KOMUNIKAZZJONIJIET U TRANSAZZJONIJIET ELETTRONIĊI ġ KAP. 426. 1
KAPITOLU 426
ATT DWAR IL-KOMUNIKAZZJONIJIET U 
TRANSAZZJONIJIET ELETTRONIĊI
ATT sabiex jipprovdi għar-rigward tal-kummerċ elettroniku u sabiex
jipprovdi dwar dak li għandu x'jaqsam ma' dan jew li hu anċillari għalih.
10 ta’ Mejju, 2002
L-ATT III ta’ l-2001, kif emendat bl-Att XXVII ta’ l-2002.
TAQSIMA I 
PRELIMINARI
Titolu fil-qosor.
Komunikazzjonijiet u Transazzjonijiet Elettroniċi.
Tifsir.
Emendat:
XXVII. 2002.59.
2. F’dan l-Att, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma teħtieġx
xort’oħra:-
"akkreditazzjoni volontarja" tfisser kull permess, li jistipula
drittijiet u obbligazzjonijiet speċifiċi għall-provdiment ta’ servizzi
ta’ ċertifikazzjoni ta’ firma li jingħata fuq talba mill-provditur ta’
servizz ta’ ċertifikazzjoni ta’ firma involut, minn korp pubbliku jew
privat inkarigat bl-elaborazzjoni ta’, u s-sorveljanza ta’ konformità
ma’, dawk id-drittijiet u obbligazzjoni, meta l-provditur ta’ servizz
ta’ ċertifikazzjoni ta’ firma ma jkollux jedd jeserċita d-drittijiet li
joħorġu mill-permess sakemm din tkun irċeviet id-deċiżjoni tal-
korp;
"apparat għal ħżin ta’ data" tfisser kull ħaġa, inkluż disk, li minn
data u informazzjoni jkunu jistgħu jiġu riprodotti bl-għajnuna jew
mingħajr l-għajnuna ta’ kull ħaġa jew apparat;
"apparat ta’ oriġinar ta’ firma sigura" tfisser apparat ta’ oriġinar
ta’ firma li jkun konformi mal-ħtiġiet stipulati fir-Raba’ Skeda li
tinsab ma’ dan l-Att;
"apparat ta’ verifika ta’ firma" tfisser software jew hardware
konfigurat li jintuża biex jimplimenta d-data ta’ verifika ta’ firma;
"awtorità  kompetenti" tfisser l-awtorità  hekk imsemmija skond l-
artikolu 17;
"ċertifikat" tfisser affermazzjoni elettronika, li tikkonnetti data
ta’ verifika ta’ firma ma’ persuna u tikkonferma l-identità  ta’ dik il-
persuna;
"ċertifikat kwalifikat" tfisser ċertifikat li jkun konformi mal-
ħtiġiet stabbiliti b’dan l-Att jew taħtu u li jkun provdut minn
provditur ta’ servizz ta’ ċertifikazzjoni ta’ firma li jwettaq il-ħtiġiet
stabbiliti b’dan l-Att jew taħtu;
"data" tfisser rappreżentazzjoni ta’ informazzjoni, konoxxenza,
fatti, kunċetti jew struzzjonijiet li jkunu ġew preparati jew li jkunu
qed jiġu preparati b’xi mod li jkun, u li jkunu ġew ipproċessati,
jkunu qed jiġu proċessati jew ikunu maħsuba li jiġu proċessati
f’sistema ta’ informazzjoni, f’sistema ta’ computer jew f’network
2 KAP. 426. ħ KOMUNIKAZZJONIJIET U TRANSAZZJONIJIET ELETTRONIĊI
ta’ computer. Id-data tista’ tkun f’kull għamla jew miksuba minn
kull apparat jew oriġni, inkluża l-memorja ta’ computer, printouts
ta’ computer, medja ta’ ħżin, elettroniċi jew xort’oħra u punched
cards;
"data ta’ verifika ta’ firma" tfisser data, bħalma huma kodiċijiet
jew kjavi kriptografiċi privati, li jintużaw bil-għan ta’ verifika ta’
firma elettronika;
"firma elettronika" tfisser data f’għamla elettronika li jiġu
annessi ma’, inkorporati fi jew loġikament assoċjati ma’ data
elettroniċi oħra u li jservu bħala metodu kif tiġi awtentikata
persuna; 
"firma elettronika avvanzata" tfisser firma elettronika li tkun
konformi ma’ dawn il-ħtiġiet:
(a) tkun unikament konnessa mal-firmatarju;
(b) tkun kapaċi tidentifika lill-firmatarju;
(ċ) tinħoloq bl-użu ta’ mezzi li l-firmatarju jista’ jżomm
taħt l-uniku kontroll tiegħu;
(d) tkun konnessa mad-data li jkollha x’taqsam magħha
b’tali mod li kull bdil sussegwenti tad-data jkun jista’
jingħaraf;
"indirizzat" għar-rigward ta’ komunikazzjoni elettronika tfisser
persuna li tkun intiża mill-oriġinatur li tirċievi l-komunikazzjoni
elettronika, iżda ma tinkludix persuna li tagħmilha ta’ provditur ta’
servizz għar-rigward ta’ l-ipproċessar, riċezzjoni jew ħżin ta’ dik
il-komunikazzjoni elettronika jew li tipprovdi servizzi oħra
dwarha;
"informazzjoni" tinkludi informazzjoni fl-għamla ta’ data, kitba,
xbiehat, ħsejjes jew diskors;
"komunikazzjoni elettronika" tfisser informazzjoni ġenerata,
komunikata, proċessata, mibgħuta, riċevuta, reġistrata, maħżuna
jew murija b’mezzi elettroniċi;
"konsumatur" tfisser persuna naturali li taġixxi għal finijiet li ma
jkunux jappartjenu għas-sengħa, negozju jew professjoni tagħha;
"kuntratt elettroniku" tfisser kuntratt magħmul għalkollox jew
f’parti minnu b’komunikazzjonijiet elettroniċi jew għalkollox jew
f’parti minnu f’forma elettronika;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għall-
komunikazzjonijiet;
"oriġinatur" għar-rigward ta’ komunikazzjoni elettronika tfisser
il-persuna li minnha, jew li f’isimha, il-komunikazzjoni elettronika
tkun tidher li ntbagħtet jew ġiet ġenerata qabel il-ħżin, jekk ikun
hemm, iżda ma tinkludix lil xi persuna li tagħmilha ta’ provditur ta’
servizz dwar l-iġġenerar, l-ipproċessar, it-trasmissjoni jew il-ħżin
ta’ dik il-komunikazzjoni elettronika jew il-provdiment ta’ servizzi
oħra dwarha;
"post operattiv" għar-rigward ta’ gvern, awtorità  tal-gvern, korp
pubbliku, istituzzjoni karitatevoli, filantropika jew simili, tfisser
post fejn jitwettqu operazzjonijiet jew attivitajiet minn dak il-
KOMUNIKAZZJONIJIET U TRANSAZZJONIJIET ELETTRONIĊI ġ KAP. 426. 3
gvern, awtorità , korp jew istituzzjoni;
"preskritt" tfisser preskritt b’regolamenti magħmula mill-
Ministru skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att;
"provditur ta’ servizz ta’ ċertifikazzjoni ta’ firma" tfisser persuna
li toħroġ ċertifikati jew tipprovdi servizzi oħra relatati ma firem
elettroniċi;
"rekwiżiti tat-teknoloġija ta’ l-informazzjoni" tinkludi software,
network u kull meħtieġ għall-ħżin ta’ data; 
"riċevitur" tfisser kull persuna li tuża servizz minn soċjetà  ta’
informazzjoni għall-iskopijiet ta’ ksib ta’ informazzjoni jew li din
tkun aċċessibbli;
"servizz minn soċjetà  ta’ informazzjoni" tfisser servizz li jiġi
pprovdut mill-bogħod, b’mezzi elettroniċi u b’talba individwali ta’
riċevitur tas-servizz, sew jekk dak is-servizz ikun provdut
b’korrispettiv sew jekk le, u għall-finijiet ta’ din it-tifsira:
(a) "mill-bogħod" tfisser li s-servizz jiġi provdut mingħajr
ma l-partijiet ikunu preżenti simultanjament;
(b) "b’mezzi elettroniċi" tfisser li s-servizz inizjalment
jintbagħat u jiġi riċevut fid-destinazzjoni tiegħu
permezz ta’ tagħmir elettroniku għall-ipproċessar
(inkluża kompressjoni diġitali) u ħżin ta’ data, u jiġi
kollu kemm hu trasmess, trasportat u riċevut bil-fil,
bir-radju, b’mezzi ottiċi jew b’kull mezz
elettromanjetiku;
(ċ) "b’talba individwali ta’ riċevitur tas-servizz" tfisser li
s-servizz ikun provdut permezz tat-trasmissjoni ta’
data fuq talba individwali;
"sistema ta’ informazzjoni" tfisser sistema biex jiġu ġenerati,
mibgħutin, riċevuti, reġistrati, maħżuna jew xort’oħra proċessati
komunikazzjonijiet elettroniċi;
"transazzjoni" tinkludi transazzjoni ta’ xorta mhux kummerċjali.
