KUNSILL MALTI GĦALL-IŻVILUPP 
EKONOMIKU U SOĊJALI ġ KAP. 431. 1
KAPITOLU 431
ATT DWAR IL-KUNSILL MALTI GĦALL-
IŻVILUPP EKONOMIKU U SOĊJALI
ATT biex jipprovdi għat-twaqqif tal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp
Ekonomiku u Soċjali u għall-affarijiet oħra li għandhom x’jaqsmu miegħu.
1 ta’ Awissu, 2001
ATT XV ta’ l-2001.
Titolu fil-qosor.
Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali.
Tifsir.
xort’oħra - 
''imsieħba soċjali'' tfisser r-rappreżentanti tal-Gvern, ir-
rappreżentanti tal-ħaddiema u r-rappreżentanti ta’ min iħaddem;
''Kumitat'' tfisser il-Kumitat tas-Soċjetà  Ċivili stabbilit skond l-
artikolu 6;
''Kunsill'' tfisser il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u
Soċjali stabbilit skond l-artikolu 3;
''Malta'' għandha l-istess tifsira kif mogħtija lilha bl-artikolu 124
tal-Kostituzzjoni ta’ Malta; 
''soċjetà  ċivili'' tinkludi dawk l-organizzazzjonijiet ta’ persuni, li
huma mwaqqfa bil-għan li jfittxu l-ġid komuni u li l-iskop ewlieni
tagħhom ma jkunx il-qliegħ jew il-poter eżekuttiv.
Twaqqif tal-
Kunsill.
3. Qiegħed hawnhekk jitwaqqaf il-Kunsill Malti għall-
Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali bħala korp konsultattiv biex iservi
ta’ forum għall-konsultazzjoni u djalogu soċjali bejn l-imsieħba
soċjali u, fejn meħtieġ, ma’ organizzazzjonijiet tas-soċjetà  ċivili, u
huwa mqabbad sabiex jagħti pariri lill-Gvern fuq ħwejjeġ li
għandhom x’jaqsmu ma’ l-iżvilupp ekonomiku u soċjali, b’mod
sostenibbli, f’Malta.
Kompożizzjoni tal-
Kunsill.
4. (1) Il-Kunsill ikollu personalità  ġuridika distinta, jiġi
maħtur mill-Prim Ministru u jkun magħmul mill-membri li ġejjin:
(a) Chairperson li jiġi maħtur wara konsultazzjoni ma’ l-
organizzazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu (ċ);
(b) deputat Chairperson li jiġi maħtur mill-Prim Ministru
minn membri tas-servizz pubbliku;
(ċ) disa’ persuni nominati mill-korpi kostitwiti li
jirrappreżentaw organizzazzjonijiet nazzjonali ta’ min
iħaddem u ta’ ħaddiema, liema organizzazzjonijiet u
korpi kostitwiti għandhom jiġu elenkati f’Avviż
pubblikat fil-Gazzetta, u liema Avviż għandu wkoll
jindika n-numru ta’ membri li jirrappreżentaw kull
organizzazzjoni u korp kostitwit;
(d) erba’ rappreżentanti tal-Gvern, li jirrappreżentaw il-
Ministeri responsabbli għall-Finanzi, s-Servizzi
2 KAP. 431. ħ  
KUNSILL MALTI GĦALL-IŻVILUPP 
EKONOMIKU U SOĊJALI
Ekonomiċi, il-Politika Soċjali u ta’ l-Uffiċċju dwar
ħwejjeġ li għandhom x’jaqsmu ma’ l-Unjoni Ewropea;
u
(e) il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta, ex officio.
(2) (a) Għal kull wieħed mill-membri maħtura skond is-
subartikolu (1)(ċ) u (e), għandu jkun hemm l-istess
numru ta’ membri sostituti li jirrappreżentaw l-istess
setturi jew organizzazzjonijiet u li jkollhom id-dritt li
jkunu preżenti għal laqgħat fl-assenza tal-membri
maħtura.
