KODIĊI TA’ KONDOTTA GĦAL SISTEMA
TA’ RISERVAZZJONI KOMPUTERIZZATA ġ KAP. 434. 1
KAPITOLU 434
ATT DWAR KODIĊI TA’ KONDOTTA GĦAL 
SISTEMA TA’ RISERVAZZJONI 
KOMPUTERIZZATA
Biex jipprovdi dwar Kodiċi ta’ Kondotta għal Sistema ta’ Riservazzjoni
Komputerizzata.
1 ta’ Ottubru, 2002
L-Att XIX ta’ l-2001.
Titolu.
Kondotta għal Sistema ta’ Riservazzjoni Komputerizzata.
Tifsir.
teħtieġ xort’oħra -
"abbonat" tfiser persuna, minbarra konsumatur, jew impriża,
minbarra trasportatur parteċipanti, li tuża sistema ta’ riservazzjoni
komputerizzata taħt xi kuntratt jew arranġament finanzjarju ieħor
ma’ bejjiegħ ta’ sistema. Għandu jitqies li jkun jeżisti arranġament
finanzjarju meta jsir ħlas speċifiku għas-servizzi tal-bejjiegħ ta’
sistema jew meta jinxtara prodott tat-trasport bl-ajru;
"awment fil-valur ta’ servizz" tfisser prodott jew sevizz offrut
minn bejjiegħ ta’ sistema f’ismu nnifsu lill-abbonati, flimkien ma’
sistema ta’ riservazzjoni komputerizzata, minbarra faċilitajiet ta’
distribuzzjoni;
"bejjiegħ ta’ sistema" tfisser kull entità  u l-filjali tagħha li tkun
responsabbli għat-tħaddim jew it-tqegħid fis-suq ta’ sistema ta’
riservazzjoni komputerizzata;
"biljett" tfisser dokument validu li jagħti jedd għal trasport, jew
xi ekwivalenti f’għamla mhux tal-karta, inkluża dik elettronika,
maħruġ jew awtorizzat mit-trasportatur jew mill-aġent awtorizzat
tiegħu;
"Bord" tfisser il-Bord għal Sistema ta’ Riservazzjoni
Komputerizzata mwaqqaf taħt l-artikolu 19;
"Direttur" tfisser id-Direttur ta’ l-Avjazzjoni Ċivili u tinkludi,
sal-limitu ta’ l-awtorità  mogħtija, kull min ikun awtorizzat
għaldaqstant mid-Direttur;
"faċilitajiet ta’ distribuzzjoni" tfisser il-faċilitajiet ipprovduti
minn bejjiegħ ta’ sistema għall-provdiment ta’ informazzjoni dwar
l-iskedi tat-trasportaturi bl-ajru, id-disponibbiltà , it-tariffi u
servizzi relatati u sabiex isiru riservazzjonijiet u, jew il-ħruġ ta’
biljetti, u għal kull servizz ieħor relatat;
"ħin tal-vjaġġ traskors" tfisser id-differenza bejn id-differenza
fil-ħin tat-tluq skedat u l-ħin tal-wasla skedat;
"konsumatur" tfisser kull min ikun qed ifittex informazzjoni
dwar jew li jkollu l-ħsieb li jixtri prodott tat-trasport bl-ajru għall-
użu privat tiegħu;
2 KAP. 434. ħ  
KODIĊI TA’ KONDOTTA GĦAL SISTEMA
TA’ RISERVAZZJONI KOMPUTERIZZATA
"kontroll effettiv" tfisser relazzjoni li tinħoloq bi drittijet,
kuntratti jew b’kull mezz ieħor li, sew separatament jew
konġuntement u fil-qies tal-konsiderazzjonijiet ta’ fatt jew ta’ liġi
involuti, jikkonferixxu l-possibilità  li direttament jew indirettament
tiġi eserċitata influwenza deċiżiva fuq impriża, partikolarment -
(a) bid-dritt li jintuża l-attiv ta’ impriża kollu kemm hu
jew parti minnu; u
(b) bid-drittijiet jew kuntratti li jikkonferixxu influwenza
deċiżiva fuq l-għamla, l-ivvotar jew id-deċiżjonijiet
tal-korpi ta’ xi impriża jew xort’oħra jikkonferixxu
influwenza deċiżiva fuq it-tmexxija tan-negozju ta’ l-
impriża;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għall-Avjazzjoni
Ċivili, u tinkludi, sal-limitu ta’ l-awtorità  mogħtija, kull uffiċjal li
jkun awtorizzat minnu, bil-miktub, sabiex jaġixxi minfloku għal xi
wieħed mill-għanijiet ta’ dan l-Att;
"prodott tat-trasport bl-ajru" tinkludi prodotti relatati mat-
trasport bl-ajru sew mhux iggruppati sew iggruppati;
"prodott tat-trasport bl-ajru iggruppat" tfisser kombinazzjoni
rranġata bil-quddiem ta’ prodott tat-trasport bl-ajru mhux iggruppat
flimkien ma’ servizzi oħra mhux anċillari għat-trasport bl-ajru,
offrut għall-bejgħ u, jew, mibjugħ bi prezz inklużiv;
"prodott tat-trasport bl-ajru mhux iggruppat" tfisser it-trasport
