KUNSILL MALTI GĦALL-ARTIĠJANAT ġ KAP. 421. 1
KAPITOLU 421
ATT DWAR IL-KUNSILL MALTI 
GĦALL-ARTIĠJANAT
ATT sabiex jipprovdi għall-inkoraġġiment, promozzjoni u regolament
ta’ l-artiġjanat u l-artiġjani, b’mod partikolari l-artiġjanat li jagħmel
sehem mill-wirt storiku ta’ Malta, għat-twaqqif ta’ kunsill nazzjonali
ghall-artiġjanat li jkun magħruf bħala l-Kunsill Malti għall-Artiġjanat, u
għal dak kollu li hu anċillari jew li għandu x’jaqsam ma’ dan.
21 ta’ Novembru, 2000
L-Att XXI ta’ l-2000.
Titolu u bidu fis-
seħħ.
1. It-titolu ta’ dan l-Att huwa l-Att dwar il-Kunsill Malti
għall-Artiġjanat, u għandu jibda jseħħ f’dik id-data li l-Ministru
responsabbli għall-industrija jista’, bla ħsara għad-disposizzjonijiet
ta’ l-artikolu 8 tiegħu, jistabbilixxi b’avviż fil-Gazzetta u jistgħu
jiġu hekk stabbiliti dati differenti għal disposizzjonijiet differenti u
għal għanijiet differenti ta’ dan l-Att.
Tifsir.
xort’oħra: 
"artiġjan" tfisser persuna li tipprattika xi artiġjanat Malti u tkun
taqla’ l-għajxien tagħha jew tissupplimenta l-qliegħ tagħha b’dak l-
artiġjanat Malti jew li ġġib prova li jkollha l-kapaċità  li tipproduċi
prodotti ta’ artiġjanat Malti; 
"artiġjanat" tfisser arti, ħila jew sengħa, li tiġi dikjarata mill-
Ministru li tkun artiġjanat għall-iskopijiet ta’ dan l-Att u li
tinħadem minn persuna waħda jew iktar fil-manifattura ta’ artifatti
u prodotti oħra li ġeneralment jeħtieġu fil-manifattura taghhom
iktar il-ħila tal-bniedem milli l-użu ta’ xi makkinarju;
"artiġjanat Malti" tfisser artiġjanat li ġeneralment jirrifletti t-
tradizzjonijiet u l-wirt tal-gżejjer Maltin;
"imprenditur" tfisser persuna, sew fiżika sew ġuridika, li
kummerċjalment tinnegozja prodotti ta’ artiġjanat Malti; 
"il-Kunsill" tfisser il-Kunsill Malti għall-Artiġjanat imwaqqaf
taħt l-artikolu 4 ta’ dan l-Att;
"marki" ghall-fini ta’ l-artikolu 7 tinkludi mbolli u tikketti; 
"il-Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għall-industrija;
"prodotti ta’ artiġjanat Malti" tfisser prodotti ta’ artiġjanat Malti
manifatturati f’Malta.
Il-Ministru jista’ 
jiddikjara lil xi arti, 
eċċ., bħala 
artiġjanat Malti.
3. Il-Ministru jista’ b’Ordni taħt dan l-Att jiddikjara xi arti,
ħila, sengħa jew industrija bħala artiġjanat Malti għall-finijiet ta’
dan l-Att u jista’ b’Ordni simili jemenda, jirrevoka jew
jissostitwixxi Ordni li jkun hekk għamel.
Kunsill Malti 
għall-Artiġjanat.
4. (1) Għandu jkun hemm kunsill li jkun korp awtonomu li
ma jagħmilx profitti u li jkun magħruf bħala l- Kunsill Malti għall-
Artiġjanat li jkollu l-funzjonijiet, setgħat u dmirijiet stabbiliti f’dan
l-Att.
