KONTROLL TAL-PESTIĊIDI ġ KAP. 430. 1
KAPITOLU 430
ATT DWAR IL-KONTROLL TAL-PESTIĊIDI
Att li jipprovdi għall-kontroll tal-pestiċidi u għal għanijiet oħra
konnessi ma’ l-istess suġġett.
1 ta’ Awissu, 2001
L-Att XI ta’ l-2001.
Titolu fil-qosor.
Pestiċidi.
Tifsir.
xort’oħra - 
"ambjent " tinkludi ilma, arja, art u speċi selvaġġi ta’ pjanti u
bhejjem u kull interrelazzjoni ta’ bejniethom kif ukoll kull
relazzjoni ma’ organiżmi ħajjin;
''antidote'' tfisser trattament terapewtiku speċifiku wżat f’każi ta’
avvelenament;
''awtorizzazjoni'' tfisser att amministrattiv li permezz tiegħu id-
direttur jista’ jippermetti, wara li tiġi sottomessa applikazzjoni, it-
tqegħid ta’ pestiċida fis-suq;
''Bord'' tfisser il-Bord għall-Kontroll tal-Pestiċidi stabbilit bl-
artikolu 10;
''C.A.S. Number'' tfisser in-numru tal-Chemical Abstract Service
li jiġi wżat minn awtoritajiet internazzjonali li jissorveljaw
standards;
"Dipartiment" tfisser id-dipartiment responsabbli għas-saħħa tal-
pjanti;
"Direttur" tfisser id-Direttur tad-Dipartiment u, sal-limitu tal-
funzjonijiet mogħtija, tinkludi kull uffiċjal pubbliku awtorizzat
mid-Direttur għal hekk bil-miktub għal xi wieħed mill-għanijiet ta’
dan l-Att;
"fdalijiet" tfisser sustanza waħda jew iżjed li jkunu preżenti fi
jew fuq pjanti jew prodotti li joriġinaw minn pjanti, prodotti li
jittieklu magħmulin minn annimali jew x’imkien ieħor fl-ambjent u
li jirriżultaw mill-użu ta’ pestiċida, u jinkludu l-prodotti metaboliċi
tagħhom u prodotti li jirriżultaw mid-degradazzjoni jew reazzjoni
tagħhom;
"formulazzjoni" tfisser il-kompożizzjoni finali ta’ pestiċida kif
provdut lill-utent, li tkun tikkonsisti fit-tqabbil ta’ sustanzi attivi u
oħrajn, u l-proporzjon tagħhom, f’dak il-pestiċida, maħsuba biex
tagħmel dak il-prodott effettiv fl-għan oriġinali tieġħu;
"funġi" tfisser kull pjanta tal-grupp thallophyta li ma jkollhomx
klorofilla u tinkludi s-sadid, tebgħat, ħmiriet, mellijiet, moffa u
bakterja, ħlief dawk l-għamliet ġewwa jew fuq l-iġsma ta’ bnedmin
jew bhejjem ħajjin;
2 KAP. 430. ħ KONTROLL TAL-PESTIĊIDI
"growth regulator" tfisser kull sustanza jew taħlita ta’ sustanzi
maħsuba, permezz ta’ azzjoni fisjoloġika, biex tibdel ir-rata ta’
tkabbir jew ir-rata ta’ maturazzjoni, jew b’mod ieħor biex tibdel il-
qagħda ta’ pjanta jew tal-prodott tagħha iżda ma tinkludix sustanzi
safejn ikunu maħsuba bħala nutrijenti ta’ pjanti, tilqim tal-pjanti
jew tiswija tal-ħamrija;
"ħaddiem" tfisser kull min ikun attwalment okkupat fil-maniġġ
jew fl-applikazzjoni tal-pestiċidi, sew jekk minn jeddu kif ukoll
taħt it-tmexxija jew fl-impieg ta’ persuna oħra;
"ħlejjaq li jagħmlu ħsara" tfisser dik il-forma ta’ pjanta jew ta’
bhejjem, virus, patoġeniku ieħor li jitqiesu li għandhom effett
negattiv għal kollox fuq il-bniedem u fuq l-attivitajiet tiegħu, ħlief
dawk l-għamliet fuq jew ġewwa l-iġsma ta’ bnedmin jew bhejjem
ħajjin;
"sustanza attiva" tfisser sustanza kimika jew mikro-organiżmu
inkluż viruses, li għandhom azzjoni ġenerali jew speċifika kontra
