jikkompetu b’mod effettiv fil-provdiment ta’
dawk is-servizzi barra minn Malta;
(q) tinkoraġġixxi lill-utenti ta’ servizzi ta’
komunikazzjonijiet li jistabbilixxu postijiet ta’
kummerċ f’Malta; 
(r) twettaq dawk il-funzjonijiet l-oħra li jistgħu minn
żmien għal żmien jiġu lilha assenjati mill-Ministru.
Tmexxija ta’ l-
affarijiet ta’ l-
Awtorità .
5. (1) Bla ħsara għall-provvedimenti l-oħra ta’ dan l-Att l-
affarijiet u x-xogħol ta’ l-Awtorità  għandhom ikunu r-
responsabbiltà  ta’ l-Awtorità  nnifisha iżda salv kif hawn aktar
qabel imsemmi, it-tmexxija eżekuttiva ta’ l-Awtorità , l-
amministrazzjoni u l-organizzazzjoni tagħha u l-kontroll
amministrattiv ta’ l-uffiċjali u l-impjegati tagħha, jkunu r-
responsabbiltà  ta’ l-Eżekuttiv Prinċipali ta’ l-Awtorità , li jkollu
wkoll dawk il-poteri l-oħra li jistgħu minn żmien għal żmien jiġu
lilu delegati mill-Awtorità .
(2) Għandhom jitwaqqfu d-Direttorati hekk kif inhuma
elenkati fl-Iskeda li tinsab ma’ dan l-Att, li jkollhom ir-
responsabbiltajiet kif inhuma hemm deskritti. Il-Ministru jista’,
wara li jikkonsulta lill-Awtorità , b’Ordni fil-Gazzetta, jabolixxi xi
wieħed jew iktar minn dawk id-Direttorati, jibdel ir-
responsabbiltajiet tagħhom u jistabbilixxi dawk id-Direttorati l-
oħra li jista’ minn żmien għal żmien iqis bħala li jkunu meħtieġa.
(3) L-Awtorità  għandha teżerċita l-funzjonijiet tagħha
permezz tad-Direttorati hekk stabbiliti u għal dak l-għan hija
għandha tvesti f’kull wieħed mid-Direttorati hekk stabbiliti u
suġġett għas-sorveljanza u l-kontroll totali ta’ l-Eżekuttiv
Prinċipali, dawk il-funzjonijiet tagħha li jirrelataw jew huma
anċillari għal dawk l-affarijiet li hija responsabbli għalihom sabiex
dak id-Direttorat ikun jista’ jagħti seħħ lill-policies ta’ l-Awtorità  u
biex xort’oħra jkun jista’ jwettaq b’mod effettiv u effiċjenti l-
funzjonijiet ta’ l-Awtorità  fl-isfera rispettiva tal-operat tagħha. 
(4) Kull wieħed mid-Direttorati hekk stabbiliti għandu
jitmexxa minn persuna li tista’ tkun jew uffiċjal pubbliku assenjat
biex iwettaq dmirijietu ma’ l-Awtorità  jew impjegat ta’ l-Awtorità
jew persuna assenjata biex taħdem ma’ l-Awtorità  skond ftehim
bejn l-Awtorità  u intrapriża pubblika jew privata li f’kull każ ikollu
esperjenza jew konoxxenza adegwata fl-isfera rispettiva ta’ l-operat
tiegħu.
(5) Sew l-Awtorità  sew kull wieħed mid-Direttorati jistgħu
6 KAP. 418. ħ AWTORITÀ  TA’ MALTA DWAR IL-KOMUNIKAZZJONI
jeżerċitaw xi wieħed jew iktar mill-funzjonijiet tagħhom kemm
direttament kemm permezz ta’ l-uffiċjali jew impjegati tagħhom
jew permezz ta’ aġenzija li tkun Awtorizzata għal dak l-għan, jew
permezz ta’ kuntrattur jew persuna oħra li magħhom isir ftehim
għat-twettiq ta’ xi waħda jew iktar minn dawk il-funzjonijiet:
Iżda ebda ħaġa f’dan is-subartikolu ma għandha
tAwtorizza lill-Awtorità  sabiex tagħti b’kuntratt xi funzjonijiet
regolatorji jew ta’ liċenzjar tagħha.
(6) Meta f’dan l-Att xi ħaġa jkollha ssir minn jew kontra jew
għar-rigward ta’ l-Awtorità , jew xi avviż ikollu jingħata jew jista’
jingħata lill-Awtorità , kull ħaġa jew avviż simili jistgħu wkoll
jintgħamlu minn jew kontra jew għar-rigward ta’ jew jingħataw lid-
Direttorat li l-ħaġa tkun tinkwadra taħt il-ġurisdizzjoni tiegħu
minħabba f’xi delega ta’ funzjoni lil dak id-Direttorat; u għall-
għanijiet hawn aktar qabel imsemmija kull riferenza f’dan l-Att
għall-Awtorità  tinkludi riferenza għad-Direttorat idoneu.
(7) L-Eżekuttiv Prinċipali u l-kapijiet tad-Direttorati
għandhom jinħatru mill-Awtorità  wara konsultazzjoni mal-Ministru
għal żmien tliet snin u dak iż-żmien jista’ jiġi mtawwal għal
perijodi oħra ta’ tliet snin kull wieħed:
Iżda l-ewwel Eżekuttiv Prinċipali u l-ewwel kap ta’ kull
Direttorat għandhom jinħatru mill-Ministru.
(8)* L-Eżekuttiv Prinċipali għandu jattendi għal-laqgħat kollha
ta’ Bord iżda ma jkollux vot waqt dawk il-laqgħat:
Iżda l-Awtorità  tista’ jekk tqis li jkun hekk sew teħtieġ lill-
Eżekuttiv Prinċipali biex ma jattendix għal xi waħda mil-laqgħat
jew għal xi parti minn laqgħa.
(9) L-Eżekuttiv Prinċipali jkun responsabbli għall-
implimentazzjoni ta’ l-għanijiet ta’ l-Awtorità  fl-eżerċizzju tal-
funzjonijiet tagħha u mingħajr preġudizzju għall-ġeneralità  ta’ dak
hawn aktar qabel imsemmi huwa għandu -
(a) jassumi kull responsabbiltà  għas-sorveljanza u l-
kontroll totali tad-Direttorati;
(b) jassenja lil kull Direttorat dawk id-dmirijiet li huma
bil-provvedimenti ta’ dan l-Att, jew skondhom, vestiti
f’dak id-Direttorat;
(ċ) jikkoordina l-operat tad-Direttorati;
(d) jiżviluppa l-istrateġiji meħtieġa għall-implementaz-
zjoni ta’ l-għanijiet ta’ l-Awtorità ;
(e) jagħti parir lill-Awtorità  dwar kull ħaġa li din tista’
tirriferilu jew dwar kull ħaġa li huwa jqis li tkun
meħtieġa jew spedjenti; u
(f) jwettaq dawk id-dmirijiet l-oħra li l-Awtorità  tista’
tassenjalu minn żmien għal żmien.
