KONSERVAZZJONI U L-AMMINISTRAZZJONI TAS-SAJD ġ KAP. 425. 1
KAPITOLU 425
ATT DWAR IL-KONSERVAZZJONI U 
L-AMMINISTRAZZJONI TAS-SAJD
ATT biex jipprovdi għar-regolazzjoni, konservazzjoni u
amministrazzjoni tas-sajd f’Malta u għal ħwejjeġ inċidentali għalihom.
4 ta’ Ġunju, 2001
Att II ta’ l-2001.
TAQSIMA I 
PRELIMINARI
Titolu fil-qosor.
Konservazzjoni u l-Amministrazzjoni tas-Sajd.
Tifsir.
xort’oħra -
"area ta’ konvenzjoni" tfisser, dwar xi konvenzjoni
internazzjonali, l-area li għaliha tirreferi l-konvenzjoni;
"bastiment" tfisser bastiment li jaħdem bl-istim jew bil-makni,
lanċa, dgħajsa, hovercraft, jew biċċa tal-baħar li togħdos jew li
tibqa’ fil-wiċċ, ta’ kull deskrizzjoni;
"bastiment tas-sajd" tfisser kull bastiment ta’ liema daqs ikun u li
jitmexxa b’xi mod li jkun li fil-mument ikun qed jintuża għal ħidma
ta’ sajd jew għall-ipproċessar, ħażna jew ġarr ta’ ħut jew għal xi
ħidmiet (inkluż trasbord ta’ ħut) anċillari għal dan, iżda ma tinkludi
ebda bastiment użat għall-ġarr ta’ ħut jew prodotti ta’ ħut bħala
parti mill-merkanzija ġenerali tiegħu; 
"bastiment barrani tas-sajd" tfisser kull bastiment tas-sajd li la
jkun bastiment tas-sajd lokali u lanqas bastiment tas-sajd tal-
konvenzjoni;
"bastiment tas-sajd liċenzjat" tfisser bastiment mogħti liċenza
jew permess biex jistad skond l-artikoli 8, 9 jew 10;
"bastiment tas-sajd lokali" tfisser kull bastiment -
(a) li jkun proprjetà  ta’ persuna waħda jew iżjed li
ordinarjament jirrisjedu f’Malta, jew
(b) li jkun għal kollox proprjetà  ta’ kumpannija, soċjetà
jew assoċjazzjoni ta’ persuni nkorporata jew stabbilita
skond il-liġijiet ta’ Malta u kontrollata minn persuna
waħda jew iżjed li ordinarjament jirrisjedu f’Malta;
"bastiment tas-sajd tal-konvenzjoni" tfisser bastiment tas-sajd li
jkun ta’ pajjiż li jkun parti f’konvenzjoni li Malta wkoll tkun parti
fiha u li l-bastimenti tas-sajd tiegħu jkunu ġew dikjarati mill-
Ministru b’avviż fil-Gazzetta li huma bastimenti tal-konvenzjoni;
"Bord" tfisser il-Bord tas-Sajd imwaqqaf skond l-artikolu 5;
"Direttur" tfisser id-Direttur responsabbli mis-sajd maħtur bis-
2 KAP. 425. ħ KONSERVAZZJONI U L-AMMINISTRAZZJONI TAS-SAJD
saħħa ta’ l-artikolu 4 jew kull persuna li lilha jista’ jiddelegalha xi
funzjonijiet skond l-artikolu 4(2);
"ħut" tfisser kull annimal akwatiku, sew jekk pixxin u sew jekk
le u tinkludi frott tal-baħar bil-qoxra, krustaċeji, sponoż, rizzi,
fkieren, mammli akwatiċi u ż-żgħar, frieħ, bajd u qxur tagħhom kif
ukoll partijiet minnhom u ikel imnissel mill-ħut;
"ibħra interni" tfisser dawk l-ibħra li jmissu fuq in-naħa tax-
xtajta tal-linji bażi li minnhom jitkejlu l-ibħra territorjali ta’ Malta;
"ibħra tas-sajd" tfisser l-ibħra tas-sajd ta’ Malta kif imfisser
skond l-artikolu 3;
"kaptan" tfisser, dwar bastiment tas-sajd, il-persuna li fil-
mument ikollha l-kmand jew tkun inkarigata mill-ħidma tas-sajd
abbord il-bastiment;
"konvenzjoni" tinkludi trattat, ftehim jew arranġament ieħor;
"liċenza tas-sajd" tfisser liċenza jew permess għas-sajd kif
provdut skond dan l-Att;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għas-sajd;
"proċessar", dwar ħut, tinkludi tindif, filleting, iffriżar, tqegħid
fil-laned, salmura, affumikazzjoni, tisjir, immarinar, tnixxif jew
priżervazzjoni jew tħejjija oħra ta’ ħut b’kull metodu jkun li jkun;
"qroll" tfisser l-iskeletru kalkarju mnissel minn kolenterati
polipojdi tal-klassi anthozoa;
"reġistru ta’ bastimenti tas-sajd" tfisser ir-reġistru ta’ bastimenti
tas-sajd lokali miżmum mid-Direttur skond l-artikolu 7;
"sajd" tfisser -
(a) il-qbid jew teħid ta’ ħut mill-baħar li kiber b’mod
totalment naturali;
(b) kull attività  oħra li b’mod ġenerali tkun mistennija li
tirriżulta fil-qbid jew teħid ta’ ħut, jew it-trobbija ta’
ħut;
(ċ) kull ħidma fuq il-baħar li tgħin lil xi attività  kif
deskritt fil-paragrafi (a) u (b);
"sajd kummerċjali" tfisser il-qbid jew it-teħid ta’ ħut għall-bejgħ;
"sajjied kummerċjali" tfisser:
(a) fil-każ ta’ individwu, persuna li tkun taħdem jew bi
ħsiebha taħdem fis-sajd għall-bejgħ matul is-sena
kollha jew fi staġun speċifiku jew parti minn staġun
kull sena u li tissodisfa lid-Direttur li matul dak iż-
żmien li fih taħdem fis-sajd għall-bejgħ tkun
tiddependi mill-attivitatjiet tagħha tas-sajd għad-dħul
kollu tagħha jew parti minnu; jew
(b) fil-każ ta’ kumpannija, soċjetà  jew assoċjazzjoni ta’
persuni, tkun tissodisfa lid-Direttur li jkollha
investiment sostanzjali fl-industrija tas-sajd jew li tkun
bi ħsiebha tagħmel investiment sostanzjali fl-industrija
tas-sajd jew industrija anċillari;
KONSERVAZZJONI U L-AMMINISTRAZZJONI TAS-SAJD ġ KAP. 425. 3
"stabbiliment ta’ l-akwakultura" tfisser kull area, għeluq,
konfini, post jew struttura mibnija jew użata fuq l-art jew fil-baħar
għall-koltivazzjoni ta’ ħut tal-baħar jew ta’ l-ilma ħelu u tinkludi
kull sodda għall-koltivazzjoni ta’ gajdri jew frott ieħor tal-baħar
jew ċattra jew struttura oħra wżati għall-koltivazzjoni ta’ gajdri u
frott ieħor tal-baħar;
"trasbord ta’ ħut" tfisser it-trasferiment ta’ ħut minn bastiment
tas-sajd għal ieħor sew jekk il-ħut ikun tgħabba għall-ewwel darba
fuq il-bastiment li jkun qed jagħmel it-trasferiment u sew jekk le;
"uffiċjal għat-tħaris tas-sajd" tfisser id-Direttur u kull wieħed
mill-uffiċjali għat-tħaris tas-sajd provdut għalihom skond l-artikolu
4(4) u (5) u kull persuna li għall-finijiet ta’ dan l-Att tkun
awtrorizzata minn uffiċjal għat-tħaris tas-sajd jew tkun qed taġixxi
taħt l-ordnijiet tiegħu;
"uffiċjal tas-sajd tal-konvenzjoni" tfisser persuna maħtura mill-
gvern ta’ pajjiż ieħor jew li jkollha s-setgħa skond il-liġijiet ta’ dak
il-pajjiż li tenforza konvenzjoni, li Malta tkun parti fiha, u li
tipprovdi għat-tħaris u t-tmexxija ta’ ħidmiet tas-sajd jew ħidmiet
anċillari għalihom.
TAQSIMA II 
IBĦRA TAS-SAJD
Ibħra tas-sajd.
(a)  l-ibħra interni;
Kap. 226.
(b) l-ibħra territorjali hekk dikjarati skond l-artikolu 3(2)
ta’ l-Att dwar l-Ibħra Territorjali u ż-Żona Kontigwa; u 
(ċ) kull ibħra oħra li dwarhom bi proklama, liġi jew
konvenzjoni li tkun fis-seħħ, jew li jkollha forza ta’
liġi, f’Malta jkunu ġew dikjarati drittijiet sovrani
għall-fini ta’ esplorazzjoni u esplojtazzjoni,
konservazzjoni u amministrazzjoni ta’ riżorsi ħajjin
f’dawk l-ibħra.
TAQSIMA III 
AMMINISTRAZZJONI
Direttur 
responsabbli mis-
sajd u uffiċjali 
għat-tħaris tas-
sajd.
4. (1) Dan l-Att ikun amministrat mid-Direttur li jkun uffiċjal
pubbliku, li jkun maħtur mill-Prim Ministru, u li jkun responsabbli
għal -
(a) il-konservazzjoni ta’ ħut (stocks) li jeżistu b’mod
naturali;
(b) it-teħid ta’ dawk il-miżuri li jidhirlu xierqa għat-tħaris
ta’ stokkijiet ta’ ħut mill-effetti ta’ tniġġiż sew jekk
għal żmien kontinwu jew għal żmien qasir u mill-
effetti li huma jew jistgħu jkunu ta’ ħsara għall-
istokkijiet ta’ ħut, u l-miżuri li għandhom jittieħdu
biex it-tniġġiż jispiċċa jew ikun kontrollat;
(ċ) l-istima ta’ stokkijiet ta’ ħut u l-ġbir ta’ statistika,
magħduda dettalji dwar qbid ta’ ħut;
4 KAP. 425. ħ KONSERVAZZJONI U L-AMMINISTRAZZJONI TAS-SAJD
(d) l-iżvilupp u l-amministrazzjoni tas-sajd;
(e) iż-żamma ta’ reġistru ta’ bastimenti tas-sajd u tas-
sidien u nies li jaħdmu fl-industrija tas-sajd;
(f) monitoring, kontroll u sorveljanza ta’ ħidmiet tas-sajd;
(g) ir-regolazzjoni tat-tmexxija ta’ ħidmiet tas-sajd,
magħduda ħidmiet ta’ akwakultura u ħidmiet anċillari
għalihom;
(h) il-ħruġ, bdil, sospensjoni u revoka ta’ permessi  u
liċenzi għal sajd, akwakultura, trasbord, tgħamir tas-
sajd u ħidmiet oħra li jeħtieġu permessi u liċenzi skond
dan l-Att;
(i) il-ġbir ta’ drittijiet dwar permessi u liċenzi u ta’
reġistrazzjonijiet fir-reġistru ta’ bastimenti tas-sajd u
kategoriji oħra ta’ permessi u liċenzi msemmija fil-
paragrafu (h);
(j) l-għemil ta’ dawk ir-rapporti lill-Ministru li dan ikun
jeħtieġ jew li d-Direttur jidhirlu xieraq li jagħmel;
(k) it-teħid tal-miżuri xierqa b’konsultazzjoni ma’ dik l-
awtorità  li minn żmien għal żmien tkun responsabbli
għall-ambjent sabiex speċi protetti ma jinqerdux;
(l) ħwejjeġ oħra li skond dan l-Att għandhom ikunu
amministrati.