organiżmi qerrieda jew fuq pjanti jew prodotti magħmulin minn
pjanti;
"insett" tfisser kull annimal invertebrat tal-klassi Insecta u kull
forma oħra bħala tal-grupp artropoda, u inkludi brimb, dud,
qurdien, ċentipidi u ħnieżer l-art, ħlief dawk l-għamliet fuq jew
ġewwa l-iġsma ta’ bnedmin jew bhejjem ħajjin;
"isem komuni" tfisser l-isem mogħti lis-sustanza attiva ta’
pestiċida mill-International Standards Organisation (ISO) jew, fin-
nuqqas ta’ dak l-isem mogħti, l-isem komuni aċċettat bħala l-isem
ġeneriku u mhux kummerċjali għal dik is-sustanza attiva
partikolari;
"kimika" tfisser sustanza miksuba bi proċess kimiku jew li
tintuża fi proċessi kimiċi;
"kontroll integrat" tfisser l-applikazzjoni razzjonali ta’ għaqda
ta’ miżuri bijoloġiċi, bioteknoloġiċi, kimiċi, kulturali jew ta’ tnissil
ta’ pjanti, fejn l-użu ta’ pestiċidi kimiċi hu limitat għall-minimu
strettament neċessarju biex jillimita l-popolazzjoni ta’ ħlejjaq li
jagħmlu l-ħsara għal-livelli taħt dawk li jistgħu jagħmlu ħsara
ekonomika inaċċettabbli jew qirda totali;
"Malta" għandha l-istess tifsira kif mogħtija lilha bl-artikolu 124
tal-Kostituzzjoni ta’ Malta;
"manifattura" tinkludi l-istadji kollha ta’ kull stadju ta’
produzzjoni ta’ pestiċida minn materja prima sal-prodott finali kif
provdut lill-utent;
"marka" tirreferi għall-isem li bih il-pestiċida jiġi tikkettjat,
reġistrat u provdut mill-manifattur jew distributur u li, jekk ikun
protett taħt leġislazzjoni eżistenti, jkun jista’ jiġi użat
esklussivament mill-manifattur jew distributur sabiex jiddistingwi
l-prodott minn pestiċidi oħra;
"miġjub fis-suq" tfisser kull importazzjoni jew provvista ta’
pestiċida, segwita mill-konsenja jew mid-disponiment, sew jekk bi
hlas jew b’xejn, ħlief għall-ħażna;
KONTROLL TAL-PESTIĊIDI ġ KAP. 430. 3
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għall-Agrikoltura
wara li jikkonsulta l-Ministru jew Ministri responsabli għas Saħħa
u għall-Ambjent;
"molluskiċidi" tfisser sustanzi li jintużaw biex jinqerdu bebbux,
bugħarwien u speċi ta’ l-istess familja;
"nematode" tfisser bhejjem invertebrati tal-klassi Nematoda li
jgħixu fil-ħamrija, fl-ilma, fil-pjanti jew f’partijiet tal-pjanti ħlief
dawk l-għamliet fuq jew ġewwa l-iġsma ta’ bnedmin jew bhejjem
ħajjin u "nematodi" għandha tinftiehem skond hekk;
"organiżmi qerrieda" tfisser pjanti, bhejjem, viruses, bakterja u
patoġeni oħra li l-preżenza tagħhom ma tkunx mixtieqa jew li
għandhom effett detrimentali fuq il-bnedmin, l-attivitajiet tagħhom
jew il-prodotti li jużaw jew li jipproduċu, jew għall-bhejjem, pjanti
u l-ambjent;
"pjanti" tfisser pjanti ħajjin u partijiet ta’ pjanti ħajjin, inklużi
frott u żrieragħ;
"pakkjar" tfisser it-trasferiment jew pakkjar mill-ġdid ta’
pestiċidi minn kontenitur għal xi kontenitur ieħor;
"persuna" tinkludi kull soċjetà  kummerċjali jew assoċjazzjoni ta’
persuni jew enti legali oħra;
"pestiċida" tinkludi kull prodott għal protezzjoni tal-pjanti u
prodotti bioċidali;
