KWARANTINA TAL-PJANTI ġ KAP. 433. 1
KAPITOLU 433
ATT DWAR IL-KWARANTINA TAL-PJANTI
Biex ma jitħallewx jidħlu f’Malta organiżmi li jagħmlu l-ħsara lill-
pjanti, biex dawn jiġu kkontrollati u mrażżnin il-firxa tagħhom u biex
tipprovdi għal materji oħra li jkunu inċidentali u anċillari għaliha.
1 ta’ Settembru, 2001
L-Att XVIII ta’ l-2001.
Taqsima I
Preliminari
Titolu fil-qosor.
tal-Pjanti.
Tifsir.
xort’oħra - 
''ċertifikat fitosanitarju'' tfisser ċertifikat li għandu x’jaqsam mal-
kondizzjoni tas-saħħa tal-pjanta u l-oriġini ta’ konsenja ta’ pjanti u,
jew materjal veġetali imħejji u maħruġ skond il-Konvenzjoni;
''Dipartiment'' tfisser id-Dipartiment responsabbli għas-saħħa tal-
pjanti;
"Direttur" tfisser id-Direttur tad-Dipartiment u, sal-limitu tal-
funzjonijiet mogħtija, tinkludi kull uffiċjal pubbliku awtorizzat
mid-Direttur għal hekk bil-miktub għal xi wieħed mill-għanijiet ta’
dan l-Att;
''ħamrija'' tfisser kull materjal kapaċi li jsostni ħajja veġetali bħal
trab, ilma, terriċċju jew tafal imma mhux materjal sterili jew li ma
jkunx kapaċi jġorr jew isostni organiżmi li jagħmlu l-ħsara;
''importatur'' tinkludi kull persuna li, kemm bħala sid, bħala dak
li jikkonsenja, bħala dak li jilqa’ għandu, bħala aġent, bħala sensal
jew xort’oħra, jkollha fil-pussess tagħha jew b’xi mod tkun
intitolata li tieħu ħsieb xi materjal tal-pjanti, organiżmu li jagħmel
l-ħsara, organiżmu li jagħmlu l-ġid, ħamrija jew ippakkjar importat
jew li jkun hemm il-ħsieb li jiġi importat f’Malta minn xi pajjiż
ieħor;
''Konvenzjoni'' tfisser il-Konvenzjoni Internazzjonali tal-Ħarsien
tal-Pjanti iffirmata f’Ruma nhar is-6 ta’ Diċembru 1951, kif
emendata jew flimkien ma’ xi konvenzjoni oħra skond kif ikun
preskritt mill-Ministru minn żmien għal żmien;
''Malta'' għandha l-istess tifsir kif mogħti lilha bl-artikolu 124
tal-Kostituzzjoni ta’ Malta;
''materjal għat-tnissil'' tfisser kull pjanta ħajja jew parti ta’ pjanta
ħajja, użat jew maħsub għat-tnissil, li jinkludi żrieragħ, ġdur, xitel,
basal, riżomi jew kulturi ta’ xi biċċiet ta’ pjanti;
''materjal ta’ l-ippakkjar'' tfisser kull materjal li jintuża biex jiġi
ppakkjat, kontenut jew jinżamm materjal veġetali, organiżmi li
jagħmlu l-ġid, ħamrija jew organiżmi li jagħmlu l-ħsara;
2 KAP. 433. ħ KWARANTINA TAL-PJANTI
''materjal veġetali'' tinkludi kull pjanta, parti ta’ pjanta, materjal
għat-tnissil jew prodott veġetali li tista’ ssirlu ħsara jew li jkun
iġorr fih jew miegħu, xi organiżmi li jagħmlu l-ħsara; 
''Ministru'' tfisser il-Ministru responsabbli għall-Agrikoltura u,
sal-limitu tal-funzjonijiet mogħtija, tinkludi kull uffiċjal pubbliku
awtorizzat mill-Ministru għal hekk bil-miktub għal xi wieħed mill-
għanijiet ta’ dan l-Att;
''mezz u mod ta’ ġarr'' tfisser kull ħaga wżata biex iġġorr materjal
minn post għal ieħor u tinkludi ajruplani, hovercraft, ferroviji,
vetturi, karettuni, containers, bhejjem u kull ħaġa oħra li tista’
ġġorr materjal veġetali, organiżmi li jagħmlu l-ħsara, organiżmi li
jagħmlu l-ġid jew ħamrija;
''organiżmi li jagħmlu l-ġid'' tfissser kull organiżmu, li jinkludi
mofof, batteri, virus jew organiżmi li jixbħu lil virus, organiżmi
mingħajr xewka tad-dahar jew xi annimal ieħor li jkun dikjarat bil-
miktub mill-Ministru, wara konsultazzjoni mall-Ministru
responsabbli għall-ħarsien ta’ l-ambjent, li jkun ta’ ġid għall-flora
Maltija jew għall-produzzjoni agrikola;
''organiżmi li jagħmlu l-ħsara'' tfisser kull għamla ta’ pjanta jew
annimal jew xi aġent li jikkawża mard, minnbarra organiżmi li
jagħmlu l-ġid, li jkunu kapaċi li, b’mod dirett jew indirett, jistgħu
jikkawżaw il-ħsara lil xi materjal veġetali jew organiżmu li jagħmel
il-ġid u tinkludi organiżmi ta’ ħsara li jkunu ġew modifikati
ġenetikament u ħaxix ħażin;
''pjanti'' tfisser pjanti ħajjin u partijiet ta’ pjanti ħajjin, inklużi ż-
żerriegħa, frott u ħxejjex (ħlief dawk iffriżati), partijiet ta’ pjanti li
jkunu taħt l-art, fjuri mqaċċtin, zkuk, siġar bil-weraq u kulturi fit-
ta’ biċċiet tal-pjanti;
Kap. 334.
