AWTORITÀ  TA’ L-ISTATISTIKA TA’ MALTA ġ KAP. 422. 1
KAPITOLU 422
ATT DWAR L-AWTORITÀ  
TA’ L-ISTATISTIKA TA’ MALTA
ATT biex jpprovdi għat-twaqqif ta’ Awtorità  li tkun magħrufa bħala l-
Awtorità  ta’ l-Istatistika ta’ Malta, u għat-twettiq minn jew f’isem dik l-
Awtorità  ta’ funzjonijiet regolatorji dwar riżorsi li għandhom x’jaqsmu
mal-ġbir, kompilazzjoni u pubblikazzjoni ta’ statistiċi uffiċjali, u biex
jipprovdi għall-ħwejjeġ li huma anċillari għalihom jew li għandhom
x’jaqsmu magħhom.
1 ta’ Marzu, 2001
L-Att XXIV ta’ l-2000.
TAQSIMA I
PRELIMINARI
Titolu fil-qosor.
l-Istatistika ta’ Malta.
Tifsir.
xort’oħra - 
''Awtorità '' tfisser l-Awtorità  ta’ l-Istatistika ta’ Malta stabbilita
bl-artikolu 3;
''awtorità  pubblika'' tfisser kull dipartiment tal-gvern, kunsill
lokali, bord jew kumitat uffiċjali u kull korp ieħor pubbliku
stabbilit bil-liġi;
''Chairperson'' tfisser iċ-Chairperson ta’ l-Awtorità  u tinkludi,
fiċ-ċirkostanzi msemmija fl-artikolu 5(2), id-Deputat Chairperson
jew kull persuna oħra nominata bħala chairperson:
Iżda, għar-rigward ta’ l-artikolu 34, ''Chairperson'' tfisser
iċ-Chairperson ta’ kumitat konsultattiv;
''data konfidenzjali'' tfisser data miġbura mill-Uffiċċju
Nazzjonali ta’ l-Istatistika biex isiru statistiċi uffiċjali meta dik id-
data tippermetti li unitajiet statistiċi jiġu identifikati direttament
jew indirettament, u b’hekk tiġi żvelata informazzjoni individwali;
''Direttur Ġenerali'' tfisser il-persuna hekk maħtura bis-saħħa ta’
l-artikolu 9;
''direttorati'' tfisser dawk id-direttorati li huma jew jistgħu jkunu
stabbiliti taħt l-artikolu 42;
''funzjonijiet'' tinkludi setgħat u dmirijiet;
''imparzjalità '' tfisser il-metodu oġġettiv u indipendenti li
tipproduċi statistiċi uffiċjali b’mod li jkun ħieles minn kull
pressjoni minn gruppi politiċi jew gruppi oħra interessati,
partikolarment f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-għażla ta’ metodi ta’
teknika, tifsiriet u metodoloġiji li huma l-aktar adatti biex jintlaħqu
l-finijiet kif ikunu ġew stabbiliti; timplika wkoll li l-istatistiċi
jkunu disponibbli għal kull min jużahom;
''impjegat'' tfisser persuna impjegata mill-Awtorità ;
2 KAP. 422. ħ AWTORITÀ  TA’ L-ISTATISTIKA TA’ MALTA
''impriża'' tfisser kull unità  ekonomika u tinkludi istituzzjonijiet,
gruppi ta’ impriżi u assoċjati tagħhom, kemm jekk privati kif ukoll
pubbliċi;
''kopja'' tfisser ir-riproduzzjoni ta’ notament jew ta’ xi parti
tiegħu permezz ta’ kitba, kopja fotostatika, mezzi elettroniċi jew
mezzi oħra;
''kredibilità '' tfisser li l-istatistiċi jirriflettu b’mod l-iktar eżatt
possibbli r-realtà  li huma intiżi li jirrapreżentaw; timplika li jiġu
wżati kriterji xjentifiċi għall-għażla ta’ sorsi, metodi u proċeduri;
''kumitat konsultattiv'' jew ''kumitat'' tfisser kumitat ta’
konsultazzjoni stabbilit skond ma hemm fl-artikolu 33;
Kap. 363. ''kunsill lokali'' tfisser kunsill stabbilit skond l-Att dwar il-
Kunsilli Lokali;
''Malta'' għandha l-istess tifsir kif mogħti lilha bl-artikolu 124
tal-Kostituzzjoni;
''Ministru'' tfisser il-Ministru responsabbli għall-istatistika;
''notament'' tinkludi kull karta, metodu fotografiku, metodu
elettroniku jew metodu ieħor biex tiġi reġistrata u maħżuna
informazzjoni u kull formula, skeda, kwestjonarju, jew xi
dokument ieħor bħal dawn;
''popolazzjoni'' tfisser kull grupp jew sotto-grupp ta’ unitajiet ta’
statistika, kemm jekk dawk l-unitajiet ikunu persuni naturali,
persuni legali jew xi unità  ekonomika oħra;
''preskritt'' tfisser preskritt b’regolamenti jew ordnijiet
magħmulin taħt dan l-Att;
''produzzjoni ta’ statistiċi uffiċjali'' tfisser l-attivitajiet kollha
meħtieġa għall-preparazzjoni, ġbir, ħażna, proċessar,
kompilazzjoni, analiżi u xandir ta’ informazzjoni statistika;
''sena finanzjarja'' tfisser perjodu ta’ tnax-il xahar li jispiċċa fit-
30 ta’ Settembru:
Iżda l-ewwel sena finanzjarja ta’ l-Awtorità  għandha tibda
meta dan l-Att jiġi fis-seħħ u tispiċċa fit-30 ta’ Settembru tas-sena
ta’ wara;
''stabbiliment'' tinkludi kull abitazzjoni, bini, post, bastiment jew
inġenji ta’ l-ajru fit-territorju jew fuq it-territorju li jaqa’ taħt il-
ġuridizzjoni ta’ Malta;
''statistiċi'' tinkludi, b’żieda għal data numerika, kull
informazzjoni oħra li tkun meħtieġa għall-ġbir, kompilazzjoni,
analiżi u interpretazzjoni ta’ data;
''statistiċi uffiċjali'' tfisser informazzjoni miksuba billi tiġi
proċessata data biex jiġu kategorizzati fenomeni kollettivi f’parti
definita tal-popolazzjoni fl-isfond ta’ l-implimentazzjoni ta’ pjan
ta’ dħul u nefqa ta’ l-Uffiċċju;
''trasparenza'' tfisser id-drittijiet ta’ persuni li jagħtu tweġibiet
għall-għanijiet ta’ l-istatistika li jingħataw informazzjoni dwar il-
bażi legali li taħtha d-data tkun meħtieġa u l-miżuri protettivi li
jittieħdu biex jipproteġu l-identità  ta’ min iwieġeb;
AWTORITÀ  TA’ L-ISTATISTIKA TA’ MALTA ġ KAP. 422. 3
''Uffiċċju'' tfisser l-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika stabbilit
bl-artikolu 9;
''uffiċjal pubbliku'' għandha l-istess tifsir kif mogħti lilha bl-
artikolu 124 tal-Kostituzzjoni, iżda ma tinkludix Imħallef tal-Qrati
Superjuri jew Maġistrat tal-Qrati Inferjuri.
TAQSIMA II
TWAQQIF, FUNZJONIJIET U TMEXXIJA TA’ L-AFFARIJIET 
TA’ L-AWTORITÀ
Twaqqif ta’ l-
Awtorità  ta’ l-
Istatistika ta’ 
Malta.
3. (1) Għandu jkun hemm korp, li jkun magħruf bħala l-
Awtorità  ta’ l-Istatistika ta’ Malta, li jeżerċita u jwettaq il-
funzjonijiet assenjati lilu b’dan l-Att.
(2) L-Awtorità  għandha tkun korp ġuridiku li jkollu personalità
ġuridika distinta u tkun kapaċi, bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’
dan l-Att, li tagħmel kull kuntratt, li takkwista, iżżomm u
tiddisponi minn kull xorta ta’ proprjetà  għall-għanijiet tal-
funzjonijiet tagħha, jew li tħarrek u li tiġi mħarrka, u li tagħmel
dawk l-affarijiet kollha u li tidħol f’dawk l-operazzjonijiet kollha li
jkunu inċidentali jew li jwasslu għall-eżerċizzju jew twettiq tal-
funzjonijiet tagħha skond dan l-Att, inkluż is-self jew it-tislif ta’
flus.
Rappreżentanza 
legali u ġuridika.
4. Ir-rappreżentanza legali u ġuridika ta’ l-Awtorità  tkun
vestita fiċ-Chairperson ta’ l-Awtorità:
Iżda l-Awtorità  tista’ minn żmien għal żmien tinnomina
wieħed jew aktar mill-membri tagħha, jew wieħed jew aktar mill-
uffiċjali jew impjegati tagħha, biex jidhru f’isimha u f’lokha f’xi
proċedimenti ġudizzjarji jew f’xi att, kuntratt, kitba jew dokument
ieħor ikun liema jkun.
Għamla ta’ l-
Awtorità .
5. (1) L-Awtorità  tkun magħmula kif ġej:
(a) Chairperson maħtur mill-Ministru;
(b) id-Direttur Ġenerali ex officio;
(ċ) sitt membri oħra li jkollhom il-kompetenza teknika
meħtieġa fil-kamp ta’ l-istatistika, li jiġu maħtura mill-
Ministru u li jkunu -
(i) membru wieħed, wara konsultazzjoni mal-Bank
Ċentrali ta’ Malta;
(ii) membru wieħed, wara konsultazzjoni mal-
moviment trejd unjonistiku, kif rappreżentat fuq
il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku;
(iii) membru wieħed, wara konsultazzjoni ma’ l-
Università  ta’ Malta;
(iv) membru wieħed, wara konsultazzjoni mal-
komunità  ta’ negozjanti, kif rappreżentata fuq il-
Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku;
(v) żewġ membri oħra, li jkunu professjonisti fil-
qasam ta’ l-istatistika, u li jkunu maħtura mill-
Ministru.
4 KAP. 422. ħ AWTORITÀ  TA’ L-ISTATISTIKA TA’ MALTA
(2) Il-Ministru jista’ jinnomina wieħed mill-membri maħtura
ta’ l-Awtorità  bħala Deputat Chairperson u l-membru hekk nominat
ikollu s-setgħat kollha u jwettaq il-funzjonijiet kollha taċ-
Chairperson fl-assenza tiegħu jew meta ċ-Chairperson ma jkunx
jista’ jaġixxi bħala tali, jew meta iċ-Chairperson ikun bil-leave jew
jekk ikun hemm vakanza fil-kariga ta’ chairperson; u l-Ministru
jista’ wkoll f’kull waħda miċ-ċirkostanzi msemmija hawn qabel,
jinnomina persuna oħra biex taġixxi bħala chairperson u f’dan il-
każ id-disposizzjonijiet ta’ hawn qabel japplikaw rigward dik il-
persuna.
(3) Il-membri ta’ l-Awtorità , minbarra d-Direttur Ġenerali,
għandhom jiġu maħtura mill-Ministru għall-perjodu ta’ sena jew
għal dak il-perjodu itwal kif jista’ jiġi speċifikat fl-istrument tal-
ħatra, suġġett għal massimu ta’ tliet snin, iżda l-membri hekk
maħtura jistgħu jiġu maħtura mill-ġdid meta jispiċċa l-perjodu tal-
kariga tagħhom.
(4) (a) L-Awtorità  għandha tinnomina wieħed mill-uffiċjali
tagħha biex jaġixxi bħala segretarju għal dak il-perjodu
li jidhrilha xieraq.
(b) Ikun id-dmir tas-segretarju li jagħmel il-preparamenti
meħtieġa għall-laqgħat ta’ l-Awtorità  u li jżomm
minuti ta’ dawk il-laqgħat.