"preparazzjonijiet" tfisser taħlitiet jew soluzzjonijiet komposti
minn żewġ sustanzi jew aktar li minnhom għallanqas waħda hi
sustanza attiva, intenzjonati għall-użu bħala pestiċidi;
"prinċipal" tfisser kull min ikollu fl-impieg tieġħu jew taħt id-
direzzjoni, superviżjoni jew kontroll, persuna jew persuni li jkunu
okkupati fil-maniġġ jew fl-applikazzjoni tal-pestiċidi;
"prodotti bioċidali" tfisser is-sustanza attiva u preparazzjonijiet
li fihom sustanza waħda jew aktar, magħmulin fl-għamla li jiġu
provduti lill-utent, li għandhom l-għan li jeqirdu, jipprevedu,
jirrendu bla periklu, jwaqqfu l-azzjoni jew b’xi mod ieħor
jeżerċitaw effett ta’ kontroll fuq organiżmi li jagħmlu l-ħsara
permezz ta’ mezzi kimiċi jew bijoloġiċi;
"prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti" tfisser sustanzi attivi u
preparazzjonijiet li fihom sustanza attiva waħda jew aktar,
magħmulin fl-għamla li jkunu provdutu lill-utent, intenzjonati
biex-
(a) jipproteġu pjanti jew prodotti tal-pjanti kontra kull
organiżmu li jagħmel il-ħsara jew iħarsu kontra l-
azzjoni ta’ organiżmi bħal dawk, sakemm dawk is-
sustanzi jew preparazzjonijiet mhumiex imfissra mod
ieħor hawn aktar ‘l isfel;
(b) jinfluenzaw il-proċessi tal-ħajja tal-pjanti, ħlief dawk
ta’ nutriment;
(ċ) jippreżervaw il-prodotti tal-pjanti, sakemm dawk is-
sustanzi jew prodotti ma jkunux suġġetti għal
disposizzjonijiet speċjali dwar il-preservattivi;
4 KAP. 430. ħ KONTROLL TAL-PESTIĊIDI
(d) jeqirdu pjanti mhux mixtieqa; jew
(e) jeqirdu partijiet minn pjanti, jikkontrollaw jew
iwaqqfu t-tkabbir mhux mixtieq tal-pjanti;
"prodotti magħmulin minn pjanti" tfisser prodotti derivati minn
pjanti, li jkunu fi stat mhux ipproċessat jew li għaddew minn
proċess preliminarju sempliċi;
"reġistrazzjoni" tfisser il-proċess li bih id-Direttur japprova t-
tqegħid fis-suq u l-użu ta’ pestiċida wara li tkun saret evalwazzjoni
ta’ tagħrif xjentifiku komprensiv, li turi li l-prodott ikun effettiv
għall-għan tiegħu maħsub u li ma jkunx perikoluż iż-żejjed għas-
saħħa tal-bniedem jew ta’ l-bhejjem jew għall-ambjent;
"reklamar" tfisser il-promozzjoni tal-bejgħ u, jew l-użu ta’ kull
pestiċida bl-istampa, mezzi awdjo jew viżivi, sinjali, wirjiet, rigali,
dimostrazzjoni jew kliem bil-fomm;
"rodenti" tfisser il-firien u l-ġrieden kollha li jagħmlu sehem
mill-ġeneru Rattus u Mus;
''rodentiċidi'' tfisser sustanzi wżati biex joqtlu r-rodenti;
"sid" tinkludi kull min jista’ jiddisponi minn, jew ikun fdat fil-
kariga tiegħu li jiddisponi minn, xi prodott li jittiekel jew pestiċida;
"sustanzi" elementi kimiċi u l-komponenti tagħhom, kif jinsabu
fin-natura jew manifatturati, inklużi kull impurità  inevitabbli li
tirriżulta mill-proċess tal-manifattura;
"tikketta" tfisser il-kitba, grafika jew stampat fuq, jew imwaħħal
ma’, il-pestiċida jew il-kontenitur ewlieni tiegħu kif ukoll il-
kontenitur jew kisja ta’ barra tal-pakkett tal-pestiċida li jinbiegħ bl-
imnut;
"venditur" tfisser kull persuna li tbiegħ jew tiddisponi b’mod
ieħor minn xi pestiċidi.
