AWTORITÀ  GĦAS-SAĦĦA U S-SIGURTÀ  
FUQ IL-POST TAX-XOGĦOL ġ KAP. 424. 1
KAPITOLU 424
ATT DWAR L-AWTORITÀ  GĦAS-SAĦĦA U S-
SIGURTÀ  FUQ IL-POST TAX-XOGĦOL
ATT biex jipprovdi għat-twaqqif ta’ Awtorità  li tkun magħrufa bħala l-
Awtorità  għas-Saħħa u s-Sigurtà  fuq il-Post tax-Xogħol, għat-twaqqif ta’
Bord ta’ Appelli dwar is-Saħħa u s-Sigurtà  fuq il-Post tax-Xogħol, u għall-
eżerċizzju minn jew f’isem dik l-Awtorità  ta’ funzjonijiet regolatorji dwar
riżorsi li għandhom x’jaqsmu mas-saħħa u s-sigurtà  fuq il-post tax-xogħol,
u biex jipprovdi għall-ħwejjeġ li għandhom x’jaqsmu magħhom jew li
huma anċillari għalihom.
3 ta’ Mejju, 2001
29 ta’ Jannar, 2002
Att XXVII ta’ l-2000.
TAQSIMA I
Preliminari
Titolu fil-qosor.
għas-Saħħa u s-Sigurtà  fuq il-Post tax-Xogħol.
Tifsir.
teħtieġx xort’oħra -
"Awtorità " tfisser l-Awtorità  għas-Saħħa u s-Sigurtà  fuq il-Post
tax-Xogħol stabbilita bl-artikolu 8(1);
"Bord ta’ Appelli" tfisser il-Bord ta’ Appelli dwar is-Saħħa u s-
Sigurtà  fuq il-Post tax-Xogħol stabbilit bl-artikolu 21(1);
"Chairperson" tfisser iċ-Chairperson ta’ l-Awtorità ;
"ħaddiem" tfisser kull persuna impjegata minn min iħaddem biex
tagħmel xogħol, jew li tipprovdi servizz lil persuna oħra taħt
kuntratt ta’ servizz jew għal servizz, u tinkludi student, apprendist
u persuna li timpjega lilha nnifisha, iżda ma tinkludix l-ekwipaġġ
ta’ bastiment reġistrat Malta jew kull persuna oħra impjegata fuqu
bħala parti mill-ekwipaġġ kollu tal-bastiment;
''Kamra'' tfisser il-Kamra tad-Deputati;
"Kodiċi ta’ Prattika" tfisser il-livell, speċifikazzjoni jew xi forma
oħra sew miktuba jew bi stampi ta’ xi gwida prattika, istruzzjoni
jew kontroll;
"min iħaddem" tfisser il-persuna li għaliha jsir xogħol jew jiġi
mogħti servizz minn ħaddiem jew li jkollha relazzjoni ta’ xogħol
ma’ ħaddiem, u tinkludi kuntrattur jew subkuntrattur li jagħmel
xogħol jew jagħti servizz jew jintrabat biex jagħmel xi xogħol jew
jagħti xi servizzi, u
(a) għal dak li jirrigwarda xogħol magħmul taħt kuntratt
ta’ servizz, tfisser il-kuntrattur jew is-subkuntrattur,
iżda ma tinkludix id-diretturi, managers, soċji jew
sidien, okkupanti jew possessuri li għalihom ikun qed
isir ix-xogħol, minbarra fil-każ fejn għodod, materjal
jew tagħmir ikun provdut minnhom, dwar xi difetti li
2 KAP. 424. ħ  
AWTORITÀ  GĦAS-SAĦĦA U S-SIGURTÀ  
FUQ IL-POST TAX-XOGĦOL
dan l-apparat jista’ jkollu, liema difetti jkunu
magħrufa u ma ġewx indikati, jew li setgħu ikunu
magħrufa;
(b) għal dak li jirrigwarda l-organizzazzjonijiet l-oħra
kollha, inklużi dawk volontarji, jew għal dak li
jirrigwarda xi forma oħra ta’ impieg taħt kuntratt ta’
servizz, tinkludi kull waħda mill-persuni li tidderieġi
fuq kullħadd jew li tieħu ħsieb it-treġija ta’ kuljum;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għas-saħħa u s-sigurtà
fuq postijiet tax-xogħol;
"persuna" tinkludi korp ta’ persuni u kull enti korporat stabbilit
minn jew taħt xi liġi;
"post tax-xogħol" tfisser kull fond, lok, faċilità , bastiment jew
post jew imkien ieħor, kemm jekk pubbliku jew privat, fejn isir
xogħol jew li għalih il-ħaddiem ikollu aċċess waqt il-kors ta’ l-
impieg tiegħu u, mingħajr ħsara għall-ġeneralità  ta’ dak hawn aktar
qabel imsemmi, tinkludi vettura jew bastiment meta dak il-
bastiment ikun ġewwa xi port f’Malta jew fl-ibħra interni jew
territorjali ta’ Malta, jew f’xi tarzna, port jew stallazzjoni simili
f’Malta, minbarra bastiment tal-gwerra li jappartjeni lil xi stat
barrani;
"President" tfisser il-President tal-Bord ta’ Appelli;
"preskritt" tfisser preskritt b’regolamenti magħmula skond dan l-
Att;
"Rappreżentant għas-Saħħa u s-Sigurtà  tal-ħaddiema" tfisser
persuna li tkun ġiet eletta, magħħula jew nominata, kif preskritt
f’regolamenti, biex tirrappreżenta lill-ħaddiema fuq dak kollu li
jirrigwarda l-promozzjoni u l-protezzjoni tas-saħħa jew is-sigurtà
tagħhom fuq il-post tax-xogħol;
"sena finanzjarja" tfisser perjodu ta’ tnax-il xahar li jispiċċa fit-
30 ta’ Settembru:
Iżda l-ewwel sena finanzjarja ta’ l-Awtorità  għandha tibda
meta dan l-Att jiġi fis-seħħ u tispiċċa fit-30 ta’ Settembru tas-sena
ta’ wara;
"uffiċjal" tfisser Uffiċjal għas-Saħħa u s-Sigurtà  fuq il-Post tax-
Xogħol maħtur skond l-artikolu 15(1), u li jkun ġie mogħti
ċertifikat tal-ħatra maħruġ skond id-disposizzjonijiet ta’ dak l-
artikolu;
"Uffiċjal Eżekuttiv Ewlieni" tfisser l-Uffiċjal Eżekuttiv Ewlieni
maħtur taħt l-artikolu 10;
"uffiċjal pubbliku", għal dak li jirrigwarda l-artikolu 24, għandha
l-istess tifsir mogħti lilha bl-artikolu 124 tal-Kostituzzjoni, iżda ma
tinkludix imħallef tal-Qrati Superjuri jew maġistrat tal-Qrati
Inferjuri;
"xogħol" tfisser kull dmir, attività , ħidma jew servizz li
jipproduċi prodott jew riżultat u li jkun bi skop ta’ ħlas jew bla
ħlas, għoti ta’ oġġetti, ta’ servizzi, ta’ profitt jew ta’ benefiċċju.
AWTORITÀ  GĦAS-SAĦĦA U S-SIGURTÀ  
FUQ IL-POST TAX-XOGĦOL ġ KAP. 424. 3
(2) F’dan l-Att il-kliem li juru l-ġeneru maskil jinkludu l-
ġeneru femminil, u dan għandu japplika għal kull tibdil
grammatikali u espressjonijiet imnissla minn dik il-kelma.
Applikabbiltà  ta’ l-
Att.
3. Dan l-Att japplika għal-postijiet tax-xogħol kollha, għas-
setturi kollha ta’ kull attività , kemm pubbliċi kif ukoll privati, u
għal kull attività  ta’ xogħol, iżda ma japplikax fil-każ ta’ dawk l-
attivitajiet immexxija mill-membri tal-forzi armati, tal-korp tal-
pulizija jew tas-servizzi tal-protezzjoni ċivili:
Iżda fil-każ ta’ membri tas-servizzi pubbliċi hawn aktar
qabel imsemmija, is-saħħa u s-sigurtà  tal-ħaddiema għandha tiġi
ħgurata sakemm dan ikun raġonevolment possibbli fil-qies ta’ l-
iskop ġenerali ta’ dawk is-servizzi.
TAQSIMA II
Prinċipji u Dmirijiet Ġenerali
Dikjarazzjoni ta’ 
prinċipji.
4. (1) Il-protezzjoni tas-saħħa u tas-sigurtà  fuq il-postijiet
tax-xogħol għandha titqies bħala materja ta’ interess pubbliku.
(2) L-Awtorità  stabbilita bis-saħħa ta’ dan l-Att tkun
responsabbli li tiżgura li jinġieb ’il quddiem u li tiżgura li jkun
salvagwardat minn kull min għandu dak l-obbligu il-ġid fiżiku,
psikoloġiku, u soċjali tal-ħaddiema kollha fil-postijiet kollha tax-
xogħol.
Dmirijiet ġenerali.
protezzjoni tas-saħħa u tas-sigurtà  fuq il-postijiet tax-xogħol kif
stabbiliti b’dan l-Att u b’regolamenti magħmulin taħt dan l-Att.
Dmirijiet ta’ min 
iħaddem.
6. (1) Min iħaddem għandu dejjem jiżgura is-saħħa u s-
sigurtà  tal-persuni kollha li jistgħu jiġu affettwati bix-xogħol li
jkun qiegħed isir għal dik il-persuna li tħaddem:
Iżda meta fit-twettiq ta’ dak hawn aktar qabel imsemmi,
min iħaddem jagħmel użu minn servizzi jew persuni kompetenti
minn barra, min iħaddem ma jkunx meħlus mid-dmirijiet
applikabbli li joħorġu minn dan l-Att u mir-regolamenti magħmulin
taħt dan l-Att:
Iżda wkoll l-obbligi tal-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa u
tas-sigurtà  fuq il-postijiet tax-xogħol ma għandhomx jaffettwaw il-
prinċipju tar-responsabbiltà  ta’ min iħaddem.
(2) Il-miżuri li għandhom jittieħdu minn min iħaddem biex
jevita dannu fiżiku u psikoloġiku, korriment jew mewt, fuq il-
postijiet tax-xogħol, għandhom jittieħdu fuq il-bażi ta’ dawn il-
prinċipji ġenerali ta’ prevenzjoni li ġejjin, jiġifieri - 
(a) li jiġi evitat riskju;
(b) l-identifikazzjoni ta’ perikli assoċjati max-xogħol; 
(ċ) l-evalwazzjoni ta’ dawk ir-riskji li ma jistgħux jiġu
evitati;
(d) il-kontroll mill-bidu ta’ dawk ir-riskji li ma jistgħux
jiġu evitati;
(e) li jittieħdu l-miżuri neċessarji kollha biex jirriduċu r-
4 KAP. 424. ħ  
AWTORITÀ  GĦAS-SAĦĦA U S-SIGURTÀ  
FUQ IL-POST TAX-XOGĦOL
riskju kemm ikun raġonevolment prattiku, inkluż li
jitbiddel dak li huwa perikoluż b’dak li ma jkunx
perikoluż jew li jkun anqas perikoluż;
(f) billi tingħata prijorità  lill-miżuri ta’ protezzjoni
kollettivi fuq miżuri ta’ protezzjoni individwali;
(g) li jiġi adattat ix-xogħol għall-ħaddiem, partikolarment
għal dak li għandu x’jaqsam ma’ l-iddisinjar ta’
postijiet tax-xogħol, l-għaħla ta’ tagħmir tax-xogħol u
l-għażla ta’ metodi ta’ produzzjoni u ta’ xogħol, u
partikolarment sabiex jiġi mnaqqas xogħol monotonu
u xogħol li jkollu rata ta’ xogħol stabbilita minn qabel,
u biex jitnaqqas l-effett tagħhom fuq is-saħħa;
(ħ) billi wieħed jaddatta ruħu għall-progress tekniku fl-
interess tas-saħħa u tas-sigurtà  fuq il-post tax-xogħol;
u 
(i) billi tiġi żviluppata policy ta’ prevenzjoni globali u
loġika li tkopri it-teknoloġija, l-organizzazzjoni ta’
xogħol, il-kundizzjonijiet ta’ xogħol, ir-relazzjonijiet
soċjali u l-influwenza ta’ fatturi li għandhom x’jaqsmu
ma’ l-ambjent tal-post tax-xogħol.