(5) (a) Ebda persuna ma tkun eliġibbli biex tiġi nominata jew
biex tibqa’ Chairperson jew membru ta’ l-Awtorità
jekk hija:
(i) tkun Ministru, Segretarju Parlamentari, membru
tal-Kamra tad-Deputati jew membru ta’ xi
Kunsill Lokali; jew 
(ii) tkun Imħallef jew Maġistrat tal-Qrati tal-
Ġustizzja; jew
(iii) tkun legalment inkapaċitata; jew
(iv) tkun ġiet dikjarata falluta jew tkun għamlet
kompożizzjoni jew arranġament mal-kredituri
tagħha; jew
(v) tkun għamlet reat li jinvolvi frodi jew xi ħaġa
diżonesta oħra, jew tkun kisret xi disposizzjoni
tal- liġi li jkollha l-iskop li tipproteġi l-membri
tal-pubbliku kontra telf finanzjarju li jiġi kawżat
minn diżonestà , inkompetenza jew għemil ħażin
minn persuni involuti f’attività  tan-negozju jew
fit-twettiq ta’ professjoni, jew tkun ħadet sehem
f’xi prattika tan-negozju li l-Ministru jidhirlu
tkun oppressiva jew qarrieqa (kemm jekk tkun
kontra l-liġi jew le) jew li mod ieħor turi
diskreditu fil-metodi ta’ kif tmexxi n-negozju
jew il-professjoni tagħha; jew 
(vi) ikollha interess finanzjarju jew interess ieħor
f’xi impriża jew attività  li x’aktarx taffettwa t-
twettiq tal-funzjonijiet tagħha bħala membru ta’
l-Awtorità :
AWTORITÀ  TA’ L-ISTATISTIKA TA’ MALTA ġ KAP. 422. 5
Iżda l-iskwalifika ta’ persuna skond dan il-
paragrafu tista’ tiġi rrinunzjata mill-Ministru
jekk l-interess jiġi dikjarat u d-dikjarazzjoni tiġi
pubblikata fil-Gazzetta; jew
(vii) ma tkunx mod ieħor adatta u xierqa biex iżżomm
dik il-kariga.
(b) Biex jistabbilixxi jekk persuna tkunx adatta u xierqa
skond il-paragrafu (a)(vii), il-Ministru għandhu jqis l-
integrità  ta’ dik il-persuna, il-kompetenza tagħha u l-
kapaċità  tagħha biex twettaq ir-responsabbiltajiet ta’
dik il-kariga, id-diliġenza li biha dik il-persuna tkun
qed twettaq jew x’aktarx twettaq dawk ir-
responsabbiltajiet u jekk l-interessi ta’ xi persuna
huma, jew x’aktarx ikunu, mhedda bil-fatt li dik il-
persuna jkollha dik il-kariga.
(ċ) Kull persuna li l-Ministru jaħtar jew bi ħsiebu jaħtar
bħala membru ta’ l-Awtorità  għandha, kull darba li
tkun hekk mitluba mill-Ministru, tagħtih dik l-
informazzjoni li l-Ministru jidhirlu meħtieġa għat-
twettiq tad-dmirijiet tal-Ministru skond il-paragrafi (a)
u (b).
(d) Membru ta’ l-Awtorità  jista’ jitneħħa mill-kariga mill-
Ministru għar-raġuni li ma jkunx kapaċi jwettaq il-
funzjonijiet tal-kariga tiegħu kemm jekk dan ikun
dovut għal inkapaċità  mentali jew fiżika, jew għal xi
raġuni oħra, jew għal kondotta ħażina; u għall-finijiet
ta’ dan il-paragrafu assenza ripetuta u mhux ġustifikata
minn laqgħat tista’ titqies bħala kondotta ħażina.
(e) L-ismijiet tal-membri kollha ta’ l-Awtorità  u kull tibdil
fil-kompożizzjoni ta’ dawn il-korpi għandhom jiġu
pubblikati fil-Gazzetta.
(f) Kull membru ta’ l-Awtorità , minbarra d-Direttur
Ġenerali, jista’ jirriżenja mill-kariga permezz ta’ ittra
indirizzata lill-Ministru.
(6) Membru ta’ l-Awtorità  li għandu interess dirett jew indirett
f’xi kuntratt magħmul jew li hu maħsub li jsir mill-Awtorità , li ma
jkunx interess li jiskwalifika dak il-membru milli jibqa’ membru
għandu, mhux aktar tard minn l-ewwel laqgħa li tinżamm wara li
jkun sar jaf biċ-ċirkostanzi rilevanti, jiżvela n-natura ta’ l-interess
tiegħu, u l-membru li għandu interess għandu jirtira mill-laqgħa li
fiha dak il-kuntratt ikun qed jiġi diskuss. Dan it-tagħrif għandu
jingħata lill-Ministru mingħajr dewmien. Meta l-interess ta’ dak il-
membru jkun tali li jiskwalifikah milli jibqa’ membru, hu għandu
jirrapporta dan il-fatt lill-Ministru minnufih u joffri r-riżenja
tiegħu.
(7) Jekk membru jirriżenja jew jekk il-kariga ta’ membru ta’ l-
Awtorità  tkun mod ieħor vakanti jew jekk membru jkun għal xi
raġuni inkapaċi li jwettaq il-funzjonijiet tal-kariga tiegħu, il-
Ministru jista’ jinnomina persuna li tkun kwalifikata biex tiġi
nominata bħala membru biex tkun membru temporanju ta’ l-
Awtorità ; u kull persuna hekk nominata għandha, bla ħsara għad-
6 KAP. 422. ħ AWTORITÀ  TA’ L-ISTATISTIKA TA’ MALTA
disposizzjonijiet tas-subartikolu (5), tieqaf milli tibqa’ membru
meta tiġi maħtura persuna biex timla l-vakanza jew, kif ikun il-każ,
meta l-membru li ma kienx kapaċi jwettaq il-funzjonijiet tal-kariga
tiegħu jerġa’ jibda jwettaq dawk il-funzjonijiet.
(8) Iċ-Chairperson u l-membri ta’ l-Awtorità , minbarra d-
Direttur Ġenerali, għandhom jitħallsu dawk l-onorarja li l-Ministru
jistabbilixxi.
Proċeduri ta’ l-
Awtorità .
6. (1) Mingħajr ħsara għad-disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan l-
Att, l-Awtorità  tista’ tirregola l-proċedura tagħha stess.
(2) L-Awtorità  għandha tiltaqa’ għall-inqas darbtejn kull tliet
xhur.
(3) L-Awtorità  tista’ teżerċita l-funzjonijiet tagħha minkejja xi
vakanza fil-kompożizzjoni tal-membri tagħha, sakemm dawn il-
vakanzi ma jkunux iżjed minn tlieta.
(4) Il-laqgħat ta’ l-Awtorità  għandhom jissejħu miċ-
Chairperson jew, fl-assenza tiegħu, mid-Deputat Chairperson, jew
fuq inizjattiva tiegħu stess jew fuq talba bil-miktub minn xi tlieta
mill-membri ta’ l-Awtorità .
(5) Id-deċiżjonijiet għandhom jittieħdu b’maġġoranza sempliċi
tal-voti tal-membri li jkunu preżenti u li jivvotaw. Iċ-Chairperson
jew, fl-assenza tiegħu, id-Deputat Chairperson, jew kull persuna li
tagħmilha ta’ chairperson, ikollu vot oriġinali u, f’każ ta’ voti
ndaqs, vot deċiżiv. Mingħajr ħsara għal ħtiġiet l-oħra ta’ dan l-Att,
l-ebda deċiżjoni ma tkun valida jekk ma tkunx sostnuta minn għall-
inqas tliet membri ta’ l-Awtorità . 
(6) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-
artikolu, ebda att jew proċedura ta’ l-Awtorità  ma jiġu invalidati
għar-raġuni biss li jkun hemm vakanza fost il-membri.
(7) Kull att magħmul minn persuna bona fidi, bħala membru
ta’ l-Awtorità , jkun validu bħallikieku dik il-persuna kienet
membru minkejja li jinkixef wara li kien hemm xi difett fin-nomina
jew fil-kwalifiki tagħha. Ebda att jew proċedura ta’ l-Awtorità  ma
jiġu investigati minħabba l-kontravenzjoni, minn xi membru, tad-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 5(6).
Funzjonijiet ta’ l-
Awtorità .
7. (1) L-Awtorità  jkollha dawn il-funzjonijiet li ġejjin:
(a) li teżamina u tissottometti għall-approvazzjoni tal-
Ministru l-pjan ta’ dħul u nefqa u l-estimi finanzjarji
mħejjija mid-Direttur Ġenerali għall-amministrazzjoni
ta’ l-Uffiċċju;
(b) li tirregola u tissorvelja b’mod ġenerali fuq il-
produzzjoni ta’ statistiċi uffiċjali skond ħtiġiet u
standards internazzjonali;
(ċ) li tiddiskuti u tagħti parir dwar ħwejjeġ ta’ statistika,
inklużi l-metodoloġija meħtieġa rigward il-ġbir,
kompilazzjoni u xandir ta’ statistiċi;
(d) li tistabbilixxi prijoritajiet fil-waqt li tirrispondi għad-
domanda ta’ statistiċi uffiċjali;
(e) li żżomm kuntatt bejn l-Uffiċju u korpi pubbliċi oħra
AWTORITÀ  TA’ L-ISTATISTIKA TA’ MALTA ġ KAP. 422. 7
f’li għandu x’jaqsam ma’ l-għoti ta’ data u l-
koordinament ta’ attivitajiet b’implikazzjonijiet
statistiċi;
(f) li tippubblika l-pjan ta’ dħul u nefqa wara l-
approvazzjoni tiegħu mill-Ministru u mill-Ministru
tal-Finanzi;
(g) li xxandar t-tagħrif ta’ statistiċi uffiċjali;
(h) li tikkonsidra u tikkumenta fejn meħtieġ fuq ir-rapport
annwali sottomess mid-Direttur Ġenerali dwar ix-
xogħol ta’ l-Uffiċċju kif meħtieġ bl-artikolu 9(5)(g).
(2) Bil-għan li jiġu mwettqa aħjar il-funzjonijiet tagħha, l-
Awtorità  tista’ tistabbilixxi kuntatti u forom ta’ kollaborazzjoni u
ftehim ma’ korpi oħra statutorji lokali jew ta’ barra, dipartimenti
tal-gvern, organizzazzjonijiet internazzjonali, u entijiet oħra li
jeżerċitaw setgħat regolatorji, ta’ sorveljanza jew ta’ liċenzjar, taħt
xi liġi f’Malta jew barra jew li huma mod ieħor involuti fil-ġbir ta’
statistiċi, li jistgħu jkunu direttament jew indirettament ta’
benefiċċju lill-Awtorità .
(3) Il-membri ta’ l-Awtorità , minbarra d-Direttur Ġenerali, ma
jkollhomx aċċess għal informazzjoni konfidenzjali li tirrigwarda xi
persuna individwali, familja jew impriża, sakemm ma jkunux
maħtura bħala uffiċjali ta’ l-istatistika kif imfisser fl-artikolu 11. 
(4) Xejn fis-subartikolu (1) ma għandu jiġi miftiehem bħala li
jagħti lill-Awtorità  d-dritt li teżerċita xi setgħa jew funzjoni diġà
assenjata lid-Direttur Ġenerali taħt dan l-Att.
(5) Il-membri ta’ l-Awtorità  m’għandhomx jieħdu
istruzzjonijiet mill-Gvern jew minn xi awtorità  oħra, partiti politiċi
jew gruppi interessati oħra, fl-għażla ta’ sorsi ta’ data, metodi u
proċeduri ta’ l-istatistika, fil-kontenut, il-forma u ż-żmien li tiġi
mxandra l-informazzjoni, u fl-applikazzjoni tal-konfidenzjalità  ta’
l-istatistiċi.
Relazzjonijiet 
bejn il-Ministru u 
l-Awtorità .
