SELF LOKALI ġ KAP. 428. 1
KAPITOLU 428
ATT DWAR SELF LOKALI
ATT biex jawtorizza li somma ta’ mhux iżjed minn mitt miljun lira
Maltija tinġabar b’self f’Malta sabiex tkopri nefqa ikbar mid-dħul fil-Fond
Konsolidat matul is-snin 1999 u 2000 u n-nefqa li hi mistennija sseħħ
matul is-sena 2001.
23 ta’ Frar, 2001
L-Att VII ta’ l-2001.
Titolu fil-qosor u 
bidu fis-seħħ.
1. It-titolu fil-qosor ta’ dan l-Att huwa l-Att dwar dwar Self
Lokali.
Tifsir.
Kap.174.
2. Għall-finijiet ta’ dan l-Att, ''dħul'' għandha l-istess tifsir
bħalma għandha fl-artikolu 2 ta’ l-Att dwar l-Amministrazzjoni
Finanzjarja u l-Verifika, iżda ma tinkludix dħul minn self lokali.
Awtorità  li 
jinġabar self.
Kap. 161.
3.  (1)  Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, il-Gvern
ta’ Malta jista’ jiġbor b’self f’Malta somma flus li ma tkunx iżjed
minn mitt miljun lira Maltija.
(2)  Sabiex jinġabar is-self imsemmi, il-Ministru responsabbli
għall-finanzi huwa b’dan awtorizzat li joħroġ stock f’Malta taħt id-
disposizzjonijiet ta’ l-Ordinanza dwar Self Lokali (Stock u Titoli
Reġistrati) b’dawk il-patti u kondizzjonijiet hekk kif l-imsemmi
Ministru jista’ japprova.
Skop.
tiġi approprjata u wżata biex tkopri nefqa ikbar mid-dħul li seħħet
fil-Fond Konsolidat matul is-snin 1999 u 2000, u n-nefqa li hemm
maħsuba li sseħħ matul is-sena 2001:
Iżda kull ammont imsellef bis-saħħa ta’ dan l-artikolu iktar
mill-ammont attwalment meħtieġ għal dawk l-għanijiet u li jifdal
bħala bilanċ fil-Fond Konsolidat fi tmiem is-sena 2001, għandu
jintuża biex jagħmel tajjeb għan-nefqa ikbar mid-dħul fil-Fond
Konsolidat matul l-ewwel sena li tiġi minnufih wara, u li fiha ssir
dik in-nefqa akbar.
