AWTORITÀ  TA’ MALTA DWAR IR-RIŻORSI ġ KAP. 423. 1
KAPITOLU 423
ATT DWAR AWTORITÀ  TA’ MALTA DWAR 
IR-RIŻORSI
ATT biex jipprovdi għat-twaqqif ta’ Awtorità  li tkun magħrufa bħala l-
Awtorità  ta’ Malta dwar ir-Riżorsi, u għall-eżerċizzju minn jew f’isem dik
l-Awtorità  ta’ funzjonijiet regolatorji li jirrigwardaw ir-riżorsi relattivi
għall-ilma, l-enerġija u l-minerali, u sabiex jipprovdi dwar affarijiet
anċillari għal dan jew konnessi ma’ dan.
2 ta’ Frar, 2001
L-Att XXV ta’ l-2000.
TAQSIMA I - PRELIMINARI
Titolu fil-qosor.
ta’ Malta dwar ir-Riżorsi.
Tifsir.
teħtieġ xort’oħra -
"Awtorità " tfisser l-Awtorità  ta’ Malta dwar ir-Riżorsi mwaqqfa
bl-artikolu 3;
"Direttorati" tfisser dawk id-direttorati li huma jew jistgħu jkunu
stabbiliti taħt l-artikolu 5;
"distribuzzjoni" tfisser, dwar l-enerġija elettrika, it-trasport ta’ l-
elettriku fuq is-sistemi ta’ medju-vultaġġ u ta’ vultaġġ baxx bil-
għan tal-kunsinna tiegħu lix-xerrejja;
"enerġija" tinkludi enerġija elettrika, fuels, sħana meta trasmessa
bħala attività  kummerċjali, u enerġija li tinkiseb minn sorsi li
jiġġeddu;
"enerġija elettrika" tfisser l-enerġija elettrika meta din tkun
ġenerata, trasmessa, distribwita, fornita jew użata għal kull għan
minbarra t-trasmissjoni ta’ xi komunikazzjoni jew sinjal;
"Eżekuttiv Prinċipali" tfisser l-Eżekuttiv Prinċipali maħtur taħt l-
artikolu 5;
"fuel" tinkludi faħam, l-idrokarburi kollha jew derivati ta’ l-
idrokarburi li normalent jintużaw bħala fuels, inkluż żejt krud, fuels
ibbażati fuq idrokarburi jew faħam, fuel f’forma gassuża, sostituti
tal-petroleum f’forma likwida, likwidi jew gassijiet magħmula
minn fermentazzjoni jew proċessi simili, meta maħsuba biex
jintużaw bħala fuel, fuels prodotti minn skart solidu; iżda ma
tinkludix petroleum għal fini ta’ l-Att dwar il-Produzzjoni tal-
Petroleum;
"gass" tfisser kull idrokarburi f’forma gassuża sew fl-istat
naturali tagħhom jew miksuba mill-petroleum jew prodotti
kimikament;
"ilma" meta użata relattivament għal xi prattika, operazzjoni jew
attività  li tinsab regolata b’dan l-Att għandha tinkludi s-servizzi ta’
rimi ta’ drenaġġ u skart likwidu, iżda ma għandhiex tinkludi ilma
2 KAP. 423. ħ AWTORITÀ  TA’ MALTA DWAR IR-RIŻORSI
tax-xorb bottiljat;
"impjegat" tfisser persuna impjegata mill-Awtorità ; 
"kumitat konsultattiv" jew "kumitat" tfisser kumitat ta’
konsultazzjoni stabbilit skond ma hemm fl-artikolu 25;
"kuntrattur" tfisser persuna li taġixxi skond ftehim magħmul ma’
l-Awtorità  jew skond l-artikolu 5(5);
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għar-riżorsi;
Kap. 156.
"petroleum " tfisser l-idrokarburi naturali kollha sew f’forma
likwida sew gassuża, inkluż iż-żejt krud u sew fi stat krud sew
naturali jew f’forma pproċessata jew raffinata u meta użata
relattivament għall-esplorazzjoni u l-produzzjoni tal-petroleum
għandu jkollha l-istess tifsira bħalma hu lilha mogħti bl-artikolu 2
ta’ l-Att dwar il-Produzzjoni tal-Petroleum;
"President" tfisser il-President ta’ l-Awtorità  u tinkludi, fiċ-
ċirkostanzi msemmija fl-artikolu 3(3), lill-Viċi-President jew
persuna oħra hekk maħtura biex tagħmilha ta’ President:
Iżda, għar-rigward ta’ l-artikolu 25, "President" tfisser il-
President ta’ kumitat konsultattiv;
"riżorsi" tfisser ir-riżorsi li għandhom x’jaqsmu ma’ l-ilma, l-
enerġija u riżorsi minerali regolati minn jew skond dan l-Att;
"riżorsi minerali" tfisser kull mineral, blat jew sediment kostitwit
minn komposti jew sustanzi organiċi jew inorganiċi, estratt,
imtella’ minn minjiera jew xort’oħra miksub minn ġo l-art, inkluż
qiegħ il-baħar u s-sottoswol tiegħu, iżda ma tinkludix l-ilma;
"sena finanzjarja" tfisser perjodu ta’ tnax il-xahar li jtemm fit-30
ta’ Settembru:
Iżda l-ewwel sena finanzjarja ta’ l-Awtorità  għandha tibda
mad-dħul fis-seħħ ta’ dan l-Att u għandha ttemm fit-30 ta’
Settembru tas-sena li tiġi minnufih wara;
"trasmissjoni" tfisser, dwar l-enerġija elettrika, it-trasport ta’ l-
elettriku fuq is-sistema interkonnessa ta’ vultaġġ għoli bil-għan tal-
kunsinna tiegħu lix-xerrejja finali jew lid-distributuri;
"uffiċjal pubbliku" għar-rigward ta’ l-artikolu 11, għandha l-
istess tifsira lilha mogħtija bl-artikolu 124 tal-Kostituzzjoni iżda
ma tinkludix imħallef tal-Qrati Superjuri jew maġistrat tal-Qrati
Inferjuri.
TAQSIMA II - TWAQQIF, FUNZJONIJIET U TMEXXIJA TA’ 
L-AFFARIJIET TA’ L-AWTORITÀ
Twaqqif u 
kompożizzjoni ta’ 
l-Awtorità  ta’ 
Malta dwar ir-
Riżorsi.
3. (1) Għandu jkun hemm korp, li jkun magħruf bħala l-
Awtorità  ta’ Malta dwar ir-Riżorsi, li jkun magħmul minn President
u mhux inqas minn erba’ u mhux iktar minn sitt membri oħra.
(2) Il-membri ta’ l-Awtorità  għandhom jinħatru mill-Ministru
għal żmien sena jew għal dak il-perjodu itwal li jista’ jiġi speċifikat
fl-istrument tal-ħatra suġġett għal massimu ta’ tliet snin iżda l-
membri li jiġu hekk maħtura jistgħu jiġu maħtura mill-ġdid malli
jiskadi ż-żmien tal-ħatra tagħhom.
AWTORITÀ  TA’ MALTA DWAR IR-RIŻORSI ġ KAP. 423. 3
(3) Il-Ministru jista’ jinnomina lil wieħed mill-membri l-oħra
ta’ l-Awtorità  bħala Viċi-President u l-membru li jiġi hekk nominat
ikollu s-setgħat kollha u jwettaq il-funzjonijiet kollha tal-President
matul l-assenza jew l-inkapaċità  tiegħu li jagħmilha ta’ President
jew filwaqt li l-President ikun vaganza jew matul kull btala fil-
kariga ta’ President; u l-Ministru jista’ wkoll, f’kull waħda miċ-
ċirkostanzi hawn aktar qabel imsemmija, jaħtar lil xi persuna oħra
biex tagħmilha ta’ President u f’każ bħal dak il-provvedimenti ta’
qabel għandhom japplikaw għar-rigward ta’ dik il-persuna. 
(4) Persuna ma tkunx kwalifikata li jkollha l-kariga ta’
membru ta’ l-Awtorità  jekk:-
(a) tkun Ministru, Segretarju Parlamentari jew membru
tal-Kamra tad-Deputati; jew 
(b) tkun imħallef jew maġistrat fil-qrati tal-ġustizzja; u 
(ċ) ikollha xi interess finanzjarju jew ieħor f’xi impriża
jew attività  li x’aktarx tolqot it-twettiq tal-funzjonijiet
tagħha bħala membru ta’ l-Awtorità :
Iżda l-Ministru jista’ jwarrab l-iskwalifika ta’
persuna taħt dan il-paragrafu jekk dik il-persuna
tiddikjara dak l-interess u dik id-dikjarazzjoni u
twarrib ta’ l-iskwalifika jiġu pubblikati fil-Gazzetta.
(5) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu, il-kariga
ta’ membru ta’ l-Awtorità  ssir vakanti:-
(a) meta jiskadilu ż-żmien tal-kariga; jew
(b) jekk ikun hemm ċirkostanzi li jikkaġunaw, li kieku ma
kienx membru ta’ l-Awtorità , li jkun skwalifikat milli
jinħatar bħala tali.
(6) Membru ta’ l-Awtorità  jista’ jitneħħa mill-kariga mill-
Ministru jekk, fil-fehma tal-Ministru, dak il-membru ma jkunx
idoneu biex ikompli f’dik il-kariga jew ikun sar inkapaċi milli
jwettaq sew dmirijietu bħala membru.
(7) Jekk membru jirriżenja jew jekk il-kariga ta’ membru ta’ l-
Awtorità  tkun xort’oħra vakanti jew jekk membru ma jkunx jista’
għal liema raġuni tkun iwettaq il-funzjonijiet tal-kariga tiegħu, il-
Ministru jista’ jaħtar persuna li tkun kwalifikata li tinħatar bħala
membru biex tkun membru temporanju ta’ l-Awtorità ; u kull min
jinħatar b’dan il-mod għandu, bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-
subartikoli (5) u (6), jtemm milli jkun tali membru meta tinħatar
persuna biex timla l-vakanza jew, skond il-każ, meta l-membru li
ma setax iwettaq il-funzjonijiet tal-kariga tiegħu jerġa’ jibda
jwettaq dawk il-funzjonijiet.
(8) Membru ta’ l-Awtorità  li jkollu xi interess dirett jew
indirett f’xi kuntratt magħmul jew propost li jsir mill-Awtorità , li
ma jkunx interess li jiskwalifika lil dak il-membru milli jibqa’
membru, għandu jiżvela x-xorta ta’ dak l-interess fl-ewwel laqgħa
ta’ l-Awtorità  wara li huwa jkun sar jaf bil-fatti rilevanti, u dak l-
iżvelar għandu mbagħad jitniżżel fil-minuti ta’ l-Awtorità , u l-
membru li jkollu interess kif hawn aktar qabel imsemmi għandu
jirtira minn kull laqgħa li fiha jkun qed jiġi diskuss dak il-kuntratt.