TAQSIMA II 
APPLIKAZZJONI TA’ ĦTIĠIET LEGALI GĦAL 
KOMUNIKAZZJONIJIET U TRANSAZZJONIJIET 
ELETTRONIĊI
Validità  ta’ 
transazzjonijiet 
elettroniċi.
3. Għall-finijiet ta’ kull liġi f’Malta u bla ħsara għad-
disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan l-Att, transazzjoni ma għandhiex
titqies bħala waħda invalida sempliċement għaliex tkun saret
għalkollox jew f’parti minnha permezz ta’ xi mezz ta’
komunikazzjoni elettroniku wieħed jew iktar.
Liġijiet esklużi.
provvedimenti ta’ l-artikoli 5 sa 15 ma japplikawx għal -
(a) xi liġi li tirregola l-għemil, l-esekuzzjoni, l-emenda, t-
tibdil jew ir-revoka -
(i) ta’ testment jew ta’ xi strument testamentarju
ieħor;
(ii) ta’ trust; jew
4 KAP. 426. ħ KOMUNIKAZZJONIJIET U TRANSAZZJONIJIET ELETTRONIĊI
(iii) ta’ prokura;
(b) kull liġi li tirregola l-mod li bih id-drittijiet fuq il-
proprjetà  immobbli, li ma jkunux kirjiet, jistgħu
jinħolqu, jinkisbu, jitneħħew jew jiġu reġistrati;
(ċ) kull liġi li tirregola l-għemil ta’ affidavit jew ta’
dikjarazzjoni solenni, jew li teħtieġ jew tippermetti l-
użu tagħhom għal xi għan li jkun;
(d) kull provvediment tal-liġi dwar il-persuna;
(e) kull regola, prattika jew proċedura ta’ xi qorti jew
tribunal;
(f) liġi li tirrigwarda l-impożizzjoni, il-ġbir jew l-irkupru
ta’ xi tassazzjoni u ħaraġ ieħor tal-Gvern, inklużi
drittijiet, multi u ammendi, u penali;
(g) xi liġi li tirrigwarda l-garanzija u sigurtà  kollaterali
mogħtija minn persuni għal-fini tas-sengħa, negozju
jew professjoni tagħhom; jew
(h) xi liġi li tirrigwarda l-għoti ta’ xiehda fi proċedimenti
kriminali.
(2) Meta l-Ministru jkun tal-fehma li -
(a) t-teknoloġija tkun daqstant avvanzata, u l-aċċess
għaliha jkun daqstant disponibbli, jew
(b) jkunu żviluppaw proċeduri u prattika adegwata fir-
reġistrazzjoni pubblika jew f’servizzi oħra, sabiex
jeħtieġu tali azzjoni, jew
(ċ) l-interess pubbliku hekk jeħtieġ,
huwa jista’, wara konsultazzjoni ma’ dak il-Ministru li fil-fehma
tal-Ministru jkollu biżżejjed interess jew responsabbilt dwar dik il-
ħaġa, b’Ordni pubblikat fil-Gazzetta jestendi l-applikazzjoni ta’
dan l-Att jew disposizzjoni ta’ dan l-Att għal jew dwar xi ħaġa
speċifikata fis-subartikolu (1) ta’ hawn aktar qabel, inkluża l-
applikazzjoni għal xi settur jew suġġett partikolari, jew għal xi
żmien, għall-finijiet ta’ prova ta’ xi teknoloġija u proċeduri, bla
ħsara għal dawk il-kondizzjonijiet li jista’ jqis xierqa.
Rekwiżit jew 
permess li tingħata 
informazzjoni bil-
miktub.
Emendat:
XXVII. 2002.59.
5. (1) Jekk taħt xi liġi f’Malta persuna tkun meħtieġa jew
permessa li tagħti informazzjoni bil-miktub, dak ir-rekwiżit għandu
jitqies li jkun ġie sodisfatt jekk il-persuna tagħti l-informazzjoni
permezz ta’ komunikazzjoni elettronika:
Iżda - 
(a) fil-waqt li ngħatat l-informazzjoni, kien raġonevoli li
jiġi mistenni li l-informazzjoni kienet tkun aċċessibbli
fil-pront sabiex din tkun tista’ tintuża għal kull
riferenza sussegwenti; u
(b) jekk l-informazzjoni tkun meħtieġa li tingħata lil
persuna, jew lil xi persuna oħra f’isimha, u l-ewwel
persuna msemmija tkun teħtieġ li l-informazzjoni
tingħata skond xi teknoloġija ta’ l-informazzjoni
partikolari, ir-rekwiżit ta’ dik il-persuna jkun twettaq;
u 
KOMUNIKAZZJONIJIET U TRANSAZZJONIJIET ELETTRONIĊI ġ KAP. 426. 5
(ċ) jekk l-informazzjoni tkun meħtieġa biex tingħata lil xi
persuna li la hi korp pubbliku jew li la qed taġixxi għan-
nom ta’ xi korp pubbliku, dik il-persuna li l-
informazzjoni qed tingħata jew li qed jiġi permess li
tingħata lilha, trid tagħti l-kunsens tagħha biex l-
informazzjoni tingħata jew tiġi prodotta lilha permezz ta’
komunikazzjoni elettronika;
(d) jekk l-informazzjoni tkun meħtieġa li tingħata lil
persuna, jew lil xi persuna oħra f’isimha, u l-ewwel
persuna msemmija tkun teħtieġ li xi azzjoni partikolari
tittieħed billi jiġi verifikat it-twassil ta’ l-
informazzjoni, ir-rekwiżit ta’ dik il-persuna jkun
twettaq.
(2) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu li tagħti informazzjoni
jinkludi, iżda mhux limitat għal, dan li ġej:
(a) li tagħmel applikazzjoni;
(b) li tagħmel jew tivvanta pretenzjoni;
(ċ) li tagħti, tibgħat jew tinnotifika notifikazzjoni;
(d) li tippreżenta prospett;
(e) li tagħmel rikjesta;
(f) li tagħmel dikjarazzjoni;
(g) li tippreżenta jew toħroġ ċertifikat;
(h) li tagħmel oġġezzjoni; u
(i) li tagħmel dikjarazzjoni.
(3) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu rekwiżit jew permess dwar
persuna sabiex tagħti informazzjoni għandu jestendi għal u għandu
jkun daqsinsew applikabbli għar-rekwiżit jew għall-informazzjoni
li jiġu dikjarati bħala li qed jintbagħtu, jiġu ppreżentati, mogħtijin,
notifikati jew xort’oħra trasmessi u jinkludu frażijiet simili jew li
jixxiebhu ma’ dan.
Firma.
persuna, dak ir-rekwiżit jitqies li jkun ġie sodisfatt jekk dik il-firma
tkun firma elettronika u dik il-firma ma għandhiex tinċaħad l-
effettività  legali minħabba f’li tkun -
(a) f’għamla elettronika; jew
(b) mhux imsejsa fuq ċertifikat kwalifikat; jew
(ċ) mhux imsejsa fuq ċertifikat kwalifikat li jinħareġ minn
provditur ta’ servizz ta’ ċertifikazzjoni ta’ firma
akkreditat; jew
(d) mhux oriġinata minn apparat ta’ oriġinar ta’ firma
sigura:
Iżda jekk il-firma elettronika tkun fil-forma ta’ firma
elettronika avvanzata, li tkun imsejsa fuq ċertifikat kwalifikat u
tkun oriġinata minn apparat ta’ oriġinar ta’ firma sigura, din
għandha titqies, għall-finijiet u effetti kollha tal-liġi, li hi l-firma
tal-firmatarju.
