AWTORITÀ  MALTIJA DWAR L-ISTANDARDS ġ KAP. 419. 1
KAPITOLU 419
ATT DWAR L-AWTORITÀ  MALTIJA DWAR 
L-ISTANDARDS
ATT biex iħassar u jilleġisla mill-ġdid b’emendi l-Att dwar l-Awtorità
Maltija għall-Għemil ta’ Standards, Kap. 187.
18 ta’ Lulju, 2000
L-Att XIX ta’ l-2000.
Titolu.
dwar l-iStandards.
Tifsir.
xort’oħra -
"abbozz ta’ standard" tfisser dokument li jkun fih it-test ta’ l-
ispeċifikazzjonijiet tekniċi li jirrigwardaw xi suġġett partikolari, li
jkun qed jiġi kkunsidrat biex jiġi adottat u kif dan ikun ġie ċirkolat
għall-kummenti u l-iskrutinju tal-pubbliku;
"Awtorità " tfisser l-Awtorità  Maltija dwar l-iStandards;
"Chairman" tfisser iċ-Chairman ta’ l-Awtorità ;
"Direttorati" tfisser dawk id-direttorati li jistgħu jiġu stabbiliti
taħt l-artikolu 3 ta’ dan l-Att;
"Eżekuttiv Prinċipali" tfisser l-Eżekuttiv Prinċipali maħtur taħt l-
artikolu 3 ta’ dan l-Att;
"impjegat" tfisser persuna impjegata ma’ l-Awtorità ;
"korp ta’ għemil ta’ standards Ewropew" tfisser xi wieħed minn
dawn il-korpi li ġejjin:
-  CEN - Kumitat Ewropew għall-Għemil ta’ Standards;
- CENELEC - Kumitat Ewropew għall-Għemil ta’
Standards fl-Elettroteknika;
- ETSI - Istitut Ewropew għal Standards fit-
Telekomunikazzjonijiet;
"Malta" għandha l-istess tifsir kif mogħti lilha bl-artikolu 124
tal-Kostituzzjoni ta’ Malta;
"marka ta’ konformità " tfisser marka, maħruġa skond
regolamenti magħmulin taħt l-artikolu 21 ta’ dan l-Att, li turi
konformità  ma’ standard applikabbli;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għall-industrija;
"permess" tfisser permess mogħti mill-Awtorità  taħt l-artikolu
19(1) ta’ dan l-Att għall-użu ta’ marka ta’ konformità ;
"prodott" tfisser kull prodott manifatturat industrjalment u kull
prodott agrikolu, inklużi prodotti tal-ħut;
"programm ta’ standards" tfisser programm ta’ xogħol li jelenka
s-suġġetti li dwarhom ikun qed isir xogħol ta’ għemil ta’ standards;
"sena finanzjarja" tfisser perjodu ta’ tnax il-xahar li jtemm fit-30
2 KAP. 419. ħ AWTORITÀ  MALTIJA DWAR L-ISTANDARDS
ta’ Settembru:
Iżda l-ewwel sena finanzjarja ta’ l-Awtorità  għandha tibda
mal-bidu fis-seħħ ta’ l-Att u ttemm fit-30 ta’ Settembru tas-sena li
tiġi minnufih wara;
"servizz" tfisser riżultat ġenerat minn attivitajiet f’relazzjoni
bejn il-fornitur u l-klijent u bl-attivitajiet interni tal-fornitur biex
jissodisfa l-ħtiġiet tal-klijent;
"speċifikazzjoni teknika" tfisser speċifikazzjoni li tkun tinsab
f’xi dokument li jistipula l-karatteristiċi meħtieġa minn prodott u,
jew, servizz bħalma huma livelli ta’ kwalità , funzjonalità , sigurezza
jew dimensjonijiet, inklużi l-ħtiġiet applikabbli għall-prodott u,
jew, is-servizzi għar-rigward ta’ l-isem li bih il-prodott, u, jew, is-
servizz jinbiegħ, terminoloġija, simboli, l-ittestjar u metodi
relattivi, l-ippakkettjar, l-immarkar jew l-ittikkettjar użati u
proċeduri ta’ stima ta’ konformità . Din il-frażi tkopri wkoll metodi
ta’ produzzjoni u proċessi li jintużaw għar-rigward ta’ prodotti
agrikoli, prodotti intiżi għall-konsum mill-bnedmin u mill-
annimali, u prodotti mediċinali, kif ukoll metodi ta’ produzzjoni u
proċessi li jirrigwardaw prodotti oħra, meta dawn ikollhom effett
fuq il-karatteristiċi tagħhom;
Għall-għanijiet ta’ din it-tifsira, "proċeduri ta’ stima ta’
konformità " tfisser kull proċedura użata, direttament u
indirettament, sabiex jiġi stabbilit li ħtiġiet rilevanti f’regolamenti
jew standards tekniċi jitwettqu, inklużi fost l-oħrajn, proċeduri
għat-teħid ta’ kampjuni, ttestjar u spezzjon; valutazzjoni,
verifikazzjoni u assigurazzjoni ta’ konformità , reġistrazzjoni,
akkreditament u approvazzjoni kif ukoll kull kombinazzjoni ta’
dawn kollha;
"standard" tfisser speċifikazzjoni teknika approvata minn korp
ta’ għemil ta’ standards rikonoxxut għal applikazzjoni ripetuta jew
kontinwa, li mhix meħtieġa ta’ bilfors il-konformità  miegħu, sew
jekk jinkludi ħtiġiet oħra sew jekk le, u li hu wieħed minn dawn li
ġejjin:-
- Standard Internazzjonali: standard adottat minn
organizzazzjoni ta’ għemil ta’ standards
internazzjonali, minbarra xi korp ta’ għemil ta’
standards Ewropew, u li jkun disponibbli għall-
pubbliku;
- Standard Ewropew: standard adottat minn korp ta’
għemil ta’ standards Ewropew u li jkun disponibbli
għall-pubbliku;
- Standard Nazzjonali: standard adottat mill-Awtorità  u
li jkun disponibbli għall-pubbliku;
"uffiċċjal pubbliku" għandha l-istess tifsira lilha mogħtija bl-
artikolu 124 tal-Kostituzzjoni iżda ma tinkludix Imħallef tal-Qrati
Superjuri jew Maġistrat tal-Qrati Inferjuri.
Twaqqif u 
kostituzzjoni ta’ 
Awtorità  Maltija 
dwar l-iStandards.
3. (1) Għandha tibqa’ teżisti Awtorità , li tissejjaħ 1-Awtorità
Maltija dwar l-iStandards, li teżerċita w taqdi l-funzjonijiet lilha
mogħtija b’dan l-Att jew b’kull liġi oħra.