(2) Id-Direttur jista’, bil-miktub, jawtorizza lil kull uffiċjal
pubbliku biex jeżerċita s-setgħat kollha tad-Direttur skond dan l-
Att jew uħud minnhom, jew flimkien miegħu jew meta jkun nieqes,
b’dawk il-kondizzjonijiet, magħduda dawk li għandhom x’jaqsmu
ma’ restrizzjonijiet territorjali, kif jista’ jistipula fl-
awtorizzazzjoni.
(3) Id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (2) jkunu bla ħsara
għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 34(10).
(4) Dan l-Att ikun infurzat mill-uffiċjali għat-tħaris tas-sajd li
jaġixxu taħt id-direzzjoni tad-Direttur u għal dan l-għan l-uffiċjali
għat-tħaris tas-sajd ikollhom is-setgħat mniżżlin fl-artikolu 19.
(5) Il-persuni li ġejjin ikunu uffiċjali għat-tħaris tas-sajd għall-
finijiet ta’ dan l-Att-
(a) persuni li jkunu maħtura uffiċjali tas-sajd mid-
Direttur;
(b) il-membri kollha tal-Korp tal-Pulizija ta’ Malta; u
(ċ) il-membri kollha tal-Forzi Armati ta’ Malta.
Bord dwar is-
Sajd.
5.  (1) Qiegħed hawnhekk jitwaqqaf bord li jkun magħruf
bħala l-Bord dwar is-Sajd.
(2) Il-Bord ikun magħmul mid-Direttur, ex officio bħala
Chairman u mill-membri li ġejjin maħtura mill-Ministru -
(a) membru mid-Dipartiment tas-Sajd, wara
konsultazzjoni mad-Direttur, li jkun deputat chairman;
(b) membru minn fost u nominat mis-sajjieda kummerċjali
KONSERVAZZJONI U L-AMMINISTRAZZJONI TAS-SAJD ġ KAP. 425. 5
minn persuni li huma sajjieda kummerċjali ai termini
tal-paragrafu (b) tad-definizzjoni ta’ ''sajjied
kummerċjali'' fl-artikolu 2 ta’ dan l-Att;
(ċ) membru minn fost u nominat mill-Federazzjoni tas-
Sajjieda Dilettanti;
(d) membru minn fost u nominat minn pitkali tal-
pixkerija;
(e) membru minn fost u nominat minn bejjiegħa tal-ħut bl-
imnut;
Kap. 278.
(f) seba’ membri oħra minn fost persuni li jkollhom
interess fi ħwejjeġ jew li jkollhom tagħrif dwar
ħwejjeġ li għandhom x’jaqsmu mas-sajd jew ma’ l-
industrija tas-sajd, li erbgħa minnhom ikunu nominati
minn ko-operattivi ta’ sajjieda reġistrati skond l-Att
dwar il-Ko-operattivi;
(g) membru mid-Dipartiment tal-Protezzjoni ta’ l-
Ambjent nominat mill-Ministru responsabbli għal dak
id-dipartiment;
(h) membru mill-Forzi Armati ta’ Malta nominat mill-
Ministru responsabbli għall-armata.
(3) Il-membri fil-Bord ikunu maħtura, bla ħsara għad-
disposizzjonijiet tas-subartikoli (4) u (5), għal perjodu ta’ tliet snin.
(4) Membru tal-Bord jista’ jirriżenja mill-kariga tiegħu f’kull
żmien billi jagħti avviż bil-miktub lill-Ministru.
(5) Il-Ministru jista’ f’kull żmien ineħħi membru tal-Bord
minħabba inkapaċità  fit-twettiq tal-funzjonijiet tiegħu, falliment
jew traskuraġni tad-dmirijiet.
(6) Il-quorum meħtieġ għal-laqgħat tal-Bord ikun iċ-Chairman
jew, fin-nuqqas tiegħu, id-deputat chairman, u ħames membri oħra.
(7) Id-Direttur għandu jaħtar uffiċjal pubbliku fid-dipartiment
tiegħu biex jagħmilha ta’ segretarju tal-Bord.
(8) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan l-Att, il-
Bord jista jirregola l-proċeduri u l-laqgħat tiegħu stess b’dak il-
mod li jidhirlu xieraq.
Funzjonijiet tal-
Bord.
6. Ikun id-dmir tal-Bord li jagħti pariri lill-Ministru fuq kull
ħaġa li l-imsemmi Ministru jista’ jirreferilu u b’mod ġenerali dwar
l-iżvilupp, l-amministrazzjoni u l-konservazzjoni tas-sajd f’Malta u
b’mod partikolari għandu -
(a) jikkonsidra u jagħmel proposti għall-għemil ta’
regolamenti skond l-artikolu 38 u kull leġislazzjoni
oħra li tista’ taffettwa l-industrija tas-sajd;
(b) jikkonsidra u jagħmel proposti għall-introduzzjoni ta’
miżuri li jipprojbixxu jew jirrestrinġu l-qbid ta’ speċi
ta’ ħut jew miżuri oħra li jfissru konservazzjoni ta’ l-
istokkijiet ta’ ħut;
(ċ)  jikkonsidra u jagħmel proposti sabiex isiru ftehim jew
arranġamenti skond l-artikolu 18;
6 KAP. 425. ħ KONSERVAZZJONI U L-AMMINISTRAZZJONI TAS-SAJD
(d) jikkonsidra kull ħaġa referita lilu minn membru tal-
Bord, minn dipartiment tal-Gvern jew minn xi membru
tal-pubbliku u jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu
dwarhom jekk u kif il-Bord jidhirlu xieraq;
(e) jissottometti lill-Gvern dawk il-proposti li jidhirlu
xierqa;
(f) jissottometti lill-Ministru rapport annwali ta’ l-
attivitajiet tiegħu;
(g) jaqdi dawk il-funzjonijiet u dmirijiet oħra li jistgħu
jkunu preskritti.
TAQSIMA IV 
BASTIMENTI TAS-SAJD LOKALI
Reġistrazzjoni ta’ 
bastimenti tas-
sajd lokali.
7. (1)  Id-Direttur għandu jżomm reġistru tal-bastimenti tas-
sajd lokali li jinkludi s-sidien u l-kaptan tal-bastimenti u min
jaħdem fuqhom.
(2) Sid ta’ bastiment tas-sajd lokali li jkun bi ħsiebu juża l-
bastiment għas-sajd jista’ japplika għand id-Direttur bil-mod
preskritt sabiex ikun reġistrat fir-reġistru ta’ bastimenti tas-sajd.
(3) Bastiment ma jkunx reġistrat skond dan l-artikolu kemm-il
darba -
Kap. 234. (a) ma jkunx reġistrat skond l-Att dwar il-Bastimenti
Merkantili jekk dan ikun hekk meħtieġ bil-liġi;
(b) il-bastiment ma jkollux il-marki ta’ identifikazzjoni
kif jista’ jiġi preskritt;
(ċ) il-bastiment ma jġorrx dak it-tagħmir u ma jkunx
iħares dawk il-ħtiġiet l-oħra li jistgħu jkunu preskritti;
(d) is-sid tal-bastiment ma jkunx ta dak it-tagħrif jew
ħares dawk il-ħtiġiet l-oħra jew regolamenti li jistgħu
jkunu preskritti.
(4) Id-Direttur jista’ jħassar kull reġistrazzjoni fir-reġistru ta’
bastimenti tas-sajd skond dan l-artikolu jekk xi waħda mill-ħtiġiet
tas-subartikolu (3) ma jibqgħux ikunu sodisfatti mill-bastiment
reġistrat fir-reġistru, iżda għandu jerġa jagħmel dik ir-
reġistrazzjoni malli jkun sodisfatt li dak in-nuqqas ikun rimedjat.
(5) Iċ-ċertifikat tar-reġistrazzjoni fir-reġistru ta’ bastimenti tas-
sajd lokali għandu, bla ħsara għas-subartikolu (4), ikun validu għal
sena u jkun jista’ jiġġedded.
Liċenzi għal 
bastimenti tas-
sajd lokali.
8. (1) Ebda bastiment tas-sajd lokali ma jista’ jintuża għal
sajd kummerċjali -
(a) fl-ibħra tas-sajd, jew
(b) f’xi area barra l-ibħra tas-sajd li biex tistad fiha tkun
meħtieġa liċenza jew permess skond dan l-Att,
kemm-il darba ma jkunx reġistrat fir-reġistru ta’ bastimenti tas-sajd
skond l-artikolu 7 u kemm-il darba ma jkunx awtorizzat li hekk jistad
skond liċenza jew permess mogħtija skond dan l-Att.
KONSERVAZZJONI U L-AMMINISTRAZZJONI TAS-SAJD ġ KAP. 425. 7
(2) Meta bastiment tas-sajd lokali jintuża bi ksur tas-
subartikolu (1), il-kaptan, is-sid u min jikrih ikunu ħatja, kull
wieħed minnhom, ta’ reat u jistgħu jeħlu, meta jinstabu ħatja, multa
ta’ mhux inqas minn elf lira iżda mhux iżjed minn ħamsa w għoxrin
elf lira kull wieħed.
Permessi biex 
bastimenti tas-
sajd lokali jkunu 
jistgħu jistadu 
barra l-ibħra tas-
sajd.
9. (1) Il-Ministru jista’, b’regolamenti, jeħtieġ lil sidien ta’
bastimenti tas-sajd li jkunu jixtiequ jistadu barra jew ġo l-ibħra tas-
sajd li japplikaw għand id-Direttur għal permess li bih ikun jista’
jsir sajd f’arei speċifikati f’dawk il-permessi, u kif provdut
għalihom fir-regolamenti.
(2) Regolamenti magħmula skond is-subartikolu (1) jistgħu
wkoll jipprovdu għal permessi li jagħtu jedd esklużiv għal sajd
f’arei speċifikati f’dawk il-permessi, u kif provdut għalihom fir-
regolamenti.