Relazzjonijiet bejn 
il-Ministru u l-
Awtorità .
6. (1) Il-Ministru jista’, għar-rigward ta’ dawk l-affarijiet li
jkunu jidhrulu li joqtu l-interess pubbliku, minn żmien għal żmien
*Dan is-subartikolu għadu mhux fis-seħħ.
AWTORITÀ  TA’ MALTA DWAR IL-KOMUNIKAZZJONI ġ KAP. 418. 7
jagħti lill-Awtorità  direttivi bil-miktub ta’ xorta ġenerali, li ma
jkunux inkonsistenti mal-provvedimenti ta’ dan l-Att, dwar il-
policy li għandha tiġi segwita fit-twettiq tal-funzjonijiet vestiti fl-
Awtorità  minn jew taħt dan l-Att, u l-Awtorità  għandha, kemm
jista’ jkun malajr, ġġib fis-seħħ dawk id-direttivi kollha.
(2) L-Awtorità  għandha tagħti lill-Ministru faċilitajiet għall-
ksib ta’ informazzjoni dwar il-proprjetà  li jkollha u l-attivitajiet
tagħha u tibgħatlu prospetti, kontijiet u kull informazzjoni oħra li
jkollha x’taqsam ma’ dan, u tagħtih il-faċilitajiet kollha biex ikun
jista’ jivverifika l-informazzjoni mogħtija, b’dak il-mod u f’kull
waqt li huwa jista’ hekk raġonevolment jeħtieġ.
(3) Jekk l-Awtorità  tonqos milli tħares xi ordni maħruġa taħt
dan l-artikolu, il-Prim Ministru jista’ jagħmel ordni li biha
jittrasferixxi lill-Ministru għalkollox jew biss f’parti xi funzjoni
jew funzjonijiet ta’ l-Awtorità .
Personalità  
ġuridika u 
rappreżentanza ta’ 
l-Awtorità .
7. (1) L-Awtorità  għandha tkun korp ġuridiku li jkollu
personalità  ġuridika distinta u għandha tkun kapaċi, bla ħsara għad-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, li tagħmel kull kuntratt, li takkwista,
iżżomm u tiddisponi minn kull xorta ta’ proprjetà  għall-għanijiet
tal-funzjonijiet tagħha, jew li tħarrek u li tiġi mħarrka, u li tagħmel
dawk l-affarijiet kollha u li tidħol f’dawk it-transazzjonijiet kollha
li jkunu inċidentali jew li jwasslu għall-eżerċizzju jew it-twettiq
tal-funzjonijiet tagħha taħt dan l-Att, inkluż is-self jew it-tislif ta’
flus.
(2) Ir-rappreżentanza ġuridika ta’ l-Awtorità  għandha tkun
vestita solidalment fil-President u fl-Eżekuttiv Prinċipali:
Iżda l-Awtorità  tista’ taħtar lil xi wieħed jew aktar mill-
membri tagħha jew mill-membri jew l-impjegati ta’ l-Awtorità  biex
jidhru f’isem u flok l-Awtorità  fi proċedimenti ġudizzjarji kif ukoll
f’kull att, kuntratt, istrument jew dokument ieħor ikun liema jkun:
Iżda wkoll, dwar kull ħaġa li tinkwadra fil-funzjonijiet
vestiti f’Direttorat, ir-rappreżentanza legali u ġuridika ta’ l-
Awtorità  għandha tkun tvesti wkoll fil-kap tad-Direttorat jew f’dak
il-membru, uffiċjal jew impjegat ieħor ta’ l-Awtorità , hekk kif l-
Awtorità  tista’ taħtar jew tAwtorizza għal dak l-għan.
(3) Kull dokument li huwa intiż bħala istrument magħmul jew
maħruġ mill-Awtorità  u li jiġi ffirmat mill-President jew mill-
Eżekuttiv Prinċipali jew minn Kap ta’ Direttorat għar-rigward ta’ xi
ħaġa vestita fid-Direttorat relattiv mill-Awtorità  għandu jiġi riċevut
b’xiehda u għandu, sakemm ma jiġix ippruvat il-kuntrarju, jitqies li
jkun istrument magħmul jew maħruġ mill-Awtorità .
Provvedimenti 
rigward il-
proċedimenti ta’ l-
Awtorità .
8. (1) Il-laqgħat ta’ Awtorità  għandhom jissejħu mill-
President daqstant daqskemm ikun meħtieġ iżda mill-anqas darba
fix-xahar jew b’inizjattiva tiegħu jew fuq talba ta’ xi tnejn mill-
membri l-oħra.
(2) Nofs l-għadd tal-membri li f’dak iż-żmien ikunu
jikkostitwixxu l-Awtorità  għandhom jagħmlu quorum. Id-
deċiżjonijiet għandhom jiġu adottati minn maġġoranza sempliċi tal-
voti tal-membri preżenti u votanti. Il-President, jew fl-assenza
8 KAP. 418. ħ AWTORITÀ  TA’ MALTA DWAR IL-KOMUNIKAZZJONI
tiegħu il-Viċi President jew persuna oħra li tkun maħtura biex
tagħmilha ta’ president, għandu jkollhom vot inizjali u fil-każ li
jkun hemm voti ndaqs, casting vote. Mingħajr preġudizzju għall-
ħtiġiet l-oħra ta’ dan l-Att, ebda deċiżjoni ma tkun valida jekk din
ma jkollhiex l-appoġġ ta’ mill-anqas żewġ membri ta’ l-Awtorità .
(3) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att l-Awtorità
tista’ tirregola l-proċedura tagħha nnifisha.
(4) Bla ħsara għall-provvedimenti ta’ qabel ta’ dan l-artikolu,
ebda att jew proċediment ta’ l-Awtorità  ma għandu jiġi invalidat
unikament minħabba f’li jkun hemm xi vakanza fost il-membri.
(5) Kull att magħmul minn xi persuna li jkun qed jaġixxi
bonafidi, bħala membru ta’ l-Awtorità  għandu jkun validu
bħallikieku huwa kien membru minkejja li wara jiġi skopert li kien
hemm xi difett fil-ħatra jew il-kwalifiki tiegħu. Ebda att jew
proċediment ta’ l-Awtorità  ma għandu jiġi kontestat minn xi
membru minħabba fil-ksur tad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 3(8)
ta’ dan l-Att. 
TAQSIMA III
UFFIĊJALI U IMPJEGATI TA’ L-AWTORITÀ
Ħatriet ta’ 
persunal.
9. Mingħajr preġudizzju għall-provvedimenti l-oħra ta’ dan l-
Att, il-ħatra ta’ uffiċjali u ta’ impjegati oħra ta’ l-Awtorità  għandha
ssir mill-Awtorità . Il-pattijiet u l-kondizzjonijiet ta’ l-impieg
għandhom jiġu stabbiliti mill-Awtorità  bi ftehim mal-Ministru.
Ħatra u funzjonijiet 
ta’ l-uffiċjali u l-
impjegati ta’ l-
Awtorità .