6 KAP. 426. ħ KOMUNIKAZZJONIJIET U TRANSAZZJONIJIET ELETTRONIĊI
Rekwiżit jew 
permess għall-
produzzjoni ta’ 
dokument u 
integrità .
Emendat:
XXVII. 2002.59.
7. (1) Kemm-il darba ma jiġix xort’oħra provdut b’dan l-Att
jew taħtu, jekk taħt xi liġi f’Malta, persuna tenħtieġ tipproduċi xi
dokument li jkun fil-forma ta’ karta, jew xi sustanza oħra jew
materjal ieħor, dak ir-rekwiżit jitqies bħala li jkun ġie sodisfatt jekk
il-persuna tipproduċi, permezz ta’ komunikazzjoni elettronika,
forma elettronika ta’ dak id-dokument:
Iżda -
(a) fil-qjies taċ-ċirkostanzi rilevanti kollha fil-waqt tal-
komunikazzjoni, il-metodu ta’ kif tiġi ġenerata l-forma
elettronika tad-dokument kien jipprovdi mezz fdat kif
tiġi żgurata ż-żamma ta’ l-integrità  ta’ l-informazzjoni
li tkun tinsab fid-dokument;
(b) fil-waqt meta intbagħtet il-komunikazzjoni, kien
raġonevoli li wieħed jistenna li l-informazzjoni li
kienet tinsab fil-forma elettronika tad-dokument kienet
se tkun aċċessibbli fil-pront sabiex din tkun tista’
tintuża għal kull riferenza sussegwenti;
(ċ) jekk id-dokument ikun meħtieġ li jingħata lil xi persuna li
la hi korp pubbliku jew li hi qed taġixxi għan-nom ta’ xi
korp pubbliku, dik il-persuna li d-dokument lilha hu
meħtieġ li jiġi prodott, trid tagħti l-kunsens tagħha għal
produzzjoni tad-dokument permezz ta’ komunikazzjoni
elettronika f’forma elettronika tad-dokument;
(d) jekk id-dokument ikun meħtieġ li jingħata lil xi
persuna, jew lil xi persuna oħra f’ismu, u l-ewwel
persuna msemmija tkun teħtieġ li għandha tingħata
forma elettronika tad-dokument, skond rekwiżiti tat-
teknoloġija ta’ l-informazzjoni partikolari, permezz ta’
xi xorta partikolari ta’ komunikazzjoni elettronika, ir-
rekwiżit ta’ dik il-persuna jiġi sodisfatt; u
(e) jekk id-dokument ikun meħtieġ li jingħata lil xi
persuna, jew lil xi persuna oħra f’ismu, u l-ewwel
persuna msemmija tkun teħtieġ li għandha tittieħed xi
azzjoni partikolari sabiex jiġi verifikat it-twassil ta’ l-
informazzjoni, ir-rekwiżit ta’ dik il-persuna jiġi
sodisfatt.
(2) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu, l-integrità  ta’
informazzjoni li tkun tinsab f’dokument unikament tinżamm jekk l-
informazzjoni tibqa’ waħda sħiħa u mhux mittiefsa, ħlief għal - 
(a) iż-żjieda ta’ kull endorsement; jew
(b) kull tibdila li ma tkunx tibdila fl-informazzjoni, li tkun
meħtieġa fil-kors normali ta’ komunikazzjoni, ħżin
jew turija.
(3) Għall-finijiet tas-subartikoli (1) u (2) u ta’ l-artikolu 8, il-
produzzjoni permezz ta’ komunikazzjoni elettronika ta’ forma
elettronika ta’ dokument jew il-ġenerazzjoni ta’ forma elettronika
ta’ dokument ma toħloqx xi responsabbiltà  għall-ksur tad-drittijiet
ta’ l-awtur f’xi xogħol jew suġġett topiku ieħor li jkun inkorporat
fid-dokument.
KOMUNIKAZZJONIJIET U TRANSAZZJONIJIET ELETTRONIĊI ġ KAP. 426. 7
Żamma ta’ 
informazzjoni, 
dokumenti u 
komunikazzjonijiet
.
8. (1) Jekk taħt xi liġi f’Malta, persuna tenħtieġ tirreġistra xi
informazzjoni bil-miktub, dak ir-rekwiżit jitqies bħala li jkun ġie
sodisfatt jekk il-persuna tirreġistra l-informazzjoni f’forma
elettronika:
Iżda dik l-informazzjoni f’forma elettronika tkun
aċċessibbli fil-pront sabiex din tkun tista’ tintuża għal kull
riferenza sussegwenti u tkun konformi ma’ dawk ir-regolamenti li
jistgħu jkunu preskritti.
(2) Jekk taħt xi liġi f’Malta, persuna tenħtieġ iżżomm, għal
perjodu partikolari, dokument li jkun fil-forma ta’ karta jew ta’ xi
sustanza oħra jew materjal ieħor, dak ir-rekwiżit jitqies bħala li
jkun ġie sodisfatt jekk il-persuna żżomm forma elettronika tad-
dokument matul dak il-perjodu:
Iżda jekk -
(a) fil-qjies taċ-ċirkostanzi kollha rilevanti fil-waqt tal-
ġenerazzjoni tal-forma elettronika tad-dokument, il-
metodu ta’ ġenerazzjoni tal-forma elettronika tad-
dokument kien jipprovdi mezz fdat kif tiġi żgurata ż-
żamma ta’ l-integrità  ta’ l-informazzjoni li tkun tinsab
f’dak id-dokument; u
(b) fil-waqt tal-ġenerazzjoni tal-forma elettronika tad-
dokument, kien raġonevoli li jiġi mistenni li l-
informazzjoni li tkun tinsab fil-forma elettronika tad-
dokument tkun aċċessibbli fil-pront sabiex din tkun
tista’ tintuża għal kull riferenza sussegwenti; u
(ċ) tkun konformi ma’ dawk ir-regolamenti li jistgħu
jkunu preskritti.
(3) Għall-finijiet tas-subartikolu (2), l-integrità  ta’
informazzjoni li tkun tinsab f’dokument biss tinżamm jekk l-
informazzjoni tkun baqgħet sħiħa u mhux mittiefsa, ħlief għal -
(a) iż-żjieda ta’ kull endorsement; jew
(b) kull tibdila li ma tkunx tibdila fl-informazzjoni, li tkun
meħtieġa fil-kors normali ta’ komunikazzjoni, ħżin
jew turija.
(4) Jekk taħt xi liġi f’Malta, persuna tenħtieġ iżżomm, għal
perjodu partikolari, informazzjoni li kienet is-suġġett ta’
komunikazzjoni elettronika, dak ir-rekwiżit jitqies bħala li jkun ġie
sodisfatt jekk dik il-persuna żżomm, jew iġġiegħel lil xi persuna
oħra żżomm, f’forma elettronika, li -
(a) fil-waqt tal-bidu taż-żamma ta’ l-informazzjoni, kien
raġonevoli li jiġi mistenni li l-informazzjoni kienet se
tkun aċċessibbli fil-pront sabiex din tkun tista’ tintuża
għal kull riferenza sussegwenti; u
(b) fil-qjies taċ-ċirkostanzi kollha rilevanti, fil-waqt tal-
bidu taż-żamma ta’ l-informazzjoni, l-metodu ta’
żamma ta’ l-informazzjoni f’forma elettronika kien
jipprovdi mezz fdat kif tiġi żgurata ż-żamma ta’ l-
integrità  ta’ l-informazzjoni li tkun tinsab f’dik il-
8 KAP. 426. ħ KOMUNIKAZZJONIJIET U TRANSAZZJONIJIET ELETTRONIĊI
komunikazzjoni elettronika; u
(ċ) matul dak il-perjodu l-persuna żżomm ukoll, jew
iġġiegħel lil xi persuna żżomm, f’forma elettronika,
dik l-informazzjoni addizzjonali li tinkiseb daqskemm
tkun suffiċjenti biex tkun tista’ ssir l-identifikazzjoni
ta’ dan li ġej:
(i) l-oriġni tal-komunikazzjoni elettronika;
(ii) id-destinazzjoni ta’ l-informazzjoni elettronika;
(iii) il-ħin meta tkun intbagħtet l-komunikazzjoni
elettronika;
(iv) il-ħin meta tkun ġiet riċevuta l-komunikazzjoni
elettronika; u
(d) fil-waqt tal-bidu taż-żamma ta’ l-informazzjoni
addizzjonali speċifikata fil-paragrafu (ċ) kien
raġonevoli li jiġi mistenni li l-informazzjoni
addizzjonali tkun aċċessibbli fil-pront sabiex din tkun
tista’ tintuża għal kull riferenza sussegwenti; u
(e) tkun konformi ma’ dawk ir-regolamenti li jistgħu
jkunu preskritti.