Kull żvelar bħal dak għandu jiġi mgħarraf lill-Ministru mingħajr
4 KAP. 423. ħ AWTORITÀ  TA’ MALTA DWAR IR-RIŻORSI
dewmien. Meta l-interess tal-membru jkun tali li jiskwalifikah milli
jibqa’ membru, huwa għandu jirrapporta l-fatt minnufih lill-
Ministru u jissottometti r-riżenja tiegħu.
Funzjonijiet ta’ l-
Awtorità .
4. (1) L-Awtorità  għandu jkollha dawn il-funzjonijiet li
ġejjin:-
(a) li tirregola, tissorvelja u żżomm fil-konjizzjoni tagħha
kull prattika, operazzjoni u attività  li tirrigwarda r-
riżorsi ta’ l-enerġija, l-ilma u l-minerali;
(b) li tagħti liċenza, permess jew awtorizzazzjoni oħra,
għall-għemil ta’ kull operazzjoni jew attività  li
tirrigwarda r-riżorsi ta’ l-enerġija, l-ilma u l-minerali;
(ċ) li tirregola u tiżgura li jkun hemm interkonnessjoni
għall-produzzjoni, trasmissjoni u distribuzzjoni tas-
servizzi jew tal-prodotti regolati minn jew taħt dan l-
Att;
(d) li tiżgura kompetizzjoni ġusta f’kull prattika,
operazzjoni u attività  bħal dik;
(e) li tistabbilixxi standards ta’ kwalità  u sigurezza
minimi għal kull waħda mill-imsemmija prattiki,
operazzjonijiet u attivitajiet u biex tirregola dawk il-
miżuri li jistgħu jkunu meħtieġa biex jiżġuraw is-
sigurezza pubblika u dik privata;
(f) li tiżgura u tirregola l-iżvilupp u l-manutenzjoni ta’
sistemi effiċjenti sabiex tiġi sodisfatta, bl-aktar mod
ekonomiku possibbli, kull domanda raġonevoli għall-
provdiment tar-riżorsi regolati minn jew taħt dan l-Att;
(g) li tagħmel kull studju, riċerka jew investigazzjoni
dwar kull ħaġa li jkollha x’taqsam mar-riżorsi regolati
minn jew taħt dan l-Att;
(h) li tipprovdi informazzjoni u toħroġ linji gwida lill-
pubbliku u lil entitajiet kummerċjali u entitajiet oħra
dwar ħwejjeġ li għandhom x’jaqsmu ma’ dawk ir-
riżorsi;
(i) li tirregola l-istruttura tal-prezzijiet għal kull attività
regolata b’dan l-Att u meta jkun xieraq li tistabbilixxi
l-mekkaniżmi li bihom jiġi stabbilit il-prezz li jkollu
jitħallas għall-akkwist, produzzjoni, manifattura,
bejgħ, ħżin u distribuzzjoni relattiva;
(j) li tistabbillixxi l-kwalifiki minimi li persuna għandu
jkollha meta hija tiġi mqabbda taħdem jew tiġi
impjegata f’xi attività  regolata minn jew taħt dan l-Att;
(k) li tistabbilixxi miżuri għall-protezzjoni ta’ l-ambjent
fil-prattiki, operazzjonijiet u attivitajiet regolati minn
jew taħt dan l-Att;
(l) li tiżgura li l-obbligi internazzjonali magħmula mill-
Gvern relattivi għall-ħwejjeġ regolati minn jew taħt
dan l-Att jiġu mħarsa;
(m) li jagħti parir lill-Ministru dwar il-formulazzjoni ta’
policy għar-rigward ta’ ħwejjeġ regolati b’dan l-Att, u
AWTORITÀ  TA’ MALTA DWAR IR-RIŻORSI ġ KAP. 423. 5
b’mod partikolari għar-rigward ta’ dawk l-obbligi
internazzjonali;
(n) xort’oħra li tagħti parir lill-Ministru dwar kull ħaġa
konnessa mal-funzjonijiet tagħha taħt dan l-Att;
(o) li tifformula u timplementa l-policies u l-istrateġiji
b’għanijiet short-term u long-term, għar-rigward ta’ l-
attivitajiet regolati b’dan l-Att;
(p) li twettaq dawk il-funzjonijiet l-oħra li jistgħu minn
żmien għal żmien jiġu lilha assenjati mill-Ministru.
(2) L-Awtorità  għandha wkoll:-
(a) għar-rigward ta’ l-enerġija -
(i) ġġib ‘il quddiem, tinkoraġġixxi u tirregola l-
maniġġ, il-ġenerazzjoni u l-użu ta’ kull forma
ta’ enerġija; u
(ii) tinkoraġġixxi l-użu ta’ sorsi alternattivi ta’
enerġija u għal dak l-għan, skond dawk ir-
regolamenti li jistgħu jiġu preskritti, li tagħmel
imposti fuq l-enerġija li tiġi prodotta minn sorsi
li ma jiġġeddux u tagħti sussidji f’dak li għandu
x’jaqsam mal-produzzjoni ta’ enerġija minn
sorsi li jiġġeddu;
(b) għar-rigward ta’ l-ilma -
(i) tassigura u tirregola l-akkwist, il-produzzjoni, il-
ħażna, id-distribuzzjoni jew disponiment ieħor
ta’ l-ilma għal għanijiet domestiċi, kummerċjali,
industrijali jew oħrajn;
(ii) tassigura u tirregola l-konservazzjoni, t-tikbir u
l-operazzjoni tar-riżorsi ta’ l-ilma u ta’ l-għejjun
tal-provvista ta’ l-ilma;
(iii) tassigura u tirregola t-trattament, il-ħżin, id-
disponiment, l-użu jew l-użu mill-ġdid, kif
f’loku, ta’ skart likwidu, ilma mhux tax-xorb,
ilma mtajjan u ilma tax-xita; 
(iv) tassigura u tirregola l-provvediment ta’ sistemi
adegwati ta’ drenaġġi pubbliċi u tiżgura l-indafa,
is-sigurezza u l-effiċjenza tagħhom;
(v) tiżgura t-tneħħija, l-ilqugħ, it-trattament u d-
disponiment sigur ta’ skart kummerċjali;
(vi) tinkoraġġixxi u tirregola l-użu mill-ġdid ta’ skart
ittrattat;
(vii) tiżgura d-disponiment ta’ ilma mhux tax-xorb
fid-drenaġġ kif għandu jkun;
(viii) tagħmel l-aħjar użu mill-ilma tax-xita;
(ċ) għar-rigward ta’ l-estrazzjoni ta’ minerali:
(i) twettaq dawk il-funzjonijiet li jistgħu jiġu
awtorizzati mill-Prim Ministru skond u għall-
għanijiet ta’ l-Att dwar il-Produzzjoni tal-
Pitrolju, u ta’ l-Att dwar il-Blata Kontinentali;
6 KAP. 423. ħ AWTORITÀ  TA’ MALTA DWAR IR-RIŻORSI
(ii) bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-
subparagrafu (i) ta’ dan il-paragrafu, tirregola
kull ħaġa li jkollha x’taqsam ma’ l-estrazzjoni
tal-pitrolju;
(iii) bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subparagrafi
(i) u (ii) ta’ dan il-paragrafu, tirregola kull ħaġa
li jkollha x’taqsam ma’ l-estrazzjoni ta’ riżorsi
minerali;
(iv) tiżgura l-aħjar utilizzazzjoni ta’ riżorsi minerali
u tirregola l-kwalità  u l-kwantità  ta’ minerali
estratti;
(d) għar-rigward tal-petroleum:
(i) tiżgura li jkun hemm disponibbli f’kull żmien
provvisti u ħażniet ta’ riserva adegwati ta’
petroleum u gass;
Kap. 381.
(ii) tirregola d-distribuzzjoni, l-bejgħ, l-
esportazzjoni jew id-disponiment b’kull mod
ieħor li jkun ta’ żjut forniti għall-bunkering;
għall-għanijiet ta’ dan il-paragrafu "bunkering"
u "żejt" għandu jkollhom l-istess tifsir lilhom
assenjat bl-artikolu 2 ta’ l-Att dwar it-Taxxa fuq
Bunkering ta’ Żjut.
(3) il-provvedimenti ta’ dan l-artikolu għandhom ikunu
mingħajr preġudizzju għall-eżerċizzju tal-funzjonijiet ta’ xi
awtorità  stabbilita minn jew taħt xi liġi għar-rigward tas-saħħa
pubblika, l-ambjent jew kull ħaġ‘oħra li tinkwadra fil-funzjonijiet
ta’ xi awtorità  simili.
Tmexxija ta’ l-
affarijiet ta’ l-
Awtorità.
5. (1) Bla ħsara għall-provvedimenti l-oħra ta’ dan l-Att l-
affarijiet u x-xogħol ta’ l-Awtorità  għandhom ikunu r-
responsabbiltà  ta’ l-Awtorità  nnifisha iżda salv kif hawn aktar
qabel imsemmi, it-tmexxija eżekuttiva ta’ l-Awtorità , l-
amministrazzjoni u l-organizzazzjoni tagħha u l-kontroll
amministrattiv ta’ l-uffiċjali u l-impjegati tagħha, jkunu r-
responsabbiltà  ta’ l-Eżekuttiv Prinċipali ta’ l-Awtorità , li jkollu
wkoll dawk il-poteri l-oħra li jistgħu minn żmien għal żmien jiġu
lilu delegati mill-Awtorità .
(2) Għandhom jitwaqqfu d-Direttorati hekk kif inhuma
elenkati fl-Ewwel Skeda li tinsab ma’ dan l-Att, li jkollhom ir-
responsabbiltajiet kif inhuma hemm deskritti. Il-Ministru jista’,
wara li jikkonsulta lill-Awtorità , b’Ordni fil-Gazzetta, jabolixxi xi
wieħed jew iktar minn dawk id-Direttorati, jibdel ir-
responsabbiltajiet tagħhom u jistabbilixxi dawk id-Direttorati l-
oħra li jista’ minn żmien għal żmien iqis bħala li jkunu meħtieġa.
(3) L-Awtorità  għandha teżerċita l-funzjonijiet tagħha
permezz tad-Direttorati hekk stabbiliti u għal dak l-għan hija
għandha tvesti f’kull wieħed mid-Direttorati hekk stabbiliti u
suġġett għas-sorveljanza u l-kontroll totali ta’ l-Eżekuttiv
Prinċipali, dawk il-funzjonijiet tagħha li jirrelataw jew huma
anċillari għal dawk l-affarijiet li hija responsabbli għalihom sabiex
dak id-Direttorat ikun jista’ jagħti seħħ lill-policies ta’ l-Awtorità  u
bix-xort’oħra jkun jista’ jwettaq b’mod effettiv u effiċjenti l-
AWTORITÀ  TA’ MALTA DWAR IR-RIŻORSI ġ KAP. 423. 7
funzjonijiet ta’ l-Awtorità  fl-isfera rispettiva ta’ l-operat tagħha. 