(3) Mingħajr preġudizzju għall-ġeneralità  tas-subartikolu (2),
min iħaddem għandu jipprovdi dik l-informazzjoni, dak it-tagħlim,
dak it-taħriġ u dik is-superviżjoni li huma meħtieġa biex tiġi
żgurata s-saħħa u s-sigurtà  fuq il-postijiet tax-xogħol.
(4) Min iħaddem għandu jiżgura li f’dawk il-postijiet tax-
xogħol fejn jaħdem għadd suffiċjenti ta’ ħaddiema, għandhom jiġu
eletti, magħżulin jew mod ieħor nominati, persuna jew persuni
bħala r-Rappreżentant jew ir-Rappreżentanti għas-Saħħa u s-
Sigurtà  tal-ħaddiema, u liema rappreżentanti jiġu konsultati minn
qabel u fi żmien raġonevoli minn min iħaddem dwar dawk il-
ħwejjeġ li jistgħu jaffettwaw is-saħħa u s-sigurtà  fuq il-post tax-
xogħol.
Dmirjiet tal-
ħaddiema.
7. (1) Huwa d-dmir ta’ kull ħaddiem li jissalvagwardja s-
saħħa u s-sigurtà  tiegħu nnifsu kif ukoll dik ta’ persuni oħra li
jistgħu jiġu affettwati bix-xogħol li jkun qiegħed isir. 
(2) Huwa d-dmir ta’ kull ħaddiem li jikkoopera ma’ min
iħaddem u mar-Rappreżentant jew Rappreżentanti għas-Saħħa u s-
Sigurtà  tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol għal dak li għandu
x’jaqsam mas-saħħa u s-sigurtà .
TAQSIMA III
Twaqqif, Funzjonijiet u Proċedura ta’ l-Awtorità
Twaqqif u għamla 
ta’ l-Awtorità .
8. (1) Qegħda b’dan titwaqqaf awtorità  li tkun magħrufa
bħala l-Awtorità  għas-Saħħa u s-Sigurtà  fuq il-Post tax-Xogħol.
(2) L-Awtorità  tkun magħmula minn disa’ membri, kif ġej:
(a) Chairperson, maħtur mill-Ministru;
(b) id-Direttur tar-Relazzjonijiet Industrijali u Impiegi, ex
officio, bħala Viċi Chairperson; 
AWTORITÀ  GĦAS-SAĦĦA U S-SIGURTÀ  
FUQ IL-POST TAX-XOGĦOL ġ KAP. 424. 5
(ċ) persuna nominata mill-Ministru, kompetenti f’materji
dwar is-saħħa u, jew is-sigurtà  fuq il-postijiet tax-
xogħol;
(d) persuna maħtura mill-Ministru responsabbli għas-
saħħa;
(e) persuna maħtura mill-Ministru responsabbli għall-
affarijiet ekonomiċi; 
(f) żewġ membri maħtura mill-Ministru biex
jirrappreżentaw l-interessi tal-ħaddiema, wara
konsultazzjoni ma’ dak il-korp jew korpijet li l-
Ministru jista’, minn żmien għal żmien, iqis bħala r-
rappreżentanti prinċipali tal-ħaddiema;
(ġ) żewġ membri maħtura mill-Ministru biex
jirrapreżentaw l-interessi ta’ min iħaddem, wara
konsultazzjoni ma’ dak il-korp jew korpijet hekk kif il-
Ministru jista’, minn żmien għal żmien, iqis bħala r-
rappreżentanti prinċipali ta’ min iħaddem.
(3) Il-Ministru għandu jaħtar persuna biex tkun is-Segretarju
tal-Bord.
(4) Iċ-Chairperson u l-membri l-oħra ta’ l-Awtorità  għandhom
iżommu l-kariga għal perjodu ta’ sentejn, iżda l-membri hekk
nominati jistgħu jiġu nominati mill-ġdid wara li jispiċċa l-perjodu
rispettiv tal-ħatra tagħhom:
Iżda jekk membru jiġi nominat f’xi żmien wara li l-membri
l-oħra jkunu diġà  ġew nominati, il-perjodu tal-ħatra ta’ dak il-
membru jintemm fl-istess data bħal dik tal-membri l-oħra.
(5) Persuna ma tkunx kwalifikata għall-kariga ta’ membru ta’
l-Awtorità  jekk -
(a) tkun Ministru, Segretarju Parlamentari jew membru
tal-Kamra; jew
(b) tkun inabilitata skond il-liġi; jew 
(ċ) tkun ġiet dikjarata falluta jew tkun għamlet
kompożizzjoni jew arranġament mal-kredituri tagħha;
jew
(d) tkun ġiet misjuba ħatja ta’ reat kontra l-fiduċja
pubblika jew serq jew frodi jew li tkun xjentement
irċeviet oġġetti miksuba b’serq jew frodi, jew ta’ xi
reat kontra dan l-Att; jew 
(e) ikollha xi interess finanzjarju jew xi interess ieħor f’xi
impriża jew f’xi attività  li tista’ b’xi mod taffettwa it-
twettiq tal-funzjonijiet bħala membru ta’ l-Awtorità:  
Iżda l-iskwalifika ta’ persuna skond dan il-
paragrafu tista’ tiġi rrinunzjata mill-Ministru jekk l-
interess jiġi dikjarat u d-dikjarazzjoni tiġi pubblikata
fil-Gazzetta.
(6) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu, il-kariga
ta’ membru ta’ l-Awtorità  issir vakanti -
(a) meta jispiċċa l-perjodu ta’ dik il-kariga, jew 
6 KAP. 424. ħ  
AWTORITÀ  GĦAS-SAĦĦA U S-SIGURTÀ  
FUQ IL-POST TAX-XOGĦOL
(b) jekk jinħolqu xi ċirkostanzi li, kieku dik il-persuna ma
kienetx membru ta’ l-Awtorità , kienu jiskwalifikawha
milli tiġi hekk nominata.
(7) Membru ta’ l-Awtorità  jista’ jiġi mneħħi mill-kariga mill-
Ministru jekk, fil-fehma tal-Ministru, dak il-membru ma jkunx
kompetenti biex ikompli f’dik il-kariga jew ikun sar inkapaċi li
jwettaq kif suppost id-dmirijiet ta’ membru.
(8) Jekk membru jirriżenja jew jekk il-kariga ta’ membru ta’ l-
Awtorità  tkun b’mod ieħor vakanti, jew jekk membru ma jkunx
għal kwalunkwe raġuni kapaċi li jwettaq id-dmirijiet tal-kariga
tiegħu, il-Ministru jista’ jaħtar persuna li tkun kwalifikata biex
tkun nominata bħala membru biex tkun membru temporanju ta’ l-
Awtorità ; u kull persuna hekk nominata għandha, mingħajr ħsara
għad-disposizzjonijiet tas-subartikoli (5) u (6) tieqaf milli tkun
membru meta persuna tiġi nominata biex timla l-vakanza jew, kif
ikun il-każ, meta l-membru li ma kienx kapaċi jwettaq il-
funzjonijiet tal-kariga jerġa jibda jwettaq dawk il-funzjonijiet.
(9) Kull membru ta’ l-Awtorità  li għandu interess dirett jew
indirett f’xi kuntratt magħmul jew li hu maħsub li jsir mill-
Awtorità , li ma jkunx interess li jiskwalifika dak il-membru milli
jibqa membru, għandu jiżvela n-natura ta’ l-interess fl-ewwel
laqgħa ta’ l-Awtorità  wara li l-fatti relevanti jkunu ġew għall-
konoxxenza ta’ dak il-membru; dan il-fatt għandu jitniżżel fil-
minuti tal-laqgħa, u il-membru li għandu l-interess kif hawn aktar
qabel imsemmi ma għandux jattendi l-laqgħat li fihom dan il-
kuntratt ikun qed jiġi diskuss. Din l-ammissjoni għandha tiġi
kkomunikata lill-Ministru mingħajr dewmien. Fejn l-interess tal-
membru huwa tali li jiskwalifika dak il-membru milli jibqa’
membru, dak il-membru għandu jirrapporta dan il-fatt minnufih
lill-Ministru u jagħti ir-riżenja.
(10) In-nomina ta’ persuna bħala membru ta’ l-Awtorità  u t-
temm mill-kariga jew ir-riżenja ta’ persuna tali, kif ukoll xi
funzjonijiet addizzjonali li jistgħu jiġu assenjati lill-Awtorità  mill-
Ministru, għandhom jiġu notifikati fil-Gazzetta, u għandhom
jibdew iseħħu minnufih:
Iżda n-nuqqas li tiġi pubblikata n-nomina jew ir-riżenja
minn kariga, kif ikun il-każ, ma għandux ikollu effett fuq il-validità
ta’ dik in-nomina jew dik ir-riżenja.
Funzjonijiet ta’ l-
Awtorità .
9. (1) L-Awtorità  jkollha l-funzjonijiet għal dak li jirrigwarda
l-istrutturi tagħha kif imfissra f’dan l-Att u dawk il-funzjonijiet l-
oħra li jistgħu jingħatawlha taħt kull liġi oħra, jew hekk kif jistgħu
jiġu lilha assenjati mill-Ministru.
