SIGUREZZA TAL-PRODOTTI ġ KAP. 427. 1
KAPITOLU 427
ATT DWAR IS-SIGUREZZA TAL-PRODOTTI
Biex iħassar u jissostitwixxi l-Att dwar Kontroll fuq il-Kwalità
(Esportazzjonijiet, Importazzjonijiet u Oġġetti Lokali), Kap. 225.
1 ta’ Marzu, 2001
L-ATT V ta’ l-2001.
TAQSIMA I
PRELIMINARI
Titolu fil-qosor.
Prodotti.
Tifsir.
xort’oħra - 
''affarjiet ta’ ikel'' tfisser kull sustanza jew prodott, kemm jekk
ikunu proċessati, proċessati parzjalment jew mhux proċessati
maħsuba biex jittieklu mill-bniedem, minbarra:
(a) prodotti mediċinali, jiġifieri kull sustanza jew għaqda
ta’ sustanzi ppreżentati biex jiġi ttrattat jew evitat il-
mard fil-bniedem jew fl-annimali; tinkludi wkoll kull
sustanza jew għaqda ta’ sustanzi li tista’ tiġi
amministrata lill-bniedem jew lill-annimali biex issir
djanjosi medika jew biex il-funzjonijiet fiżjoloġiċi fil-
bniedem jew fl-annimali jerġgħu jiġu lura għan-
normal, jew jiġu korretti jew modifikati;
(b) prodotti tat-tabakk jiġifieri prodotti li jintużaw biex
persuna tpejjep, ixxomm, tiġbed, jew tomgħod, safejn
dawn il-prodotti jkunu magħmulin, ukoll parzjalment,
minn tabakk;
(ċ) ilma għall-konsum mill-bniedem, jiġifieri kull ilma
wżat għal dak il-għan, sew fl-istat oriġinali tiegħu, kif
ukoll wara trattament, irrispettivament mill-oriġini
tiegħu, kemm jekk provdut biex jiġi kkunsmat, jew
biex jiġi wżat fi stabbiliment li jipproduċi l-ikel għall-
manifattura, proċessar, ippreżervar jew marketing ta’
prodotti jew sustanzi maħsuba għall-konsum mill-
bniedem u li jaffettwa t-tjubija ta’ l-ikel fil-forma
tiegħu kompluta; 
(d) ilmijiet naturali minerali, jiġifieri ilma
mikrobijoloġikament bnin li joriġina mill-ilma ta’ taħt
l-art jew minn depożitu ta’ ilma, u li joħroġ minn
għajn mqabbda ma’ toqba jew aktar minn toqba waħda
naturali, u li jista’ jintgħaraf faċilment minn ilma tax-
xorb mix-xorta tiegħu u mill-istat oriġinali tiegħu,
dawn iż-żewġ karatteristiċi jkunu baqgħu intatti
minħabba fix-xorta ta’ ilma ta’ taħt l-art ta’ dan l-ilma;
(e) sustanzi narkotiċi jew psikotropiċi, kif dawn huma
imfissra fil-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra
t-Traffiku Illeċitu fi Drogi Narkotiċi u Sustanzi
2 KAP. 427. ħ SIGUREZZA TAL-PRODOTTI
Psikotropiċi, adottata fid-19 ta’ Diċembru 1988 fi
Vjenna li għalih Malta hija parti;
''bejgħ'' tinkludi:
(a) il-provvista ta’ prodotti mibjugħa, mikrija jew offruti
għall-bejgħ jew għall-kiri f’operazzjonijiet li
għandhom x’jaqsmu ma’ kummerċ jew negozju u kull
attività  oħra li għandha x’taqsam ma’ prodotti li l-
Ministru jista’, minn żmien għal żmien, jistabilixxi
b’regolamenti magħmula taħt dan l-Att;
(b) il-provvista ta’ kull prodott li, għall-għanijiet ta’
marketing jew riklamar, jiġi offrut bħala premju jew
rigal jew b’mod ieħor jingħata in konnessjoni ma’
divertiment pubbliku, kemm jekk dak id-divertiment
ikun provdut bi ħlas jew b’xejn; u
(ċ) il-provvista ta’ prodotti f’operazzjonijiet li għandhom
x’jaqsmu ma’ l-għoti ta’ servizz lil konsumatur minn
terza persuna;
''Dipartiment'' tfisser id-Dipartiment għall-Affarijiet tal-
Konsumatur; 
''Direttur'' tfisser id-Direttur għall-Affarijiet tal-Konsumatur, u
tinkludi, fil-limitu ta’ l-awtorità  mogħtija, kull uffiċjal li jiġi
awtorizzat għaldaqshekk minnu bil-miktub għal xi wieħed mill-
għanijiet ta’ dan l-Att; 
''distributur'' tinkludi kull persuna fil-katina tal-provvista li l-
attività  tagħha ma taffettwax il-proprjetajiet ta’ sigurtà  ta’ prodott,
u għandha tinkludi bejjiegħa bl-ingrossa, bejjiegħa bl-imnut, aġenti
li jaħdmu b’kummissjoni u intermedjarji oħra;
''fond'' tinkludi kull posta, stand, kjosk, vettura, inġenji ta’ l-ajru,
inġenji tal-baħar u kull imkien ieħor minbarra fond li jintuża għal
skopijiet ta’ abitazzjoni, minn fejn jitmexxa jew isir kummerċ jew
negozju, u għandha tinkludi wkoll makni tal-bejgħ awtomatiċi
kemm jekk ikunu qegħdin fil-fond tan-negozju kemm jekk le;
Kap. 378.