(3)  F’kull każ barra minn dak provdut għalih fl-artikolu
8(1)(b), kull persuna li tistad bla permess, meta dan il-permess ikun
meħtieġ b’regolamenti magħmula skond is-subartikolu (1), jew
tistad f’area li dwarha ma jkollhiex permess skond dawk ir-
regolamenti, tkun ħatja ta’ reat u teħel, meta tinstab ħatja, multa ta’
mhux inqas minn ħames mitt lira iżda mhux iżjed minn ħamest elef
lira.
TAQSIMA V 
BASTIMENTI TAS-SAJD BARRANIN
Sajd minn 
bastimenti 
barranin mingħajr 
liċenza hu projbit.
10. (1) Sajd minn bastiment barrani fl-ibħra tas-sajd hu projbit
jekk ma jkunx awtorizzat b’liċenza mogħtija skond dan l-Att.
(2) Meta xi bastiment tas-sajd jintuża bi ksur tas-subartikolu
(1), il-kaptan, is-sid u min jikrih ikunu, kull wieħed minnhom, ħatja
ta’ reat u jeħlu, meta jinstabu ħatja, multa ta’ mhux inqas minn
erbat elef lira iżda mhux iżjed minn ħamsin elf lira kull wieħed.
Avviż dwar ħut 
abbord meta 
bastimenti tas-
sajd barranin 
jidħlu fl-ibħra tas-
sajd.
11. (1) Kaptan ta’ bastiment tas-sajd barrani li jkollu ħut
abbord għandu - 
(a) qabel ma l-bastiment jidħol fl-ibħra tas-sajd; jew
(b) qabel ma l-bastiment jitlaq minn area ta’ l-ibħra tas-
sajd li fiha s-sid, il-kaptan, jew min jikrih ikollu
liċenza biex jistad,
javża lil uffiċjal għat-tħaris tas-sajd bl-ammonti, bid-
deskrizzjonijiet u bil-preżentazzjoni ta’ ħut abbord il-bastiment.
(2) Jekk kaptan jonqos li jagħti l-avviż meħtieġ skond is-
subartikolu (1), hu jkun ħati ta’ reat u jeħel, meta jinstab ħati, multa
ta’ mhux inqas minn elfejn lira iżda mhux iżjed minn ħamsa w
għoxrin elf lira.
8 KAP. 425. ħ KONSERVAZZJONI U L-AMMINISTRAZZJONI TAS-SAJD
TAQSIMA VI 
DWAR IL-BASTIMENTI TAS-SAJD KOLLHA
Ħtiġiet u 
kondizzjonijiet 
f’liċenza dwar 
bastimenti lokali 
u barranin.
12. (1) Liċenza tas-sajd għandha tingħata lill-kaptan, lis-sid
jew lill-kerrej dwar bastiment tas-sajd speċifikat.
(2) Il-ħruġ ta’ kull liċenza tas-sajd tkun fid-diskrezzjoni tad-
Direttur li jista’ jawtorizza, jew is-sajd b’mod ġenerali, jew għal
skopijiet ta’ konservazzjoni, jista’ jagħti awtorità  limitata bil-
miktub b’riferenza b’mod partikolari għal -
(a) area li fiha s-sajd ikun awtorizzat;
(b) il-perijodi, iż-żminijiet jew vjaġġi partikolari li
matulhom is-sajd ikun awtorizzat;
(ċ) id-deskrizzjonijiet, kwantitajiet, daqs u preżentazzjoni
ta’ ħut li jista’ jittieħed;
(d) il-mod tas-sajd.
(3) Liċenza tas-sajd tista’ tawtorizza s-sajd jew b’mod ġenerali
jew suġġetta għal dawk il-kondizzjonijiet li fil-fehma tad-Direttur
ikunu meħtieġa jew neċessarji biex ikun regolarizzat is-sajd fil-
baħar, jew il-konservazzjoni jew l-amministrazzjoni tas-sajd fl-
ibħra tas-sajd u b’mod partikolari liċenza jista’ jkollha, bla ħsara
għall-ġeneralità  ta’ l-imsemmija kondizzjonijiet, kondizzjonijiet
dwar-
(a) it-tniżżil fuq l-art ta’ ħut taħt l-awtorità  tad-detentur
tal-liċenza;
(b) l-immarkar tal-bastiment tas-sajd liċenzjat;
(ċ) ir-reġistrazzjoni tal-ħidmiet tas-sajd li għandhom
jinżammu abbord il-bastiment tas-sajd liċenzjat;
(d) it-tagħmir ta’ navigazzjoni u l-mapep li għandhom
jinġarru abbord il-bastiment tas-sajd liċenzjat; u 
(e) il-post jew il-postijiet fejn bastiment tas-sajd liċenzjat
jista’ jittrasborda l-ħut;
u jekk il-kaptan u s-sid jew il-kerrej tal-bastiment tas-sajd jiksru xi
waħda mill-kondizzjonijiet preskritti fil-liċenza, dan ikun ħati ta’
reat u jeħel, meta jinstab ħati, multa ta’ mhux anqas minn elf lira
iżda mhux iżjed minn għaxart elef lira.
(4)  Liċenza tas-sajd tista’ tkun -
(a) mibdula minn żmien għal ieħor, jew
(b) revokata jew sospiża,
jekk, fil-fehma tad-Direttur, dan ikun meħtieġ jew neċessarju biex
ikun regolat is-sajd fil-baħar, il-konservazzjoni u l-
amministrazzjoni tas-sajd fl-ibħra tas-sajd jew għall-benefiċċju
ekonomiku ta’ Malta.
(5) Ebda qorti ma tista’ toħroġ mandat ta’ inibizzjoni jew xi att
ieħor kawtelatorju biex twaqqaf lid-Direttur milli jagħmel xi ħaġa
li prima facie hu fil-poter tiegħu li jagħmel skond dan l-Att, qabel
ma jkun hemm sentenza finali li dak li jkun ser jagħmel ikun
illegali:
KONSERVAZZJONI U L-AMMINISTRAZZJONI TAS-SAJD ġ KAP. 425. 9
Iżda minn meta jsir xi appell kontra d-deċiżjoni tad-
Direttur skond l-artikolu 39 ta’ dan l-Att, u sakemm tingħata
sentenza finali fuq dak l-appell, id-Direttur ma jkunx jista’ jieħu
ebda azzjoni li jkollha x’taqsam direttament mal-kwistjoni li tkun
taħt appell.
(6) Jekk liċenza tas-sajd tkun varjata, revokata jew sospiża, id-
Direttur jista’, jekk jidhirlu xieraq fiċ-ċirkostanzi kollha tal-każ,
iħallas lura d-dritt kollu mħallas għal-liċenza jew parti minnu.
(7) Ma tista’ tittieħed ebda azzjoni għal danni kontra d-Direttur
minħabba fit-twettiq da parti tiegħu tas-setgħat skond is-
subartikolu (4).
Min iżomm il-ħut 
illegalment.
13. Kaptan ma jistax, abbord bastiment tas-sajd, fl-ibħra tas-
sajd, iżomm jew iħalli li jinżamm ħut li ma jkunx ittieħed skond
liċenza tas-sajd provduta skond dan l-Att jew f’ammont li jiskorri
dak li jippermettu r-regolamenti għall-protezzjoni ta’ stocks ta’ ħut.
Stivar ta’ tagħmir.
f’area ta’ l-ibħra tas-sajd jew, jekk ikun bastiment tas-sajd lokali,
wkoll f’xi area barra l-ibħra tas-sajd u jew -
(a) ikun projbit b’dan l-Att li jistad f’dik l-area; jew
(b) bil-liċenza tas-sajd jew xort’oħra jkun permess li jistad
biss għal ċerti speċi jew deskrizzjonijiet ta’ ħut f’dik l-
area,
f’dak il-każ, it-tagħmir tas-sajd tiegħu jew dik il-parti mit-tagħmir
li ma tkunx meħtieġa għas-sajd permess, għandhom ikunu stivati
b’dak il-mod li ma jkunux għal-lest li jintużaw għas-sajd jew stivati
b’dak il-mod l-ieħor li jista’ jkun preskritt.
(2) F’każ ta’ ksur tad-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu -
(a) il-kaptan tal-bastiment jeħel, meta jinstab ħati, multa
ta’ mhux inqas minn elfejn lira iżda mhux iżjed minn
ħamsa u għoxrin elf lira; u
(b) il-Qorti li timponi l-multa tista’ tordna l-konfiska ta’
kull tagħmir tas-sajd li jkun jinsab jew li jkun użat
minn xi persuna fuq il-bastiment jew meħud minn xi
persuna oħra mill-bastiment.
Tagħrif statistiku.
bastimenti tas-sajd, bastiment tas-sajd lokali jew qabel ma jagħti
liċenza tas-sajd, jeħtieġ lill-kaptan, lis-sid jew lill-kerrej tal-
bastiment tas-sajd speċifikat fl-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni
fir-reġistru, jew fl-applikazzjoni għal-liċenza, kif ukoll lill-pitkal,
li jagħtih dak it-tagħrif statistiku dwar is-sajd li jista’ jordnalu.
Trasbord u 
esportazzjoni ta’ 
ħut.
16. (1) Il-Ministru jista’ b’regolamenti jipprovdi għal-liċenza
ta’ trasbord jew aċċettazzjoni ta’ ħut minn bastimenti tas-sajd fl-
ibħra tas-sajd jew it-trasport mill-ibħra interni jew ibħra territorjali
minn xi bastiment ta’ ħut trasbordat minn xi bastiment ieħor.
(2) Ir-regolamenti magħmula skond is-subartikolu (1) jistgħu
japplikaw dawk ir-restrizzjonijiet u kondizzjonijiet ma’ l-għoti ta’
liċenzi jew permessi li l-Ministru jidhirlu xierqa u b’mod
partikolari jistgħu jipprovdu għal -
10 KAP. 425. ħ KONSERVAZZJONI U L-AMMINISTRAZZJONI TAS-SAJD
(a) l-arei li fihom ħut jista’ jiġi trasbordat;
(b) iż-żminijiet li fihom ħut jista’ jkun trasbordat jew
trasportat;
(ċ) in-numru ta’ trasbordi u trasportazzjonijiet li jistgħu
jsiru u l-kwantitajiet u deskrizzjonijiet ta’ ħut li jista’
jkun trasbordat jew trasportat.
(3) Regolamenti magħmula skond is-subartikolu (1) għandhom
jagħtu s-setgħa lid-Diretttur li, fl-għoti ta’ liċenzi jew permessi bis-
saħħa tagħhom, jimponi dawk il-kondizzjonijiet li jidhirlu meħtieġa
sabiex ikun regolat it-trasbord jew l-esportazzjoni ta’ ħut,
magħduda kondizzjonijiet dwar it-trattament abbord bastimenti tas-
sajd ta’ ħut riċevut abbord, u jistgħu jkunu imposti kondizzjonijiet
differenti dwar bastimenti tas-sajd differenti jew bastimenti tas-
sajd ta’ deskrizzjoni differenti.