(4) Kull wieħed mid-Direttorati hekk stabbiliti għandu
jitmexxa minn individwu li jista’ jkun sew uffiċjal pubbliku
assenjat biex iwettaq dmirijietu ma’ l-Awtorità  jew impjegat ta’ l-
Awtorità , jew persuna assenjata biex taħdem ma’ l-Awtorità  skond
ftehim bejn l-Awtorità  u intrapriża pubblika jew privata, li f’kull
każ ikollu esperjenza jew konoxxenza adegwati fl-isfera rispettiva
ta’ l-operat.
(5) Sew l-Awtorità  sew kull wieħed mid-Direttorati jistgħu
jeżerċitaw xi wieħed jew iktar mill-funzjonijiet tagħhom kemm
direttament kemm permezz ta’ l-uffiċjali jew impjegati tagħhom
jew permezz ta’ aġenzija li tkun awtorizzata għal dak l-għan, jew
permezz ta’ kuntrattur jew persuna oħra li magħhom isir ftehim
għat-twettiq ta’ xi waħda jew iktar minn dawk il-funzjonijiet:
Iżda ebda ħaġa f’dan is-subartikolu ma għandha tawtorizza
lill-Awtorita’ sabiex tagħti b’kuntratt xi funzjonijiet regolatorji jew
ta’ liċenzjar tagħha.
(6) Meta f’dan l-Att xi ħaġa jkollha ssir minn jew kontra jew
għar-rigward ta’ l-Awtorità , jew xi avviż ikollu jingħata jew jista’
jingħata lill-Awtorità , kull ħaġa jew avviż simili jistgħu wkoll
jintgħamlu minn jew kontra jew għar-rigward ta’ jew jingħataw lid-
Direttorat li l-ħaġa tkun tinkwadra taħt il-ġurisdizzjoni tiegħu
minħabba f’xi delega ta’ funzjoni lil dak id-Direttorat; u għall-
għanijiet hawn aktar qabel imsemmija kull riferenza f’dan l-Att
għall-Awtorità  tinkludi riferenza għad-Direttorat idoneu.
(7) L-Eżekuttiv Prinċipali u l-kapijiet tad-Direttorati
għandhom jinħatru mill-Awtorità  wara konsultazzjoni mal-Ministru
għal żmien tliet snin u dak iż-żmien jista’ jiġġedded għal żminijiet
oħra ta’ tliet snin kull wieħed:
Iżda l-ewwel Eżekuttiv Prinċipali u l-ewwel kapijiet ta’
kull direttorat għandhom jinħatru mill-Ministru.
(8) L-Eżekuttiv Prinċipali għandu jattendi għal-laqgħat kollha
tal-Bord iżda ma jkollux vot waqt dawk il-laqgħat:
Iżda l-Awtorità  tista’ jekk tkun tqis li jkun hekk xieraq
teħtieġ lill-Eżekuttiv Prinċipali biex ma jattendix għal xi waħda
mil-laqgħat jew għal xi parti minn xi laqgħa.
(9) L-Eżekuttiv Prinċipali jkun responsabbli għall-
implimentazzjoni ta’ l-għanijiet ta’ l-Awtorità  fl-eżerċizzju tal-
funzjonijiet tagħha u mingħajr preġudizzju għall-ġeneralità  ta’ dak
hawn aktar qabel imsemmi huwa għandu:
(a) jassumi kull responsabbiltà  għas-sorveljanza u l-
kontroll totali tad-Direttorati;
(b) jassenja lil kull Direttorat dawk id-dmirijiet li huma
bil-provvedimenti ta’ dan l-Att, jew skondhom, vestiti
f’dak id-Direttorat;
(ċ) jikkoordina l-operat tad-Direttorati;
(d) jiżviluppa l-istrateġiji meħtieġa għall-
implementazzjoni ta’ l-għanijiet ta’ l-Awtorità ;
8 KAP. 423. ħ AWTORITÀ  TA’ MALTA DWAR IR-RIŻORSI
(e) jagħti parir lill-Awtorità  dwar kull ħaġa li din tista’
tirriferilu jew dwar kull ħaġa li huwa jqis li tkun
meħtieġa jew spedjenti; u
(f) dawk id-dmirijiet l-oħra li l-Awtorità  tista’ tassenjalu
minn żmien għal żmien.
Relazzjonijiet bejn 
il-Ministru u l-
Awtorità.
6. (1) Il-Ministru jista’, għar-rigward ta’ dawk l-affarijiet li
jkunu jidhrulu li jolqtu l-interess pubbliku, minn żmien għal żmien
jagħti lill-Awtorità  direttivi bil-miktub ta’ xorta ġenerali, li ma
jkunux inkonsistenti mal-provvedimenti ta’ dan l-Att, dwar il-
policy li għandha tiġi segwita fit-twettiq tal-funzjonijiet vestiti fl-
Awtorità  minn jew taħt dan l-Att, u l-Awtorità  għandha, kemm
jista’ jkun malajr, iġġib fis-seħħ dawk id-direttivi kollha.
(2) L-Awtorità  għandha tagħti lill-Ministru faċilitajiet għall-
ksib ta’ informazzjoni dwar il-proprjetà  li jkollha u l-attivitajiet
tagħha u tibgħatlu prospetti, kontijiet u kull informazzjoni oħra li
jkollha x’taqsam ma’ dan, u tagħtih il-faċilitajiet kollha biex ikun
jista’ jivverifika l-informazzjoni mogħtija, b’dak il-mod u f’kull
waqt li huwa jista’ hekk raġonevolment jeħtieġ.
(3) Jekk l-Awtorità  tonqos milli tħares xi ordni maħruġa taħt
dan l-artikolu, il-Prim Ministru jista’ jagħmel Ordni li biha
jittrasferixxi lill-Ministru għal kollox jew biss f’parti xi funzjoni
jew funzjonijiet ta’ l-Awtorità .
Personalità  
ġuridika u 
rappreżentanza ta’ 
l-Awtorità.
7. (1) L-Awtorità  għandha tkun korp ġuridiku li jkollu
personalità  ġuridika distinta u għandha tkun kapaċi, bla ħsara għad-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, li tagħmel kull kuntratt, li takkwista,
iżżomm u tiddisponi minn kull xorta ta’ proprjetà  għall-għanijiet
tal-funzjonijiet tagħha, jew li tħarrek u li tiġi mħarrka, u li tagħmel
dawk l-affarijiet kollha u li tidħol f’dawk it-transazzjonijiet kollha
li jkunu inċidentali jew li jwasslu għall-eżerċizzju jew it-twettiq
tal-funzjonijiet tagħha taħt dan l-Att, inkluż is-self jew it-tislif ta’
flus.
(2) Ir-rappreżentanza ġuridika ta’ l-Awtorità  għandha tkun
vestita solidalment fil-President u fl-Eżekuttiv Prinċipali:
Iżda l-Awtorità  tista’ taħtar lil xi wieħed jew aktar mill-
membri tagħha jew mill-uffiċjali jew l-impjegati ta’ l-Awtorità  biex
jidhru f’isem u flok l-Awtorità  fi proċedimenti ġudizzjarji kif ukoll
f’kull att, kuntratt, strument jew dokument ieħor ikun liema jkun:
Iżda wkoll, dwar kull ħaġa li tinkwadra fil-funzjonijiet
vestiti f’Direttorat, ir-rappreżentanza legali u ġuridika ta’ l-
Awtorità  għandha tkun tvesti wkoll fil-Kap tad-Direttorat jew f’dak
il-membru, uffiċjal jew impjegat ieħor ta’ l-Awtorità , hekk kif l-
Awtorità  tista’ taħtar jew tawtorizza għal dak l-għan.
(3) Kull dokument li huwa ntiż bħala strument magħmul jew
maħruġ mill-Awtorità  u li jiġi ffirmat mill-President jew mill-
Eżekuttiv Prinċipali jew minn Kap tad-Direttorat għar-rigward ta’
xi ħaġa vestita fid-Direttur relattiv mill-Awtorità  għandu jiġi
riċevut b’xiehda u għandu, sakemm ma jiġix ippruvat il-kuntrarju,
jitqies li jkun strument magħmul jew maħruġ mill-Awtorità .
AWTORITÀ  TA’ MALTA DWAR IR-RIŻORSI ġ KAP. 423. 9
Provvedimenti 
rigward il-
proċedimenti ta’ l-
Awtorità.
8. (1) Il-laqgħat ta’ l-Awtorità  għandhom jissejħu mill-
President daqskemm ikun meħtieġ iżda mill-anqas darba fix-xahar
jew b’inizjattiva tiegħu jew fuq talba ta’ xi tnejn mill-membri l-
oħra.
(2) Nofs l-għadd tal-membri li f’dak iż-żmien ikunu
jikkostitwixxu l-Awtorità  għandhom jagħmlu quorum. Id-
deċiżjonijiet għandhom jiġu adottati minn maġġoranza sempliċi tal-
voti tal-membri preżenti u votanti. Il-President, jew fl-assenza
tiegħu il-Viċi-President jew persuna oħra li tkun maħtura biex
tagħmilha ta’ President, għandhom ikollhom vot inizjali u fil-każ li
jkun hemm voti ndaqs, casting vote. Mingħajr preġudizzju għall-
ħtiġiet l-oħra ta’ dan l-Att, ebda deċiżjoni ma tkun valida jekk din
ma jkollhiex l-appoġġ ta’ mill-anqas żewġ membri ta’ l-Awtorità .
(3) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att l-Awtorità
tista’ tirregola l-proċedura tagħha nnifisha.
(4) Bla ħsara għall-provvedimenti ta’ qabel ta’ dan l-artikolu,
ebda att jew proċediment ta’ l-Awtorità  ma għandu jiġi invalidat
unikament minħabba li jkun hemm xi vakanza fost il-membri.
(5) Kull att magħmul minn xi persuna li jkun qed jaġixxi
bonafidi, bħala membru ta’ l-Awtorità  għandu jkun validu
bħallikieku huwa kien membru minkejja li wara jiġi skopert li kien
hemm xi difett fil-ħatra jew il-kwalifiki tiegħu. Ebda att jew
proċediment ta’ l-Awtorità  ma għandu jiġi kontestat minħabba fil-
ksur minn xi membru tad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 3(8).
TAQSIMA III - UFFIĊJALI U IMPJEGATI TA’ L-AWTORITÀ
Ħatriet ta’ 
persunal.
9. Mingħajr preġudizzju għall-provvedimenti l-oħra ta’ dan l-
Att, il-ħatra ta’ uffiċjali u ta’ impjegati oħra ta’ l-Awtorità  għandha
ssir mill-Awtorità . Il-pattijiet u l-kondizzjonijiet ta’ l-impieg
għandhom jiġu stabbiliti mill-Awtorità  bi ftehim mal-Ministru.
Ħatra u funzjonijiet 
ta’ l-uffiċjali u l-
impjegati ta’ l-
Awtorità.
10. L-Awtorità  għandha taħtar u timpjega, b’dik ir-
rimunerazzjoni u b’dawk il-pattijiet u kondizzjonijiet ta’ żmien
hekk kif tista’, skond l-artikolu 9 tistabbilixxi, lil dawk l-uffiċjali u
l-impjegati ta’ l-Awtorità  bħalma jistgħu minn żmien għal żmien
ikunu meħtieġa għat-twettiq dovut u effiċjenti tal-funzjonijiet ta’ l-
Awtorità .