''konsumatur'' għandha l-istess tifsir kif mogħti lilha bl-artikolu 2
ta’ l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur u tinkludi kull persuna li
barra minn f’operazzjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ negozju,
kummerċ jew professjoni, tixtri jew mod ieħor takkwista jew mod
ieħor jiġu f’idejha prodotti;
''liċenza'' tinkludi liċenzi tan-negozju u kull liċenza oħra
kummerċjali jew biex wieħed jopera;
''Malta'' għandha l-istess tifsir kif mogħtija lilha bl-artikolu 124
tal-Kostituzzjoni;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għall-Affarijiet tal-
Konsumatur u tinkludi, fil-limitu ta’ l-awtorità  mogħtija, kull
persuna jew awtorità  li tiġi awtorizzata għaldaqshekk minn dak il-
Ministru għall-finijiet ta’ dan l-Att;
''prodott'' tfisser kull ħaġa, oġġett jew sustanza manifatturata li
hija maħsuba jew offruta għall-użu minn konsumaturi jew x’aktarx
tintuża minn konsumaturi, provduta kemm bi ħlas jew le
f’operazzjonijiet ta’ kummerċ jew negozju u kemm jekk tkun
SIGUREZZA TAL-PRODOTTI ġ KAP. 427. 3
ġdida, użata jew rikondizzjonata, iżda teskludi -
(a) prodotti sekondaman provduti bħala antikitajiet;
(b) prodotti li għandhom jiġu msewwija jew
rikondizzjonati qabel ma jintużaw, sakemm min
jipprovdi dawk il-prodotti jinforma b’dan b’mod ċar
lill-persuni li jissupplixxi l-prodott;
(ċ) sustanzi mediċinali kif imfissra f’din it-Taqsima ta’
dan l-Att;
(d) affarijiet ta’ l-ikel kif dawn il-kliem huma mfissra
f’din it-Taqsima ta’ dan l-Att:
Iżda għal dak li għandu x’jaqsam ma’ kontroll fuq il-
kwalità , deskrizzjoni ġeografika jew tal-prodott, jew il-ħtiġiet dwar
il-kompożizzjoni tal-prodott, affarijiet ta’ l-ikel għandhom jiġu
meqjusa bħala prodotti u għandhom jiġu regolati bid-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att;
''prodott mhux perikoluż'' tfisser kull prodott li, taħt
kondizzjonijiet ta’ użu normali, jew li jkunu raġonevolment
prevedibbli, inkluża il-ħajja ta’ dak il-prodott, ma joħloqx riskju
jew joħloq biss ir-riskji minimi, li huma kompatibbli ma’ l-użu tal-
prodott, li huma kunsidrati bħala aċċettabbli u konsistenti ma’
livell għoli ta’ protezzjoni għas-sigurtà  u s-saħħa tal-bniedem, meta
wieħed iqis partikolarment il-fatturi li ġejjin:
(a) il-karatteristiċi tal-prodott, inklużi l-kompożizzjoni, l-
ippakkjar, l-istruzzjonijiet biex jingħaqad f’ħaġa
waħda u l-manutenzjoni tiegħu;
(b) l-effett li jkollu fuq prodotti oħra, meta jkun
raġonevolment prevedibbli li jiġi wżat ma’ prodotti
oħra;
(ċ) il-preżentazzjoni tal-prodott, l-immarkar fuqu, kull
istruzzjoni għall-użu u għad-disponiment tiegħu u kull
indikazzjoni jew informazzjoni oħra mogħtija mill-
produttur;
(d) il-kategoriji ta’ konsumaturi li jkunu taħt riskju meta
jużaw il-prodott, partikolarment tfal, persuni
b’diżabilità  u anzjani:
Iżda l-possibbiltà  li jistgħu jintlaħqu livelli għola ta’
sigurtà  jew id-disponibbilità  ta’ prodotti oħra li jkollhom livell
aktar baxx ta’ riskju ma jikkostitwux bażi biex prodott jiġi meqjus
bħala ''prodott perikoluż'';
''prodott perikoluż'' tfisser kull prodott li ma jikkonformax mat-
tifsira ta’ ''prodott mhux perikoluż'';
''produttur'' tfisser:
(a) il-manifattur ta’ prodott, meta jkun stabbilit f’Malta, u
kull persuna oħra li tippreżenta ruħha bħala l-
manifattur billi twaħħal mal-prodott isimha, trade
mark jew marka oħra distintiva, jew 
(b) il-persuna li tirrikondizzjona l-prodott; jew
(ċ) ir-rappreżentant tal-manifattur, meta l-manifattur ma
4 KAP. 427. ħ SIGUREZZA TAL-PRODOTTI
jkunx stabbilit f’Malta jew, jekk ma jkunx hemm
rappreżentant stabbilit f’Malta, l-importatur tal-
prodott; jew
(d) persuni oħra fil-katina tal-provvista, safejn l-
attivitajiet tagħhom jistgħu jaffettwaw l-aspetti ta’
sigurtà  ta’ prodott imqiegħed fis-suq;
''proprjetarju'', għal dak li għandu x’jaqsam ma’ stabbiliment ta’
manifattura, tfisser il-persuna jew persuni li jmexxu l-kummerċ jew
in-negozju, u tinkludi s-sidien ta’, jew min jokkupa, l-fond li fih
jitmexxa dak l-istabbiliment, u d-detenturi ta’ liċenzji li għandhom
x’jaqsmu ma’ dak l-istabbiliment jew dak il-fond;
''qorti'' tfisser il-Qorti tal-Maġistrati bħala qorti ta’ ġudikatura
kriminali;
''riklam'' tinkludi kull avviż, apparat, ċirkolari, tiketta, pakkett,
kont, dokument, rappreżentazzjoni, xandir jew avviż pubbliku,
preżentazzjoni viżwali jew akustika jew it-tnejn, u ''tirreklama''
għandha tinftiehem f’dan is-sens;
Kap. 419.
''standard'' għandu jkollha l-istess tifsira kif mogħtija lilha skond
l-Att dwar l-Awtorità  Maltija dwar l-iStandards.
TAQSIMA II
SIGURTÀ  TA’ PRODOTTI ĠENERALI
Dritt tal-
konsumatur.
3. (1) Konsumatur għandu d-dritt -
(a) li jitqiegħdu prodotti għall-konsum fis-suq li jkunu
mingħajr periklu;
(b) li jirċievi informazzjoni xierqa rigward l-aspetti ta’
sigurtà  u ta’ l-użu ta’ dawk il-prodotti kif suppost; u
(ċ) li jkun informat b’mod xieraq bi prodotti li joħolqu
riskji għas-saħħa u s-sigurtà  tal-konsumaturi, u li
jinbiegħu jew jiġu offruti għall-bejgħ lilu.
(2) Id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) ma jkunux
inforzabbli direttament f’xi qorti jew tribunal, iżda għandhom jiġu
osservati fl-interpretazzjoni u fl-implimentazzjoni ta’ dan l-Att u
ta’ xi regolamenti magħmula taħtu.
Prodotti mhux 
perikolużi.
4. (1) Il-produtturi għandhom iqiegħdu fis-suq prodotti li ma
jkunux perikolużi biss.
(2) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att għandhom japplikaw bl-
istess mod għall-prodotti manifatturati f’Malta jew importati
f’Malta.
(3) Kull persuna li tikser id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu
tkun ħatja ta’ reat kontra dan l-Att.
Sigurtà  ġenerali 
ta’ prodotti .
5. (1) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att għal dak li għandu
x’jaqsam ma’ sigurtà  ġenerali ta’ prodotti japplikaw safejn ma
jkunx hemm disposizzjonijiet speċifiċi li jirregolaw is-sigurtà  ta’
prodott partikolari f’regolamenti partikolari magħmula taħt dan l-
Att jew taħt xi liġi oħra.