AWTORITÀ  MALTIJA DWAR L-ISTANDARDS ġ KAP. 419. 3
(2) L-Awtorità  titmexxa minn Kunsill li jkun magħmul kif
ġej:-
(a) Chairman, li jinħatar mill-Prim Ministru;
(b) id-Direttur ta’ l-Industrija ex officio li jkun Viċi-
Chairman;
(ċ) il-Kontrollur tad-Dwana ex officio;
(d) id-Direttur ta’ l-Agrikoltura ex officio;
(e) id-Direttur għall-Affarijiet tal-Konsumatur ex officio;
(f) id-Direttur għall-Protezzjoni ta’ l-Ambjent ex officio;
(g) id-Direttur tas-Saħħa Pubblika ex officio;
(h) tliet membri li jinġatru mill-Ministru -
(i) wieħed wara konsultazzjoni mal-Kamra tal-
Periti,
(ii) wieħed wara konsultazzjoni mal-Kamra ta’ l-
Inġinieri Professjonali, u
(iii) wieħed wara konsultazzjoni mal-Kamra ta’ l-
Ispiżjara;
(i) membru li jinħatar mill-Kunsill ta’ l-Università  ta’
Malta;
(j) rappreżentant tal-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-
Teknoloġija, li jinħatar mill-Prim Ministru;
(k) membru li jinħatar mill-Kamra tal-Kummerċ;
(l) membru li jinħatar mill-Federazzjoni ta’ l-Industriji; u
(m) membru li jinħatar mill-General Retailers and Traders
Union.
(3) Il-membri tal-Kunsill li ma jkunux dawk imsemmija fil-
paragrafi (b) sa (g) tas-subartikolu (2) għandhom jinħatru għal
żmien ta’ mhux iktar minn tliet snin u jistgħu jerġgħu jiġu hekk
maħtura.
(4) Il-membri tal-Kunsill għandhom jirċievu dik ir-
rimunerazzjoni li l-Ministru jista’ jordna.
(5) Bla ħsara għall-provvedimenti l-oħra ta’ dan l-Att l-
affarijiet u x-xogħol ta’ l-Awtorità  għandhom ikunu r-
responsabbiltà  ta’ l-Awtorità  nnifisha iżda, salv kif hawn aktar
qabel imsemmi, it-tmexxija eżekuttiva ta’ l-Awtorità , l-
amministrazzjoni u l-organizzazzjoni tagħha u l-kontroll
amministrattiv ta’ l-uffiċjali u l-impjegati tagħha, ikunu r-
responsabbiltà  ta’ l-Eżekuttiv Prinċipali ta’ l-Awtorità , li jkollu
wkoll dawk il-poteri l-oħra li jistgħu minn żmien għal żmien jiġu
lilu delegati mill-Awtorità . L-Eżekuttiv Prinċipali ta’ l-Awtorità
għandu jaġixxi bħala s-Segretarju tal-Kunsill:
Iżda l-Awtorità  tista’ jekk tqis li jkun hekk sew teħtieġ lill-
Eżekuttiv Prinċipali biex ma jattendix għal xi waħda mil-laqgħat
jew għal xi parti minn laqgħa tal-Kunsill.
(6) Il-preżenza f’xi laqgħa tal-Kunsill taċ-Chairman jew tal-
Viċi Chairman u ta’ kull sitt membri oħra għandha tikkostitwixxi
4 KAP. 419. ħ AWTORITÀ  MALTIJA DWAR L-ISTANDARDS
quorum:
Iżda, meta membru tal-Kunsill ikollu xi interess dirett jew
indirett f’xi ġaġa li tkun qed tiġi diskussa jew deċiża mill-Kunsill,
f’dak il-każ dak il-membru ma għandux ikun preżenti fil-ħin ta’ dik
id-diskussjoni jew deċiżjoni.
(7) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u ta’ kull
regolamenti magħmula taħtu il-Kunsill għandu jirregola l-proċeduri
tiegħu nnifsu.
(8) Il-Kunsill jista’ jaġixxi minkejja kull vakanza fih sakemm
ikun hemm quorum preżenti.
(9) Iċ-Chairman ikollu vot oriġinali u fil-każ ta’ voti ndaqs,
vot ieħor jew casting vote.
(10) L-Awtorità  tkun l-awtorità  f’Malta li tkun fdata bil-
koordinazzjoni ta’ l-għemil ta’ standards u attivitajiet relatati, u
fit-twettiq tal-funzjonijiet tagħha taħt din il-liġi jew xi liġi oħra, din
m’għandhiex tkun, kemm-il darba ma jiġix espressament provdut
xort’oħra, taħt id-direzzjoni jew kontroll ta’ xi persuna jew
awtorità .
(11) L-Awtorità  tista’, bi ftehim mal-Ministru, tagħmel kull
ftehim ma’ xi persuna jew awtorità  li bihom dik il-persuna jew
awtorità  għandha f’isem l-Awtorità  twettaq dawk il-funzjonijiet u
servizzi bħalma huma b’din il-liġi jew kull liġi oħra assenjati lill-
Awtorità :
Iżda ebda ħaġa f’dan is-subartikolu ma għandha tiġi
interpretata bħala li qiegħda tawtorizza lill-Awtorita biex tgħaddi
lil ħaddieġor bi ftehim il-funzjonijiet tagħha speċifikati fl-artikolu
16(a) ta’ dan l-Att. 
(12) L-Awtorità  ikollha personalità  ġuridika distinta minn dik
tal-Gvern, u r-rappreżentanza ġuridika tagħha tkun tvesti fiċ-
Chairman. L-assi u kull proprjetà  li l-Awtorità  jkollha għandhom
madankollu jkunu proprjetà  tal-Gvern u l-Awtorità  tkun biss
responsabbli għall-amministrazzjoni tagħhom waqt li tkun qed
tieħu ħsiebhom, u għandha tiddisponi minnhom skond dawk id-
direttivi li l-Ministru jista’ minn żmien għal żmien jagħti lill-
Awtorità .
(13) L-Awtorità  tista’ bl-approvazzjoni tal-Ministru timpjega
dak il-persunal li tista’ tkun teħtieġ għat-twettiq xieraq tal-
funzjonijiet tagħha taħt dan l-Att b’dawk il-pattijiet u l-
kondizzjonijiet li l-Ministru jista’ japprova.
Direttorati. (14) Għandhom jitwaqqfu dawk id-direttorati hekk kif il-
Ministru jista’ b’ordni jippreskrivi li jkollhom ir-responsabbiltajiet
kif ikunu hemm deskritti. Il-Ministru jista’, wara li jikkonsulta lill-
Awtorità , b’ordni fil-Gazzetta, jabolixxi xi wieħed jew aktar minn
dawk id-direttorati. 
(15) L-Awtorità  għandha teżerċita l-funzjonijiet tagħha
permezz tad-Direttorati hekk stabbiliti u għal dak l-għan hija
għandha tvesti f’kull wieħed mid-Direttorati hekk stabbiliti dawk
il-funzjonijiet tagħha li jirrelataw jew huma anċillari għal dawk l-
affarijiet li hija responsabbli għalihom sabiex dak id-Direttorat
AWTORITÀ  MALTIJA DWAR L-ISTANDARDS ġ KAP. 419. 5
ikun jista’ jagħti seħħ lill-policies ta’ l-Awtorità  u biex xort’oħra
jkun jista’ jwettaq b’mod effettiv u effiċjenti l-funzjonijiet ta’ l-
Awtorità  fl-isfera rispettiva ta’ l-operat tagħha. 