bl-ajru ta’ passiġġier bejn żewġ ajruporti, inklużi servizzi anċillari
relatati u benefiċċji addizzjonali offruti għall-bejgħ u, jew,
mibjugħin bħala parti integrali ta’ dak il-prodott;
"prodott tat-trasport bit-tren" tinkludi sew prodotti tat-trasport
bit-tren mhux iggruppati sew dawk iggruppati;
"prodott tat-trasport bit-tren iggruppat" tfisser kombinazzjoni
rranġata bil-quddiem ta’ prodott tat-trasport bit-tren mhux
iggruppat flimkien ma’ servizzi oħra mhux anċillari għat-trasport
bl-ajru, offrut għall-bejgħ jew mibjugħ bi prezz inklużiv;
"prodott tat-trasport bit-tren mhux iggruppat" tfisser it-trasport
ta’ passiġġier bejn żewġ stazzjonijiet bit-tren, inklużi servizzi
anċillari relatati u benefiċċji addizzjonali offruti għall-bejgħ jew
mibjugħin bħala parti integrali ta’ dak il-prodott;
"riservazzjoni dupliċi" tfisser sitwazzjoni li toriġina meta żewġ
riservazzjonijiet jew iktar isiru għall-istess passiġġier meta jkun ċar
li l-passiġġier aktarx li ma jkunx jista’ juża iktar minn waħda;
"servizz ta’ l-ajru skedat" tfisser serje ta’ titjiriet li lkoll
ikollhom dawn il-karatteristiċi li ġejjin:
(a) isiru minn ajruplani għat-trasport ta’ passiġġieri jew
ta’ passiġġieri u merkanzija u, jew il-valiġġa tal-posta
għal rimunerazzjoni, b’dak il-mod li waqt kull titjira
jkun hemm disponibbli postijiet biex jinxtraw minn
konsumaturi individwali, sew direttament mingħand it-
trasportatur bl-ajru jew mingħand l-aġenti awtorizzati
tiegħu;
KODIĊI TA’ KONDOTTA GĦAL SISTEMA
TA’ RISERVAZZJONI KOMPUTERIZZATA ġ KAP. 434. 3
(b) ikunu mħaddma b’mod li jservu t-traffiku bejn l-istess
żewġ punti jew iktar, kemm -
(i) skond pjan pubblikat ta’ ħinijiet; kemm
(ii) b’titjiriet li jkunu daqstant regolari jew
frekwenti li jikkostitwixxu serje sistematika
rikonoxxibbli;
"sistema ta’ riservazzjoni komputerizzata" tfisser sistema
komputerizzata li jkun fiha informazzjoni dwar, fost l-oħrajn, dawn
l-affarijiet li ġejjin tat-trasportaturi bl-ajru -
(a) skedi;
(b) disponibbiltà ;
(ċ) tariffi; u
(d) servizzi relatati;
sew bi jew mingħajr faċilitajiet li bihom -
(a) jistgħu jsiru r-riservazzjonijiet; jew
(b) jistgħu jinħarġu biljetti,
daqstant li x’uħud minn jew dawn is-servizzi kollha jintgħamlu
disponibbli għall-abbonati;
"tariffa" tfisser il-ħlas li għandu jsir għal prodotti tat-trasport bl-
ajru mhux iggruppati u l-kondizzjonijiet li taħthom ikun japplika
dan il-ħlas;
"trasportatur parteċipanti" tfisser trasportatur bl-ajru li jkollu
ftehim ma bejjiegħ ta’ sistema għad-distribuzzjoni ta’ prodotti tat-
trasport bl-ajru permezz ta’ sistema ta’ riservazzjoni
komputerizzata. Sakemm trasportatur prinċipali juża l-faċilitajiet
tas-sistema tiegħu nnifsu ta’ riservazzjoni komputerizzata li taqa’
taħt dan l-Att, dan għandu jitqies bħala trasportatur parteċipanti;
"trasportatur prinċipali" tfisser dak it-trasportatur bl-ajru li
direttament jew indirettament, waħdu jew konġuntement ma’
oħrajn, ikun proprjetarju jew ikun effettivament jikkontrolla
bejjiegħ ta’ sistema, u tinkludi lil kull trasportatur bl-ajru li jkun
proprjetarju tiegħu jew li jkun effettivament jikkontrolla;
"wiri prinċipali" tfisser il-wiri newtru komprensiv ta’ data dwar
is-servizzi ta’ l-ajru bejn gruppi ta’ żewġt ibliet, f’perjodu ta’
żmien speċifikat.
Mġieba ta’ 
bejjiegħa ta’ 
sistema.
3. (1) Bejjiegħ ta’ sistema għandu jkollu l-abbiltà , f’ismu
proprju bħala enti differenti mit-trasportatur prinċipali, li jkollu
dittijiet u obbligazzjonijiet ta’ kull xorta, li jagħmel kuntratti, fost
l-oħrajn, ma’ trasportaturi prinċipali, trasportaturi parteċipanti u
abbonati, jew li jwettaq xi atti legali oħra u li jħarrek u jiġi
mħarrek.