10. L-Awtorità  għandha taħtar u timpjega, b’dik ir-
rimunerazzjoni u b’dawk il-pattijiet u kondizzjonijiet ta’ żmien
hekk kif tista’, skond l-artikolu 9 ta’ dan l-Att, tistabbilixxi, lil
dawk l-uffiċjali u l-impjegati ta’ l-Awtorità  bħalma jistgħu minn
żmien għal żmien ikunu meħtieġa għat-twettiq dovut u effiċjenti
tal-funzjonijiet ta’ l-Awtorità .
Assenjament ta’ 
uffiċjali pubbliċi 
biex jaqdu 
dmirijiet ma’ l-
Awtorità .
11. (1) Il-Prim Ministru jista’, fuq talba ta’ l-Awtorità , minn
żmien għal żmien jordna li uffiċjal pubbliku għandu jiġi assenjat
biex jaqdi dmirijietu ma’ l-Awtorità  f’dik il-kapaċità  u b’seħħ minn
dik id-data li tista’ tiġi speċifikata fl-ordni tal-Prim Ministru.
(2) Il-perjodu li matulu ordni bħal dik hawn aktar qabel
imsemmija għandha tapplika għal xi uffiċjal li jkun speċifikat fiha,
għandu, kemm-il darba l-uffiċjal ma jkunx irtira mis-servizz
pubbliku, jew xort’oħra temm milli jibqa’ fil-kariga f’data li tiġi
qabel, jew kemm-il darba ma tiġix speċifikata data differenti f’dik
l-ordni, jtemm milli jibqa’ jseħħ wara sena mid-data effettiva ta’
dik l-ordni kemm-il darba l-ordni ma tiġix aktar kmieni revokata
mill-Prim Ministru.
Status ta’ uffiċjali 
pubbliċi assenjati 
biex jaqdu 
dmirijiet ma’ l-
Awtorità .
12. (1) Meta uffiċjal jiġi assenjat għal dmirijiet ma’ l-
Awtorità  taħt xi wieħed mill-provvedimenti ta’ l-artikolu 11 ta’ dan
l-Att, dak l-uffiċjal għandu, matul iż-żmien li fih dik l-ordni jkollha
effett dwaru, jkun taħt l-Awtorità  u l-kontroll amminstrattivi ta’ l-
Awtorità  iżda huwa għandu għal kull għan u raħuni oħra jibqa’ u
jitqies u jiġi trattat bħala uffiċjal pubbliku.
(2) Mingħajr preġudizzju għall-ġeneralità  ta’ dak hawn aktar
qabel imsemmi, uffiċjal li jkun assenjat għal dmirijiet kif hawn
AWTORITÀ  TA’ MALTA DWAR IL-KOMUNIKAZZJONI ġ KAP. 418. 9
aktar qabel imsemmi -
(a) ma għandux waqt iż-żmien li matulu huwa jkun hekk
assenjat -
(i) ikun prekluż milli japplika għal trasferiment f’xi
dipartiment tal-Gvern skond il-pattijiet u l-
kondizzjonijiet tas-servizz konnessi mal-ħatra
tiegħu mal-Gvern li jkollu fid-data meta huwa
jiġi hekk assenjat għal dmirijietu; jew
(ii) ikun hekk impjegat li r-rimunerazzjoni u l-
kondizzjonijiet tas-servizz tiegħu jkunu inqas
favorevoli minn dawk li jkunu konnessi mal-
ħatra tiegħu mal-Gvern li jkollu fid-data hawn
aktar qabel imsemmija jew li kienu jkunu
konnessi ma’ dik il-ħatra, matul dak iż-żmien, li
kieku dak l-uffiċjal ma jkunx ġie assenjat biex
jaqdi dmirijietu ma’ l-Awtorità ; u
Kap. 93.
Kap. 58.
(b) ikollu jedd li s-servizz tiegħu ma’ l-Awtorità  jiġi
kkunsidrat bħala servizz mal-Gvern għall-għanijiet ta’
pensjoni, gratwità , jew benefiċċju taħt l-Ordinanza
dwar il-Pensjonijiet u l-Att dwar il-Pensjonijiet lil
Nisa Romol u Tfal Iltiema u ta’ kull dritt jew privileġġ
ieħor li huwa jkollu jedd għalih, u responsabbli għal
kull responsabbiltà  li dwarha huwa jkun responsabbli,
ħlief għall-fatt li huwa jkun ġie assenjat biex iwettaq
dmiru ma’ l-Awtorità . 
(3) Meta ssir applikazzjoni kif provdut fis-subartikolu (2)(a)(i)
ta’ dan l-artikolu għandha tingħatalha l-istess konsiderazzjoni
daqslikieku l-applikant ma jkunx ġie assenjat għal servizz ma’ l-
Awtorità .
(4) L-Awtorità  għandha tħallas lill-Gvern dawk il-
kontribuzzjonijiet li jistgħu minn żmien għal żmien jiġu stabbiliti
mill-Ministru responsabbli għall-finanzi dwar l-ispiża ta’
pensjonijiet u gratwitajiet li jinqalgħu minn uffiċjal li jkun assenjat
għal dmirijiet ma’ l-Awtorità  kif hawn aktar qabel imsemmi matul
il-perjodu li fih huwa jkun hekk assenjat.
Offerta ta’ impieg 
permanenti ma’ l-
Awtorità  lil 
uffiċjali pubbliċi 
assenjati biex 
jaqdu dmirijiet ma’ 
l-Awtorità .
13. (1) L-Awtorità  tista’, bl-approvazzjoni tal-Prim Ministru,
toffri lil uffiċjal assenjat għal dmirijiet ma’ l-Awtorità  taħt xi
waħda mid-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 11 ta’ dan l-Att impieg
permanenti ma’ l-Awtorità  b’dik ir-rimunerazzjoni u b’dawk il-
pattijiet u l-kondizzjonijiet li ma jkunux inqas favorevoli minn
dawk li jgawdi dak l-uffiċjal fid-data ta’ dik l-offerta.
(2) Il-pattijiet u l-kondizzjonijiet f’xi offerta magħmula kif
hawn aktar qabel imsemmi ma għandhiex titqies bħala inqas
favorevoli biss għaliex ma jkunux għalkollox identiċi jew superjuri
għal dawk li l-uffiċjal involut ikun qed igawdi fid-data ta’ dik l-
offerta, jekk dawk il-pattijiet u l-kondizzjonijiet ikkunsidrati
flimkien, fil-fehma tal-Prim Ministru jkunu joffru benefiċċji
sostanzjalment ekwivalenti jew akbar.
10 KAP. 418. ħ AWTORITÀ  TA’ MALTA DWAR IL-KOMUNIKAZZJONI
Kap. 93.
Kap. 58.