(16) Kull wieħed mid-Direttorati hekk stabbiliti għandu
jitmexxa minn persuna li tista’ tkun jew uffiċjal pubbliku assenjat
biex iwettaq dmirijietu ma’ l-Awtorità  jew impjegat ta’ l-Awtorità
jew persuna assenjata biex taħdem ma’ l-Awtorità  skond ftehim
bejn l-Awtorità  u intrapriża pubblika jew privata li f’kull każ ikollu
esperjenza jew konoxxenza adegwata fl isfera rispettiva ta’ l-operat
tiegħu. 
(17) L-Eżekuttiv Prinċipali u l-kapijiet tad-Direttorati
għandhom jinħatru mill-Awtorità  wara konsultazzjoni mal-Ministru
għal żmien tliet snin u dak iż-żmien jista’ jiġi mtawwal għal perjodi
oħra ta’ tliet snin kull wieħed:
Iżda l-ewwel Eżekuttiv Prinċipali u l-ewwel kap ta’ kull
Direttorat li jinħatru wara d-dħul fis seħħ ta’ dan l-Att għandhom
jinħatru mill-Ministru. 
(18) Sew l-Awtorità  sew kull wieħed mid-Direttorati jistgħu
jeżerċitaw xi wieħed jew iktar mill-funzjonijiet tagħhom kemm
direttament kemm permezz ta’ l-uffiċjali jew impjegati tagħhom
jew, bla ħsara għall-proviso għas-subartikolu (11) hawn aktar ’il
fuq, permezz ta’ aġenzija li tkun awtorizzata għal dak il-għan, jew
permezz ta’ kuntrattur jew persuna oħra li magħhom isir ftehim
għat-twettiq ta’ xi waħda jew iktar minn dawk il-funzjonijiet. 
(19) Meta f’dan l-Att xi ħaġa jkollha ssir minn jew kontra jew
għar-rigward ta’ l-Awtorità , jew xi avviż ikollu jingħata jew jista’
jingħata lill-Awtorità , kull ħaġa jew avviż simili jistgħu wkoll
jintagħmlu minn jew kontra jew għar-rigward ta’ jew jingħataw lid-
Direttorat li l-ħaġa tkun tinkwadra taħt il-ġurisdizzjoni tiegħu
minħabba f’xi delega ta’ funzjoni lil dak id-Direttorat; u għall-
għanijiet hawn aktar qabel imsemmija kull referenza f’dan l-Att
għall Awtorità  tinkludi referenza għad-Direttorat idoneju. 
Relazzjonijiet bejn 
il-Ministru u l-
Awtorità .
(20) Il-Ministru jista’ għar-rigward ta’ dawk l-affarijiet li jkunu
jidhrulu li jolqtu l-interess pubbliku, minn żmien għal żmien jagħti
lill-Awtorità  direttivi bil-miktub ta’ xorta ġenerali, li ma jkunux
inkonsistenti mal-provvedimenti ta’ dan l-Att, dwar il-policy li
għandha tiġi segwita fit-twettiq tal-funzjonijiet vestiti fl-Awtorità
minn jew taħt dan l-Att, u l-Awtorità  għandha, kemm jista’ jkun
malajr, iġġib fis-seħħ dawk id-direttivi kollha. 
(21) L-Awtorità  għandha tagħti lill-Ministru faċilitajiet għall-
ksib ta’ informazzjoni dwar il-proprjetà  li jkollha u l-attivitajiet
tagħha u tibgħatlu prospetti, kontijiet u kull informazzjoni oħra li
jkollha x’taqsam ma’ dan, u tagħtih il-faċilitajiet kollha biex ikun
jista’ jivverifika l-informazzjoni mogħtija, b’dak il-mod u f’kull
waqt li huwa jista’ hekk raġonevolment jeħtieġ.
Allokazzjoni ta’ 
uffiċjali pubbliċi 
biex iwettqu 
dmirijiet ma’ l-
Awtorità .
4. (1) Il-Prim Ministru jista’, fuq talba ta’ l-Awtorità , minn
żmien għal żmien jordna li xi uffiċjal pubbliku jkun allokat biex
iwettaq xi dmir ma’ l-Awtorità  f’dik il-kariga u b’effett minn dik
id-data li tista’ tiġi speċifikata fl-ordni.
(2) Il-perijodu li matulu ordni bħal dak hawn aktar qabel
6 KAP. 419. ħ AWTORITÀ  MALTIJA DWAR L-ISTANDARDS
imsemmi jkun japplika għal xi uffiċjal speċifikat fih, sakemm dak
l-uffiċjal ma jirtirax mis-servizz pubbliku, jew xort’oħra jtemm
qabel iż-żmien milli jibqa’ fil-kariga, jew sakemm ma tkunx
speċifikata xi data oħra fl-ordni, għandu jtemm malli sseħħ xi
waħda mill-ġrajjiet li ġejjin, jiġifieri meta -
(a) dak l-uffiċjal jaċċetta offerta ta’ trasferiment għas-
servizz ta’, u impieg permanenti ma’ l-Awtorità  li ssir
skond is-subartikolu (8) ta’ dan l-artikolu; jew
(b) ssir ir-revoka mill-Prim Ministru ta’ xi ordni minnu
magħmul taħt dan l-artikolu dwar dak l-uffiċjal.
(3) Meta ordni bħal dak hawn aktar qabel imsemmi jkun
revokat għar-rigward ta’ xi uffiċjal mill-Prim Ministru, il-Prim
Ministru jista’, b’ordni ieħor, jalloka lil dak l-uffiċjal sabiex jaqdi
dmirijietu ma’ l-Awtorità  f’dik il-kariga u b’effett minn dik id-data
li tista’ tkun speċifikata fl-ordni l-ieħor, u d-disposizzjonijiet tas-
subartikolu (2) ta’ dan l-artikolu għandhom ma’ dan japplikaw
sakemm jibqa’ jseħħ dak l-ordni l-ieħor dwar dak l- uffiċjal.
(4) Meta uffiċjal pubbliku jkun allokat għal xogħol ma’ l-
Awtorità  skond xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu,
dak l-uffiċjal għandu, sakemm dak l-ordni jibqa’ jkollu effett
dwaru, jkun taħt l-awtorità  amministrattiva u l-kontroll ta’ l-
Awtorità , iżda għandu għall-finijiet u l-effetti l-oħra kollha jibqa’ u
jiġi meqjus u ttrattat bħala uffiċjal pubbliku.