(2) Meta regoli speċifiċi jkun fihom disposizzjonijiet li
SIGUREZZA TAL-PRODOTTI ġ KAP. 427. 5
jimponu ħtiġiet ta’ sigurtà  fuq prodott partikolari, il-ħtiġiet ta’ dan
l-Att dwar sigurtà  ġenerali ta’ prodotti ma għandhomx japplikaw
għal dak il-prodott.
(3) Meta jiġu mposti ħtiġiet speċifiċi taħt xi liġi li jirregolaw
ċerti aspetti biss ta’ sigurtà  tal-prodott jew kategoriji ta’ riskju għal
prodott partikolari, dawk il-ħtiġiet għandhom japplikaw għal dak
il-prodott għal dak li għandu x’jaqsam ma’ l-aspetti ta’ sigurtà  jew
riskji rilevanti, b’esklużjoni tad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att dwar
sigurtà  ta’ prodotti, u l-ħtiġiet ta’ dan l-Att dwar is-sigurtà  ġenerali
ta’ prodotti għal dak li jirrigwarda aspetti oħra ta’ sigurtà  jew riskji
għandhom ikomplu japplikaw.
(4) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikoli (1) sa (3),
id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att dwar sigurtà  ġenerali ta’ prodotti
għandhom jipprevalu fuq kull ħaġa li jkun hemm kuntrarja f’xi liġi
oħra.
Obbligi ta’ 
produtturi u 
importaturi.
6. Mingħajr preġudizzju għal kull obbligu ieħor skond dan l-
Att, produtturi u importaturi għandhom -
(a) jagħtu lill-konsumaturi informazzjoni rilevanti biex
ikunu jistgħu jagħmlu stima tar-riskji li jkun hemm fi
prodott matul l-użu tiegħu normali jew raġonevolment
prevedibbli, meta dawk ir-riskji ma jkunux
immedjatament ovvji mingħajr twissija xierqa;
(b) jieħdu dawk il-prekawzjonijiet meħtieġa biex jiġu
evitati jew imnaqqsa dawk ir-riskji;
(ċ) jadottaw dawk il-miżuri li jkunu proporzjonati mal-
karatteristiċi tal-prodotti li jissuplixxu biex
konsumaturi jkunu jistgħu ikunu informati dwar ir-
riskji li dawn il-prodotti jista’ jkollhom u biex jieħdu
azzjoni xierqa inkluża, jekk ikun hekk meħtieġ, li l-
prodott in kwistjoni jiġi rtirat mis-suq biex jiġu evitati
dawn ir-riskji.
(2)  Il-miżuri indikati fis-subartikolu (1) jistgħu jinkludu, kull
fejn ikun xieraq, l-immarkar tal-prodotti jew il-lottijiet tal-prodott
b’tali mod illi jistgħu jiġu identifikati, testjar ta’ kampjuni ta’
prodotti fis-suq, l-investigazzjoni ta’ ilmenti, u li d-distributuri
jinżammu informati dwar dik is-sorveljanza.
(3) Kull persuna li tikser id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu
tkun ħatja ta’ reat kontra dan l-Att.
Tħaris ta’ ħtiġiet 
ta’ sigurtà  
ġenerali mid-
distributuri .
7. (1) Id-distributuri jkunu meħtieġa li jaġixxu b’attenzjoni
xierqa biex jiġi żgurat it-tħaris tal-ħtiġiet ta’ sigurtà  ġenerali
stabbiliti bis-saħħa ta’ dan l-Att, partikolarment billi ma jipprovdux
prodotti li jkunu jafu jew li raġonevolment għandhom ikunu jafu,
fuq il-bażi ta’ informazzjoni li jkollhom bħala nies li jaħdmu f’dak
il-kummerċ, negozju jew xogħol rilevanti ma jħarsux dik il-ħtieġa. 
(2)  Kull distributur li jipprovdi prodotti li jkun jaf jew li
jmissu jkun jaf, bħala bniedem li jaħdem f’dak il-kummerċ,
negozju jew xogħol rilevanti, li jkunu perikolużi, jew li b’mod
ieħor jikser id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) ikun ħati ta’ reat
kontra dan l-Att.
6 KAP. 427. ħ SIGUREZZA TAL-PRODOTTI
Sorveljanza fuq 
is-sigurtà  ta’ 
prodotti.
8. Id-distributuri għandhom id-dmir li jassistu fis-sorveljanza
tas-sigurtà  ta’ prodotti imqiegħdha fis-suq, billi jgħaddu
informazzjoni dwar riskji fi prodotti lil min jipprovdi dawk il-
prodotti u lill-konsumaturi, u billi jikkooperaw fl-azzjoni li
tittieħed biex jiġu evitati dawn ir-riskji.
Stima dwar il-
ħtieġa ta’ sigurtà  
ġenerali.
9. (1) Fl-assenza ta’ regoli speċifiċi, it-tħaris ta’ prodott tal-
ħtieġa dwar sigurtà  ġenerali għandu jkun stmat billi wieħed iqis -
(a) l-Istandards Nazzjonali volontarji kollha rilevanti li
jagħtu seħħ lil Standard Ewropew; jew
(b) l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi Ewropej kollha rilavanti,
jekk ikun hemm; jew
(ċ) fin-nuqqas ta’ dak hawn fuq imsemmi, l-istandards
nazzjonali kollha rilevanti kif ukoll kodiċijiet ta’
prattika tajba dwar is-saħħa u s-sigurtà , fis-settur
konċernat, l-għola livell ta’ konoxxenza f’dak il-kamp
u teknoloġija fis-settur konċernat, u standards ta’
sigurtà  li l-konsumaturi huma raġonevolment intitolati
li jippretendu.
Kap. 419.
(2) F’dan l-artikolu, il-kliem ''Standard Nazzjonali'', ''Standard
Ewropew'' u ''speċifikazzjonijiet tekniċi'' għandu jkollhom it-
tifsiriet mogħtija lilhom bl-Att dwar l-Awtorità  Maltija dwar
Standards.
Id-Direttur jista’ 
jimponi 
restrizzjonijiet.
10. (1) Minkejja li prodott ikun iħares id-disposizzjonijiet ta’
l-artikolu 9(1)(a), (b) jew (ċ), id-Direttur jista’ jieħu dawk il-miżuri
xierqa biex jimponi restrizzjonijiet mal-ħruġ ta’ dak il-prodott fis-
suq jew li jeħtieġ li jiġi rtirat mis-suq meta jkollu raġuni għaliex
jaħseb li, minkejja dak it-tħaris, il-prodott xorta jibqa’ perikoluż
għas-saħħa u s-sigurtà  tal-konsumaturi.