(2) Il-Kunsill ikun magħmul -
2 KAP. 421. ħ KUNSILL MALTI GĦALL-ARTIĠJANAT
(a) mid-Direttur ta’ l-Industrija ex officio li jkun
President;
(b) minn Viċi President li jinħatar mill-Ministru;
(ċ) minn uffiċjal li jkun iservi fil-Ministeru responsabbli
għall-edukazzjoni jew fid-dipartimenti li jaqgħu taħt
ir-responsabbiltà  ta’ dak il-Ministeru, li jinħatar mill-
Ministru bi ftehim mal-Ministru responsabbli għall-
edukazzjoni;
(d) minn uffiċjal li jkun iservi fil-Ministeru responsabbli
għal Għawdex jew fid-dipartimenti, jew sezzjonijiet
tad-dipartimenti, li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà  ta’
dak il-Ministeru, li jinħatar mill-Ministru bi ftehim
mal-Ministru responsabbli għal Għawdex;
(e) minn uffiċjal li jkun iservi fil-Ministeru responsabbli
għall-agrikoltura u sajd jew fid-dipartimenti li jaqgħu
taħt ir-responsabbiltà  ta’ dak il-Ministeru, li jinħatar
mill-Ministru bi ftehim mal-Ministru responsabbli
mill-agrikoltura u sajd;
(f) minn uffiċjal li jkun iservi fil-Ministeru responsabbli
ghat-turiżmu jew fid-dipartimenti li jaqghu taħt ir-
responsabbiltà  ta’ dak il-Ministeru, li jinħatar mill-
Ministru bi ftehim mal-Ministru responsabbli ghat-
turiżmu;
(g) minn membru, maħtur mil-Ministru, li jkun
rappreżentant ta’ għaqda li tkun kostitwita skond il-
liġi u li tkun tirrappreżenta lill-imprendituri;
(h) minn tliet rappreżentanti li jiġu eletti minn, u minn
fost, artiġjani li jkunu reġistrati mal-Kunsill; u
(i) minn rappreżentant li jiġi elett minn, u minn fost,
imprendituri reġistrati mal-Kunsill.
(3) Il-Ministru ghandu jaħtar uffiċjal li ma jkollux grad inqas
minn dak ta’ Senior Principal, jew dak il-grad ieħor li l-Ministru
jista’ jippreskrivi, u li jkun iservi f’dipartiment li jkun jaqa’ taħt il-
Ministeru tiegħu, biex jagħmilha ta’ Segretarju tal-Kunsill. 
(4) (a) Il-kariga tal-membri tal-Kunsill għandha tkun waħda
onorarja u, ħlief għall-membri eletti, ż-żmien tal-ħatra
għandu jkun dak il-perjodu li jissemma fl-ittra tal-ħatra
ta’ dawk il-membri jew sa dak iż-żmien meta l-
Ministru jaħtar lil xi persuna oħra biex tidħol
minflokhom. 
(b) Il-membri eletti tal-Kunsill għandhom ikunu hekk
eletti u għandhom hekk jibqgħu fil-kariga kif provdut
fl-Iskeda li tinsab ma’ dan l-Att.
(5) Persuna ma tkunx eliġibbli li tkun membru tal-kunsill jekk
hija -
(a) tkun membru tal-Kamra tar-Rappreżentanti; jew
KUNSILL MALTI GĦALL-ARTIĠJANAT ġ KAP. 421. 3
Kap. 313.
(b) tkun instabet ħatja ta’ xi delitt kontra l-proprjetà  u s-
sigurtà  pubblika, xi delitt kontra l-fiduċja pubblika, xi
delitt kontra l-kummerċ pubbliku jew xi delitt taħt l-
Att dwar id-Deskrizzjonijiet Kummerċjali. 
(6) Persuna ttemm milli tkun membru tal-Kunsill jekk -
(a) ma tibqax iktar eliġibbli li tinħatar jew li tiġi eletta
bħala membru; jew
(b) fil-każ ta’ persuna maħtura mill-Ministru, jekk tinħatar
persuna oħra minflokha; jew
(ċ) fil-każ ta’ membru elett, jekk jirriżenja mill-kariga bil-
miktub għand il-Ministru; jew
(d) f’kull każ ieħor kif provdut f’dan l-Att jew fl-Iskeda li
tinsab miegħu.