(5) Mingħajr preġudizzju għall-ġeneralità  ta’ dak li jinsab
hawn aktar qabel, uffiċjal allokat biex iwettaq dmirijiet kif hawn
aktar qabel imsemmi -
(a) m’għandux sakemm ikun hekk allokat -
(i) ikun prekluż milli japplika għal trasferiment
għal dipartiment tal-Gvern skond il-pattijiet u l-
kondizzjonijiet ta’ servizz annessi mal-ħatra
tiegħu li kellu mal-Gvern fid-data li fiha jkun
ġie allokat biex iwettaq dmirijiet; jew
(ii) ikun hekk impjegat li r-rimunerazzjoni u l-
kondizzjonijiet tas-servizz tiegħu jkunu anqas
vantaġġjużi minn dawk annessi mal-ħatra tiegħu
li kellu mal-Gvern fid-data li fiha jkun ġie
allokat biex iwettaq dmirijiet kif imsemmi qabel
jew li kienu jkunu annessi ma’ dik il-ħatra,
matul dak il-perijodu, kieku dak l-uffiċjal ma
kienx allokat biex iwettaq dmirijiet ma’ l-
Awtorità ; u
Kap. 93.
Kap. 58.
(b) ikollu l-jedd li s-servizz tiegħu ma’ l-Awtorità  jitqies
bħala servizz mal-Gvern għall-fini ta’ kull pensjoni,
gratifikazzjoni jew benefiċċju taħt l-Ordinanza dwar
il-Pensjonijiet u taħt l-Att dwar il-Pensjonijiet lil Nisa
Romol u Tfal Iltima, u għall-fini ta’ kull jedd jew
privileġġ ieħor li għalih kien ikollu dritt, u jkollu kull
responsabbiltà  li għaliha kien ikun suġġett, ħlief għall-
fatt li hu kien allokat biex iwettaq dmirijiet ma’ l-
Awtorità .
AWTORITÀ  MALTIJA DWAR L-ISTANDARDS ġ KAP. 419. 7
(6) Meta ssir applikazzjoni kif provdut fis-subartikolu (5)(a)(i)
ta’ dan l-artikolu, din għandha tingħata l-istess konsiderazzjoni
bħallikieku l-applikant ma kienx allokat biex iwettaq dmirijietu
ma’ l-Awtorità .
(7) L-Awtorità  għandha tħallas lill-Gvern dawk il-
kontribuzzjonijiet li jistgħu minn żmien għal żmien jiġu stabbiliti
mill-Ministru responsabbli għall-finanzi għal kemm ikunu jiswew
il-pensjonijiet u l-gratifikazzjonijiet dovuti lil uffiċjal allokat biex
iwettaq dmirijiet ma’ l-Awtorità  kif imsemmi qabel matul il-
perijodu li fih ikun hekk allokat.
Offerta ta’ impieg 
permanenti ma’ l-
Awtorità  lil 
uffiċjali pubbliċi 
assenjati biex 
jaqdu dmirijiet ma’ 
l-Awtorità.
(8) L-Awtorità  tista’, bl-approvazzjoni tal-Prim Ministru,
toffri lil kull uffiċjal pubbliku allokat biex iwettaq dmirijiet ma’ l-
Awtorità  taħt is- subartikolu (2) ta’ dan l-artikolu, impieg
permanenti ma’ l-Awtorità  b’rimunerazzjoni u bil-pattijiet u l-
kondizzjonijiet li jiġu speċifikati fl-offerta.
(9) Kull uffiċjal li jaċċetta impieg permanenti ma’ l-Awtorità
li jkun offrut lilu taħt dan l-artikolu għandu, għall-finijiet kollha
jitqies li jkun temm mis-servizz tal-Gvern u li jkun daħal f’servizz
ma’ l-Awtorità  fid-data meta huwa jaċċetta.
(10) Kull uffiċjal bħal dak hawn aktar qabel imsemmi li,
minnufih qabel ma jaċċetta impieg permanenti ma’ l-Awtorità  kellu
jedd jikseb benefiċċju taħt l-Att dwar il-Pensjonijiet lil Nisa Romol
u Tfal Iltiema, għandu jibqa’ jkollu dak il-jedd li jibbenefika taħtu
għal kull skop bħallikieku s-servizz tiegħu ma’ l-Awtorità  kien
servizz mal-Gvern. 
(11)(a)Il-karigi u l-gradi salarjali ma’ l-Awtorità  għandhom jiġu
klassifikati fi gradi u livelli inkrementali li jkunu l-
iktar jikkorrispondu mill-qrib għall-gradi u livelli
inkrementali fis-servizz taħt il-Gvern ta’ Malta
b’riferenza għal job description, sengħa,
responsabbilitajiet u fatturi oħra analogi. 
(b) Il-klassifikazzjoni msemmija fil-paragrafu (a) ta’ dan
is-subartikolu għandha ssir minn bord magħmul minn
president li jiġi maħtur mill-Ministru responsabbli
għall-finanzi u minn żewġ membri oħra, wieħed
maħtur mill-Ministru ċentralment responsabbli għal
policies dwar il-persunal fis-servizz pubbliku u wieħed
li jiġi maħtur mill-Awtorità . Il-klassifikazzjoni
għandha ssir u tkun suġġetta għall-approvazzjoni finali
tal-Ministru responsabbli għall-finanzi. 
(ċ) Dik il-klassifikazzjoni għandha sseħħ fi żmien tliet
xhur minn kull aġġustament tas-salarji ta’ impjeġati
fis-servizz tal-Gvern u, jew, ta’ impjegati ta’ l-
Awtorità . 
(d) Ebda kariga ma għandha tiġi klassifikata fi grad ogħla
minn dak ta’ Grad 3 fis-servizz tal Gvern jew dak il-
grad ieħor li l-Ministru responsabbli għall-finanzi
jista’ minn żmien għal żmien jistabbilixxi b’avviż fil-
Gazzetta. 
(e) Mingħajr preġudizzju għall-artikolu 113 tal-
8 KAP. 419. ħ AWTORITÀ  MALTIJA DWAR L-ISTANDARDS
Kostituzzjoni, ħadd ma jista’, wara klassifikazzjoni kif
hawn aktar qabel imsemmi, ikollu jedd għal drittijiet
taħt l-imsemmija Ordinanza dwar il-Pensjonijiet li
jkunu inqas favorevoli minn dawk li kien ikollu jedd
għalihom qabel dik il-klassifikazzjoni.
Parti mill-infieq ta’ 
l-Awtorità  isir mid-
dħul tagħha.
5. (1) Mingħajr preġudizzju għall-provvedimenti li ġejjin ta’
dan l-artikolu, l-Awtorità  għandha hekk tmexxi l-affarijiet tagħha li
daqstant mill-ispiża meħtieġa għat-twettiq sew tal-funzjonijiet
tagħha daqskemm ikun possibbli għandha, daqskemm dan ikun
prattiku, tinħareġ mid-dħul tagħha.
(2) Għal dak l-għan l-Awtorità  għandha tiġbor kull dritt, rata u
ħlas ieħor preskritti jew meqjusa bħala preskritti b’dan l-Att jew
taħtu jew kull liġi oħra li jkollha x’taqsam mas-setgħat u l-
funzjonijiet ta’ l-Awtorità .
(3) L-Awtorità  għandha wkoll titħallas mill-Gvern mill-Fond
Konsolidat dawk l-ammonti li l-Parlament jista’ minn żmien għal
żmien jawtorizza li jiġu approprjati sabiex minnhom issir kull
nefqa li ma tistax tiġi koperta bid-dħul tagħha u jsiru l-ispejjeż ta’
xogħlijiet speċifikati biex dawn jitkomplew jew xort’oħra jsiru
mill-Awtorità , li jkunu xogħlijiet ta’ infrastruttura jew ta’ xorta
kapitali simili.