(2) Id-Direttur għandu, kull meta dan ikun possibbli, jagħti
lill-partijiet konċernati l-opportunità  li jissottomettu l-opinjonijiet
tagħhom qabel jieħu miżura skond is-subartikolu (1):
Iżda, fejn, minħabba fl-urġenza tal-miżuri li għandhom
jittieħdu, id-Direttur ikun ħa l-miżuri qabel ma jkun ta din l-
opportunità , għandu jagħti din l-opportunità  kemm jista’ jkun
malajr, wara li l-miżura tkun ittieħdet mid-Direttur.
(3) Id-Direttur għandu, kull meta jidhirlu li jkun possibbli u
raġonevoli li jagħmel hekk, l-ewwel jipprova jottjeni tħaris
volontarju da parti tal-produtturi u distributuri involuti.
Notifika. 11. (1) Meta d-Direttur jieħu miżuri skond l-artikolu 10,
għandu kemm jista’ jkun malajr, jinnotifika lill-partijiet konċernati
r-raġunijiet għat-teħid ta’ dawk il-miżuri.
Kap. 378. (2) Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 97, 98 u 99 ta’ l-Att dwar
l-Affarijiet tal-Konsumatur, għandhom japplikaw mutatis mutandis
għall-miżuri meħuda mid-Direttur.
Reati ġenerali. 12. Kull persuna li -
(a) tbiegħ, tikri, tesponi jew toffri għal bejgħ jew kiri jew
ikollha fil-pussess tagħha, għall-għanijiet ta’ dak il-
bejgħ, kiri, turija jew offerta, xi prodott li ma jħarisx
SIGUREZZA TAL-PRODOTTI ġ KAP. 427. 7
id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att jew ta’ xi regolament
magħmul taħt dan l-Att; jew
(b) tiddepożita ma’, jew mod ieħor tissupplixxi lil, xi
persuna b’dak il-prodott, taħt kull titolu jkun liema
jkun, kemm bi ħlas jew le, għall-għanijiet ta’ dak il-
bejgħ, kiri, offerta jew turija, 
tkun ħatja ta’ reat kontra dan l-Att.
Nuqqas ta’ 
prodott li jħares 
il-ħtiġiet.
13. Meta prodott li jonqos li jħares il-ħtiġiet ta’ dan l-Att jew
ta’ xi regolament magħmul taħtu jkun jifforma parti minn grupp,
lott jew konsenja ta’ prodotti ta’ l-istess klassi, tip jew
deskrizzjoni, jitqies, sakemm ma jiġix pruvat il-kuntrarju, li l-
prodotti kollha f’dak il-grupp, lott jew konsenja ma jħarsux dawk
il-ħtiġiet.
Nuqqas li wieħed 
jagħti 
informazzjoni.
14. Produttur li jonqos milli jagħti xi informazzjoni li tista’
tkun meħtieġa mid-Direttur fit-twettiq tal-funzjonijiet tiegħu skond
dan l-Att ikun ħati ta’ reat kontra dan l-Att.
TAQSIMA III
KONTROLL TAL-PRODOTT U INFURZAR
Funzjonijiet tad-
Direttur.
15. Id-Direttur ikun responsabbli għall-amministrazzjoni ta’ din it-
Taqsima ta’ dan l-Att, u fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet u tad-dmirijiet
tiegħu skond dan l-Att, ikollu s-setgħa:
(a) jipprojbixxi, b’ordni bil-miktub, il-ħruġ fis-suq ta’ xi
prodott li huwa perikoluż jew li ma jħarisx id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att jew xi regolamenti
magħmula taħtu;
(b) jipprojbixxi, b’ordni bil-miktub, għal dak iż-żmien li
jkun meħtieġ biex isiru testijiet, lil xi persuna milli
tissupplixxi, toffri jew mod ieħor tesponi xi prodott
jew grupp ta’ prodotti, kull meta jidhirlu, fid-
diskrezzjoni tiegħu, li hemm raġunijiet validi biex
wieħed jaħseb li prodott huwa perikoluż;
(ċ) jordna, b’ordni bil-miktub, l-irtirar immedjat ta’
prodotti perikolużi mis-suq u, kull meta jidhirlu li dan
hu meħtieġ, li jordna d-distruzzjoni ta’ dawk il-
prodotti taħt dawk il-kondizzjonijiet li jidhrulu xierqa;
(d) jieħu dawk il-miżuri li hu jista’ jikkonsidra li jkunu
meħtieġa biex iwaqqaf u ma jħallix li jsiru prattiċi li
huma ta’ ħsara għas-sigurtà  ta’ prodotti;
(e) jimponi kondizzjonijiet, b’ordni bil-miktub, fuq il-
marketing, ir-riklamar u l-immarkar ta’ prodott, kif
ikun meħtieġ fl-interess tas-sigurtà  pubblika;
(f) jippubblika kopji ta’ ordnijiet maħruġa minnu taħt xi
waħda mid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att.
(g) li jwettaq jew jara li jitwettqu fuq skala xierqa, sa l-
istadju finali ta’ użu, l-attivitajiet kollha dwar il-
kontroll tal-prodott, inklużi l-ispezzjonijiet, l-analiżi,
l-eżami u l-investigazzjonijiet oħra li għandhom
x’jaqsmu mal-karatteristiċi ta’ sigurtà  ta’ prodotti,
8 KAP. 427. ħ SIGUREZZA TAL-PRODOTTI
ukoll wara li dawn il-prodotti jkunu tpoġġew fis-suq
bħala mhux perikolużi; u
(h) li jwettaq kull funzjoni oħra li tista’ tiġi assenjata lilu
b’dan jew skond dan l-Att jew skond xi liġi oħra.
Infurzar ta’ l-Att. 16. (1) Sakemm ma jiġix provdut xort’oħra, l-infurzar tad-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att jew ta’ xi regolamenti magħmula
taħtu jkun vestit fid-Direttur, iżda d-Direttur jista’ jiddelega bil-
miktub xi waħda mis-setgħat vestiti fih bis-saħħa ta’ dan l-Att lil
kull uffiċjal pubbliku jew, bil-kunsens tal-Ministru, lil xi persuna
oħra impjegata ma’ korp magħqud imwaqqaf b’liġi, jew persuna li
taqa’ f’kategorija kif tista’ tiġi preskritta taħt l-artikolu 39 ta’ dan
l-Att.
(2) Kull uffiċjal jew persuna, awtorizzat kif intqal qabel,
għandu, meta jkun meħtieġ, juri l-awtorizzazzjoni bil-miktub,
iffirmata mid-Direttur.