(2) Bejjiegħ ta’ sistema għandu, bla ħsara għal kull esiġenza
teknika li ma tkunx fil-kontroll ta’ dak il-bejjiegħ ta’ sistema,
jippermetti lil kull trasportatur bl-ajru li jipparteċipa, fuq bażi
egwali u mhux diskriminatorja, fil-faċilitajiet ta’ distribuzzjoni
tiegħu fil-kapaċità  disponibbli tas-sistema inkwistjoni.
(3) (a) Bejjiegħ ta’ sistema ma għandux -
4 KAP. 434. ħ  
KODIĊI TA’ KONDOTTA GĦAL SISTEMA
TA’ RISERVAZZJONI KOMPUTERIZZATA
(i) jimponi kondizzjonijiet mhux raġonevoli għal xi
kuntratt ma’ trasportatur parteċipanti;
(ii) jesiġi li jiġu aċċettati kondizzjonijiet
supplimentari li, bix-xorta tagħhom stess jew
bil-konswetudni kummerċjali, ma jkollhom ebda
konnessjoni mal-parteċipazzjoni fis-sistema ta’
riservazzjoni komputerizzata tiegħu u huwa
għandu japplika l-istess kondizzjonijiet għall-
istess livell ta’ servizz.
(b) Bejjiegħ ta’ sistema m’għandux jagħmilha kondizzjoni
ta’ parteċipazzjoni fis-sistema ta’ riservazzjoni komputerizzata
tiegħu illi trasportatur parteċipanti ma jistax ikun fl-istess waqt
parteċipant f’xi sistema oħra.
(ċ) Bejjiegħ parteċipanti jista’ jtemm il-kuntratt tiegħu
ma’ bejjiegħ ta’ sistema billi jagħti dak l-avviż, li jista’ jiġi
stipulat, biex il-kuntratt ikun jista’ jiskadi. F’dak il-kas, bejjiegħ ta’
sistema ma jkollu ebda jedd li jirkupra xi spejjeż iktar minn dawk
direttament relatati mat-terminazzjoni tal-kuntratt:
Iżda ma jista’ jiġi stipulat ebda avviż ta’ iktar minn sitt
xhur, u d-disposizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu m’għandhomx
japplikaw jekk il-kuntratt jiġi terminat qabel l-ewwel sena tal-
kuntratt:
Iżda wkoll trasportatur parteċipanti jista’ jagħtil avviż itwal
minn dak li jiġi stipulat.
(4) Jekk bejjiegħ ta’ sistema jiddeċiedi li jagħmel xi titjib mal-
faċilitajiet ta’ distribuzzjoni provduti jew mat-tagħmir użat fil-
provdiment tal-faċilitajiet, huwa għandu jagħti informazzjoni dwar
dan it-titjib u joffrih lil kull trasportatur parteċipanti , inklużi
trasportaturi prinċipali, bl-istess ħeffa u bl-istess pattijiet u
kondizzjonijiet, bla ħsara għal kull esiġenza teknika li ma tkunx fil-
kontroll tal-bejjiegħ tas-sistema, u b’dak il-mod li ma jistax ikun
hemm differenza fiż-żmien bejn il-bidu u t-tmiem ta’ proċess ta’
produzzjoni għall-implimentazzjoni ta’ kull titjib ġdid bejn it-
trasportaturi prinċipali u dawk parteċipanti.
Mġieba ta’ 
trasportaturi 
prinċipali.
4. (1) (a) Trasportatur prinċipali ma jistax jiddiskrimina
kontra sistema ta’ riservazzjoni komputerizzata li tkun qed
tikkompeti billi jirrofta milli jipprovdi lis-sistema l-aħħar
imsemmija, meta hekk jintalab u bl-istess ħeffa, l-istess
informazzjoni dwar skedi, tariffi u disponibbiltà  għar-rigward tas-
servizzi ta’ l-ajru tiegħu stess bħalma tkun dik l-informazzjoni li
kieku jipprovdi lis-sistema ta’ riservazzjoni komputerizzata tiegħu
nnifsu jew billi jirrofta milli jiddistribwixxi l-prodotti tat-trasport
bl-ajru li jkollu permezz ta’ xi sistema ta’ riservazzjoni
komputerizzata oħra, jew billi jirrofta milli jaċċetta jew
jikkonferma bl-istess ħeffa xi riservazzjoni li ssir permezz ta’
sistema ta’ riservazzjoni komputerizzata li tkun qed tikkompetilu
għal xi wieħed mill-prodotti ta’ trasport bl-ajru li jkollu li jkunu
distribwiti permess tas-sistema ta’ riservazzjoni komputerizzata
tiegħu nnifsu. It-trasportatur prinċipali jkun obbligat li jaċċetta u
jikkonferma biss dawk il-prenotazzjonijiet li jkunu skond it-tariffi
KODIĊI TA’ KONDOTTA GĦAL SISTEMA
TA’ RISERVAZZJONI KOMPUTERIZZATA ġ KAP. 434. 5
u l-kondizzjonijiet tiegħu.