''post tad-dħul indikat'' tfisser port, ajruport, uffiċċju postali jew
xi post ieħor indikat mill-Ministru bħala post li fih huwa permess li
ssir l-importazzjoni ta’ materjal veġetali, u tinkludi port ħieles kif
imfisser fl-Att dwar il-Portijiet Ħielsa ta’ Malta;
''post ta’ kwarantina'’ tfisser post uffiċċjali stabbilit mill-
Ministru bħala post fejn materjal veġetali jkun maħżun għal
spezzjonar fitosanitarju, osservazzjoni, analizi jew riċerka;
''prodott veġetali'' tfisser xi materjal mhux maħdum li jkun
imnissel minn pjanti u dawk il-materjali oħra maħduma li, permezz
tan-natura tagħhom jew bħala riżultat ta’ l-ipproċessar, ikunu
jistgħu joħolqu r-riskju li jinfirxu organiżmi li jagħmlu l-ħsara;
''skema ta’ ċertifikazzjoni'' tfisser metodu ta’ tkabbir, ħarsien u
testijiet ta’ pjanti biex jiġi żgurat li huma ħielsa minn organiżmi li
jagħmlu l-ħsara partikolari u mard partikolari;
''spettur'' tfisser kull spettur maħtur skond l-artikolu 26 u kull
uffiċjal ieħor tas-Servizz tal-Ħarsien tal-Pjanti jew xi persuna oħra
maħtura għal hekk mid-Direttur bil-miktub minn żmien għal żmien;
''tħawwil'' tfisser kull xogħol li bih pjanti jiġu mqegħda b’tali
mod li jiżgura t-tkabbir, ir-riproduzzjoni jew propagazzjoni
tagħhom;
''trattament'' tfisser kull proċess adattat, li jinkludi l-użu ta’
KWARANTINA TAL-PJANTI ġ KAP. 433. 3
kimiċi, sħana jew pressjoni baxxa, u li bih jiġi żgurat t-tneħħija, l-
isterilizzazzjoni jew il-qtil ta’ xi organiżmu li jagħmel il-ħsara;
''uffiċċjal awtorizzat'' tfisser uffiċċjal tal-Korp tal-Pulizija, tad-
Dwana, tas-Servizzi Postali jew tas-Servizz tal-Ħarsien tal-Pjanti
jew xi persuna oħra li jkollha l-awtorizzazzjoni bil-miktub mid-
Direttur biex tinforza jew twettaq xi disposizzjoni ta’ dan l-Att.
Taqsima II 
Amministrazzjoni
Servizz tal-Ħarsien 
tal-Pjanti.
3.  (1) Id-Direttur għandu jkun responsabbli għas-Servizz tal-
Ħarsien tal-Pjanti u għandu jamministra u jenforza id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att.
(2)  Is-Servizz tal-Ħarsien tal-Pjanti għandu -
(a) jispezzjona xtieli li jkunu qegħdin jikbru, uċuh
ikkoltivati u pjanti u materjal veġetali maħżuna jew li
jkunu qed jinġarru lokalment, sabiex jirrapporta l-
eżistenza, bidu u tifrix ta’ organiżmi li jagħmlu l-ħsara
u sabiex jiġu kontrollati organiżmi li jagħmlu ħsara;
(b) dwar konsenji ta’ materjal veġetali li jkunu qegħdin
f’pajjiżna bħala riżultat ta’ moviment internazzjonali -
(i) jispezzjona dawk il-konsenji u, fejn ikun
meħtieġ, jispezzjona konsenja ta’ kull forma ta’
materjal ieħor li jkunu f’pajjiżna bħala riżultat
ta’ moviment internazzjonali taħt
kondizzjonijiet li dan l-istess materjal jista’
jservi bħala mezz inċidentali ta’ ġarr ta’
organiżmi li jagħmlu l-ħsara;
(ii) jispezzjona u jgħasses faċilitajiet ta’ kull forma
ta’ ħażna u trasport, b’mod partikolari biex ma
jħallux it-tifrix ta’ dawk l-organiżmi li jagħmlu
l-ħsara, fit-territorju nazzjonali;
(iii) jiddiżinfesta u jiddiżinfetta konsenji ta’ pjanti u
materjal veġetali, kif ukoll il-kontenituri
tagħhom, l-ippakkjar, l-imħażen jew faċilitajiet
ta’ trasport;
(ċ) jistabbilixxi l-perċentaġġ ta’ spezzjonijiet li għandhom
isiru;
(d) joħroġ ċertifikati fitosanitarji jew passaporti tal-pjanti;
(e) jawtorizza postijiet fejn jixxettlu l-pjanti biex joħorġu
passaporti tal-pjanti skond regolamenti preskritti taħt
dan l-Att;
(f) jaġġorna u jqassam minn żmien għal żmien listi ta’
materjal veġetali, organiżmi li jagħmlu l-ħsara u dawk
li jagħmlu l-ġid, li l-importazzjoni tagħhom f’Malta
hija pprojbita jew ristretta;
(g) iqassam tagħrif f’Malta dwar organiżmi li jagħmlu l-
ħsara u prodotti veġetali u l-metodi kif jiġu
kkontrollati u ma jitħallewx jinfirxu;
(h) jippromwovi il-manneġġjar u l-kontroll integrat ta’
4 KAP. 433. ħ KWARANTINA TAL-PJANTI
organiżmi li jagħmlu l-ħsara f’Malta;
(i) imexxi r-riċerka u surveys fil-qasam tal-ħarsien tal-
pjanti;
(j) jamministra u jenforza id-disposizzjonijiet ta’ dan l-
Att; u
(k) jieħu ħsieb dawk l-affarijiet li d-Direttur jista’
jippreskrivi.
Bord dwar il-
Ħarsien tal-Pjanti.