(b) Għal kull wieħed mill-membri maħtura skond is-
subartikolu (1)(d), għandu jkun hemm l-istess numru
ta’ membri sostituti, b’dan illi l-istess membri sostituti
jistgħu jkunu jirrappreżentaw Ministeri oħra.
(3) Il-membri jibqgħu fil-kariga għal perjodu ta’ sena.
(4) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u ta’ xi
regolamenti magħmulin taħtu, il-Kunsill jista’ jaħtar sottokumitati
u, b’mod ġenerali, għandu jirregola l-proċedura tiegħu stess.
(5) Il-Kunsill jista’ jaġixxi minkejja kull vakanza fih sakemm
ikun hemm quorum preżenti fil-laqgħa.
(6) Il-Prim Ministru jista’, wara konsultazzjoni mal-Kunsill,
jagħmel regolamenti dwar proċeduri li għandhom jiġu addottati
mill-Kunsill, inkluż il-quorum għall-laqgħat, kif jimtlew vakanzi
każwali, telf tal-mandat u sostituzzjoni tal-membri.
Funzjonijiet tal-
Kunsill.
5. (1) Il-Kunsill għandu jkun korp konsultattiv u biex jagħti
pariri bil-funzjoni li jagħti parir lill-Gvern, permezz tal-Prim
Ministru, fuq ħwejjeġ li għandhom x’jaqsmu ma’ l-iżvilupp
ekonomiku nazzjonali soċjali u sostenibbli u jkun kompetenti biex -
(a) jippromwovi djalogu soċjali u konsensus bejn l-
imsieħba soċjali kollha fuq ħwejjeġ li għandhom
x’jaqsmu ma’ l-iżvilupp ekonomiku soċjali u
sostenibbli;
(b) jipproponi għanijiet u riżultati mixtieqa u li jistgħu
jitwettqu biex iġib fis-seħħ l-għanijiet tal-Gvern għall-
iżvilupp strateġiku ekonomiku, finanzjarju u soċjali u
biex jirrakkomanda miżuri li bihom dan jiġi miksub;
(ċ) jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Gvern rigward il-
bidliet fid-direzzjoni jew fit-termini tal-politika
ekonomika u soċjali li jista’ jidhirlu xierqa;
(d) jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Gvern rigward t-
tfassil ta’ pjani nazzjonali għall-iżvilupp ekonomiku u
soċjali u l-implimentazzjoni tagħhom; 
(e) jissottometti opinjonijiet u rakkomandazzjonijiet dwar
ħwejjeġ li jiġu riferiti lilu mill-Gvern jew dwar
ħwejjeġ li l-Kunsill jidhirlu li jkollhom rilevanza
ekonomika u, jew, soċjali nazzjonali; u 
(f) fuq talba tal-Gvern, jeżamina, jagħmel stima u jagħti r-
rakkomandazzjonijiet dwar abbozzi ta’ liġi li
KUNSILL MALTI GĦALL-IŻVILUPP 
EKONOMIKU U SOĊJALI ġ KAP. 431. 3
għandhom x’jaqsmu ma’ l-għanijiet tal-Kunsill.
(2) Fl-esekuzzjoni tal-funzjonijiet tiegħu, il-Kunsill għandu
jirrikonċilja l-interessi individwali tas-setturi biex jikseb l-interess
nazzjonali fuq kollox, u għandu, inter alia, jqis -
(a) li jinkisbu l-ogħla livelli possibbli ta’ impieg
sostenibbli għal kulħadd b’kumpens adegwat, billi
jittieħdu konsiderazzjoni xierqa tal-livelli ta’
produttività ;
(b) it-tneħħija ta’ xkiel strutturali li jimpedixxu l-kisba ta’
l-għanijiet nazzjonali ekonomiċi u soċjali fuq kollox;
(ċ) li tinkiseb l-ogħla rata sostenibbli ta’ tkattir
ekonomiku;
(d) id-distribuzzjoni ġusta u ekwa tal-qligħ u tal-ġid tan-
nazzjon;
(e) stabbilità  raġonevoli fil-prezzijiet u ekwilibriju fit-tul
tal-bilanċ tal-pagamenti; u
(f) l-implikazzjonijiet soċjali tat-tkattir ekonomiku,
inkluża l-ħtieġa li tinkiseb l-inklużjoni soċjali fil-
perspettiva sħiħa tagħha b’mod partikolari l-
ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fil-kurrenti ewlenin
ta’ l-iżvilupp, u l-protezzjoni ta’ l-ambjent.