(3) Kull uffiċjal li jaċċetta impieg permanenti ma’ l-Awtorità
li jiġi offert lilu, taħt id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) ta’ dan
l-artikolu, għandu għall-għanijiet kollha minbarra dawk ta’ l-
Ordinanza dwar il-Pensjoniiet u l-Att dwar il-Pensjonijiet lil Nisa
Romol u Tfal Iltiema, u b’riserva għad-disposizzjonijiet tas-
subartikolu (6) ta’ dan l-artikolu, jitqies bħala li temm ikun fis-
servizz tal-Gvern u li jkun daħal fis-servizz ma’ l-Awtorità  fid-data
meta huwa jaċċetta, u għall-finijiet ta’ l-imsemmija Ordinanza u ta’
l-imsemmi Att, sakemm applikabbli għalih, servizz ma’ l-Awtorità
għandu jitqies bħala servizz mal-Gvern fi ħdan it-tifsiriet tagħhom
rispettivament.
(4) Kull uffiċjal bħal dak hawn aktar qabel imsemmi li,
minnufih qabel ma jaċċetta impieg permanenti ma’ l-Awtorità  kellu
jedd jikseb benefiċċju taħt l-Att dwar il-Pensjonijiet lil Nisa Romol
u Tfal Iltiema, għandu jibqa’ jkollu dak il-jedd li jibbenefika taħtu
għal kull skop bħallikieku s-servizz tiegħu ma’ l-Awtorità  kien
servizz mal-Gvern.
(5) L-Awtorità  għandha tħallas lill-Gvern dawk il-
kontribuzzjonijiet li jistgħu minn żmien għal żmien jiġu stabbiliti
mill-Ministru responsabbli għall-finanzi għar-rigward ta’ l-ispiża
ta’ pensjonijiet u gratwitajiet li jinqalgħu minn uffiċjal li jkun
aċċetta li jwettaq impieg ma’ l-Awtorità  kif hawn aktar qabel
imsemmi matul il-perjodu li jibda fid-data meta dak l-uffiċjal hekk
jaċċetta.
(6) (a) Għall-għanijiet ta’ dan l-artikolu il-karigi u l-gradi
salarjali ma’ l-Awtorità  għandhom jiġu klassifikati fi
gradi u livelli inkrementali li jkunu l-iktar
jikkorrispondu mill-qrib fis-servizz taħt il-Gvern ta’
Malta b’riferenza għal job description, sengħa,
responsabbiltajiet u fatturi oħra analogi.
(b) Il-klassifikazzjoni msemmija fil-paragrafu (a) ta’ dan
is-subartikolu għandha ssir minn Bord magħmul minn
president li jiġi maħtur mill-Ministeru responsabbli
għall-finanzi u minn żewġ membri oħra, wieħed
maħtur mill-Ministeru ċentralment responsabbli għal
policies dwar il-persunal fis-servizz pubbliku u wieħed
li jiġi maħtur mill-Awtorità . Il-klassifikazzjoni
għandha ssir u tkun suġġetta għall-approvazzjoni finali
tal-Ministru responsabbli għall-finanzi.
(ċ) Dik il-klassifikazzjoni għandha sseħħ fi żmien tliet
xhur minn kull aġġustament tas-salarji ta’ impjegati
fis-servizz tal-Gvern u, jew, ta’ impjegati ta’ l-
Awtorità .
(d) Ebda kariga ma għandha tiġi klassifikata fi grad ogħla
minn dak ta’ Grad 3 fis-servizz tal-Gvern jew dak il-
grad ieħor li l-Ministru responsabbli għall-finanzi
jista’ minn żmien għal żmien jistabbilixxi b’avviż fil-
Gazzetta.
AWTORITÀ  TA’ MALTA DWAR IL-KOMUNIKAZZJONI ġ KAP. 418. 11
Kap. 93.
(e) Mingħajr preġudizzju għall-artikolu 113 tal-
Kostituzzjoni, ħadd ma jista’, wara klassifikazzjoni kif
hawn aktar qabel imsemmi, jkollu jedd għal drittijiet
taħt l-imsemmija Ordinanza dwar il-Pensjonijiet li
jkunu inqas favorevoli minn dawk li kien ikollu jedd
għalihom qabel dik il-klassifikazzjoni. 
TAQSIMA IV
PROVVEDIMENTI FINANZJARJI
L-infieq ta’ l-
Awtorità  isir mid-
dħul tagħha.
14. (1) Mingħajr preġudizzju għall-provvedimenti li ġejjin ta’
dan l-artikolu, l-Awtorità  għandha hekk tmexxi l-affarijiet tagħha li
l-ispiża meħtieġa għat-twettiq sew tal-funzjonijiet tagħha għandha,
daqskemm dan ikun prattiku, tinħareħ mid-dħul tagħha.
(2) Għal dak l-għan l-Awtorità  għandha tiġbor kull dritt, rata u
ħlas ieħor preskritti jew meqjusa bħala preskritti b’dan l-Att jew
taħtu jew kull liġi oħra li jkollha x’taqsam mas-setgħat u l-
funzjonijiet ta’ l-Awtorità .
(3) L-Awtorità  għandha wkoll titħallas mill-Gvern mill-Fond
Konsolidat dawk l-ammonti li l-Parlament jista’ minn żmien għal
żmien jAwtorizza li jiġu approprjati sabiex minnhom isiru l-
ispejjeż ta’ xogħlijiet speċifikati biex dawn jitkomplew jew
xort’oħra jsiru mill-Awtorità , li jkunu xogħlijiet ta’ infrastruttura
jew ta’ xorta kapitali simili.
(4) Kull eċċess ta’ dħul fuq l-infieq għandu, bla ħsara għal
dawk l-ordnijiet li l-Ministru, wara konsultazzjoni mal-Ministru
responsabbli għall-finanzi, jista’ minn żmien għal żmien jagħmel,
jiġi applikat mill-Awtorità  għall-formazzjoni ta’ fondi ta’ riserva
sabiex dawn jintużaw għall-għanijiet ta’ l-Awtorità ; u mingħajr
preġudizzju għall-ġeneralità  tas-setgħat mogħtijin lill-Ministru
b’dan is-subartikolu, kull ordni li ssir mill-Ministru kif hawn aktar
qabel imsemmi tista’ tkun tordna t-trasferiment lill-Gvern, jew l-
applikazzjoni b’dak il-mod li jista’ jiġi speċifikat fl-ordni, ta’ xi
parti mid-drittijiet, rati u ħlasijiet oħra miġbura skond is-
subartikolu (2) ta’ dan l-artikolu jew ta’ kull eċċess bħal dak kif
hawn aktar qabel imsemmi.
(5) Il-flus kollha ta’ l-Awtorità  li ma jkunux meħtieġa
minnufih biex minnhom issir l-ispiża jistgħu jiġu investiti b’dak il-
mod li jista’ minn żmien għal żmien jiġi approvat mill-Ministru.
Setgħa li tissellef 
jew toriġina 
kapital.