Dmirijiet tad-
Direttur.
3. Id-Direttur għandu, fuq il-parir tal-Bord, jipproċessa l-
applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni biex prodotti jiġu
mqiegħdha fis-suq, iżomm reġistru għar-reġistrazzjoni tal-pestiċidi,
u jwettaq id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u ta’ kull regolamenti
magħmul taħtu; id-Direttur, fuq il-parir tal-Bord, ikun responsabbli
għat-tħejjija u ż-żamma ta’ programm annwali ta’ sorveljanza għat-
testjar ta’ residwi ta’ pestiċidi fuq prodotti ġejjin mill-pjanti.
Awtorizzazzjoni. 4. (1) Il-Ministru jista’ b’regolamenti jippreskrivi il-mod li
bih għandhom jiġu reġistrati pestiċidi awtorizzati, u l-limitu ta’
żmien sa meta tieqaf dik ir-reġistrazzjoni; meta jiskadi dak il-limitu
ta’ żmien, l-applikant għandu jerġa’ jissottometti l-applikazzjoni
rilevanti mill-ġdid, flimkien ma’ l-informazzjoni tossoloġika li
tkun fis-seħħ f’dak iż-żmien għall-pestiċida in kwistjoni.
(2) Id-Direttur, fuq il-parir tal-Bord, għandu jiżgura li l-
awtorizzazzjoni għar-reġistrazzjoni ma tingħatax għal ebda
pesticida sakemm -
(a) tkun suffiċjentement effettiva; u
(b) ma jkollhiex effetti qerrieda fuq is-saħħa tal-bniedem
jew ta’ l-annimali u ma jkollhiex effett negattiv li
KONTROLL TAL-PESTIĊIDI ġ KAP. 430. 5
mhux aċċettabbli fuq l-ambjent.
Setgħa li jsiru 
regolamenti.
5. (1) Il-Ministru jista’ jagħmel regolamenti biex jimponi
kondizzjonijiet għall-kontroll fuq l-importazzjoni, l-esportazzjoni,
il-manifattura, il-bejgħ jew l-użu ta’ kull pestiċida inklużi:
(a) dwar ir-restrizzjoni ta’ l-importazzjoni, il-manifattura,
il-bejgħ, id-distribuzzjoni u l-użu ta’ xi sustanza attiva
jew prodott ta’ pestiċida u ż-żamma ta’ registru tal-
pestiċidi;
(b) biex jinżamm reġistru tal-pestiċidi;
(ċ) biex jistabbilixxi l-kondizzjonijiet u l-ħtiġiet għall-
awtorizzazzjoni għall-importazzjoni, il-manifattura, il-
bejgħ, id-distribuzzjoni u l-użu ta’ xi pestiċida inklużi
dawk użati fil-maniġġar ta’ kontroll integrat;
(d) biex jistabbilixxi l-kondizzjonijiet u l-ħtiġiet li
għandhom x’jaqsmu mat-tikketjar u r-reklamar ta’ xi
pestiċida;
(e) biex jistabbilixxi l-ħtiġiet għal, u d-dmirijiet ta’,
impjegati, ħaddiema u bejjiegħa f’dak li għandu
x’jaqsam mal-bejgħ u l-użu ta’ pestiċidi, inklużi dawk
użati fil-maniġġar ta’ kontroll integrat;
(f) biex jistabbilixxi l-kondizzjonijiet għad-disponiment
ta’ l-iskart ta’ pestiċidi u kontenituri ta’ pestiċidi;
(g) biex jimponi kondizzjonijiet biex jiġu kontrollati jew
projbiti l-importazzjoni, il-manifattura, l-ippakkjar, ir-
reklamar, il-bejgħ jew l-użu ta’ xi sustanza attiva li
jkun f’xi pestiċida;
(h) biex jistabbilixxi livelli massimi ta’ fdalijiet u biex
jistabbilixxi l-metodi ta’ teħid ta’ kampjuni u analiżi u
metodi ta’ kif jiġu magħmula testijiet xientifiċi fuq
żrieragħ, xitel, uċuħ u prodotti tal-pjanti; u
(i) għal kull ħaġa oħra li tista tiġi regolata taħt dan l-Att.