(3) Kull referenza f’dan l-Att barra minn fl-artikolu 22 għal
uffiċjal pubbliku awtorizzat jew uffiċjal awtorizzat għandha titqies
li tinkludi referenza għal persuna oħra awtorizzata skond is-
subartikolu (1).
Setgħa ta’ 
spezzjon.
17. (1) Kull Maġistrat jista’ b’mandat, wara rikors konfermat
bil-ġurament mid-Direttur jew minn xi uffiċjal pubbliku, awtorizzat
kif imiss bil-miktub mid-Direttur għal xi wieħed mill-għanijiet ta’
dan l-Att, li jkollu għalfejn raġonevolment jaħseb li prodotti
perikolużi qed jinżammu jew jinsabu f’xi fond, minbarra fond li
jintuża esklużivament għal għanijiet ta’ abitazzjoni, jawtorizza lil
dak l-uffiċjal biex -
(a) jidħol u jfittex kull fond tali u li jwettaq hemmhekk
kull spezzjoni li tista’ tkun meħtieġa;
(b) jikkonfiska kull prodott perikoluż li jinsab hemmhekk:
Iżda meta d-Direttur ikollu raġuni tajba li jissuspetta li
dawk l-prodotti perikolużi x’aktarx jiġu mneħħija jew distrutti, jew
li x’aktarx ix-xiehda ta’ l-għemil ta’ xi reat kontra dan l-Att tiġi
moħbija, id-Direttur jista’ bil-miktub jawtorizza huwa stess kull
uffiċjal pubbliku biex iwettaq, rigward dak il-fond, kull waħda mis-
setgħat imsemmija f’dan is-subartikolu, u l-awtorità  hekk mogħtija
mid-Direttur ikollha l-istess effett bħal mandat maħruġ minn
Maġistrat.
(2) L-ebda dħul jew tfittxija ma jistgħu jsiru barra l-ħinijiet
normali tan-negozju ta’ l-istabbiliment konċernat, sakemm id-
Direttur ma jkollux raġuni għaliex jaħseb li xi dewmien jista’ jġib
miegħu t-telf jew il-ħabi ta’ xi xiehda jew jista’ mod ieħor
jippreġudika r-riżultat tat-tfittxija.
(3) Waqt kull dħul u tfittxija skond din it-Taqsima ta’ dan l-Att,
id-Direttur jista’ jitlob l-assistenza tal-Pulizija.
Spezzjon ta’ 
prodotti.
18. Kull uffiċjal pubbliku, awtorizzat intqal qabel, jista’, għal
kull wieħed mill-għanijiet ta’ dan l-Att, jispezzjoni kull prodott li -
(a) ikun ġie mibjugħ jew ikun qed jiġi offrut għall- bejgħ
jew konsum jew użu mill-konsumaturi; jew
SIGUREZZA TAL-PRODOTTI ġ KAP. 427. 9
(b) ikun fil-pussess ta’, jew taħt il-kontroll ta’, xi
produttur jew distributur, jew li ġie depożitat għand,
jew mod ieħor mogħti lil, xi persuna għall-għan ta’
bejgħ jew preparazzjoni għall-bejgħ,
kull fejn il-prodott jinsab.
L-uffiċjal jista’ 
jkun 
akkompanjat.
19. Uffiċjal awtorizzat li jidħol f’xi fond bis-saħħa ta’ xi
waħda mid-disposizzjonijiet ta’ din it-Taqsima ta’ dan l-Att jista’
jkun akkompanjat minn dawk il-persuni oħra, u jieħu miegħu dak l-
apparat, li jidhirlu xieraq.
Setgħat oħra ta’ 
uffiċjal 
awtorizzat.
20. Uffiċjal awtorizzat ikollu s-setgħa, meta dan ikun meħtieġ
biex iwettaq b’mod xieraq il-funzjonijiet tiegħu skond l-artikoli 17
sa 19, li -
(a) jixtri kampjun ta’ kull prodott jew ta’ kull materjal li
jista’ jintuża fil-preparazzjoni, manifattura jew tagħqid
f’ħaġa waħda ta’ dak il-prodott; 
(b) jiftaħ bil-forza kull bieb u jneħħi kull ostakolu jew
xkiel għal dak id-dħul, dik it-tfitxxija jew dik il-
konfiska;
(ċ) jeħtieġ li kull persuna li tmexxi kummerċ jew negozju,
jew li hi impjegata in konnessjoni ma’ xi kummerċ jew
negozju, biex tipproduċi kull ktieb jew dokument,
inklużi dawk li huma maħżuna f’computer jew f’xi
network ieħor ta’ informazzjoni, li għandhom
x’jaqsmu mal-kummerċ jew man-negozju, u li jieħu
kopji tagħhom;
(d) jieħu jew iżomm, mingħajr ma jħallas flus għalihom,
kull oġġett jew kampjun tiegħu, jew xi materjal ieħor,
li jidhirlu li huma maħsuba għall-bejgħ, jew ġew
mibjugħa jew instabu minnu fuq jew f’xi fond, għall-
għan li jkun jista’ jistabbilixxi jekk ikun sar reat
kontra dan l-Att;
(e) li jikkonfiska u jżomm kull oġġett, jew xi kampjun,
komponent jew materjal, jew dokumenti biex tista’
tinġabar ix-xiehda dwar il-possibbiltà  li jkun ġie
kommess reat kontra dan l-Att jew li tista’ tkun
meħtieġa bħala xiehda fi proċedimenti taħt xi waħda
mid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att jew ta’ regolamenti
magħmula taħtu; u
(f) fejn ikun meħtieġ, biex jiżgura li jiġu mħarsa d-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, li jeħtieġ li kull persuna
li jkollha l-awtorità  biex tagħmel hekk, biex tiftaħ kull
kontenitur jew makna tal-bejgħ awtomatika, u jekk dik
il-persuna tonqos milli tħares dik il-ħtieġa, l-uffiċjal
awtorizzat jista’ jipproċedi biex jagħmel dan huwa
stess, jekk ikun hemm bżonn billi jiftaħ bil-forza dak
il-kontenitur jew dik il-makna.
Riċevuta għal 
prodotti 
konfiskati.
21. (1) Meta uffiċjal awtorizzat jikkonfiska xi oġġetti,
dokumenti jew notamenti oħra fit-twettiq tas-setgħat tiegħu skond
l-artikolu 17, hu għandu jinforma lill-persuna li mingħandha l-
10 KAP. 427. ħ SIGUREZZA TAL-PRODOTTI
ħwejjeġ ġew konfiskati u jgħatiha riċevuta xierqa.