8. (1) Il-Ministru jista’, għar-rigward ta’ dawk l-affarijiet li
jkunu jidhrulu li jolqtu l-interess pubbliku, minn żmien għal żmien,
jagħti lill-Awtorità  direttivi bil-miktub ta’ xorta ġenerali, li ma
jkunux inkonsistenti mad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, dwar il-
policy li għandha tiġi segwita fit-twettiq tal-funzjonijiet vestiti fl-
Awtorità  minn jew taħt dan l-Att, u l-Awtorità  għandha, kemm
jista’ jkun malajr, iġġib fis-seħħ dawk id-direttivi kollha.
(2) L-Awtorità  għandha tagħti lill-Ministru faċilitajiet biex
jakkwista informazzjoni rigward il-proprjetà  u l-attivitajiet tagħha
u għandha tagħtih dawk il-prospetti, kontijiet u informazzjoni oħra
dwarhom u tagħtih il-faċilità  li jkun jista’ jivverifika l-
informazzjoni mogħtija, b’dak il-mod u f’dawk iż-żminijiet li jista’
raġonevolment jeħtieġ.
(3) Jekk l-Awtorità  tonqos mill-tħares xi direttiva maħruġa
skond dan l-artikolu, il-Prim Ministru jista’ jagħmel ordni li biha
jittrasferixxi lill-Ministru, għal kollox jew f’parti, xi funzjoni jew
funzjonijiet ta’ l-Awtorità .
8 KAP. 422. ħ AWTORITÀ  TA’ L-ISTATISTIKA TA’ MALTA
Twaqqif ta’ l-
Uffiċċju 
Nazzjonali ta’ l-
Istatistika u ħatra 
tad-Direttur 
Ġenerali.
9. (1) Għandu jiġi mwaqqaf uffiċċju, li jkun magħruf bħala l-
Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika, hawnhekk iżjed ’il quddiem
imsejjaħ ''l-Uffiċċju''.
(2) Għandu jkun hemm Direttur Ġenerali li jkun il-kap ta’ l-
Uffiċċju u li jkollu r-rappreżentanza legali ta’ dak l-Uffiċċju.
(3) Id-Direttur Ġenerali għandu jkun persuna bi kwalifiki
professjonali, kompetenza rikonoxxuta u reputazzjoni fil-kamp ta’
l-istatistika, u għandu jiġi maħtur mill-Awtorità  wara
konsultazzjoni mal-Ministru għal perjodu ta’ tliet snin; dan il-
perjodu jista’ jiġi mtawwal għal perjodi oħra ta’ tliet snin kull
wieħed:
Iżda l-ewwel Direttur Ġenerali għandu jiġi maħtur mill-
Ministru għal perjodu inizjali ta’ ħames snin.
(4) Id-Direttur Ġenerali jkun responsabbli għal, u għandu
jwettaq, it-tmexxija ta’ kuljum ta’ l-Uffiċċju fi ħdan l-Awtorità
skond il-linji ġenerali ta’ policy stabbiliti mill-Awtorità  minn żmien
għal żmien.
(5) Id-Direttur Ġenerali għandu jwettaq id-dmirijiet tiegħu li
għandhom x’jaqsmu ma’ l-Uffiċċju b’mod awtonomu. Fit-twettiq
tad-dmirijiet tiegħu, id-Direttur Ġenerali għandu -
(a) jara li tinżamm l-integrità  u l-validità  ta’ l-istatistiċi
uffiċjali u li tinżamm il-fiduċja pubblika fihom;
(b) jiddeċiedi, skond konsiderazzjonijiet professjonali u
etiċi, l-iskop u l-għan ta’ l-istatistiċi provduti fil-pjan
ta’ dħul u nefqa, u dwar il-metodi u l-proċeduri għall-
ġbir, kompilazzjoni, ħażna, preżentazzjoni u
pubblikazzjoni ta’ data;
(ċ) jkun responsabbbli biex jiġu mħarsa d-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att dwar konfidenzjalità ;
(d) jiżgura li l-uffiċċju jkun mgħammar bil-faċilitajiet
meħtieġa ta’ teknoloġija ta’ l-informatika biex tiġi
proċessata b’mod effiċjenti l-informazzjoni ta’ l-
istatistika;
(e) jħejji abbozzi ta’ pjanijiet ta’ dħul u nefqa skond ir-
regoli u proċeduri tal-Gvern;
(f) jirrappreżenta l-Uffiċċju f’aġenziji u
organizzazzjonijiet internazzjonali;
(g) jissottometti rapport annwali dwar ix-xogħol ta’ l-
Uffiċċju lill-Awtorità ;
(h) jiżviluppa l-istrateġiji meħtieġa għall-implimentaz-
zjoni ta’ l-għanijiet ta’ l-Awtorità ;
(i) jagħti parir lill-Awtorità  dwar kull ħaġa li l-Awtorità
tista’ tibgħat lilu jew dwar kull ħaġa li hu jikkonsidra
meħtieġa jew espedjenti; u
(j) jwettaq dawk id-dmirijiet kollha li l-Awtorità  tista’
minn żmien għal żmien tassenjalu.
Funzjonijiet ta’ l-
Uffiċċju.
10. (1) Il-funzjonijiet ta’ l-Uffiċċju jkunu l-ġbir, il-
kompilazzjoni, il-kisba u r-rilaxx ta’ statistiċi uffiċjali li għandhom
AWTORITÀ  TA’ L-ISTATISTIKA TA’ MALTA ġ KAP. 422. 9
x’jaqsmu ma’ attivitajiet u kondizzjonijiet demografiċi, soċjali,
ambjentali, ekonomiċi u attivitajiet u kondizzjonijiet ġenerali ta’
Malta kif imfisser fl-Ewwel Skeda.
(2) L-Uffiċċju għandu -
(a) jipprovdi fuq bażi imparzjali, informazzjoni
kwantitattiva u rappreżentattiva dwar is-sitwazzjoni
ekonomika, demografika, gender issues, soċjali u
ambjentali f’Malta, lill-utenti kollha inkluż il-
Parlament, il-Gvern, istituzzjonijiet, operaturi soċjali u
ekonomiċi, istituzzjonijiet u korpi akkademiċi u l-
pubbliku ġenerali; fejn possibbli d-data għandha tkun
provduta fuq bażi reġjonali;
(b) jipproduċi d-data u jkun suġġett għall-prinċipji ta’
kredibilità , oġġettività , rilevanza, konfidenzjalità  ta’ l-
istatistika, trasparenza, speċifiċità , u proporzjonalità .
L-Uffiċċju jista’ wkoll jipproduċi statistiċi li jimmiraw
biex jirriflettu b’mod eżatt kemm ikun possibbli s-
sitwazzjonijiet reali, ixandar ir-riżultati lill-pubbliku u
lill-utenti ta’ dawk ir-riżultati b’mod newtrali u
imparzjali, jiffoka fuq il-fenomini li huma essenzjali
għal min jieħu deċiżjoni u jonora d-dritt taċ-ċittadini
għall-informazzjoni pubblika. Informazzjoni
individwali li tkun f’forma identifikabbli, miġbura
għal għanijiet ta’ statistika, ma għandhiex tintuża għal
għanijiet oħra ħlief għal dawk stabbiliti b’dan l-Att; 
(ċ) jipprovdi l-informazzjoni neċessarja biex tiġi
eżaminata l-kwalità  ta’ statistiċi uffiċjali, u li jagħti
aċċess lill-pubbliku għall-metodi wżati għall-
produzzjoni tagħhom u kif il-prinċipji, li taħthom l-
istatistiċi huma miġbura, ġew imħarsa;
(d) jipprovdi dawk l-ispjegazzjonijiet tekniċi tar-riżultati
biex tiġi evitata interpretazzjoni żbaljata;
(e) jagħmel riċerka dwar u jiżviluppa aktar il-
metodoloġija u t-teknoloġija ta’ l-istatistika;
(f) jissorvelja u jikkoordina t-twettiq ta’ biċċiet ta’ xogħol
b’implikazzjonijiet statistiċi imposti fuq korpi oħra
pubbliċi;
(g) jikkoordina l-produzzjoni ta’ sistemi ta’ statistiċi
uffiċjali, inklużi l-metodoloġiji meħtieġa, biex jiżgura
li l-informazzjoni tkun adatta u ta’ livell standard, l-
effiċjenza u li jintlaħqu il-ħtiġiet ta’ l-utenti; kif ukoll
li jipprovdi klassifikazzjonijiet xierqa u konformità
ma’ ħtiġiet u standards internazzjonali;
(h) jiġbor l-informazzjoni meħtieġa, jikklassifika r-
riżultati skond livelli xierqa u sezzjonijiet, u jxandar
dawn ir-riżultati lill-utenti.
10 KAP. 422. ħ AWTORITÀ  TA’ L-ISTATISTIKA TA’ MALTA
TAQSIMA III
UFFIĊJALI U IMPJEGATI TA’ L-AWTORITÀ
Ħatra ta’ 
persunal.
11. Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan
l-Att, il-ħatra ta’ uffiċjali u ta’ impjegati oħra ta’ l-Awtorità
għandha ssir mill-Awtorità . Il-pattijiet u l-kondizzjonijiet ta’ l-
impieg għandhom jiġu stabbiliti mill-Awtorità  bi ftehim mal-
Ministru.
Ħatra u 
funzjonijiet ta’ l-
uffiċjali u l-
impjegati ta’ l-
Awtorità .
12. (1) L-Awtorità  għandha taħtar u timpjega, b’dik ir-
rimunerazzjoni u skond dawk il-pattijiet u kondizzjonijiet li tista’,
skond l-artikolu 11, tistabbilixxi, lil dawk l-uffiċjali u impjegati ta’
l-Awtorità  li jistgħu minn żmien għal żmien ikunu meħtieġa għat-
twettiq xieraq u effiċjenti tal-funzjonijiet ta’ l-Awtorità .
Kap. 9.
(2) Il-membri ta’ l-Awtorità , l-uffiċjali u l-impjegati kollha ta’
l-Awtorità  u l-membri ta’ kumitati konsultattivi għandhom jitqiesu
bħala uffiċjali pubbliċi skond it-tifsir li hemm fil-Kodiċi Kriminali.
(3) Il-Ministru u l-membri ta’ l-Awtorità  u l-uffiċjali tagħha,
għal perjodu ta’ sena minn meta tkun intemmet il-ħatra tagħhom,
ma għandhom jagħmlu ebda attività  li, skond id-disposizzjonijiet
ta’ l-artikolu 5(5)(a)(vi), tiskwalifika persuna milli jkollha l-kariga
ta’ membru ta’ l-Awtorità .
Assenjament ta’ 
uffiċjali pubbliċi 
biex jaqdu 
dmirijiet ma’ l-
Awtorità .
13. (1) Il-Prim Ministru jista’, fuq talba ta’ l-Awtorità , minn
żmien għal żmien, jordna li xi uffiċjal pubbliku jiġi assenjat biex
jaqdi dmirijietu ma’ l-Awtorità  f’dik il-kariga u b’seħħ minn dik id-
data li jiġu speċifikati f’dak l-ordni.
(2) Il-perjodu li għalih ordni bħal dik hawn aktar qabel
imsemmija għandha tapplika għal xi uffiċjal li jkun speċifikat fiha
għandu, kemm-il darba l-uffiċjal ma jkunx irtira mis-servizz
pubbliku, jew xort’oħra temm milli jibqa’ fil-kariga f’data li tiġi
qabel, jew kemm-il darba ma tiġix speċifikata data differenti f’dik
l-ordni, jtemm milli jibqa’ jseħħ wara sena mid-data effettiva ta’
dik l-ordni, kemm-il darba l-ordni ma tiġix aktar kmieni revokata
mill-Prim Ministru.
Status ta’ uffiċjali 
pubbliċi assenjati 
biex jaqdu 
dmirijiet ma’ l-
Awtorità .
14. (1) Meta uffiċjal jiġi assenjat għal dmirijiet ma’ l-Awtorità
skond xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 13, dak l-
uffiċjal għandu, matul iż-żmien li fih dik l-ordni jkollha effett
dwaru, jkun taħt l-awtorità  u l-kontroll amministrattiv ta’ l-
Awtorità , iżda huwa għandu għal kull għan u raġuni oħra jibqa’ u
jitqies u jiġi trattat bħala uffiċjal pubbliku.