(2) Ir-regolamenti msemmija fis-subartikolu (1)(h) jistgħu
jagħtu d-dritt lid-Direttur biex jiġbor l-ispejjes magħmula għall-
għan ta’ teħid ta’ kampjuni, ittestjar u analiżi hemmhekk
imsemmija.
(3) Kull regolament li jsir taħt dan l-Att għandu jispeċifika l-
isem komuni u C.A.S. Number, fejn dan jkun japplika, tal-pestiċidi
rispettivi.
Avviż mid-
Direttur.
6. (1) Jekk id-Direttur, fuq il-parir tal-Bord, jkollu raġuni tajba
għaliex jemmen li xi prodott, sew jekk jitkabbar jew jitrabba, jew
jiġi importat, f’Malta jkun fih xi fdalijiet ta’ pestiċida li jkunu aktar
mill-ogħla livelli preskritti, huwa jista’ b’avviż bil-miktub li jiġi
notifikat lis-sid ta’ dawk il-prodotti, jeħtieġ li dak is-sid jiżgura li l-
ebda parti minn dak il-prodott ma għandha tinħasad, tingabar jew
tiġi użata mod ieħor, sabiex ikunu jistgħu jittieħdu u jiġu analizzati
kampjun jew kampjuni ta’ dak il-prodott.
(2) Jekk id-Direttur, fuq il-parir tal-Bord, jkollu għaliex jahseb
li xi marka ta’ pestiċida ma tkunx konformi ma’ xi regolament li
6 KAP. 430. ħ KONTROLL TAL-PESTIĊIDI
jsir skond dan l-Att dwar il-formulazzjoni tiegħu, huwa jista’
b’avviż bil-miktub li jiġi notifikat lis-sid ta’ dik il-marka ta’
pestiċida, jeħtieġ li dak is-sid jiżgura li l-ebda parti mill-ħażniet li
jkollu ta’ dik il-marka ta’ pestiċida ma għandu jsir disponiment
minnha jew tiġi wżata, sabiex ikunu jistgħu jittieħdu u jiġu
analizzati kampjun jew kampjuni ta’ pestiċida ta’ dik il-marka.
Kap. 9.
(3) Kull avviż li jiġi notifikat skond is-subartikoli (1) u (2)
jiskadi malli jgħaddu għaxart ijiem tax-xogħol minn mindu jiġi
notifikat, kemm-il darba fl-istess żmien ma jkunux inbdew
proċedimenti kriminali skond dan l-Att jew taħt regolamenti
magħmulin bis-saħħa tieġħu għar-rigward ta’ dak il-prodott jew
pestiċida, u s-sid jkun ġie mgħarraf bil-miktub mid-Direttur li
jkunu nbdew dawk il-proċedimenti, f’liema każ, bla ħsara għad-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 24 tal-Kodiċi Kriminali, l-avviż
għandu jibqa’ jseħħ sakemm dawk il-proċedimenti jkunu gew
finalment deċiżi.
(4) Meta d-Direttur joħroġ avviż skond is-subartikolu (1) jew
(2) huwa jista’, filwaqt li joħroġ dak l-avviż jew waqt li dak l-avviż
ikun fis-seħħ, jieħu dawk il-passi, li jistgħu jinkludu l-qbid ta’ kull
prodott jew pestiċida jew l-impożizzjoni ta’ restrizzjonijiet fuq l-
aċċess għal kull post, kif huwa jista’ jiddetermina li jkun xieraq
għall-iskop li jassigura l-konformità  ma’ tali avviż.