(3) Il-Kunsill għandu jaġixxi wara talbiet speċifiċi sottomessi
lilu mill-Gvern jew fuq l-inizjattiva tiegħu stess.
Kumitat tas-
Soċjetà  Ċivili.
6. (1) Il-Kunsill għandu, fl-ewwel laqgħa tiegħu, jaħtar
Kumitat tas-Soċjetà  Ċivili li għandu jiġi konsultat mill-Kunsill
dwar dawk il-ħwejjeġ li l-Kunsill jista’, fid-diskrezzjoni tiegħu,
jirreferi lilu.
(2) Il-Kumitat għandu, safejn dan ikun possibbli,
jirrappreżenta s-soċjetà  ċivili Maltija u għal dan il-għan il-Kunsill
jista’ jistieden kull organizzazzjoni tas-soċjetà  ċivili biex
tipparteċipa fil-Kumitat u jista’ jvarja l-kompożizzjoni ta’ l-istess
Kumitat kif ikun jidhirlu minn żmien għal żmien, b’dan illi l-istess
Kumitat għandu jinkludi, ex officio bħala membri permanenti
tiegħu ċ-chairpersons ta’ l-organizzazzjonijiet li ġejjin:
(a) l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali;
(b) il-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ;
(ċ) il-Kunsilli Nazzjonali ta’ l-Anzjani;
(d) l-Għaqda tal-Konsumaturi;
(e)  il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilità ; u
(f) il-Kummissjoni għall-Avvanz tal-Mara.
(3) Iċ-Chairperson jew, fl-assenza tiegħu, d-deputat
Chairperson, għandu jippresjedi fil-laqgħat tal-Kumitat.
(4) Il-Kumita jista’ jaġixxi minkejja kull vakanza fih sakemm
ikun hemm quorum preżenti fil-laqgħa.
(5) Il-Kunsill għandu jaddotta regoli ta’ proċedura li
għandhom jirregolaw il-proċedura tal-Kumitat u jistabilixxi l-
quorum għal-laqgħat tal-Kumitat.
4 KAP. 431. ħ  
KUNSILL MALTI GĦALL-IŻVILUPP 
EKONOMIKU U SOĊJALI
Segretarjat tal-
Kunsill.
7. (1) Ix-xogħol amministrattiv tal-Kunsill għandu jsir minn
Segretarju Esekuttiv full-time li għandu jżomm dik il-kariga skond
dawk it-termini u kondizzjonijiet li l-Kunsill jista’, bil-kunsens tal-
Prim Ministru, jistabbilixxi. Meta s-Segretarju Esekuttiv ikun
uffiċjal pubbliku sekondat mill-Gvern, ikollu d-dritt, meta jintemm
s-sekondar, jerġa’ lura għall-kariga ta’ qabel mingħajr ebda telf ta’
rank jew anzjanità .
(2) Is-Segretarju Esekuttiv ikun responsabbli għas-servizzi
tekniċi u ta’ segretarjat tal-Kunsill u, inter alia, jkun responsabbli
biex- 
(a) jipprovdi s-servizzi amministrattivi u ta’ segretarjat
meħtieġa mill-Kunsill, mill-Kumitat jew minn xi
sottokumitati li l-Kunsill jista’ jiddeċiedi li jaħtar
minn żmien għal żmien;
(b) jiżgura li l-informazzjoni kollha li tista’ tkun meħtieġa
minnhom biex jaqdu b’mod effettiv il-funzjonijiet
tagħhom tingħata lill-Kunsill u lill-Kumitat u jiżgura li
kull azzjoni li hemm bżonn li ssir tittieħed sabiex jiġu
implimentati d-deċiżjonijiet jew l-ordnijiet meħudin
mill-Kunsill u, jew mill-Kumitat;
(ċ) jipprovdi l-informazzjoni u jagħmel ix-xogħol
preparatorju għall-proposti dwar il-budget, il-kontijiet
u r-rapport ta’ attivitajiet tal-Kunsill, u sabiex
jissorvelja u jagħmel stimi dwar l-esekuzzjoni ta’ dan
ix-xogħol;
(d) jiżgura li s-servizzi ta’ uffiċċju jiġu provduti biex il-
Kunsill u kull wieħed mill-kumitati tiegħu jkun jista’
jopera;
(e) jassumi kull responsabbiltà  oħra li tista’ tiġi delegata
miċ-Chairperson f’isem il-Kunsill; u
(f) jiżgura li l-Kunsill u l-Kumitat joperaw fedelment
skond ir-regolamenti finanzjarji tal-Gvern li japplikaw
għall-Kunsill u għall-Kumitat.