(7) Il-Kunsill jista’ jaġixxi minkejja kull vakanza fl-għamla
tiegħu.
(8) Il-President, u fin-nuqqas tiegħu l-Viċi President, għandu
jippresjedi l-laqgħat tal-Kunsill; fin-nuqqas ta’ kemm il-President
kemm il-Viċi-President, il-membri preżenti għandhom jeleġġu
wieħed mill-membri maħturin sabiex ikun hu li jippresjedi l-
laqgħa.
(9) (a) Il-quorum fil-laqgħat tal-Kunsill għandu jkun ta’ sitt
membri; jekk ma jkunx hemm quorum preżenti fil-
waqt meta titlaqqa’ l-laqgħa, l-laqgħa għandha tibda
wara tletin minuta, iżda ebda deċiżjoni tal-Kunsill ma
tkun valida kemm-il darba din ma jkollhiex l-appoġġ
ta’ mill-inqas erba’ membri tal-Kunsill, li wieħed
minnhom ikun membru maħtur mill-Ministru.
(b) Il-President jew il-membru li jkun jippresjedi l-laqgħa
għandu jkollu vot oriġinali, u fil-każ li l-voti jiġu
ndaqs, casting vote.
(ċ) Il-Kunsill jista’ jsaqsi lil kull persuna li jqis li tkun
adatta sabiex tattendi l-laqgħat tal-Kunsill biex tagħti
l-parir tagħha dwar xi kwistjoni li tkun qed tiġi trattata
mill-Kunsill, u dawk il-persuni ma jkollhomx jedd li
jivvotaw f’dawk il-laqgħat.
(d) Xort’oħra, l-Kunsill għandu jirregola l-proċeduri
tiegħu nnifsu.
(10) Il-President għandu jinforza d-deċiżjonijiet tal-Kunsill
permezz ta’ l-aġenzija tad-dipartiment tiegħu, jew ta’ dipartimenti
oħra tal-Gvern jew permezz ta’ korpi, aġenziji jew persuni oħra,
wara konsultazzjoni mal-Kunsill. 
(11) Is-Segretarju għandu jżomm il-minuti tal-laqgħat u jibgħat
avviżi li bihom jitlaqqa’ l-Kunsill.
(12) Il-Kunsill għandu jiltaqa’ mill-inqas darba fix-xahar u
għandu jitlaqqa’ f’dik id-data u f’dak il-ħin hekk kif jista’ jiġi
ordnat mill-President jew kif jista’ jintalab minn ħames membri
tiegħu li jkunu.
(13) Ir-rappreżentanza ġuridika tal-Kunsill għandha tvesti fil-
4 KAP. 421. ħ KUNSILL MALTI GĦALL-ARTIĠJANAT
President jew f’dak il-membru l-ieħor li l-Kunsill jaħtar għal
għanijiet speċifiċi. Kull ħatra bħal dik għandha tiġi avżata fil-
Gazzetta.
Il-Ministru għandu 
jipprovdi 
faċilitajiet lill-
Kunsill.
5. (1) Il-Ministru għandu jipprovdi lill-Kunsill dawk il-
faċilitajiet li fil-fehma tiegħu jistgħu jkunu meħtieġa għat-twettiq
sew tal-funzjonijiet tiegħu.
(2) Id-deċiżjonijiet tal-Kunsill għandhom jitwasslu mis-
Segretarju lill-Ministru.
Funzjonijiet tal-
Kunsill.