(4) Kull eċċess ta’ dħul fuq l-infieq għandu, bla ħsara għal
dawk l-ordnijiet li l-Ministru, wara konsultazzjoni mal-Ministru
responsabbli għall-finanzi, jista’ jagħmel, jiġi applikat mill-
Awtorità  għall-formazzjoni ta’ fondi ta’ riserva sabiex dawn
jintużaw għall-għanijiet ta’ l-Awtorità ; u mingħajr preġudizzju
għall-ġeneralità  tas-setgħat mogħtijin lill-Ministru b’dan is-
subartikolu, kull ordni li ssir mill-Ministru kif hawn aktar qabel
imsemmi tista’ tkun tordna t-trasferiment lill-Gvern, jew l-
applikazzjoni b’dak il-mod li jista’ jiġi speċifikat fl-ordni, ta’ xi
parti mid-drittijiet, rati u ħlasijiet oħra miġbura skond is-
subartikolu (2) ta’ dan l-artikolu jew ta’ kull eċċess bħal dak kif
hawn aktar qabel imsemmi.
(5) Il-flus kollha ta’ l-Awtorità  li ma jkunux meħtieġa
minnufih biex minnhom issir l-ispiża jistgħu jiġu investiti b’dak il-
mod li jista’ minn żmien għal żmien jiġi approvat mill-Ministru.
Setgħa li tissellef 
jew toriġina 
kapital.
6. (1) Bil-għan li tkun tista’ taqdi kull funzjoni tagħha taħt
dan l-Att, l-Awtorità  tista’, bl-approvazzjoni bil-miktub tal-
Ministru li tingħata wara konsultazzjoni mal-Ministru responsabbli
għall-finanzi, tissellef jew tiġbor flus b’dak il-mod, minn dik il-
persuna, dak il-korp jew dik l-awtorità , u taħt dawk il-pattijiet u l-
kondizzjonijiet li l-Ministru jista’, wara konsultazzjoni kif hawn
aktar qabel imsemmija, japprova bil-miktub.
(2) L-Awtorità  tista’ wkoll, minn żmien għal żmien, tissellef,
b’overdraft jew xort’oħra, dawk l-ammonti li tista’ tenħtieġ sabiex
twettaq il-funzjonijiet tagħha taħt dan l-Att:
Iżda għal kull ammont li jkun jeċċedi l-ħamsin elf lira,
għandha tingħata l-approvazzjoni tal-Ministru bil-miktub.
Avvanzi mill-
Gvern.
7. Il-Ministru responsabbli għall-finanzi jista, wara
AWTORITÀ  MALTIJA DWAR L-ISTANDARDS ġ KAP. 419. 9
konsultazzjoni mal-Ministru, jagħmel avvanzi lill-Awtorità  ta’
dawk l-ammonti li huwa jista’ jaqbel li jkunu meħtieġa mill-
Awtorità  biex din twettaq kull funzjoni tagħha taħt dan l-Att, u
jista’ jagħmel dawk l-avvanzi b’dawk il-pattijiet u l-kondizzjonijiet
li huwa jista’, wara dik il-konsultazzjoni hawn aktar qabel
imsemmija, iqis li tkun xierqa. Avvanz bħal dak jista’ jsir mill-
Ministru responsabbli għall-finanzi mill-Fond Konsolidat, u
mingħajr ebda approprjazzjoni oħra minbarra dan l-Att, b’kitba
minnu magħmula li tkun tawtorizza lill-Accountant General li
jagħmel dak l-avvanz.
Self mingħand il-
Gvern.
8. (1) Il-Ministru responsabbli għall-finanzi jista’, għal kull
ħtieġa ta’ l-Awtorità  ta’ xorta kapitali, jikkuntratta jew jiġbor kull
self, jew jidħol f’passiv, għal dawk il-perjodi u b’dawk il-pattijiet u
kondizzjonijiet hekk kif huwa jista’ jqis li jkun xieraq; u kull
ammont dovut għar-rigward ta’ jew f’konnessjoni ma’ xi self jew
passiv bħal dak għandu jkun piħ fuq il-Fond Konsolidat.
(2) Għandu jingħata avviż dwar kull self, passiv jew avvanz
magħmul jew li jsir taħt il-provvedimenti ta’ qabel ta’ dan l-
artikolu lill-Kamra tar-Rappreżentanti kemm jista’ jkun
prattikament malajr.
(3) Sakemm ma jibda jsir il-ġbir ta’ xi self bħal dak imsemmi
fis-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu, jew bil-għan li l-Awtorità  tiġi
pprovduta b’kapital funzjonali, il-Ministru responsabbli għall-
finanzi jista’, b’kitba magħmula minnu nnifsu, u mingħajr ebda
approprjazzjoni oħra ħlief dan l-Att, jawtorizza lill-Accountant
General li jagħmel avvanzi lill-Awtorità  mit-Treasury Clearance
Fund taħt dawk il-pattijiet li jistgħu jiġu speċifikati mill-Ministru
meta dawn isiru.
(4) Ir-rikavat minn kull self li jinġabar bil-għan li jsiru avvanzi
lill-Awtorità , u kull flus oħra li għandhom jiġu avvanzati lill-
Awtorità  taħt dan l-artikolu, għandhom jitqegħdu ġewwa fond
speċifikament stabbilit għal dak l-għan u li jkun magħruf bħala
"Fond għal Self lill-Awtorità  Maltija dwar l-iStandards".
(5) Ammonti li jirċievi l-Accountant General mill-Awtorità
għar-rigward ta’ avvanzi magħmulin lill-Awtorità  taħt is-
subartikolu (3) ta’ dan l-artikolu għandhom jitħallsu, f’dawk li
huma ammonti riċevuti bħala ħlas lura billi jitqegħdu fit-Treasury
Clearance Fund u, f’dawk li huma ammonti riċevuti bħala mgħax
billi jitqegħdu fil-Fond Konsolidat. 
Estimi ta’ l-
Awtorità .
9. (1) L-Awtorità  għandha tara li jitħejjew f’kull sena
finanzjarja, u għandha mhux iktar tard minn sitt ġimgħat wara
tmiem kull sena bħal dik tadotta, estimi tad-dħul u l-infieq ta’ l-
Awtorità  għas-sena finanzjarja li tiġi minnufih wara:
Iżda l-estimi għall-ewwel sena finanzjarja ta’ l-Awtorità
għandhom jiġu mġejjija u adottati f’dak iż-żmien li l-Ministru jista’
jispeċifika b’avviż bil-miktub lill-Awtorità .