(5) Għall-finijiet tas-subartikolu (4), l-integrità  ta’
informazzjoni li tkun is-suġġett ta’ komunikazzjoni elettronika biss
tinżamm jekk l-informazzjoni tkun baqgħet sħiħa u mhux mittiefsa,
ħlief għal -
(a) iż-żjieda ta’ kull endorsement; jew
(b) kull tibdila li ma tkunx tibdila fl-informazzjoni, li
tidher fil-kors normali ta’ komunikazzjoni, ħżin jew
turija.
TAQSIMA III 
KUNTRATTI ELETTRONIĊI
Kuntratt 
elettroniku.
9. (1) Kuntratt elettroniku ma għandux jiċċaħħad milli jkollu
effett, validità  jew infurzar legali unikament minħabba f’li jkun
għalkollox jew f’parti minnu f’forma elettronika jew li jkun sar
għalkollox jew f’parti minnu permezz ta’ komunikazzjonijiet
elettroniċi jew xort’oħra.
(2) Għall-fini ta’ kull liġi dwar il-kuntratti, offerta,
aċċettazzjoni ta’ offerta u kull komunikazzjoni relatata, inklużi kull
emenda, tħassir jew revoka sussegwenti ta’ l-offerta, ta’ l-
aċċettazzjoni jew tal-kuntratt jistgħu, kemm-il darba ma jiġix
miftiehem xort’oħra mill-partijiet fil-kuntratt, jiġu kkumnikati
permezz ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi. 
Għemil ta’ kuntratt 
elettroniku.
10. (1) Kemm-il darba ma jinqabilx xort’oħra minn partijiet li
ma jkunux konsumaturi, meta l-indirizzat ta’ komunikazzjoni
elettronika jkun meħtieġ li jagħti l-kunsens tiegħu b’mezzi
teknologiċi:
(a) ma’ l-aċċettazzjoni ta’ l-offerta ta’ l-oriġinatur,
kuntratt elettroniku jiġi konkluż meta l-indirizzat ikun
irċieva mingħand l-oriġinatur, elettronikament,
acknowledgement tat-twassil tal-kunsens ta’ l-
KOMUNIKAZZJONIJIET U TRANSAZZJONIJIET ELETTRONIĊI ġ KAP. 426. 9
indirizzat; u
(b) għall-finijiet tal-paragrafu (a), acknowledgement tat-
twassil jitqies li jkun ġie riċevut meta l-indirizzat ikun
jista’ jidħol fiha.
(2) Kemm-il darba ma jinqabilx xort’oħra minn partijiet li ma
jkunux konsumaturi, l-oriġinatur għandu jipprovdi lill-indirizzat
b’mezzi effettivi u aċċessibbli sabiex jidentifika u jikkorreġi
diffikultajiet ta’ maniġġ u transazzjonijiet aċċidentali qabel ma jiġi
konkjuż il-kuntratt.
(3) Id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1)(a) u tas-subartikolu
(2) ma għandhomx japplikaw għal kuntratti li jsiru esklużivament
bil-posta elettronika jew b’mezzi teknoloġiċi simili oħra.
Rekwiżiti ta’ 
informazzjoni 
dwar kuntratt 
elettroniku.
11. Kemm-il darba ma jinqabilx xort’oħra minn partijiet li ma
jkunux konsumaturi, u mingħajr preġudizzju għal kull dritt tal-
konsumatur taħt id-disposizzjonijiet ta’ xi liġi oħra, l-oriġinatur
għandu jipprovdi informazzjoni li tiġi espressa b’mod ċar,
komprensiv u mhux ambigwu dwar dak li hemm stipulat fl-Ewwel
Skeda li tinsab ma’ dan l-Att. Dik l-informazzjoni għandha tiġi
pprovduta qabel ma ssir l-ordni mill-indirizzat.
TAQSIMA IV 
TRASMISSJONI TA’ KOMUNIKAZZJONIJIET 
ELETTRONIĊI
X’ħin isir id-
dispaċċ.
12. (1) Jekk komunikazzjoni elettronika tidħol f’sistema ta’
informazzjoni singola ’l hinn mill-kontroll ta’ l-oriġinatur,
għaldalqshekk, salv kif jista’ jiġi xort’oħra miftiehem bejn l-
oriġinatur u l-indirizzat tal-komunikazzjoni elettronika, id-dispaċċ
tal-komunikazzjoni elettronika jiġri fil-waqt meta dan jidħol fis-
sistema ta’ informazzjoni.
(2) Jekk komunikazzjoni elettronika tidħol suċċessivament
żewġ sistemi ta’ informazzjoni jew iktar ’l barra mill-kontroll ta’ l-
oriġinatur, għaldaqshekk, kemm-il darba ma jiġix miftiehem
xort’oħra bejn l-oriġinatur u l-indirizzat tal-komunikazzjoni
elettronika, id-dispaċċ tal-komunikazzjoni elettronika jiġri meta
dan jidħol fl-ewwel minn dawk is-sistemi ta’ informazzjoni.
X’ħin isir it-
twassil.
13. (1) Jekk l-indirizzat ta’ komunikazzjoni elettronika jkun
għażel sistema ta’ informazzjoni għall-iskop li jirċievi
komunikazzjonijiet elettroniċi, għaldaqshekk, salv kif jista’ jiġi
xort’oħra miftiehem bejn l-oriġinatur u l-indirizzat tal-
komunikazzjoni elettronika, il-waqt tat-twassil tal-komunikazzjoni
elettronika jkun il-ħin meta l-komunikazzjoni elettronika tidħol fis-
sistema ta’ informazzjoni.
(2) Jekk l-indirizzat ta’ komunikazzjoni elettronika ma jkunx
għażel sistema ta’ informazzjoni għall-iskop li jirċievi
komunikazzjonijiet elettroniċi, għaldaqshekk, salv kif jista’ jiġi
xort’oħra miftiehem bejn l-oriġinatur u l-indirizzat tal-
komunikazzjoni elettronika, il-waqt tat-twassil tal-komunikazzjoni
elettronika jkun il-ħin meta l-indirizzat isir jaf bil-komunikazzjoni
elettronika.
10 KAP. 426. ħ KOMUNIKAZZJONIJIET U TRANSAZZJONIJIET ELETTRONIĊI
Post tad-dispaċċ u 
tat-twassil.
14. (1) Salv kif jista’ jiġi xort’oħra miftiehem bejn l-
oriġinatur u l-indirizzat ta’ komunikazzjoni elettronika -
(a) il-komunikazzjoni elettronika titqies li tkun intbagħtet
fil-post fejn oriġinatur ikollu l-post tan-negozju
tiegħu; u
(b) il-komunikazzjoni elettronika titqies li tkun ġiet
riċevuta fil-post fejn l-indirizzat ikollu l-post tan-
negozju tiegħu.
(2) Għall-finijiet tas-subartikolu (1) -
(a) jekk l-oriġinatur jew l-indirizzat ikollu iktar minn post
wieħed tan-negozju, u wieħed minn dawk il-postijiet
ikollu relazzjoni eqreb għat-transazzjoni sottostanti,
dak il-post ta’ negozju għandu jitqies li jkun il-post
tan-negozju ta’ l-oriġinatur jew ta’ l-indirizzat; u
(b) jekk l-oriġinatur jew l-indirizzat ikollu iktar minn post
wieħed tan-negozju, iżda l-paragrafu (a) ma jkunx
japplika, il-post ta’ negozju prinċipali ta’ l-oriġinatur
jew ta’ l-indirizzat għandu jitqies li jkun il-post tan-
negozju ta’ l-oriġinatur jew ta’ l-indirizzat; u
(ċ) jekk l-oriġinatur jew l-indirizzat ma jkollux post tan-
negozju, il-post tan-negozju ta’ l-oriġinatur jew ta’ l-
indirizzat għandu jitqies li jkun ir-residenza ordinarja
ta’ l-oriġinatur jew ta’ l-indirizzat.