15. (1) Bil-għan li tkun tista’ taqdi kull funzjoni tagħha taħt
dan l-Att, l-Awtorità  tista’, bl-approvazzjoni bil-miktub tal-
Ministru li tingħata wara konsultazzjoni mal-Ministru responsabbli
għall-finanzi, tissellef jew tiġbor flus b’dak il-mod, minn dik il-
persuna, dak il-korp jew dik l-Awtorità , u taħt dawk il-pattijiet u l-
kondizzjonijiet li l-Ministru jista’, wara konsultazzjoni kif hawn
aktar qabel imsemmija, japprova bil-miktub.
(2) L-Awtorità  tista’ wkoll, minn żmien għal żmien, tissellef,
b’overdraft jew xort’oħra, dawk l-ammonti li tista’ tenħtieġ sabiex
twetaq il-funzjonijiet tagħha taħt dan l-Att:
Iżda għal kull ammont li jkun jeċċedi l-ħamsin elf lira,
għandu jingħata l-approvazzjoni tal-Ministru bil-miktub.
12 KAP. 418. ħ AWTORITÀ  TA’ MALTA DWAR IL-KOMUNIKAZZJONI
Avvanzi mill-
Gvern.
16. Il-Ministru responsabbli għall-finanzi jista, wara
konsultazzjoni mal-Ministru, jagħmel avvanzi lill-Awtorità  ta’
dawk l-ammonti li huwa jista’ jaqbel li jkunu meħtieġa mill-
Awtorità  biex din twettaq kull funzjoni tagħha taħt dan l-Att, u
jista’ jagħmel dawk l-avvanzi b’dawk il-pattijiet u l-kondizzjonijiet
li huwa jista’, wara dik il-konsultazzjoni hawn aktar qabel
imsemmija, iqis li tkun xierqa. Avvanz bħal dak jista’ jsir mill-
Ministru responsabbli għall-finanzi mill-Fond Konsolidat, u
mingħajr ebda approprjazzjoni oħra minbarra dan l-Att, b’kitba
minnu magħmula li tkun tAwtorizza lill-Accountant General li
jagħmel dak l-avvanz.
Self mingħand il-
Gvern.
17. (1) Il-Ministru responsabbli għall-finanzi jista’, għal kull
ħtieġa ta’ l-Awtorità  ta’ xorta kapitali, jikkuntratta jew jiġbor kull
self, jew jidħol f’passiv, għal dawk il-perjodi u b’dawk il-pattijiet u
kondizzjonijiet hekk kif huwa jista’ jqis li jkun xieraq; u kull
ammont dovut għar-rigward ta’ jew f’konnessjoni ma’ xi self jew
passiv bħal dak għandu jkun piż fuq il-Fond Konsolidat.
(2) Għandu jingħata avviż dwar kull self, passiv jew avvanz
magħmul jew li jsir taħt il-provvedimenti ta’ qabel ta’ dan l-
artikolu lill-Kamra tar-Rappreżentanti kemm jista’ jkun
prattikament malajr.
(3) Sakemm jibda jsir il-ġbir ta’ xi self bħal dak imsemmi fis-
subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu, jew bil-għan li l-Awtorità  tiġi
pprovduta b’kapital funzjonali, il-Ministru responsabbli għall-
finanzi jista’, b’kitba magħmula minnu nnifsu, u mingħajr ebda
approprjazzjoni oħra ħlief dan l-Att, jAwtorizza lill-Accountant
General li jagħmel avvanzi lill-Awtorità  mit-Treasury Clearance
Fund taħt dawk il-pattijiet li jistgħu jiġu speċifikati mill-Ministru
meta dawn isiru.
(4) Ir-rikavat minn kull self li jinġabar bil-għan li jsiru avvanzi
lill-Awtorità , u kull flus oħra li għandhom jiġu avvanzati lill-
Awtorità  taħt dan l-artikolu, għandhom jitqegħdu ġewwa fond
speċifikament stabbilit għal dak l-għan u li jkun magħruf bħala
''Fond għal Self lill-Awtorità  ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni''. 
(5) Ammonti li jirċievi l-Accountant General mill-Awtorità
għar-rigward ta’ avvanzi magħmulin lill-Awtorità  taħt is-
subartikolu (3) ta’ dan l-artikolu għandhom jitħallsu, f’dawk li
huma ammonti riċevuti bħala ħlas lura billi jitqegħdu fit-Treasury
Clearance Fund u, f’dawk li huma ammonti riċevuti bħala imgħax
billi jitqegħdu fil-Fond Konsolidat. 
Estimi ta’ l-
Awtorità .
18. (1) L-Awtorità  għandha tara li jitħejjew f’kull sena
finanzjarja, u għandha mhux iktar tard minn sitt ġimgħat wara
tmiem kull sena bħal dik tadotta, estimi tad-dħul u l-infieq ta’ l-
Awtorità  għas-sena finanzjarja li tiġi minnufih wara:
Iżda l-estimi għall-ewwel sena finanzjarja ta’ l-Awtorità
għandhom jiġu mħejjija u adottati f’dak iż-żmien li l-Ministru jista’
jispeċifika b’avviż bil-miktub lill-Awtorità .
(2) Fit-tħejjija ta’ dawk l-estimi l-Awtorità  għandha tqis kull
fond u flus oħra li jistgħu jkunu dovuti li jitħallsu lilha mill-Fond
Konsolidat matul is-sena finanzjarja rilevanti, sew bis-saħħa ta’
dan l-Att jew ta’ Att ta’ approprjazzjoni jew ta’ kull liġi oħra; u l-
AWTORITÀ  TA’ MALTA DWAR IL-KOMUNIKAZZJONI ġ KAP. 418. 13
Awtorità  għandha hekk tħejji l-estimi imsemmija b’mod li tiżgura
li d-dħul totali ta’ l-Awtorità  huma mill-inqas suffiċjenti biex
minnhom jitħallas kull ammont li sewwasew għandu jintefaq mill-
kont tad-dħul tagħha inkluż, iżda mingħajr preġudizzju għall-
ġeneralità  ta’ dik il-frażi, d-deprezzament.
(3) L-estimi għandhom isiru f’dik l-għamla u għandu jkun
fihom dik l-informazzjoni u dak it-tqabbil ma’ snin ta’ qabel hekk
kif il-Ministru responsabbli għall-finanzi jista’ jordna.
(4) Kopja ta’ l-estimi għandha, meta dawn jiġu adottati mill-
Awtorità , tintbagħat minnufih mill-Awtorità  lill-Ministru u lill-
Ministru responsabbli għall-finanzi.
(5) Il-Ministru għandu, ma’ l-ewwel opportunità  u mhux iktar
tard minn sitt ġimgħat wara li jkun irċieva kopja ta’ l-estimi
mingħand l-Awtorità , japprova dawk l-estimi li jistgħu jkunu
b’emendi jew mingħajrhom wara konsultazzjoni mal-Ministru
responsabbli għall-finanzi.
L-infieq għandu 
jkun skond l-estimi 
approvati.
19. (1) Ma għandha ssir jew tiġġarrab ebda nefqa mill-
Awtorità  kemm-il darba din ma tkunx ġiet approvata mill-Ministru
kif provdut fl-artikolu 18 ta’ dan l-Att.