(2) Tkun funzjoni ta’ l-Awtorità  li -
(a) tapplika d-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u tar-
regolamenti jew l-ordnijiet kollha magħmula taħtu;
(b) tistabbilixxi strateġiji, f’konsultazzjoni ma’ l-Uffiċjal
Eżekuttiv Ewlieni, li biha l-politika nazzjonali ġenerali
li tirrigwarda s-saħħa u s-sigurtà  fuq il-post tax-
xogħol, lilha indikata mill-Ministru, tkun tista’ tiġi
implimentata;
AWTORITÀ  GĦAS-SAĦĦA U S-SIGURTÀ  
FUQ IL-POST TAX-XOGĦOL ġ KAP. 424. 7
(ċ) tagħti parir lill-Ministru dwar l-għemil ta’ regolamenti
li jġibu ’l quddiem, iżommu jew jipproteġu livell għoli
ta’ saħħa u sigurtà  fuq il-postijiet tax-xogħol;
(d) tissorvelja l-osservanza ta’ leġislazzjoni rilevanti dwar
is-saħħa u s-sigurtà  fuq ’il-post tax-xogħol u tieħu
azzjoni eżekuttiva;
(e) tħejji regolamenti jew Kodiċijiet ta’ Prattika li jkunu
meħtieġa biex jinġieb ’il quddiem u jiġi mantenut u
protett livell għoli ta’ saħħa u sigurtà  fuq il-post tax-
xogħol:
Iżda l-Awtorità  tista’, għal dan il-għan,
tinnomina kumitati u sottokumitati u tista’ tagħżel
minn barra fuq dawn il-kumitati jew sottokumitati
persuni li ma jkunux membri u li, fil-fehma ta’ l-
Awtorità  jkollhom tagħrif professjonali jew espert
dwar kwistjonijiet li jaqgħu taħt dan l-Att; b’dan illi
dawn il-membri magħħula minn barra ma jkollhomx
vot fuq xi ħaġa li tkun diskussa f’kumitat jew
sottokumitat;
(f) iġġib ’il quddiem it-tkattir ta’ informazzjoni dwar is-
saħħa u s-sigurtà  fuq il-post tax-xogħol, u l-metodi
meħtieġa biex jiġu evitati l-korrimenti, ħsara għas-
saħħa jew mewt fuq il-post tax-xogħol;
(g) iġġib ’il quddiem it-tagħlim u t-taħriġ dwar is-saħħa u
s-sigurtà  fuq il-post tax-xogħol, u l-preparazzjoni għal
emerġenza jew għall-ewwel għajnuna fuq il-post tax-
xogħol; 
(ħ) tiġbor u tanalizza data u statistiċi dwar korrimenti,
danni għas-saħħa u mwiet fuq il-postijiet tax-xogħol, u
dwar affarijiet anċillari għas-saħħa u għas-sigurtà  fuq
il-postijiet tax-xogħol:
Iżda l-Awtorità  tista’ titlob data u informazzjoni
dwar kull ħaġa li għandha x’taqsam mas-saħħa u mas-
sigurtà  fuq il-post tax-xogħol, u din id-data jew
informazzjoni għandha tingħata minnufih:
Iżda wkoll kull data jew informazzjoni bħal din
titqies li tkun ingħatat jew ġiet riċevuta taħt l-obbligu
ta’ konfidenzjalità ;
(i) iżżomm reġistri ta’ impjant, stallazzjonijiet, apparat,
makkinarju, oġġetti, sustanzi jew kimiċi u maħsuba
għall-użu waqt ix-xogħol li fl-opinjoni ta’ l-Awtorità
joħolqu theddida serja għas-saħħa u s-sigurtà  fuq il-
post tax-xogħol; 
(j) tagħmel kull investigazzjoni fuq kull ħaġa li għandha
x’taqsam mas-saħħa u mas-sigurtà  fuq il-postijiet tax-
xogħol, inkluża, iżda mhux limitata għal, l-
investigazzjoni ta’ xi inċident, korriment, mard jew
mewt li jiġru bħala riżultat jew minħabba xi ħaġa
konnessa max-xogħol, kif ukoll investigazzjonijiet
biex jiġi stabbilit il-livell ta’ saħħa u ta’ sigurtà  fuq il-
postijiet tax-xogħol li jkun hemm f’xi post tax-xogħol,
8 KAP. 424. ħ  
AWTORITÀ  GĦAS-SAĦĦA U S-SIGURTÀ  
FUQ IL-POST TAX-XOGĦOL
u d-dmir ta’ l-Awtorità  biex tiżgura li tiġi inforzata xi
disposizzjoni ta’ dan l-Att ma għandux jkun raġuni
biex iwaqqaf l-Awtorità  milli tagħmel dawn l-
investigazzjonijiet:
Iżda l-Awtorità  tista’ tinnomina persuni
kompetenti li safejn ikun possibbli jintagħżlu minn
reġistru msemmi fis-sub-paragrafu (1) biex jgħinuha
fl-investigazzjonijiet u biex jakkumpanjaw lill-
uffiċjali tagħha waqt xi investigazzjoni;
(k) iġġib ’il quddiem u twettaq riċerka xjentifika immirata
lejn metodi aħjar biex jiġu evitati mard, korrimenti jew
mewt fuq il-post tax-xogħol;
(l) iżżomm reġistri ta’ persuni li huma kompetenti biex
jagħtu pariri fuq ħwejjeġ li għandhom x’jaqsmu mas-
saħħa u mas-sigurtà  fuq il-post tax-xogħol:
Iżda l-Awtorità  tista’ tistabbilixxi l-kwalifiki
minimi meħtieġa qabel ma l-isem ta’ persuna jiġi
mniżżel fir-reġistru.
(3) L-Awtorità  għandha tieħu taħt idejha, tikkonsolida u kif
ikun meħtieġ, tkattar l-ispettorat u l-funzjonijiet ta’ l-infurzar u s-
servizzi dwar s-saħħa u s-sigurtà  fuq il-post tax-xogħol li jkunu
operati mill-Gvern minnufih qabel id-data li fiha jiġi fis-seħħ l-
artikolu 8, u għal dan il-għan dawk il-ħwejjeġ, apparat, materjal,
dokumentazzjoni, u dokumenti li għandhom x’jaqsmu ma’ dan qed
jiġu b’dan l-Att vestiti fl-Awtorità .
(4) L-Awtorità  għandha tistabbilixxi kooperazzjoni ma’ kull
Ministeru, dipartiment tal-Gvern jew organizzazzjoni oħra, kemm
lokali kif ukoll barra minn Malta, biex tippromwovi u tiżgura s-
saħħa u s-sigurtà  tal-persuni kollha fuq il-post tax-xogħol. 
(5) L-Awtorità  tista’ wkoll tintrabat li twettaq xi attività  oħra li
jidhrilha li tkun neċessarja jew spedjenti għall-funzjonijiet u l-
għanijiet tagħha skond dan l-Att.
(6) L-Awtorità  tista’, bl-approvazzjoni tal-Ministru, taġixxi
bħala aġent jew b’mod ieħor għan-nom ta’ persuni oħra dwar kull
ħaġa li għandha x’taqsam mas-saħħa u mas-sigurtà  fuq il-post tax-
xogħol. 
Tmexxija ta’ l-
affarijiet ta’ l-
Awtorità .
10. (1) Mingħajr ħsara għad-disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan l-
Att, l-Awtorità  nnifisha tkun responsabbli għall-affarijiet u għall-
operat tagħha, iżda mingħajr ħsara għal dak hawn aktar qabel
imsemmi, l-Uffiċjal Eżekuttiv Ewlieni jkun responsabbli għax-
xogħol eżekuttiv ta’ l-Awtorità , l-amministrazzjoni u l-
organizzazzjoni tagħha u l-kontroll amministrattiv ta’ l-uffiċjali u
ta’ l-impjegati tagħha; l-Uffiċjal Eżekuttiv Ewlieni jkollu wkoll
dawk is-setgħat li jiġu, minn żmien għal żmien, delegati mill-
Awtorità .
(2) L-Uffiċjal Eżekuttiv Ewlieni jiġi nominat mill-Ministru,
wara konsultazzjoni ma’ l-Awtorità , għal perjodu ta’ tliet snin, u
dan il-perjodu jista’ jiġi mtawwal għal perjodi oħra ta’ tliet snin
kull wieħed:
AWTORITÀ  GĦAS-SAĦĦA U S-SIGURTÀ  
FUQ IL-POST TAX-XOGĦOL ġ KAP. 424. 9
Iżda jekk l-Uffiċjal Eżekuttiv Ewlieni ikun barra minn
Malta jew mod ieħor ma jkunx jista’ temporanjament jaqdi l-
funzjonijiet ta’ dik il-kariga, l-Awtorità , wara konsultazzjoni mal-
Ministru, għandha taħtar uffiċjal ta’ l-Awtorità  biex jassumi d-
dmirijiet ta’ l-Uffiċjal Eżekuttiv Ewlieni għal dak il-perjodu li l-
Uffiċjal Eżekuttiv Ewlieni jkun hekk assenti jew ma jkunx jista’
jaqdi dawk il-funzjonijiet.
(3) L-Uffiċjal Eżekuttiv Ewlieni għandu jattendi l-laqgħat
kollha ta’ l-Awtorità  iżda ma jistax jivvota f’dawn il-laqgħat.
(4) L-Uffiċjal Eżekuttiv Ewlieni jkun responsabbli għall-
implimentazzjoni ta’ l-għanijiet ta’ l-Awtorità  fl-eżerċizzju tal-
funzjonijiet tagħha u mingħajr ħsara għall-ġeneralità  ta’ dak hawn
aktar qabel imsemmi, l-Ufiċjal Eżekuttiv Ewlieni għandu -
(a) jkun responsabbli għall-evalwazzjoni ta’ l-
implimentaz-zjoni u t-twettiq ta’ l-iskopijiet stabbiliti
ta’ l-Awtorità , għall-użu effiċjenti ta’ riżorsi tagħha, u
l-benefiċċi li jirriżultaw, u għandu jirrapporta
direttament lill-Awtorità ;
(b) jiżviluppa l-istrateġiji neċessarji għall-
implimentazzjoni ta’ l-għanijiet ta’ l-Awtorità ;
(ċ) jagħti parir lill-Awtorità  fuq kull ħaġa li l-Awtorità
tirreferi lilu jew kull ħaġa li hi meqjusa neċessarja jew
spedjenti; u kull dmir ieħor li l-Awtorità  tista’
tassenjalu minn żmien għal żmien.
Relazzjonijiet mal-
Ministru.
11. (1) Fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħha, l-Awtorità
għandha -
(a) tagħti effett, fl-iqsar żmien possibbli, lil kull direttiva,
li tkun konformi ma’ xi disposizzjoni ta’ dan l-Att, li l-
Ministru jista’ jagħti lill-Awtorità  għar-rigward tal-
politika li għandha tiġi segwita mill-Awtorità  fit-
twettiq tal-funzjonijet tagħha, u għar-rigward ta’ kull
ħaġ’oħra li tidher lill-Ministru li taffettwa s-saħħa u s-
sigurtà  fuq il-postijiet tax-xogħol; 
(b) tagħti lill-Ministru faċilitajiet biex jikseb kull
informazzjoni li għandha x’taqsam mal-ħwejjeġ u l-
attivitajiet ta’ l-Awtorità  u għal dan il-għan l-Awtorità
għandha tipprovdi lill-Ministru r-reħokonti, kontijiet u
kull informazzjoni oħra li għandha x’taqsam ma’ dan,
u tagħti kull faċilità  għall-verifika ta’ kull
informazzjoni mogħtija, f’dak il-mod u f’dawk iż-
żminijiet li l-Ministru jista’ raġonevolment jeħtieġ. 
(2) L-Awtorità  għandha, sew fuq inizjattiva tagħha stess kif
ukoll fuq talba tal-Ministru, tagħti parir lill-Ministru fuq kull ħaġa
li għandha x’taqsam mas-saħħa u mas-sigurtà  fuq il-postijiet tax-
xogħol. 
(3) L-Awtorità  għandha tibgħat kopja tal-minuti tal-laqgħat
tagħha lill-Ministru kemm jista’ jkun malajr wara kull laqgħa.
(4) Il-Ministru għandu jitlob il-parir ta’ l-Awtorità  qabel ma
jagħmel regolamenti kif stabbilit fl-artikolu 12:
10 KAP. 424. ħ  
AWTORITÀ  GĦAS-SAĦĦA U S-SIGURTÀ  
FUQ IL-POST TAX-XOGĦOL
Iżda l-Ministru jista’ jistabbilixxi żmien raġonevoli li ma
jkunx inqas minn ħmistax-il ġurnata, biex jirċievi l-parir dwar ir-
regolamenti proposti, u jekk l-Awtorità  ma tagħtix il-parir tagħha
fiż-żmien stipulat, jista’ jipproċedi biex jagħmel dawk ir-
regolamenti:
Iżda wkoll il-Ministru jista’, meta jidhirlu li l-materja tkun
urġenti, javża lill-Awtorità  dwar dan u f’dan il-każ l-Awtorità
għandha tagħti l-parir tagħha fi żmien jumejn, u jekk tonqos il-
Ministru jista’ jipproċedi biex jagħmel ir-regolamenti.
(5) Meta l-Ministru jirċievi parir fuq ħwejjeġ li għandhom
x’jaqsmu mas-saħħa u mas-sigurtà  fuq il-postijiet tax-xogħol li ma
jkunx ġej mill-Awtorità , il-Ministru għandu jgħaddi dan il-parir
lill-Awtorità  biex tagħti l-kummenti tagħha. 
Setgħa li jsiru 
regolamenti.