4. (1) Il-Bord dwar il-Ħarsien tal-Pjanti għandu jkun
magħmul minn -
(a) Chairman li jiġi maħtur mill-Ministru;
(b) erba’ membri, li jiġu maħtura mill-Ministru, u li ta’ l-
anqas wieħed minnhom għandu jkun rappreżentant tal-
bdiewa;
(ċ) id-Direttur jew ir-rappreżentant tiegħu; u
(d) rappreżentant mill-qasam ta’ l-edukazzjoni, u
rappreżentant minn kull wieħed mid-Dipartiment tas-
Saħħa Pubblika, id-Dipartiment ta’ l-Ambjent, l-
Awtorità  Maltija dwar l-Istandards, l-Awtorità  għas-
Saħħa u s-Sigurtà  fuq il-Post tax-Xogħol, u l-
Korporazzjoni dwar is-Servizzi ta’ l-Ilma.
(2) Il-Bord għandu jirrevedi b’mod regolari l-istat tal-
kwarantina tal-pjanti f’Malta, dwar il-formulazzjoni ta’ politika
f’dan ir-rigward u jagħti parir lill-Ministru fuq xi ħwejjeġ li
jikkonċernaw dan l-Att b’mod speċjali dwar -
(a) il-ħruġ ta’ regolamenti taħt dan l-Att u ħwejjeġ li
jitqajmu mit-twettiq ta’ dawn ir-regolamenti;
(b) l-avviż ta’ xi organiżmu li jagħmel ħsara skond l-
artikolu 20;
(ċ) l-implikazzjonijiet fitosanitarji li joħorgu mill-
importazzjoni ta’ xi materjal veġetali, prodott veġetali,
organiżmi li jagħmlu l-ħsara, organiżmi li jagħmlu l-
ġid jew ħamrija;
(d) l-immaniġġjar, it-tħaddim, u l-ħtiġiet tas-Servizz tal-
Ħarsien tal-Pjanti; u
(e) id-dijanjosi, skoperta jew identifikazzjoni ta’
organiżmi u mard partikolari.
Skemi għaċ-
Ċertifikazzjoni tal-
Pjanti.
5. Id-Direttur jista’ jistabbilixxi Skemi għaċ-Ċertifikazzjoni
tal-Pjanti li għandhom jaddottaw standards internazzjonali u li
għandhom jiġu amminnistrati u aġġornati mis-Servizz għall-
Protezzjoni tal-Pjanti fuq il-parir tal-Bord.
Taqsima III 
Importazzjoni
Projbizzjoni ta’ 
importazzjoni.
6. L-ebda persuna ma tista’ timporta f’Malta materjal
veġetali, organiżmu li jagħmel il-ħsara, organiżmu li jagħmel il-
ġid, ħamrija jew materjal ta’ l-ippakkjar ħlief kif preskritt skond
dan l-Att.
KWARANTINA TAL-PJANTI ġ KAP. 433. 5
Permessi u 
ċertifikati.
7. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (2),
kull materjal veġetali, organiżmu li jagħmel il-ħsara, organiżmu li
jagħmel il-ġid, ħamrija jew materjal ta’ l-ippakkjar jista’ jiġi
importat biss f’Malta permezz ta’ post ta’ dħul awtorizzat u malli
jiġi importat għandu jiġi ddikkjarat u sottomess flimkien mal-
permessi u ċertifikati preskritti sabiex jiġi eżaminat mill-ispettur.
(2) Il-Ministru jista’, wara konsultazjzoni mal-Bord, permezz
ta’ regolamenti jew avviżi imxandra fil-Gazzetta, jeżenta xi klassi
jew tip ta’ materjal veġetali milli jiġi dikkjarat malli jiġi importat.
(3) Id-Direttur jista’ wara konsultazzjoni mal-Bord, permezz
ta’ avviż maħruġ fil-Gazzetta jistabbilixxi id-dettalji tal-
kondizzjonijiet li taħthom u, jew, trattamenti li kull materjal
veġetali, li joriġina minn dawk il-pajjiżi, u, jew, żoni, kif jista’ jiġi
speċifikat fl-avviż, għandu jkun soġġett qabel ma jiġi importat.
Spezzjon.
xi oġġett li jkun irid jiġi ddikjarat skond l-artikolu 7(1) għandha
tqiegħed dan il-mezz u l-kontenut tiegħu biex jiġi spezzjonat u
jingħata trattament mill-uffiċċjal awtorizzat skond dan l-Att fl-
ewwel żmien li jkun raġonevolment possibbli wara li dan il-
materjal jasal f’Malta jew f’xi żmien ieħor raġonevolment possibbli
skond id-direzzjoni ta’ l-ispettur, li għandu jistabbilixxi l-post ta’ l-
ispezzjon.
Avviż lill-ispettur.
organiżmu li jagħmel il-ħsara, organiżmu li jagħmel il-ġid jew xi
ħamrija minn barra minn Malta kemm jekk dik il-persuna tkun tat
il-permess li jintbagħtilha jew le, għandha, minnufih malli tirċevih
tavża lil xi spettur u twettaq dak li jgħidilha l-ispettur fir-rigward
ta’ qerda, disponiment jew trattament ta’ dan il-materjal dejjem
għas-sodisfazzjon ta’ l-ispettur.
Qbid ta’ pjanta li 
jkollha orġaniżmu 
li jagħmel il-ħsara.
10. Kull ħaġa importata f’Malta, jew li tkun qiegħdha in
transitu f’Malta jew mġarra minn xi parti għal oħra ta’ Malta, bi
ksur ta’ dan l-Att, tista’, flimkien mal-kontenitur li jintuża biex
jittrasportaha jew xi ħaġa oħra li jkun hemm suspett raġonevoli li
tista’ tospita xi organiżmu li jagħmel il-ħsara, tiġi maqbuda mill-
Pulizija u tista’ tiġi meqruda, isir disponiment minnha, ttrattata jew
isir mod ieħor minnha skond kif jidhirlu xieraq l-ispettur jew il-
persuna awtorizzata u dan skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att.
Permess għall-
importazzjoni.
11. (1) Id-Direttur jista’ permezz ta’ avviż ippubblikat fil-
Gazzetta, jeħtieġ illi xi klassi ta’ materjal veġetali, organiżmu li
jagħmel il-ħsara, organiżmu li jagħmel il-ġid, ħamrija jew materjal
ta’ l-ippakkjar ma jkunx jista’ jiġi importat f’Malta minn dawk il-
pajjiżi jew żoni, kif jista’ jiġi speċifikat fl-avviż, ħlief b’permess
ta’ l-importazzjoni u bi qbil strett mal-kondizzjonijiet tal-permess.