(b) It-trasportatur prinċipali ma jkun obbligat iħallas ebda
spejjeż f’dan ir-rigward ħlief dawk konnessi mar-riproduzzjoni ta’
l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta u għal prenotazzjonijiet li
jiġu aċċettati. Id-dritt għall-prenotazzjoni li jitħallas għal sistema
ta’ riservazzjoni komputerizzata għal prenotazzjoni aċċettata
magħmula skond ma hemm f’dan l-artikolu m’għandux jeċċedi d-
dritt imħallas bl-istess sistema ta’ riservazzjoni komputerizzata lil
trasportaturi parteċipanti għal xi transazzjoni ekwivalenti.
(ċ) It-trasportatur prinċipali għandu jkollu jedd jeffettwa
kontrolli biex jiżgura li d-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 7(1) jkunu
qegħdin jiġu segwiti mis-sistema ta’ riservazzjoni komputerizzata.
(2) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu m’għandhomx
japplikaw dwar xi sistema ta’ riservazzjoni komputerizzata li tkun
instabet, mill-Bord, li tkun kisbet informazzjoni b’mezzi mhux
awtorizzati.
Mġieba ta’ 
trasportaturi 
parteċipanti.
5. (1) (a)Trasportaturi parteċipanti u provdituri oħra ta’
prodotti tat-trasport bl-ajru għandhom jiżguraw li kull data li huma
jippreżentaw lil xi sistema ta’ riservazzjoni komputerizzata ikunu
preċiżi, li ma jqarrqux, trasparenti u xejn inqas li jiftehmu minn
dawk ippreżentati lil xi sistema ta’ riservazzjoni komputerizzata
oħra. Dawk id-data għandhom ikunu tali li bejjiegħ ta’ sistema jkun
kapaċi jikkonforma ruħu mal-ħtiġiet tal-kriterji skond il-
klassifikazzjoni stipulata fl-Ewwel Skeda.
(b) L-intermedjarji m’għandhomx jimmanipulaw data li
tkun ġiet ippreżentata lilhom b’mod li jwassal għal informazzjoni
xejn eżatta, qarrieqa jew diskriminatorja.
(ċ) Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi (a) u (b) għandhom
ikunu, mutatis mutandis, japplikaw ukoll għal servizzi bit-tren
dwar data li jiġu pprovduti biex jiddaħħlu fil-wiri prinċipali.
(2) (a) Bejjiegħ ta’ sistema m’għandux jimmanipula l-materjal
imsemmi fis-subartikolu (1) b’xi mod li jwassal għall-għoti ta’
informazzjoni xejn eżatta, qarrieqa jew diskriminatorja.
(b) Bejjiegħ ta’ sistema għandu inserixxi u jipproċessa
data pprovduta mit-trasportaturi parteċipanti kollha bl-istess
attenzjoni u ħeffa, bla ħsara biss għall-esiġenzi tal-metodu ta’
inserzjoni li jintgħażel mit-trasportaturi parteċipanti individwali u
ta’ kull format li normalment jintuża minn dak il-bejjiegħ.
Dħul u 
distribuzzjoni.
6. (1) Il-faċilitajiet ta’ inseriment u, jew, ipproċessar
provduti minn bejjiegħ ta’ sistema għandhom jiġu offruti lil kull
trasportatur sew prinċipali sew parteċipanti mingħajr ebda
diskriminazzjoni. Meta jkun hemm disponibbli standards ta’ l-
industrija tat-trasport bl-ajru li jkunu ġeneralment aċċettati, il-
bejjiegħ ta’ sistema għandu joffri faċilitajiet li jkunu kompatibbli
magħhom.
(2) Bejjiegħ ta’ sistema m’għandux jirriserva xi inseriment
6 KAP. 434. ħ  
KODIĊI TA’ KONDOTTA GĦAL SISTEMA
TA’ RISERVAZZJONI KOMPUTERIZZATA
speċifiku u, jew, ipproċessar jew xi faċilità  ta’ distribuzzjoni oħra
għal xi wieħed jew iktar mit-trasportaturi prinċipali tiegħu.
(3) Bejjiegħ ta’ sistema għandu jiżgura li l-faċilitajiet ta’
distribuzzjoni tiegħu jkunu mifrudin, b’mod ċar u verifikabbli,
mill-faċilitajiet privati li trasportatur ikollu ta’ inventarju, tmexxija
u tqegħid fis-suq. Il-firda tista’ ssir sew permezz ta’ software sew
fiżikament b’dak il-mod li kull konnessjoni bejn il-faċilitajiet ta’
distribuzzjoni u l-faċilitajiet privati tista’ biss tinkiseb permezz ta’
interface ta’ applikazzjoni-għal-applikazzjoni. Irrispettivament
mill-metodu tal-firda li jiġi adottat, interface bħal dak għandu jkun
disponibbli għal kull trasportatur prinċipali u parteċipanti fuq bażi
mhux diskriminatorja u għandu jipprovdi egwaljanza ta’ trattament
dwar kull proċedura, protokoll, input u output. Meta jkun rilevanti
u jkunu disponibbli standards ta’ l-industrija tat-trasport bl-ajru li
jkunu ġeneralment aċċettat, il-bejjiegħa ta’ sistema għandhom
joffru interfaces li jkunu kompatibbli magħhom.