(2) Mingħajr preġudizzju għall-ġeneralità  ta’ dak hawn aktar
qabel imsemmi, uffiċjal li jkun assenjat għal dmirijiet kif hawn
aktar qabel imsemmi - 
(a) ma għandux, waqt iż-żmien li matulu huwa jkun hekk
assenjat -
(i) ikun prekluż milli japplika għal trasferiment f’xi
dipartiment tal-Gvern skond il-pattijiet u l-
kondizzjonijiet tas-servizz konnessi mal-ħatra
tiegħu mal-Gvern li jkollu fid-data meta huwa
jiġi hekk assenjat għal dmirijietu; jew
AWTORITÀ  TA’ L-ISTATISTIKA TA’ MALTA ġ KAP. 422. 11
(ii) ikun hekk impjegat li r-rimunerazzjoni u l-
kondizzjonijiet tas-servizz tiegħu jkunu inqas
favorevoli minn dawk li jkunu konnessi mal-
ħatra tiegħu mal-Gvern li jkollu fid-data hawn
aktar qabel imsemmija jew li kienu jkunu
konnessi ma’ dik il-ħatra, matul dak iż-żmien, li
kieku dak l-uffiċjal ma jkunx ġie assenjat biex
jaqdi dmirijietu ma’ l-Awtorità ; u 
Kap. 93. 
Kap. 58.
(b) ikollu jedd li s-servizz tiegħu ma’ l-Awtorità  jiġi
meqjus bħala servizz mal-Gvern għall-għanijiet ta’ xi
pensjoni, gratifikazzjoni jew benefiċċju skond l-
Ordinanza dwar il-Pensjonijiet, jew l-Att dwar il-
Pensjonijiet lil Nisa’ Romol u Tfal Iltiema, u ta’ kull
dritt jew privileġġ ieħor li huwa jkollu jedd għalih, u
jkun responsabbli għal kull responsabbiltà  li dwarha
huwa jkun responsabbli, ħlief għall-fatt li huwa jkun
ġie assenjat biex iwettaq dmiru ma’ l-Awtorità .
(3) Meta ssir applikazzjoni kif stabbilit fis-subartikolu
(2)(a)(i), għandha tingħatalha l-istess konsiderazzjoni daqslikieku
l-applikant ma jkunx ġie assenjat għal servizz ma’ l-Awtorità .
(4) L-Awtorità  għandha tħallas lill-Gvern dawk il-
kontribuzzjonijiet li jistgħu, minn żmien għal żmien, jiġu stabbiliti
mill-Ministru tal-Finanzi dwar l-ispiża ta’ pensjonijiet u
gratifikazzjonijiet li għandhom jitħallsu lil xi uffiċjal li jkun
assenjat għal dmirijiet ma’ l-Awtorità  kif hawn aktar qabel
imsemmi matul il-perjodu li fih huwa jkun hekk assenjat.
Offerta ta’ impieg 
permanenti ma’ l-
Awtorità  lil 
uffiċjali pubbliċi 
assenjati biex 
jaqdu dmirijiet 
ma’ l-Awtorità .
15. (1) L-Awtorità  tista’, bl-approvazzjoni tal-Prim Ministru,
toffri lil kull uffiċjal assenjat għal dmirijiet ma’ l-Awtorità  skond xi
waħda mid-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 13, impieg permanenti
ma’ l-Awtorità  b’dik ir-rimunerazzjoni u b’dawk il-pattijiet u l-
kondizzjonijiet li ma jkunux inqas favorevoli minn dawk li jgawdi
dak l-uffiċjal fid-data ta’ dik l-offerta. 
(2) Il-pattijiet u l-kondizzjonijiet f’xi offerta magħmula kif
hawn aktar qabel imsemmi ma għandhomx jitqiesu bħala inqas
favorevoli għar-raġuni biss li ma jkunux għal kollox identiċi jew
superjuri għal dawk li l-uffiċjal konċernat ikun qed igawdi fid-data
ta’ dik l-offerta, jekk dawk il-pattijiet u l-kondizzjonijiet, meta
kkunsidrati flimkien, fil-fehma tal-Prim Ministru joffru benefiċċji
sostanzjalment ekwivalenti jew akbar.
Kap. 93. 
Kap. 58. 
(3) Kull uffiċjal pubbliku li jaċċetta impieg permanenti ma’ l-
Awtorità  li jiġi offert lilu, skond id-disposizzjonijiet tas-subartikolu
(1), għandu għall-għanijiet kollha minbarra dawk ta’ l-Ordinanza
dwar il-Pensjonijiet, u ta’ l-Att dwar il-Pensjonijiet lil Nisa’ Romol
u Tfal Iltiema, u b’riżerva għad-disposizzjonijiet tas-subartikolu
(6), jitqies li temm milli jkun fis-servizz mal-Gvern u li jkun daħal
fis-servizz ma’ l-Awtorità  fid-data meta huwa jaċċetta, u għall-
finijiet ta’ l-imsemmija Ordinanza u ta’ l-imsemmi Att, sakemm
applikabbli għalih, servizz ma’ l-Awtorità  għandu jitqies bħala
servizz mal-Gvern fi ħdan it-tifsiriet tagħhom rispettivament.
12 KAP. 422. ħ AWTORITÀ  TA’ L-ISTATISTIKA TA’ MALTA
Kap. 58.
(4) Kull uffiċjal bħal dak hawn aktar qabel imsemmi li,
minnufih qabel ma jaċċetta impieg permanenti ma’ l-Awtorità ,
kellu jedd jikseb benefiċċju taħt l-Att dwar il-Pensjonijiet lil Nisa’
Romol u Tfal Iltiema, għandu jkompli jkun intitolat għal dawk il-
benefiċċji għar-raġunijiet kollha bħallikieku s-servizz ma’ l-
Awtorità  kien servizz mal-Gvern.
(5) L-Awtorità  għandha tħallas lill-Gvern dawk il-
kontribuzzjonijiet li jistgħu, minn żmien għal żmien, jiġu stabbiliti
mill-Ministru tal-Finanzi għar-rigward ta’ l-ispiża ta’ pensjonijiet u
gratifikazzjonijiet li għandhom jitħallsu lil xi uffiċjal li jkun aċċetta
impieg permanenti ma’ l-Awtorità  kif hawn aktar qabel imsemmi
matul il-perjodu li jibda’ fid-data meta dak l-uffiċjal hekk jaċċetta.
Kap. 93. (6) Għall-għanijiet ta’ l-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet, l-
emolumenti pensjonabbli ta’ dak l-uffiċjal pubbliku meta huwa
jirtira għandhom jitqiesu li jkunu l-emolumenti pensjonabbli li
jitħallsu lil uffiċjal fis-servizz tal-Gvern fi grad u f’livelli
inkrementali li jikkorrispondu għall-kariga u l-livell inkrementali li
bih l-uffiċjal jirtira mill-Awtorità .
(7) (a) Għall-għanijiet ta’ dan l-artikolu il-karigi u l-gradi tas-
salarji ma’ l-Awtorità  għandhom jiġu klassifikati fi
gradi u livelli inkrementali li jkunu l-iktar
jikkorrispondu mill-qrib ma’ dawk fis-servizz mal-
Gvern ta’ Malta b’riferenza għat-tip ta’ xogħol,
sengħa, responsabbiltajiet u fatturi oħra bħalhom.
(b) Il-klassifikazzjoni msemmija fil-paragrafu (a) għandha
ssir minn bord li jkun magħmul minn chairperson
maħtur mill-Ministru tal-Finanzi u minn żewġ membri
oħra, wieħed maħtur mill-Ministru ċentralment
responsabbli għal policies dwar persunal fis-servizz
pubbliku u wieħed li jiġi maħtur mill-Awtorità . Il-
klassifikazzjoni tkun suġġetta għall-approvazzjoni
finali tal-Ministru tal-Finanzi.
(ċ) Din il-klassifikazzjoni għandha sseħħ fi żmien tliet
xhur minn kull aġġustament tas-salarji ta’ impjegati
fis-servizz mal-Gvern, u, jew, ta’ impjegati ta’ l-
Awtorità .
(d) Ebda kariga ma għandha tiġi klassifikata fi grad ogħla
minn dik ta’ Grad 3 fis-servizz mal-Gvern jew dak il-
grad ieħor li l-Ministru tal-Finanzi jista’ minn żmien
għal żmien jistabbilixxi b’avviż fil-Gazzetta.
Kap. 93.
(e) Mingħajr preġudizzju għall-artikolu 113 tal-
Kostituzzjoni, ħadd ma jista’, wara li ssir
klassifikazzjoni kif hawn aktar qabel imsemmi, jkollu
jedd għal drittijiet skond l-Ordinanza dwar il-
Pensjonijiet li jkunu inqas favorevoli minn dawk li
kien ikollu jedd għalihom qabel dik il-klassifikazzjoni.
Ħatra ta’ persuni 
għal perjodu 
temporanju.
16. (1) L-Awtorità  tista, bil-miktub, taħtar persuni għal
perjodu speċifikat biex iwettqu xogħol ta’ statistika ta’ kull xorta li
jista’ jeħtieġ aċċess għal data miġbura skond id-disposizzjonijiet
ta’ dan l-Att.
(2) Persuna hekk maħtura skond dan l-artikolu għandha
AWTORITÀ  TA’ L-ISTATISTIKA TA’ MALTA ġ KAP. 422. 13
twettaq kull dmir u funzjoni speċifiċi li jistgħu jiġu assenjati lilha
taħt dan l-artikolu u mill-Awtorità  fl-ittra tal-ħatra tagħha.
Ġurament ta’ 
segretezza.
17. Kull persuna maħtura bħala uffiċjal ta’ l-istatistika
għandha, qabel ma tidħol għad-dmirijiet tagħha dwar din il-kariga,
tieħu l-ġurament imsemmi fit-Tieni Skeda.
Ċertifikat ta’ 
ħatra.
18. (1) Kull uffiċjal ta’ l-istatistika li, taħt dan l-Att, għandu
d-dritt li -
(a) jitlob li jitlesta u jintbagħat lura xi dokument jew li
tingħata xi informazzjoni verbalment jew bil-miktub
minn xi persuna jew impriża; jew
(b) jispezzjona, jikkopja jew jieħu estratti minn, jiġbor
jew jirċievi xi dokument li għandu x’jaqsam ma’ xi
persuna jew impriża; jew
(ċ) jidħol f’xi stabbiliment, 
għandu jiġi provdut b’ċertifikat tal-ħatra ffirmat minn, ittimbrat
minn jew stampat bl-isem ta’, id-Direttur Ġenerali.
(2) Uffiċjal ta’ l-istatistika li jaġixxi skond dan l-artikolu
għandu, meta jiġi mitlub, juri ċ-ċertifikat tal-ħatra tiegħu għal
spezzjoni.
TAQSIMA IV
DISPOSIZZJONIJIET FINANZJARJI
L-infieq ta’ l-
Awtorità  isir mid-
dħul tagħha.
19. (1) Mingħajr ħsara għad-disposizzjonijiet li ġejjin ta’ dan
l-artikolu, l-Awtorità  għandha hekk tmexxi l-affarijiet tagħha li
daqstant mill-ispiża meħtieġa għat-twettiq xieraq tal-funzjonijiet
tagħha għandha, daqskemm dan ikun possibbli, tinħareġ mid-dħul
tagħha.
(2) Għal dan il-għan, l-Awtorità  għandha tiġbor kull dritt, rata
u ħlas ieħor preskritti jew meqjusa li huma preskritti b’dan l-Att
jew taħtu jew kull liġi oħra li għandha x’taqsam mas-setgħat u l-
funzjonijiet ta’ l-Awtorità .