(2) Id-Direttur jista’ -
(a) joħroġ, jirrifjuta li joħroġ jew iħassar xi permess ta’ l-
importazzjoni jew;
(b) jippreskrivi f’xi permess għall-importazzjoni dawk it-
termini u kondizzjonijiet li d-Direttur jidhirlu xierqa u
f’kull żmien, kemm qabel kif ukoll wara l-
importazzjoni, jibdel jew iżid mat-termini jew il-
6 KAP. 433. ħ KWARANTINA TAL-PJANTI
kondizzjonijiet.
Ċertifikat 
fitosanitarju jew 
passaport tal-
pjanti.
12. Id-Direttur jista’, permezz ta’ avviż ippubblikat fil-
Gazzetta, jitlob illi xi klassi ta’ materjal veġetali, kif jiġi speċifikat
fl-avviż, ma jkunx jista’ jiġi importat ħlief permezz ta’ ċertifikat
fitosanitarju maħruġ jew passaport tal-pjanti rikonoxxut mill-
organizzazzjoni responsabbli mill-ħarsien tal-pjanti tal-pajjiż
esportatur skond il-Konvenzjoni u li jkun konformi f’kollox jew
mal-mudell taċ-ċertifikat fitosanitarju għall-esportazzjoni jew
għar-ri-esportazzjoni, skond il-każ, kif jidher fl-Annex tal-
Konvenzjoni.
Projbizzjoni jew 
restrizzjoni.
13. (1)  Minkejja kull ħaġa li hemm f’dan l-Att, id-Direttur
jista’, wara li jikkonsulta mal-Bord, b’avviż fil-Gazzetta,
jipprojbixxi jew jirrestringi d-dħul, il-bejgħ, il-koltivazzjoni, il-
propagazzjoni jew iċ-ċaqliq ta’ xi materjal veġetali, organiżmu li
jagħmel il-ħsara, organiżmu li jagħmel il-ġid, ħamrija, materjal ta’
l-ippakkjar jew xi ħaġa oħra li tkun kapaċi tospita jew ixxerred xi
organiżmu li jagħmel il-ħsara.
(2) Kull avviż mogħti skond is-subartikolu (1) għandu jiskadi
sitt xhur wara li jkun jiġi pubblikat fil-Gazzetta, sakemm ma jiġix
imġedded.
Għemil ta’ regoli. 14.  Il-Ministru jista’, bil-parir tal-Bord, jagħmel regolamenti li
jistabbilixxu regolamenti għar-reklamar ta’ materjal għat-tnissil u
materjal għat-tħawwil, u jista’ b’dawn ir-regolamenti jistabbilixxi
l-kondizzjonijiet biex jingħataw permessi għall-importazzjoni u
trasport ta’ xi materjal veġetali, organiżmu li jagħmel il-ħsara jew
organiżmi oħrajn għal skop ta’ tiftix xjentifiku jew mod ieħor,
soġġett għat-termini u l-kondizzjonijiet li jistgħu jiġu stabbiliti jew
issir referenza għalihom fir-regolamenti biex jiġu mħarsa s-saħħa
pubblika, l-agrikolutura u, jew, l-ambjent.
Assistenza.
Kap. 37.
Kap. 254.
15. (1) L-uffiċċjali kollha tal-Posta u tad-Dwana, għandhom
jassistu lid-Dipartiment biex ma titħalliex l-importazzjoni f’Malta
ta’ xi oġġetti li jmorru kontra dan l-Att u biex jagħmlu hekk jistgħu
jeżerċitaw il-poteri kollha mogħtija lilhom skond l-Ordinanza tad-
Dwana u l-Att dwar l-Uffiċċju tal-Posta jew xi liġi li
tissostitwihom.
(2) Kull uffiċċjal tad-Dwana jew tal-Posta li jsir jaf li ġew
importati xi materjal veġetali, organiżmu li jagħmel il-ħsara,
organiżmu li jagħmel il-ġid, ħamrija, materjal ta’ l-ippakkjar jew xi
ħaġa oħra li huma regolati b’dan l-Att, ħlief ta’ ħwejjeġ li ma jkunx
hemm bżonn li jiġu ddikjarati skond l-artikolu 7(2) għandu javża
minnufih lil xi spettur jew xi uffiċċjal ieħor awtorizzat tas-Servizz
għall-Ħarsien tal-Pjanti. 
Ġarr jew maniġġar 
ta’ kontenitur.
16. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (2), l-
ebda materjal veġetali, organiżmu li jagħmel il-ħsara, ħamrija u
materjal ta’ l-ippakkjar li jkun qiegħed jiġi eżaminat jew li jkun
jista’ jiġi eżaminat minn spettur ma jkun jista’ jiġi mċaqlaq jew
minġġat bl-ebda mod u lanqas ma jista’ jinfetaħ xi kontenitur ħlief
taħt id-direzzjoni ta’ xi spettur.
(2) Uffiċċjal tad-Dwana jew tal-Posta jista’ jċaqlaq jew imiss
oġġett li għalih hemm referenza fis-subartikolu (1) sakemm ikun
jeħtieġ sabiex dak l-uffiċċjal ikun jista’ jaqdi dmiru b’mod xieraq,
KWARANTINA TAL-PJANTI ġ KAP. 433. 7
sakemm l-infurzar u l-ksib ta’ skopijiet ta’ dan l-Att ma jiġux
ippreġudikati.
Reġistrazzjoni 
mal-Servizz tal-
Ħarsien tal-Pjanti.
17.  Id-Direttur jista’ jeħtieġ li kull persuna li tkun involuta fil-
propagazzjoni, fil-ħażna, fl-importazzjoni, fl-esportazzjoni jew fil-
produzzjoni jew xi negozju ieħor konness ma’ materjal veġetali, li
tirreġistra mas-Servizz tal-Ħarsien tal-Pjanti u tħares il-ħtiġiet li
minn żmien għal żmien id-Direttur jista’ raġonevolment jeħtieġ.