TAQSIMA VII
ARRANĠAMENTI SPEĊJALI
Permessi għal 
riċerki dwar is-
sajd.
17. (1) Il-Ministru, li jaġixxi fuq il-parir tad-Direttur u wara
konsultazzjoni mal-Bord, jista’ jagħti permess lil kaptan, sid jew
kerrej ta’ bastiment speċifikat li jawtorizza sajd għal għanijiet ta’
riċerka xjentifika fl-ibħra tas-sajd jew f’arei ta’ l-ibħra tas-sajd.
(2) Id-detentur ta’ permess skond is-subartikolu (1) u l-
bastiment speċifikat f’dak il-permess għandhom, bla ħsara għad-
disposizzjonijiet tas-subartikoli (3), (4) u (5), ikunu eżentati mid-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, kif ikun speċifikat fil-permess.
(3) Il-bastiment tar-riċerka jkun suġġett għall-ispezzjoni mid-
Direttur jew minn kull uffiċjal ieħor delegat minnu u d-detentur tal-
permess jista’ jkun meħtieġ, fuq talba, li jagħti lid-Direttur rapport
tal-ħidmiet tiegħu.
(4) Permess mogħti skond is-subartikolu (1) ikun suġġett għal
dawk il-kondizzjonijiet, li jistgħu jinkludu l-applikazzjoni ta’ kull
disposizzjoni ta’ dan l-Att, kif ikun speċifikat fil-permess.
(5) Il-Ministru jista’ b’avviż bil-miktub mogħti lid-detentur ta’
permess skond is-subartikolu (1) -
(a) jirrevoka l-permess;
(b) jibdel jew jirrevoka l-kondizzjonijiet li għalihom ikun
suġġett il-permess jew jispeċifika aktar kondizzjonijiet
li għalihom il-permess għandu jkun suġġett.
Ftehim dwar 
aċċess għas-sajd.
18. (1) Il-Ministru jista’, wara konsultazzjoni mal-Bord, jibda
negozjati li jwasslu għal kull ftehim ta’ aċċess għas-sajd ma’ stati
oħra u assoċjazzjonijiet li jirrappreżentaw sidien jew kerrejja ta’
bastimenti tas-sajd li jipprovdi għall-allokazzjoni ta’ liċenzi tas-
sajd lil bastimenti minn dawk l-istati jew assoċjazzjonijiet.
(2) Kull ftehim negozjat skond dan l-artikolu għandu jinkludi
disposizzjoni li tipprovdi għar-responsabbiltà  ta’ l-istat barrani jew
ta’ l-assoċjazzjoni li jieħdu l-mizuri meħtieġa biex ikun żgurat
tħaris minn bastimenti ta’ dak l-istat jew ta’ dik l-assoċjazzjoni tal-
pattijiet u l-kondizzjonijiet tal-ftehim u tal-liġijiet dwar is-sajd fl-
KONSERVAZZJONI U L-AMMINISTRAZZJONI TAS-SAJD ġ KAP. 425. 11
ibħra tas-sajd.
(3) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu l-frazi "stat" tinkludi kull
organizzazzjoni ta’ integrazzjoni ekonomika reġjonali li lilha tkun
ingħatat is-setgħa mill-pajjiżi membri tagħha li tinnegozja ftehim
ta’ aċċess.
(4) Ebda ftehim ta’ aċċess dwar sajd magħmul skond dan l-
artikolu ma jkun ratifikat mill-Gvern sakemm din ir-ratifika ma
tkunx awtorizzata b’riżoluzzjoni tal-Kamra tad-Deputati.
TAQSIMA VIII
INFURZAR TA’ L-ATT
Setgħat ġenerali 
ta’ l-uffiċjali għat-
tħaris tas-sajd.
19. (1) Sabiex ikunu nfurzati d-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att,
uffiċjal għat-tħaris tas-sajd jista’ jeżerċita s-setgħat li ġejjin dwar
kull bastiment tas-sajd jew bastiment li jkun qed jistad fl-ibħra tas-
sajd:
(a) jista’ jwaqqaf il-bastiment;
(b) jista’ jeħtieġ lill-kaptan li jieqaf mis-sajd u li jtella’
lura abbord it-tagħmir tas-sajd;
(ċ) jista’ jeħtieġ lill-kaptan li jiffaċilita t-tlugħ abbord il-
bastiment bil-mezzi xierqa kollha;
(d) jista’ jitla’ abbord il-bastiment u jtella’ miegħu lil
dawk il-persuni l-oħra li jidhirlu meħtieġa biex
jgħinuh fit-twettiq tas-setgħat tiegħu;
(e) jista’ jeħtieġ lill-kaptan, lill-ekwipaġġ jew lil xi ħadd
biex jipproduċi, u l-uffiċjal jista’ jeżamina u jieħu
kopja ta’, kull ċertifikat ta’ reġistrazzjoni, liċenza, log
book uffiċjali, karta uffiċjali, artikoli ta’ ftehim,
reġistrazzjoni ta’ ħut maqbud u kull dokument ieħor
dwar il-bastiment u l-ekwipaġġ jew kull membru
tiegħu jew dwar xi persuna li tkun abbord il-bastiment,
li jkunu fil-pussess jew taħt il-kontroll tagħhom
abbord il-bastiment;
(f) jista’ jigbor flimkien l-ekwipaġġ tal-bastiment;
(g) jista’ jeħtieġ lill-kaptan biex jidher quddiemu biex
jagħtih spjegazzjoni dwar il-bastiment u kull membru
ta’ l-ekwipaġġ jew persuna oħra li tkun abbord il-
bastiment u dwar kull dokument imsemmi fil-
paragrafu (e);
(h) jista’ jagħmel kull tfittxija, eżami jew mistoqsija li
jidhirlu meħtieġa biex jara li ebda waħda mid-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att ma tkun inkisret;
(i) jekk ikollu raġuni xierqa jissuspetta li xi persuna tkun
għamlet reat kontra dan l-Att, jista mingħajr
ċitazzjoni, mandat jew proċedura oħra, jieħu lill-
persuna li tkun suspettata li għamlet ir-reat u jieħu jew
jeħtieġ lill-kaptan tal-bastiment biex jieħu dak il-
bastiment flimkien ma’ l-ekwipaġġ tiegħu, f’port
f’Malta sabiex issir kull tfittxija, eżami jew inkjesta u
sabiex iressqu jew iressaqhom quddiem qorti
12 KAP. 425. ħ KONSERVAZZJONI U L-AMMINISTRAZZJONI TAS-SAJD
kompetenti u sabiex iżomm jew iżommhom flimkien
mal-bastiment f’Malta sakemm ikun ingħata ġudizzju
dwar ir-reat allegat;
(j) jista’, meta jqis il-ħarsien mill-periklu tal-bastiment,
jieħu dawk il-passi sabiex bastiment tas-sajd maqbud,
meħud jew miżmum skond dan l-artikolu, ma jkunx
jista’ jiċċaqlaq, biex jiġi evitat li l-bastiment jittieħed
minn xi persuna qabel ma l-bastiment jinħeles skond l-
artikolu 23 jew 24, jew mill-Qorti;
(k) fil-każ ta’ xi reat kontra l-artikoli 8, 9 jew 10 jew
kontra regolamenti magħmula skond l-artikolu 16(1),
jista’ jaqbad kull bastiment kif ukoll kull tagħmir,
ħażna u merkanzija li fil-fehma tiegħu jkunu ntużaw
fl-għemil ta’ dak ir-reat jew li dwarhom jaħseb li jkun
sar dak ir-reat jew li jkunu riżultat ta’ xi reat;
(l) jista’ jaqbad kull tagħmir, strumenti jew apparat tas-
sajd li hu jaħseb li jkunu ġew użati fl-għemil ta’ dak ir-
reat;
(m) jista’ jaqbad kull ħut li hu jaħseb li jkun ittieħed jew
kull prodotti tal-ħut li jkunu ġew prodotti fl-għemil ta’
dak ir-reat;
(n) jista’ jaqbad jew jieħu kopji ta’ kull dokumenti li hu
jaħseb li jkunu relevanti għal xi reat bħal dak.
(2) Fl-eżerċizzju tas-setgħat imsemmija fis-subartikolu (1),
uffiċjal għat-tħaris tas-sajd jista’ juża jew jimpjega dik il-forza li
tkun raġonevolment meħtieġa.
(3) Is-setgħat mogħtija b’dan l-artikolu jistgħu jkunu eżerċitati
dwar bastiment tas-sajd irrispettivament jekk il-bastiment, fil-ħin
ta’ dak l-eżerċizzju, jkunx qed jistad jew jagħmel xi attivitajiet
oħra li b’xi mod għandhom x’jaqsmu mas-sajd.
Setgħat tad-dħul u 
tfittxija fuq l-art 
ta’ uffiċjali għat-
tħaris tas-sajd.
20. Sabiex ikunu nfurzati d-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att,
uffiċjal għat-tħaris tas-sajd jista’ -
(a) jidħol, f’kull ħin xieraq, f’kull post (li ma jkunx post
ta’ abitazzjoni) użat għat-tmexxija ta’ negozju li
għandu x’jaqsam mat-tħaddim ta’ bastimenti tas-sajd u
ma’ attivitajiet li huma anċillari għalih jew mat-
trattament, ħażna jew bejgħ ta’ ħut;
(b) jeħtieġ lil xi persuna li tkun fil-post biex tipproduċi
kull dokumenti li għandhom x’jaqsmu mal-qbid,
tniżżil l-art, trasbord, esportazzjoni, importazzjoni,
bejgħ jew tneħħija ta’ ħut;
(ċ) jekk ikollu raġunijiet xierqa biex jissuspetta li jkun sar
reat skond dan l-Att u li l-kawża tar-reat tista’ titneħħa
jew titrażżan -
(i) jidħol u jagħmel tfittxija mingħajr mandat, bl-
assistenza jew mingħajra, f’kull post imsemmi
fil-paragrafu (a), jew f’kull vettura, inġenju ta’
l-ajru, bastiment jew mezz ieħor ta’ trasport u
jiftaħ u jfittex kull bagalja, pakkett jew ħaġa
KONSERVAZZJONI U L-AMMINISTRAZZJONI TAS-SAJD ġ KAP. 425. 13
oħra;
(ii) jaqbad kull dokument jew kull tagħmir jew
oġġett li hu jaħseb li jkun intuża fl-għemil ta’
dak ir-reat;
(iii) jaqbad kull ħut li hu jaħseb li jkun intuża, kien
maniġġat jew proċessat fl-għemil ta’ dak ir-reat.