(4) Bejjiegħ ta’ sistema għandu jiżgura li terzi li jkunu qed
joffru xi servizz ta’ sistema ta’ riservazzjoni komputerizzata
għalkollox jew f’parti minnu f’ismu għandhom jikkonformaw mad-
disposizzjonijiet rilevanti ta’ dan l-Att.
Wiri ta’ sistema ta’ 
riservazzjoni 
komputerizzata.
7. (1) (a)Kull wiri li jiġi ġġenerat minn sistema ta’
riservazzjoni komputerizzata għandu jkun ċar u mhux
diskriminatorju.
(b) Bejjiegħ ta’ sistema m’għandux bil-ħsieb jew
b’negliġenza juri informazzjoni xejn eżatta jew qarrieqa fis-sistema
ta’ riservazzjoni komputerizzata tiegħu.
(2) (a) Bejjiegħ ta’ sistema għandu jipprovdi wiri prinċipali
wieħed jew iktar għal kull transazzjoni individwali permezz tas-
sistema ta’ riservazzjoni komputerizzata u għandu jinkludi fih jew
fihom id-data pprovduti mit-trasportaturi parteċipanti dwar l-iskedi
ta’ l-ajru, tipi ta’ tariffi u disponibilità  ta’ postijiet b’mod ċar u
komprensiv u mingħajr ebda diskriminazzjoni jew xaqlib lejn xi
naħa, partikolarment dwar l-ordni li bih tiġi ppreżentata l-
informazzjoni.
(b) Konsumatur ikollu jedd, fuq talba li jagħmel, għal wiri
prinċipali limitat jew għal servizzi skedati jew dawk mhux skedati
biss.
(ċ) Ma għandha tiddaħħal ebda diskriminazzjoni bażata
fuq ajruporti li jaqdu lill-istess belt fil-kompożizzjoni u l-għażla ta’
titjiriet għal xi bliet f’par li għandu jiġi inkluż f’wiri prinċipali.
(d) Il-klassifikazzjoni ta’ għażliet fit-titjiriet f’wiri
prinċipali għandha tkun skond ma hemm stipulat fl-Ewwek Skeda.
(e) Il-kriterji li għandhom jintużaw għall-klassifikazzjoni
m’għandhomx jiġu bbażati fuq xi fattur direttament jew
indirettament relatat ma’ l-identità  tat-trasportatur u għandhom jiġu
applikati fuq bażi mhux diskriminatorja għat-trasportaturi
KODIĊI TA’ KONDOTTA GĦAL SISTEMA
TA’ RISERVAZZJONI KOMPUTERIZZATA ġ KAP. 434. 7
parteċipanti kollha.
(3) Meta bejjiegħ ta’ sistema jipprovdi informazzjoni dwar it-
tariffi, il-wiri għandu jkun wieħed newtrali u mhux diskriminatorju
u għandu jkun fih mill-inqas it-tariffi pprovduti għat-titjiriet kollha
ta’ trasportaturi parteċipanti murija fil-wiri prinċipali. Is-sors ta’
dik l-informazzjoni għandha tkun aċċettabbli sew għat-trasportatur
parteċipanti sew għall-bejjiegħ ta’ sistema involut.
(4) L-informazzjoni fuq prodotti iggruppati li jkunu
jirrigwardaw, fost l-oħrajn, l-organizzatur tal-mawra, id-
disponibbiltà  u l-prezzijiet, m’għandhiex tidher fil-wiri prinċipali.
(5) Sistema ta’ riservazzjoni komputerizzata m’għandhiex
titqies li tkun qed tikser id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att sakemm
biss din tibdel xi wiri biex jitħarsu xi talba jew talbiet speċifiċi ta’
konsumatur.
Disponibbiltà  ta’ 
informazzjoni.
8. (1) Dawn id-disposizzjonijiet li ġejjin għandhom
jirregolaw id-disponibbiltà  ta’ informazzjoni, statistika jew ta’
xort’oħra, minn bejjiegħ ta’ sistema mis-sistema ta’ riservazzjoni
komputerizzata tiegħu:
(a) informazzjoni li tirrigwarda prenotazzjnijiet
individwali identifikabbli għandha tiġi pprovduta fuq
bażi egwali u dan biss lit-trasportatur jew trasportaturi
bl-ajru li jkunu qegħdin jipparteċipaw fis-servizz
kopert u lill-abbonati involuti fil-prenotazzjoni.