(2) Fit-tħejjija ta’ dawk l-estimi l-Awtorità  għandha tqis kull
fond u flus oħra li jistgħu jkunu dovuti li jitħallsu lilha mill-Fond
Konsolidat matul is-sena finanzjarja rilevanti, sew bis-saħħa ta’
dan l-Att jew ta’ Att ta’ approprjazzjoni jew ta’ kull liġi oħra; u l-
10 KAP. 419. ħ AWTORITÀ  MALTIJA DWAR L-ISTANDARDS
Awtorità  għandha hekk tħejji l-estimi imsemmija b’mod li tiżgura
li d-dħul totali ta’ l-Awtorità  huma mill-inqas suffiċjenti biex
minnhom jitħallas kull ammont li sewwasew għandu jintefaq mill-
kont tad-dħul tagħha inkluż, iżda mingħajr preġudizzju għall-
ġeneralità  ta’ dik il-frażi, d-deprezzament.
(3) L-estimi għandhom isiru f’dik l-għamla u għandu jkun
fihom dik l-informazzjoni u dak it-tqabbil ma’ snin ta’ qabel hekk
kif il-Ministru responsabbli għall-finanzi jista’ jordna.
(4) Kopja ta’ l-estimi għandha, meta dawn jiġu adottati mill-
Awtorità , tintbagħat minnufih mill-Awtorità  lill-Ministru u lill-
Ministru responsabbli għall-finanzi.
(5) Il-Ministru għandu ma’ l-ewwel opportunità  u mhux iktar
tard minn sitt ġimgħat wara li jkun irċieva kopja ta’ l-estimi
mingħand l-Awtorità  japprova dawk l-estimi li jistgħu jkunu
b’emendi jew mingħajrhom wara konsultazzjoni mal-Ministru
responsabbli għall-finanzi.
L-infieq għandu 
jkun skond l-estimi 
approvati.
10. (1) Ma għandha ssir jew tiġġarrab ebda nefqa mill-
Awtorità  kemm-il darba din ma tkunx ġiet approvata mill-Ministru
kif provdut fl-artikolu 9 ta’ dan l-Att.
(2) Minkejja l-provvedimenti tas-subartikolu (1) ta’ dan l-
artikolu -
(a) sa l-iskadenza ta’ sitt xhur mill-bidu ta’ sena
finanzjarja, jew sa l-approvazzjoni ta’ l-estimi għal dik
is-sena mill-Ministru, skond liem data tiġi l-ewwel, l-
Awtorità  tista’ tagħmel jew iġġarrab spiża għat-twettiq
tal-funzjonijiet tagħha taħt dan l-Att li ma tkunx
globalment teċċedi nofs l-ammont approvat mill-
Ministru għas-sena finanzjarja preċedenti;
(b) in-nefqa approvata għar-rigward ta’ intestatura jew
sotto-intestatura ta’ l-estimi tista’, bl-approvazzjoni
tal-Ministru li tingħata wara konsultazzjoni mal-
Ministru responsabbli għall-finanzi, issir jew tiġġarrab
għar-rigward ta’ xi intestatura jew sotto-intestatura
oħra ta’ l-estimi;
(ċ) għar-rigward ta’ l-ewwel sena finanzjarja li tagħlaq
wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan l-Att, l-Awtorità  tista’
tagħmel jew iġġarrab nefqa li ma tkunx globalment
teċċedi dawk l-ammonti li l-Ministru responsabbli
għall-finanzi jista, wara konsultazzjoni mal-Ministru,
jippermetti;
(d) jekk għar-rigward ta’ xi sena finanzjarja jinstab li l-
ammont approvat mill-Ministru ma jkunx suffiċjenti
jew inkella tkun inqalgħet ħtieġa għal nefqa għal għan
li ma jkunx hemm provdut dwaru fl-estimi, l-Awtorità
tista’ tadotta estimi supplimentari għall-approvazzjoni
tal-Ministru u f’kull każ bħal dak il-provvedimenti ta’
dan l-Att applikabbli għall-estimi għandhom kemm
jistgħu ikunu japplikaw għall-estimi supplimentari.
AWTORITÀ  MALTIJA DWAR L-ISTANDARDS ġ KAP. 419. 11
Pubblikazzjoni ta’ 
l-estimi approvati.
11. L-estimi u l-estimi supplimentari kollha ta’ l-Awtorità
approvati mill-Ministru għandhom, kemm jista’ jkun prattikament
malajr, jitqegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra.
Kontijiet u 
verifika.
12. (1) L-Awtorità  għandha tara li jinżammu kontijiet u
records oħra sew għar-rigward ta’ l-operazzjonijiet tagħha, u
għandha tara li jitħejja prospett ta’ kontijiet għar-rigward ta’ kull
sena finanzjarja.
(2) Il-kontijiet ta’ l-Awtorità  għandhom jiġu verifikati minn
awditur jew awdituri li jinħatru mill-Awtorità  u jiġu approvati mill-
Ministru:
Iżda l-Ministru responsabbli għall-finanzi jista’, wara
konsultazzjoni mal-Ministru, jeħtieġ li l-kotba u l-kontijiet ta’ l-
Awtorità  jiġu verifikati jew eżaminati mill-Awditur Ġenerali li
għandu għal dak l-għan ikollu s-setgħa li jikkontrolla fiżikament u
jagħmel dawk l-aċċertamenti li huwa jista’ jqis li jkunu meħtieġa.
(3) Wara tmiem kull sena finanzjarja, u mhux aktar tard mid-
data meta l-estimi ta’ l-Awtorità  jintbagħtu lill-Ministru taħt l-
artikolu 9 ta’ dan l-Att, l-Awtorità  għandha tara li kopja tal-
prospett tal-kotijiet debitament verifikat għandu jintbagħat lill-
Ministru u lill-Ministru responsabbli għall-finanzi flimkien ma’
kopja ta’ kull rapport magħmul mill-awdituri dwar dak il-prospett
jew fuq il-kontijiet ta’ l-Awtorità .
(4) Il-Ministru għandu, kemm jista’ jkun malajr, jara li kopja
ta’ kull prospett u rapport bħal dak titqiegħed fuq il-Mejda tal-
Kamra.
Depiżitu tad-dħul u 
ħlasijiet li jsiru 
mill-Awtorità.
13. (1) Il-flus kollha li jinġabru mill-Awtorità  għandhom
jitqegħdu f’bank jew banek li jinħatru bħala bankeira ta’ l-Awtorità
b’riżoluzzjoni ta’ l-Awtorità . Dawk il-flus għandhom, kemm jista’
jkun prattiku, jitqegħdu f’dawk il-banek minn jum għall-ieħor, ħlief
dak l-ammont li l-Awtorità  tista’ tawtorizza li għandu jinżamm
sabiex isiru nefqiet żgħar minnu u ħlasijiet ta’ flus likwidi ta’
minnufih.
(2) Kull ħlas mill-fondi ta’ l-Awtorità , minbarra nefqiet żgħar
li ma jkunux jeċċedu ammont stabbilit mill-Awtorità , għandhom
isiru minn dak l-uffiċjal jew dawk l-uffiċjali ta’ l-Awtorità  li l-
Awtorità  taħtar jew tinnomina għal dak l-għan.