Setgħat ta’ l-
uffiċjali għat-
tħaris tas-sajd u 
ta’ l-uffiċjali tas-
sajd tal-
konvenzjoni għat-
tħaris tal-
konvenzjonijiet.
21. (1) Sabiex ikun żgurat it-tħaris tad-disposizzjonijiet ta’
kull konvenzjoni dwar tmexxija jew it-tħaris ta’ ħidmiet tas-sajd li
tagħha Malta tkun parti, uffiċjal tas-sajd tal-konvenzjoni dwar
bastiment tas-sajd lokali u uffiċjal għat-tħaris tas-sajd dwar
bastiment tas-sajd tal-konvenzjoni jew bastiment tas-sajd barrani
jistgħu jeżerċitaw f’kull post fil-limiti ta’ l-area tal-konvenzjoni,
barra mill-ibħra tas-sajd, is-setgħat mogħtija skond l-artikolu 19.
(2) Dan l-artikolu ma jawtorizzax lil uffiċjal għat-tħaris tas-
sajd jew lil uffiċjal tas-sajd tal-konvenzjoni biex jagħmel xi ħaġa li
ma tkunx awtorizzata bil-konvenzjoni li jkun qiegħed hemm biex
jinforza, lanqas ma jawtorizzah li jeżerċita, dwar bastiment ta’
pajjiż li jkun parti fil-konvenzjoni, xi setgħa li l-Gvern ta’ dak il-
pajjiż ikun għarraf lill-partijiet l-oħra tal-konvenzjoni li ma tistax
tiġi eżerċitata dwar il-bastimenti tas-sajd tiegħu.
(3) Kull persuna li fuq xi bastiment tas-sajd fl-ibħra tas-sajd
jew fuq bastiment tas-sajd lokali barra dawk l-ibħra -
(a) tonqos, mingħajr raġuni xierqa, li tħares xi ħtieġa
imposta jew li twieġeb għal xi mistoqsija ta’ uffiċjal
għat-tħaris tas-sajd skond dan l-artikolu; jew
(b) ma tħallix jew tipprova ma tħallix lil xi persuna oħra
milli tħares xi ħtieġa bħal dik jew li twieġeb għal xi
mistoqsija bħal dik; jew
(ċ) taħbat għal xi uffiċjal bħal dak waqt li jkun qed
jeżerċita xi waħda mis-setgħat mogħtija lilu skond dan
l-artikolu jew li volontarjament tfixkel lil dak l-uffiċjal
mill-eżerċizzju ta’ xi waħda minn dawk is-setgħat,
tkun ħatja ta’ reat u teħel, meta tinstab ħatja, multa ta’ mhux inqas
minn ħames mitt lira iżda mhux iżjed minn elfejn u ħames mitt lira.
(4) Id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (3) japplikaw dwar dak
li jsir fuq bastiment tas-sajd lokali f’area tal-konvenzjoni li jkun
qed jeżerċita s-setgħat biex jitħarsu d-disposizzjonijiet tal-
konvenzjoni f’dik l-area bl-istess mod kif japplikaw dwar dak li jsir
fuq xi bastiment tas-sajd f’dawk il-limiti minn jew dwar uffiċjal
għat-tħaris tas-sajd.
Indennizz.
uffiċjal għat-tħaris tas-sajd jew uffiċjal tas-sajd tal-konvenzjoni
dwar xi ħaġa li jkun għamel jew li naqas milli jagħmel in bona fide
fl-eżerċizzju tas-setgħat li jkollu skond dan l-Att jekk ikun hemm
raġuni xierqa għal dak l-għemil jew nuqqas.
Ħelsien ta’ 
bastimenti jew 
oġġetti jekk ma 
jinbdewx 
proċedimenti.
23. Meta bastiment tas-sajd jew xi ħaġa oħra jkunu ttieħdu,
nqabdu jew inżammu skond l-artikolu 19, u ma jinbdew ebda
proċedimenti fi żmien erbatax-il jum minn meta l-bastiment jew l-
oġġett ikun wasal fil-port, id-Direttur għandu, fuq talba tal-kaptan,
sid, kerrej jew aġent tal-bastiment, jeħles dak il-bastiment jew l-
14 KAP. 425. ħ KONSERVAZZJONI U L-AMMINISTRAZZJONI TAS-SAJD
oġġett.
Garanzija għall-
ħelsien ta’ 
bastimenti tas-
sajd.
24. (1) Meta bastiment tas-sajd ikun ittieħed, inqabad jew
inżamm skond dan l-Att u tkun saret akkuża kontra l-kaptan, is-sid
jew il-kerrej tal-bastiment għar-rigward tar-reat li għalih il-
bastiment ikun inżamm, il-kaptan, is-sid jew il-kerrej jew l-aġent
tas-sid jew tal-kerrej tal-bastiment jista’ f’kull żmien, qabel ma
tkun deċiża l-akkuża, jagħmel rikors quddiem il-Qorti li tkun ser
tiddeċiedi l-akkuża sabiex il-bastiment jinħeles ma’ l-għoti ta’
garanzija skond dan l-artikolu.
(2) Meta tisma’ r-rikors il-Qorti, wara li tiżgura li ebda xiehda
li tista’ tkun meħtieġa ser tiġi preġudikata b’hekk, għandha jew -
(a) jekk tkun sodisfatta li ngħatat garanzija xierqa lill-
Gvern dwar it-total ta’ l-ogħla piena li l-akkużat ikun
jista’ jeħel u l-kost u l-ispejjeż li l-Gvern jista’ jiġbor
lura skond l-artikolu 31 , tordna l-ħelsien tal-bastiment
tas-sajd; jew
(b) tordna l-ħelsien tal-bastiment tas-sajd malli persuna
jew persuni xierqa, approvati mill-Qorti, jipproduċu
obbligazzjoni favur il-Gvern fil-forma preskritta, u li
jkollha l-kondizzjonijiet imsemmija fis-subartikolu
(4), f’ammont ta’ mhux inqas fit-total mill-ogħla piena
li jista’ jeħel l-akkużat u l-kost u l-ispejjeż li l-Gvern
jista’ jiġbor lura skond l-artikolu 31.
(3) Minkejja d-disposizzjonijiet tas-subartikolu (2), il-Qorti
tista’, meta tkun sodisfatta li jkun hemm ċirkostanzi speċjali biex
tagħmel hekk, tordna li l-obbligazzjoni tkun f’ammont speċifikat li
ma jkunx inqas mill-inqas ammont meħtieġ b’dak is-subartikolu.
(4) Il-kondizzjonijiet ta’ l-obligazzjoni għandhom ikunu illi,
jekk -
(a) l-akkużat ma jinstabx ħati ta’ l-akkuża; jew
(b) l-akkużat, meta jinstab ħati ta’ l-akkuża, iħallas fi
żmien erbatax-il jum minn meta jkun instab ħati l-
ammont tal-kost u l-ispejjeż kollha li jkollu jħallas lill-
Gvern skond l-artikolu 31,
l-obligazzjoni tkun mingħajr effett, iżda li, jekk ma jkunx hekk, l-
obbligazzjoni tibqa’ fis-seħħ bl-effetti kollha tagħha.
(5) L-ammont speċifikat fl-obbligazzjoni jista’ jinġabar kollu
f’kull Qorti ta’ ġurisdizzjoni kompetenti bħala dejn in solidum
dovut lill-Gvern mill-persuna jew persuni li jkunu għamlu l-
obbligazzjoni kemm-il darba dik il-persuna jew dawk il-persuni ma
jippruvawx illi l-kondizzjonijiet li magħhom tkun marbuta l-
obbligazzjoni jkunu gew sodisfatti.
(6) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu, "bastiment tas-sajd"
tinkludi t-tagħmir kollu abbord jew użat mill-bastiment u tinkludi
wkoll il-ħut kollu li jkun ġie maqbud mill-bastiment skond dan l-
Att u li jkunu miżmuma abbord il-bastiment fil-kustodja tal-Gvern.
KONSERVAZZJONI U L-AMMINISTRAZZJONI TAS-SAJD ġ KAP. 425. 15
Disponiment ta’ 
ħut u oġġetti 
maqbuda li 
jistgħu 
jiddeterjoraw.
25. Meta xi ħut jew oġġetti oħra li jistgħu jiddeterjoraw
jinqabdu skond l-artikolu 19, id-Direttur jista’, wara li jiżgura li
kull xiehda li tista’ tkun neċessarja tkun preżervata, minkejja kull
disposizzjoni oħra ta’ dan l-Att, jew -
(a) jirritorna l-ħut jew oġġett l-ieħor lill-persuna li
mingħandha jkunu nqabdu malli jirċievi garanzija li
fil-fehma tad-Direttur tkun xierqa għall-valur
ekwivalenti tal-ħut jew oġġetti, bħala obbligazzjoni
jew kondizzjoni oħra għall-ħlas ta’ dak il-valur
ekwivalenti, fil-każ li l-Qorti tiddeċiedi li dak l-
ammont għandu jkun konfiskat favur il-Gvern; jew
(b) jordna li jsir bejgħ b’irkant pubbliku tal-ħut jew oġġett
ieħor u, jekk ikunu nbdew il-proċedimenti tal-Qorti,
jiddepożita fil-Qorti d-dħul mill-bejgħ sakemm
jingħata l-ordni mill-Qorti dwar il-konfiska jew
xort’oħra tad-dħul jew jillibera d-dħul favur il-persuna
li mingħandha l-ħut jew l-oġġett ikunu maqbuda skond
l-artikolu 19.
TAQSIMA IX
AKWAKULTURA
Stallazzjoni u 
tħaddim ta’ 
stabbiliment ta’ l-
akwakultura.
26. (1) Ebda persuna ma għandha tistalla jew tħaddem
stabbiliment ta’ l-akwakultura ħlief bl-awtorità  u skond il-
kondizzjonijiet ta’ permess ta’ l-akwakultura mogħti mid-Direttur
skond dan l-Att. Il-ħruġ ta’ dak il-permess ikun suġġett għal
konsultazzjoni mid-Direttur, maċ-Chairman ta’ l-Awtorità
Marittima ta’ Malta u maċ-Chairman ta’ l-Awtorità  ta’ l-Ippjanar
dwar l-allokazzjoni ta’ sit xieraq għall-istabbiliment ta’ l-
akwakultura.
(2) Persuna li tistalla jew tħaddem stabbiliment ta’ l-
akwakultura bi ksur tas-subartikolu (1) jew li, mingħajr l-awtorità
tas-sid ta’ stabbiliment ta’ l-akwakultura awtorizzat, tiġbor xi
prodotti ta’ dak l-istabbiliment, tkun ħatja ta’ reat u teħel, meta
tinstab ħatja, multa ta’ mhux inqas minn ħamest elef lira iżda mhux
iżjed minn għaxart elef lira.