Assenjament ta’ 
uffiċjali pubbliċi 
biex jaqdu 
dmirijiet ma’ l-
Awtorità.
11. (1) Il-Prim Ministru jista’, fuq talba ta’ l-Awtorità , minn
żmien għal żmien jordna li uffiċjal pubbliku għandu jiġi assenjat
biex jaqdi dmirijietu ma’ l-Awtorità  f’dik il-kapaċità  u b’seħħ minn
dik id-data li tista’ tiġi speċifikata fl-ordni tal-Prim Ministru.
(2) Il-perjodu li matulu ordni bħal dik hawn aktar qabel
imsemmija għandha tapplika għal xi uffiċjal li jkun speċifikat fiha,
għandu, kemm-il darba l-uffiċjal ma jkunx irtira mis-servizz
pubbliku, jew xort’oħra temm milli jibqa’ fil-kariga f’data li tiġi
qabel, jew kemm-il darba ma tiġix speċifikata data differenti f’dik
l-ordni, jtemm milli jibqa’ jseħħ wara sena mid-data effettiva ta’
dik l-ordni kemm-il darba l-ordni ma tiġix aktar kmieni revokata
mill-Prim Ministru.
10 KAP. 423. ħ AWTORITÀ  TA’ MALTA DWAR IR-RIŻORSI
Status ta’ uffiċjali 
pubbliċi assenjati 
biex jaqdu 
dmirijiet ma’ l-
Awtorità.
12. (1) Meta uffiċjal jiġi assenjat għal dmirijiet ma’ l-
Awtorità  taħt xi wieħed mill-provvedimenti ta’ l-artikolu 11, dak l-
uffiċjal għandu, matul iż-żmien li fih dik l-ordni jkollha effett
dwaru, jkun taħt l-awtorità  u l-kontroll amminstrattiv ta’ l-Awtorità
iżda huwa għandu għal kull għan u raġuni oħra jibqa’ u jitqies u jiġi
trattat bħala uffiċjal pubbliku.
(2) Mingħajr preġudizzju għall-ġeneralità  ta’ dak hawn aktar
qabel imsemmi, uffiċjal li jkun assenjat għal dmirijiet kif hawn
aktar qabel imsemmi:
(a) ma għandux waqt iż-żmien li matulu huwa jkun hekk
assenjat:
(i) ikun prekluż milli japplika għal trasferiment f’xi
dipartiment tal-Gvern skond il-pattijiet u l-
kondizzjonijiet tas-servizz konnessi mal-ħatra
tiegħu mal-Gvern li jkollu fid-data meta huwa
jiġi hekk assenjat għal dmirijietu; jew;
(ii) ikun hekk impjegat li r-rimunerazzjoni u l-
kondizzjonijiet tas-servizz tiegħu jkunu inqas
favorevoli minn dawk li jkunu konnessi mal-
ħatra tiegħu mal-Gvern li jkollu fid-data hawn
aktar qabel imsemmija jew li kienu jkunu
konnessi ma’ dik il-ħatra, matul dak iż-żmien, li
kieku dak l-uffiċjal ma jkunx ġie assenjat biex
jaqdi dmirijietu ma’ l-Awtorità ; u
Kap. 93.
Kap. 58.
(b) ikollu jedd li s-servizz tiegħu ma’ l-Awtorità  jiġi
kkunsidrat bħala servizz mal-Gvern għall-għanijiet ta’
pensjoni, gratwità , jew benefiċċju taħt l-Ordinanza
dwar il-Pensjoniiet u l-Att dwar il-Pensjonijiet lil Nisa
Romol u Tfal Iltiema u ta’ kull dritt jew privileġġ
ieħor li huwa jkollu jedd għalih, u responsabbli għal
kull responsabbiltà  li dwarha huwa jkun responsabbli,
ħlief għall-fatt li huwa jkun ġie assenjat biex iwettaq
dmiru ma’ l-Awtorità .
(3) Meta ssir applikazzjoni kif provdut fis-subartikolu (2)(a)(i)
għandha tingħatalha l-istess konsiderazzjoni daqslikieku l-
applikant ma jkunx ġie assenjat għal servizz ma’ l-Awtorità .
(4) L-Awtorità  għandha tħallas lill-Gvern dawk il-
kontribuzzjonijiet li jistgħu minn żmien għal żmien jiġu stabbiliti
mill-Ministru responsabbli għall-finanzi dwar l-ispiża ta’
pensjonijiet u gratwitajiet li jinqalgħu minn uffiċjal li jkun assenjat
għal dmirijiet ma’ l-Awtorità  kif hawn aktar qabel imsemmi matul
il-perjodu li fih huwa jkun hekk assenjat.
Offerta ta’ impieg 
permanenti ma’ l-
Awtorità  lil 
uffiċjali pubbliċi 
assenjati biex 
jaqdu dmirijiet ma’ 
l-Awtorità.
13. (1) L-Awtorità  tista’, bl-approvazzjoni tal-Prim Ministru,
toffri lil uffiċjal assenjat għal dmirijiet ma’ l-Awtorità  taħt xi
waħda mid-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 11 impjieg permanenti
ma’ l-Awtorità  b’dik ir-rimunerazzjoni u b’dawk il-pattijiet u l-
kondizzjonijiet li ma jkunux inqas favorevoli minn dawk li jgawdi
dak l-uffiċjal fid-data ta’ dik l-offerta.
(2) Il-pattijiet u l-kondizzjonijiet f’xi offerta magħmula kif
hawn aktar qabel imsemmi ma għandhiex titqies bħala inqas
favorevoli biss għaliex ma jkunux għal kollox identiċi jew superjuri
AWTORITÀ  TA’ MALTA DWAR IR-RIŻORSI ġ KAP. 423. 11
għal dawk li l-uffiċjal involut ikun qed igawdi fid-data ta’ dik l-
offerta, jekk dawk il-pattijiet u l-kondizzjonijiet ikkunsidrati
flimkien, fil-fehma tal-Prim Ministru jkunu joffru benefiċċji
sostanzjalment ekwivalenti jew akbar.
Kap. 93.
Kap. 58.
(3) Kull uffiċjal li jaċċetta impjieg permanenti ma’ l-Awtorità
li jiġi offert lilu, taħt id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1),
għandu għall-għanijiet kollha minbarra dawk ta’ l-Ordinanza dwar
il-Pensjonijiet u l-Att dwar il-Pensjonijiet lil Nisa Romol u Tfal
Iltiema, u b’riserva għad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (6),
jitqies bħala li temm ikun fis-servizz tal-Gvern u li jkun daħal fis-
servizz ma’ l-Awtorità  fid-data meta huwa jaċċetta, u għall-finijiet
ta’ l-imsemmija Ordinanza u ta’ l-imsemmi Att, sakemm
applikabbli għalih, servizz ma’ l-Awtorità  għandu jitqies bħala
servizz mal-Gvern fi ħdan it-tifsiriet tagħhom rispettivament.
(4) Kull uffiċjal bħal dak hawn aktar qabel imsemmi li,
minnufih qabel ma jaċċetta impieg permanenti ma’ l-Awtorità  kellu
jedd jikseb benefiċċju taħt l-Att dwar il-Pensjonijiet lil Nisa Romol
u Tfal Iltiema, għandu jibqa’ jkollu dak il-jedd li jibbenefika taħtu
għal kull skop bħallikieku s-servizz tiegħu ma’ l-Awtorità  kien
servizz mal-Gvern.
(5) L-Awtorità  għandha tħallas lill-Gvern dawk il-
kontribuzzjonijiet li jistgħu minn żmien għal żmien jiġu stabbiliti
mill-Ministru responsabbli għall-finanzi għar-rigward ta’ l-ispiża
ta’ pensjonijiet u gratwitajiet li jinqalgħu minn uffiċjal li jkun
aċċetta li jwettaq impjieg skond "performance" ma’ l-Awtorità  kif
hawn aktar qabel imsemmi matul il-perjodu li jibda fid-data meta
dak l-uffiċjal hekk jaċċetta.
(6) Għall-għanijiet ta’ l-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet, l-
emolumenti pensjonabbli ta’ dak l-uffiċjal pubbliku meta huwa
jirtira għandhom jitqiesu li jkunu l-emolumenti pensjonabbli li
jitħallsu lil uffiċjal fis-servizz tal-Gvern fi grad u f’livell
inkrementali li jikkorrispondi għall-kariga u l-livell inkrementali li
bih l-uffiċjal jirtira mill-Awtorità .
(7) (a) Għall-għanijiet ta’ dan l-artikolu il-karigi u l-gradi
salarjali ma’ l-Awtorità  għandhom jiġu klassifikati fi
gradi u livelli inkrementali li jkunu l-iktar
jikkorrispondu mill-qrib fis-servizz taħt il-Gvern ta’
Malta b’riferenza għal job description, sengħa,
responsabbiltajiet u fatturi oħra analogi.
(b) Il-klassifikazzjoni msemmija fil-paragrafu (a) għandha
ssir minn bord magħmul minn President li jiġi maħtur
mill-Ministeru responsabbli għall-finanzi u minn żewġ
membri oħra, wieħed maħtur mill-Ministeru
ċentralment responsabbli għal policies dwar il-persunal
fis-servizz pubbliku u wieħed li jiġi maħtur mill-
Awtorità . Il-klassifikazzjoni għandha ssir u tkun
suġġetta għall-approvazzjoni finali tal-Ministru
responsabbli għall-finanzi.
(ċ) Dik il-klassifikazzjoni għandha sseħħ fi żmien tliet
xhur minn kull aġġustament tas-salarji ta’ impjegati
fis-servizz tal-Gvern u, jew, ta’ impjegati ta’ l-
12 KAP. 423. ħ AWTORITÀ  TA’ MALTA DWAR IR-RIŻORSI
Awtorità .
(d) Ebda kariga ma għandha tiġi klassifikata fi grad ogħla
minn dak ta’ Grad 3 fis-servizz tal-Gvern jew dak il-
grad ieħor li l-Ministru responsabbli għall-finanzi
jista’ minn żmien għal żmien jistabbilixxi b’avviż fil-
Gazzetta.
(e) Mingħajr preġudizzju għall-artikolu 113 tal-
Kostituzzjoni, ħadd ma jista’, wara klassifikazzjoni kif
hawn aktar qabel imsemmi, jkollu jedd għal drittijiet
taħt l-imsemmija Ordinanza dwar il-Pensjonijiet li
jkunu inqas favorevoli minn dawk li kien ikollu jedd
għalihom qabel dik il-klassifikazzjoni.
TAQSIMA IV - PROVVEDIMENTI FINANZJARJI
L-infieq ta’ l-
Awtorità  issir mid-
dħul tagħha.
14. (1) Mingħajr preġudizzju għall-provvedimenti li ġejjin ta’
dan l-artikolu, l-Awtorità  għandha hekk tmexxi l-affarijiet tagħha li
daqstant mill-ispiża meħtieġa għat-twettiq sew tal-funzjonijiet
tagħha għandha, daqskemm dan ikun possibbli, tinħareġ mid-dħul
tagħha.