Informazzjoni taħt il-kontroll tas-sistema tal-bejjiegħ
ta’ sistema li tkun tirrigwarda prenotazzjonijiet
individwali identifikabbli għandha tiġi arkivjata off-
line fi żmien tnejn u sebgħin siegħa mit-tlestija ta’ l-
aħħar element fil-prenotazzjoni individwali u għandha
tinqered fi żmien tliet snin. Id-dħul għal dawk id-data
għandu, mingħajr preġudizzju għal kull poter li
għandha l-pulizija jew xi awtorità  oħra f’konnessjoni
ma’ investigazzjonijiet kriminali jew is-sigurtà
nazzjonali, jkun permess biss għal raġunijiet li
għandhom x’jaqsmu ma’ tilwimiet li jirrigwardaw il-
ħruġ ta’ kontijiet;
(b) kull data dwar it-tqegħid fis-suq, prenotazzjonijiet u
bejgħ għandhom biss ikunu disponibbli sakemm -
(i) dawk id-data jiġu offruti bl-istess ħeffa u fuq
bażi mhux diskriminatorja lit-trasportaturi
parteċipanti kollha, inklużi trasportaturi
prinċipali;
(ii) dawk id-data jistgħu u, fuq talba, għandhom
ikopru lil kull trasportatur parteċipanti u, jew
abbonat, iżda m’għandhom jinkludu la xi
identifikazzjoni, diretta jew indiretta, ta’ xi
passiġġier jew xi utent korporat, u lanqas xi
informazzjoni personali dwarhom;
(iii) kull talba għal data bħal dawk għandha tiġi
ttrattata bl-istess attenzjoni u ħeffa bla ħsara
għall-metodu ta’ trasmissjoni magħżul mit-
8 KAP. 434. ħ  
KODIĊI TA’ KONDOTTA GĦAL SISTEMA
TA’ RISERVAZZJONI KOMPUTERIZZATA
trasportatur individwali;
(iv) l-informazzjoni ssir disponibbli hekk kif din
tintalab lit-trasportaturi parteċipanti u lill-
abbonati sew kollha kemm huma sew kif
magħżulin dwar is-suq fejn ikunu qegħdin
joperaw;
(v) grupp ta’ linji ta’ l-ajru u, jew abbonati jkollhom
jedd jixtru data għal ipproċessar komuni.
(2) Bejjiegħ ta’ sistema m’għandux jagħmel informazzjoni
personali dwar xi passiġġier disponibbli lil xi oħrajn li ma jkunux
involuti fit-transazzjoni mingħajr il-kunsens tal-passiġġier.
(3) Bejjiegħ ta’ sistema għandu jiżgura li d-disposizzjonijiet
tas-subartikoli (1) u (2) jitħarsu, sew b’mezzi tekniċi u, jew
b’salvagwardji adatti, b’dak il-mod li l-informazzjoni pprovduta
minn jew magħmula għat-trasportaturi bl-ajru m’għandu b’ebda
mod ikun hemm dħul għaliha minn xi wieħed jew iktar mit-
trasportaturi bl-ajru ħlief kif permess b’dan l-Att.
Trasportaturi 
prinċipali u pajjiżi 
li mhux Malta.
9. (1) L-obbligazzjonijiet ta’ bejjiegħ ta’ sistema taħt l-
artikoli 3, 5, 6, 7 u 8 m’għandhomx japplikaw dwar xi trasportatur
prinċipali ta’ xi pajjiż li mhux Malta sal-limitu li s-sistema ta’
riservazzjoni komputerizzata barra t-territorju ta’ Malta ma jkunx
joffri lil trasportaturi bl-ajru Maltin trattament ekwivalenti għal dak
provdut taħt dan l-Att.
(2) L-obbligazzjonijiet ta’ trasportaturi prinċipali jew
parteċipanti taħt l-artikoli 4, 5 u 10 m’għandhomx japplikaw dwar
xi sistema ta’ riservazzjoni komputerizzata kontrollata minn
trasportatur bl-ajru ta’ xi pajjiż wieħed jew iktar li mhux Malta sal-
limitu li, barra mit-territorju ta’ Malta, it-trasportatur prinċipali jew
parteċipanti ma jingħatax trattament ekwivalenti għal dak provdut
taħt dan l-Att.
Ebda kummissjoni, 
inċentiv jew 
disinċentiv.
10. (1) Trasportatur prinċipali m’għandux, direttament jew
indirettament, jgħaqqad l-użu ta’ xi sistema ta’ riservazzjoni
komputerizzata speċifika minn abbonat billi jirċievi xi
kummissjoni jew xi inċentiv jew disinċentiv ieħor għall-bejgħ ta’
prodotti tat-trasport bl-ajru disponibbli fuq it-titjiriet tiegħu.
(2) Trasportatur prinċipali m’għandux, direttament jew
indirettament, jeħtieġ l-użu ta’ xi sistema ta’ riservazzjoni
komputerizzata speċifika minn abbonat għall-bejgħ jew il-ħruġ ta’
biljetti għal xi prodotti tat-trasport bl-ajru li jkunu direttament jew
indirettament provduti minn dak it-trasportatur prinċipali.
(3) Trasportatur bl-ajru m’għandux, meta jkun qed jawtorizza
lil xi aġent ta’ l-ivvjaġġar biex ibiegħ u joħroġ il-biljetti għall-
prodotti tat-trasport bl-ajru tat-trasportatur bl-ajru, jimponi xi
kondizzjoni, fuq l-aġent ta’ l-ivvjaġġar, li tkun tmur kontra d-
disposizzjonijiet tas-subartikoli (1) jew (2).
Distribuzzjoni ta’ 
faċilitajiet.