Permess għall-
akwakultura.
27. (1) Permess għall-akwakultura jingħata lill-persuna
speċifikata fih u ma jkunx jista’ jiġi trasferit ħlief bil-permess bil-
miktub bil-quddiem tad-Direttur.
(2) Permess għall-akwakultura jagħti lid-detentur tal-permess
jeddijiet esklużivi biex jiġbor il-prodotti ta’ l-istabbiliment ta’ l-
akwakultura fl-area speċifikata fil-permess fuq l-art jew fil-baħar.
(3) Permess għall-akwakultura jkun suġġett għal dawk il-
kondizzjonijiet li fil-fehma tad-Direttur ikunu meħtieġa jew
spedjenti biex tkun regolata l-akwakultura, l-amministrazzjoni tas-
sajd u l-benefiċċju ekonomiku ta’ Malta, u b’mod partikolari
permess jista’ jkun fih, bla ħsara għall-ġeneralità  ta’ dak li ntqal
qabel-
(a) kondizzjonijiet dwar is-sit, disinn u materjali wżati fil-
kostruzzjoni ta’ l-istabbiliment ta’ akwakultura;
16 KAP. 425. ħ KONSERVAZZJONI U L-AMMINISTRAZZJONI TAS-SAJD
(b) kondizzjonijiet sanitarji ta’ ħut;
(ċ) miżuri biex speċi ta’ ħut li jidħlu f’Malta għall-
akwakultura ma jaħarbux;
(d) miżuri li jittieħdu biex jiġi evitat li jinfirex il-mard tal-
ħut fi stokkijiet ta’ ħut fl-ambjent naturali;
(e) disposizzjonijiet kummerċjali dwar il-bejgħ tal-ħut u
prodotti tal-ħut.
TAQSIMA X
PROJBIZZJONIJIET U REATI
Metodi ta’ sajd 
projbit.
28. (1) Kull persuna li fl-ibħra tas-sajd jew minn fuq
bastiment lokali barra l-ibħra tas-sajd -
(a) tuża xi velenu jew sustanza oħra li tagħmel ħsara
sabiex toqtol, tistordi, tinkapaċita jew taqbad ħut jew li
b’xi mod iġġib lil dak il-ħut fi stat li jkun jista’
jinqabad iktar malajr; jew
(b) iġġor jew ikollha fil-pussess jew taħt il-kontroll
tagħha, xi velenu jew sustanza oħra li tagħmel ħsara
f’ċirkostanzi li juru l-ħsieb li dawk l-esplożivi, velenu
jew sustanza jintużaw għal xi wieħed mill-għanijiet
imsemmija fil-paragrafu (a),
Kap. 33.
tkun ħatja ta’ reat skond dan l-artikolu u teħel, meta tinsab ħatja, l-
piena stabbilita skond l-artikolu 34 ta’ l-Ordinanza dwar l-
Esplożivi.
(2) Kull velenu jew sustanza oħra li tagħmel il-ħsara li jinstabu
abbord xi bastiment għandhom jitqiesu, sakemm ma jkunx ippruvat
il-kuntrarju, li kienu maħsuba għall-finijiet imsemmija fis-
subartikolu (1).
(3) Kull persuna li tniżżel l-art, tbiegħ, tirċievi jew tinstab fil-
pussess ta’ ħut meta tkun taf jew ikollha raġuni xierqa taħseb li dan
ikun ittieħed bi ksur ta’ dan l-artikolu tkun ħatja ta’ reat u teħel,
meta tinstab ħatja, multa ta’ mhux inqas minn elf lira iżda mhux
iżjed minn elfejn u ħames mitt lira.
Tfixkil ta’ l-
uffiċjali għat-
tħaris tas-sajd u 
tagħrif falz.
29.  (1) Kull persuna li -
(a) taħbat għal, tirreżisti jew volontarjament tfixkel lil,
uffiċjal għat-tħaris tas-sajd fit-twettiq tas-setgħat
tiegħu skond dan l-Att;
(b) tirrifjuta jew tittraskura li tħares xi ordni,
rekwiżizzjoni jew direzzjoni leġittimament mogħtija
jew magħmula skond dan l-Att;
(ċ) mingħajr raġuni xierqa tonqos li -
(i) twieġeb għal xi mistoqsija magħmula minn
uffiċjal għat-tħaris tas-sajd; jew
(ii) tipproduċi xi ħaġa li tkun meħtieġa tipproduċi,
skond dan l-Att;
(d) ma tħallix li ssir tfittxija jew spezzjoni skond dan l-
Att; jew
KONSERVAZZJONI U L-AMMINISTRAZZJONI TAS-SAJD ġ KAP. 425. 17
(e) ma tħallix jew tipprova ma tħallix lil xi persuna oħra
milli tħares dawk l-ordnijiet, rekwiżizzjonijiet jew
direzzjonijiet jew milli twieġeb għal dawk il-
mistoqsijiet, jew milli tipproduċi xi ħaġa jew milli
tħalli li ssir tfittxija jew spezzjoni,
tkun ħatja ta’ reat u teħel, meta tinstab ħatja, multa ta’ mhux inqas
minn mitejn lira iżda mhux iżjed minn elfejn u ħames mitt lira.
(2) Kull persuna li -
(a) sabiex tikseb xi liċenza, permess jew reġistrazzjoni fir-
reġistru ta’ bastimenti tas-sajd; jew
(b) sabiex turi li qed tħares ħtieġa biex tagħti xi tagħrif
skond dan l-Att,
tagħti tagħrif li tkun taf li hu falz f’xi punt materjali jew li bi
traskuraġni tagħti tagħrif li jkun falz f’xi punt materjali, tkun ħatja
ta’ reat u teħel, meta tinstab ħatja, multa ta’ mhux inqas minn
mitejn lira iżda mhux iżjed minn elf lira.
Reati, pieni u 
proċedimenti.
30. (1) Kull persuna li tikser xi waħda mid-disposizzjonijiet
ta’ dan l-Att li dwarha m’hemmx provduta piena speċifika, tkun
ħatja ta’ reat u teħel, meta tinstab ħatja, multa ta’ mhux anqas minn
mitejn lira iżda mhux iżjed minn ħamest elef lira.
(2) Meta persuna tinstab ħatja ta’ reat kontra dan l-Att, il-Qorti
tista’, b’żieda ma’ kull piena oħra li tista’ timponi, tordna li kull
tagħmir tas-sajd, strumenti u apparat użati fl-għemil ta’ dak ir-reat
u kull ħut abbord bastiment tas-sajd jew id-dħul mill-bejgħ tiegħu,
jekk ikun digà  nbiegħ, ikunu konfiskati favur il-Gvern u jekk jkunu
hekk konfiskati d-Direttur għandu jordna fid-diskrezzjoni tiegħu
x’isir minnhom.
(3) Għall-finijiet ta’ kull proċedimenti skond dan l-Att kull ħut
misjub abbord bastiment għandu, kemm-il darba ma jkunx ippruvat
il-kuntrarju, jitqies li jkun inqabad -
(a) fl-ibħra tas-sajd jew f’area fejn il-bastiment hu
meħtieġ li jkollu liċenza jew permess biex jistad, u
(b) qrib fejn ikun il-bastiment fil-ħin li l-ħut hekk jinstab,
meta l-liċenza jew il-permess għas-sajd jirrestrinġu
lill-bastiment tas-sajd biex jistad f’area partikolari.
(4) Attentat biex isir reat skond dan l-Att għandu minnu nnifsu
jitqies bħala reat u għandu jkun trattat bl-istess mod daqslikieku r-
reat ikun sar.
(5) Kull kaptan li jittrasborda, jirċievi abbord bastiment tas-
sajd, iġorr jew b’xi mod ieħor jittratta dwar ħut maqbud jew
trasbordat bi ksur ta’ dan l-Att ikun ħati ta’ reat.
(6) Meta persuna tinstab ħatja ta’ reat kontra dan l-Att għat-
tieni darba jew drabi oħra wara, din teħel id-doppju ta’ l-ogħla
piena għal dak ir-reat.
(7) Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ kull liġi oħra, kull
proċedimenti dwar reat kontra dan l-Att, li jinvolvu bastiment tas-
sajd barrani, ikunu preskritti jekk jgħaddu għaxar snin minn mindu
jkun sar ir-reat.
18 KAP. 425. ħ KONSERVAZZJONI U L-AMMINISTRAZZJONI TAS-SAJD
(8) Id-Direttur jista’, dwar prosekuzzjonijiet u proċedimenti
għal reati skond dan l-Att, jipproduċi l-provi, u jittratta l-każ
minflok, jew flimkien ma’, il-Pulizija quddiem il-Qorti.
(9) Ċertifikat li juri li jkun iffirmat mid-Direttur jew minn xi
uffiċjal awtorizzat minnu għal dak l-għan, fis-sens illi f’data
speċifikata fiċ-ċertifikat -
(a) bastiment tas-sajd speċifikat f’dak iċ-ċertifikat ma
kienx reġistrat fir-reġistru ta’ bastimenti tas-sajd,
lanqas ma kien liċenzjat jew speċifikat f’permess
skond dan l-Att; jew
(b) il-persuna akkużata jew xi persuna oħra msemmija ma
kenitx id-dententur ta’ liċenza jew permess skond dan
l-Att,
għandu, fin-nuqqas ta’ prova kuntrarja, ikun prova biżżejjed ta’ dak
li jkun dikjarat fiċ-ċertifikat.
TAQSIMA XI
PROĊEDIMENTI FIL-QORTI, PROĊEDIMENTI 
AMMINISTRATTIVI U PENALITAJIET
Proċedimenti fil-
Qorti.
Kap. 9.
31. (1) Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 370 tal-
Kodiċi Kriminali, il-Qorti tal-Maġistrati tkun il-qorti kompetenti li
tiġġudika reati kontra dan l-Att.
Kap. 9.
(2) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1),
proċedimenti kontra xi persuna għal reat kontra xi waħda mid-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att għandhom jinbdew quddiem il-Qorti
tal-Maġistrati bħala Qorti ta’ Ġudikatura Kriminali skond id-
disposizzjonijiet tal-Kodiċi Kriminali:
Kap. 9.
Kap. 284.
Iżda, minkejja d-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 376(1)(b)
tal-Kodiċi Kriminali, il-Qorti għandha, fuq talba ta’ xi waħda mill-
partijiet, tniżżel ix-xiehda bil-mod provdut bl-artikolu 391 ta’ l-
imsemmi Kodiċi jew bl-artikolu 3 ta’ l-Att dwar ir-Reġistrazzjoni
Elettro-Manjetika ta’ Proċedimenti jew b’xi liġi oħra li tkun fiż-
żmien fis-seħħ.
Kap. 9.