Eżami u teħid ta’ 
kampjuni.
18. Kull persuna li tkun importat xi materjal veġetali,
organiżmu li jagħmel il-ħsara, organiżmu li jagħmel il-ġid, ħamrija,
jew materjal ta’ l-ippakkjar għandha, meta tiġi mitluba mill-
ispettur, tħalli l-materjal importat jiġi eżaminat u li jittieħdu xi
kampjuni minn xi spettur f’xi ħin raġonevoli sabiex l-ispettur ikun
jista’ jistabbilixxi jekk dawn ikunux konformi ma’ dan l-Att jew xi
permess li jkun maħruġ taħtu, jew jekk ikunx hemm bżonn li
jittieħdu xi passi oħra.
Taqsima IV 
Kontroll ta’ l-Esportazzjoni
Eżami qabel 
esportazzjoni.
19. (1) Kull persuna li tkun bi ħsiebha tesporta kunsinna ta’
pjanti jew materjal veġetali lejn pajjiż ieħor għandha tissottometti
l-kunsinna lis-Servizz tal-Ħarsien tal-Pjanti għall-eżami qabel l-
estportazzjoni. 
(2) Kull kunsinna sottomessa għandha tiġi eżaminata minn
spettur fi żmien erbatax-il jum mid-data ta’ l-esportazzjoni skond
il-ħtiġiet tal-pajjiż tad-destinazzjoni u jekk l-ispettur ikun sodisfatt
illi r-rekwiżiti biex jinħareġ iċ-ċertifikat fitosanitarju jew passaport
tal-pjanti jkunu ġew imħarsa, l-ispettur għandu joħroġ iċ-ċertifikat
fitosanitarju jew passaport tal-pjanti skond dan il-Att.
Taqsima V 
Trażżin u Eradikazzjoni ta’ Organiżmi li Jagħmlu 
l-Ħsara lill-Pjanti
Dikjarazzjoni 
rigward organiżmu 
li jagħmel il-ħsara 
li għandu jiġi 
notifikat.
20. (1) Id-Direttur jista’, permezz ta’ avviż pubblikat fil-
Gazzetta, jiddikjara li xi organiżmu li jagħmel il-ħsara li jrid jiġi
notifikat jekk dan joħloq jew x’aktarx joħloq xi theddida għall-
produzzjoni ta’ jew negozju fil-materjal veġetali jew lill-ambjent
naturali u li jew ma jkunx hemm tagħrif dwar l-eżistenza tiegħu
f’Malta jew jkun jeżisti f’Malta iżda jkun suġġetta għal miżuri biex
jinqered jew jiġi mrażżan.
(2) Min jokkupa jew ikun is-sid ta’ xi art jew fond li fuqu
jinsab xi organiżmu li jagħmel il-ħsara li jkun identifikat bħala, jew
ikun hemm is-suspett li jkun, organiżmu li jagħmel il-ħsara li
għandu jiġi notifikat għandu minnufuh javża lil xi uffiċċjal tas-
Servizz tal-Ħarsien tal-Pjanti.
Dikjarazzjoni dwar 
arei infestati.
21. Id-Direttur jista’ b’avviż ippubblikat fil-Gazzetta -
(a) jiddikkjara kull gżira jew area f’Malta li tkun infestata
jew li jkun hemm xi suspett li tkun hekk infestata,
minn xi organiżmu li jagħmel il-ħsara, bħala żona
infestata;
(b) jiddikkjara xi art jew fond li huwa infestat jew li jkun
hemm suspett li jkun infestat b’xi organiżmu li
8 KAP. 433. ħ KWARANTINA TAL-PJANTI
jagħmel il-ħsara, li jkun taħt kwarantina;
(ċ) jippreskrivi miżuri sabiex isir trattament jew
disponiment ta’ xi materjal veġetali, organiżmi li
jagħmlu l-ħsara, ħamrija jew materjal ta’ l-ippakkjar u
metodi ta’ trattament ta’ xi mezz ta’ ġarr kemm jekk
ikunu infestati kif ukoll jekk ma jkunux infestati,
sabiex jiġi limitat it-tifrix tal-organiżmu li jagħmel il-
ħsara;
(d) jippreskrivi l-perjodu li fih ma jkunx jista’ jsir it-
tħawwil jew tħawwil mill-ġdid f’żona jew f’parti minn
żona infestata jew f’xi post taħt kwarantina.
Avviż bil-miktub. 22. Jekk id-Direttur ikun sodisfatt illi organiżmu li jagħmel il-
ħsara, li għandu jiġi notifikat, jkun preżenti f’xi post, id-Direttur
jista’ jordna illi jiġi mogħti avviż bil-miktub lis-sid jew lil min
jokkupa dak il-fond u, jekk jidhirlu li jkun meħtieġ għall-għanijiet
ta’ dan l-Att, lis-sid jew lil min ikun jokkupa l-artijiet jew fondi fil-
viċinanza, li fih jordna lil kull wieħed minnhom, fi żmien speċifikat
fl-avviż, biex jieħdu l-miżuri, huma liema huma, fuq il-fondi
tagħhom li d-Direttur jikkonsidra xierqa biex tinqered, titrażżan
jew tirrestrinġi l-firxa ta’ l-organiżmu li jagħmel il-ħsara li għandu
jiġi notifikat.
Ksur. 23.  Fil-każ li s-sid tal-post jew min joqgħod fih jonqos milli
jħares xi termini ta’ l-avviż maħruġ skond l-artikoli 17 jew 18, jew
ma jkunx jista’ jħares, fiż-żmien stipulat, dawk i-termini u javża
b’dan lid-Direttur, id-Direttur jista’ jawtorizza lis-Servizz tal-
Ħarsien tal-Pjanti biex jidħol fuq l-art jew fil-fondi in kwistjoni u
jieħu kwalunkwe miżuri li jkunu xierqa biex jiġu esegwiti il-ħtiġiet
ta’ l-avviż.