6. (1) Il-Kunsill għandu jkollu dawn il-funzjonijiet li ġejjin:
(a) li jirreġistra lill-artiġjani u lill-imprendituri skond
dawk ir-regoli li jistgħu jiġu preskritti;
(b) li jġib ‘il quddiem interess, apprezzament,
promozzjoni u regolament kostanti ta’ l-artiġjanat
Malti b’mod partikolari u fl-artiġjanat Malti b’mod
ġenerali fost is-setturi kollha tal-komunitaċ sew
residenti sew barranija;
(ċ) li jappoġġa u jħares l-interessi ta’ l-artiġjani billi jġib
‘il quddiem studji sabiex jiġu identifikati l-materja
prima, id-disinn, riċerka dwar is-suq u programmi
dwar il-bejgħ;
(d) li jġib ‘il quddiem il-qawmien mill-ġdid ta’ l-artiġjanat
Malti tradizzjonali;
(e) li jġib ‘il quddiem il-ħolqien ta’ opportunitajiet għall-
produzzjoni ta’ prodotti ta’ artiġjanat Malti;
(f) li jistabbilixxi sistema volontarja ta’ ċertifikazzjoni li
biha tiġi garantita l-ġenwinità  ta’ prodotti ta’ artiġjanat
Malti u biex jirregola u jissorvelja dik is-sistema;
(g) li jagħti parir lill-Ministru dwar kull aspett ta’ l-
artiġjanat Malti, b’mod ġenerali u partikolari fil-
formulazzjoni ta’ politika nazzjonali dwar l-artiġjanat
Malti, u fl-għemil ta’ regolamenti taħt dan l-Att;
(h) li jagħti pariri dwar l-implimentazzjoni ta’ politika
nazzjonali dwar l-artiġjanat Malti, u li jissorveljaha;
(i) li jistabbilixxi kuntatti internazzjonali bil-għan li
jkabbar il-valur ta’ l-artiġjanat Malti;
(j) li jwettaq kull funzjoni oħra li tista’ tiġi assenjata lilu
taħt din il-liġi jew xi liġi oħra.
(2) Għat-twettiq tal-funzjonijiet tiegħu taħt dan l-Att il-Kunsill
jista’ bi ftehim mal-Ministru jutilizza dawk il-fondi li jistgħu jiġu
lilu assenjati mill-Gvern minn żmien għal żmien u li jistgħu
jingħataw b’donazzjoni jew jitħallew b’disposizzjoni testamentarja
lill-Kunsill minn persuni oħra.
(3) Il-Kunsill ikun eżenti mill-ħlas ta’ taxxa fuq l-income jew
tat-taxxa fuq id-dokumenti jew trasferimenti.
Setgħat tal-
Ministru li jagħmel 
regolamenti.
7. Il-Ministru jista’, wara konsultazzjoni mal-Kunsill,
jagħmel regolamenti għall-aħjar twettiq tal-provvedimenti ta’ dan
l-Att u jista’ b’mod partikolari b’dawk ir-regolamenti:
KUNSILL MALTI GĦALL-ARTIĠJANAT ġ KAP. 421. 5
(a) jirregola r-reġistrazzjoni ta’ artiġjani u imprendituri;
(b) jipprovdi dwar sistema taħt is-sorveljanza tal-Kunsill
sabiex tiġi ċertifikata l-ġenwinità  ta’ prodotti ta’
artiġjanat Malti u tal-materjal li jiġi użat fil-
produzzjoni tagħhom;
(ċ) jistabbilixxi l-kwalifiki li għandu jkollhom l-artiġjani
li jipproduċu prodotti ta’ artiġjanat Malti;
(d) jipprovdi dwar iċ-ċertifikazzjoni ta’ l-artiġjani li
jipprodu/u prodotti ta’ artiġjanat Malti;
Kap. 419.
(e) jistabbilixxi dawk il-marki li jindikaw il-ġenwinità  ta’
prodotti ta’ artiġjanat Malti bħala marki ta’ konformità
taħt l-Att dwar l-Awtorità  Maltija dwar l-iStandards;
(f) jemenda jew jissostitwixxi l-Iskeda li tinsab ma’ dan l-
Att;
(g) b’mod ġenerali li jirregola l-attivitajiet ta’ artiġjani u
ta’ imprendituri; u
(h) jippreskrivi kull ħaġa li skond dan l-Att għandha tiġi
preskritta.