(3) Ħlief kif provdut speċifikament xort’oħra, id-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 23 tal-Kodiċi Kriminali ma jkunux
applikabbli għal reati kontra dan l-Att.
(4) Dwar proċedimenti għal reati kontra dan l-Att il-Qorti
tista’ tiddikjara favur il-Gvern dak il-kost u l-ispejjeż, magħduda
spejjeż li jkunu saru fl-eżerċizzju tas-setgħa skond l-artikolu
19(1)(i) u (j), li jkunu saru dwar dawk il-proċedimenti kif jidhrilha
xieraq.
Kap. 9.
(5) Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 413(1)(b) tal-
Kodiċi Kriminali, l-Avukat Ġenerali dejjem ikollu jedd ta’ appell
minn kull deċiżjoni mogħtija mill-Qorti tal-Maġistrati, bħala qorti
ta’ ġudikatura kriminali, dwar proċedimenti għal reat kontra dan l-
Att.
Reati tal-
konvenzjoni.
32. Il-Ministru jista’ b’ordni jipprovdi b’dak il-mod li jidhirlu
xieraq biex ikunu nfurzati kull restrizzjonijiet jew obbligi dwar sajd
fuq il-baħar, li jkunu jinsabu f’konvenzjoni li tagħha Malta tkun
KONSERVAZZJONI U L-AMMINISTRAZZJONI TAS-SAJD ġ KAP. 425. 19
parti, u jista’ jipprovdi fl-ordni li kull kontravenzjoni ta’ xi
restrizzjoni jew obbligu bħal dan tikkostitwixxi reat kontra dan l-
Att u min jagħmel ir-reat jeħel il-piena ta’ multa kif stabbilita fl-
ordni, liema multa ma għandhiex tkun aktar minn ħamsa w għoxrin
elf lira.
Telf ta’ liċenza, 
permess jew 
reġistrazzjoni fir-
reġistru ta’ 
bastimenti tas-
sajd.
33. (1) Meta persuna tinstab ħatja ta’ reat kontra dan l-Att
għat-tieni darba jew għal darb’oħra, dik il-persuna għandha, barra
kull piena oħra, titlef kull liċenza jew permess u kull reġistrazzjoni
fir-reġistru ta’ bastimenti tas-sajd magħmula skond dan l-Att
għandha titħassar. Il-persuna li tinstab ħatja għandha wkoll titlef
kull dritt imħallas għal xi liċenza jew permess mitlufa kif intqal
qabel jew għal kull reġistrazzjoni mħassra kif intqal qabel, u ma
tkunx tista’, qabel ma jgħaddu tliet snin mid-data li fiha tkun
instabet ħatja it-tieni darba jew l-aħħar darba, kif ikun il-każ, jerġa’
jkollha dik il-liċenza jew dak il-permess jew li tkun hekk reġistrata
skond dan l-Att.
(2) Minkejja d-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1), il-
Ministru jista’, fiċ-ċirkostanzi ta’ xi każ partikolari u meta ssirlu
talba fi żmien tletin jum mid-data li fiha persuna tkun instabet
ħatja, jibgħat dik it-talba lill-Kumitat maħtur skond l-artikolu
39(4).
(3) Il-Kumitat għandu, fi żmien mhux aktar tard minn ħamest
ijiem minn meta jkun irċieva t-talba mingħand il-Ministru, wara li
jistudja l-kwistjoni, jisma’ kull persuna li jidhirlu xierqa u jieħu l-
pariri kollha meħtieġa, jagħti parir bil-miktub lill-Ministru jekk
għandux il-Ministru jordna li d-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1)
ma jkunux japplikaw għal xi liċenza jew permess partikolari jew
għal xi reġistrazzjoni partikolari fir-reġistru ta’ bastimenti tas-sajd
li xort’oħra kienu jintilfu.
(4) Il-Ministru għandu jilqa’ jew jiċħad it-talba skond il-parir
tal-Kumitat.
Penalitajiet 
amministrattivi.
34.  (1) Meta d-Direttur ikollu raġuni xierqa jaħseb li -
(a) reat kontra dan l-Att ikun sar minn xi persuna dwar
bastiment tas-sajd; u
(b) ir-reat ikun ta’ natura ħafifa, u 
(ċ) meta jqis il-kondotta preċedenti tal-bastiment u tal-
persuna konċernata, ikun xieraq li tingħata piena
skond dan l-artikolu;
dan jista’ jagħti avviż bil-miktub fuq il-formula preskritta lil dik il-
persuna skond is-subartikolu (2) .
(2) Avviż skond is-subartikolu (1) għandu jispeċifika:
(a) id-data u x-xorta tar-reat;
(b) il-fatti fil-qosor li fuqhom ikun qed jiġi allegat li sar
reat (dawn il-fatti għandhom jitniżżlu b’mod sħiħ u
ġust biex il-persuna li dwarha ssir l-allegazzjoni
jkollha t-tagħrif meħtieġ);
(ċ) kull ħwejjeġ oħra (li ma jkunx ħtijiet preċedenti) li d-
Direttur jidhirlu rilevanti għall-għoti ta’ piena; u
20 KAP. 425. ħ KONSERVAZZJONI U L-AMMINISTRAZZJONI TAS-SAJD
(d) l-ammont tal-piena dovuta, u meta l-piena tkun
tiddependi minn ħtija preċedenti, id-data tal-ħtija,
u fl-avviż għandha titniżżel dikjarazzjoni li turi d-disposizzjonijiet
ta’ dan l-artikolu.
(3) Kull persuna li lilha jkun notifikat avviż skond is-
subartikolu (1), tista’ fi żmien tletin jum minn dik in-notifika tagħti
avviż fuq il-formula xierqa li jiġi notifikat lid-Direttur fejn teħtieġ
li l-proċedimenti dwar ir-reat allegat għandhom ikunu quddiem il-
Qorti, f’liema każ għandhom japplikaw id-disposizzjonijiet li
ġejjin:
(a) ma jittieħdu ebda proċedimenti oħra mid-Direttur
skond dan l-artikolu; u 
(b) ebda ħaġa f’dan l-artikolu ma għandha tiftiehem li
ttellef li jsiru xi proċedimenti dwar ir-reat allegat jew
li l-persuna tinstab ħatja tar-reat mill-Qorti jew l-
impożizzjoni ta’ xi piena jew konfiska skond dan l-Att
meta persuna tinstab hekk ħatja.
(4) Kull persuna li lilha jkun notifikat avviż skond is-
subartikolu (1) li tagħżel li ma jsiru ebda proċedimenti quddiem il-
Qorti dwar ir-reat allegat tista’ b’avviż bil-miktub lid-Direttur -
(a) tammetti r-reat, u
(b) tħallas l-ammont tal-penali lid-Direttur fi żmien tletin
jum minn meta jkun notifikat l-avviż tal-penali.
(5) Meta persuna tammetti reat skond dan l-artikolu, id-
Direttur għandu jimponi penalitajiet fuq dik il-persuna dwar ir-reat
li jkunu daqs terz ta’ l-ogħla piena monetarja li dik il-persuna
kienet teħel li kieku nstabet ħatja tar-reat mill-Qorti.
Kap. 12.
(6) Il-penali imposta skond is-subartikolu (5) tkun dovuta
bħala dejn ċivili li tkun tista’ tiġi infurzata mill-Qorti ta’
ġurisdizzjoni ċivili favur il-Gvern u d-dikjarazzjoni mill-persuna li
fuqha tkun imposta l-penali, fejn tammetti l-akkuża, tikkostitwixxi
titolu eżekuttiv għall-finijiet ta’ l-artikolu 253 tal-Kodiċi ta’
Organizzazzjoni u Proċedura Civili bl-istess mod daqslikieku
ngħatat sentenza tal-qorti kompetenti ta’ ġurisdizzjoni ċivili.
(7) Minkejja kull disposizzjoni oħra ta’ dan l-Att jew ta’ xi liġi
oħra, meta tkun saret ammissjoni ta’ reat skond dan l-artikolu ebda
akkuża ma għandha ssir dwar reat kontra xi persuna li tkun
ammettiet.
(8) Meta persuna li lilha jkun notifikat avviż skond is-
subartikolu (1) ma tamettix ir-reat fi żmien tletin jum minn meta
jkun notifikat, id-Direttur għandu jibda proċedimenti, jew jara li
jinbdew proċedimenti, quddiem il-Qorti dwar ir-reat allegat.
(9) Ebda ħaġa f’dan l-artikolu ma għandha tapplika -
(a) dwar xi reat skond l-artikolu 8(2), l-artikolu 9(3) jew l-
artikolu 10(2) ; jew
(b) għal xi reat li dwaru tkun saret akkuża.
(10) Id-Direttur għandu jeżerċita s-setgħat skond dan l-artikolu
personalment u fl-eżerċizzju ta’ dawk is-setgħat ma jkunx suġġett
KONSERVAZZJONI U L-AMMINISTRAZZJONI TAS-SAJD ġ KAP. 425. 21
għad-direzzjoni jew kontroll ta’ xi persuna jew awtorità  oħra.
Żamma jew 
konfiska ta’ 
bastiment tas-sajd 
għal nuqqas ta’ 
ħlas ta’ multa jew 
garanzija dwarha.
35. (1) Jekk xi multa u, jew ammont ta’ kost jew spejjeż ikunu
dikjarati mill-Qorti li huma dovuti mill-kaptan, sid jew kerrej ta’ xi
bastiment tas-sajd dwar ksur ta’ xi disposizzjoni ta’ dan l-Att, jew
ta’ xi ordni magħmul skond l-artikolu 32, il-Qorti tista’, jekk ma
tkun ingħatat ebda garanzija favur id-Direttur jew jekk jidhrilha li
dik il-garanzija ma tkunx biżżejjed, tordna li fin-nuqqas ta’ ħlas
immedjat l-akkużat jagħti garanzija għall-ħlas ta’ l-ammont dovut,
u jekk dik il-garanzija ma tingħatax għas-sodisfazzjon tal-Qorti,
din għandha tordna d-detenzjoni tal-bastiment tas-sajd konċernat
f’dak il-ksur, u dak il-bastiment tas-sajd ikun jista’ jinżamm
f’Malta sakemm jitħallas l-ammont dovut jew sakemm tingħata
garanzija biżżejjed għas-sodisfazzjon tal-Qorti.
(2) Jekk fi żmien tletin jum mill-ordni tal-Qorti l-multa ma
titħallasx jew il-garanzija ma tingħatax, il-Qorti tista’ tordna li fil-
każ ta’ xi reat kontra l-artikolu 8(2), l-artikolu 9(3) jew l-artikolu
10(2), kull bastiment u t-tagħmir tiegħu wżat fl-għemil tar-reat ikun
konfiskat favur il-Gvern u jekk ikunu hekk konfiskati għandu jsir
disponiment minnhom kif jista’ jiddeċiedi d-Direttur fid-
diskrezzjoni tiegħu.