Attribuzzjoni ta’ 
komunikazzjoni 
elettronika.
15. (1) Salv kif xort’oħra miftiehem bejn l-oriġinatur u l-
indirizzat ta’ komunikazzjoni elettronika, l-oriġinatur ta’
komunikazzjoni elettronika jkun marbut b’dik il-komunikazzjoni
biss jekk il-komunikazzjoni kienet intbagħtet minnu jew taħt l-
awtorità  tiegħu.
(2) Ebda ħaġa fis-subartikolu (1) ma għandha tolqot l-operat
ta’ xi liġi li tagħmel provdimenti dwar -
(a) l-imġieba ta’ xi persuna fl-iskop ta’ l-awtorità  attwali
jew apparenti ta’ dik il-persuna li għandha tiġi
attribwita lil xi persuna oħra; jew
(b) xi persuna li għandha tintrabat bl-imġieba ta’ xi
persuna oħra fl-iskop ta’ l-awtorità  attwali jew
apparenti ta’ dik il-persuna l-oħra.
(3) Komunikazzjoni elettronika bejn oriġinatur u indirizzat
għandha titqies li tkun ta’ l-oriġinatur jekk din tkun intbagħtet
permezz ta’ sistema ta’ informazzjoni programmata biex taħdem
awtomatikament mill-oriġinatur jew f’ismu.
(4) Indirizzat ikollu jedd li jqis kull komunikazzjoni
elettronika minnu riċevuta bħala komunikazzjoni elettronika
separata u li jaġixxi fuq dik l-assunzjoni, ħlief sal-limitu li dik il-
komunikazzjoni tkun waħda duplikata ta’ komunikazzjoni
elettronika oħra u l-indirizzat kien jaf jew imissu kien jaf, li kieku
ħa ħsieb kif imiss jew uża xi proċedura miftehma, li l-
komunikazzjoni elettronika kienet waħda duplikata.
KOMUNIKAZZJONIJIET U TRANSAZZJONIJIET ELETTRONIĊI ġ KAP. 426. 11
TAQSIMA V
PROVDIMENT TA’ SERVIZZI TA’ ĊERTIFIKAZZJONI
TA’ FIRMA
Akkreditazzjoni ta’ 
provdituri ta’ 
servizz ta’ 
ċertifikazzjoni ta’ 
firma.
16. (1) Il-provdiment ta’ servizzi ta’ ċertifikazzjoni ta’ firma
jew ta’ servizzi xort’oħra relatati ma’ firem elettroniċi ma għandux
ikun suġġett għal awtorizzazzjoni bil-quddiem.
(2) Mingħajr preġudizzju għall-ġeneralità  tas-subartikolu (1)
il-Ministru jista’ b’regolamenti jintroduċi u jmantni skema ta’
akkreditazzjoni volontarja li jkollha bi skop il-provdiment ta’
livelli għolja ta’ servizz ta’ ċertifikazzjoni ta’ firma u jista’
jinnomina awtoritajiet ta’ akkreditazzjoni u jista’ wkoll jagħmel
regolamenti dwar kull ħaġ’oħra li jkollha x’taqsam ma’ dik in-
nomina hekk kif il-Ministru jista’ jqis li jkun meħtieġ.
Sorveljanza ta’ 
provdituri ta’ 
servizz ta’ 
ċertifikazzjoni ta’ 
firma li joħorġu 
ċertifikati 
kwalifikati.
17. (1) Il-Ministru għandu b’Ordni jinnomina awtorità
kompetenti għas-sorveljanza ta’ provdituri ta’ servizz ta’
ċertifikazzjoni ta’ firma stabbiliti f’Malta li joħorġu ċertifikati
kwalifikati lill-pubbliku.
(2) Il-Ministru jista’ jippreskrivi dwar kull waħda minn dawn
l-affarijiet r-Raba’ Skeda: 
(a) is-setgħat u l-funzjonijiet ta’ l-awtorità  kompetenti;
(b) kull ħaġ’oħra li jkollha x’taqsam ma’ l-awtorità
kompetenti li tista’ tidher lill-Ministru bħala li tkun
neċessarja jew mixtieqa.
Responsabbiltà  ta’ 
provdituri ta’ 
servizz ta’ 
ċertifikazzjoni ta’ 
firma.
18. (1) Il-provdituri ta’ servizz ta’ ċertifikazzjoni ta’ firma li
joħorġu ċertifikat bħala ċertifikat kwalifikat għall-pubbliku jew li
jiggarantixxu tali ċertifikat għandhom ikunu responsabbli għal kull
ħsara li tiġi kaġunata lil xi persuna li tkun raġonevolment tafda f’
tali ċertifikat.
(2) Il-provditur ta’ servizz ta’ ċertifikazzjoni ta’ firma li
joħroġ ċertifikat bħala ċertifikat kwalifikat għall-pubbliku jew li
jiggarantixxi tali ċertifikat ikollu d-dmir li jiżgura raġonevolment:
(a) l-eżattezza ta’ kull informazzjoni fiċ-ċertifikat
kwalifikat fil-waqt tal-ħruġ tiegħu u li ċ-ċertifikat ikun
fih id-dettalji kollha preskritti għar-rigward ta’
ċertifikat kwalifikat;
(b) illi fil-waqt tal-ħruġ taċ-ċertifikat, il-firmatarju
identifikat fiċ-ċertifikat kwalifikat kellu fil-pussess
tiegħu l-apparat ta’ oriġinar ta’ firma li jikkorrsipondi
għall-apparat ta’ verifika ta’ firma mogħti jew
identifikat fiċ-ċertifikat;
(ċ) illi l-apparat ta’ oriġinar ta’ firma u l-apparat ta’
verifika ta’ firma jimxu flimkien b’mod
komplimentari, f’dawk il-każijiet fejn il-provditur ta’
servizz ta’ ċertifikazzjoni ta’ firma jkun jiġġenera t-
tnejn li huma.
(3) Il-provdituri ta’ servizz ta’ ċertifikazzjoni ta’ firma li jkun
ħareġ ċertifikat bħala ċertifikat kwalifikat għall-pubbliku, jew li
jkun iggarantixxa tali ċertifikat, ikun responsabbli għal kull ħsara
12 KAP. 426. ħ KOMUNIKAZZJONIJIET U TRANSAZZJONIJIET ELETTRONIĊI
kaġunata lil xi persuna li tkun raġonevolment tafda fiċ-ċertifikat
għal kull nuqqas li jirreġistra jew jippubblika r-revoka jew is-
sospensjoni taċ-ċertifikat kemm-il darba l-provdituri ta’ servizz ta’
ċertifikazzjoni ta’ firma ma jġibx prova li ma jkunx aġixxa
b’negliġenza.
(4) Il-provdituri ta’ servizz ta’ ċertifikazzjoni ta’ firma li
joħroġ _ċertifikat bħala _ċertifikat kwalifikat għall-pubbliku, jew li
jiggarantixxi tali ċertifikat, jista’ jindika fiċ-ċertifikat kwalifikat il-
limiti relattivi għal kull użu li jista’ jsir minn dak iċ-ċertifikat:
Iżda sakemm il-limiti jkunu ċari u identifikabbli fil-pront
bħala limitazzjonijiet, il-provdituri ta’ servizz ta’ ċertifikazzjoni ta’
firma ma għandux ikun responsabbli għal kull ħsara li toriġina
minn użu kuntrarju ta’ ċertifikat kwalifikat li jinkludi limiti fuq l-
utent tiegħu.
(5) Il-provdituri ta’ servizz ta’ ċertifikazzjoni ta’ firma jista’
jindika fiċ-ċertifikat kwalifikat il-limitu fuq il-valur ta’
transazzjonijiet li dwarhom jista’ jintuża ċ-ċertifikat. Kull tali
indikazzjoni għandha tkun ċara u identifikabbli fil-pront bħala
limitazzjoni.