(5) It-teħid ta’ kull passi skond is-subartikolu (4) ma jeżonerax
lil xi persuna li dwarha jkun fis-seħħ xi avviż maħruġ skond is-
subartikolu (1) jew (2) mill-obbligu li tikkonforma ma’ xi tali
avviż.
Disposizzjonijiet 
rigward dħul, 
spezzjonijiet u 
teħid ta’ 
kampjuni.
7. Kull uffiċjal pubbliku li jkun ġie hekk awtorizzat mid-
Direttur għal dak il-għan jkun jista’ fil-ħinijiet kollha jidħol u
jispezzjona kull art, post jew bini, jew kull mezz ta’ trasport sabiex
jiżgura li d-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, jew ta’ kull regolament
magħmul bis-saħħa tiegħu, jkunu ġew imħarsa jew ikunu qed jiġu
mħarsa u dak l-uffiċjal jista’ jieħu kampjuni ta’ kull pestiċida jew
ta’ kull prodott ikkurat jew mahsub li qed jiġi kkurat b’pestiċida.
Din id-disposizzjoni għandha wkoll tapplika għal kull oġġett li
seta’ ġie f’kuntatt ma’ xi pestiċida. 
Dritt li jittieħdu 
miżuri neċessarji 
wara r-riżultati ta’ 
l-analiżi.
8. Jekk, wara li tkun saret l-analiżi ta’ kampjun ta’ prodott
jew pestiċida meħud u analizzat bis-saħħa tad-disposizzjonijiet ta’
dan l-Att, id-Direttur jkun tal-fehma li dak il-prodott ikun ta’
periklu għall-konsumaturi ta’ dak il-prodott jew għal min jista jiġi
f’kuntatt miegħu jew li dik il-marka ta’ pestiċida ma tkunx taqbel
ma’ xi regolament magħmul bis-saħħa ta’ dan l-Att dwar il-
kompożizzjoni tiegħu, inklużi x-xorta u l-kwantitajiet tas-sustanzi
tiegħu, huwa jista’, mingħajr preġudizzju għal kull proċediment
kriminali li għalih jista’ jkun suġġett l-akkużat, jieħu dawk il-
miżuri li jqis meħtieġa sabiex jiżgura li dak il-prodott jinżamm
mill-konsum jew mill-użu jew li dik il-marka ta’ pestiċida tinżamm
milli tiġi importata, manifatturata, ippakkjata, mibjugħa jew użata.
Pieni. 9. (1) Kull min jikser jew jonqos milli jħares xi waħda mid-
disposizzjoni ta’ dan l-Att jew xi regolamenti jew ordni magħmula
jew mogħtija bis-saħħa tieġħu jew ifixkel uffiċjal pubbliku fl-
esekuzzjoni tas-setgħat jew dmirijiet tiegħu skond dan l-Att jew xi
KONTROLL TAL-PESTIĊIDI ġ KAP. 430. 7
regolamenti magħmula bis-saħħa tiegħu jkun ħati ta’ reat u jehel,
meta jinsab ħati, fil-każ ta’ l-ewwel kundanna, multa ta’ mhux iżjed
minn ħames mitt lira jew priġunerija għal żmien ta’ mhux aktar
minn tliet xhur jew dik il-multa u priġunerija flimkien, u, fil-każ
tat-tieni kundanna jew ta’ kundanna sussegwenti, multa ta’ mhux
iżjed minn elf lira jew priġunerija ta’ mhux iżjed minn sitt xhur jew
dik il-multa u priġunerja flimkien.
(2) Kull persuna li, ħlief kif provdut jew permess taħt dan l-Att
jew għall-finijiet tiegħu, tikkomunika jew tittenta tikkomunika lil
xi persuna oħra xi materja jew ħaġa oħra li tkun ġiet għall-
attenzjoni tagħha jew li kienet fil-pussess tagħha fil-qadi ta’
dmirijietha bħala membru tal-Bord, tkun ħatja ta’ reat u meta
tinstab ħatja teħel multa ta’ mhux anqas minn mitejn lira u mhux
iżjed minn elfejn lira, jew priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed
minn sena, jew dik il-multa u priġunerija flimkien.