11. (1) Bejjiegħ ta’ sistema għandu jagħmel kull faċilità  ta’
distribuzzjoni ta’ sistema ta’ riservazzjoni komputerizzata
disponibbli għal kull abbonat fuq bażi mhux diskriminatorja. 
KODIĊI TA’ KONDOTTA GĦAL SISTEMA
TA’ RISERVAZZJONI KOMPUTERIZZATA ġ KAP. 434. 9
(2) Bejjiegħ ta’ sistema la għandu jeħtieġ li xi abbonat jiffirma
kuntratt esklużiv, u lanqas direttament jew indirettament
jipprevjeni lil xi abbonat milli jabbona fi, jew milli juża, xi sistema
jew sistemi oħra.
(3) Tkattir u titjib fis-servizz li jiġi offrut lil xi abbonat wieħed
għandhom jiġu offruti mill-bejjiegħ ta’ sistema lill-abbonati kollha
fuq bażi mhux diskriminatorja.
(4) (a) Bejjiegħ ta’ sistema m’għandux iżid kondizzjonijiet
irraġonevoli ma’ xi kuntratt ta’ abbonament li jkun jippermetti l-
użu tas-sistema ta’ riservazzjoni komputerizzata u, b’mod
partikolari, abbonat jista’ jtemm il-kuntratt tiegħu ma’ bejjiegħ ta’
sistema billi jagħti dak l-avviż, hekk kif jista’ jiġi stipulat, biex il-
kuntratt jiskadi. F’dak il-każ, bejjiegħ ta’ sistema ma jkollux jedd
jirkupra iktar mill-ispejjeż direttament relatati mat-terminazzjoni
tal-kuntratt:
Iżda ma jista jiġi stipulat ebda avviż ta’ aktar minn tliet
xhur, u d-disposizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu m’għandhomx
japplikaw jekk il-kuntratt jiġi terminat qabel l-ewwel sena tal-
kuntratt:
Iżda wkoll abbonat jista’ jagħti avviż itwal minn dak
stipulat.
(b) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (2), il-
provvista ta’ tagħmir tekniku mill-bejjiegħ ta’ sistema
m’għandhiex tkun suġġetta għal xi waħda mill-kondizzjonijiet
stipulati fil-paragrafu (a).
(5) Bejjiegħ ta’ sistema għandu, f’kull kuntratt ta’ abbonat,
jipprovdi dwar -
(a) il-wiri prinċipali, b’konformità  ma’ l-artikolu 7, li jsir
dħul għalih għal kull transazzjoni individwali, ħlief
meta konsumatur ikun qed jitlob informazzjoni għal
trasportatur bl-ajru wieħed biss jew fejn il-konsumatur
jitlob informazzjoni biss għal prodotti tat-trasport bl-
ajru iggruppat; u
(b) li l-abbonat ma jimmanipulax materjal fornit b’xi
sistema ta’ riservazzjoni komputerizzata b’mod li
jwassal għal preżentazzjoni lill-konsumaturi ta’
informazzjoni xejn eżatta, qarrieqa jew
diskriminatorja.
(6) Bejjiegħ ta’ sistema ma jistax jimponi obbligazzjoni fuq
abbonat ħlief offerta ta’ tagħmir tekniku jew software, iżda jista’
jeħtieġ li t-tagħmir u s-software li jintużaw għandhom ikunu
kompatibbli mas-sistema tiegħu nnifsu.
Obbligazzjonijiet 
ta’ l-abbonati u 
drittijiet tal-
konsumaturi.
12. (1) (a) Fil-każ ta’ informazzjoni pprovduta minn sistema
ta’ riservazzjoni komputerizzata, abbonat għandu juża wiri newtrali
skond ma hemm fl-artikolu 7(2)(a) u (b) kemm-il darba ma jkunx
meħtieġ xi wiri ieħor minn konsumatur.
(b) Ebda abbonat m’għandu jimmanipula informazzjoni
10 KAP. 434. ħ  
KODIĊI TA’ KONDOTTA GĦAL SISTEMA
TA’ RISERVAZZJONI KOMPUTERIZZATA
pprovduta minn sistema ta’ riservazzjoni komputerizzata b’mod li
jwassal għal preżentazzjoni lil xi konsumatur ta’ dik l-
informazzjoni b’mod xejn eżatt, qarrieqi jew diskriminatorju.
(ċ) Abbonat għandu jagħmel riservazzjonijiet u joħroġ
biljetti skond l-informazzjoni li tinsab fis-sistema ta’ riservazzjoni
komputerizzata li tintuża, jew kif ikun awtorizzat mit-trasportatur
inkwistjoni.
(d) Abbonat għandu jgħarraf lil kull konsumatur dwar kull
tibdil tul ir-rotta ta’ tagħmir, l-għadd ta’ waqfiet skedati tul ir-rotta,
l-identità  tat-trasportatur bl-ajru li attwalment ikun qed jopera t-
titjira, u b’kull tibdila ta’ ajruport meħtieġa f’xi itinerarju provdut,
daqstant li dik l-informazzjoni tkun preżenti fis-sistema ta’
riservazzjoni komputerizzata. L-abbonat għandu jgħarraf lill-
konsumatur bl-isem u l-indirizz tal-bejjiegħ ta’ sistema, l-għanijiet
ta’ l-ipproċessar, għal kemm żmien iddum iż-żamma ta’ data
individwali u l-mezzi disponibbli għall-konsumatur biex jeserċita
d-drittijiet ta’ dħul tiegħu.