Informazzjoni 
għandha tkun 
disponibbli.
8. Il-Gvern għandu jiżgura li l-Kunsill ikollu aċċess
raġonevoli għal statistika ekonomika jew soċjali li tkun
disponibbli, li tista’ tkun meħtieġa mill-Kunsill u, jew mill-Kumitat
biex dawn ikunu jistgħu jaqdu l-funzjonijiet tagħhom kif speċifikat
f’dan l-Att.
Finanzjament tal-
Kunsill.
9. (1) Il-Kunsill għandu jara li f’kull sena finanzjarja
jitlestew, u mhux aktar tard minn sitt ġimgħat wara l-egħluq ta’ dik
is-sena jaddotta, estimi tad-dħul u ħruġ tal-Kunsill għas-sena
finanzjarja ta’ wara li jkopru l-attivitajiet maħsuba tal-Kunsill
għas-sena finanzjarja ta’ wara:
Iżda dwar l-ewwel sena finanzjarja, il-Kunsill għandu jlesti
u jaddotta estimi f’dak iż-żmien li l-Prim Ministru jista’, permezz
ta’ avviż bil-miktub lill-Kunsill, jispeċifika.
(2) Fit-tħejjija ta’ dawk l-estimi, il-Kunsill għandu jqis xi
fondi jew flejjes oħra li jistgħu jkunu dovuti lilu mill-Fond
Konsolidat matul is-sena finanzjarja relevanti kemm bis-saħħa ta’
KUNSILL MALTI GĦALL-IŻVILUPP 
EKONOMIKU U SOĊJALI ġ KAP. 431. 5
dan l-Att jew bis-saħħa ta’ Att ta’ approprjazzjoni jew xi liġi oħra.
(3) L-estimi għandhom isiru f’dik il-forma u għandu jkollhom
dik l-informazzjoni u dawk il-paraguni ma’ estimi ta’ qabel kif il-
Ministru tal-Finanzi jista’ jordna.
(4) Kopja ta’ l-estimi għandha, malli jiġu adottati mill-Kunsill,
tintbagħat minnufih mill-Kunsill lill-Prim Ministru u lill-Ministru
tal-Finanzi.
(5) Il-Prim Ministru għandu, ma’ l-ewwel opportunità , u mhux
aktar tard minn sitt ġimgħat minn mindu jirċievi kopja ta’ l-estimi
mill-Kunsill, u wara konsultazzjoni mal-Ministru tal-Finanzi,
japprova dawk l-estimi sew b’emendi kif ukoll mingħajrhom.
(6) Il-Prim Ministru għandu, ma’ l-ewwel opportunità  u mhux
aktar tard minn tmien ġimgħat wara li jkun approva l-estimi kif
imsemmi fis-subartikolu (5) jew, jekk f’dak iż-żmien il-Kamra tad-
Deputati ma tkunx qed tiltaqa’, fi żmien tmien ġimgħat mill-bidu
ta’ l-ewwel sessjoni ta’ wara, jara li dawk l-estimi jitqiegħdu fuq il-
Mejda tal-Kamra tad-Deputati.
L-infieq għandu 
jkun skond l-estimi 
approvati.
10. (1) Il-Kunsill ma għandu jagħmel u ma għandu jidħol
għall-ebda infieq sakemm ma jkunx hemm provdut għalih fl-estimi
approvati skond l-artikolu 9.