TAQSIMA VI 
PROVDITURI TA’ SERVIZZ INTERMEDJI
Conduit sempliċi. 19. (1) Meta jiġi provdut servizz minn soċjetà  ta’
informazzjoni, u dak is-servizz ikun jikkonsisti fit-trasmissjoni,
f’network ta’ komunikazzjoni, ta’ informazzjoni provduta mir-
riċevitur tas-servizz, jew il-provdiment ta’ dħul f’network ta’
komunikazzjoni, il-provditur ta’ dak is-servizz ma jkunx
responsabbli, xort’oħra milli taħt inibizzjoni, għall-informazzjoni
trasmessa. B’dan illi dak il-provditur:
(a) ma jibdiex dik it-trasmissjoni;
(b) ma jagħżilx lir-riċevitur tat-trasmissjoni; u
(ċ) ma jagħżilx jew ma jimmodifikax l-informazzjoni li
tkun tinsab fit-trasmissjoni.
(2) L-attijiet ta’ trasmissjoni u tal-provdiment ta’ dħul
imsemmija fis-subartikolu (1), jinkludu il-ħżin awtomatiku,
intermedju u transjenti ta’ informazzjoni trasmessa sakemm dan
jiġri għall-iskop uniku tat-twettiq tat-trasmissjoni fin-network ta’
komunikazzjoni, u sakemm l-informazzjoni ma tiġix maħżuna għal
xi perjodu li jkun itwal minn dak li jkun raġonevolment meħtieġ
għat-trasmissjoni.
Caching. 20. Meta jiġi provdut servizz minn soċjetà  ta’ informazzjoni, u
dak is-servizz ikun jikkonsisti fit-trasmissjoni, f’network ta’
komunikazzjoni, ta’ informazzjoni provduta minn riċevitur tas-
servizz, il-provditur ta’ dak is-servizz ma jkunx responsabbli għad-
danni għall-ħżin awtomatiku, intermedju u transjenti ta’ dik l-
informazzjoni, mwettaq bl-iskop uniku li ssir iktar effiċjenti t-
trasmissjoni ta’ informazzjoni lejn riċevituri oħra tas-servizz fuq
talba tagħhom. B’dan illi:
(a) il-provditur ma jimmodifikax l-informazzjoni;
KOMUNIKAZZJONIJIET U TRANSAZZJONIJIET ELETTRONIĊI ġ KAP. 426. 13
(b) il-provditur jikkonforma ruħu mal-kondizzjonijiet tad-
dħul fl-informazzjoni;
(ċ) il-provditur jikkonforma ruħu ma’ kull kondizzjoni li
tirregola l-aġġornar ta’ l-informazzjoni;
(d) il-provditur ma jindaħalx fit-teknoloġija użata biex
jinkisbu data dwar l-użu ta’ l-informazzjoni; u
(e) il-provditur jaġixxi b’mod spedittiv biex ineħħi jew
jimpedixxi d-dħul fl-informazzjoni meta huwa
attwalment isir jaf b’xi waħda minn dawn l-affarijiet li
ġejjin:
(i) l-informazzjoni fl-oriġni inizjali tat-trasmissjoni
tkun tneħħiet min-network;
(ii) id-dħul fiha jkun ġie impedit;
(iii) il-Qorti jew xi awtorità  kompetenti oħra tkun
ordnat dik it-tneħħija jew impediment.
Hosting.
informazzjoni, u dak is-servizz ikun jikkonsisti fil-ħżin ta’
informazzjoni provduta minn riċevitur tas-servizz, jew il-
provdiment ta’ dak is-servizz ma jkunx responsabbli għad-danni
għall-informazzjoni maħżuna fuq talba ta’ riċevitur tas-servizz. 
B’dan illi:
(a) l-provditur ma jkunx attwalment jaf li l-attività  tkun
waħda illegali u ma jkunx jaf bil-fatti jew biċ-
ċirkostanzi li minnhom tkun toħroġ l-attività  illegali;
jew
(b) il-provditur, meta jsir jaf jew ikun konoxxenti b’dan
kollu, jaġixxi b’mod spedittiv biex ineħħi jew
jimpedixxi d-dħul f’dik l-informazzjoni.
(2) Is-subartikolu (1) ma għandux japplika meta r-riċevitur tas-
servizz jkun qed jaġixxi taħt l-awtorità  jew il-kontroll tal-provditur
tas-servizz.
Obbligazzjonijiet 
ta’ provdituri ta’ 
servizz intermedji.
22. Il-provdituri ta’ servizz minn soċjetà  ta’ informazzjoni
għandhom minnufih jgħarrfu lill-awtoritajiet kompetenti fil-
materja b’kull attività  allegatament illegali li tkun qed issir jew
informazzjoni li tkun qed tingħata minn riċevituri tas-servizz
tagħhom, u għandhom jagħtu lil kull tali awtorità , meta hekk
jintalbu, informazzjoni li biha jkunu jistgħu jiġu identifikati r-
riċevituri tas-servizz tagħhom li magħhom ikollhom ftehim ta’
ħżin:
Iżda ebda ħaġa f’din it-Taqsima ta’ l-Att ma għandha
titfisser bħala li timponi xi obbligu fuq il-provdituri ta’ servizz
minn soċjetà  ta’ informazzjoni li jissorveljaw l-informazzjoni li
jittrasmettu jew jaħżnu jew biex jinvestigaw fatti jew ċirkostanzi li
jindikaw xi attività  illegali f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-
attivitajiet imsemmija fl-artikoli 19 sa 21.
14 KAP. 426. ħ KOMUNIKAZZJONIJIET U TRANSAZZJONIJIET ELETTRONIĊI
TAQSIMA VII 
ĠENERALI
Projbizzjoni dwar 
l-użu mhux kif 
dovut ta’ firem 
elettroniċi, apparat 
ta’ oriġinar ta’ 
firma, ċertifikati u 
frodi.
23. (1) Ħadd ma jista’ jidħol, jikkopja jew xort’oħra jikseb
pussess jew jerġa’ joriġina l-apparat ta’ oriġinar ta’ firma ta’ xi
persuna oħra mingħajr awtorizzazzjoni, bil-għan li joriġina, jew
jippermetti jew jikkaġuna lil xi persuna li toriġina xi firma
elettronika mhux awtorizzata billi juża dak l-apparat ta’ firma.
(2) Ħadd ma jista’ jibdel, jiżvela jew juża l-apparat ta’ oriġinar
ta’ firma ta’ xi ħadd ieħor mingħajr awtorizzazzjoni, jew b’eċċess
ta’ awtorizzazzjoni leġittima, għall-fini ta’ l-oriġinar, jew li jiġi
permess jew mġiegħel xi ħadd ieħor li joriġina firma elettronika
mhux awtorizzata billi juża dak l-apparat ta’ oriġinar ta’ firma.
(3) Ħadd ma jista’ joriġina, jippubblika, jibdel jew xort’oħra
juża ċertifikat jew firma elettronika għal xi skop frodulenti jew
xort’oħra mhux leġittimu.
(4) Ħadd ma jista’ jqarraq dwar l-identità  jew l-
awtorizzazzjoni tiegħu meta jkun qed jitlob jew jaċċetta ċertifikat
jew meta jkun qed jitlob xi sospensjoni jew revoka ta’
ċertifikazzjoni.
(5) Ħadd ma jista’ jidħol, jibdel, jiżvela jew juża l-apparat ta’
oriġinar ta’ firma ta’ provditur ta’ servizz ta’ ċertifikazzjoni ta’
firma li jintuża biex joħroġ ċertifikati mingħajr l-awtorizzazzjoni
tal-provditur ta’ servizz ta’ ċertifikazzjoni ta’ firma, jew b’eċċess
ta’ l-awtorizzazzjoni leġittima, bl-iskop ta’ oriġinar, jew li jiġi
permess jew li jiġi mġiegħel xi ħadd ieħor li joriġina, firma
elettronika mhux awtorizzata billi juża dak l-apparat ta’ oriġinar ta’
firma.