Perjodu transitorju.
għandhomx jidħlu fis-seħħ qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu, li
ma jkunx ta’ inqas minn sitt xhur, wara l-għemil ta’ regolamenti
taħt l-artikolu 7(a) ta’ dan l-Att, u matul dak il-perjodu sew l-
artiġjani sew l-imprendituri jistgħu jirreġistraw għall-finijiet ta’
dan l-Att. 
SKEDA
(Artikolu 4)
1. Il-membri eletti tal-Kunsill għandhom, bla ħsara għad-
disposizzjonijiet ta’ din l-Iskeda, jiġu eletti għal perjodu ta’
sentejn.
2. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ din l-Iskeda, l-
elezzjonijiet għandhom isiru tliet xhur qabel ma l-membri li jkun
hemm itemmu ż-żmien tal-kariga tagħhom.
3. Ikunu eliġibbli jivvotaw għall-membri tal-Kunsill
imsemmija fl-artikolu 4(2)(g) artiġjani reġistrati biss.
4.  Ikunu eliġibbli jivvotaw għall-membri tal-Kunsill
imsemmija fl-artikolu 4(2)(h) l-imprendituri reġistrati biss.
5. L-elezzjonijiet għandhom isiru taħt is-sorveljanza tas-
Segretarju li għandu jippubblika sejħa għan-nomini xahar qabel ma
ssir il-votazzjoni.
6. In-nomini, li għandhom ikunu ffirmati minn persuna
eliġibbli li tivvota fl-elezzjoni u li jkunu aċċettati permezz tal-
firma tal-kandidat, għandhom jiġu riċevuti mis-Segretarju sa
ġimgħatejn qabel id-data tal-votazzjoni.
6 KAP. 421. ħ KUNSILL MALTI GĦALL-ARTIĠJANAT
7. Id-data u l-post tal-votazzjoni għandhom jiġu ppubblikati
fil-Gazzetta mis-Segretarju mill-inqas ħmistax il-ġurnata qabel id-
data tal-votazzjoni.
8. Il-lista tal-kandidati għandha titwaħħal fil-post tal-
votazzjoni għal mill-inqas erbat ijiem qabel il-ġurnata tal-
votazzjoni sa u inkluża l-ġurnata tal-votazzjoni nnifisha.
9. L-elezzjonijiet għandhom isiru b’vot sigriet, il-votanti
għall-membri msemmija fl-artikolu 4(2)(g) għandhom jivvotaw
għal tliet kandidati u għandhom juru l-preferenza tagħhom billi
jqegħdu X quddiem l-isem tal-kandidati preferuti.
10. Il-votanti għall-membri msemmija fl-artikolu 4(2)(h)
għandhom jivvotaw għal żewġ kandidati u d-disposizzjonijiet l-
oħra tal-paragrafu 9 ta’ din l-Iskeda għandhom mutatis mutandis
japplikaw.
11. Il-membri eletti ma għandhomx jibqgħu fil-kariga għal
iktar minn tlitt perjodi konsekuttivi u ma jkunux eliġibbli li jkunu
kandidati għar-raba’ perjodu li jiġi minnufih wara.
12. Il-kandidati bl-ogħla għadd ta’ voti għandhom jiġu
ddikjarati eletti. Il-voti jingħaddu mis-Segretarju u minn żewġ
kummissjunarji elettorali li jiġu eletti għal dak l-għan minn fost
dawk preżenti għal dik il-laqgħa.
13. Ir-riżultat ta’ l-elezzjoni għandu jiġi ppubblikat fil-
Gazzetta.
14. Jekk membru elett jirriżenja, postu jimtela mill-kandidat
mhux elett li jikseb l-ogħla għadd ta’ voti li jiġi minnufih wara.
Dak il-membru għandu jservi għall-perjodu li jifdal taż-żmien ta’
kariga tal-membru li jkun irriżenja.