(2) Minkejja l-provvedimenti tas-subartikolu (1) ta’ dan l-
artikolu -
(a) sa l-iskadenza ta’ sitt xhur mill-bidu ta’ sena
finanzjarja, jew sa l-approvazzjoni ta’ l-estimi għal dik
is-sena mill-Ministru, skond liem data tiġi l-ewwel, l-
Awtorità  tista’ tagħmel jew iġġarrab spiża għat-twettiq
tal-funzjonijiet tagħha taħt dan l-Att li ma tkunx
globalment teċċedi nofs l-ammont approvat mill-
Ministru għas-sena finanzjarja preċedenti;
(b) in-nefqa approvata għar-rigward ta’ intestatura jew
sotto-intestatura ta’ l-estimi tista’, bl-approvazzjoni
tal-Ministru li tingħata wara konsultazzjoni mal-
Ministru responsabbli għall-finanzi, issir jew tiġġarrab
għar-rigward ta’ xi intestatura jew sotto-intestatura
oħra ta’ l-estimi;
(ċ) għar-rigward ta’ l-ewwel sena finanzjarja, l-Awtorità
tista’ tagħmel jew iġġarrab nefqa li ma tkunx
globalment teċċedi dawk l-ammonti li l-Ministru
responsabbli għall-finanzi jista, wara konsultazzjoni
mal-Ministru, jippermetti;
(d) jekk għar-rigward ta’ xi sena finanzjarja jinstab li l-
ammont approvat mill-Ministru ma jkunx suffiċjenti
jew inkella tkun inqalgħet ħtieġa għal nefqa għal għan
li ma jkunx hemm provdut dwaru fl-estimi, l-Awtorità
tista’ tadotta estimi supplimentari għall-approvazzjoni
tal-Ministru u f’kull każ bħal dak il-provvedimenti ta’
dan l-Att applikabbli għall-estimi għandhom kemm
jistgħu ikunu japplikaw għall-estimi supplimentari.
Pubblikazzjoni ta’ 
l-estimi approvati.
20. Il-Ministru għandu, ma’ l-ewwel opportunità  u mhux aktar
tard minn tmien ġimgħat wara li jkun irċieva kopja ta’ l-estimi u ta’
l-estimi supplimentari ta’ l-Awtorità , jew, jekk f’xi żmien waqt dak
14 KAP. 418. ħ AWTORITÀ  TA’ MALTA DWAR IL-KOMUNIKAZZJONI
il-perijodu l-Kamra tar-Rappreżentanti ma tkunx qiegħda
f’sessjoni, fi żmien tmien ġimgħat mill-bidu tas-sessjoni li
minnufih imiss wara, jara li dawk l-estimi jitqiegħdu fuq il-Mejda
tal-Kamra tar-Rappreżentanti.
Kontijiet u 
verifika.
21. (1) L-Awtorità  għandha tara li jinżammu kontijiet u
records oħra sew għar-rigward ta’ l-operazzjonijiet tagħha, u
għandha tara li jitħejja prospett ta’ kontijiet għar-rigward ta’ kull
sena finanzjarja.
(2) Il-kontijiet ta’ l-Awtorità  għandhom jiġu verifikati minn
awditur jew awdituri li jinħatru mill-Awtorità  u jiġu approvati mill-
Ministru:
Iżda l-Ministru responsabbli għall-finanzi jista’, wara
konsultazzjoni mal-Ministru, jeħtieġ li l-kotba u l-kontijiet ta’ l-
Awtorità  jiġu verifikati jew eżaminati mill-Awditur Ġenerali li
għandu għal dak l-għan ikollu s-setgħa li jikkontrolla fiżikament u
jagħmel dawk l-aċċertamenti li huwa jista’ jqis li jkunu meħtieġa.
(3) Wara tmiem kull sena finanzjarja, u mhux aktar tard mid-
data meta l-estimi ta’ l-Awtorità  jintbagħtu lill-Ministru taħt l-
artikolu 18 ta’ dan l-Att, l-Awtorità  għandha tara li kopja tal-
prospett tal-kontijiet debitament verifikat għandha tintbagħat lill-
Ministru u lill-Ministru responsabbli għall-finanzi flimkien ma’
kopja ta’ kull rapport magħmul mill-awdituri dwar dak il-prospett
jew fuq il-kontijiet ta’ l-Awtorità .
(4) Il-Ministru għandu, ma’ l-ewwel opportunità  u mhux aktar
tard minn tmien ġimgħat wara li jkun irċieva kopja ta’ kull prospett
u rapport bħal dak, jew, jekk f’xi żmien waqt dak il-perjodu l-
Kamra tar-Rappreżentanti ma tkunx qiegħda f’sessjoni, fi żmien
tmien ġimgħat mill-bidu tas-sessjoni li minnufih imiss wara, jara li
kopja ta’ kull prospett u rapport bħal dak jitqiegħdu fuq il-Mejda
tal-Kamra tar-Rappreżentanti.
Depożitu tad-dħul 
u ħlasijiet li jsiru 
mill-Awtorità .
22. (1) Il-flus kollha li jinħabru mill-Awtorità  għandhom
jitqegħdu f’bank jew banek li jinħatru bħala bankiera ta’ l-Awtorità
b’riżoluzzjoni ta’ l-Awtorità . Dawk il-flus għandhom, skond kemm
ikun prattiku, jitqegħdu f’dawk il-banek minn jum għall-ieħor, ħlief
għal dak l-ammont li l-Awtorità  tista’ tAwtorizza li għandu
jinżamm sabiex isiru nefqiet żgħar minnu u ħlasijiet ta’ flus likwidi
ta’ minnufih.
(2) Kull ħlas mill-fondi ta’ l-Awtorità , minbarra nefqiet żgħar
li ma jkunux jeċċedu ammont stabbilit mill-Awtorità , għandhom
isiru minn dak l-uffiċjal jew dawk l-uffiċjali ta’ l-Awtorità  li l-
Awtorità  taħtar jew tinnomina għal dak l-għan.
(3) Ċekkijiet li jinħarġu fuq, u żbanki li jsiru minn, xi kont tal-
bank ta’ l-Awtorità  għandhom ikunu ffirmati minn dak l-uffiċjal ta’
Awtorità  hekk kif jista’ jiġi maħtur jew nominat mill-Awtorità  għal
dak l-għan u għandhom ikunu kontrosenjati mill-President, jew
minn dak il-membru jew uffiċjal ieħor ta’ l-Awtorità  li jista’ jiġi
Awtorizzat mill-Awtorità  għal dak l-għan.