(2) Fil-każ ta’ oġġetti konfiskati minn makna tal-bejgħ
awtomatika, l-uffiċjal awtorizzat għandu jinforma lill-persuna li
isimha u l-indirizz tagħha huma mniżżlin fuq il-makna bħala li hu
il-proprjetarju tagħha jew, jekk l-ebda isem u indirizz ma huma
hekk imniżżlin, lill-persuna, jekk ikun hemm, li tkun qed tokkupa l-
fond li fuqu jkun hemm il-makna jew li miegħu l-makna tkun
imwaħħla.
Applikabbiltà  ta’ 
l-Att dwar 
Segretezza 
Professjonali .
Kap. 377.
22. Ebda ħaġa li tinsab fl-Att dwar Segretezza Professjonali
ma għandha tiftiehem li teskludi jew xort’oħra tirrestrinġi lid-
Direttur, jew xi uffiċjal pubbliku tad-Dipartiment, awtorizzat kif
imiss mid-Direttur skond l-artikolu 17, milli jikkomunika lill-
konsumatur, li l-ilment tiegħu dwar dik il-ħaġa tkun ġiet
investigata, informazzjoni dwar dak li jkun instab, li jirriżulta
direttament min dik l-investigazzjoni, dwar dik il-ħaġa.
Xkiel jew għoti 
ta’ informazzjoni 
falza.
23. Kull min xjentement ifixkel, jirreżisti, jgħedded jew mod
ieħor jagħti xi informazzjoni li tkun mhux veritiera jew falza lid-
Direttur jew lil xi uffiċjal awtorizzat fil-qadi ta’ xi waħda mill-
funzjonijiet tiegħu imsemmija fl-artikolu 15, jew xjentement
jonqos milli jassisti jew iħares xi ħtieġa magħmula legalment minn
uffiċjal bħal dan, ikun ħati ta’ reat taħt dan l-Att.
Avviż bil-miktub. 24. Meta uffiċjal awtorizzat jkollu għalfejn raġonevolment
jaħseb li prodott ikun perikoluż jew b’mod ieħor x’aktarx jikkawża
ħsara, u jista’ jagħti lil persuna responsabbli ordni bil-miktub fejn
jordnalu li sakemm dak l-avviż ma jiġix irtirat, il-prodott ma
għandux jintuża, jinbiegħ, jiġi offert għall-bejgħ jew negozjat jew
m’għandux jiġi imqiegħed f’post ieħor ħlief f’dak il-post li jista
jiġi speċifikat fl-ordni. Kull persuna li xjentement tikser jew tgħin
fil-ksur ta’ avviż bil-miktub bħal dan tkun ħatja ta’ reat kontra dan
l-Att: 
Iżda id-Direttur għandu, malajr kemm jista’ jkun, iżda
mhux aktar tard minn xahrejn minn meta jintbagħat l-avviż, lil
persuna responsabbli, jiddeċidi dwar is-sigurtà  jew mod ieħor tal-
prodott, u għandu -
(a) jekk jiġi stabbilit li l-prodott ma jkunx perikoluż,
jirtira l-avviż; jew
(b)  jekk jiġi stabbilit li l-prodott hu perikoluż,
jipprojbixxi li jiġi użat jew mibjugħ mill-ġdid, jordna
il-qbid u l-konfiska tal-prodott, kif ukoll li l-prodott
jinżamm f’dak il-fond kif id-Direttur jista’ jispeċifika
għall-ispejjeż tal-produttur.
Disponiment ta’ 
prodotti.
25. Fi proċeduri għal reat kontra dan l-Att, il-Qorti tista’, jekk
jidhrilha li prodott ikun perikoluż, tordna li dak il-prodott jiġi
distrutt jew mod ieħor isir disponiment minnu bi spejjeż tal-
produttur.
Nuqqas ta’ 
operatur li jħares 
id-
disposizzjonijiet 
ta’ dan l-Att.
26. (1) Meta d-Direttur ikollu għalfejn raġonevolment jaħseb
li operatur ta’ kummerċ jew negozju naqas milli jħares xi
disposizzjoni ta’ dan l-Att jew ta’ xi regolament magħmul taħtu,
huwa jista’ b’avviż bil-miktub (li jkun magħruf bħala ''l-avviż'')
notifikat lil dak il-proprjetarju -
SIGUREZZA TAL-PRODOTTI ġ KAP. 427. 11
(a) jispeċifika d-disposizzjoni jew ir-regolament li l-
proprjetarju jkun naqas milli jħares u jispeċifika dawk
l-affarijiet li jikkostitwixxu n-nuqqas ta’ tħaris mill-
proprjetarju;
(b) jispeċifika l-miżuri ta’ rimedju li huma meħtieġa li
jittieħdu;
(ċ) jeħtieġ li l-proprjetarju jwettaq dawk il-miżuri jew
miżuri ekwivalenti, f’dak iż-żmien li jista’ jiġi
speċifikat fl-avviż.
(2) Kull persuna li tonqos milli tħares avviż tkun ħatja ta’ reat
kontra dan l-Att.
Direttur ta’ 
Sorveljanza fuq 
is-Suq.
27. (1) Għandu jkun hemm Direttur ta’ Sorveljanza fuq is-Suq
li jiġi maħtur f’dik il-kariga mill-Prim Ministru.
(2) Il-funzjonijiet tad-Direttur ta’ Sorveljanza fuq is-Suq ikunu
dawn li ġejjin:
(a) li jwaqqaf, li jaġġorna perjodikament u li jimplimenta
programmi ta’ sorveljanza fuq setturi dwar il-
kategoriji ta’ prodotti u riskji;
(b) li jsegwi u jaġġorna it-tagħrif xjentifiku dwar is-
sigurtà  ta’ prodotti kif ukoll rapporti kull tant żmien
dwar attivitajiet ta’ sorveljanza, dak li jinstab u r-
riżultati milħuqa;
(ċ) jirrevedi u jagħmel stima kull tant żmien dwar kif
jiffunzjonaw l-attivitajiet ta’ kontroll u kemm huma
effettivi, u, jekk ikun meħtieġ, li jirrevedi kif issir is-
sorveljanza u ta’ l-organizzazzjoni li tkun ġiet
imwaqqfa;
(d) kull funzjoni oħra li tista’ tiġi assenjata lilu taħt xi liġi
oħra.
Ħruġ ta’ 
dikjarazzjoni 
pubblika.
28. (1) Id-Direttur jista’, bi ftehim mad-Direttur ta’
Sorveljanza fuq is-Suq, jagħmel jew joħroġ dikjarazzjoni pubblika,
li tidentifika -
(a) prodotti li huma jew jistgħu jkunu perikolużi;
(b) il-produtturi u d-distributuri ta’ dawk il-prodotti; 
(ċ) dawk il-produtturi, distributuri jew persuni oħra, li l-
operat jew l-attivitajiet tagħhom rigward prodotti
partikolari jistgħu jaffettwaw b’mod ħażin l-interessi
ta’ konsumaturi skond dan l-Att; jew
(d) kull ħaġ’oħra li tista’ taffettwa ħażin is-sigurtà  tal-
konsumaturi.