(2) Għal dak l-għan l-Awtorità  għandha tiġbor kull dritt, rata u
ħlas ieħor preskritti jew meqjusa bħala preskritti b’dan l-Att jew
taħtu jew kull liġi oħra li jkollha x’taqsam mas-setgħat u l-
funzjonijiet ta’ l-Awtorità .
(3) L-Awtorità  għandha wkoll titħallas mill-Gvern mill-Fond
Konsolidat dawk l-ammonti li l-Parlament jista’ minn żmien għal
żmien jawtorizza li jiġu approprjati sabiex minnhom isiru kull
nefqa li l-Awtorità  jista’ jkollha tagħmel u li ma tkunx tista’
tinħareġ mid-dħul tagħha u l-ispejjeż ta’ xogħlijiet speċifikati biex
dawn jitkomplew jew xort’oħra jsiru mill-istess Awtorità , li jkunu
xogħlijiet ta’ infrastruttura jew ta’ xorta kapitali simili.
(4) Kull eċċess ta’ dħul fuq l-infieq għandu, bla ħsara għal
dawk l-ordnijiet li l-Ministru, wara konsultazzjoni mal-Ministru
responsabbli għall-finanzi, jista’ jagħmel, jiġi applikat mill-
Awtorità  għall-formazzjoni ta’ fondi ta’ riserva sabiex dawn
jintużaw għall-għanijiet ta’ l-Awtorità ; u mingħajr preġudizzju
għall-ġeneralità  tas-setgħat mogħtijin lill-Ministru b’dan is-
subartikolu, kull ordni li ssir mill-Ministru kif hawn aktar qabel
imsemmi tista’ tkun tordna t-trasferiment lill-Gvern, jew l-
applikazzjoni b’dak il-mod li jista’ jiġi speċifikat fl-ordni, ta’ xi
parti mid-drittijiet, rati u ħlasijiet oħra miġbura skond is-
subartikolu (2) jew ta’ kull eċċess bħal dak kif hawn aktar qabel
imsemmi.
(5) Il-flus kollha ta’ l-Awtorità  li ma jkunux meħtieġa
minnufih biex minnhom issir l-ispiża jistgħu jiġu investiti b’dak il-
mod li jista’ minn żmien għal żmien jiġi approvat mill-Ministru.
Setgħa li tissellef 
jew toriġina 
kapital.
15. (1) Bil-għan li tkun tista’ taqdi kull funzjoni tagħha taħt
dan l-Att, l-Awtorità  tista’, bl-approvazzjoni bil-miktub tal-
Ministru li tingħata wara konsultazzjoni mal-Ministru responsabbli
għall-finanzi, tissellef jew tiġbor flus b’dak il-mod, minn dik il-
persuna, dak il-korp jew dik l-awtorità , u taħt dawk il-pattijiet u l-
AWTORITÀ  TA’ MALTA DWAR IR-RIŻORSI ġ KAP. 423. 13
kondizzjonijiet li l-Ministru jista’, wara konsultazzjoni kif hawn
aktar qabel imsemmija, japprova bil-miktub.
(2) L-Awtorità  tista’ wkoll, minn żmien għal żmien, tissellef,
b’overdraft jew xort’oħra, dawk l-ammonti li tista’ teħtieġ sabiex
twettaq il-funzjonijiet tagħha taħt dan l-Att:
Iżda għal kull ammont li jkun jeċċedi l-ħamsin elf lira,
għandha tingħata l-approvazzjoni tal-Ministru bil-miktub.
Avvanzi mill-
Gvern.
16. Il-Ministru responsabbli għall-finanzi jista’, wara
konsultazzjoni mal-Ministru, jagħmel avvanzi lill-Awtorità  ta’
dawk l-ammonti li huwa jista’ jaqbel li jkunu meħtieġa mill-
Awtorità  biex din twettaq kull funzjoni tagħha taħt dan l-Att, u
jista’ jagħmel dawk l-avvanzi b’dawk il-pattijiet u l-kondizzjonijiet
li huwa jista’, wara dik il-konsultazzjoni hawn aktar qabel
imsemmija, iqis li tkun xierqa. Avvanz bħal dak jista’ jsir mill-
Ministru responsabbli għall-finanzi mill-Fond Konsolidat, u
mingħajr ebda approprjazzjoni oħra minbarra dan l-Att, b’kitba
minnu magħmula li tkun tawtorizza lill-Accountant General li
jagħmel dak l-avvanz.
Self mingħand il-
Gvern.
17. (1) Il-Ministru responsabbli għall-finanzi jista’, għal kull
ħtieġa ta’ l-Awtorità  ta’ xorta kapitali, jikkuntratta jew jiġbor kull
self, jew jidħol f’passiv, għal dawk il-perjodi u b’dawk il-pattijiet u
kondizzjonijiet hekk kif huwa jista’ jqis li jkun xieraq; u kull
ammont dovut għar-rigward ta’ jew f’konnessjoni ma’ xi self jew
passiv bħal dak għandu jkun piż fuq il-Fond Konsolidat.
(2) Għandu jingħata avviż dwar kull self, passiv jew avvanz
magħmul jew li jsir taħt il-provvedimenti ta’ qabel ta’ dan l-
artikolu lill-Kamra tar-Rappreżentanti kemm jista’ jkun
prattikament malajr u, f’kull każ, mhux aktar tard minn tmien
ġimgħat wara li dak is-self, passiv jew avvanz ikun sar, jew jekk
f’xi żmien waqt dak il-perjodu l-Kamra ma tkunx qed tiltaqa’ fi
żmien tmien ġimgħat mill-bidu tas-sessjoni li minnufih imiss wara.
(3) Sakemm ma jibda jsir il-ġbir ta’ xi self bħal dak imsemmi
fis-subartikolu (1), jew bil-għan li l-Awtorità  tiġi pprovduta
b’kapital funzjonali, il-Ministru responsabbli għall-finanzi jista’,
b’kitba magħmula minnu nnifsu, u mingħajr ebda approprjazzjoni
oħra ħlief dan l-Att, jawtorizza lill-Accountant General li jagħmel
avvanzi lill-Awtorità  mit-Treasury Clearance Fund taħt dawk il-
pattijiet li jistgħu jiġu speċifikati mill-Ministru meta dawn isiru.
(4) Ir-rikavat minn kull self li jinġabar bil-għan li jsiru avvanzi
lill-Awtorità , u kull flus oħra li għandhom jiġu avvanzati lill-
Awtorità  taħt dan l-artikolu, għandhom jitqiegħdu ġewwa fond
speċifikament stabbilit għal dak l-għan u li jkun magħruf bħala
"Fond għal Self lill-Awtorità  ta’ Malta dwar ir-Riżorsi". 
(5) Ammonti li jirċievi l-Accountant General mill-Awtorità
għar-rigward ta’ avvanzi magħmulin lill-Awtorità  taħt is-
subartikolu (3) għandhom jitħallsu, f’dawk li huma ammonti
riċevuti bħala ħlas lura billi jitqegħdu fit-Treasury Clearance Fund
u, f’dawk li huma ammonti riċevuti bħala mgħax billi jitqegħdu fil-
Fond Konsolidat.
Estimi ta’ l-
Awtorità.
18. (1) L-Awtorità  għandha tara li jitħejjew f’kull sena
14 KAP. 423. ħ AWTORITÀ  TA’ MALTA DWAR IR-RIŻORSI
finanzjarja, u għandha mhux iktar tard minn sitt ġimgħat wara
tmiem kull sena bħal dik tadotta, estimi tad-dħul u l-infieq ta’ l-
Awtorità  għas-sena finanzjarja li tiġi minnufih wara:
Iżda l-estimi għall-ewwel sena finanzjarja ta’ l-Awtorità
għandhom jiġu mħejjija u adottati f’dak iż-żmien li l-Ministru jista’
jispeċifika b’avviż bil-miktub lill-Awtorità .
(2) Fit-tħejjija ta’ dawk l-estimi l-Awtorità  għandha tqis kull
fond u flus oħra li jistgħu jkunu dovuti li jitħallsu lilha mill-Fond
Konsolidat matul is-sena finanzjarja rilevanti, sew bis-saħħa ta’
dan l-Att jew ta’ Att ta’ approprjazzjoni jew ta’ kull liġi oħra; u l-
Awtorità  għandha hekk tħejji l-estimi imsemmija b’mod li tiżgura
li d-dħul totali ta’ l-Awtorità  huwa mill-inqas suffiċjenti biex
minnu jitħallas kull ammont li sewwasew għandu jintefaq mill-kont
tad-dħul tagħha inkluż, iżda mingħajr preġudizzju għall-ġeneralità
ta’ dik il-frażi, d-deprezzament.
(3) L-estimi għandhom isiru f’dik l-għamla u għandu jkun
fihom dik l-informazzjoni u dak it-tqabbil ma’ snin ta’ qabel hekk
kif il-Ministru responsabbli għall-finanzi jista’ jordna.
(4) Kopja ta’ l-estimi għandha, meta dawn jiġu adottati mill-
Awtorità , tintbagħat minnufih mill-Awtorità  lill-Ministru u lill-
Ministru responsabbli għall-finanzi.
(5) Il-Ministru għandu, ma’ l-ewwel opportunità  u mhux iktar
tard minn sitt ġimgħat wara li jkun irċieva kopja ta’ l-estimi
mingħand l-Awtorità , japprovhom bl-emendi jew mingħajrhom,
wara konsultazzjoni mal-Ministru responsabbli għall-finanzi.
L-infieq għandu 
jkun skond l-estimi 
approvati.
19. (1) Ma għandha ssir jew tiġġarrab ebda nefqa mill-
Awtorità  kemm-il darba ma jkunx sar provvediment għaldaqshekk
fl-estimi approvati kif provdut fl-artikolu 18.
(2) Minkejja l-provvedimenti tas-subartikolu (1):-
(a) sa l-iskadenza ta’ sitt xhur mill-bidu ta’ sena
finanzjarja, jew sa l-approvazzjoni ta’ l-estimi għal dik
is-sena, skond liema data tiġi l-ewwel, l-Awtorità
tista’ tagħmel jew iġġarrab spiża għat-twettiq tal-
funzjonijiet tagħha taħt dan l-Att li ma tkunx
globalment teċċedi nofs l-ammont approvat għas-sena
finanzjarja preċedenti;
(b) in-nefqa approvata għar-rigward ta’ intestatura jew
sotto-intestatura ta’ l-estimi tista’, bl-approvazzjoni
tal-Ministru li tingħata wara konsultazzjoni mal-
Ministru responsabbli għall-finanzi, issir jew tiġġarrab
għar-rigward ta’ xi intestatura jew sotto-intestatura
oħra ta’ l-estimi;
(ċ) għar-rigward ta’ l-ewwel sena finanzjarja, l-Awtorità
tista’ tagħmel jew iġġarrab nefqa li ma tkunx
globalment teċċedi dawk l-ammonti li l-Ministru
responsabbli għall-finanzi jista, wara konsultazzjoni
mal-Ministru, jippermetti;
(d) jekk għar-rigward ta’ xi sena finanzjarja jinstab li l-
ammont approvat fl-estimi ma jkunx suffiċjenti jew
inkella tkun inqalgħet ħtieġa għal nefqa għal għan li
AWTORITÀ  TA’ MALTA DWAR IR-RIŻORSI ġ KAP. 423. 15
ma jkunx hemm provdut dwaru fl-estimi, l-Awtorità
tista’ tadotta estimi supplimentari għall-approvazzjoni
tal-Ministru, u f’kull każ bħal dak il-provvedimenti ta’
dan l-Att applikabbli għall-estimi għandhom kemm
jistgħu ikunu japplikaw għall-estimi supplimentari.