Bord għall-
Kontroll tal-
Pestiċidi.
10. (1) Għandu jkun hemm Bord għall-Kontroll tal-Pestiċidi li
jitwaqqaf mill-Ministru u li jkun responsabbli biex -
(a) jagħti parir lid-Direttur dwar kull ħaġa li jkollha
x’taqsam mar-reġistrazzjoni, ir-restrizzjoni, l-
importazzjoni, il-manifattura, il-bejgħ jew l-użu ta’
pestiċidi inklużi dawk użati fil-maniġġar ta’ kontroll
integrat;
(b) jirrapporta lid-Direttur dwar kull ħaġa li għandha
x’taqsam mar-regolamentazzjoni, it-twettiq u s-
sorveljar ta’ kull liġi li jkollha x’taqsam mal-pestiċidi
jew dwar kull ħaġa li tolqot il-pestiċidi;
(ċ) jagħti parir dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu dwar
kull ħaġa li toħroġ mit-tħaddim ta’ regolamenti li
jkunu saru bis-saħħa ta’ dan l-Att; 
(d) jirrevedi u jagħmel proposti għar-reviżjoni ta’
leġislazzjoni u regolamenti eżistenti li jkollhom
x’jaqsmu mal-pestiċidi; u
(e) iwettaq kull funzjoni oħra li għandha x’taqsam ma’
pestiċidi, kif il-Ministru jista’ jippreskrivi.
(2) Il-Bord għall-Kontroll tal-Pestiċidi għandu jkun magħmul
minn -
(a) Chairman li jiġi maħtur mill-Ministru;
(b) erba’ membri, li jiġu maħtura mill-Ministru, u li ta’ l-
anqas wieħed minnhom, għandu jkun rappreżentant
tal-bdiewa;
(ċ) id-Direttut jew ir-rappreżentant tiegħu; u
(d) rappreżentant mill-qasam ta’ l-edukazzjoni, u
rappreżentant minn kull wieħed mid-Dipartiment tas-
Saħħa Pubblika, id-Dipartiment ta’ l-Ambjent, l-
Awtorità  Maltija dwar l-Istandards, l-Awtorità  għas-
Saħħa u s-Sigurtà  fuq il-Post tax-Xogħol, u il-
Korporazzjoni dwar is-Servizzi ta’ l-Ilma.
8 KAP. 430. ħ KONTROLL TAL-PESTIĊIDI
(3) Il-membri maħtura mill-Ministru għandhom jibqgħu fil-
kariga skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-ittra tal-ħatra tagħhom.
Fejn ma jiġux preskritti regoli ta’ proċedura mill-Ministru, il-Bord
għandu jirregola l-proċedura tiegħu stess.
(4) Kull membru tal-Bord għandu jqis u jittratta kull dokument
u informazzjoni dwar ħwejjeġ maħsubin fi jew li jsiru taħt id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att bħala li huma sigrieti u konfidenzjali
u għandu jagħmel u jissottoskrivi dikjarazzjoni bil-ġurament fuq il-
formola preskritta għaldaqstant quddiem Kummissjunarju għall-
Ġuramenti li għandha tiġi depożitata għand l-Avukat Ġenerali.
Użu ta’ pestiċida 
għal riċerka 
xjentifika.
11. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ xi regolament
magħmul skond dan l-Att li jirrestrinġi l-użu ta’ xi sustanza attiva,
id-Direttur jista’, fuq il-parir tal-Bord, jippermetti l-użu ta’ kull tip
ta’ sustanza attiva misjuba f’pestiċida għar-riċerka xjentifika
ristretta, esperimentazzjoni jew żvilupp, u għall-użu ġenerali meta
dawn is-sustanzi attivi jinsabu fi kwantitajiet żgħar ħafna fi
prodotti u m’għandhomx effetti ta’ ħsara fuq il-bnedmin, bhejjem
jew l-ambjent; id-Direttur jista’ wkoll jippermetti l-użu ta’ kull
pestiċida f’ċirkostanzi eċċezzjonali, li jistgħu jeħtieġu l-użu ta’
dawk il-pestiċidi.