Kap. 378.
(2) Id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) għal dak li għandu
x’jaqsam mas-sigurtà  ta’ prodott għandhom jipprevalu fuq id-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 8(1) ta’ l-Att dwar l-Affarijiet tal-
Konsumatur.
(3) Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 8(2) u (3) ta’ l-Att dwar l-
Affarijiet tal-Konsumatur għandhom japplikaw għal
dikjarazzjonijiet pubbliċi magħmula jew maħruġa skond dan l-
12 KAP. 427. ħ SIGUREZZA TAL-PRODOTTI
artikolu, u l-eżenzjoni minn kull responsabbiltà  legali skond l-
imsemmi subartikolu (3) għandha tkun estiża għad-Direttur ta’
Sorveljanza fuq is-Suq.
Garanziji dwar 
kontravenzjonijiet 
kontra dan l-Att.
Kap. 378.
29. (1) Id-Direttur jista’, minflok ma jibda proċeduri dwar il-
ksur ta’ xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, jeħtieġ kull
persuna li tkun kisret xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att
jew ta’ xi regolamenti magħmulin taħtu, li tagħti garanzija bil-
miktub li tieqaf minn dak l-aġir u li tieħu kull azzjoni ta’ rimedju
jew azzjoni oħra li d-Direttur jista’ jispeċifika, u d-disposizzjonijiet
ta’ l-artikolu 12 ta’ l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur
għandhom, mutatis mutandis, japplikaw għal garanziji magħmula
taħt dan l-Att.
(2) Kull persuna li tikser xi garanzija magħmula skond is-
subartikolu (1) tkun ħatja ta’ reat kontra dan l-Att.
TAQSIMA IV
PROĊEDIMENTI
Proċedimenti. 30. Proċedimenti dwar reat taħt dan l-Att jistgħu jinbdew biss
fuq istanza tad-Direttur, li jista’ imexxi l-prosekuzzjoni fil-Qorti.
Preskrizzjoni. 31. L-azzjonjijiet kriminali għal reati taħt dan l-Att ikunu
preskritti wara sentejn.
Multi. 32. (1) Persuna li tinsab ħatja ta’ reat skond l-artikolu 23
teħel, meta tinsab ħatja, multa ta’ mhux inqas minn mitejn lira iżda
mhux iżjed minn elf lira, jew priġunerija għal mhux iżjed minn sitt
xhur, jew dik il-multa u l-priġunerija flimkien.
(2) Persuna li tinsab ħatja ta’ xi reat ieħor skond dan l-Att
teħel, meta tinsab ħatja, multa ta’ mhux inqas minn ħames mitt lira
iżda mhux iżjed minn ħamest elef lira, jew priġunerija għal mhux
iżjed minn tliet snin, jew dik il-multa u l-priġunerija flimkien.
(3) Persuna li tinsab ħatja ta’ reat għat-tieni darba jew drabi
oħra wara, teħel, meta tinsab ħatja, multa ta’ mhux inqas minn
seba’ mija u ħamsin lira iżda mhux iktar minn għaxart elef lira, jew
priġunerija għal mhux iżjed minn erba’ snin, jew dik il-multa u l-
priġunerija flimkien. 
(4) Il-Qorti tista’, meta persuna tinsab ħatja ta’ reat kontra dan
l-Att, b’eċċezzjoni ta’ reati kontra l-artikolu 23, jekk jidhrilha li ċ-
ċirkostanzi hekk jeħtieġu, tordna wkoll s-sospensjoni jew it-tħassir
ta’ kull liċenza jew liċenzi maħruġa lill-persuna mixlija jew dwar
il-fond involut fil-proċedimenti.
(5) Mingħajr ħsara għall-ġeneralità  ta’ dak li intqal qabel, kull
persuna li tinsab ħatja ta’ reat skond l-artikoli 26 jew 29 teħel multa
addizzjonali ta’ mhux aktar minn mitejn lira għal kull ġurnata li ma
tħarisx avviż jew garanzija.
Ħlas lura lid-
Direttur.
33. Meta persuna tinstab ħatja ta’ reat kontra dan l-Att, il-Qorti
għandha tordna lil dik il-persuna biex tħallas lura lid-Direttur, fi
żmien kif tista’ tisptipula, kull spiża dwar il-proċedimenti mibdija
kontriha. Dawn l-ispejjeż għandhom jinkludu spejjeż magħmula fil-
qbid, tneħħija, detenzjoni, testjar, analiżi, spezzjon u eżami ta’
prodotti, jew kampjuni tagħhom, involuti f’dawn il-proċedimenti.
SIGUREZZA TAL-PRODOTTI ġ KAP. 427. 13
Reat minn 
kumpannija.
34. L-Avukat Ġenerali jkollu dritt ta’ appell kontra xi deċiżjoni
mogħtija fi proċedimenti miġjuba taħt dan l-Att jew konnessi ma’
regolamenti magħmula taħtu.
TAQSIMA V
MIXXELLANJI
Applikabbiltà  ta’ 
l-Att dwar l-
Affarijiet tal-
Konsumatur.
Kap. 378.
35. Xejn f’dan l-Att ma għandu jinftiehem bħala li jaffettwa
b’mod ħażin id-drittijiet ta’ konsumaturi li joħorġu mid-
disposizzjonijiet li jirregolaw ir-responsabbiltà  għall-prodotti
difettużi skond it-Taqsima VII ta’ l-Att dwar l-Affarijiet tal-
Konsumatur.
Regolamenti dwar 
drittijiet u l-forma 
ta’ dokumenti.
36. Il-Ministru jista’ jagħmel regolamenti -
(a)  li jistabilixxu u jawtorizzaw id-drittijiet li jistgħu jiġu
imposti mid-Direttur fl-eżerċizzju ta’ xi waħda mill-
funzjonijiet assenjati lilu taħt dan l-Att jew
regolamenti magħmula taħtu; u
(b) li jippreskrivu l-forma ta’ xi dokument li għandu
jintuża għal xi wieħed mill-għanijiet ta’ dan l-Att.
Notifika ta’ 
dokumenti.