Pubblikazzjoni ta’ 
l-estimi approvati.
20. Il-Ministru għandu, ma l-ewwel opportunità  u mhux iktar
tard minn tmien ġimgħat wara li jkun irċieva kopja ta’ l-estimi u ta’
l-estimi supplimentari ta’ l-Awtorità , jew, jekk f’xi żmien waqt dak
il-perijodu l-Kamra tad-Deputati ma tkunx qed tiltaqa’ fi żmien
tmien ġimgħat mill-bidu tas-sessjoni li minnufih imiss wara, jara li
dawk l-estimi jitqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra tad-Deputati.
Kontijiet u 
verifika.
21. (1) L-Awtorità  għandha tara li jinżammu kontijiet u
records oħra sew għar-rigward ta’ l-operazzjonijiet tagħha, u
għandha tara li jitħejja prospett ta’ kontijiet għar-rigward ta’ kull
sena finanzjarja.
(2) Il-kontijiet ta’ l-Awtorità  għandhom jiġu verifikati minn
awditur jew awdituri li jinħatru mill-Awtorità  u jiġu approvati mill-
Ministru:
Iżda l-Ministru responsabbli għall-finanzi jista’, wara
konsultazzjoni mal-Ministru, jeħtieġ li l-kotba u l-kontijiet ta’ l-
Awtorità  jiġu verifikati jew eżaminati mill-Awditur Ġenerali li għal
dan il-għan ikollu s-setgħa li jikkontrolla fiżikament u jagħmel
dawk l-aċċertamenti li huwa jista’ jqis li jkunu meħtieġa.
(3) Wara tmiem kull sena finanzjarja, u mhux aktar tard mid-
data meta l-estimi ta’ l-Awtorità  jintbagħtu lill-Ministru taħt l-
artikolu 18, l-Awtorità  għandha tara li kopja tal-prospett tal-
kontijiet debitament verifikat għandu jintbagħat lill-Ministru u lill-
Ministru responsabbli għall-finanzi flimkien ma’ kopja ta’ kull
rapport magħmul mill-awdituri dwar dak il-prospett jew fuq il-
kontijiet ta’ l-Awtorità .
(4) Il-Ministru għandu, ma l-ewwel opportunità  u mhux aktar
tard minn tmien ġimgħat wara li jkun irċieva kopja ta’ kull prospett
u rapport bħal dak, jew, jekk f’xi żmien waqt dak il-perijodu l-
Kamra tad-Deputati ma tkunx qed tiltaqa’, fi żmien tmien ġimgħat
mill-bidu tas-sessjoni li minnufih imiss wara, jara li kopja ta’ kull
prospett u rapport bħal dak jitqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra tad-
Deputati.
Depożitu tad-dħul 
u ħlasijiet li jsiru 
mill-Awtorità.
22. (1) Il-flus kollha li jinġabru mill-Awtorità  għandhom
jitqegħdu f’bank jew banek li jinħatru bħala bankiera ta’ l-Awtorità
b’riżoluzzjoni ta’ l-Awtorità . Dawk il-flus għandhom, kemm jista’
jkun prattiku, jitqiegħdu f’dawk il-banek minn jum għall-ieħor,
ħlief dak l-ammont li l-Awtorità  tista’ tawtorizza li għandu
jinżamm sabiex isiru nefqiet żgħar minnu u ħlasijiet ta’ flus likwidi
ta’ minnufih.
(2) Kull ħlas mill-fondi ta’ l-Awtorità , minbarra nefqiet żgħar
li ma jkunux jeċċedu ammont stabbilit mill-Awtorità , għandhom
isiru minn dak l-uffiċjal jew dawk l-uffiċjali ta’ l-Awtorità  li l-
Awtorità  taħtar jew tinnomina għal dak l-għan.
(3) Ċekkijiet li jinħarġu fuq, u żbanki li jsiru minn, xi kont tal-
bank ta’ l-Awtorità  għandhom ikunu ffirmati minn dak l-uffiċjal ta’
16 KAP. 423. ħ AWTORITÀ  TA’ MALTA DWAR IR-RIŻORSI
Awtorità  hekk kif jista’ jiġi maħtur jew nominat mill-Awtorità  għal
dak l-għan u għandhom ikunu kontrosenjati mill-President, jew
minn dak il-membru jew uffiċjal ieħor ta’ l-Awtorità  li jista’ jiġi
awtorizzat mill-Awtorità  għal dak l-għan.
(4) L-Awtorità  għandha wkoll tagħmel provvedimenti għar-
rigward ta’:-
(a) il-mod kif il-ħlasijiet għandhom jiġu awtorizzati jew
approvati u l-uffiċjal jew uffiċjali li għandhom
jawtorizzawhom jew japprovawhom;
(b) it-titolu ta’ kull kont miżmum f’bank jew banek fejn
jiġu depożitati l-flus ta’ l-Awtorità , u t-trasferiment ta’
fondi minn kont għall-ieħor;
(ċ) il-metodu li għandu jiġi adottat meta jkun qed jitħallsu
flus mill-fondi ta’ l-Awtorità ; 
u ġeneralment għar-rigward ta’ kull ħaġa li hi rilevanti għat-tiżmim
u kontroll sew tal-kontijiet u l-kotba, u l-kontroll tal-finanzi, ta’ l-
Awtorità .
Kuntratti ta’ 
provvista ta’ 
xogħlijiet.
23. Mingħajr preġudizzju għal kull ordni komunikata mill-
Ministru taħt l-artikolu 6(1), l-Awtorità  ma għandhiex, ħlief bl-
approvazzjoni tal-Ministru mogħtija għal raġunijiet speċjali u wara
konsultazzjoni mal-Ministru responsabbli għall-finanzi, tagħti jew
tidħol f’xi kuntratt għall-provvista ta’ oġġetti jew materjal jew
għall-eżekuzzjoni ta’ xogħlijiet, jew għall-għoti ta’ servizzi, lil jew
għall-benefiċċju ta’ l-Awtorità , li jkun stmat mill-Awtorità  li
jeċċedi tliet elef lira jew kull ammont ieħor bħal dak li l-Ministru
responsabbli għall-finanzi jista’ b’regolamenti jippreskrivi, ħlief
wara li jkun ġie ppubblikat avviż dwar l-intenzjoni ta’ l-Awtorità  li
tidħol fil-kuntratt u jkunu nħarġu s-sejħiet għall-offerti relattivi.
Rapport Annwali. 24. L-Awtorità  għandha, mhux aktar tard minn sitt ġimgħat
wara tmiem kull sena finanzjarja, tagħmel u tibgħat lill-Ministru u
lill-Ministru responsabbli għall-finanzi rapport li jkun ġeneralment
jittratta dwar l-attivitajiet ta’ l-Awtorità  matul dik is-sena
finanzjarja u li jkun fih dik l-informazzjoni relattiva għall-
proċedimenti u l-policy ta’ l-Awtorità  b’dak il-mod li xi wieħed
mill-Ministri msemmija jista’ minn żmien għal żmien ikun jeħtieġ.
Il-Ministru għandu ma’ l-ewwel opportunità  u mhux aktar tard
minn tmien ġimgħat wara li jkun irċieva kopja ta’ kull rapport bħal
dak, jew jekk f’xi żmien waqt dak il-perijodu l-Kamra tad-Deputati
ma tkunx qed tiltaqa’, fi żmien tmien ġimgħat mill-bidu tas-
sessjoni li minnufih imiss wara, jara li l-kopja ta’ kull rapport bħal
dak titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tad-Deputati.
TAQSIMA V - MIXXELLANJI
Ħatra u funzjonijiet 
ta’ kumitati 
konsultattivi.
25. (1) Il-Ministru jista’ minn żmien għal żmien jaħtar
kumitati konsultattivi għar-rigward ta’ dak is-settur jew dawk is-
setturi li huwa jista’ jistabbilixxi.
(2) Kumitat konsultattiv għandu, għall-aħjar twettiq tal-
provvedimenti ta’ dan l-Att, jagħti parir lill-Awtorità  dwar dawk l-
affarijiet u jwettaq dawk il-funzjonijiet l-oħra li l-Ministru jista’
jispeċifika fl-istrument tal-ħatra.
AWTORITÀ  TA’ MALTA DWAR IR-RIŻORSI ġ KAP. 423. 17
(3) Il-membri tal-kumitat għandhom jinħatru mill-Ministru u
għandhom jibqgħu f’dik il-kariga għal dak il-perjodu u b’dawk il-
pattijiet u kondizzjonijiet li l-Ministru jista’ jqis li jkunu xierqa.
(4) Kull kumitat ikun jikkonsisti f’membru wieħed li
jirrappreżenta lill-Awtorità  bħala President u f’dawk il-membri
oħra li l-Ministru jista’ jqis li jkun xieraq li jaħtar.
(5) Il-provvedimenti tas-subartikolu (4)(a), u l-artikolu 3(5) u
(8) għandhom mutatis mutandis ikunu japplikaw għall-membri tal-
kumitati konsultattivi.
(6) Kull kumitat konsultattiv għandu jżomm il-minuti tal-
laqgħat kollha li jagħmel u għandu jibgħat kopji ta’ dawk il-minuti
lill-Awtorità . Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 8 għandhom ikun
mutatis mutandis japplikaw għall-kumitat u l-membri tiegħu.
Liċenzjar, eċċ., ta’ 
attivitajiet.
26. (1) Sakemm ma jiġix preskritt mod ieħor, ħadd ma għandu
jwettaq xi attività  jew operazzjoni, jew ikun ingaġġat f’xi attività
jew operazzjoni tali, li tirrigwarda r-riżorsi ta’ l-enerġija, l-ilma u
l-minerali kemm-il darba dik il-persuna ma jkollhiex liċenza,
permess jew awtorizzazzjoni oħra ta’ l-Awtorità  taħt dan l-Att:
Iżda għar-rigward ta’ l-esplorazzjoni u l-produzzjoni ta’
idrokarburi, is-setgħa li jiġi eżerċitat il-ħruġ ta’ liċenza taħt dan l-
Att għandha tkun bla ħsara għall-awtorizzazzjoni tal-Prim Ministru
skond l-Att dwar il-Produzzjoni tal-Pitrolju.