(2) Mingħajr ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) -
(a) sakemm jgħaddu sitt xhur mill-bidu ta’ sena
finanzjarja jew sa l-approvazzjoni ta’ l-estimi għal dik
is-sena, tkun liema tkun l-ewwel data, il-Kunsill jista’
jonfoq jew jidħol għal nefqa biex jaqdi l-funzjonijiet
tiegħu skond dan l-Att li b’kollox ma tkunx aktar minn
nofs l-ammont approvat għas-sena finanzjarja ta’
qabel;
(b) nefqa approvata dwar kap jew sotto-kap ta’ l-estimi
tista’, bl-approvazzjoni tal-Prim Ministru, mogħtija
wara konsultazzjoni mal-Ministru tal-Finanzi, issir
dwar kap jew sotto-kap ieħor ta’ l-estimi;
(ċ) dwar l-ewwel sena finanzjarja, il-Kunsill jista’
jagħmel jew jidħol għal dik in-nefqa li fit-total ma
tkunx aktar minn dak l-ammont li l-Ministru tal-
Finanzi, wara konsultazzjoni mal-Prim Ministru,
jippermetti;
(d) jekk f’xi sena finanzjarja jinstab li l-ammont approvat
fl-estimi mhux biżżejjed, jew jekk tinqala’ l-ħtieġa ta’
nefqa għal għan mhux provdut fl-estimi, il-Kunsill
jista’ jaddotta estimi supplimentari għall-
approvazzjoni tal-Prim Ministru u f’kull każ bħal dan
id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att applikabbli għall-
estimi għandhom, sa fejn hu prattikabbli, japplikaw
għall-estimi supplimentari.
(3) Ċekkijiet li jinħarġu fuq, u żbanki li jsiru minn, xi kont tal-
bank tal-Kunsill għandhom ikunu ffirmati minn dak l-uffiċjal tal-
Kunsill hekk kif jista’ jiġi maħtur jew nominat mill-Kunsill għal
dak il-għan u għandhom ikunu kontrosenjati miċ-Chairperson, jew
minn dak il-membru jew uffiċjal ieħor tal-Kunsill li  jista’ jiġi
6 KAP. 431. ħ  
KUNSILL MALTI GĦALL-IŻVILUPP 
EKONOMIKU U SOĊJALI
awtorizzat mill-Kunsill għal dak il-għan. 
(4) Il-Kunsill għandu jipprovdi għar-rigward ta’ kull ħaġa li
tkun rilevanti għaż-żamma tajba u kontroll tal-kontijiet u tal-kotba,
u tal-kontroll fuq il-finanzi tal-Kunsill u għandu jipprovdi wkoll
għal -
(a) il-mod kif il-ħlasijiet għandhom jiġu awtorizzati jew
approvati u l-uffiċjal jew l-uffiċjali li għandhom
jawtorizzawhom jew japprovawhom;
(b) it-titolu ta’ kull kont miżmum f’bank jew banek fejn
jiġu depożitati l-flus tal-Kunsill, u t-trasferiment ta’
fondi minn kont għal ieħor; u 
(ċ) il-metodu li għandu jiġi adottat meta jkunu qed
jitħallsu flus mill-fondi tal-Kunsill.
Kuntratti ta’ 
provvista ta’ 
xogħlijiet u 
servizzi.
11. Il-Kunsill m’għandux jidħol f’kuntratt għal provvista ta’
oġġetti jew materjal jew għall-esekuzzjoni ta’ xogħlijiet jew għall-
għoti ta’ servizzi, lil jew favur il-Kunsill, li huwa stmat mill-
Kunsill li jkun jinvolvi nefqa ta’ aktar minn tlett elef lira, ħlief
wara li jiġi ppubblikat avviż ta’ intenzjoni tal-Kunsill li jidħol
f’kuntratt bħal dak u wara li jkunu ħarġu offerti kompetittivi.