15. Jekk il-membri eletti kollha taħt l-artikolu 4(2)(g) jew (h)
jirriżenjaw ilkoll flimkien, għandha ssir elezzjoni ġdida għall-
membri taħt l-imsemmi paragrafu (g) jew (h) skond il-każ fi żmien
tliet xhur mid-data tar-riżenja. Il-membri eletti taħt dik l-elezzjoni
għandhom iservu għal żmien sħiħ ta’ sentejn.
16. Meta ma jiġux nominati kandidati biż-żejjed, il-vakanza
għandha timtela mill-Ministru li jaġixxi fuq il-parir tal-membri li
jifdal tal-Kunsill.
17. Il-votazzjoni għandha ssir mill-persuna nnifisha u ħadd ma
jista’ jibgħat lil xi ħadd ieħor jivvota minfloku.
18. Għandha tinżamm f’Jannar ta’ kull sena laqgħa ġenerali
annwali ta’ l-artiġjani reġistrati kollha u laqgħa ġenerali annwali
ta’ l-imprendituri reġistrati kollha.
19. Għandhom jinżammu laqgħat ġenerali straordinarji meta
ssir sejħa għalihom bil-miktub li tiġi ffirmata minn mill-inqas
għoxrin fil-mija ta’ l-artiġjani reġistrati kollha, jew għoxrin fil-mija
ta’ l-imprendituri reġistrati kollha, skond il-każ; il-President
għandu jsejjaħ dik il-laqgħa ġenerali straordinarja fi żmien erba’
ġimgħat minn meta ssirlu dik it-talba.
20. Il-quorum fil-laqgħat ġenerali ikun ta’ tletin membru li
jkunu eliġibbli li jattendu u jivvotaw fihom.
KUNSILL MALTI GĦALL-ARTIĠJANAT ġ KAP. 421. 7
21. Jekk ma jkunx hemm quorum fil-waqt li fih ikollha tibda l-
laqgħa, il-laqgħa għandha tibda tletin minuta wara l-ħin stabbilit u
min imbagħad ikun preżenti dak il-ħin ikun jagħmel il-quorum.
22. Il-President għandu jippresjedi l-laqgħat ġenerali. L-avviż
dwar il-laqgħat ġenerali għandu jintbagħat lill-persuni reġistrati u
jiġi ppubblikat fil-Gazzetta mis-Segretarju mhux iktar tard minn
ġimgħa qabel id-data tal-laqgħa.
23. Matul il-laqgħat ġenerali l-President għandu jagħmel
rapport ta’ l-attivitajiet tal-Kunsill matul is-sena kalendarja ta’
qabel.
24. Waqt il-laqgħat ġenerali il-persuni preżenti jistgħu jitolbu
r-riżenja tal-membri eletti li dwarhom tkun tirreferi dik il-laqgħa, u
jekk dik is-sejħa tkun appoġġata bil-maġġoranza tal-membri
preżenti, il-membri eletti għandhom jitqiesu bħallikieku jkunu
irriżenjaw:
Iżda ebda sejħa bħal dik ma tkun valida sakemm din ma
jkollhiex l-appoġġ ta’ mill-inqas tletin persuna li jkollhom il-jedd
jivvotaw f’elezzjoni ta’ dawk il-membri. Inkella, deċiżjoni ta’
laqgħa ġenerali tkun biss valida jekk ikollha l-appoġġ tal-
maġġoranza tal-persuni preżenti.
25. Il-laqgħat ġenerali jistgħu, fuq mozzjoni, jagħmlu
suġġerimenti għal attivitajiet u azzjoni mill-Kunsill.
26. Il-Kunsill jista’, minħabba f’raġunijiet dixxiplinari li jiġi
pprovdut dwarhom fir-regolamenti, jissospendi d-drittijiet ta’ xi
artiġjan jew imprenditur, skond il-każ, milli jattendi u jivvota waqt
il-laqgħat ġenerali jew fl-elezzjonijiet. Id-deċiżjoni tal-Kunsill
f’dawk il-kwistjonijiet tkun waħda finali.