(3) L-Awtorità  għandha wkoll titħallas mill-Gvern, mill-Fond
Konsolidat, dawk l-ammonti li l-Kamra tad-Deputati, hawnhekk
iżjed ’il quddiem imsejħa ''il-Kamra'', tista’, minn żmien għal
żmien, tawtorizza li jiġu approprjati sabiex minnhom isiru kull
nefqa li l-Awtorità  jista’ jkollha tagħmel u li ma tkunx tista’
tinħareġ mid-dħul tagħha u l-ispejjeż ta’ xogħlijiet speċifikati biex
dawn jitkomplew jew xort’oħra jsiru mill-Awtorità , li jkunu
xogħlijiet ta’ infrastruttura jew ta’ xorta kapitali simili.
(4) Kull eċċess ta’ dħul fuq l-infieq għandu, bla ħsara għal
dawk l-ordnijiet li l-Ministru, wara konsultazzjoni mal-Ministru
tal-Finanzi, jista’ jagħmel minn żmien għal żmien, jiġi applikat
mill-Awtorità  għall-formazzjoni ta’ fondi ta’ riżerva sabiex dawn
jintużaw għall-għanijiet ta’ l-Awtorità ; u mingħajr preġudizzju
għall-ġeneralità  tas-setgħat mogħtija lill-Ministru b’dan is-
subartikolu, kull ordni li ssir mill-Ministru kif hawn aktar qabel
imsemmi tista’ tkun tordna t-trasferiment lill-Gvern, jew l-
applikazzjoni b’dak il-mod kif jista’ jiġi speċifikat fl-ordni, ta’ xi
14 KAP. 422. ħ AWTORITÀ  TA’ L-ISTATISTIKA TA’ MALTA
parti mid-drittijiet, rati jew ħlasijiet oħra miġbura skond is-
subartikolu (2) jew ta’ kull eċċess kif hawn aktar qabel imsemmi.
(5) Il-flus kollha ta’ l-Awtorità  li ma jkunux meħtieġa
minnufih biex minnhom ssir l-ispiża jistgħu jiġu investiti b’dak il-
mod li jista’ jkun approvat minn żmien għal żmien mill-Ministru.
Setgħa li tissellef 
jew toriġina 
kapital. 
20. (1) Bil-għan li tkun tista’ taqdi kull funzjoni tagħha skond
dan l-Att, l-Awtorità  tista’, bl-approvazzjoni bil-miktub tal-
Ministru, li tingħata wara konsultazzjoni mal-Ministru tal-Finanzi,
tissellef jew tiġbor flus b’dak il-mod, minn dik il-persuna, dak il-
korp jew dik l-awtorità , u taħt dawk il-pattijiet u l-kondizzjonijiet li
l-Ministru, wara konsultazzjoni kif hawn aktar qabel imsemmija,
jista’ japprova bil-miktub. 
(2) L-Awtorità  tista’ wkoll, minn żmien għal żmien, tissellef,
permezz ta’ overdraft jew xort’oħra, dawk l-ammonti li tista’
teħtieġ sabiex twettaq il-funzjonijiet tagħha skond dan l-Att: 
Iżda għal kull ammont li jkun jeċċedi l-ħamsin elf lira,
għandha tingħata l-approvazzjoni tal-Ministru bil-miktub.
Avvanzi mill-
Gvern.
21. Il-Ministru tal-Finanzi jista’, wara konsultazzjoni mal-
Ministru, jagħmel avvanzi lill-Awtorità  ta’ dawk l-ammonti li huwa
jista’ jaqbel li jkunu meħtieġa mill-Awtorità  biex din twettaq kull
funzjoni tagħha skond dan l-Att, u jista’ jagħmel dawk l-avvanzi
skond dawk il-pattijiet u l-kondizzjonijiet li huwa jista’, wara dik
il-konsultazzjoni hawn aktar qabel imsemmija, iqis li tkun xierqa.
Avvanz bħal dak jista’ jsir mill-Ministru tal-Finanzi mill-Fond
Konsolidat, u mingħajr ebda approprjazzjoni oħra ħlief dan l-Att,
b’ordni bil-miktub, li jawtorizza lill-Accountant General biex
jagħmel dak l-avvanz.
Self mingħand il-
Gvern.
22. (1) Il-Ministru tal-Finanzi jista’, għal kull ħtieġa ta’ l-
Awtorità  ta’ xorta kapitali, jikkuntratta jew jiġbor kull self, jew
jidħol f’passiv, għal dawk il-perjodi u skond dawk il-pattijiet u
kondizzjonijiet hekk kif huwa jista’ iqis li jkun xieraq; u kull
ammont dovut għar-rigward ta’ jew konness ma’ xi self jew passiv
bħal dak għandu jkun piż fuq il-Fond Konsolidat.
(2) Għandu jingħata avviż dwar kull self, passiv jew avvanz
magħmul jew li jsir skond id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1)
lill-Kamra kemm jista’ jkun prattikament malajr. 
(3) Sakemm ma jibda jsir jsir il-ġbid ta’ xi self bħal dak
imsemmi fis-subartikolu (1), jew sabiex l-Awtorità  tiġi pprovduta
b’kapital funzjonali, il-Ministru tal-Finanzi jista’, b’ordni bil-
miktub u mingħajr ebda approprjazzjoni oħra ħlief dan l-Att,
jawtorizza lill-Accoutant General biex jagħmel avvanzi lill-
Awtorità  mit-Treasury Clearance Fund skond dawk il-pattijiet li
jistgħu jiġu speċifikati mill-Ministru meta jsiru dawn l-avvanzi. 
(4) Ir-rikavat minn kull self li jinġabar bil-għan li jsiru avvanzi
lill-Awtorità , u kull flus oħra li għandhom jiġu avvanzati lill-
Awtorità  skond dan l-artikolu, għandhom jitqiegħdu ġewwa fond
speċifikatament stabbilit għal dak l-għan u li jkun magħruf bħala
''il-Fond għal Self ta’ l-Awtorità  ta’ l-Istatistika''. 
(5) L-ammonti li l-Accountant General jirċievi mill-Awtorità
għar-rigward ta’ avvanzi magħmulin lill-Awtorità  skond is-
AWTORITÀ  TA’ L-ISTATISTIKA TA’ MALTA ġ KAP. 422. 15
subartikolu (3) għandhom jitħallsu, f’dawk li huma ammonti
riċevuti bħala ħlas lura, billi jiqiegħdu fit-Treasury Clearance
Fund, u f’dawk li huma ammonti riċevuti bħala mgħax, billi
jitqiegħdu fil-Fond Konsolidat.
Estimi ta’ l-
Awtorità .
23. (1) L-Awtorità  għandha tara li f’kull sena finanzjarja
jitħejjew, u għandha mhux aktar tard minn sitt ġimgħat wara tmiem
kull sena bħal dik tadotta, estimi tad-dħul u l-infieq ta’ l-Awtorità
għas-sena finanzjarja li tiġi minnufih wara:
Iżda l-estimi għall-ewwel sena finanzjarja ta’ l-Awtorità
għandhom jiġu mħejjija u adottati f’dak iż-żmien li l-Ministru jista’
jispeċifika lill-Awtorità  permezz ta’ avviż bil-miktub.
(2) Fit-tħejjija ta’ dawk l-estimi l-Awtorità  tqis kull fond u flus
oħra li jistgħu jkunu dovuti li jitħallsu lilha mill-Fond Konsolidat
matul is-sena finanzjarja rilevanti, sew bis-saħħa ta’ dan l-Att jew
ta’ Att ta’ approprjazzjoni jew ta’ kull liġi oħra; u l-Awtorità
għandha hekk tħejji l-estimi msemmija b’mod li tiżgura li d-dħul
totali ta’ l-Awtorità  huwa mill-inqas suffiċjenti biex minnu jitħallas
kull ammont li sewwasew għandu jiġi addebitat lill-kont tad-dħul
tagħha inkluż id-deprezzament, iżda mingħajr preġudizzju għall-
ġeneralità  ta’ dik il-frażi. 
(3) L-estimi għandhom isiru f’dik l-għamla u għandu jkun
fihom dik l-informazzjoni u dak it-tqabbil ma’ estimi ta’ qabel hekk
kif il-Ministru tal-Finanzi jista’ jordna.
(4) Kopja ta’ l-estimi għandha, malli dawn jiġu adottati mill-
Awtorità , tintbagħat minnufih mill-Awtorità  lill-Ministru u lill-
Ministru tal-Finanzi.
(5) Il-Ministru għandu, ma’ l-ewwel opportunità , u mhux iktar
tard minn sitt ġimgħat wara li jkun irċieva kopja ta’ l-estimi
mingħand l-Awtorità , japprovahom bl-emendi jew mingħajrhom,
wara konsultazzjoni mal-Ministru tal-Finanzi.
L-infieq għandu 
jkun skond l-
estimi approvati.
24. (1) Ma għandha ssir jew tiġġarrab ebda nefqa mill-
Awtorità  kemm-il darba ma jkunx sar provvediment għaldaqshekk
fl-estimi approvati kif provdut fl-artikolu 23. 
(2) Minkejja d-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) -
(a) sa l-iskadenza ta’ sitt xhur mill-bidu ta’ sena
finanzjarja jew sa l-approvazzjoni ta’ l-estimi għal dik
is-sena, skond liema data tiġi l-ewwel, l-Awtorità  tista’
tagħmel jew iġġarrab spiża għat-twettiq tal-
funzjonijiet tagħha skond dan l-Att li b’kollox ma
tkunx teċċedi nofs l-ammont approvat għas-sena
finanzjarja ta’ qabel;
(b) in-nefqa approvata għar-rigward ta’ intestatura jew
sotto-intestatura ta’ l-estimi tista’, bl-approvazzjoni
tal-Ministru, li tingħata wara konsultazzjoni mal-
Ministru tal-Finanzi, issir jew tiġġarrab għar-rigward
ta’ xi intestatura jew sotto-intestatura oħra ta’ l-estimi;
(ċ) għar-rigward ta’ l-ewwel sena finanzjarja, l-Awtorità
tista’ tagħmel jew iġġarrab nefqa li ma tkunx b’kollox
teċċedi dawk l-ammonti li l-Ministru tal-Finanzi jista’,
16 KAP. 422. ħ AWTORITÀ  TA’ L-ISTATISTIKA TA’ MALTA
wara konsultazzjoni mal-Ministru, jippermetti;
(d) jekk għar-rigward ta’ xi sena finanzjarja jinstab li l-
ammont approvat fl-estimi ma jkunx suffiċjenti jew
inkella tkun inqalgħet ħtieġa għal nefqa għal għan li
ma jkunx hemm provdut dwaru fl-estimi, l-Awtorità
tista’ tadotta estimi supplimentari għall-approvazzjoni
tal-Ministru, u f’kull każ bħal dak id-disposizzjonijiet
ta’ dan l-Att applikabbli għall-estimi għandhom,
kemm jistgħu, jkunu japplikaw għall-estimi
supplimentari.
Pubblikazzjoni ta’ 
l-estimi approvati.
25. Il-Ministru għandu, ma’ l-ewwel opportunità  u mhux iktar
tard minn tmien ġimgħat wara li jkun rċieva kopja ta’ l-estimi u ta’
l-estimi supplimentari ta’ l-Awtorità , jew, jekk f’xi żmien waqt dak
il-perjodu l-Kamra ma tkunx qed tiltaqa’, fi żmien tmien ġimgħat
mill-bidu tas-sessjoni li minnufih imiss wara, jara li dawk l-estimi
jitqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra.
Kontijiet u 
verifika.
26. (1) L-Awtorità  għandha tara li jinżammu kontijiet u
records oħra xierqa għar-rigward ta’ l-operazzjonijiet tagħha, u
għandha tara li jitħejja prospett ta’ kontijiet għar-rigward ta’ kull
sena finanzjarja.
(2) Il-kontijiet ta’ l-Awtorità  għandhom jiġu verifikati minn
awditur jew awdituri li jinħatru mill-Awtorità  u jiġu approvati mill-
Ministru:
Iżda l-Ministru tal-Finanzi jista’, wara konsultazzjoni mal-
Ministru, jeħtieġ li l-kotba u l-kontijiet ta’ l-Awtorità  jiġu verifikati
jew eżaminati mill-Awditur Ġenerali li, għal dan il-għan, għandu
jkollu s-setgħa li jagħmel dik il-verifika fiżika u ċertifikazzjonijiet
oħra, li jqis li jkunu meħtieġa.