Reviżjonijiet 
regolari.
24. Id-Direttur għandu jirrevedi b’mod regolari is-sitwazzjoni
fir-rigward ta’ xi art li tkun tqiegħdet taħt kwarantina u, meta jkun
sodisfatt illi l-organiżmu partikolari li jagħmel il-ħsara jkun ġie
eradikat jew jekk wara li jkunu ġew ikkunsidrati ċ-ċirkostanzi
kollha relevanti ma jkunx xieraq illi jkomplu jinżammu r-
restrizzjonijiet tal-kwarantina fir-rigward ta’ l-art jew parti minnha
li tkun taħt kwarantina, id-Direttur għandu, permezz ta’ avviż
ippubblikat fil-Gazzetta u b’avviż imwassal lil dawk is-sidien jew
okkupanti kollha ta’ dik l-art, jiddikkjara illi minn dik id-data
speċifikata kull art identifikata fl-avviż ma għandhiex tibqa’ aktar
taħt kwarantina.
Kumpens. 25. (1) Mingħajr ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikolu
(2), fejn xi materjal veġetali jew xi materjal ieħor ikun meqrud jew
danneġġjat b’xi miżuri li jkunu ttieħdu biex tinqered, titrażżan jew
tiġi limitata l-firxa ta’ xi organiżmu li jagħmel il-ħsara li għandu
jiġi notifikat, il-Ministru jista’ jikkompensa lis-sid tal-materjal
veġetali jew xi oġġett meqrud jew danneġġat minn flejjes ivvutati
għal dak il-għan mill-Kamra tad-Deputati.
(2) Il-Ministru ma għandux ikollu l-obbliġu li jikkompensa lil
xi persuna li tkun sofriet xi telf bħala riżultat ta’ xi azzjoni
awtorizzata skond dan l-Att jekk din l-azzjoni tkun ittieħdet biex
jinstab rimedju għal sitwazzjoni ikkawżata b’mod totali jew
parzjali bħala riżultat ta’ negliġenza, nuqqas ta’ konformità  ma’ xi
KWARANTINA TAL-PJANTI ġ KAP. 433. 9
istruzzjonijiet legali jew kontravenzjoni ta’ dan l-Att, minn dik il-
persuna.
(3) Il-Ministru għandu , fuq il-parir tal-Bord, jiddetermina l-
ammont ta’ kumpens li għandu jitħallas fiċ-ċirkostanzi tal-każ u
jista, b’avviż ippubblikat fil-Gazzetta, jippreskrivi l-proċeduri li
għandhom jiġu segwiti sabiex jintalab kumpens. 
(4) Kull persuna li titlob kumpens għal qbid jew qerda taħt dan
l-Att ta’ xi ħaġa li ma kenitx infestata b’organiżmi li jagħmlu l-
ħsara jew jagħmlu xi deni taħt xi forma oħra lill-pjanti jew
organiżmu li jagħmel il-ġid lill-pjanti li tħoss li tkun sofriet xi
nuqqas b’deċiżjoni tal-Ministru skond subartikolu (3) tista’,
tagħmel rikors lill-Qorti Ċivili ta’ ġurizdizzjoni kompetenti sabiex
jiġi determinat l-interess ta’ min jagħmel it-talba fil-propjetà  jew xi
dritt fuq il-propjetà , l-ammont ta’ kumpens li għandu jiġi imħallas
u biex tirċievi l-ħlas u jkollha d-dritt li tappella quddiem il-Qorti
ta’ l-Appell kontra kull deċiżjoni.
Taqsima VI 
Infurzar
Ħatra ta’ spetturi.
id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u l-Ministru għandu jiżgura illi
dawn jirċievu taħriġ tekniku adegwat sabiex jkunu jistgħu jaqdu
dmirijiethom kif imiss.
(2) Il-Ministru jista’, bil-parir tad-Direttur, jinnomina
uffiċċjali pubbliċi tad-Dipartiment biex ikunu spetturi temporanji
biex jinfurzaw id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, flimkien ma’ l-
ispetturi maħtura skond is-subartikolu (1) u għandu jiżgura illi
dawn jirċievu taħriġ tekniku adegwat sabiex jkunu jistgħu jaqdu
dmirijiethom kif imiss.
Setgħat ta’ dħul, 
tiftix u qbid.
27. In konformità  mas-setgħat tagħha dwar dħul, tiftix u qbid,
skond il-liġi għal dak li għandu x’jaqsam ma’ reati kontra d-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, il-Pulizija jkollha d-dritt li tkun
akkompanjata u assistita minn spetturi maħtura skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 26 jew persuni oħra awtorizzati, u d-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 10 għandhom japplikaw għal kull
ħaġa maqbuda fl-eżekuzzjoni ta’ dawk is-setgħat.
Qbid.
tkun maqbuda, miżmuma, ittrattata, imneħħija jew meqruda,
għandu malajr kemm jista’ jkun, jinnotifika lis-sid jew lill-persuna
li jkollha taħt idejha l-pussess, il-kura jew il-kontroll ta’ l-oġġett,
bil-passi kollha li jkunu ttieħdu u r-raġunijiet ta’ din l-azzjoni.
Jekk, f’ċirkostanzi speċjali, il-qbid ma jkunx sar fil-preżenza ta’
din il-persuna, din għandha tiġi mgħarrfa bil-miktub b’dak il-mod
li l-Ministru jista’ jippreskrivi minn żmien għal żmien.