12. (1) Il-Ministru jista’ jagħmel regolamenti biex
jissalvagwardja s-saħħa u s-sigurtà  fuq il-postijiet tax-xogħol, biex
jiddetermina l-prekawzjonijiet li għandhom jittieħdu għal dan il-
għan u ġeneralment biex iġib fis-seħħ xi waħda mid-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, u partikolarment, iżda mingħajr
ħsara għall-ġeneralità  ta’ dak hawn aktar qabel imsemmi, il-
Ministru jista’ jagħmel regolamenti -
(a) biex jippreskrivi kull ħaġa li hi meħtieġa jew
awtorizzata li tkun preskritta skond dan l-Att; 
(b) dwar l-ittestjar, l-eżami u ċertifikati jew siġilli ta’
approvazzjoni ta’ apparat, makkinarju, tagħmir,
ħwejjeġ jew ħaġa wżati jew maħsubin biex jiġu wżati
f’post tax-xogħol;
(ċ) dwar l-importazzjoni, preżenza, użu, maniġġ, jew li
wieħed ikun espost għal xi aġent kimiku, bijoloġiku
jew fiżiku, jew iżjed minn wieħed minnhom, li jistgħu
jintużaw waqt ix-xogħol;
(d) dwar il-metodi, livell jew proċeduri biex jiġi stabbilit
l-ammont, il-konċentrazzjoni jew il-livell ta’ xi aġent
fiżiku, kimiku jew bijoloġiku f’post tax-xogħol;
(e) dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema mir-riskji li
jirriżultaw meta wieħed ikun espost għal aġenti kimiċi,
fiżiċi u bijoloġiċi fuq ix-xogħol;
(f) dwar in-notifika, ir-rapport u l-investigazzjoni ta’
imwiet, mard, korrimenti jew inċidenti oħra jew
inċidenti li jinvolvu s-saħħa u s-sigurtà  fil-post tax-
xogħol;
(g) dwar il-ħinijiet li ħaddiem jista’ jkun meħtieġ li
jaħdem;
(h) dwar is-sigurtà  ta’ kull apparat, makkinarju, tagħmir,
materjal, kimika, proċess, ħwejjeġ jew ħaġa oħra tkun
li tkun li tiġi wżata jew hija maħsuba li tkun użata fil-
post tax-xogħol;
(i) dwar id-dritt li ħaddiem jista’ jirrifjuta xogħol jew li
jagħmel xogħol partikolari, dwar iċ-ċirkostanzi u l-
kondizzjonijiet li taħthom dan id-dritt hu eżerċitabbli;
AWTORITÀ  GĦAS-SAĦĦA U S-SIGURTÀ  
FUQ IL-POST TAX-XOGĦOL ġ KAP. 424. 11
(j) dwar kull ħaġa oħra li għandha x’taqsam mas-saħħa u
s-sigurtà  fuq il-postijiet tax-xogħol.
(2) Mingħajr ħsara għal kull ħaġa hawn fuq imsemmija,
regolamenti magħmula taħt dan l-artikolu jistgħu wkoll - 
(a) jiddistingwu bejn klassijiet differenti ta’ postijiet tax-
xogħol, klassijiet differenti ta’ xogħol u bejn klassijiet
differenti ta’ ħaddiema, u jistgħu wkoll jagħmlu
distinzjonijiet li jitqiesu xierqa;
(b) jipprojbixxu, jirregolaw, jirrestrinġu, jillimitaw jew
jikkontrollaw kull ħaġa li dwarha jkunu saru
regolamenti;
(ċ) jagħtu setgħa lill-Awtorità  li teħtieġ liċenza, ċertifikat
jew xi ħtieġa oħra dwar xi materja li għaliha jkunu
saru regolamenti, u biex timponi drittijiet jew piżijiet
oħra dwarhom jew dwar xi servizz mogħti mill-
Awtorità . 
Personalità  
ġuridika u 
rappreżentanza.
13. (1) Ir-rappreżentanza legali ta’ l-Awtorità  tkun vestita fiċ-
Chairperson u fl-Uffiċjal Eżekuttiv Ewlieni flimkien: 
Iżda l-Awtorità  tista’ tinnomina wieħed jew aktar mill-
membri tagħha, jew wieħed jew aktar mill-uffiċjali jew impjegati
tagħha, biex jidhru f’isimha u f’lokha f’xi proċediment ġudizzjarju
jew f’xi att, kuntratt, kitba jew dokument ieħor ikun liema jkun.
(2) Kull dokument li jidher li jkun kitba magħmula jew
maħruġa mill-Awtorità  u li jkun iffirmat miċ-Chairperson jew mill-
Uffiċjal Eżekuttiv Ewlieni jiġi aċċettat bħala xiehda u, sakemm ma
jiġix ippruvat il-kuntrarju, jitqies bħala kitba magħmula jew
maħruġa mill-Awtorità .
Disposizzjonijiet 
rigward il-
proċeduri ta’ l-
Awtorità.
14. (1) Il-laqgħat ta’ l-Awtorità  jissejħu miċ-Chairperson kull
darba li jkunu meħtieġa, iżda għall-inqas darba fix-xahar, jew fuq
inizjattiva personali jew fuq talba ta’ għall-inqas tnejn mill-membri
l-oħra. 
(2) Nofs l-għadd tal-membri li f’dak iż-żmien ikunu jifformaw
l-Awtorità  ikun quorum. Id-deċiżjonijet jittieħdu b’maġġoranza
sempliċi tal-voti tal-membri preżenti u li jivvotaw. Iċ-Chairperson,
jew fl-assenza taċ-Chairperson il-Viċi Chairperson jew xi persuna
oħra nominata biex taġixxi bħala Chairperson, ikollu vot oriġinali
u, f’każ ta’ parità  fil-voti, vot deċiżiv. Mingħajr ħsara għall-ħtiġiet
l-oħra ta’ dan l-Att, ebda deċiżjoni ma tkun valida jekk ma
jkollhiex l-appoġġ ta’ mill-inqas żewġ membri ta’ l-Awtorità .
(3) Mingħajr ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, l-
Awtorità  tista’ tirregola l-proċedura tagħha.
(4) Mingħajr ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-
artikolu, l-ebda att jew proċedura ta’ l-Awtorità  ma għandu jiġi
invalidat għar-raġuni biss li tkun teħisti vakanza fost il-membri. 
(5) Kull att magħmul minn persuna bona fidi, bħala membru
ta’ l-Awtorità , jkun validu bħallikieku dik il-persuna kienet
membru minkejja li jinkixef wara li kien hemm xi difett fin-nomina
jew fil-kwalifiki. Ebda att jew proċedura ta’ l-Awtorità  ma jiġu
investigati minħabba l-kontravenzjoni, minn xi membru, tad-
12 KAP. 424. ħ  
AWTORITÀ  GĦAS-SAĦĦA U S-SIGURTÀ  
FUQ IL-POST TAX-XOGĦOL
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 8(9).
TAQSIMA IV
Uffiċjali għas-Saħħa u għas-Sigurtà  fuq il-Post tax-Xogħol
Ħatra ta’ uffiċjali. 15. (1) L-Awtorità  għandha taħtar Uffiċjali għas-Saħħa u s-
Sigurtà  fuq il-Post tax-Xogħol, li jkollhom dawk il-funzjonijiet li
għandhom x’jaqsmu ma’ l-implimentazzjoni ġenerali ta’ dan l-Att
jew ta’ xi regolamenti magħmula taħtu, kif ukoll biex iwettqu dak
ix-xogħol jew jassumu dawk ir-responsabbiltajiet li jistgħu jiġu
preskritti jew jistgħu jiġu assenjati lilhom mill-Awtorità .
(2) Uffiċjal għandu jingħata mezzi xierqa ta’ identifikazzjoni
ffirmati mill-Uffiċjal Eżekuttiv Ewlieni, u dak id-dokument għandu
jiġi muri waqt kull eżami, investigazzjoni jew spezzjoni:
Iżda l-Uffiċjal Eżekuttiv Ewlieni għandu jitqies bħala
uffiċjal u d-dokument ta’ identifikazzjoni bħala uffiċjal għandu
jkun iffirmat miċ-Chairperson.
Setgħat ta’ l-
uffiċjali.
16. (1) Uffiċjal ikollu s-setgħat li ġejjin -
(a) li jidħol mingħajr xkiel u mingħajr preavviż f’kull post
tax-xogħol, f’kull ħin, bi nhar u bil-lejl;
(b) li jitlob l-għajnuna ta’ membru tal-korp tal-Pulizija fl-
esekuzzjoni tad-dmirijiet ta’ l-uffiċjal;
(ċ) li jagħmel mistoqsijiet, waħdu jew fil-preżenza ta’
xhieda, inkluża l-persuna, jekk dan ikun il-każ, li tkun
għamlet l-ilment, lil minn iħaddem jew lill-ħaddiem,
inkluża kull persuna li taġixxi għan-nom ta’, jew li
tkun qed tagħmel xogħol għal, min iħaddem dwar il-
ħwejjeġ kollha li jaqgħu taħt dan l-Att jew taħt xi
regolamenti magħmula taħtu;
(d) jispezzjona kull dokument li hu preskritt, skond dan l-
Att jew skond xi regolament magħmul taħtu, li għandu
jinżamm, jew kull ktieb, dokument, disinn, pjanta, jew
lista ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi li jistgħu jkunu ta’
għajnuna għal dak li għandu x’jaqsam mas-saħħa u
mas-sigurtà  fuq il-postijiet tax-xogħol f’xi post
partikolari ta’ xogħol;
(e) li jieħu pussess, billi jagħti riċevuta, ta’ kull ħaġa
meħtieġa għal testijiet jew bħala prova f’xi inċident,
korriment jew mard fuq xi post tax-xogħol, jew ta’ xi
ksur allegat ta’ dan l-Att jew ta’ xi regolamenti
magħmulin bis-saħħa tiegħu;
(f) li jeżamina jew jordna l-eżami ta’ postijiet tax-xogħol
u ta’ kull ħaġa li jkun hemm fihom, u li jieħu kampjuni
għall-eżami ta’ kull ħaġa, sustanza jew materjal li
jinstab f’xi post tax-xogħol jew id-dintorni tiegħu bil-
għan li jiġu protetti s-saħħa u s-sigurtà  fuq il-post tax-
xogħol, u li jiżgura li dawn il-kampjuni jinżammu biex
jintużaw bħala prova f’xi proċeduri li jittieħdu skond
dan l-Att;
AWTORITÀ  GĦAS-SAĦĦA U S-SIGURTÀ  
FUQ IL-POST TAX-XOGĦOL ġ KAP. 424. 13
(g) li jordna li ma jiċċaqlaq xejn f’xi post tax-xogħol għal
xi perjodu li jista’ jkun meħtieġ raġonevolment għall-
għan ta’ xi eżami, investigazzjoni jew spezzjon
imsemmija fil-paragrafi ta’ hawn fuq;
(ħ) li jeħtieġ it-tħaddim jew il-moviment ta’ xi apparat,
makkinarju, tagħmir, ħaġa jew proċess, kif ukoll it-
tħaddim ta’ xi sistema jew proċedura li, fil-fehma ta’ l-
uffiċjal, tista’ tkun rilevanti għal xi eżami,
investigazzjoni jew spezzjon imsemmija fil-paragrafi
(a) sa (e);
(i) li jeħtieġ lil min iħaddem biex jipprovdi, bi spejjeż ta’
min iħaddem -
(i) ċertifikat iffirmat minn perit u inġinier ċivili
rigward is-sigurtà  ta’ xi bini jew struttura,
inklużi strutturi temporanji;
(ii) ċertifikat iffirmat minn inġinier mekkaniku jew
elettriku rigward is-sigurtà  ta’ xi stallazzjoni
mekkanika jew elettrika, kif ikun il-każ, inkluża
stallazzjoni temporanja;
(iii) ċertifikat iffirmat minn tabib rigward is-saħħa
fuq il-post tax-xogħol ta’ xi ħaddiem jew klassi
ta’ ħaddiema, liema ċertifikat għandu jiġi
mogħti lil tabib ta’ l-Awtorità ;
(iv) kull informazzjoni li għandha x’taqsam mas-
saħħa u mas-sigurtà  fuq il-postijiet tax-xogħol,
inkluża informazzjoni li tirrigwarda miżuri
protettivi;
(j) li jeħtieġ minn kull min iħaddem, aġent, manifattur,
importatur, fornitur, persuna li tuża jew xi persuna
oħra biex jipprovdu, bi spejjeż tagħhom, xi dokument,
ċertifikat jew lista ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi
rigward kull ħaġa li għandha x’taqsam mas-saħħa u
mas-sigurtà  fuq il-postijiet tax-xogħol, il-metodu ta’
kif jiġu maniġġati jew użati xi impjant, stallazzjoni,
apparat, makkinarju, ħaġa, sustanza jew kimika li tiġi
wżata jew maħsuba li tintuża fuq ix-xogħol; u
(k) għall-għanijiet tal-prosekuzzjoni ta’ xi reat taħt dan l-
Att, jew għall-għanijiet ta’ xi appell quddiem il-Bord
ta’ Appelli kontra xi ordni ta’ uffiċjal, li jikxef fil-
Qorti jew fil-Bord ta’ Appelli dawk ir-riżultati jew
informazzjoni li jkunu ġew riċevuti jew miġbura waqt
il-kors ta’ l-investigazzjonijiet.