Ħatra ta’ persunal. 12. (1) Il-Kunsill jista’, bl-approvazzjoni tal-Prim Ministru,
jaħtar dawk l-uffiċjali li jistgħu, minn żmien għal żmien, ikunu
meħtieġa għat-twettiq xieraq u effiċjenti tal-funzjonijiet tal-
Kunsill. It-termini u l-kondizzjonijiet ta’ l-impieg għandhom jiġu
stabbiliti mill-Kunsill bl-approvazzjoni tal-Prim Ministru.
(2) Il-Prim Ministru jista’, fuq talba tal-Kunsill, minn żmien
għal żmien, jordna li xi uffiċjal pubbliku jiġi assenjat biex jaqdi
dmirijietu mal-Kunsill f’dik il-kariga u b’seħħ minn dik id-data li
jiġu speċifikati fl-ordni tal-Prim Ministru: 
Iżda il-perjodu li għalih ordni bħal dik hawn aktar qabel
imsemmija għandha tapplika għal xi uffiċjal li jkun speċifikat fiha
għandu, kemm-il darba l-uffiċjal ma jkunx irtira mis-servizz
pubbliku, jew xort’oħra temm milli jibqa’ fil-kariga f’data li tiġi
qabel, jew kemm-il darba ma tiġix speċifikata data differenti f’dik
l-ordni, jtemm milli jibqa’ jseħħ wara sena mid-data effettiva ta’
dik l-ordni, kemm-il darba l-ordni ma tiġix aktar kmieni revokata
mill-Prim Ministru.
(3) Meta uffiċjal jiġi assenjat għal dmirijiet mal-Kunsill, dak l-
uffiċjal għandu, matul iż-żmien li fih dik l-ordni jkollha effett, jkun
taħt l-awtorità  u l-kontroll amministrattiv tal-Kunsill, iżda huwa
għandu għal kull għan u raġuni oħra jibqa’ u jitqies u jiġi trattat
bħala uffiċjal pubbliku.
(4) Mingħajr preġudizzju għall-ġeneralità  ta’ dak hawn aktar
qabel imsemmi, uffiċjal li jkun assenjat għal dmirijiet kif hawn
aktar qabel imsemmi - 
(a) ma għandux, waqt iż-żmien li matulu l-uffiċjal jkun
hekk assenjat -
(i) ikun prekluż milli japplika għal trasferiment f’xi
dipartiment tal-Gvern skond il-pattijiet u l-
kondizzjonijiet tas-servizz konnessi mal-ħatra
KUNSILL MALTI GĦALL-IŻVILUPP 
EKONOMIKU U SOĊJALI ġ KAP. 431. 7
ta’ l-uffiċjal mal-Gvern li jkollu fid-data meta l-
uffiċjal jiġi hekk assenjat għal dmirijietu; jew
(ii) ikun hekk impjegat tant li r-rimunerazzjoni u l-
kondizzjonijiet tas-servizz jkunu inqas
favorevoli minn dawk li jkunu konnessi mal-
ħatra mal-Gvern li l-uffiċjal jkollu fid-data hawn
aktar qabel imsemmija jew li kienu jkunu
konnessi ma’ dik il-ħatra, matul dak iż-żmien, li
kieku dak l-uffiċjal ma jkunx ġie assenjat biex
jaqdi dmirijietu mal-Kunsill; u 
Kap. 93. 
Kap. 58.
(b) ikollu jedd li s-servizz magħmul mal-Kunsill jiġi
meqjus bħala servizz mal-Gvern għall-għanijiet ta’ xi
pensjoni, gratifikazzjoni jew benefiċċju skond l-
Ordinanza dwar il-Pensjonijiet, jew l-Att dwar il-
Pensjonijiet lil Nisa’ Romol u Tfal Iltiema, u ta’ kull
dritt jew privileġġ ieħor li l-uffiċjal jkollu jedd għalih,
u jkun responsabbli għal kull responsabbiltà  li dwarha
l-uffiċjal jkun responsabbli, ħlief għall-fatt li l-uffiċjal
jkun ġie assenjat biex iwettaq dmiru mal-Kunsill.
(5) Meta ssir applikazzjoni kif stabbilit fis-subartikolu
(4)(a)(i), għandha tingħatalha l-istess konsiderazzjoni daqslikieku
l-applikant ma jkunx ġie assenjat għal servizz mal-Kunsill.