(3) Ċekkijiet li jinħarġu fuq, u żbanki li jsiru minn, xi kont tal-
bank ta’ l-Awtorità  għandhom ikunu ffirmati minn dak l-uffiċjal ta’
Awtorità  hekk kif jista’ jiġi maħtur jew nominat mill-Awtorità  għal
dak l-għan u għandhom ikunu kontrosenjati mill-President, jew
minn dak il-membru jew uffiċjal ieħor ta’ l-Awtorità  li jista’ jiġi
awtorizzat mill-Awtorità  għal dak l-għan.
(4) L-Awtorità  għandha wkoll tagħmel provvedimenti għar-
rigward ta’ -
(a) il-mod kif il-ħlasijiet għandhom jiġu awtorizzati jew
approvati u l-uffiċjal jew uffiċjali li għandhom
jawtorizzawhom jew japprovawhom;
(b) it-titolu ta’ kull kont miżmum f’bank jew banek fejn
jiġu depożitati l-flus ta’ l-Awtorità , u t-trasferiment ta’
12 KAP. 419. ħ AWTORITÀ  MALTIJA DWAR L-ISTANDARDS
fondi minn kont għall-ieħor;
(ċ) il-metodu li għandu jiġi adottat meta jkun qed jitħallsu
flus mill-fondi ta’ l-Awtorità ;
u ġeneralment għar-rigward ta’ kull ħaġa li hi rilevanti għat-tiżmim
u kontroll sew tal-kontijiet u l-kotba, u l-kontroll tal-finanzi, ta’ l-
Awtorità .
 Kuntratti ta’ 
provvista ta’ 
xogħlijiet.
14. L-Awtorità  ma għandhiex, ħlief bl-approvazzjoni tal-
Ministru mogħtija għal raġunijiet speċjali u wara konsultazzjoni
mal-Ministru responsabbli għall-finanzi, tagħti jew tidħol f’xi
kuntratt għall-provvista ta’ oġġetti jew materjal jew għall-
eżekuzzjoni ta’ xogħlijiet, jew għall-għoti ta’ servizzi, lil jew
għall-benefiċċju ta’ l-Awtorità , li jkun stmat mill-Awtorità  li
jeċċedi tliet elef lira fil-valur, jew dak l-ammont ieħor li l-Ministru
responsabbli għall-finanzi jista’ b’regolamenti jippreskrivi, ħlief
wara li jkun ġie ppubblikat avviż dwar l-intenzjoni ta’ l-Awtorità  li
tidġol fil-kuntratt u jkunu nħarġu s-sejħiet għall-offerti
kompetittivi.
Rapport annwali. 15. L-Awtorità  għandha, mhux aktar tard minn sitt ġimgħat
wara tmiem kull sena finanzjarja, tagħmel u tibgħat lill-Ministru u
lill-Ministru responsabbli għall-finanzi rapport li jkun ġeneralment
jittratta dwar l-attivitajiet ta’ l-Awtorità  matul dik is-sena
finanzjarja u li jkun fih dik l-informazzjoni relattiva għall-
proċedimenti u l-policy ta’ l-Awtorità  b’dak il-mod li xi wieħed
mill-Ministri msemmija jista’ minn żmien għal żmien ikun jeħtieġ.
Il-Ministru għandu ma’ l-ewwel opportunità  u mhux aktar tard
minn tmien ġimgħat wara li jkun irċieva kopja ta’ kull rapport bħal
dak, jew jekk f’xi żmien waqt dak il-perijodu l-Kamra tar-
Rappreżentanti ma tkunx qiegħda f’sessjoni, fi żmien tmien
ġimgħat mill-bidu tas-sessjoni li minnufih tmiss wara, jara li kopja
ta’ kull rapport bħal dak titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tar-
Rappreżentanti.
Funzjonijiet ta’ l-
Awtorità.
16. Il-funzjonijiet ta’ l-Awtorità  jkunu:
(a) li tagħmel, tadotta u tippubblika standards għar-
rigward ta’ kull klassi, kategorija jew tip ta’ prodotti u,
jew, servizzi;
(b) li tikkordina, tissorvelja u ġġib ’il quddiem l-għemil
ta’ standards u attivitajiet relatati fid-diversi livelli
korporattivi, nazzjonali, reġjonali u internazzjonali, u
biex tipprovdi u, jew, tiżgura li jkun hemm servizzi
relatati sussidjarji adattati;
Għall-għanijiet ta’ dan il-paragrafu, "servizzi relatati sussidjarji"
tinkludi:
(i) il-promozzjoni ta’ l-adozzjoni u l-applikazzjoni
ta’ kull aspett ta’ metroloġija bħala ħaġa
miżjuda meħtieġa għall-għemil ta’ standards;
(ii) l-iżgurar tad-disponibilità  ta’ servizzi ta’ l-
ittestjar;
(iii) l-offerta ta’ pariri teknoloġiċi u servizzi ta’
konsulenza lill-Gvern, aġenziji tal-Gvern u s-
settur privat;
AWTORITÀ  MALTIJA DWAR L-ISTANDARDS ġ KAP. 419. 13
(iv) it-twaqqif u l-manutenzjoni ta’ programm ta’
akkreditazzjoni internazzjonali;
(v) kull servizz ieħor relatat ma’ l-għemil ta’
standards kif jista’ jkun meħtieġ;
(ċ) li tippubblika listi ta’ korpi għall-għemil ta’ standards
li jkunu rikonoxxuti mill-Awtorità  għall-għanijiet ta’
dan l-Att;
(d) li tikkonsidra kull applikazzjoni għal permess għall-
użu ta’ marka ta’ konformità  u għall-għoti ta’ permessi
għal dak l-għan;
(e) li tgħarraf lill-pubbliku bis-suġġetti ġodda inklużi fil-
programm ta’ standards tagħha u bit-tħejjija jew l-
emenda ta’ standard, kemm-il darba dak l-istandard
ma jkunx traspożizzjoni identika jew ekwivalenti ta’
standard Internazzjonali jew Ewropew. Din l-
informazzjoni għandha tindika, b’mod partikolari, jekk
l-istandard involut:
- ikunx se jittrasponi standard internazzjonali
mingħajr ma jkun l-ekwivalenti tiegħu;
-  huwiex se jkun standard nazzjonali ġdid; jew
- ikunx se jemenda standard nazzjonali; u
(f) li tikkollabora ma’ korpi Nazzjonali, Ewropej,
Reġjonali jew korpi internazzjonali oħra fil-qasam ta’
l-għemil ta’ standards u tiskambja informazzjoni
magħhom b’mod ġenerali, u b’mod partikolari sa dak
il-limitu daqskemm jista’ jiġi pprovdut dwaru f’xi
obbligu internazzjonali li Malta tintrabat bih jew hekk
kif jista’ jiġi preskritt; 
(ġ) li tagħmel dawk il-funzjonijiet l-oħra kollha li jistgħu
jiġu lilha assenjati taħt il-provvedimenti ta’ dan l-Att
jew ta’ kull liġi oħra.
Tibdil, 
sostituzzjoni jew 
revoka ta’ 
standards.
17. Is-setgħa mogħtija lill-Awtorità  biex tagħmel, tadotta u
tippubblika standards għandha tiftiehem li tinkludi s-setgħa,
eżerċitabbli bl-istess mod, li tbiddel, tissostitwixxi jew tirrevoka xi
standard bħal dak.