(6) Ħadd ma jista’ jippubblika ċertifikat, jew xort’oħra
xjentement jagħmlu disponibbli lil xi ħadd li x’aktarx iqiegħed il-
fiduċja tiegħu fiċ-ċertifikat jew f’firma elettronika li tkun
verifikabbli għar-rigward ta’ data bħalma huma kodiċijiet,
passwords, algorithms, kjavi kriptografiċi pubbliċi jew data oħra li
jintużaw biex jivverifikaw firma elettronika, elenkata fiċ-ċertifikat,
jekk dik il-persuna tkun taf li -
(a) l-provditur ta’ servizz ta’ ċertifikazzjoni ta’ firma
elenkat fiċ-ċertifikat ma jkunx ħarġu; jew
(b) l-abbonat elenkat fiċ-ċertifikat ma jkunx aċċettah; jew
(ċ) iċ-ċertifikat jkun ġie revokat jew sospiż, kemm-il
darba dik il-pubblikazzjoni jkollha bħala skop tagħha
li tivverifika firma elettronika oriġinata qabel dik ir-
revoka jew sospensjoni, jew l-għoti ta’ avviż ta’
revoka jew sospensjoni.
(7) Ħadd ma jista’ juża xi kriptografija jew teknika oħra simili
għal xi għan illegali.
Reati u pieni. 24. Kull persuna li tikser xi provvediment ta’ dan l-Att jew ta’
xi regolamenti magħmula bis-saħħa tiegħu tkun ħatja ta’ reat u
teħel, meta tinsab ħatja, multa ta’ mhux iżjed minn mitt elf lira jew
priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed minn sitt xhur, jew dik il-
multa u priġunerija flimkien, u fil-każ ta’ reat kontinwat multa ta’
KOMUNIKAZZJONIJIET U TRANSAZZJONIJIET ELETTRONIĊI ġ KAP. 426. 15
mhux iżjed minn elf lira għal kull jum li matulu jkompli r-reat.
Setgħa ta’ għemil 
ta’ regolamenti.
25. (1) Il-Ministru jista’ jagħmel regolamenti biex jipprovdi
dwar kull ħaġa li jkollha x’taqsam mal-kummerċ elettroniku sabiex
jagħti effett iktar sħiħ lid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, u b’mod
partikolari, iżda mingħajr preġudizzju għall-ġeneralità  ta’ dak
hawn aktar qabel imsemmi, dawk ir-regolamenti jistgħu jipprovdu
dwar -
(a) kull deroga minn jew restrizzjoni dwar xi transazzjoni
transkonfini meta dan ikun meħtieġ għal xi waħda mir-
raġunijiet li ġejjin:
(i) public policy, b’mod partikolari l-protezzjoni
tal-minorenni, jew il-ġlieda kontra kull tqanqil
ta’ mibgħeda minħabba fir-razza, s-sess, ir-
reliġjon, l-opinjoni politika jew in-nazzjonalità ;
(ii) il-ħarsien tas-saħħa pubblika;
(iii) is-sigurtà  pubblika;
(iv) il-ħarsien tal-konsumatur;
(b) l-identifkazzjoni ta’ - 
(i) transazzjonijiet;
(ii) rekwiżiti jew permessi għall-għoti ta’
informazzjoni bil-miktub;
(iii) rekwiżiti jew permessi biex jinġiebu dokumenti;
(iv) rekwiżiti għaż-żamma ta’ informazzjoni,
dokumenti u komunikazzjonijiet;
(v) firem;
li jistgħu jkunu eżenti minnn kull disposizzjoni ta’ dan
l-Att;
(ċ) ir-rekwiżiti addizzjonali għall-użu ta’ firem
f’komunikazzjonijiet elettroniċi fis-settur pubbliku;
(d) ir-rikonoxximent ta’ provdituri ta’ servizz ta’
ċertifikazzjoni ta’ firma illi, li kieku kienu jaħdmu
f’Malta, kienu jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati għal
dawk il-provdituri;
(e) kull ħaġa li jkollha x’taqsam ma’ komunikazzjonijiet
kummerċjali, inklużi, iżda mhux limitata għal affarijiet
relattivi għal -
(i) l-informazzjoni li għandha tiġi provduta
f’komunikazzjonijiet kummerċjali;
(ii) komunikazzjonijiet kummerċjali mhux mitlubin;
(iii) komunikazzjonijiet kummerċjali minn
professjonijiet regolati;
(f) l-awtorizzazzjoni lill-awtorità  kompetenti li timponi
penalitajiet jew sanzjonijiet amministrattivi fuq kull
persuna li tkun qed taġixxi bi ksur ta’ dan l-Att jew ta’
xi regolament magħmul bis-saħħa tiegħu:
Iżda -
(i) il-penalitajiet amministrattivi li jkun provdut
16 KAP. 426. ħ KOMUNIKAZZJONIJIET U TRANSAZZJONIJIET ELETTRONIĊI
dwarhom taħt dan l-artikolu ma għandhomx
jeċċedu l-ammont ta’ għaxart elef lira għal kull
reat u ta’ elf lira għal kull jum li matulu jibqa’
jkun hemm in-nuqqas ta’ osservanza tal-
provvedimenti magħmulin bis-saħħa tiegħu;
(ii) il-penalitajiet amministrattivi stipulati fil-
paragrafu (i) jistgħu permezz ta’ regolamenti
jiżdiedu sa massimu ta’ ħamsin elf lira u ta’
ħamest elef lira għal kull jum li matulu jibqa’
jseħħ il-ksur, rispettivament;
Kap. 12.
(iii) regolamenti magħmula taħt dan il-paragrafu
jistgħu jippreskrivu li xi tali penalitajiet jew
sanzjonijiet amministrattivi jkunu dovuti lill-
awtorità  kompetenti bħala dejn ċivili li
jikkostitwixxi titolu eżekuttiv għall-finijiet tat-
Titolu VII tat-Taqsima I tat-Tieni Ktieb tal-
Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili
bħallikieku l-ħlas ta’ l-ammont tal-multa kien
ordnat b’sentenza ta’ qorti ta’ kompetenza ċivili;
(iv) dawk ir-regolamenti jistgħu jkunu wkoll
jippreskrivu kull dritt ta’ appell minn
deċiżjonijiet ta’ l-awtorità  kompetenti li timponi
penalitajiet jew sanzjonijiet amministrattivi;
(g) li jiġu stabbiliti proċeduri għal skemi barra mill-qorti
kif jiġu paċuti tilwimiet li jitnisslu għar-rigward ta’
servizzi minn soċjetà  ta’ informazzjoni inklużi l-
miżuri elettroniċi adattati.
(2) Il-Ministru jista’ wkoll b’regolamenti jemenda l-Iskedi li
jinsabu ma’ dan l-Att u jippreskrivi kull ħaġa li tista’ jew li hi
meħtieġa li tiġi preskritta taħt dan l-Att.
It-test Ingliż 
għandu jipprevali.
26. Fil-każ ta’ kunflitt bejn it-test Malti u dak Ingliż ta’ dan l-
Att, jipprevali t-test Ingliż.
KOMUNIKAZZJONIJIET U TRANSAZZJONIJIET ELETTRONIĊI ġ KAP. 426. 17
L-EWWEL SKEDA
(Artikolu 11)
Rekwiżiti ta’ Informazzjoni relattivi għal Kuntratti Elettroniċi
(a) l-isem u l-indirizz fejn l-oriġinatur ikun stabbilit;
(b) l-indirizz postali elettroniku (e-mail address) fejn l-oriġinatur ikun jista’ jiġi
kkuntattjat b’mod dirett;
(ċ) in-numru ta’ reġistrazzjoni ta’ l-oriġinatur f’xi reġistru kummerċjali jew ta’ xi
korp professjonali jekk dan japplika;
(d) meta l-attività  ta’ l-oriġinatur tkun suġġetta għal xi awtorizzazzjoni, l-
attivitajiet koperti bl-awtorizzazzjoni mogħtija lill-oriġinatur u l-
partikolaritajiet ta’ l-awtorità  li tkun qegħda tipprovdi dik l-awtorizzazzjoni;
(e) in-numru ta’ reġistrazzjoni tal-VAT (Taxxa fuq il-Valur Miżjud) ta’ l-oriġinatur,
meta l-oriġinatur jagħmel attività  suġġetta għall-VAT;
(f) id-diversi stadji li hemm biex il-kuntratt isir;
(ġ) dikjarazzjoni dwar jekk il-kuntratt li jkun sar ikunx ser jiġi ppreżentat mill-
oriġinatur u jekk hux se jkun hemm aċċess għalih.
