RESTITUZZJONI TA’ ĊERTU ARTIJIET ġ KAP. 432. 1
KAPITOLU 432
ATT DWAR RESTITUZZJONI TA’ ĊERTU ARTIJIET
Biex jipprovdi dwar ir-restituzzjoni ta’ art esproprjata bis-saħħa ta’ l-
Att dwar Arei għall-Iżvilupp tal-Bini.
1 ta’ Settembru, 2001
L-Att XVII ta’ l-2001.
Titolu fil-qosor.
Restituzzjoni ta’ Ċertu Artijiet.
Tifsir.
xort’oħra -
"Area għall-Iżvilupp tal-Bini'' għandha l-istess tifsira kif
mogħtija lilha fl-Att;
Kap. 303.
Restituzzjoni ta’ 
art u drittijiet u 
interessi fiha.
3. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att kull art
fil-limiti ta’ Area għall-Iżvilupp tal-Bini akwistata bi proprjetà
assoluta taħt id-disposizzjonijiet ta’ l-Att kif hemm provdut fl-
artikolu 5 tiegħu, mal-pubblikazzjoni fil-Gazzetta ta’ avviż legali li
jkun jistabbilixxi li l-Gvern ikun qiegħed jitlaq il-proprjetà  ta’ l-
imsemmija art, għandha b’seħħ mid-data meta dik l-art tkun ġiet
akkwistata kif hawn qabel imsemmi, u bis-saħħa ta’ dan l-Att
mingħajr ebda formalità  oħra meħtieġa bil-liġi, terġa’ lura għal
għand il-persuna jew persuni li lilhom kienet tappartjeni l-art, sew
bi proprjetà  assoluta sew b’titolu ta’ proprjetà  diretta jew nuda,
dirett jew utili dominju, użufrutt, użu jew abitazzjoni, bħallikieku
l-akkwist bis-saħħa ta’ l-artikolu 5 ta’ l-Att ma jkun seħħ qatt.
(2) Malli ssir dik ir-restituzzjoni, kull ħlas, ipoteka jew
privileġġ u kull dritt reali ieħor mhux imsemmi fis-subartikolu (1)
kif ukoll kull kiri li dik l-art kienet suġġetta għalih, għandhom
jerġgħu jibdew iseħħu bħallikieku qatt ma temmew milli jeżistu u
għandhom ikomplu jkunu operattivi, bla ħsara għal waqfien jew
estinzjoni ta’ dak id-dritt li kien kieku dan ikun ġie mwaqqaf jew
estint qabel dik ir-riverżjoni jew skond xi ftehim jew bl-operat tal-
liġi li kieku l-akkwist kontemplat bl-Att ma kienx seħħ.
Kap. 296.
(3) Is-sidien ta’ l-art għandhom jirreġistraw it-titolu tagħhom
fir-Reġistru ta’ l-Artijiet skond l-Att dwar ir-Reġistrazzjoni ta’
Artijiet fi żmien tliet xhur minn dik ir-restituzzjoni. Dik ir-
reġistrazzjoni ma tagħtihom ebda jedd għal xi ħruġ minnufih ta’
''titolu garantit''.
Waqfien ta’ 
drittijiet għal 
kumpens.
4. (1) Malli ssir ir-restituzzjoni hawn qabel imsemmija, kull
kumpens li jitħallas bis-saħħa ta’ l-Att jew kull liġi oħra, lil xi
persuna li tkun qiegħda tippretendi xi dritt jew interess fuq jew f’xi
art akkwistata bis-saħħa ta’ l-artikolu 5 ta’ l-Att, inkluż kull
kumpens bi pretensjoni għal xi perjodu li matulu dik l-art ma
kienitx fil-pussess tiegħu jew meta xi dritt juqha ma kienx
eżerċitabbli, għandu jtemm milli jkun jista’ jiġi mħallas:
Iżda meta, dwar xi art, dritt jew interess, persuna tkun tista’
turi għas-sodisfazzjoni tal-Qorti Ċivili, Prim’Awla, illi li kieku dik
2 KAP. 432. ħ RESTITUZZJONI TA’ ĊERTU ARTIJIET
l-art jew dak id-dritt ma ġietx restitwita għandha kif hemm provdut
fl-artikolu 3, il-kumpens li kien ikollha jedd għalih kien ikun akbar
mill-valur ta’ l-art, tad-dritt jew ta’ l-interess imsemmija qabel fil-
waqt tar-restituzzjoni, dik il-persuna jkollha jedd li titħallas id-
differenza fil-valur, u fejn ebda art, dritt jew interess ma jkunu
jistgħu jiġu restitwiti bis-saħħa ta’ dak l-artikolu, il-kumpens li
jitħallas bis-saħħa ta’ l-Att, jew kull liġi oħra, għandu jibqa’ jkun
jista’ jitħallas.
(2) Pretensjoni li ssir taħt il-proviso għas-subartikolu (1)
għandha biss tintlaqa’ jekk din issir b’ċitazzjoni li tiġi preżentata
qabel ma tiskadi sena mill-bidu fis-seħħ ta’ dan l-Att.
Meta d-drittijiet 
ikunu ġew 
trasferiti.
5. Meta l-persuni li mingħandhom l-art in kwistjoni tkun ġiet
akkwistata ikunu ttrasferew id-drittijiet tagħhhom għal kumpens lil
xi persuna oħra sew b’att inter vivos jew causa mortis, it-
trasferiment għandhu, kemm-il darba ma jiġix xort’oħra miftiehem
fl-att ta’ trasferiment, jitqies li jkun it-trasferiment ta’ art jew ta’ xi
interess ieħor fiha rappreżentat minn dawk id-drittijiet.