Tiġi pubblikata 
lista ta’ standards.
18. (1) L-Awtorità  għandha tippubblika fil-Gazzetta lista ta’
standards magħmula, adottati jew trasposti minnha flimkien ma’ l-
ekwivalenza internazzjonali tagħhom, jekk din tkun tapplika, u
għandha tindika wkoll f’dawk l-avviżi mnejn tkun tista’ tinkiseb
kopja ta’ dawk l-istandards.
(2) Minkejja d-disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan l-Att u ta’ kull
liġi oħra, il-lista ta’ standards imsemmija fis-subartikolu (1) ta’
dan l-artikolu kif ukoll kull standards magħmula, adottati jew
trasposti mill-Awtorità  jistgħu jsiru, jiġu pubblikati, jiġu preskritti
jew jitqiegħdu għad-disposizzjoni tal-pubbliku bl-ilsien Ingliż biss.
Marka ta’ 
konformità .
19. (1) L-Awtorità  għandha tagħti permess għall-użu ta’
marka ta’ konformità  dwar xi prodott u, jew, servizzi li jissodisfaw
l-istandards u jwettqu l-kondizzjonijiet preskritti fl-istandards li
tkun qegħda tiġi ddikjarata konformità  magħhom.
14 KAP. 419. ħ AWTORITÀ  MALTIJA DWAR L-ISTANDARDS
(2) L-Awtorità  ma għandhiex tagħti permess jekk ma jkollhiex
dik il-prova u ma jiġux mogħtija lilha dawk l-opportunitajiet u
faċilitajiet li jistgħu jkunu raġonevolment meħtieġa sabiex l-
Awtorità  tkun tista’ tissodisfa ruħha li l-prodott u, jew, is-servizzi
li dwarhom tkun saret l-applikazzjoni jkunu jikkwalifikaw għal dak
il-permess.
(3) F’kull permess mogħti dwar xi prodott u, jew, servizz, l-
Awtorità  barra milli tiddeskrivi dak il-prodott u, jew, servizz,
għandha wkoll -
(a) issemmi l-persuna li jkun ingħatalha il-premess;
(b)  issemmi l-pajjiż fejn dawk l-oġġetti jkunu prodotti,
manifatturati jew ipproċessati; u
(ċ)  tispeċifika l-istandards applikabbli għal dak il-prodott
u, jew, servizzi:
Iżda, meta ma jkun hemm ebda tibdil fiċ-ċirkostanzi l-oħra
li kienu ġġustifikaw l-għoti ta’ liċenza, l-Awtorità  għandha dwar
kull permess bħal dak tawtorizza, fuq talba, is-sostituzzjoni tal-
persuna msemmija fiha kif jiġi ppruvat li jkun meħtieġ.
(4) Għall-finijiet ta’ dan l-Att il-partikolaritajiet imsemmija fil-
paragrafi (a) u (b) ta’ l-aħħar subartikolu qabel dan għandhom
jitqiesu li jagħmlu parti mid-deskrizzjoni tal-prodott u, jew, servizz
li għalihom jirreferixxu.
Dħul f’fabbriki u 
teħid ta’ kampjuni.
20. (1) L-uffiċjali awtorizzati bil-miktub għal hekk mill-
Awtorità  jkunu jistgħu fil-ħinijiet kollha raġonevoli jidħlu għall-
finijiet ta’ dan l-Att f’kull post fejn prodotti u, jew, servizz li
dwarhom ikun iseħħ permess, jiġu prodotti, manifatturati jew
ipproċessati, u jkollhom dritt jispezzjonaw dak il-post, jeżaminaw
dawk l-oġġetti u jieħdu kampjuni tagħhom bil-mod preskritt mill-
Ministru.
(2) Kull min ma jħallix jidħol f’xi post bħal dak lil xi uffiċjal
awtorizzat kif hawn aktar qabel imsemmi jew f’xi post bħal dak
jostakolah jew ifixklu fil-qadi ta’ dmirijietu, jkun ħati ta’ reat u
jeħel meta jinsab ħati mill-Qorti tal-Maġistrati multa ta’ mhux
anqas minn ħamsin lira u mhux iżjed minn mitejn lira jew
priġunerija għal żmien ta’ minn xahar sa tliet xhur jew dik il-multa
u priġunerija flimkien.
Setgħa tal-Ministru 
li jagħmel 
regolamenti.
21. Il-Ministru jista’ minn żmien għal żmien jagħmel
regolamenti wara konsultazzjoni ma’ l-Awtorità :
(a)  li jippreskrivu l-marka jew is-simbolu li għandu
jintuża biex jindika konformità  ma’ xi standard;
(b) li jippreskrivu l-mod u l-forma kif għandha ssir
applikazzjoni għal marka ta’ konformità , it-tagħrif li
tali applikazzjoni għandu jkollha, u d-drittijiet li
għandhom jitġallsu dwarha;
(ċ)  li jippreskrivu l-mod u l-forma kif għandhom jinħarġu
l-permessi mill-Awtorità  u d-drittijiet li għandhom
jitħallsu dwarhom;
(d)  li jippreskrivu l-mod ta’ reġistrazzjoni ta’ permessi
AWTORITÀ  MALTIJA DWAR L-ISTANDARDS ġ KAP. 419. 15
maħruġa taħt dan l-Att;
(e) li jippreskrivu l-mod kif għandhom jittieħdu l-
kampjuni ta’ prodotti;
(f) li jipprovdu dwar il-pubblikazzjoni ta’ abbozzi ta’
standards u l-mod kif il-pubbliku jista’ jressaq l-
ilmenti tiegħu dwarhom lill-Awtorità ;
(g) li jippreskrivu d-drittijiet jew il-ħlasijiet li jistgħu
jinġabru dwar servizz provdut mill-Awtorità  taħt dan
l-Att;
(h) li jippreskrivu kull ħaġa li tkun jew li tista’ tiġi
preskritta taħt dan l-Att; u 
(i) b’mod ġenerali għat-tmexxija aħjar ta’ l-iskopijiet u
finijiet ta’ dan l-Att. 
Riservi.
Kap. 187 - 
Revokat.
22. (1) Regolamenti magħmulin taħt l-Att dwar l-Awtorità  ta’
Malta għall-Għemil ta’ Standards għandhom jibqgħu fis-seħħ
bħallikieku magħmula taħt il-provvedimenti ta’ dan l-Att u jistgħu
jiġu emendati u revokati skond hekk.
(2) L-Awtorità  mwaqqfa taħt l-Att dwar l-Awtorità  ta’ Malta
għall-Għemil ta’ Standards għandha tkompli sseħħ bħala l-
Awtorità  mwaqqfa taħt dan l-Att.
(3) Kull Standard Order magħmul taħt l-Att dwar l-Awtorità
ta’ Malta għall-Għemil ta’ Standards għandu jkompli jseħħ
bħallikieku dan kien Standard Order magħmul taħt dan l-Att u
jista’ jiġi emendat jew revokat skond hekk.