37. (1) Kull dokument li hu meħtieġ jew awtorizzat minn jew
skond dan l-Att li jingħata jew jiġi notifikat lil xi persuna, jista’
jingħata jew jiġi notifikat jew -
(a) billi jingħata lil dik il-persuna jew jitħalla jew
jintbagħat fl-indirizz tiegħu ta’ residenza ordinarja jew
l-aħħar magħrufa; jew
(b) f’każ ta’ kumpannija jew korp ieħor jew assoċjazzjoni
ta’ persuni, billi jintbagħat lill-uffiċċju reġistrat jew
prinċipali.
(2) Meta d-dokument għandu jingħata jew jiġi notifikat lill-
proprjetarju ta’ xi fond jew lil min jokkupa dak il-fond u ma jkunx
prattikabbli, wara riċerka raġonevoli, li jiġi verifikat l-isem u l-
indirizz tal-persuna li lilha għandu jingħata jew jiġi notifikat, jew
jekk il-fond ma jkunx okkupat, id-dokument jista’ jingħata jew jiġi
notifikat billi jiġi indirizzat lill-persuna konċernata billi jiġi
indirizzat ''lill-proprjetarju'' jew ''lill-okkupant'' tal-fond u, jekk ma
jkunx hemm persuna fil-fond li lilha d-dokument jista’ jingħata,
billi dak id-dokument jitwaħħal, jew kopja tiegħu titwaħħal, ma’ xi
parti li tidher tal-fond.
Regolamenti dwar 
prodotti.
38. Il-Ministru jista’, fuq il-parir ta’ l-Awtorità  Maltija dwar l-
iStandards, jagħmel regolamenti -
(a) biex jippreskrivi livelli minimi ta’ kwalità
permissibbli għal dak li għandu x’jaqsam ma’ xi
klassi, kategorija jew xorta ta’ prodott, inkluż l-
ippakkjar tiegħu;
(b) biex jippreskrivi ħtiġiet mandatorji rigward id-disinn,
il-metodi ta’ manifattura, kostruzzjoni, sigurtà ,
tlestija, testjar, kontroll fuq il-kwalità , tikkettjar,
klassifikazzjoni, ippakkjar, gradazzjoni, ħażna,
trasport u impatt fuq l-ambjent ta’ kull klassi,
kategorija jew xorta ta’ oġġetti, materjali, sustanzi,
14 KAP. 427. ħ SIGUREZZA TAL-PRODOTTI
impjant, stallazzjoni jew strutturi;
(ċ) biex jaddotta u jimplementa kull rabta u obbligazzjoni
li għandha x’taqsam ma’ prodotti li toriġina minn jew
skond xi trattat, konvenzjoni jew ftehim
internazzjonali ieħor, kemm jekk dan ikun bilaterali,
reġjonali jew multilaterali, li tiegħu Malta tkun parti;
(d) li jirrigwardaw il-ħwejjeġ li għandhom jitqiesu biex
jiġi deċiż meta, u f’liema ħinijiet, għandhom jittieħdu
kampjuni;
(e) li jirridgwardaw il-mod kif jittieħdu kampjuni, inklużi
l-passi li għandhom jittieħdu biex jiġi żgurat li l-
kampjuni meħuda jkunu ġusti u adegwati;
(f) li jirrigwardaw il-mod kif wieħed għandu jaġixxi
rigward kampjuni, inkluż, fejn ikun hekk xieraq, id-
diviżjoni ta’ kampjuni f’biċċiet;
(g) rigward il-persuni li lilhom għandhom jingħataw il-
kampjuni jew il-biċċiet tal-kampjuni u l-persuni li
għandhom iżommu l-kampjuni jew il-biċċiet tal-
kampjuni;
(h) rigward l-avviżi li għandhom jingħataw lil, u l-
informazzjoni li għandha tingħata minn, persuni
responsabbli għal xi prodott;
(i) rigward il-metodi li għandhom jintużaw fl-analiżi jew
fl-eżami ta’ kampjuni, jew fil-klassifikazzjoni u
evalwazzjoni tar-riżultati ta’ l-analiżi jew l-eżami;
(j) rigward iċ-ċirkostanzi li fihom analista jew eżaminatur
għandu, għal raġunijiet ta’ konflitt ta’ interessi, jiġi
prekluż milli janalizza jew jeżamina kampjun
partikolari; u
(k) biex jiġu stabbiliti l-proċessi li bihom jista’ jingħad li
prodotti partikolari jkunu għaddew minn proċess ta’
rikondizzjonar għal xi għan ta’ dan l-Att.
Regolamenti dwar 
sorveljanza fuq is-
suq.
39. Il-Ministru jista’ jagħmel regolamenti -
(a) biex jistabbilixxi s-sistemi u l-proċeduri għall-
iskambju ta’ informazzjoni ma’ pajjiżi oħra u
organizzazzjonijiet internazzjonali dwar affarijiet
konnessi mas-sigurtà  ta’ prodott;
(b) biex jinħolqu proċeduri li jiffavorixxu l-iskambju ta’
informazzjoni b’mod mgħaġġel għal dak li għandu
x’jaqsam mas-sigurtà  ta’ prodott;
(ċ) il-forom u l-metodi ta’ notifika kooperazzjoni u
kollaborazzjoni rigward ħwejjeġ li għandhom
x’jaqsmu mas-sigurtà  ta’ prodott ma’ pajjiżi oħra u
organizzazzjonijiet internazzjonali, kemm fuq bażi
multilaterali jew reġjonali jew mod ieħor;
(d) biex jiġu stabbiliti s-sistemi u l-proċeduri għall-
iskambju ta’ informazzjoni u l-koordinazzjoni u
kollaborazzjoni amministrattiva rigward is-sigurtà  ta’
SIGUREZZA TAL-PRODOTTI ġ KAP. 427. 15
prodott bejn dipartimenti tal-Gvern, awtoritajiet
pubbliċi u entitajiet oħra taħt il-kontroll ġenerali tal-
Gvern;
(e) li jippreskrivu l-kategoriji ta’ persuni li jistgħu jiġu
awtorizzati skond l-artikolu 16.
Ilsien tar-
regolamenti.
40. (1) Regolamenti magħmula taħt xi disposizzjoni ta’ dan l-
Att jistgħu jsiru bl-ilsien Ingliż biss.
(2) F’każ ta’ konflitt jew inkompatibilità  bejn it-test Malti u t-
test Ingliż ta’ xi regolamenti magħmula taħt dan l-Att, il-verżjoni
tat-test Ingliż għandha tipprevali.
Riżerva.
Kap. 225.
41. Kull ordni magħmul taħt l-Att dwar il-Kontroll fuq il-
Kwalità  (Esportazzjonijiet, Importazzjonijiet u Oġġetti Lokali),
għandu jibqa’ fis-seħħ bħallikieku kien sar taħt dan l-Att sakemm
jiġi revokat jew mibdul b’regolamenti magħmulin taħt dan l-Att.