Taqsima VII 
Reati, Pieni u Proċeduri
Reati.
impjegat jew aġent - 
(a) tkabbar, ikollha fil-pussess tagħha, tbiegħ, toffri għall-
bejgħ, iġġorr jew tqassam b’xi mod -
10 KAP. 433. ħ KWARANTINA TAL-PJANTI
(i) xi materjal veġetali, organiżmu li jagħmel il-
ħsara, ħamrija, organiżmu li jagħmel il-ġid,
materjal ta’ l-ippakkjar li hi tkun taf li ġie
importat f’Malta bi ksur tad-disposizzjonijiet ta’
dan l-Att; jew
(ii) xi ħaġa infestata b’organiżmu li jagħmel il-
ħsara, li jaqa’ taħt il-kontroll ta’ dan l-Att jew
suġġett għal xi avviż maħruġ skond l-artikoli 17
jew 18; 
(b) li tattakka, tirreżisti, thedded jew tfixkel
volontarjament lil xi spettur jew uffiċċjal inkarigat
waqt li jkun qed jaqdi l-funzjonijiet tiegħu skond dan
l-Att;
(ċ) li tirrifjuta jew li tittraskura li tobdi xi ordni jew
direttiva magħmula b’mod legali jew mogħtija taħt dan
l-Att;
(d) li, mingħajr l-ebda skuża raġonevoli, tonqos li twieġeb
għal xi mistoqsija li tkun saritilha minn xi spettur jew
uffiċċjal awtorizzat jew li tipproduċi xi ħaġa li
għandha tiġi prodotta skond dan l-Att;
(e) li tonqos milli tħalli li jsir xi tfittix jew spezzjoni
skond dan l-Att;
(f) li ma tħallix jew li tittanta li ma tħallix lil xi persuna
oħra li tħares l-ordnijiet jew direttivi, milli twieġeb
mistoqsijiet, li ma tipproduċix xi ħaġa jew li ma tħallix
li jsiru tfittxijiet jew spezzjonijiet skond dan l-Att;
(g) li xjentement jew bi traskuraġni tipprovdi tagħrif li
jkun falz f’materja partikolari, bl-iskop illi takkwista
permess jew ċertifikat jew għat-tħaris intenzjonat tal-
ħtiġiet ta’ dan l-Att;
(h) li tibdel, tiffalsifika bi kwalunkwe mod, tħassar jew
teqred xi dokument mogħti lil jew maħruġ mid-
Direttur skond dan l-Att;
(i) li tikser xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att
jew ta’ xi regolamenti magħmulin taħtu,
tkun ħatja ta’ reat taħt dan l-Att.
Pieni. 30. (1) Kull persuna li tkun ħatja ta’ reat skond an l-Att tista,
bla ħsara għal kull responsabbiltà  oħra li jkollha taħt xi liġi oħra,
teħel, meta tinstab ħatja għall-ewwel darba, multa ta’ mhux aktar
minn mitejn lira, u jekk tinstab ħatja għat-tieni darba jew iktar,
multa ta’ mhux iktar minn ħames mitt lira jew priġunerija għal
mhux iktar minn sena jew dik il-multa u l-priġunerija flimkien.
(2) Meta persuna tkun instabet ħatja ta’ xi reat skond dan l-Att,
il-Qorti tista’ b’żjieda ta’ xi piena li tkun imponiet - 
(a) tordna illi kull dħul jew qligħ mill-bejgħ tal-korp tar-
reat jiġu maqbudin;
(b) timponi multa addizzjonali ekwivalenti għall-
benefiċċju ekonomiku stmat li l-persuna ħatja tkun
akkwistat mill-għemil tar-reat jew li setgħet akkwistat
KWARANTINA TAL-PJANTI ġ KAP. 433. 11
kieku r-reat baqa’ mistur; u, jew
(ċ) tħassar kull permess mogħti skond dan l-Att u ma
tħallix li l-persuna li tkun instabet ħatja milli jkollha
permess simili għal perjodu ta’ mhux aktar minn tliet
snin.
Reati skedati.
Kap. 291.
31. Il-Ministru responsabbli għall-Ġustizzja jista’ permezz ta’
regolamenti jippreskrivi illi ċerti reati taħt dan l-Att ikunu offizi
skedati għall-iskopijiet ta’ l-Att dwar il-Kummissarji għall-
Ġustizzja u li jistgħu jinstemgħu minn Kummissarju għall-
Ġustizzja bħala ksur tal-liġi.
Taqsima VIII
Mixxellanji
Setgħa għall-
għemil ta’ 
regolamenti.
32. (1) Il-Ministru jista’ jagħmel regolamenti, b’mod ġenerali
biex jingħata effett lil kull waħda mid-disposizzjonijiet ta’ dan l-
Att, u b’mod partikolari, jista’ jagħmel regolamenti għall-għanijiet
kollha li ġejjin jew għal xi wieħed minnhom:
(a) biex jipprojbixxi jew jirrestrinġi l-introduzzjoni
f’Malta ta’ xi materjal veġetali li x’aktarx jdaħħal
f’Malta xi organiżmu li jagħmel il-ħsara, kemm jekk
ikun diġà  preżenti f’Malta kif ukoll jekk ma jkunx, jew
li jkollu karatteristiċi noċivi jew mhux mixtieqa jew li
jkun jappartjeni għal xi razza mhux mixtieqa;
(b) biex jipprojbixxi jew jirrestrinġi f’Malta ta’ -
(i) xi ħamrija, materjal ta’ l-ippakkjar jew xi ħaġa
oħra speċifikata fir-regolamenti li x’aktarx
iddaħħal f’Malta xi organiżmu li jagħmel il-
ħsara kemm jekk ikun diġà  preżenti f’Malta kif
ukoll jekk ma jkunx, jew;
(ii) xi organiżmu li jista’ jagħmel il-ħsara jew xi
organiżmu li hu jew li jkun allegat li jkun
organiżmu li jagħmel il-ġid;
(ċ) biex jaħtar postijiet ta’ dħul u stazzjonijiet tal-
kwarantina;
(d) biex jippreskrivi l-proċeduri li għandhom jiġu segwiti
minn xi spettur jew minn persuna oħra fl-eżerċizzju
tas-setgħat jew fit-tħaddim tad-dmirijiet skond dan l-
Att;
(e) biex jippreskrivi l-proċeduri li għandhom jiġu