TAQSIMA XII
ĠENERALI
Sistema ta’ 
sorveljanza.
36. Il-Ministru jkollu s-setgħa li jistabbilixxi sistema ta’
sorveljanza bażata fuq satellita biex jissorvelja fuq il-pożizzjoni ta’
bastimenti tas-sajd, kif ukoll ċentri ta’ sorveljanza fuq is-sajd.
Informazzjoni 
dwar sajd.
37. Il-Ministru jkollu s-setgħa li jgħaddi kull informazzjoni,
dwar l-isforzi li jsiru fis-sajd (fishing effort) minn xi bastiment tas-
sajd, lil xi terza persuna, kif ikun jidhirlu xieraq.
Setgħa għall-
għemil ta’ 
regolamenti.
38. (1) Il-Ministru jista’ jagħmel regolamenti sabiex jitwettqu
aħjar l-għanijiet ta’ dan l-Att.
(2) B’mod partikolari iżda bla ħsara għall-ġeneralità  tas-
subartikolu (1), dawk ir-regolamenti jistgħu jipprovdu dwar:
(a) kull ħaġa li għandha jew li tista’ tkun preskritta skond
dan l-Att;
(b) il-konservazzjoni, l-amministrazzjoni u t-tħaris ta’
riżorsi ta’ ħut magħduda l-istabbiliment ta’ arei
magħluqa u staġuni magħluqa, il-preskrizzjoni tal-
limiti dwar ammonti, daqs u piż ta’ ħut maqbud,
miżmum jew negozjat, il-preskrizzjoni tal-kobor tat-
toqob tax-xbiek, il-kontroll u l-użu ta’ tagħmir tas-
sajd, il-kontroll u l-projbizzjoni ta’ metodi tas-sajd u t-
tħaris ta’ stokkijiet ta’ ħut u l-post fejn jgħixu mill-
effetti attwali jew potenzjali ta’ miżuri li jittieħdu biex
it-tniġġiz ikun eliminat jew kontrollat;
(ċ) l-istabbiliment u l-amministrazzjoni ta’ arei għall-
preżervazzjoni ta’ stokkijiet ta’ ħut, inklużi l-mezzi ta’
nutriment tagħhom;
(d) il-ħtieġa ta’ liċenza għal kull xorta ta’ sajd magħduda
22 KAP. 425. ħ KONSERVAZZJONI U L-AMMINISTRAZZJONI TAS-SAJD
kull ħidma li għandha x’taqsam mas-sajd u reġistri
varji nkluż dak tal-bastimenti tas-sajd;
(e) ir-regolazzjoni ta’ sajd mid-dilettanti jew għall-
mogħdija taż-żmien;
(f) il-kwota jew it-total permess ta’ qbid ta’ xi ħut jew
dwar xi metodu ta’ sajd f’xi parti ta’ l-ibħra tas-sajd u
li jawtorizzaw lid-Direttur li jalloka kull kwota bħal
dik jew it-total permess ta’ qbid dwar dawk is-sajjieda
kummerċjali li jista’ jispeċifika b’avviż fil-Gazzetta;
(g) il-kontroll ta’ esplojtazzjoni ta’ riżorsi ta’ qroll u
sponoż;
(h) il-ħarsien ta’ fkieren, dniefel u annimali tal-baħar
oħra;
(i) ir-regolazzjoni ta’ l-importazzjoni ta’ oġġetti ħajjin
tal-baħar jew ħut ta’ l-ilma ħelu u ż-żgħar u l-bajd
tagħhom;
(j) il-promozzjoni u kontroll tal-koltivazzjoni ta’ ħut
magħdud il-ħruġ mid-Direttur ta’ kodiċi ta’ prattika
għall-manutenzjoni u tħaddim ta’ stabbilimenti ta’ l-
akwakultura;
(k) ir-regolazzjoni tal-bejgħ tal-ħut magħduda l-
allokazzjoni ta’ postijiet għal tniżżil l-art u l-kontroll
tal-maniġġ u t-trasport ta’ ħut u prodotti tal-ħut;
(l) ir-regolazzjoni tal-bejgħ tal-ħut magħduda l-
allokazzjoni ta’ swieq tal-ħut, il-kontroll ta’ rkantijiet
tal-ħut u r-reġistrazzjoni ta’ xerrejja u negozjanti tal-
ħut;
(m) ir-regolazzjoni ta’ skemi ta’ interventi fis-suq;
(n) ir-regolazzjoni kummerċjali ta’ l-esportazzjoni ta’ ħut
u prodotti tal-ħut;
(o) il-kontroll ta’ livelli ta’ kwalità  u gradazzjoni ta’ ħut
mibjugħ, esportat jew importat;
(p) il-ħlas ta’ drittijiet dwar applikazzjonijiet għal
permessi, liċenzi jew reġistrazzjonijiet, u dwar il-ħruġ
ta’ permessi, liċenzi jew reġistrazzjonijiet; kif ukoll l-
għoti minn applikanti għal liċenza u detenturi ta’
liċenza ta’ obbligazzjonijiet jew forom oħra ta’
garanzija, sabiex ikun żgurat it-tħaris ta’ obbligi u
pattijiet u kondizzjonijiet marbutin mal-liċenza
tagħhom;
(q) il-kondizzjonijiet u l-proċeduri għal applikaz-zjonijiet
għal kull permessi, liċenzi u reġistrazzjonijiet, jew
dokumenti oħra u l-formuli li għandhom jintużaw
għalihom;
(r) il-ħatra ta’ agenti lokali għal bastimenti tas-sajd
barranin;
(s) it-tqegħid ta’ osservaturi ta’ bastimenti tas-sajd;
(t) biex jirregola kull sistema ta’ sorveljanza bażata fuq
KONSERVAZZJONI U L-AMMINISTRAZZJONI TAS-SAJD ġ KAP. 425. 23
satellita li tista’ tiġi stabbilita skond l-artikolu 36, u
biex jimponi dawk l-obbligi fuq bastimenti tas-sajd li
jkunu meħtieġa għat-tħaddim xieraq ta’ dik is-sistema;
(u) il-kontroll ta’ kull skal pubbliku;
(v) rapporti li għandhom isiru għall-finijiet ta’ dan l-Att;
(w) it-tħaris ta,’ u l-implimentazzjoni ta’, obbligi ta’ Malta
taħt xi konvenzjoni u, jew trattat, u jistgħu jinkludu l-
applikazzjoni għal bastimenti tal-konvenzjoni ta’ kull
waħda mid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att li ma jkunux
jirreferu esklużivament għal bastimenti tas-sajd
barranin b’kull modifiki meħtieġa għal
disposizzjonijiet li jirreferu għal kull ħaġa, magħduda
kwalifika dwar proprjetarji ta’ bastimenti tas-sajd;
(x) regolamenti dwar saħħa u ħelsien mill-periklu kif ikun
xieraq; u
(y) l-impożizzjoni ta’ multa ta’ mhux inqas minn ħames
mitt lira iżda mhux iżjed minn elfejn u ħames mitt lira
għall-ksur ta’ xi wieħed minn dawk ir-regolamenti.
Reviżjoni ta’ 
deċiżjonijiet tad-
Direttur.
39. (1) Meta d-Direttur jiċħad l-għoti ta’ xi liċenza meħtieġa
skond jew taħt dan l-Att, jew ivarja dik il-liċenza jew iħassar l-
istess, il-persuna li tkun talbet il-liċenza jew il-persuna liċenzjata,
skond il-każ, ikollha d-dritt, mhux aktar tard minn ħamest ijiem ta’
xogħol, li tappella mid-deċiżjoni tad-Direttur permezz ta’ ittra lill-
Ministru fejn tagħti r-raġunijiet tagħha l-għala id-deċiżjoni tad-
Direttur għandha tiġi mħassra jew mibdula.
(2) Il-Ministru, malli jirċievi appell skond is-subartikolu (1),
għandu jibgħat l-istess appell lid-Direttur biex fi żmien jumejn
jagħmel rapport bil-miktub lill-Ministru, fejn jindika l-għala l-
appell għandu jiġi miċħud; iżda d-Direttur jista’ jekk jidhirlu li l-
appell ikun ġustifikat, jibdel id-deċiżjoni tiegħu skond l-appell u
jinforma lill-Ministru fiż-żmien mogħti lilu għar-risposta.
(3) Meta l-Ministru jirċievi r-risposta tad-Direttur, jew ikun
għadda ż-żmien għal dik ir-risposta bla ma jkun irċieva l-istess, hu
għandu minnufih jibgħat l-appell u r-risposta tad-Direttur, jekk
ikun hemm, lill-Kumitat imwaqqaf skond is-subartikolu (4) biex l-
istess Kumitat jagħtih parir dwar l-istess.
(4) Għandu jkun hemm Kumitat li jkun kompost minn dawk il-
membri tal-Bord tas-Sajd maħtura taħt l-artikolu 5(2)(g) u (h) u
mit-tliet membri ta’ l-istess Bord maħtura taħt l-artikolu 5(2)(f) li
ma jkunux ġew nominati minn ko-operativi tas-sajjieda; il-membru
maħtur skond il-paragrafu (h) fuq imsemmi jkun il-President ta’
dan il-Kumitat.
(5) Il-Kumitat għandu, fi żmien ħamest ijiem minn meta jkun
irċieva l-appell mingħand il-Ministru, jistudja l-kwistjoni, jisma’
kull persuna li jidhirlu xierqa, jieħu l-pariri kollha meħtieġa, u
jibgħat il-parir tiegħu bil-miktub, flimkien ma’ kull verbal ta’ kull
xiehda mismugħa u ta’ kull parir mogħti lill-Kumitat, lill-Ministru
dwar kif għandu jinqata l-appell.
(6) Il-Ministru għandu jaqta’ l-appell skond il-parir tal-
24 KAP. 425. ħ KONSERVAZZJONI U L-AMMINISTRAZZJONI TAS-SAJD
Kumitat u jagħti ordni bil-miktub lid-Direttur skond id-deċiżjoni
tiegħu; kopja ta’ kull deċiżjoni tal-Ministru għandha tintbagħat
ukoll lill-appellant.
TAQSIMA XIII
RIŻERVI
Riżervi. 
Kap. 10.
40. Kull leġislazzjoni sussidjarja magħmula taħt xi waħda mid-
disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar l-Industrija tal-Ħut, revokat b’dan l-
Att, jew taħt l-artikoli 305 u 306 tal-Kodiċi tal-Liġijiet tal-Pulizija,
imħassrin b’dan l-Att, għandhom, sakemm ma jsirux
disposizzjonijiet oħra taħt jew skond dan l-Att, jibqgħu fis-seħħ u
jkollhom effett bħallikieku saru taħt dan l-Att.