(2) Kull min iwettaq xi attività  bħal dik mingħajr liċenza jew li
jaġixxi bi ksur ta’ xi kondizzjoni ta’ dik il-liċenza, jkun ħati ta’ reat
u jista’ jeħel meta jinsab ħati multa ta’ mhux iżjed minn ħamsin elf
lira jew priġunerija għal żmien mhux iżjed minn sentejn, jew għal
dik il-multa u priġunerija flimkien.
Kap. 12.
(3) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 469A tal-
Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili ma għandu jkun
hemm ebda appell minn xi deċiżjoni ta’ l-Awtorità  taħt is-
subartikolu (1).
(4) Il-provvedimenti ta’ dan l-artikolu ma għandhomx
japplikaw għal xi ġiebja jew bir f’dar ta’ abitazzjoni, li jenħtieġu li
jiġu kostruwiti taħt xi liġi, u d-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu
ma għandhomx jitqiesu li jeħtieġu xi liċenza jew permess għall-
kostruzzjoni u l-manutenzjoni ta’ xi ġiebja jew bir bħal dawk,
b’dan illi din il-kostruzzjoni ma tipprekludix lill-Awtorità  milli
teżerċita xi waħda mill-funzjonijiet u s-setgħat taħt dan l-Att bil-
għan li tiżgura li ma jinħeliex ilma jew jiġi użat ħażin u li ma ssir
ebda ħsara fis-saff tal-akwifer jew band’oħra. 
Persuni li jitqiesu 
bħala uffiċjali 
pubbliċi.
Kap. 9.
27. Il-membri ta’ l-Awtorità , il-membri tal-kumitati
konsultattivi u l-uffiċjali u l-impjegati kollha ta’ l-Awtorità
għandhom jitqiesu li huma uffiċjali pubbliċi għall-iskop tat-tifsira
u għall-għanijiet tal-Kodiċi Kriminali.
Setgħa ta’ għemil 
ta’ regolamenti.
28. (1) Il-Ministru jista’, wara konsultazzjoni ma’ l-Awtorità ,
jagħmel regolamenti għar-rigward ta’ kull waħda mill-funzjoniiet
ta’ l-Awtorità  jew għall-aħjar twettiq ta’ xi wiehed mill-
provvedimenti ta’ dan l-Att.
(2) Mingħajr preġudizzju għall-ġeneralità  tas-setgħa hawn
18 KAP. 423. ħ AWTORITÀ  TA’ MALTA DWAR IR-RIŻORSI
aktar qabel imsemmija dawk ir-regolamenti jistgħu, b’mod
partikolari jipprovdu:-
(a) dwar l-għoti, tiġdid, trasferiment, sospensjoni u tħassir
ta’ liċenzi, permessi jew awtorizzazzjonijiet oħra għar-
rigward ta’ xi operazzjoni jew attività  regolati minn
jew taħt dan l-Att;
(b) dwar il-mod kif applikazzjonijiet għall-għoti, tiġdid
jew trasferiment ta’ liċenzi, permessi jew
awtorizzazzjonijiet oħra jew ta’ xi klassi waħda jew
iktar tagħhom għandha ssir dwar il-kontenut ta’ dawk
l-applikazzjonijiet; dwar il-mod kif dawk il-liċenzi
għandhom jingħataw, jiġġeddu jew jiġu trasferiti; il-
forma li fiha dawk il-liċenzi għandhom jinħarġu, il-
kontenut tagħhom, id-drittijiet li jitħallsu għalihom
jew f’konnessjoni magħhom u l-mod li bih it-tiġdid
jew it-trasferiment tagħhom għandu jiġi indikat;
(ċ) dwar li jiġi stabbilit it-terminu tal-validità  tal-liċenzi,
permessi jew awtorizzazzjonijiet oħra jew ta’ xi klassi
waħda jew iktar tagħhom;
(d) dwar ir-regolament ta’ strutturi ta’ prezz għar-riżorsi
ta’ l-enerġija, l-ilma u l-minerali u fejn xieraq sabiex
jiġu stabbiliti t-tariffi u l-ħlasijiet għall-provvista, l-
ħażna u d-distribuzzjoni ta’ l-elettriku u ta’ xi wieħed
mir-riżorsi msemmija u għall-użu ta’  grids u sistemi
oħra li jintużaw fit-trasmissjoni u d-distribuzzjoni ta’
xi wieħed mir-riżorsi msemmija;
(e) dwar l-iżgurar ta’ riservi adegwati, fejn japplika, u
dwar l-iżgurar ta’ proviżjon adegwat tar-riżorsi
regolati minn jew taħt dan l-Att;
(f) dwar l-akkwist obbligatorju u d-distribuzzjoni ta’
riżorsi bħal dawk matul żminijiet ta’ skarsezza;
(g) dwar l-inqas standards li għandhom jiġu adottati fi, u
kull ħaġa oħra li għandha x’taqsam mal-
konservazzjoni, akkwist, provvista, bejgħ, ħażna,
ġenerazzjoni, distribuzzjoni, trasmissjoni,
esportazzjoni, trattament, użu mill-ġdid jew
disponiment u kull prattika, operazzjoni u attività  oħra
regolata minn jew taħt dan l-Att inklużi l-mezzi li
bihom dawk ir-riżorsi għandhom jiġu protetti,
akkwistati, forniti, mibjugħa, maħżuna, ġenerati,
distribwiti, trasmessi, esportati, trattati, użati mill-ġdid
jew imneħħija;
(h) biex jiżguraw u jirregolaw il-konservazzjoni, it-tikbir,
l-operazzjoni u l-użu ta’ għejjun ta’ riżorsi ta’ l-
enerġija, l-ilma u l-minerali kif ukoll il-promozzjoni u
l-maniġġ, il-ġenerazzjoni u l-użu ta’ kull forma ta’
enerġija;
(i) dwar l-iżgurar ta’ kompetizzjoni ġusta f’kull prattika,
operazzjoni u attività  relatata ma’ l-enerġija, l-ilma u
riżorsi minerali;
AWTORITÀ  TA’ MALTA DWAR IR-RIŻORSI ġ KAP. 423. 19
(j) dwar l-egħmil ta’ studji, riċerka jew investigazzjoni
fuq kull ħaġa li jkollha x’taqsam mar-riżorsi regolati
minn jew taħt dan l-Att u l-provdiment ta’
informazzjoni, il-ħruġ ta’ linji direttivi lill-pubbliku u
lil entijiet kummerċjali fuq kull ma għandu x’jaqsam
ma’ dawk ir-riżorsi;
(k) biex jagħtu seħħ lil kull obbligazzjoni internazzjonali
li l-Gvern jaderixxi għaliha għar-rigward tar-riżorsi
regolati minn jew taħt dan l-Att;
(l) dwar ir-regolar tas-servizzi li jistgħu jinħtieġu għar-
rigward tar-riżorsi ta’ l-enerġija, l-ilma u l-minerali u
ż-żmien, il-mod, il-post u l-kondizzjoni li bihom jew li
taħthom għandhom jiġu pprovduti dawk is-servizzi;
(m) dwar ir-regolar tal-kwalifiki li għandu jkollhom
persuni li jkunu impjegati f’xi attività  regolata minn
jew taħt dan l-Att;
(n) dwar affarijiet li jolqtu l-kostruzzjoni, il-kondizzjoni u
l-manutenzjoni ta’ faċilitajiet, apparat u tagħmir ieħor
utilizzat fil-provdiment ta’ xi wieħed mill-imsemmija
riżorsi jew servizzi li għandhom x’jaqsmu magħhom;
(o) dwar il-preskrizzjoni ta’ informazzjoni li għandu
jkollhom id-detenturi ta’ liċenza taħt dan l-Att u l-
għoti ta’ data statistika minn dawk id-detenturi ta’
liċenza;
(p) dwar l-egħmil ta’ kull depożitu jew l-għoti ta’ xi
garanzija biex jiġi żgurat it-twettiq ta’ xi obbligazzjoni
minn xi persuna li tiġi imposta bħala kondizzjoni ta’ xi
permess, awtorizzazzjoni jew liċenza taħt dan l-Att;
(q) dwar li jiġi preskritt li kull min jaġixxi bi ksur ta’ xi
regolament magħmul taħt dan l-artikolu jkun ħati ta’
reat u li jiġu stabbiliti pieni li wieħed jista’ jeħel:
Iżda ebda piena bħal dik ma għandha tkun ikbar
minn multa ta’ iktar minn għaxart elef lira jew
priġunerija għal żmien mhux iżjed minn sitt xhur jew
għal dik il-multa u priġunerija flimkien;
(r) dwar li tiġi preskritta kull prattika li għandha tiġi
adottata għar-rigward tas-sigurezza u l-ħarsien ta’ l-
ambjent għar-rigward ta’ kull attività  minn jew taħt
dan l-Att;
(s) dwar pjan ta’ kontinġenza f’każ ta’ kriżi
internazzjonali fis-sorsi ta’ enerġija;
(t) dwar li tiġi preskritta kull ħaġa li tista’ tkun jew li tkun
meħtieġa li tiġi preskritta b’dan l-Att.
Setgħat ta’ 
provditur ta’ 
servizz.
29. (1) L-esekuzzjoni ta’ kull xogħol konness mas-servizzi
kollha provduti taħt liċenza maħruġa taħt dan l-Att għandhom
jitwettqu b’dak il-mod hekk kif jista’ jiġi miftiehem bejn il-
provditur tas-servizz u l-persuna li tirċievi dawk is-servizzi.
(2) Il-provditur ta’ xi servizz li għalih tkun meħtieġa liċenza
taħt dan l-Att u kull impjegat debitament awtorizzat minnu jista’
20 KAP. 423. ħ AWTORITÀ  TA’ MALTA DWAR IR-RIŻORSI
f’kull żmien raġonevoli jidħol f’kull fond bil-għan li -
(a) jaċċerta ruħu li s-servizzi jkunu qegħdin jintużaw
skond il-kondizzjonijiet li jkunu forniti taħthom:
(b) jagħmel manutenzjoni jew isewwi kull tagħmir li jiġi
fornit minnu għar-rigward ta’ dak is-servizz;
(ċ) jaċċerta dik id-data jew informazzjoni li jistgħu
jinħtieġu f’konnessjoni mal-provdiment ta’ dak is-
servizz:
Iżda kull provditur ta’ servizz tali għandu jsewwi
kull ħsara li tiġi kaġunata bi dħul bħal dak.
(3) Kull min jostruwixxi jew jimpedixxi lil xi persuna fit-
twettiq ta’ dmirijietu taħt is-subartikolu (1) jkun ħati ta’ reat kontra
dan l-Att.
Setgħa tad-dħul 
sabiex jiġu żgurati 
l-kondizzjonijiet 
ta’ l-
istallazzjonijiet, 
eċċ.