Kontijiet u 
verifika.
13. (1) Il-Kunsill għandu jara li jinżammu kontijiet xierqa u
dokumentazzjoni oħra dwar il-ħidma tiegħu u għandu jara li jitlesta
prospett ta’ kontijiet dwar kull sena finanzjarja.
(2) Il-kontijiet tal-Kunsill għandhom jiġu verifikati minn
awditur jew awdituri nominati minnu u approvati mill-Prim
Ministru:
Iżda l-Ministru tal-Finanzi jista’, wara konsultazzjoni mal-
Prim Ministru, jeħtieġ li l-kotba u dokumentazzjoni oħra tal-
Kunsill jiġu verifikati jew eżaminati mill-Awditur Ġenerali li, għal
dan il-għan, ikollu s-setgħa li jagħmel dik il-verifika fiżika u
verifiki oħra, kif jidhirlu meħtieġa.
(3) Wara l-egħluq ta’ kull sena finanzjarja u mhux aktar tard
mid-data li fiha l-estimi tal-Kunsill jintbagħtu lill-Prim Ministru
skond l-artikolu 9, il-Kunsill għandu jara li kopja tal-prospett ta’
kontijiet verifikati kif jixraq jiġu mogħtija lill-Prim Ministru u lill-
Ministru tal-Finanzi flimkien ma’ kopja ta’ kull rapport magħmul
mill-awdituri dwar dak il-prospett jew dwar il-kontijiet tal-Kunsill.
(4) Il-Prim Ministru għandu, ma’ l-ewwel opportunità , u mhux
aktar tard minn tmien ġimgħat wara li jkun irċieva kopja ta’ kull
prospett u rapport jew, jekk f’dak iż-żmien il-Kamra tad-Deputati
ma tkunx qed tiltaqa’, fi żmien tmien ġimgħat mill-bidu ta’ l-ewwel
sessjoni ta’ wara, jara li kopja ta’ kull prospett u rapport bħal dawk
jitqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra tad-Deputati.
(5) Is-sena finanzjarja tal-Kunsill tkun ta’ tnax-il xhar u
tispiċċa fit-30 ta’ Settembru, iżda l-ewwel sena finanzjarja tal-
Kunsill għandha tibda fid-data ta’ meta dan l-Att jiġi fis-seħħ u
għandha tispiċċa fit-30 jum ta’ Settembru tas-sena ta’ wara.
8 KAP. 431. ħ  
KUNSILL MALTI GĦALL-IŻVILUPP 
EKONOMIKU U SOĊJALI
Rapport annwali.  14. (1) Il-Kunsill għandu, mhux aktar tard minn sitt ġimgħat
wara t-tmiem ta’ kull sena finanzjarja, jagħmel u jibgħat lill-Prim
Ministru, lill-Ministru responsabbli mill-Finanzi, lill-Ministru
għas-Servizzi Ekonomiċi u lill-Ministru għall-Politika Soċjali,
rapport tal-ħidma tiegħu matul dik is-sena.
(2) Kull rapport annwali jkun fih rapport ġenerali ta’ l-
iżviluppi matul il-perjodu rilevanti rigward ħwejjeġ li jaqgħu fl-
isfera tal-mandat tal-Kunsill.
(3) Il-Prim Ministru għandu, ma’ l-ewwel opportunità , u mhux
aktar tard minn tmien ġimgħat wara li jkun irċieva kopja ta’ kull
rapport bħal dan jew, jekk f’dak iż-żmien il-Kamra tad-Deputati ma
tkunx qed tiltaqa’, fi żmien tmien ġimgħat mill-bidu ta’ l-ewwel
sessjoni ta’ wara, jara li kopja ta’ kull rapport bħal dan jitqiegħed
fuq il-Mejda tal-Kamra tad-Deputati.
Setgħa li jsiru 
regolamenti.
15. Il-Prim Ministru jista’ jagħmel regolamenti b’mod ġenerali
biex jagħti effett lid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u għat-twettiq
aħjar ta’ kull waħda mid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att.