(2) Uffiċjal ma għandux jidħol f’xi post tax-xogħol li f’dak iż-
żmien ikun qed jintuża bħala abitazzjoni mingħajr il-kunsens ta’
min jokkupah, jew sakemm dak l-uffiċjal ma jkunx akkompanjat
minn uffiċjal tal-pulizija li ma jkunx taħt ir-rank ta’ Spettur.
Ordnijiet minn 
uffiċjali.
17. (1) Uffiċjal jista’ jagħti ordni, verbalment jew bil-miktub,
biex jissalvagwardja s-saħħa u s-sigurtà  fuq il-post tax-xogħol u
kull persuna għandha tobdi dan l-ordni minnufih sakemm ma jiġix
revokat minn uffiċjal jew mill-Bord ta’ Appelli:
14 KAP. 424. ħ  
AWTORITÀ  GĦAS-SAĦĦA U S-SIGURTÀ  
FUQ IL-POST TAX-XOGĦOL
Iżda persuna li tirċievi ordni, kemm jekk dik il-persuna
tkun ħaddiem jew min iħaddem, tista’ tiddefendi ruħha mill-akkuża
li tkun kisret l-ordni jekk tipprova li kieku ikkonformat ruħha ma’
dak l-ordni kien ikun ta’ detriment immedjat għas-saħħa u għas-
sigurtà  fuq il-post tax-xogħol: 
Iżda wkoll kull ordni li jingħata verbalment għandu jiġi
konfermat bil-miktub u mwassal għand il-persuna li lilha jkun
mogħti fi żmien tliet ijiem tax-xogħol. 
(2) (a) Uffiċjal jista’ jordna li post tax-xogħol jiġi mbarrat, u
jista’ jirrevoka ordni bħal dak.
(b) Meta post tax-xogħol jew parti minnu jiġi mbarrat,
ebda persuna ma tista’ tidħol fl-area imbarrata
mingħajr il-permess ta’ uffiċjal.
(3) Meta uffiċjal jagħmel ordni bil-miktub skond dan l-
artikolu, jista’ jwaħħal kopja tiegħu fil-post tax-xogħol, jew fuq
kull apparat, makkinarju, tagħmir, ħwejjeġ jew ħaġa, u ebda
persuna ħlief uffiċjal ma għandha taqla din il-kopja sakemm ma
tkunx awtorizzata minn xi uffiċjal biex tagħmel hekk. 
(4) Meta uffiċjal jagħmel ordni bil-miktub skond dan l-
artikolu, jew jagħti rapport ta’ l-ispezzjoni lil min iħaddem jew lil
persuna li tkun inkarigata mix-xogħol, min iħaddem jew il-persuna
inkarigata mix-xogħol għandhom minnufih jaraw li kopja jew kopji
tiegħu jiġu mwaħħla f’post jew f’postijiet fejn jidher fil-post tax-
xogħol, fejn x’aktarx jiġbed l-attenzjoni tal-ħaddiema.
(5) Uffiċjal ma jkunx meħtieġ li jisma jew jagħti l-opportunità
lil min iħaddem, ħaddiem jew persuna oħra li jagħtu l-opinjoni
tagħhom qabel ma jagħmel ordni.
Uffiċjali jitqiesu 
bħala uffiċjali 
pubbliċi.
Kap. 9.
18. (1) Uffiċjali tas-saħħa u tas-sigurtà  fuq il-postijiet tax-
xogħol għandhom, għall-għanjiet tal-Kodiċi Kriminali, jitqiesu
bħala uffiċjali pubbliċi.
(2) Ebda persuna ma tista’ thedded, tinsulta, timmolesta jew
tfixkel spetturi waqt it-twettiq tad-dmirijiet tagħhom, jew tagħti lil
xi uffiċjal informazzjoni falza, jew tkisser jew tbagħbas xi siġill li
jkun ġie magħmul, jew xi apparat ta’ sorveljanza li jkun ġie stallat,
li jkun ġie imqiegħed jew tħalla minn uffiċjal f’xi post tax-xogħol
jew, f’każ ta’ apparat ta’ sorveljanza personali, fuq xi ħaddiem.
Ebda 
responsabbiltà .
19. Ma jkunx hemm, u ma tistax tiġi istitwita, l-ebda azzjoni,
dixxiplinarji jew mod ieħor, jew xi proċedura oħra għad-danni,
kontra l-Uffiċjal Eżekuttiv Ewlieni jew kontra xi uffiċjali ta’ l-
Awtorità  għal xi att magħmul jew li ma ġiex magħmul minnhom
bonafidi fl-eżekuzzjoni jew fl-eżekuzzjoni maħsuba ta’ xi setgħa,
dritt jew dmir skond dan l-Att jew skond xi regolament magħmul
taħtu.
Appelli minn 
ordnijiet mogħtija 
minn uffiċjal.
20. Kull persuna, kemm jekk din il-persuna tkun ħaddiem, min
iħaddem jew terza persuna, li tħoss ruħha aggravata minn xi ordni
mogħti minn xi uffiċjal tista’ tappella lill-Bord ta’ Appelli.
AWTORITÀ  GĦAS-SAĦĦA U S-SIGURTÀ  
FUQ IL-POST TAX-XOGĦOL ġ KAP. 424. 15
TAQSIMA V
Bord ta’ Appelli dwar is-Saħħa u s-Sigurtà  
fuq il-Post tax-Xogħol
Twaqqif u għamla 
tal-Bord ta’ 
Appelli.
21. (1) Għandu jkun hemm Bord ta’ Appelli li jkun magħruf
bħala il-Bord ta’ Appelli dwar s-Saħħa u s-Sigurtà  fuq il-Post tax-
Xogħol biex jisma’ u jiddeċiedi dwar appelli minn ordni ta’ xi
uffiċjal maħtur skond dan l-Att. 
(2) Mingħajr ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu, il-
Bord ta’ Appelli għandu jkun magħmul minn President u żewġ
membri oħra li jiġu maħtura kif ġej: 
(a) il-President tal-Bord ta’ Appelli jkun wieħed minn
lista ta’ persuni maħtura mill-Ministru, li jkunu
persuni li huma avukati b’esperjenza ta’ għall-inqas
seba’ snin, u dawn il-persuni għandhom iservu bħala
President jew wieħed wara l-ieħor jew skond id-
disposizzjonijiet ta’ dmirijiet, u suġġetti għal dawk id-
disposizzjonijiet dwar inabilità  biex wieħed iservi u
ċirkostanzi oħra, kif il-persuni fuq din il-lista jistgħu,
bl-approvazzjoni tal-Ministru, jistabbilixxu; 
(b) iż-żewġ membri l-oħra tal-Bord ta’ Appelli għandhom
jiġu magħżula mill-President tal-Bord ta’ Appelli minn
lista ta’ persuni li ma jkunux la avukati, u lanqas
prokuraturi legali maħtura mill-Ministru biex iservu
bħala membri tal-Bord ta’ Appelli kif tkun teħtie; is-
sitwazzjoni. 
(3) L-ebda membru ta’ l-Awtorità  u l-ebda uffiċjal ta’ l-
Awtorità  ma jistgħu jiġu maħtura fuq il-Bord ta’ Appelli. 
(4) L-ismijiet tal-persuni maħtura biex jaġixxu bħala
Presidenti jew bħala membri tal-Bord ta’Appelli għandhom jiġu
notifikati fil-Gazzetta.
(5) Il-Bord ta’ Appelli għandu jikkonsisti mill-President u
żewġ membri kull meta l-appell ikun jittratta: 
(i) ordni għall-imbarrar sħiħ ta’ post tax-xogħol,
jew 
(ii) ordnijiet li jittrattaw il-projbizzjoni ta’ l-użu ta’
xi apparat, makkinarju, impjant, stallazzjoni,
sustanza, kimika, jew materjal li, kieku l-ordni
kellu jiġi obdut, jirriżulta fil-waqfien ta’ l-
attivitajiet kollha tax-xogħol, jew 
(iii) appell minn terzi li jkun jinvolvi l-imbarrar sħiħ
ta’ post tax-xogħol jew il-waqfien ta’ l-
attivitajiet kollha tax-xogħol. 
(6) Mingħajr ħsara għal dak li hemm provdut fis-subartikolu
(5), il-Bord ta’Appelli għandu jkun jikkonsisti mill-President
waħdu, b’dan illi kull wieħed mill-partijiet jista’ jitlob li l-appell
jinstema’ minn Bord ta’ Appelli magħmul mill-President u żew;
membri, liema talba għandha tiġi deċiża mill-President waħdu fl-
istadji preliminari ta’l-appell skond kif jista’ jiġi preskritt
f’regolamenti li l-Ministru jista’ jagħmel skond is-subartikolu (11)
16 KAP. 424. ħ  
AWTORITÀ  GĦAS-SAĦĦA U S-SIGURTÀ  
FUQ IL-POST TAX-XOGĦOL
ta’ dan l-artikolu. 
(7) Il-President ikollu d-dritt li jamministra l-ġurament u li
jeżamina lix-xhieda. 
(8) Il-Bord ta’ Appelli jkollu d-dritt jitlob il-parir ta’ esperti
skond kif jidhirlu xieraq.
(9) Il-Ministru jista’ minn żmien għal żmien, ivarja l-
komposizzjoni tal-listi kif stabbilit f’dan l-artikolu, iżda persuna li
tkun fil-fatt qiegħdha taġixxi bħala membru tal-Bord ta’ Appelli
għandha, minkejja t-tħassir ta’ isimha mill-lista, tkompli taġixxi
fil-proċeduri bħala membru sat-temm ta’ dawk il-proċeduri u għall-
għanijiet ta’ l-interpretazzjoni ta’ xi deċiżjoni mogħtija f’dawk il-
proċedimenti:
Iżda f’każ ta’ mewt jew impossibbiltà  oħra li membru
jkompli jisma’ każ, persuna oħra tiġi surrogata mill-lista eħistenti
biex tisma’ l-każ.
(10) Il-Ministru għandu wkoll jaħtar persuna biex tagħmilha ta’
segretarju tal-Bord ta’ Appelli.
(11) Il-Ministru jista’ jagħmel regolamenti biex jippreskrivi l-
proċedura li għandha tintuża biex isir appell quddiem il-Bord ta’
Appelli u biex jirregola l-proċedura li għandha tintuża mill-istess
Bord ta’ Appelli.
TAQSIMA VI
Provvedimenti Amministrattivi u Finanzjarji
Ħatra ta’ persunal. 22. Mingħajr ħsara għad-disposizzjonijiet tal-Kostituzzjoni ta’
Malta u ta’ xi liġi oħra li tapplika jew li għandha x’taqsam, inkluż
dan l-Att, il-ħatra ta’ uffiċjali u ta’ impjegati oħra ta’ l-Awtorità
għandha ssir mill-Uffiċjal Eżekuttiv Ewlieni, u approvata mill-
Awtorità . Il-pattijiet u l-kundizzjonijiet ta’ l-impieg għandhom jiġu
stabbiliti mill-Uffiċjal Eżekuttiv Ewlieni bl-approvazzjoni ta’ l-
Awtorità  u bi qbil tal-Ministru.
Ħatra u funzjonijiet 
ta’ l-uffiċjali u l-
impjegati ta’ l-
Awtorità .
23. L-Awtorità  għandha taħtar u timpjega, b’dik ir-
rimunerazzjoni u skond dawk il-pattijiet u kundizzjonijiet li tista’,
skond l-artikolu 22, tistabbilixxi, dawk l-uffiċjali u impjegati ta’ l-
Awtorità  li jistgħu minn żmien għal żmien ikunu meħtieġa għall-
qadi xieraq u effiċjenti tal-funzjonijiet ta’ l-Awtorità .