30. (1) Uffiċjal jew impjegat ta’ l-Awtorità  hekk awtorizzat
jista’, f’kull żmien raġonevoli, jidħol f’kull lok li fih żona fejn
jinġabar l-ilma, nixxiegħa, bir, spiera, mogħdija ta’ l-ilma, mina,
ġiebja, kanal jew fittings ta’ l-ilma, drenaġġ, ilma mhux tax-xorb
jew servizz, apparat, stallazzjoni, strument, impjant jew aċċessorji
jkunu qegħdin jew ikunu ġew jew ikunu se jiġu stallati, mqiegħda
jew imwaħħla għall-manifattura, desalinazzjoni, trattament,
raffinar, provvista, ħażna u distribuzzjoni ta’ l-ilma jew għall-fini
ta’ provvista ta’ komunikazjoni mas-sistema tad-drenaġġ jew li fih
tkun tenħtieġ xi attività  li teħtieġ liċenza taħt dan l-Att għall-
għanijiet ta’-
(a) l-ispezzjonar ta’ kull ħaġa jew attività  hawn aktar
qabel imsemmija u l-aċċertar dwar jekk ikunx hemm xi
ħela ta’ riżorsi, jew ta’ xi ħaġ‘oħra kontra l-
provvedimenti ta’ dan l-Att, tar-regolamenti li jsiru
taħtu jew il-pattijiet u l-kondizzjonijiet ta’ xi liċenza,
permess jew awtorizzazzjoni maħruġa taħt dan l-Att;
(b) l-aċċertar ta’ dik id-data jew informazzjoni li l-
Awtorità  tista’ tenħtieġ f’konnessjoni mal-funzjonijiet
tagħha taħt dan l-Att.
(2) Kull min jostruwixxi jew jimpedixxi lil xi uffiċjal jew
impjegat ta’ l-Awtorità  fl-eżerċizzju ta’ dmirijietu taħt dan l-Att
ikun ħati ta’ reat kontra dan l-Att.
Pieni għal reati 
kontra dan l-Att.
31. Il-Ministru jista’, wara konsultazzjoni ma’ l-Awtorità ,
jagħmel regolamenti mhux inkonsistenti ma’ dan l-Att li jkunu
jippreskrivu fejn ma jkunx hemm piena xort’oħra preskritta taħt
dan l-Att, il-pieni li ma jkunux aktar minn multa ta’ għaxart elef
lira Maltija jew priġunerija għal żmien mhux iżjed minn sitt xhur
jew għal dik il-multa u priġunerija flimkien li persuna li tagħmel
reat kontra dan l-Att tista’ teħel meta tinsab ħatja.
Bord ta’ l-Appelli 
dwar ir-Riżorsi.
32. (1) Ikun hemm Bord ta’ l-Appelli dwar ir-Riżorsi, li jkun
magħmul minn tliet membri, li wieħed minnhom, li jkun il-
President, għandu jkun persuna li tkun eserċitat bħala avukat għal
mhux inqas minn seba’ snin.
(2) Il-membri tal-Bord għandhom jinħatru mill-Ministru għal
perjodu li jiġi indikat fl-ittra tal-ħatra tagħhom, u jistgħu jiġu hekk
AWTORITÀ  TA’ MALTA DWAR IR-RIŻORSI ġ KAP. 423. 21
maħtura għal perjodi ulterjuri hekk kif il-Ministru jista’ jqis li jkun
xieraq.
Kap. 12.
(3) Membru tal-Bord jista’ jiġi rikużat jew jastjeni għal xi
waħda mir-raġunijiet li għalihom jista’ jiġi rikużat jew jastjeni
mħallef skond l-artikolu 734 tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u
Proċedura Ċivili. F’kull każ bħal dak il-Ministru għandu jaħtar
persuna, li jkollha l-kwalifiki tal-membru rikużat jew li jastjeni,
biex joqgħod bħala membru tal-Bord minflok il-membru msemmi.
(4) Membru tal-Kamra tar-Rappreżentanti jew ta’ xi Kunsill
Lokali għandu jkun skwalifikat milli jinħatar jew ikompli jkun
membru tal-Bord għal daqstant żmien daqskemm idum f’dik il-
kariga.
(5) Il-Ministru għandu wkoll jaħtar persuna biex tagħmilha ta’
segretarju tal-Bord.
Appelli.
Riżorsi minn kull deċiżjoni ta’ l-Awtorità  skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u regolamenti magħmulin taħtu u kull
persuna li tħoss ruħha aggravata b’xi deċiżjoni bħal dik għandu
jkollha l-jedd li tagħmel appell.
(2) Jista’ jsir appell quddiem il-Bord għal kull waħda mir-
raġunijiet li ġejjin:
(a) li jkun sar żball materjali dwar il-fatti;
(b) li kien hemm żball materjali fil-proċedura;
(ċ) li jkun sar żball fil-liġi;
(d) li kien hemm xi illegalità  materjali, inkluża l-
irraġonevolezza jew nuqqas ta’ proporzjonalità .
(3) Il-Bord għandu jsejjes id-deċiżjoni tiegħu fuq raġunijiet u
għandu jara li dawk id-deċiżjonijiet jkunu pubbliċi filwaqt li
jitħallew barra, jekk iqis li jkun hekk xieraq għal raġunijiet ta’
konfidenzjalità , l-ismijiet tal-persuni involuti.
(4) Fid-deċiżjoni ta’ appell taħt dan l-artikolu l-Bord jista’:
(a) jiċħad l-appell;
(b) jannulla d-deċiżjoni,
u meta l-Bord jannulla d-deċiżjoni, jista’ jirreferi l-kwistjoni lill-
Awtorità  flimkien ma’ ordni biex din terġa’ tikkunsidraha mill-ġdid
u tasal għal deċiżjoni skond ir-riżultanzi tal-Bord.
(5) L-effett ta’ deċiżjoni li dwarha jkun hemm appell ma
għandux, ħlief meta l-Bord jew il-Qorti ta’ l-Appell, skond il-każ,
hekk jordna, jkun sospiż b’konsegwenza ta’ l-egħmil ta’ dak l-
appell. 
Setgħat u 
proċedura tal-
Bord.
34. (1) Il-Bord ikun kompetenti li jisma’ u jiddeċiedi appell li
jinġieb quddiemu skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u
regolamenti magħmulin taħtu; u bla ħsara għall-artikolu 36, id-
deċiżjonijiet tal-Bord għandhom ikunu finali u konklużivi.
(2) Għall-eżerċizzju tal-funzjonijiet tiegħu il-Bord jista’
jħarrek lil kull persuna biex tidher quddiemu sabiex tixhed u ġġib
dokumenti magħha; u l-President ikollu s-setgħa li jagħti l-
22 KAP. 423. ħ AWTORITÀ  TA’ MALTA DWAR IR-RIŻORSI
ġurament. Il-Bord jista’ wkoll jaħtar periti biex jagħtu parir lill-
Bord fuq kull suġġett tekniku li jista’ jkun relevanti għad-deċiżjoni
tiegħu.
(3) Għall-għanijiet hawn aktar qabel imsemmija, il-Bord ikollu
l-istess setgħat bħalma jappartjenu lill-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili
skond il-liġi.
(4) Il-proċedura li għandha tiġi segwita quddiem il-Bord, iż-
żmien li fih u l-mod kif għandu jinġieb appell quddiem il-Bord
għandhom ikunu hekk kif jista’ jiġi preskritt; u bla ħsara għal dan,
u għal kull disposizzjoni applikabbli oħra ta’ dan l-Att, il-Bord
jista’ jistabbilixxi l-proċedura tiegħu nnifsu. 
Appell quddiem il-
Qorti ta’ l-Appell.
Kap. 12.
35. Parti f’appell quddiem il-Bord li tħoss ruħha aggravata
b’deċiżjoni tal-Bord, jew l-Awtorità  jekk din tħoss ruħha mhux
sodisfatta b’xi deċiżjoni bħal dik, tista’ fuq punt ta’ liġi tappella
quddiem il-Qorti ta’ l-Appell kif magħmula skond l-artikolu 41(6)
tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili permezz ta’
rikors li jiġi ppreżentat fir-reġistru ta’ dik il-qorti, fil-każ ta’ appell
mill-Awtorità  fi żmien tletin ġurnata minn meta l-Bord jagħti d-
deċiżjoni tiegħu, u fil-każ ta’ xi persuna oħra fi żmien tletin ġurnata
minn meta dik id-deċiżjoni tkun ġiet lilu notifikata.
Riżervi. 36. (1) Kull leġislazzjoni sussidjarja preskritta taħt xi wieħed
mill-provvedimenti tal-liġijiet elenkati fit-Tieni Skeda għandha
tkompli sseħħ u kull leġislazzjoni sussidjarja bħal dik għandu
jkollha effett bħallikieku magħmula taħt dan l-Att u tista’ tiġi
emendata, sostitwita jew revokata skond hekk.
(2) Kull liċenza, permess, awtorità  jew ordni mogħtija jew
magħmula taħt xi waħda mill-provvedimenti tal-liġijiet elenkati fit-
Tieni Skeda, u li jkunu għadhom fis-seħħ minnufih qabel dik l-
emenda, għandhom jibqgħu fis-seħħ wara li ssir bħallikieku kienu
xi liċenza, permess, awtorità  jew ordni mogħtija jew magħmula taħt
provvediment korrispondenti ta’ dan l-Att, u kull liċenza, permess,
awtorità  jew ordni bħal dawk hawn aktar qabel imsemmija
għandhom jiġu ttrattati u jsir minnhom skond hekk.
Kap. 355.
(3) Il-pieni preskritti taħt l-artikolu 45(q)* ta’ l-Att dwar il-
Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma għandhom, sakemm jiġu
preskritti regolamenti taħt l-artikolu 31, jitqiesu bħala l-pieni
preskritti taħt dan l-imsemmi artikolu 31.
*Imħassar b’dan l-Att.
AWTORITÀ  TA’ MALTA DWAR IR-RIŻORSI ġ KAP. 423. 23
L-EWWEL SKEDA
(Artikolu 5(2))
Direttorati
Bla ħsara għas-setgħat li għandu l-Ministru taħt l-artikolu 5(2), għandu jkun
hemm dawn id-Direttorati li ġejjin -
1. Direttorat għar-Regolament tar-Riżorsi ta’ l-Enerġija b’responsabbiltà  għar-
regolament ta’ kull prattika li tirrigwarda l-ġenerazzjoni, it-trasmissjoni, d-
distribuzzjoni, il-provvista u l-użu ta’ l-enerġija, ikunu xi jkunu s-sorsi ta’ xi
enerġija bħal dik.
2. Direttorat għar-Regolament tar-Riżorsi ta’ l-Ilma b’responsabbiltà  għar-
regolament ta’ kull prattika li tirrigwarda r-riżorsi ta’ l-ilma, d-drenaġġ u l-iskart
likwidu.
3. Direttorat għar-Regolament tar-Riżorsi Minerali b’responsabbiltà  għar-
regolament ta’ kull prattika li tirrigwarda r-riżorsi minerali.
IT-TIENI SKEDA
(Artikolu 36)
Ordinanza dwar l-Importazzjoni, Magazzinaġġ u bejgħ ta’ Petroleum, Kap. 25.
Att dwar l-Enemalta, Kap. 272.
Att dwar il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma, Kap. 355.
Att dwar it-Taxxa fuq Bunkering taż-Żjut, Kap. 381.