addottati għat-trattament ta’ xi materjali importati
regolati b’dan l-Att u tal-mezzi ta’ ġarr li jġibuhom
f’Malta biex jimpedixxi jew jikkontrolla d-dħul
f’Malta ta’ organiżmi li jagħmlu l-ħsara;
(f) biex jipprovdi għall-kontroll u l-kura ta’ materjal
veġetali miżmum jew imkabbar b’mod iżolat jew
f’kundizzjonijiet ta’ kwarantina kemm jekk ikun fi
stazzjonijiet ta’ kwarantina jew x’imkien ieħor;
(g) biex jitlob il-provvista u l-manutenzjoni ta’ dawk il-
faċilitajiet skond kif ikun raġonevolment preskritt;
(h) biex jipprovdi għall-ispezzjonar ta’ materjal veġetali
12 KAP. 433. ħ KWARANTINA TAL-PJANTI
domestiku, ħamrija jew materjal ta’ l-ippakkjar għall-
esportazzjoni u biex jinħargu ċ-ċertifikati fitosanitarji
u passaporti tal-pjanti;
(i) biex jippromwovi l-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni
bejn id-Dipartimenti tal-Gvern u terzi persuni sabiex
jiġu implimentati u infurzati d-disposizzjonijiet ta’ dan
l-Att;
(j) biex jiġu spezzjonati pjanti fi stadju ta’ tkabbir, artijiet
jew fondi oħra, u materjal veġetali, inkluż materjal
veġetali maħżun jew qiegħed jingarr, sabiex tiġi
aċċertata l-preżenza jew l-assenza ta’ organiżmi li
jagħmlu l-ħsara;
(k) biex jimponi u jiddetermina d-drittijiet ta’ ħlas jew
paġamenti oħra li għandhom x’jaqsmu ma’ xi permess
jew ċertifikat meħtieġ skond dan l-Att;
(l)  biex jippreskrivi l-formoli li għandhom jiġu wżati
għall-għanijiet ta’ dan l-Att; 
(m) biex joħroġ, jissospendi jew iħassar permessi u
ċertifikati li hemm maħsub għalihom skond dan l-Att;
(n) biex iwettaq, jikkoordina u jinkoraġġixxi r-riċerka fil-
qasam tal-ħarsien tal-pjanti;
(o)  biex jippromwovi kuxjenza pubblika dwar l-
organiżmi li jagħmlu l-ħsara u kif għandha ssir il-
prevenzjoni kontrihom, kif għandhom jiġu eradikati u
kkontrollati inkluż l-użu ta’ organiżmi li jagħmlu l-
ġid.
(p) biex jingħaqad ma’ awtoritajiet kompetenti f’ pajjiżi
oħra għal dawk il-materji li għandhom x’jaqsmu mal-
ħarsien tal-pjanti;
(q) biex jitwettqu r-responsabbilitajiet tal-Gvern skond il-
Konvenzjoni u konvenzjonijiet internazzjonali oħra li
għandhom x’jaqsmu mal-ħarsien tal-pjanti;
(r) biex jippreskrivi l-pieni li għandhom jingħataw għal
offizi li jsiru taħt dan l-Att;
(s) biex jistabbilixxi regoli biex jiġu mwaqqfa żoni
protetti u regoli għaċ-ċaqliq ta’ ċerti pjanti, prodotti
veġetali jew oġġetti oħra minn żona protetta, u għaċ-
ċaqliq ta’ dawn l-affarijiet li joriġinaw minn jew li jiġu
trasportati f’dawn iż-żoni protetti; u
(t) biex jirrikonoxxi pajjiżi u, jew, żoni bħala li jkunu
ħielsa minn jew esposti għal organiżmi li jagħmlu l-
ħsara u mardiet partikolari.
(2) Regolamenti jew ordnijiet magħmulin taħt kull waħda mid-
disposizzjonijiet taħt dan l-Att jistgħu isiru bl-ilsien Ingliż biss.
Ksur ta’ dan l-Att. 33. (1) Kull persuna li tinstab ħatja ta’ reat skond dan l-Att
għandha, wara rikors mid-Direttur wara s-sentenza tiġi ordnata
mill-Qorti biex tħallas lura lid-Direttur l-ispejjeż li jkunu ntefqu
mid-Direttur, jew minn spettur jew uffiċjal ieħor awtorizzat, bħala
riżultat ta’ l-aġir ta’ dik il-persuna bi ksur ta’ xi ordni jew direttiva
KWARANTINA TAL-PJANTI ġ KAP. 433. 13
magħmula jew mogħtija legalment skond dan l-Att.
Kap. 12.
(2) Ma jkun hemm ebda appell minn deċiżjoni tal-Qorti
mogħtija skond is-subartikolu (1). Kull somma mogħtija bħala ħlas
lura permezz ta’ deċiżjoni bħal din tkun tista’ tiġi miġbura bħala
dejn ċivili, u dik id-deċiżjoni tkun titolu eżekuttiv bl-istess
bħallikieku kienet inkluża fost it-titolu eżekuttivi msemmija fl-
artikolu 253 tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili.
Kap. 12.
(3) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) u (2),
is-sid u l-importatur ta’ kull materjal veġetali, organiżmu li
jagħmel il-ħsara, organiżmu li jagħmel il-ġid, ħamrija jew materjal
ta’ l-ippakkjar li jsir disponiment minnu jew jiġi trattat mis-Servizz
tal-Protezzjoni tal-Pjanti jew minn xi persuna oħra awtorizzata
skond dan l-Att ikunu responsabbli in solidum biex iħallsu lura lill-
Gvern l-ispejjeż għad-disponiment jew trattament, liema spejjeż
ikunu jistgħu jinġabru bil-mod provdut fl-artikoli 466 u 467 tal-
Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili.
Riżerva.
Protezzjoni ta’ Pjanti, magħmulin taħt l-Att dwar l-Agrikoltura
(Protezzjoni tal-Pjanti), revokat b’dan l-Att, għandhom jibqgħu
jseħħu bħallikieku saru taħt id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, u
jistgħu jiġu emendati u revokati skond hekk.