(3) Wara tmiem kull sena finanzjarja, u mhux aktar tard mid-
data meta l-estimi ta’ l-Awtorità  jintbagħatu lill-Ministru skond l-
artikolu 23, l-Awtorità  għandha tara li kopja tal-prospett tal-
kontijiet debitament verifikat għandu jintbagħat lill-Ministru u lill-
Ministru tal-Finanzi flimkien ma’ kopja ta’ kull rapport magħmul
mill-awdituri dwar dak il-prospett jew dwar il-kontijiet ta’ l-
Awtorità .
(4) Il-Ministru għandu, ma’ l-ewwel opportunità  u mhux iktar
tard minn tmien ġimgħat wara li jkun rċieva kopja ta’ kull prospett
u rapport bħal dak, jew, jekk f’xi żmien waqt dak il-perjodu l-
Kamra ma tkunx qed tiltaqa’, fi żmien tmien ġimgħat mill-bidu tas-
sessjoni li minnufih imiss wara, jara li kopja ta’ kull prospett u
rapport bħal dak jitqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra.
Depożitu tad- 
dħul u ħlasijiet li 
jsiru mill-
Awtorità .
27. (1) Il-flus kollha li jinġabru mill-Awtorità  għandhom
jitqiegħdu f’bank jew banek li jinħatru bħala bankiera ta’ l-
Awtorità  permezz ta’ riżoluzzjoni ta’ l-Awtorità . Dawn il-flus
għandhom, skond kemm ikun prattikabbli, jitqiegħdu f’dawk il-
banek minn jum għall-ieħor, ħlief dak l-ammont li l-Awtorità  tista’
tawtorizza li għandu jinżamm sabiex isiru nefqiet żgħar minnu u
ħlasijiet ta’ flus likwidi ta’ minnufih.
(2) Kull ħlas mill-fondi ta’ l-Awtorità , minbarra nefqiet żgħar
li ma jkunux jeċċedu ammont stabbilit mill-Awtorità , għandhom
isiru minn dak l-uffiċjal jew minn dawk l-uffiċjali ta’ l-Awtorità  li
AWTORITÀ  TA’ L-ISTATISTIKA TA’ MALTA ġ KAP. 422. 17
l-Awtorità  taħtar jew tinnomina għal dak il-għan. 
(3) Ċekkijiet li jinħarġu fuq, u żbanki li jsiru minn, xi kont tal-
bank ta’ l-Awtorità  għandhom ikunu ffirmati minn dak l-uffiċjal ta’
l-Awtorità  hekk kif jista’ jiġi maħtur jew nominat mill-Awtorità
għal dak il-għan u għandhom ikunu kontrosenjati miċ-Chairperson,
jew minn dak il-membru jew uffiċjal ieħor ta’ l-Awtorità li  jista’
jiġi awtorizzat mill-Awtorità  għal dak il-għan. 
(4) L-Awtorità  għandha wkoll tagħmel provvediment għar-
rigward ta’ -
(a) il-mod kif il-ħlasijiet għandhom jiġu awtorizzati jew
approvati u l-uffiċjal jew l-uffiċjali li għandhom
jawtorizzawhom jew japprovawhom;
(b) it-titolu ta’ kull kont miżmum f’bank jew banek fejn
jiġu depożitati l-flus ta’ l-Awtorità , u t-trasferiment ta’
fondi minn kont għal ieħor;
(ċ) il-metodu li għandu jiġi adottat meta jkunu qed
jitħallsu flus mill-fondi ta’ l-Awtorità ;
u b’mod ġenerali għar-rigward ta’ kull ħaġa li hija rilevanti għat-
tiżmim u kontroll xieraq tal-kontijiet u l-kotba, u l-kontroll fuq il-
finanzi, ta’ l-Awtorità .
Kuntratti ta’ 
provvista u ta’ 
xogħlijiet.
28. Mingħajr preġudizzju għal kull direttiva mogħtija mill-
Ministru skond l-artikolu 8(1), l-Awtorità  m’għandhiex, ħlief bl-
approvazzjoni tal-Ministru mogħtija għal raġunijiet speċjali u wara
konsultazzjoni mal-Ministru tal-Finanzi, tagħti jew tidħol f’xi
kuntratt għall-provvista ta’ oġġetti jew materjal jew għall-
eżekuzzjoni ta’ xogħlijiet, jew għall-għoti ta’ servizzi, lil jew
għall-benefiċċju ta’ l-Awtorità , li jkun stmat mill-Awtorità  li
jeċċedi tliet elef lira, jew kull ammont ieħor bħal dak li l-Ministru
tal-Finanzi jista’ b’regolamenti jippreskrivi, ħlief wara li jkun ġie
ppublikat avviż dwar l-intenzjoni ta’ l-Awtorità  li tidħol fil-kuntratt
u jkunu nħarġu s-sejħiet għall-offerti relattivi.
Rapport annwali. 
wara tmiem kull sena finanzjarja, tagħmel u tibgħat lill-Ministru u
lill-Ministru tal-Finanzi rapport li jittratta b’mod ġenerali dwar l-
attivitajiet ta’ l-Awtorità  matul dik is-sena finanzjarja, u li jkun fih
dik l-informazzjoni dwar il-proċeduri u l-policy ta’ l-Awtorità
b’dak il-mod li xi wieħed mill-Ministri msemmija jista’ minn
żmien għal żmien ikun jeħtieġ. Il-Ministru għandu, ma’ l-ewwel
opportunità  u mhux iktar tard minn tmien ġimgħat wara li jkun
irċieva kopja ta’ kull rapport bħal dak, jew, jekk f’xi żmien waqt
dak il-perjodu l-Kamra ma tkunx qed tiltaqa’, fi żmien tmien
ġimgħat mill-bidu tas-sessjoni li minnufih imiss wara, jara li kopja
ta’ kull rapport bħal dak titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
TAQSIMA V
TRASFERIMENT TA’ ĊERTU ASSI LILL-AWTORITÀ
Trasferiment ta’ 
assi lill-Awtorità .
30. (1) (a)L-assi u l-impriżi li l-Gvern ikollu bi proprjetà  u li
huwa juża, minnufih qabel id-data tal-bidu fis-seħħ ta’
din it-Taqsima ta’ dan l-Att, u li huwa juża għat-
18 KAP. 422. ħ AWTORITÀ  TA’ L-ISTATISTIKA TA’ MALTA
tħaddim ta’ xi waħda mill-funzjonjiet li qegħdin jiġu
trasferiti lil jew vestiti fl-Awtorità  permezz ta’ dan l-
Att għandhom, fid-data hawn aktar qabel imsemmija,
bis-saħħa ta’ dan l-Att u mingħajr ebda sigurtà  oħra,
jiġu hekk trasferiti lil u vestiti fl-Awtorità  bl-istess
titolu li bih kienu nżammu mill-Gvern minnufih qabel
l-imsemmija data. Id-disposizzjonijiet ta’ dan il-
paragrafu ma japplikawx għal proprjetà  immobbli.
(b)L-assi immobbli li minn żmien għal żmien ikunu
speċifikati f’ordni magħmul mill-President ta’ Malta u
ppublikat fil-Gazzetta (hawnhekk iżjed ’il quddiem
imsejħa ''l-assi immobbli'') li jkunu assi immobbli li
minnufih qabel id-data tal-bidu fis-seħħ ta’ din it-
Taqsima ta’ dan l-Att kienu proprjetà  tal-Gvern u li
huwa kien juża għat-tħaddim ta’ xi waħda mill-
funzjonijiet li b’dan l-Att qegħdin jiġu trasferiti lil jew
vestiti fl-Awtorità  għandhom, b’seħħ minn dik id-data
li tista’ tiġi speċifikata f’xi ordni bħal dak, u bis-saħħa
ta’ dan l-Att u mingħajr ebda sigurtà  oħra, jiġu
trasferiti lil u vestiti fl-Awtorità  taħt l-istess titolu li
bih huma kienu nżammu mill-Gvern qabel id-data
msemmija.
(2) It-trasferiment u l-vestiment hawn aktar qabel imsemmija
għandhom jestendu għal dik il-proprjetà  u dawk l-impriżi kollha u,
mingħajr preġudizzju għall-ġeneralità  ta’ dak hawn aktar qabel
imsemmi, għandhom jinkludu kull impjant, tagħmir, apparat,
strumenti, vetturi, inġenji, bini, strutturi, stallazzjonijiet, art, toroq,
xogħlijiet, ħażniet u proprjetà  oħra, sew mobbli sew immobbli,
assi, setgħat, jeddijiet u privileġġi u kull ħaġa meħtieġa jew
anċillari għalihom jew li lilhom tappartjeni, kif ukoll kull
obbligazzjoni li tolqot jew ikollha x’taqsam ma’ xi proprjetà  jew
impriża minn dawk hawn aktar qabel imsemmija, jew ħaġa oħra
inkluża fihom kif imsemmi hawn aktar qabel.
Kif jiftehmu l-
liġijet, eċċ. 
31. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, kull liġi,
regola, regolament, ordni, sentenza, digriet, deċiżjoni, rabta, bonds,
kuntratt, ftehim, strument, dokument, mandat u arranġament ieħor,
li kienu jeżistu minnufih qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din it-Taqsima
ta’ dan l-Att u li kienu jolqtu jew għandhom x’jaqsmu ma’ xi
proprjetà  jew impriża trasferita lill-Awtorità  b’dan l-Att jew taħtu
għandu jkollhom saħħa u effett sħiħ kontra jew favur l-Awtorità , u
għandhom jiġu eżegwiti għal kollox liberament u effettivament,
bħalliekieku minflok il-Gvern jew awtorità  tal-gvern, l-Awtorità
kienet imsemmija fihom jew kienet parti fihom, u xort’oħra
b’sostituzzjoni tal-Gvern jew l-awtorità  tal-gvern.
Disposizzjoni-jiet 
transitorji.
32. (1) Meta xi ħaġa tkun inbdiet minn jew taħt l-awtorità  tal-
Gvern qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din it-Taqsima ta’ dan l-
Att u dik il-ħaġa tkun dwar xi proprjetà  jew impriża jew xi dritt jew
obbligazzjoni trasferiti lill-Awtorità  b’dan l-Att jew taħtu, dik il-
ħaġa tista’ titkompla u tintemm mill-Awtorità  jew kif jiġi
awtorizzat minnha.
(2) Meta minnufih qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din it-Taqsima ta’
dan l-Att, ikun hemm pendenti xi proċedimenti legali li fihom il-
AWTORITÀ  TA’ L-ISTATISTIKA TA’ MALTA ġ KAP. 422. 19
Gvern ikun, jew ikollu jedd li jkun, parti, u dawk il-proċedimenti
jkunu dwar xi proprjetà  jew impriża, jew xi dritt jew obbligazzjoni
trasferiti b’dan l-Att jew taħtu, l-Awtorità  għandha, mid-data hawn
aktar qabel imsemmija, tiġi sostitwita f’dawk il-proċedimenti
minflok il-Gvern, jew issir parti fihom bl-istess mod li kieku kien
il-Gvern isir parti, u dawk il-proċedimenti ma għandhomx jiġu
effettwati minħabba f’sostituzzjoni bħal dik.
(3) Il-Ministru jista’ b’ordni jagħmel dawk id-disposiz-
zjonijiet inċidentali, konsegwenzjali u supplimentari kif jista’ iqis
li jkunu xierqa jew spedjenti sabiex jiġi stabbilit, kif xieraq,
x’ikunu l-assi trasferiti lill-Awtorità  b’dan l-Att u sabiex jiżgura u
jagħti effett sħiħ lit-trasferiment ta’ kull proprjetà  jew impriża, jew
kull dritt jew obbligazzjoni lill-Awtorità  skond dan l-Att u jista’
jagħmel dawk l-ordnijiet li jistgħu jkunu meħtieġa biex jagħmel
kull setgħa u dmir eżerċitabbli mill-Gvern għar-rigward ta’ xi
proprjetà  jew impriża trasferita eżerċitabbli mill-Awtorità  jew
f’isimha.