Uffiċjali pubbliċi li 
jiġu mqabbdin fuq 
xogħol ta’ l-
Awtorità.
24. (1) Il-Prim Ministru jista’, fuq talba ta’ l-Awtorità , minn
żmien għal żmien, jordna li xi uffiċjal pubbliku jiġi mqabbad fuq
xogħol ma’ l-Awtorità  f’dik il-kariga u b’effett minn dik id-data li
jiġu speċifikati f’dak l-ordni.
(2) Il-perjodu li għalih ordni bħal dak hawn fuq imsemmi
għandu japplika lil xi uffiċjal imsemmi f’dak l-ordni għandu,
sakemm l-uffiċjal ma jirtirax mis-servizz pubbliku, jew sakemm ma
jieqafx mis-servizz f’data aktar qabel, jew sakemm ma tiġix
stabbilita data differenti fl-ordni, jieqaf milli jkollu seħħ wara sena
mid-data effettiva ta’ ordni bħal dak, sakemm l-ordni ma jiġix
revokat qabel mill-Prim Ministru.
AWTORITÀ  GĦAS-SAĦĦA U S-SIGURTÀ  
FUQ IL-POST TAX-XOGĦOL ġ KAP. 424. 17
Status ta’ uffiċjali 
pubbliċi mqabbdin 
fuq xogħol ma’ l-
Awtorità.
25. (1) Meta uffiċjal jiġi mqabbad fuq xogħol ma’ l-Awtorità
skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 24, dak l-uffiċjal għandu,
fiż-żmien li ordni bħal dak ikollu effett dwaru, ikun taħt l-awtorità
amministrattiva u kontroll ta’ l-Awtorità , iżda għandu għal kull
ħaġ’oħra jiġi kkunsidrat u jitqies bħala uffiċjal pubbliku.
(2) Mingħajr ħsara għall-ġeneralità  ta’ dak hawn aktar qabel
imsemmi, uffiċjal pubbliku mqabbad fuq xogħol kif hawn aktar
qabel imsemmi - 
(a) ma għandux waqt il-perjodu li fih l-uffiċjal ikun ġie
hekk imqabbad - 
(i) jiġi mwaqqaf milli japplika għal trasferiment lil
dipartiment tal-Gvern skond il-pattijiet u l-
kundizzjonijiet ta’ servizz konnessi mal-ħatra
mal-Gvern li l-uffiċjal jkollu f’data li jkun hekk
ġie mqabbad fuq xogħol; jew
(ii) ikun impjegat b’tali mod li r-rimunerazzjoni u l-
kundizzjonijiet tax-xogħol ikunu inqas
favorevoli minn dawk li huma konnessi mal-
ħatra mal-Gvern li hu jkollu f’data li hu jkun ġie
mqabbad għal xogħol kif hawn aktar qabel
imsemmi, jew li setgħu jkunu konnessi ma’
kariga bħal dik, waqt dak il-perjodu, li kieku l-
uffiċjal ma ġiex imqabbad fuq xogħol ma’ l-
Awtorità ; u 
Kap. 93.
Kap. 58.
(b) ikollu dritt li s-servizz ma’ l-Awtorità  jiġi meqjus
bħala servizz mal-Gvern għall-għan ta’ xi pensjoni,
gratifikazzjoni jew benefiċċju skond l-Ordinanza dwar
il-Pensjonijiet, jew l-Att dwar il-Pensjoni lil Nisa’
Romol u Tfal Iltiema, u ta’ xi dritt jew privileġġ ieħor
li għalih dak l-uffiċjal jista’ jkun intitolat u jkun taħt
kull responsabbiltà  li għaliha seta’ kien responsabbli,
kieku ma kienx għall-fatt li ġie mqabbad fuq xogħol
ma’ l-Awtorità .
(3) Fejn tiġi magħmula applikazzjoni kif stabbilit fis-
subartikolu (2)(a)(i), għandha tingħata konsiderazzjoni lil din l-
applikazzjoni bħallikieku l-applikant ma kienx ġie imqabbad fuq
xogħol ma’ l-Awtorità .
(4) L-Awtorità  għandha tħallas lill-Gvern dawk il-
kontribuzzjonijiet li jistgħu, minn żmien għal żmien, jiġu stabbiliti
mill-Ministru responsabbli għall-finanzi dwar l-ammont ta’
pensjonijiet u gratifikazzjonijiet li għandhom jitħallsu lil xi uffiċjal
imqabbad fuq xogħol ma’ l-Awtorità  kif hawn aktar qabel imsemmi
waqt il-perjodu li jkun ġie hekk imqabbad.
Offerta ta’ impieg 
permanenti ma’ l-
Awtorità  lill-
uffiċjali pubbliċi 
imqabbdin fuq 
xogħol ma’ l-
Awtorità.
26. (1) L-Awtorità  tista’, bl-approvazzjoni tal-Ministru, toffri
lil kull uffiċjal imqabbad fuq xogħol ma’ l-Awtorità  skond xi
waħda mid-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 24, impieg permanenti
ma’ l-Awtorità  b’rimunerazzjoni u taħt pattijiet u kundizzjonijiet li
ma jkunux anqas favorevoli minn dawk li jkollu dak l-uffiċjal fid-
data ta’ l-offerta.
(2) Il-pattijiet u l-kundizzjonijiet inklużi f’offerta magħmula
kif hawn aktar qabel imsemmi ma jitqiesux li jkunu anqas
18 KAP. 424. ħ  
AWTORITÀ  GĦAS-SAĦĦA U S-SIGURTÀ  
FUQ IL-POST TAX-XOGĦOL
favorevoli għar-raġuni biss li ma jkunux fil-ħwejjeġ kollha identiċi
jew ogħla minn dawk li l-uffiċjal konċernat ikollu fid-data ta’ l-
offerta, jekk dawk il-pattijiet u l-kundizzjonijiet, meta tħares
lejhom globalment, fil-fehma tal-Prim Ministru joffru benefiċċji li
jkunu sostanzjalment daqshom jew aħjar.
Kap. 93.
Kap. 58.
(3) Kull uffiċjal pubbliku li jaċċetta impieg permanenti ma’ l-
Awtorità  offert lilu, skond id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1),
għandu għall-finijiet kollha barra minn dawk ta’ l-Ordinanza dwar
il-Pensjonijiet, u ta’ l-Att dwar il-Pensjoni lil Nisa’ Romol u Tfal
Iltiema, jitqies li jtemm milli jkun fis-servizz mal-Gvern u jidħol
fis-servizz ma’ l-Awtorità  b’seħħ mid-data li fiha aċċetta l-offerta u
għall-finijiet ta’ l-Ordinanza u ta’ l-Att fuq imsemmija, safejn dawn
ikunu applikabbli għalih, servizz ma’ l-Awtorità  jitqies bħala
servizz mal-Gvern skond it-tifsiriet tagħhom rispettivament.
(4) Kull uffiċjal bħal dan kif hawn aktar qabel imsemmi li,
minnufih qabel ma aċċetta offerta ta’ impieg permanenti ma’ l-
Awtorità , kien intitolat għal benefiċċju taħt l-Att dwar il-Pensjoni
lil Nisa’ Romol u Tfal Iltiema, għandu jkompli jkun intitolat għal
dawk il-benefiċċji għar-raġunijiet kollha bħallikieku s-servizz ma’
l-Awtorità  kien servizz mal-Gvern.
(5) L-Awtorità  għandha tħallas lill-Gvern dawk il-
kontribuzzjonijiet li jistgħu, minn żmien għal żmien, ikunu
stabbiliti mill-Ministru responsabbli għall-finanzi dwar l-ammont
ta’ pensjonijiet u gratifikazzjonijiet li għandhom jitħallsu lil xi
uffiċjal li jkun aċċetta offerta ta’ impieg permanenti ma’ l-Awtorità
kif hawn aktar qabel imsemmi waqt il-perjodu li jibda’ mid-data ta’
l-aċċettazzjoni ta’ l-offerta mill-uffiċjal.
(6) (a) Għall-għanijiet ta’ dan l-artikolu il-karigi u l-gradi tas-
salarji ma’ l-Awtorità  għandhom jiġu klassifikati skond
dawk il-gradi u livelli ta’ żidiet fil-pagi li
jikkorrispondu l-iktar ma’ dawk fis-servizz mal-Gvern
ta’ Malta meta jitqies it-tip ta’ xogħol, snajja,
responsabbiltajiet u fatturi oħra bħalhom.
(b) Il-klassifikazzjoni li hemm riferenza għaliha fil-
paragrafu (a) għandha ssir minn bord li jkun magħmul
minn Chairperson nominat mill-Ministru responsabbli
għall-finanzi u minn żewġ membri oħra, wieħed
nominat mill-Ministeru responsabbli ċentralment
għall-politika dwar riżorsi umani fis-settur pubbliku u
ieħor nominat mill-Awtorità . Il-klassifikazzjoni tkun
suġġetta għall-approvazzjoni finali tal-Ministru
responsabbli għall-finanzi.
(ċ) Din il-klassifikazzjoni għandha ssir fi żmien tliet xhur
minn xi modifika fis-salarji ta’ impjegati fis-servizz
pubbliku, u, jew, ta’ impjegati ta’ l-Awtorità .
(d) Ebda kariga ma għandha tiġi klassifikata fi grad ogħla
minn dik ta’ grad 3 fis-servizz tal-Gvern jew xi grad
ieħor li l-Ministru responsabbli għall-finanzi jista’
minn żmien għal żmien jordna b’avviż fil-Gazzetta.
(e) Mingħajr ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu
AWTORITÀ  GĦAS-SAĦĦA U S-SIGURTÀ  
FUQ IL-POST TAX-XOGĦOL ġ KAP. 424. 19
113 tal-Kostituzzjoni, l-ebda persuna ma tista’, wara li
ssir klassifikazzjoni kif hawn aktar qabel imsemmi,
tkun intitolata għal drittijiet skond l-Ordinanza dwar il-
Pensjonijiet li jkunu inqas favorevoli minn dawk li
għalihom kienet tkun intitolata qabel ma saret dik il-
klassifikazzjoni.
TAQSIMA VII
Provvedimenti Finanzjarji
L-Awtorità  
għandha tħallas l-
ispejjeż mid-dħul.
27. (1) Mingħajr ħsara għad-disposizzjonijiet li ġejjin ta’ dan
l-artikolu, l-Awtorità  għandha topera b’tali mod li l-ispejjeż
meħtieġa għat-twettiq xieraq tal-funzjonijiet tagħha jitħallsu, skond
kemm ikun prattikabbli, mid-dħul tagħha.
(2) Għal dan il-għan, l-Awtorità  għandha tiġbor id-drittijiet
kollha, rati u ħlasijiet oħra preskritti jew li huma meqjusa li huma
preskritti minn jew skond dan l-Att jew xi liġi oħra li għandha
x’taqsam mas-setgħat u l-funzjonijiet ta’ l-Awtorità .
(3) L-Awtorità  għandha wkoll titħallas mill-Gvern, mill-Fond
Konsolidat, dawk l-ammonti li l-Parlament jista’, minn żmien għal
żmien, jawtorizza li jkunu approprjati biex jitħallsu xogħlijiet
speċifiċi li għandhom jitkomplew jew mod ieħor għandhom isiru
mill-Awtorità , li jkunu xogħlijiet ta’ infrastruttura jew ta’ xorta
kapitali simili.
(4) Kull eċċess ta’ dħul fuq spejjeż għandu, suġġett għal dawk
id-direttivi li l-Ministru, wara konsultazzjoni mal-Ministru
responsabbli għall-finanzi, jista’ jagħti minn żmien għal żmien, jiġi
wżat mill-Awtorità  biex jinħolqu fondi ta’ riserva li jintużaw għall-
għanijiet ta’ l-Awtorità ; u mingħajr ħsara għall-ġeneralità  tas-
setgħat mogħtija lill-Ministru b’dan is-subartikolu, kull direttiva
mogħtija mill-Ministru kif hawn aktar qabel imsemmi tista’ tordna
t-trasferiment lill-Gvern, jew li tiġi applikata b’dak il-mod kif
stabbilit fid-direttiva, ta’ xi parti mid-drittijiet, rati jew ħlasijiet
oħra miġbura skond is-subartikolu (2) jew ta’ xi eċċess kif hawn
aktar qabel imsemmi.