IT-TIENI SKEDA
(Artikolu 2)
Rekwiżiti għal Ċertifikati Kwalifikati
Ċertifikati kwalifikati għandu jkun fihom:
(a) indikazzjoni li ċ-ċertifikat ikun qed jinħareġ bħala ċertifikat kwalifikat;
(b) l-identifikazzjoni ta’ provditur ta’ servizz ta’ ċertifikazzjoni ta’ firma u l-Istat
fejn dan ikun stabbilit;
(ċ) l-isem tal-firmatarju jew psewdonimu, li għandu jiġi identifikat bħala tali;
(d) provvediment dwar xi attribut speċifiku tal-firmatarju li għandu jiġi inkluż jekk
dan ikun wieħed rilevanti, kif jiddependi mill-fini li għalih ikun maħsub iċ-
ċertifikat;
(e) data ta’ verifika ta’ firma li jkunu jikkorrispondu għal data ta’ oriġinar ta’ firma
taħt il-kontroll tal-firmatarju;
(f) indikazzjoni tal-bidu u t-tmiem tal-perjodu ta’ validità  taċ-ċertifikat;
(ġ) il-kodiċi ta’ identità  taċ-ċertifikat;
(ħ) il-firma elettronika avvanzata tal-provditur ta’ servizz ta’ ċertifikazzjoni ta’
firma li jkun qed joħroġha;
(i) limitazzjonijiet dwar il-fini ta’ l-użu taċ-ċertifikat, jekk dan ikun japplika; u
(j) limiti fuq il-valur ta’ transazzjonijiet li għalihom jista’ jintuża ċ-ċertifikat, jekk
dan ikun japplika. 
18 KAP. 426. ħ KOMUNIKAZZJONIJIET U TRANSAZZJONIJIET ELETTRONIĊI
IT-TIELET SKEDA
(Artikolu 2)
Rekwiżiti għal Provdituri ta’ Servizz ta’ Ċertifikazzjoni ta’ Firma li joħorġu 
Ċertifikati Kwalifikati
Il-provditur ta’ servizz ta’ ċertifikazzjoni ta’ firma għandhom:
(a) juru li għandhom ikunu fdati li jipprovdu servizzi ta’ ċertifikazzjoni ta’ firma;
(b) jiżguraw l-operat ta’ direttorju aċċessibbli fil-pront u sigur kif ukoll servizz ta’
revoka sigur u immedjat;
(ċ) jiżguraw li d-data u l-ħin meta jinħareġ jew jiġi revokat ċertifikat ikun jista’ jiġi
stabbilita bi preċiżjoni;
(d) jivverifikaw, b’mezzi idoneji skond il-liġi nazzjonali tagħhom, l-identità  u, jekk
dan ikun japplika, kull attribut speċifiku tal-persuna li lilha jinħareġ ċertifikat
kwalifikat;
(e) jimpjegaw persunal li jkollhom il-konoxxenza esperta, l-esperjenza u l-
kwalifiki meħtieġa għas-servizzi provduti, b’mod partikolari il-kompetenza
f’livell maniġerjali, konoxxenza esperta fit-teknoloġija dwar il-firma
elettronika u familjarità  mal-proċeduri ta’ sigurtà  adattati; għandhom ukoll
japplikaw proċeduri amministrattivi u ta’ maniġġ li jkunu adegwati u
jikkorrispondu għal standards rikonoxxuti;
(f) jużaw sistemi u prodotti ta’ min jafdhom li jkunu protetti kontra kull
modifikazzjoni u li jiżguraw is-sigurtà  teknika u kriptografika tal-proċessi li
jkunu jappoġġaw;
(g) jieħdu miżuri kontra l-falsifikazzjoni ta’ ċertifikati, u, fil-każijiet fejn il-
provditur ta’ servizz ta’ ċertifikazzjoni ta’ firma jiġġenera data ta’ oriġinar ta’
firma, jiggarantixxu konfidenzjalità  matul il-proċess ta’ l-iġġenerar ta’ dawk id-
data;
(h) ikollhom riżorsi finanzjarji biżżejjed biex ikunu jistgħu joperaw f’konformità
mar-rekwiżiti stipulati fl-Att, b’mod partikolari li jġorru r-riskju ta’
responsabbiltaà  għad-danni, b’eżempju, billi jkollhom assigurazzjoni adattata;
(i) jirreġistraw kull informazzjoni rilevanti dwar ċertifikat kwalifikat għal perjodu
ta’ żmien adattat, b’mod partikolari għall-fini li jipprovdu prova ta’
ċertifikazzjoni għall-finijiet ta’ proċedimenti legali. Dik ir-reġistrazzjoni tista’
ssir b’mod elettroniku;
(j) ma jaħżnux jew jikkupjaw data ta’ oriġinar ta’ firma tal-persuna li lilha l-
provditur ta’ servizz ta’ ċertifikazzjoni ta’ firma jkun ipprovda servizzi ta’
maniġġ ta’ kjavi;
(k) qabel ma jidħlu f’relazzjoni kontrattwali ma’ persuna li tkun qed titlob
_ċertifikat ta’ appoġġ għall-firma elettronika tagħha, jinfurmaw lil dik il-
persuna b’mezz ta’ komunikazzjoni li jibqa’ bil-pattijiet u l-kondizzjonijiet
preċiżi li jirrigwardaw l-użu taċ-ċertifikat, inkluża kull limitazzjoni dwar l-użu
tiegħu, l-eżistenza ta’ skema ta’ akkreditazzjoni volontarja u proċeduri dwar
ilġmenti u tpaċija ta’ tilwimiet. Dik l-informazzjoni, li tista’ tiġi trasmessa
elettronikament, għandha tkun bil-miktub u f’ilsien li jiftiehem malajr. Partijiet
rilevanti ta’ din l-informazzjoni għandhom ukoll ikunu disponibbli fuq talba ta’
terzi li jqegħdu l-fiduċja tagħhom fuq iċ-ċertifikat;
(l) jużaw sistemi fiduċjarji biex jaħżnu ċertifikati f’forma verifikabbli sabiex:
KOMUNIKAZZJONIJIET U TRANSAZZJONIJIET ELETTRONIĊI ġ KAP. 426. 19
- ikunu persuni awtorizzati biss li jistgħu jdaħħlu informazzjoni jew
jagħmlu tibdiliet fihom;
- tkun tista’ tiġi verifikata l-awtentiċità  ta’ l-informazzjoni;
- iċ-ċertifikati jkunu disponibbli pubblikament biex jittieħdu lura biss
f’dawk il-każijiet li għalihom ikun inkiseb il-kunsens tad-detentur taċ-
ċertifikat; u
- l-operatur jkun jista’ jara sew kull bidla teknika li tkun tikkomprometti
dawn ir-rekwiżiti ta’ sigurtà . 
IR-RABA’ SKEDA
(Artikolu 2)
Rekwiżiti għal Apparat ta’ Oriġinar ta’ Firma Sigura
01. Apparat għall-oriġinar ta’ firma sigura għandu, b’mezzi adattati tekniċi u
proċedurali, għall-inqas jiżgura illi:
(a) d-data għall-oriġinar ta’ firma użati għall-oriġinar ta’ firma jistgħu
prattikament jokkorru għal darba biss, u li tiġi raġonevolment żgurata s-
segretezza tagħhom;
(b) d-data għall-oriġinar ta’ firma użati għall-oriġinar ta’ firma ma jkunux
jistgħu, b’assigurazzjoni raġonevoli, jinkisbu u l-firma tkun protetta
kontra kull falsifikazzjoni billi tiġi użata t-teknoloġija disponibbli f’
dak iż-żmien;
(ċ) d-data għall-oriġinar ta’ firma użati għall-oriġinar ta’ firma jistgħu
jkunu protetti b’mod fdat mill-firmatarju leġittimu kontra kull użu li
jista’ jsir minn persuni oħra.
02. Apparat ta’ oriġinar ta’ firma sigura ma għandux jibdel id-data li għandhom
jiġu ffirmati jew tipprevjeni lil dawk id-data milli jiġu ppreżentati lill-
firmatarju qabel il-proċess tal-firma.