TAQSIMA VI
KUMITATI KONSULTATTIVI
Ħatra u 
funzjonijiet ta’ 
kumitati 
konsultattivi.
33. (1) B’seħħ minn dik id-data jew dawk id-dati li l-Ministru
jista’ b’ordni jistabbilixxi, jistgħu jinħatru għar-rigward ta’ dak is-
settur jew setturi li l-Ministru f’ordni bħal dak jispeċifika, kumitati
konsultattivi.
(2) Kumitat konsultattiv għandu, għall-aħjar twettiq tad-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, jagħti parir lill-Awtorità  dwar dawk
l-affarijiet u jwettaq dawk il-funzjonijiet li l-Ministru jista’
jispeċifika fl-ordni.
(3) Il-membri tal-kumitat għandhom jinħatru mill-Ministru u
għandhom jibqgħu f’dik il-kariga għal dak il-perjodu u b’dawk il-
pattijiet u kondizzjonijiet li l-Ministru jista’ iqis li jkunu xierqa.
(4) Kull kumitat ikun jikkonsisti f’membru wieħed li
jirrappreżenta lill-Awtorità  bħala Chairperson u dawk il-membri l-
oħra li l-Ministru jista’ jqis li jkun xieraq li jaħtar.
(5) Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 5(5)(a) u (d) u 5(6)
għandhom, mutatis mutandis, japplikaw għall-membri tal-kumitati
konsultattivi.
(6) Kull kumitat konsultattiv għandu jżomm il-minuti tal-
laqgħat kollha li jagħmel u għandu jibgħat kopji ta’ dawk il-minuti
lill-Awtorità .
Disposizzjoni-jiet 
rigward il-
proċeduri ta’ 
kumitati 
konsultattivi.
34. (1) Il-laqgħat tal-kumitati konsultattivi għandhom jissejħu
miċ-Chairperson daqstant daqskemm ikun meħtieġ iżda għall-inqas
darba fix-xahar jew b’inizjattiva tiegħu jew fuq talba ta’ xi tnejn
mill-membri l-oħra.
(2) Nofs l-għadd tal-membri li f’dak iż-żmien ikunu
jikkostitwixxu kumitat konsultattiv għandhom jagħmlu quorum. Id-
deċiżjonijiet għandhom jiġu adottati minn maġġoranza sempliċi tal-
voti tal-membri preżenti u li jivvotaw. Iċ-Chairperson jew, fl-
assenza tiegħu, d-Deputat Chairperson jew persuna oħra maħtura
20 KAP. 422. ħ AWTORITÀ  TA’ L-ISTATISTIKA TA’ MALTA
biex tagħmilha ta’ chairperson, għandu jkollhom vot oriġinali u,
fil-każ li jkun hemm voti ndaqs, vot deċiżiv. Mingħajr preġudizzju
għall-ħtiġiet l-oħra ta’ dan l-Att, ebda deċiżjoni ma tkun valida
jekk din ma jkollhiex l-appoġġ ta’ mill-inqas żewġ membri tal-
kumitat konsultattiv.
(3) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, kumitat
konsultattiv jista’ jirregola l-proċedura tiegħu stess.
(4) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-
artikolu, ebda att jew proċediment ta’ kumitat konsultattiv ma
għandu jiġi invalidat unikament minħabba f’li jkun hemm xi
vakanza fost il-membri.
(5) Membru ta’ kumitat konsultattiv li għandu interess dirett
jew indirett f’xi kuntratt magħmul jew li hu maħsub li jsir mill-
Awtorità , li ma jkunx interess li jiskwalifika dak il-membru milli
jibqa’ membru għandu, mhux aktar tard minn l-ewwel laqgħa li
tinżamm wara li jkun sar jaf biċ-ċirkostanzi rilevanti, jiżvela n-
natura ta’ l-interess tiegħu, u l-membru li għandu interess għandu
jirtira mill-laqgħa li fiha dak il-kuntratt ikun qed jiġi diskuss. Dan
it-tagħrif għandu jingħata lill-Ministru mingħajr dewmien. Meta l-
interess ta’ dak il-membru jkun tali li jiskwalifikah milli jibqa’
membru, hu għandu jirrapporta dan il-fatt lill-Ministru minnufih u
joffri r-riżenja tiegħu.
(6) Kull att magħmul minn xi persuna li tkun qed taġixxi
bonafidi, bħala membru ta’ kumitat konsultattiv, għandu jkun
validu bħallikieku kienet membru minkejja li wara jiġi skopert li
kien hemm xi difett fil-ħatra jew fil-kwalifiki tagħha. Ebda att jew
proċediment ta’ kumitat konsultattiv ma għandu jiġi kontestat
minħabba fil-ksur, minn xi membru, tad-disposizzjonijiet tas-
subartikolu (5).
TAQSIMA VII
ĠBIR TA’ INFORMAZZJONI U AĊĊESS GĦAN-NOTAMENTI
Ġbir ta’ 
informazzjoni.
35. Id-Direttur Ġenerali jista’ jipprepara formuli, kwestjonarji
u notamenti oħra għall-ġbir ta’ informazzjoni skond dan l-Att u l-
istruzzjonijiet meħtieġa biex jimtlew kif xieraq, u għandu jindika d-
data jew il-perjodu li fih il-formuli mlestija, il-kwestjonarji u n-
notamenti oħra jew l-informazzjoni meħtieġa għandhom jintbagħtu
lura lill-Awtorità .
Għoti ta’ 
informazzjoni.
36. (1) Minkejja kull ħaġa li hemm f’xi liġi oħra li timponi s-
segretezza, id-Direttur Ġenerali jew uffiċjal ta’ l-istatistika jista’,
għall-għan biex jiġbor informazzjoni ta’ statistika li għandha
x’taqsam ma’ xi ħaġa speċifikata fl-Ewwel Skeda, jordna xi
persuna jew impriża biex -
(a) timla formula, kwestjonarju jew notament ieħor;
(b) twieġeb xi mistoqsijiet; u
(ċ) tipprovdi xi informazzjoni jew notamenti, 
u kull informazzjoni hekk miksuba tkun suġġetta għar-
restrizzjonijiet dwar l-użu u l-projbizzjoni dwar xandir ta’
informazzjoni kif speċifikat fl-artikoli 40 u 41.
AWTORITÀ  TA’ L-ISTATISTIKA TA’ MALTA ġ KAP. 422. 21
(2) Meta tiġi imposta ħtieġa fuq persuni jew impriżi biex
jipprovdu informazzjoni skond is-subartikolu (1), id-Direttur
Ġenerali għandu jispeċifika partikolarment -
(a) ix-xorta ġenerali ta’ l-informazzjoni meħtieġa; 
(b) in-numru ta’ drabi li għandha tiġi mogħtija; u
(ċ) il-persuni jew impriżi, jew klassijiet ta’ persuni jew
impriżi, li huma meħtieġa li jipprovduha.
(3) Għandu jsir ordni separat mill-Prim Ministru, li jaġixxi
skond il-parir ta’ l-Awtorità , biex isir ċensiment tal-popolazzjoni u
djar. 
Talbiet għal 
informazzjoni.
37. (1) Għall-għanijiet ta’ l-artikolu 36, talba biex tingħata
informazzjoni tkun biżżejjed -
(a) fil-każ ta’ persuna individwali, jekk in-notifika
indirizzata lil dik il-persuna tiġi mwassla fl-aħħar
indirizz magħruf ta’ residenza, impieg jew negozju;
(b) f’każ ta’ impriża, jekk in-notifika tiġi mwassla għand
dik l-impriża f’xi stabbiliment li minnu topera jew
tmexxi n-negozju tagħha taħt l-isem li bih tikkumerċja,
jew lil xi persuna individwali li tkun tifforma parti
mill-amministrazzjoni, inkluż riċevitur jew likwidatur
jew amministratur, fil-post tax-xogħol tiegħu jew
residenza.
(2) Meta l-informazzjoni li persuna jew impriża tallega li tkun
ipprovdiet skond talba mid-Direttur Ġenerali ma tkunx fil-pussess
ta’ l-Uffiċċju, id-Direttur Ġenerali jista’, billi tiġi mibgħuta
notifika oħra, jordna lil dik il-persuna jew impriża biex tagħti dik l-
informazzjoni.
Aċċess għan-
notamenti.
38. Mingħajr ħsara għal dak kollu li hemm f’xi liġi oħra li
timponi s-segretezza, kull persuna jew impriża li jkollha fil-pussess
tagħha notamenti li minnhom, fl-opinjoni tad-Direttur Ġenerali,
tista’ tittieħed informazzjoni li għandha x’taqsam ma’ ħwejjeġ
speċifikati fl-Ewwel Skeda, għandha tagħti lid-Direttur Ġenerali
jew uffiċjal ta’ l-istatistika, aċċess għal dawk in-notamenti biex
tittieħed l-informazzjoni msemmija.
TAQSIMA VIII
UŻU TA’ NOTAMENTI TA’ AWTORITAJIET PUBBLIĊI U 
PROTEZZJONI TA’ INFORMAZZJONI MIĠBURA
Aċċess għan-
notamenti.
39. (1) Id-Direttur Ġenerali jista’ -
(a) wara li jibgħat avviż, jitlob lil xi awtorità  pubblika
biex tippermetti aċċess lill-uffiċjali ta’ l-istatistika
f’kull ħin raġonevoli, biex jispezzjonaw u jieħdu kopji
ta’ jew estratti minn xi notamenti fil-pussess tagħha; u
(b) jitlob lil xi awtorità  pubblika biex tikkonsulta u
tikkoopera miegħu biex jiġi stabbilit il-potenzjal tan-
notamenti ta’ l-awtorità  bħala bażi ta’ informazzjoni
statistika u, fejn ikun xieraq u prattikabbli, biex
tiżviluppa l-metodi u s-sistemi ta’ ġbir ta’ notamenti
22 KAP. 422. ħ AWTORITÀ  TA’ L-ISTATISTIKA TA’ MALTA
għall-għanijiet ta’ l-istatistika, u l-awtorità  pubblika
għandha tħares din it-talba, safejn ir-riżorsi tagħha
jippermettu.
(2) Jekk xi awtorità  pubblika jkollha l-ħsieb li twettaq
attivitajiet li jkollhom implikazzjonijiet ta’ statistika, għandha
tikkonsulta, għal għanijiet ta’ koordinazzjoni, ma’ l-Uffiċċju u
għandha taċċetta kull rakkomandazzjoni li l-Uffiċċju jista’
jagħmel.
Restrizzjoni fuq l-
użu ta’ 
informazzjoni.
40. Kull informazzjoni li tingħata minn xi persuna, impriża
jew awtorità  pubblika skond dan l-Att għandha tintuża biss għall-
għanijiet ta’ kompilazzjoni ta’ statistika u għall-analiżi.
Projbizzjoni ta’ 
xandir ta’ 
informazzjoni.
41. (1) Ebda informazzjoni miksuba b’kull mod skond dan l-
Att li tista’ tiġi assoċjata ma’ xi persuna jew impriża li tista’ tiġi
identifikata ma għandha, ħlief bil-kunsens bil-miktub ta’ dik il-
persuna jew impriża jew ir-rappreżentant personali jew l-eqreb
qraba ta’ dik il-persuna, jekk dik il-persuna tkun mejta, tixxandar,
tiġi murija jew tiġi komunikata lil xi persuna jew enti ħlief -
(a) għall-finijiet ta’ prosekuzzjoni għal reat skond dan l-
Att, jew
(b) lil uffiċjali ta’ l-istatistika fil-qadi tad-dmirijiet
tagħhom skond dan l-Att.