(5) Il-fondi ta’ l-Awtorità  li ma jkunux minnufih meħtieġa biex
jagħmlu tajjeb għall-ispejjeż jistgħu jiġu investiti b’dak il-mod li
jista’ jkun approvat mill-Ministru minn żmien għal żmien.
Setgħa li tissellef 
kapital.
28. (1) Għall-għanijijet biex twettaq xi waħda mill-
funzjonijiet tagħha skond dan l-Att, l-Awtorità  tista’, bl-
approvazzjoni bil-miktub tal-Ministru responsabbli għall-finanzi,
tissellef u tiġbor flus b’dak il-mod, minn dik il-persuna, dak il-korp
jew dik l-Awtorità , taħt dawk il-pattijiet u kundizzjonijiet kif il-
Ministru, wara konsultazzjoni kif hawn aktar qabel imsemmi, jista’
japprova bil-miktub. 
(2) L-Awtorità  tista’ minn żmien għal żmien tissellef, permezz
ta’ overdraft, jew mod ieħor, dawk is-somom li tista’ teħtieġ biex
twettaq il-funzjonijiet tagħha skond dan l-Att: 
Iżda għal kull ammont li jkun iżjed minn ħamsin elf lira,
jeħtieġ li jkun hemm l-approvazzjoni tal-Ministru bil-miktub.
20 KAP. 424. ħ  
AWTORITÀ  GĦAS-SAĦĦA U S-SIGURTÀ  
FUQ IL-POST TAX-XOGĦOL
Avvanzi mill-
Gvern.
29. Il-Ministru responsabbli għall-finanzi jista’, wara
konsultazzjoni mal-Ministru, jagħmel avvanzi lill-Awtorità  ta’
dawk is-somom li l-Ministru responsabbli għall-finanzi jista’ jaqbel
li huma meħtieġa mill-Awtorità  biex twettaq xi waħda mill-
funzjonijiet tagħha skond dan l-Att, u jista’ jagħmel dawk l-avvanzi
skond dawk il-pattijiet u kundizzjonijiet li hu jidhirlu, wara
konsultazzjoni kif hawn aktar qabel imsemmi, meħtieġa. Kull
avvanz bħal dan jista’ jsir mill-Ministru responsabbli għall-finanzi
mill-Fond Konsolidat, u mingħajr ebda approprjazzjoni oħra ħlief
dan l-Att, b’ordni bil-miktub, li jawtorizza lill-Accountant General
biex jagħmel dak l-avvanz.
Self mill-Gvern. 30. (1) Il-Ministru responsabbli għall-finanzi jista’, għal xi
waħda mill-ħtiġiet ta’ xorta kapitali ta’ l-Awtorità , jidħol f’kuntratt
jew jiġbor flus jew jidħol fi djun, għal dawk il-perjodi u skond
dawk il-pattijiet u kundizzjonijiet li l-Ministru responsabbli għall-
finanzi jidhrulu xierqa; u kull ammont dovut minħabba jew konness
ma’ xi self jew dejn bħal dak ikun piż fuq il-Fond Konsolidat.
(2) Avviż ta’ xi self, dejn jew avvanz magħmul jew maħluq
skond id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) għandu jingħata mill-
Ministru lill-Kamra kemm jista’ jkun malajr. 
(3) Sakemm jingħata is-self kif imfisser fis-subartikolu (1),
jew sabiex jingħata lill-Awtorità  kapital biex wieħed jista’ jaħdem,
il-Ministru responsabbli għall-finanzi jista’, b’ordni bil-miktub u
mingħajr ebda approprjazzjoni oħra ħlief dan l-Att, jawtorizza lill-
Accoutant General biex jagħmel avvanzi lill-Awtorità  mit-Treasury
Clearance Fund skond dawk il-pattijiet li jistgħu jiġu stabbiliti
mill-Ministru meta jsir dak l-avvanz. 
(4) Ir-rikavat minn xi dejn magħmul biex isiru avvanzi lill-
Awtorità , u xi flejjes oħra li jiġu avvanzati lill-Awtorità  skond dan
l-artikolu, għandhom jitħallsu f’fond mwaqqaf apposta għal dan il-
għan u li jkun magħruf bħala "il-Fond ta’ Self lill-Awtorità  għas-
Saħħa u s-Sigurtà  fuq il-Post tax-Xogħol". 
(5) L-ammonti li l-Accountant General jirċievi mill-Awtorità
għar-rigward ta’ avvanzi magħmula lill-Awtorità  skond is-
subartikolu (3) għandhom jitħallsu, għal dak li jirrigwarda l-
ammonti ta’ ħlas lura, fit-Treasury Clearance Fund, u għal dak li
jirrigwarda l-ammont ta’ imgħax, fil-Fond Konsolidat.
Estimi ta’ l-
Awtorità.
31. (1) L-Awtorità  għandha tara li f’kull sena finanzjarja
jitlestew, u mhux aktar tard minn tmien ġimgħat qabel l-għeluq ta’
kull sena finanzjarja tadotta, estimi tad-dħul u ħruġ ta’ l-Awtorità
għas-sena finanzjarja ta’ wara:
Iżda dwar l-ewwel sena finanzjarja, l-Awtorità  għandha
tlesti u tadotta estimi mhux aktar tard minn dak iż-żmien li l-
Ministru jista’ jispeċifika lill-Awtorità  permezz ta’ avviż bil-
miktub.
(2) Fil-preparazzjoni ta’ dawn l-estimi l-Awtorità  tieħu in
konsiderazzjoni xi fondi jew flejjes oħra li jistgħu jitħallsu lilha
mill-Fond Konsolidat matul is-sena finanzjarja rilevanti, sew
permezz ta’ dan l-Att jew permezz ta’ Att ta’ approprjazzjoni jew
xi liġi oħra u l-Awtorità  għandha tipprepara dawk l-estimi b’tali
AWTORITÀ  GĦAS-SAĦĦA U S-SIGURTÀ  
FUQ IL-POST TAX-XOGĦOL ġ KAP. 424. 21
mod illi tiżgura illi d-dħul totali ta’ l-Awtorità  ikun għall-inqas
suffiċjenti biex jagħmel tajjeb għal kull somma li tiġi addebitata
lill-kont tad-dħul tagħha inkluż id-deprezzament, iżda mingħajr
ħsara għall-ġeneralità  ta’ dik l-espressjoni.
(3) L-estimi għandhom isiru f’dik il-forma u għandhom
ikollhom dik l-informazzjoni u dawk il-paraguni ma’ estimi ta’
qabel kif il-Ministru jista’ jordna.
(4) Kopja ta’ l-estimi ta’ l-Awtorità  għandhom, malli jiġu
adottati mill-Awtorità , jintbagħtu minnufih mill-Awtorità  lill-
Ministru u lill-Ministru responsabbli għall-finanzi.
(5) Il-Ministru għandu, ma’ l-ewwel opportunità , u mhux aktar
tard minn sitt ġimgħat minn mindu jirċievi kopja ta’ l-estimi ta’ l-
Awtorità , jew, jekk f’xi żmien il-Kamra ma tkunx qed tiltaqa’
f’sessjoni, fi żmien sitt ġimgħat mill-bidu ta’ l-ewwel sessjoni ta’
wara, jara li dawk l-estimi jitqiegħdu quddiem il-Kamra flimkien
ma’ mozzjoni li l-Kamra tapprova dawk l-estimi. Għandha tingħata
mhux iktar minn seduta għad-diskussjoni fil-Kamra ta’ dik il-
mozzjoni, u kemm il-mozzjoni kemm l-approvazzjoni ta’ estimi
mill-Kamra jistgħu jkunu sew b’emendi għall-estimi sew
mingħajrhom.
Spiża skond l-
estimi approvati.
32. (1) L-Awtorità  ma tista’ tidħol għal ebda spiża li ma tkunx
ġiet approvata mill-Kamra skond l-artikolu 31. 
(2) Mingħajr ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) -
(a) sakemm jgħaddu sitt xhur mill-bidu ta’ sena
finanzjarja jew sa l-approvazzjoni ta’ l-estimi għal dik
is-sena mill-Kamra, liema tkun l-aktar data kmieni, l-
Awtorità  tista’ tidħol għal nefqa biex taqdi l-
funzjonijiet tagħha taħt dan l-Att li b’kollox ma tkunx
akbar minn nofs l-ammont approvat għas-sena
finanzjarja ta’ qabel;
(b) nefqa approvata dwar kap jew sotto-kap ta’ l-estimi
tista’, bl-approvazzjoni tal-Ministru, issir dwar kap
jew sotto-kap ieħor ta’ l-estimi;
(ċ) dwar l-ewwel sena finanzjarja, l-Awtorità  tista’ tidħol
għal nefqa sakemm l-estimi għal dik is-sena jiġu
approvati mill-Kamra, liema nefqa ma tkunx iżjed fit-
total minn dawk l-ammonti li l-Ministru responsabbli
għall-finanzi jista’, wara konsultazzjoni mal-Ministru,
jippermetti;
(d) jekk f’xi sena finanzjarja jinstab li l-ammont approvat
mill-Kamra mhux biżżejjed, jew jekk tinqala’ l-ħtieġa
ta’ nefqa għal għan mhux provdut fl-estimi, l-Awtorità
tista’ tadotta estimi supplimentari għall-approvazzjoni
tal-Kamra u, sakemm tingħata dik l-approvazzjoni, l-
Awtorità  tista’ f’ċirkostanzi speċjali u bl-
approvazzjoni tal-Ministru, tidħol għall-ispiża
relattiva jew parti minnha kif il-Ministru imsemmi
jista’ japprova, u f’dan il-każ id-disposizzjonijiet ta’
dan l-Att applikabbli għall-estimi għandhom, sa fejn
hu prattikabbli, japplikaw għall-estimi supplimentari.
22 KAP. 424. ħ  
AWTORITÀ  GĦAS-SAĦĦA U S-SIGURTÀ  
FUQ IL-POST TAX-XOGĦOL
Pubblikazzjoni ta’ 
l-estimi approvati.
33. L-estimi kollha u l-estimi supplimentari approvati mill-
Kamra għandhom, mill-aktar fis possibbli, jiġu pubblikati fil-
Gazzetta.
Kontijiet u 
verifika.
34. (1) L-Awtorità  għandha tara li jinżammu kotba ta’
kontijiet xierqa u dokumentazzjoni oħra dwar il-ħidma tagħha u
għandha tara li jitlesta prospett ta’ kontijiet dwar kull sena
finanzjarja.
(2) Il-kontijiet ta’ l-Awtorità  għandhom jiġu verifikati minn
awditur jew awdituri nominati minnha u approvati mill-Ministru:
Iżda l-Ministru responsabbli għall-finanzi jista’ jeħtieġ li l-
kotba u dokumentazzjoni oħra ta’ l-Awtorità  jiġu verifikati jew
eżaminati mill-Awditur Ġenerali li, għal dan il-għan, ikollu s-
setgħa li jagħmel dik il-verifika fiżika u verifiki oħra, u li jitlob dik
l-informazzjoni li jidhirlu meħtieġa.
(3) Wara l-għeluq ta’ kull sena finanzjarja, fl-istess ħin li kopja
ta’ l-estimi ta’ l-Awtorità  tintbagħat lill-Ministru taħt l-artikolu 31,
l-Awtorità  għandha tara li kopja tal-prospett ta’ kontijiet verifikati
kif jixraq jiġu mogħtija lill-Ministru u lill-Ministru responsabbli
għall-finanzi flimkien ma’ kopja ta’ kull rapport magħmul mill-
awditur jew awdituri dwar dak il-prospett jew dwar il-kontijiet ta’
l-Awtorità .
(4) Il-Ministru għandu jara li titqiegħed quddiem il-Kamra
kopja ta’ kull prospett u rapport bħal dak flimkien mal-mozzjoni
mqiegħda quddiem il-Kamra taħt l-artikolu 31(5).