(4) L-Awtorità  għandha wkoll tagħmel provvedimenti għar-
rigward ta’ -
(a) il-mod kif il-ħlasijiet għandhom jiġu Awtorizzati jew
AWTORITÀ  TA’ MALTA DWAR IL-KOMUNIKAZZJONI ġ KAP. 418. 15
approvati u l-uffiċjal jew uffiċjali li għandhom
jAwtorizzawhom jew japprovawhom;
(b) it-titolu ta’ kull kont miżmum f’bank jew banek fejn
jiġu depożitati l-flus ta’ l-Awtorità , u t-trasferiment ta’
fondi minn kont għall-ieħor;
(ċ) il-metodu li għandu jiġi adottat meta jkun qed jitħallsu
flus mill-fondi ta’ l-Awtorità ;
u ġeneralment għar-rigward ta’ kull ħaġa li hi rilevanti għat-tiżmim
u kontroll sew tal-kontijiet u l-kotba, u l-kontroll tal-finanzi, ta’ l-
Awtorità .
Kuntratti ta’ 
provvista ta’ 
xogħlijiet.
23. Mingħajr preġudizzju għal kull ordni komunikata mill-
Ministru taħt is-subartikolu (1) ta’ l-artikolu 6 ta’ dan l-Att, l-
Awtorità  ma għandhiex, ħlief bl-approvazzjoni tal-Ministru
mogħtija għal raġunijiet speċjali u wara konsultazzjoni mal-
Ministru responsabbli għall-finanzi, tagħti jew tidħol f’xi kuntratt
għall-provvista ta’ oġġetti jew materjal jew għall-eżekuzzjoni ta’
xogħlijiet, jew għall-għoti ta’ servizzi, lil jew għall-benefiċċju ta’
l-Awtorità , li jkun stmat mill-Awtorità  li jeċċedi tliet elef lira fil-
valur, jew dak l-ammont l-ieħor li l-Ministru responsabbli għall-
finanzi jista’ b’regolamenti jippreskrivi, ħlief wara li jkun ġie
ppubblikat avviż dwar l-intenzjoni ta’ l-Awtorità  li tidħol fil-
kuntratt u jkunu nħarġu s-sejħiet għal offerti kompetittivi.
Rapport annwali.
wara tmiem kull sena finanzjarja, tagħmel u tibgħat lill-Ministru u
lill-Ministru responsabbli għall-finanzi rapport li jkun ġeneralment
jittratta dwar l-attivitajiet ta’ l-Awtorità  matul dik is-sena
finanzjarja u li jkun fih dik l-informazzjoni relattiva għall-
proċedimenti u l-policy ta’ l-Awtorità  b’dak il-mod li xi wieħed
mill-Ministri msemmija jista’ minn żmien għal żmien ikun jeħtieħ.
Il-Ministru għandu, ma’ l-ewwel opportunità  u mhux aktar tard
minn tmien ġimgħat wara li jkun irċieva kopja ta’ kull rapport bħal
dak, jew jekk f’xi żmien waqt dak il-perijodu l-Kamra tar-
Rappreżentanti ma tkunx qiegħda f’sessjoni, fi żmien tmien
ġimgħat mill-bidu tas-sessjoni li minnufih imiss wara, jara li kopja
ta’ kull rapport bħal dak titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tar-
Rappreżentanti.
TAQSIMA V
TRASFERIMENT TA’ ĊERTI ASSI LILL-AWTORITÀ
Trasferiment ta’ 
assi lill-Awtorità .
25. (1) (a)L-assi u l-impriżi li l-Gvern ikollu bi proprjetà  u li
huwa juża, minnufih qabel id-data tal-bidu fis-seħħ ta’
din it-Taqsima ta’ dan l-Att, u li huwa juża għat-
tħaddim ta’ xi waħda mill-funzjonijiet li b’dan l-Att
qegħdin jiġu trasferiti lil jew vestiti fl-Awtorità
għandhom, fid-data hawn aktar qabel imsemmija bis-
saħħa ta’ dan l-Att u mingħajr ebda sigurtà  oħra, jiġu
hekk trasferiti lil u vestiti fl-Awtorità  taħt l-istess titolu
li bih huma kienu nżammu mill-Gvern minnufih qabel
id-data imsemmija. Id-disposizzjonijiet ta’ dan il-
paragrafu ma japplikawx għal proprjetà  immobbli.
(b)L-assi immobbli li minn żmien għal żmien ikunu
16 KAP. 418. ħ AWTORITÀ  TA’ MALTA DWAR IL-KOMUNIKAZZJONI
speċifikati f’Ordni magħmul mill-President ta’ Malta u
ppubblikat fil-Gazzeta (hawnhekk iżjed ċil quddiem
imsejħa ''l-assi immobbli'') li jkunu assi immobbli li
minnufih qabel id-data tal-bidu fis-seħħ ta’ din it-
Taqsima ta’ dan l-Att kienu proprjetà  tal-Gvern u li
huwa kien juża għat-tħaddim ta’ xi waħda mill-
funzjonijiet li b’dan l-Att qegħdin jiġu trasferiti lil jew
vestiti fl-Awtorità  għandhom, b’seħħ minn dik id-data
li tista’ tiġi speċifikata f’xi Ordni bħal dak, u bis-saħħa
ta’ dan l-Att u mingħajr ebda sigurtà  oħra jiġu trasferiti
lil u vestiti fl-Awtorità  taħt l-istess titolu li bih huma
kienu nżammu mill-Gvern qabel id-data msemmija.
(2) It-trasferiment u l-vestizzjoni hawn aktar qabel imsemmija
għandhom jestendu għal dik il-proprjetà  u dawk l-impriżi kollha u,
mingħajr preġudizzju għall-ġeneralità  hawn aktar qabel imsemmija,
għandhom jinkludu kull impjant, tagħmir, apparat, strumenti,
vetturi, inġenji, bini, strutturi, stallazzjonijiet, art, toroq, xogħlijiet,
ħażniet u proprjetà  oħra, sew mobbli sew immobbli, assi, setgħat,
jeddijiet u privileġġi u kull ħaġa meħtieġa jew anċillari għalihom
jew li lilhom tappartjeni, kif ukoll kull obbligazzjoni li tolqot jew
ikollha x’taqsam ma’ xi proprjetà  jew impriża minn dawk hawn
aktar qabel imsemmija jew ħaġ‘oħra hemm inkluża kif imsemmi
hawn aktar qabel.
Kif jiftehmu l-
liġijiet, eċċ.
26. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, kull liġi,
regola, regolament, ordni, sentenza, digriet, deċiżjoni, kuntratt,
bonds, kuntratt, ftehim, strument, dokument, warrant u kull
arranġament ieħor li kienu jeżistu minnufih qabel id-dħul fis-seħħ
ta’ din it-Taqsima ta’ dan l-Att u li kienu jolqtu jew jirrelataw għal
xi proprjetà  jew impriża trasferita lill-Awtorità  b’dan l-Att jew
taħtu għandu jkollhom saħħa u effett sħiħ kontra jew favur l-
Awtorità , u għandhom jiġu esegwiti għalkollox liberament u
effettivament bħallikieku, minflok il-Gvern jew Awtorità  tal-
Gvern, l-Awtorità  kienet imsemmija fihom jew kienet parti fihom,
u xort’oħra b’sostituzzjoni tal-Gvern jew Awtorità  tal-Gvern.
Disposizzjonijiet 
transitorji.