(2) Il-Ministru jista’, bi ftehim ma’ l-Awtorità , b’regolamenti
minn żmien għal żmien jippreskrivi dawk il-projbizzjonijiet l-oħra
dwar ix-xandir ta’ notamenti jew informazzjoni, li jistgħu
jidentifikaw persuna jew impriża, miksuba skond dan l-Att, kif
jidhirlu xieraq.
Setgħa biex isiru 
regolamenti.
42. (1) Il-Ministru jista’, wara konsultazzjoni ma’ l-Awtorità ,
b’ordni iżid, ibiddel jew jemenda l-Ewwel Skeda.
(2) Il-Ministru jista’, wara konsultazzjoni ma’ l-Awtorità ,
jagħmel regolamenti dwar kull waħda mill-funzjonijiet ta’ l-
Awtorità , biex jiġu mwaqqfa direttorati li jistgħu jkunu meħtiega li
jitwaqqfu skond dan l-Att, u għall-aħjar twettiq ta’ xi waħda mid-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att.
TAQSIMA IX
REATI U PIENI
Penalitajiet 
amministrattivi.
43. (1) L-Awtorità  tista’ timponi penalitajiet amministrattivi li
jammontaw għal -
(a) ħamsin lira fuq kull persuna li tonqos milli tħares iż-
żmien mogħti lilha biex tagħti informazzjoni skond l-
artikolu 36; u
(b) mitt lira fuq kull persuna li tonqos, jew tirrifjuta li
tagħti, jew li tagħti xi informazzjoni ħażina f’xi
informazzjoni mitluba bi tweġiba għal talba mid-
Direttur Ġenerali skond id-disposizzjonijiet ta’ l-
artikoli 36 jew 39.
(2) (a) Kull persuna li, wara li tkun ġiet mitluba li timla
kwestjonarju għal perjodu partikolari, ma tibgħatx lura
AWTORITÀ  TA’ L-ISTATISTIKA TA’ MALTA ġ KAP. 422. 23
dak il-kwestjonarju fiż-żmien mogħti fil-kwestjonarju
rilevanti, tkun suġġetta għal penali amministrattiva ta’
ħamsin lira, għal kull xahar jew parti minnu li jgħaddi
mid-data li fiha il-kwestjonarju kellu jintbagħat lura.
(b) Kull persuna li tirċievi kwestjonarju, iżda li ma tkunx
aktar suġġetta li twieġeb għal dak il-kwestjonarju,
għandha tinforma lill-Uffiċċju dwar dan. In-nuqqas
milli tinforma lill-Uffiċċju kif intqal qabel jirrendi lil
dik il-persuna suġġetta għal penali amministrattiva ta’
ħamsin lira, għal kull xahar jew parti minnu li jgħaddi
mid-data li fiha il-kwestjonarju kellu jintbagħat lura.
(3) Kull penali amministrattiva li persuna tista’ teħel skond
dan l-Att tkun dovuta u titħallas minn dik il-persuna, u dik il-
persuna ma tkunx meħlusa minn xi penali oħra jew ogħla li tista’
tkun weħlet jew tista’ teħel skond id-disposizzjonijiet rilevanti ta’
dan l-Att.
(4) Penali taħt is-subartikolu (1) terġa’ tkun dovuta meta
jingħata żmien mill-ġdid, mill-Uffiċċju, għat-tħaris. Penalitajiet
taħt is-subartikolu (2) għandhom ikomplu jiżdiedu sakemm l-
informazzjoni meħtieġa tiġi provduta.
(5) F’każijiet speċjali fejn ikun hemm raġunijiet konvinċenti
biex isir hekk, l-Awtorità  tista’ tnaqqas penalitajiet obbligatorji,
għal kollox jew f’parti.
Kap. 12.
(6) Il-penalitajiet amministrattivi jkunu dovuti lill-Awtorità
bħala dejn ċivili, u d-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 466 tal-Kodiċi
ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili għandhom japplikaw
dwarhom.
Reati.
oħra, kull persuna li -
(a) volontarjament tostakola jew tfixkel lid-Direttur
Ġenerali jew lil xi uffiċjal ta’ l-istatistika milli jaqdi d-
dmirijiet tiegħu skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-
Att; jew 
(b) tuża b’mod ħażin xi informazzjoni miksuba taħt dan l-
Att jew volontarjament tiżvela informazzjoni konnessa
ma’ persuna jew impriża li tista’ tiġi identifikata; jew 
(ċ) meta ma tkunx uffiċjal ta’ l-istatistika, tippreżenta
ruħha bħala uffiċjal ta’ l-istatistika; jew
(d) volontarjament teqred, tħassar jew tiffalsifika xi
dokument jew notament maħruġ għall-ġbir ta’
statistika skond ħtieġa magħmula taħt l-artikolu 35,
tkun ħatja ta’ reat u teħel, meta tinstab ħatja, multa ta’ mhux inqas
minn elf lira, jew priġunerija għal mhux aktar minn sitt xhur, jew
dik il-multa u l-priġunerija flimkien.
Twettiq illegali ta’ 
funzjoni pubblika.
45. Mingħajr ħsara għal xi responsabbiltà  oħra skond xi liġi
oħra, kull uffiċjal ta’ l-istatistika li -
(a) jaġixxi bi ksur tal-ġurament imsemmi fl-artikolu 17;
jew
24 KAP. 422. ħ AWTORITÀ  TA’ L-ISTATISTIKA TA’ MALTA
(b) waqt li jkun jidher li qed iwettaq il-funzjonijiet tiegħu
bħala uffiċjal ta’ l-istatistika, jikseb jew jittanta li
jikseb, minn xi persuna jew impriża, informazzjoni li
mhux legalment intitolat li jikseb minn dik il-persuna
jew impriża; jew
(ċ) volontarjament jonqos milli jibgħat lura lill-Uffiċċju
dokument jew notament miġbur minn persuna jew
impriża skond dan l-Att, jew jonqos li jżomm xi
dokument jew notament li jkun fih informazzjoni,
miġbura skond dan l-Att, fil-kustodja tiegħu b’dak il-
mod li jiżgura li persuni mhux awtorizzati ma
jkollhomx aċċess għalih,
ikun ħati ta’ reat u jeħel, meta jinstab ħati, multa ta’ mhux inqas
minn elf lira, jew priġunerija għal mhux aktar minn sena, jew dik
il-multa u l-priġunerija flimkien.
TAQSIMA X
RIŻERVA
Riżerva.
Kap. 142.
46. (1) Kull leġislazzjoni sussidjarja magħmula taħt l-Att
dwar l-Istatistika, revokat b’dan l-Att, għandha, sakemm ma jsirux
disposizzjonijiet oħra taħt jew skond dan l-Att, tibqa’ sseħħ u
jkollha effett bħallikieku saret taħt dan l-Att.
(2) Kull awtorità  mogħtija jew ordni magħmul taħt xi waħda
mid-disposizzjonijiet ta’ l-Att revokat, u li jkunu għadhom fis-seħħ
minnufih qabel ma dan l-Att jiġi fis-seħħ, għandhom jibqgħu
jseħħu bħallikieku kienu awtorità  mogħtija jew ordni magħmul taħt
disposizzjoni korrispondenti ta’ dan l-Att, u kull awtorità  jew ordni
kif intqal qabel għandhom jiġu ttrattati u jsir minnhom skond hekk.
(3) Id-data kollha miġbura taħt l-Att revokat għandha titqies
bħala data miġbura taħt id-disposizzjonijiet korrispondenti ta’ dan
l-Att, u tkun suġġetta għar-restrizzjonijiet dwar l-użu u l-
projbizzjonijiet dwar tikxif ta’ informazzjoni stipulati fl-artikoli 40
u 41.
AWTORITÀ  TA’ L-ISTATISTIKA TA’ MALTA ġ KAP. 422. 25
L-EWWEL SKEDA
(Artikoli 10(1), 36(1), 38 u 42(1))
Ħwejjeġ li dwarhom tista’ tinġabar, tiġi preparata u pubblikata 
statistika
(a) Popolazzjoni u djar.
(b) Immigrazzjoni u emigrazzjoni, moviment intern u
estern ta’ passiġġieri u turiżmu.
(ċ) Okkorrenzi vitali, mard, saħħa u nutrizzjoni.
(d) Ħwejjeġ soċjali inklużi l-edukazzjoni, sports,
divertiment pubbliku, sigurtà  u ġid soċjali, ħwejjeġ
kriminali u ġudizzjarji, delinkwenza fost iż-żgħażagħ,
informazzjoni pubblika, l-amministrazzjoni pubblika u
l-Gvern.
(e) Pussess ta’ art, okkupazzjoni u kondizzjoni ta’ art u l-
prodotti tagħha, okkupazzjoni u stat ta’ manutenzjoni
ta’ bini, kera li jista’ jitħallas jew jiġi riċevut għall-art
u bini u l-valur annwali ta’ art u bini.
(f) Statistika dwar l-ambjent u affarijiet konnessi miegħu.
(g) Produzzjoni primarja u sekondarja li tinkludi l-
kostruzzjoni, l-bini, servizzi personali u oħrajn,
enerġija, makkinarju, armar għat-trasport, ilma u
elettriku.
(h) L-industrija u n-negozju ta’ merkanzija.
(i) Ħażniet ta’ merkanzija manifatturata u mhux
manifatturata.
(j) Annimali.
(k) Importazzjoni u esportazzjoni.
(l) Negozju u kummerċ.
(m) Trasport u komunikazzjoni ta’ kull għamla bl-art, bil-
baħar u bl-ajru, li tinkludi l-posta, telefoni, telegrafu,
radju u trasmissjoni elettronika, u tinkludi l-e-
commerce u l-użu ta’ l-internet.
(n) Xogħol, impiegi, qagħad u nefqa fil-pagi.
(o) Salarji, pagi, ħinijiet u kondizzjonijiet tax-xogħol.
(p) Tfixkil u kwistjonijiet industrijali.
(q) Korrimenti, inċidenti u kompensazzjoni.
(r) Prezzijiet bl-ingrossa u bl-imnut, u għoli tal-ħajja.
(s) Attivitajiet bankarji u finanzjarji, li jinkludu l-bilanċ
tal-pagamenti ta’ debitu.
(t) Għaqdiet, inklużi dawk volontarji, soċjetajiet jew
korporazzjonijiet għall-profitt jew ħaġ’oħra.
(u) Sigurtà  għal fuq il-baħar, ħruq, ħajja, disgrazzji u
sigurtajiet oħra.
26 KAP. 422. ħ AWTORITÀ  TA’ L-ISTATISTIKA TA’ MALTA
(v) Dħul ta’ flus, qligħ ta’ flus, profitti, imgħax, drittijiet u
ħlasijiet oħra għal servizzi mogħtija.
(w) Dħul, ħruġ u spiża nazzjonali u l-formazzjoni ta’
kapitali.
(x) Ix-xandir u xogħlijiet awdjoviżivi.
(y) Kull ħaġa oħra stabbilita mid-Direttur Ġenerali, ħlief
għal stħarriġ għal opinjoni pubblika, wara
konsultazzjoni ma’ l-Awtorità,  u kif stabbilit b’Avviż
Legali.
IT-TIENI SKEDA
(Artikolu 17)
Forma tal-Ġurament
Jiena ....................................... naħlef/solennement niddikjara
illi bil-fedeltà  u onestà  kollha naqdi d-dmir tiegħi bħala uffiċjal ta’ l-
istatistika, skond il-ħtiġiet ta’ l-Att ta’ l-2000 dwar l-Awtorità  ta’ l-
Istatistika ta’ Malta, u ta’ l-ordnijiet kollha maħruġa taħtu, u li, ħlief
fil-qadi tad-dmirijiet tiegħi taħt dak l-Att u dawk l-ordnijiet, ma
nikxifx u ma nxandarx, waqt l-impieg tiegħi bħala uffiċjal ta’ l-
istatistika jew f’xi żmien wara, xi ħaġa li nsir naf biha li għandha
x’taqsam ma’ xi persuna, familja jew impriża minħabba fl-impieg
tiegħi bħala uffiċjal ta’ l-istatistika. (Hekk Alla jgħini).