Depożitu ta’ dħul u 
ħlasijiet mill-
Awtorità.
35. (1) Il-flejjes kollha ta’ l-Awtorità  għandhom jiġu
depożitati f’bank jew banek maħtura bħala il-bankiera ta’ l-
Awtorità  permezz ta’ riżoluzzjoni ta’ l-Awtorità . Dawn il-flejjes
għandhom, skond kemm ikun prattikabbli, jitħallsu fil-banek minn
ġurnata għall-oħra, minbarra dik is-somma li l-Awtorità  tista’
teħtieġ li żżomm biex tkun tista’ tħallas ammonti ħgħar u ħlasijiet
ta’ minnufih.
(2) Il-ħlasijiet kollha mill-fondi ta’ l-Awtorità , minbarra
ħlasijiet żgħar li ma jkunux iżjed minn dak l-ammont li jista’ jiġi
stabbilit mill-Awtorità , għandhom isiru minn dak l-uffiċjal jew
minn dawk l-uffiċjali ta’ l-Awtorità  li jkunu ġew maħtura jew
nominati għal dak il-għan. 
(3) Ċekkijiet magħmulin fuq kont tal-bank u flejjes miġbudin
minn dak il-kont ta’ l-Awtorità  għandhom ikunu iffirmati minn dak
l-uffiċjal ta’ l-Awtorità  li jkun ġie maħtur jew nominat mill-
Awtorità  għal dak il-għan u għandhom ikunu kontrofirmati miċ-
Chairperson, jew minn xi membru ieħor jew uffiċjal kif jista’ jkun
awtorizzat mill-Awtorità  għal dak il-għan. 
(4) L-Awtorità  għandha tagħmel provvediment għal dak li
għandu x’jaqsam ma’ -
(a) il-mod li bih ħlasijiet jistgħu jkunu awtorizzati jew
approvati u l-uffiċjal jew l-uffiċjali li għandhom
jagħmlu dawk il-ħlasijiet;
(b) it-titolu ta’ kull kont miżmum f’bank jew banek, li fih
għandhom jitħallsu l-flejjes ta’ l-Awtorità , u t-
AWTORITÀ  GĦAS-SAĦĦA U S-SIGURTÀ  
FUQ IL-POST TAX-XOGĦOL ġ KAP. 424. 23
trasferiment ta’ fondi minn kont għal ieħor;
(ċ) il-metodu li għandu jiġi adottat meta jsiru ħlasijiet
mill-fondi ta’ l-Awtorità ; u
(d) b’mod ġenerali għal dak li jirrigwarda kull ħaġa li hija
rilevanti għaż-żamma xierqa u kontroll tal-kontijiet,
kotba u dokumentazzjoni oħra, u l-kontroll fuq il-
finanzi ta’ l-Awtorità .
Kuntratti ta’ 
provvista ta’ 
xogħlijiet.
36. L-Awtorità  m’għandhiex tidħol f’kuntratt għal provvista
ta’ oġġetti jew materjal jew għall-esekuzzjoni ta’ xogħolijiet jew
għall-għoti ta’ servizzi, lil jew favur l-Awtorità , li huwa stmat mill-
Awtorità  li jkun jinvolvi nefqa ta’ aktar minn tlett elef lira, ħlief
wara li jiġi ppublikat avviż ta’ intenzjoni ta’ l-Awtorità  li tidħol
f’kuntratt bħal dak u wara li jkunu ħarġu offerti kompetittivi.
Rapport annwali.
wara t-tmiem ta’ kull sena finanzjarja, tagħmel u tibgħat lill-
Ministru u lill-Ministru responsabbli għall-finanzi rapport ġenerali
tal-ħidma tagħha matul dik is-sena, li jkun fih dik l-informazzjoni
dwar il-proċeduri u l-politika ta’ l-Awtorità  kif xi wieħed minn
dawk il-Ministri jistgħu minn żmien għal żmien jeħtieġu. Il-
Ministru għandu jara li kopja ta’ kull rapport bħal dan titqiegħed
fuq il-Mejda tal-Kamra flimkien ma’ l-estimi skond kif provdut fl-
artikolu 31(5).
TAQSIMA VIII
Reati u Pieni
Reati u pieni.
7, 17 jew 18, jew tikser xi disposizzjoni ta’ xi regolamenti
magħmula skond dan l-Att, u kull persuna li tiftiehem jew tipprova,
jew li tgħin, tħajjar, tagħti parir jew tqabbad lil xi persuna oħra,
biex tikser id-disposizzjonijiet hawn aktar qabel imsemmija, tkun
ħatja ta’ reat kontra dan l-Att.
(2) Kull persuna li, dwar xi ħaġa skond dan l-Att jew taħt xi
regolamenti magħmula taħt dan l-Att - 
(a) tagħti xi tagħrif li tkun taf li huwa falz f’xi dettall
importanti, jew mingħajr ma jimpurtaha tagħti xi
tagħrif li jkun falz f’xi dettall importanti; jew
(b) bil-ħsieb li tinganna, tipproduċi, tagħti, tibgħat jew
xort’oħra tagħmel użu minn xi dokument li jkun falz
f’xi dettall importanti; jew
(ċ) għax trid, tirrifjuta li tagħti jew mingħajr raġuni
leġittima, li l-prova tagħha tkun għall-karigu tagħha,
ma tagħtix, xi tagħrif importanti; jew
(d) bi ħsieb jew mingħajr ma jimpurtaha tagħmel xi
dikjarazzjoni falza jew inseriment falz f’xi dokument
jew prospett jew f’xi dokument ieħor, miżmum jew
mibgħut skond dan l-Att jew skond xi regolamenti
magħmulin taħtu; jew
(e) bi ksur tal-liġi tirrifjuta jew tonqos milli twieġeb
skond l-aħjar tagħrif tagħha għal xi mistoqsija
24 KAP. 424. ħ  
AWTORITÀ  GĦAS-SAĦĦA U S-SIGURTÀ  
FUQ IL-POST TAX-XOGĦOL
magħmula lilha minn uffiċjal fit-twettiq tad-dmirijiet
tiegħu; jew tonqos milli tgħin lill-uffiċjal fit-twettiq
tad-dmirijiet tiegħu; jew
(f) bi ksur tal-liġi tirrifjuta jew tonqos mill tottempra
ruħha ma’ xi ħtieġa stabbilita skond dan l-Att jew
regolamenti magħmula taħt dan l-Att; jew 
(g) twaqqaf uffiċjal fit-twettiq tad-dmirijiet tiegħu skond
dan l-Att jew regolamenti magħmula taħt dan l-Att,
tkun ħatja ta’ reat skond dan l-Att jew regolamenti magħmula taħt
dan l-Att.
(3) Kull persuna li tagħmel xi reat kontra dan l-Att jew
regolamenti magħmula taħt dan l-Att teħel, meta tinstab ħatja, il-
piena ta’ priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed minn sentejn jew
multa ta’ mhux inqas minn mitejn lira iżda mhux iżjed minn ħamest
elef lira, jew dik il-multa u priġunerija flimkien; u barra minn hekk,
il-Qorti tista’ wkoll, fuq it-talba tal-prosekuzzjoni, tħassar il-
liċenzi kollha, b’ordnijiet bil-miktub jew permessi maħruġa lil jew
f’isem il-persuna misjuba ħatja in konnessjoni mal-post tax-xogħol
fejn ikun sar ir-reat:
Iżda ebda proċedimenti ma jittieħdu kontra xi persuna li,
wara li tkun irċeviet avviż mill-Awtorità  għall-pagament ta’ penali
ta’ mhux aktar minn mitejn lira għax tkun kisret xi disposizzjoni ta’
dan l-Att jew regolamenti magħmula taħt dan l-Att, tottempera
ruħha mad-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu, u tħallas dik il-
penali lill-Awtoritàà , fiż-żewġ każi fi żmien ħmistax-il ġurnata
minn meta tkun irċeviet dak l-avviż.
Kap. 9. (4) Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 370 tal-Kodiċi
Kriminali, proċedimenti għal reat kontra dan l-Att għandhom
jittieħdu quddiem il-Qorti tal-Maġistrati (Malta) jew il-Qorti tal-
Maġistrati (Għawdex), kif ikun il-każ, bħala qrati ta’ ġudikatura
kriminali.
(5) F’kull proċedimenti msemmija fis-subartikolu ta’ qabel
dan, l-Uffiċjal Eżekuttiv Ewlieni jew kull uffiċjal delegat mill-
imsemmi Uffiċjal Eżekuttiv Ewlieni, jista’ jeżamina jew jikkontro-
eżamina x-xhieda, jipproduċi provi, jagħmel sottomissjonijiet biex
isostni l-akkuża u b’mod ġenerali jmexxi l-prosekuzzjoni f’isem il-
Pulizija, u d-dikjarazzjoni bil-ġurament ta’ l-uffiċjal li huwa ġie
hekk delegat għal dak il-għan għandha tkun prova konklużiva ta’
dak il-fatt.
(6) Minkejja d-disposizzjonijiet tas-subartikolu ta’ qabel dan,
l-Uffiċjal Eżekuttiv Ewlieni jew l-uffiċjal delegat skond is-
subartikolu (5) jistgħu jinġiebu bħala xhieda, iżda jekk ix-xiehda
tagħhom tkun meħtieġa bħala parti mill-każ tal-prosekuzzjoni,
huma għandhom jinstemgħu qabel ma jibdew jaġixxu kif stabbilit
fis-subartikolu (5) sakemm il-ħtieġa tax-xiehda tagħhom ma
tinqalax sussegwentement.
(7) Minkejja d-disposizzjonijiet tal-Kodiċi Kriminali, l-Avukat
Ġenerali għandu dejjem ikollu dritt għal appell minn kull deċiżjoni
mogħtija mill-Qorti tal-Maġistrati (Malta) jew mill-Qorti tal-
Maġistrati (Għawdex) dwar proċedimenti għal reat kontra dan l-Att
AWTORITÀ  GĦAS-SAĦĦA U S-SIGURTÀ  
FUQ IL-POST TAX-XOGĦOL ġ KAP. 424. 25
jew regolamenti magħmula taħt dan l-Att.
(8) Il-pieni msemmijin f’dan l-Att għandhom japplikaw ħlief
jekk il-fatt jikkostitwixxi reat aktar gravi skond il-Kodiċi Kriminali
jew kull liġi oħra, f’liema każ il-Kodiċi Kriminali jew dik il-liġi l-
oħra għandhom japplikaw. 
(9) Minkejja id-disposizzjonijiet tal-Kodiċi Kriminali, il-
proċedimenti għal reat skond dan l-Att jistgħu jinbdew fi żmien sitt
snin mill-għemil tar-reat.
TAQSIMA IX
Riżerva
Riżerva.
Fabbriki* u li kienu ġew miżmuma fis-seħħ taħt l-Att għall-
Promozzjoni tas-Saħħa u s-Sigurtà  fuq ix-Xogħol#, hawnhekk iżjed
’l quddiem imsejjaħ "l-Att revokat", kif ukoll ir-regolamenti
magħmulin taħt l-Att revokat, għandhom ikomplu jseħħu u
jkollhom effett bħallikieku saru taħt dan l-Att, u jistgħu jiġu hekk
emendati jew revokati, u d-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 38
għandhom japplikaw għal kull ksur ta’ dawk ir-regolamenti
bħallikieku kienu regolamenti magħmulin taħt dan l-Att:
Iżda l-espressjoni "fabbrika" f’xi regolament magħmul taħt
l-Ordinanza dwar il-Fabbriki, jew taħt l-Att revokat, u li jkun
miżmum fis-seħħ kif hawn aktar qabel imsemmi għandha
tinftiehem bħallikieku kienet l-espressjoni "post tax-xogħol" u
għandu jkollha l-istess tifsir mogħti lill-espressjoni "post tax-
xogħol" fl-artikolu 2, u kull referenza f’dawk ir-regolamenti għall-
Ordinanza jew għall-Att revokat għandha tiftiehem bħala referenza
għal dan l-Att. 
*Revokata bl-Att VII ta’ l-1994.
#Revokat b’dan l-Att.