27. (1) Meta xi ħaġa tkun inbdiet minn jew taħt l-Awtorità  tal-
Gvern qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din it-Taqsima ta’ dan l-
Att u dik il-ħaġa tkun relatata ma’ xi proprjetà  jew impriża jew xi
dritt jew obbligazzjoni trasferiti lill-Awtorità  b’dan l-Att jew taħtu,
dik il-ħaġa tista’ titkompla u tintemm mill-Awtorità  jew kif jiġi
Awtorizzat minnha.
(2) Meta minnufih qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din it-Taqsima ta’
dan l-Att, ikun hemm pendenti xi proċedimenti legali li fihom il-
Gvern ikun, jew ikollu jedd ikun, parti, u dawk il-proċedimenti
jkunu relatati ma’ xi proprjetà  jew impriża, jew xi dritt jew
obbligazzjoni trasferiti b’dan l-Att jew taħtu, l-Awtorità  għandha,
mid-data hawn aktar qabel imsemmija, tidħol f’dawk il-
proċediment minflok il-Gvern, jew issir parti fihom bl-istess mod li
kieku kien il-Gvern isir parti, u dawk il-proċedimenti ma
għandhomx jiġu effettwati minħabba f’sostituzzjoni bhal dik.
(3) Il-Ministru jista’ b’ordni jagħmel dawk il-provvedimenti
inċidentali, konsegwenzjali u supplementali kif jista’ jqis li jkunu
xierqa jew spedjenti bil-għan li jiġi stabbilit, kif ikun sew, x’ikunu
AWTORITÀ  TA’ MALTA DWAR IL-KOMUNIKAZZJONI ġ KAP. 418. 17
l-assi trasferiti lill-Awtorità  b’dan l-Att u jiżgura u jagħti effett
sħiħ lit-trasferiment ta’ kull proprjetà  jew impriża jew kull dritt jew
obbligazzjoni lill-Awtorità  b’dan l-Att u jagħmel dawk l-ordnijiet li
jistgħu jkunu meħtieġa biex jagħmel kull setgħa u dmir eżerċitabbli
mill-Gvern għar-rigward ta’ xi proprjetà  jew impriża trasferita
eżerċitabbli mill-Awtorità  jew f’isimha. 
TAQSIMA VI
KUMITATI KONSULTATTIVI
Ħatra u funzjonijiet 
ta’ kumitati 
konsultattivi.
28. (1) B’seħħ minn dik id-data jew dawk id-dati li l-Ministru
jista’ b’ordni jistabbilixxi, għandhom jinħatru għar-rigward ta’ dak
is-settur li l-Ministru jista’ f’ordni bħal dak jispeċifika, kumitat
konsultattiv.
(2) Kumitat konsultattiv għandu, għall-aħjar twettiq tal-
provvedimenti ta’ dan l-Att, jagħti parir lill-Awtorità  dwar dawk l-
affarijiet u jwettaq dawk il-funzjonijiet l-oħra li l-Ministru jista’
jispeċifika fl-Ordni.
(3) Il-membri tal-kumitat għandhom jinħatru mill-Ministru u
għandhom jibqgħu f’dik il-kariga għal dak il-perjodu u b’dawk il-
pattijiet u kondizzjonijiet li l-Ministru jista’ jqis li jkunu xierqa.
(4) Kull kumitat ikun jikkonsisti f’membru wieħed li
jirrappreżenta lill-Awtorità  bħala President u dawk il-membri l-
oħra li l-Ministru jista’ jqis li jkun xieraq li jaħtar.
(5) Il-provvedimenti tas-subartikolu (4)(a), u l-artikolu 3(5) u
(8) ta’ dan l-Att għandhom mutatis mutandis ikunu japplikaw għall-
membri tal-kumitati konsultattivi.
(6) Kull kumitat konsultattiv għandu jżomm il-minuti tal-
laqgħat kollha li jagħmel u għandu jibgħat kopji ta’ dawk il-minuti
lill-Awtorità . Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 8 ta’ dan l-Att
għandhom ikun mutatis mutandis japplikaw għall-kumitat u l-
attijiet jew proċedimenti tiegħu.
TAQSIMA VII
MIXELLANJI
Persuni li jitqiesu 
bħala uffiċjali 
pubbliċi.
Kap. 9.
29. (1) Il-membri ta’ l-Awtorità , il-membri tal-kumitati
konsultattivi u l-uffiċjali u l-impjegati kollha ta’ l-Awtorità
għandhom jitqiesu li huma uffiċjali pubbliċi għall-iskop tat-tifsira
tal-Kodiċi Kriminali.
(2) Il-Ministru u l-membri ta’ l-Awtorità  u l-uffiċjali tagħha
għal perijodu ta’ sena minn meta tkun intemmet il-ħatra tagħhom
ma għandhom jagħmlu ebda attività  li skond id-disposizzjonijiet ta’
l-artikolu 3(4)(ċ) ta’ dan l-Att tiskwalifika persuna milli jkollha l-
kariga ta’ membru ta’ l-Awtorità .
Setgħa ta’ għemil 
ta’ regolamenti.
30. Il-Ministru jista’, wara konsultazzjoni ma’ l-Awtorità ,
jagħmel regolamenti għar-rigward ta’ kull waħda mill-funzjonijiet
ta’ l-Awtorità . 
Riserva.
Kap. 399.
31. Kull leġislazzjoni sussidjarja preskritta taħt xi wieħed mill-
provvedimenti ta’ l-Att biex jirregola t-Telekomunikazzjoni
għandha, sakemm ma jsirx provvediment ieħor taħt jew bis-saħħa
18 KAP. 418. ħ AWTORITÀ  TA’ MALTA DWAR IL-KOMUNIKAZZJONI
ta’ dan l-Att jew ta’ xi Att ieħor, tkompli sseħħ u jkollha effett.
SKEDA
(Artikolu 5(2))
Direttorati 
Bla ħsara għas-setgħat li għandu l-Ministru taħt is-subartikolu
(2) ta’ l-artikolu 5 ta’ dan l-att, għandu jkun hemm dawn id-
Direttorati li ġejjin -
1. Direttorat għat-telekomunikazzjonijiet b’responsabbiltà
għar-regolament ta’ kull pratika li tirrigwarda t-
telekomunikazzjonijiet kif tista’ minn żmien għal żmien tkun
assenjata lill-Awtorità  minn jew taħt Att tal-Parlament.
2. Direttorat għall-Protezzjoni ta’ Data b’responsabbiltà  għar-
regolament ta’ kull pratika li tirrigwarda l-protezzjoni ta’ data li
tista’ minn żmien għal żmien tkun assenjata lill-Awtorità  minn jew
taħt Att tal-Parlament.
3. Direttorat għal Sistemi ta’ Informazzjoni u Sistemi Oħra
b’responsabbiltà  għar-regolament ta’ kull pratika li tirrigwarda l-
kummerċ elettroniku kif ukoll informazzjoni u sistemi oħra li
jistgħu minn żmien għal żmien ikunu assenjati lill-Awtorità  minn
jew taħt Att tal-Parlament.