(e) Konsumatur ikollu jedd f’kull waqt li jikseb print-out
tal-wiri tas-sistema ta’ riservazzjoni komputerizzata jew li jingħata
dħul fil-wiri ta’ sistema ta’ riservazzjoni komputerizzata parallela
li tkun tirrifletti x-xbieha li tkun qegħda tintwera lill-abbonat.
(f) Persuna jkollha jedd li jkollha dħul effettiv, mingħajr
ebda ħlas, għad-data tiegħu innifsu kemm jekk id-data tkun
maħżuna mis-sistema ta’ riservazzjoni komputerizzata kemm jekk
mill-abbonat.
(2) Abbonat għandu juża l-faċilitajiet ta’ distribuzzjoni ta’
sistema ta’ riservazzjoni komputerizzata skond it-Tieni Skeda.
Kriterji dwar kif 
jintalbu d-drittijiet 
lit-trasportaturi 
parteċipanti.
13. (1) Kull dritt li jintalab jitħallas minn trasportatur
parteċipanti minn bejjiegħ ta’ sistema għandu jkun wieħed mhux
diskriminatorju, raġonevolment strutturat u raġonevolment relatat
ma’ l-ispiża tas-servizz provdut u wżat, u għandu, b’mod
partikolari, jkun l-istess għall-istess livell ta’ servizz.
(2) Il-ħruġ ta’ kontijiet għas-servizzi ta’ sistema ta’
riservazzjoni komputerizzata għandhom ikunu suffiċjentement
dettaljati sabiex it-trasportaturi parteċipanti jkunu jistgħu jaraw
sewsew liema servizzi jkunu ġew użati u d-drittijiet relatati
magħhom; bħala minimu, il-kontijiet għal drittijiet dwar il-
prenotazzjonijiet għandhom jinkludu din l-informazzjoni li ġejja
għal kull segment:
(i)  tip ta’ prenotazzjoni ta’ sistema ta’
riservazzjoni komputerizzata;
(ii) isem-il passiġġier;
(iii) pajjiż;
(iv) kodiċi ta’ identifikazzjoni ta’ l-aġenzija IATA/
ARC;
(v) kodiċi tal-belt;
KODIĊI TA’ KONDOTTA GĦAL SISTEMA
TA’ RISERVAZZJONI KOMPUTERIZZATA ġ KAP. 434. 11
(vi)  bliet f’par tas-segment;
(vii) data tal-prenotazzjoni (data tat-transazzjoni);
(viii) data tat-titjira;
(ix) numru tat-titjira;
(x) kodiċi ta’ status (status tal-prenotazzjoni);
(xi) tip ta’ servizz (klassi ta’ servizz);
(xii) min isib post għar-reġistrazzjoni ta’ isem-il
passiġġier (PNR); u
(xiii) indikatur tal-prenotazzjoni/tħassir.
(3) L-informazzjoni dwar il-ħruġ ta’ kontijiet għandha tiġi
offruta b’mezz manjetiku jew ta’ xort’oħra li normalment tintuża
fis-servizzi pprovduti. Id-dritt li għandu jitħallas għall-
informazzjoni dwar il-ħruġ ta’ kontijiet pprovduta fil-formola
magħżula mit-trasportatur m’għandhiex tkun teċċedi l-ispiża tal-
mezz innifsu flimkien ma’ l-ispejjeż għat-trasport tiegħu.
Trasportatur bl-ajru parteċipanti għandu jiġi offrut il-faċilità  li jiġi
infurmat meta ssir xi prenotazzjoni hew transazzjoni li dwarha
jistaġ jintalab xi ħlas għal prenotazzjni. Meta trasportatur jagħżel li
jiġi hekk informat, huwa għandu jiġi offrut l-għażla li ma
jippermettix xi prenotazzjoni jew transazzjoni bħal dawk, kemm-il
darba din l-aħħar waħda ma tkunx diġà  ġiet aċċettata. Fil-każ ta’
nuqqas ta’ permess bħal dak, it-trasportatur m’għandu jintalab ebda
ħlas għal dik il-prenotazzjoni jew transazzjoni.
(4) Kull dritt għall-kiri ta’ tagħmir, renta jew xi servizz ieħor
mitlub mingħand abbonat minn bejjiegħ ta’ sistema għandu jkun
mhux diskriminatorju, raġonevolment strutturat u raġonevolment
relatat ma’ l-ispiża tas-servizz provdut u wżat, u għandu,
partikolarment, ikun l-istess għal-listess livell ta’ servizz.
Benefiċċji għall-produttività  mogħtija lill-abbonati minn xi
bejjiegħ ta’ sistema fl-għamla ta’ skont fuq il-ħlasijiet ta’ kiri jew
ħlasijiet ta’ kummissjoni għandhom jitqiesu bħala spejjeż ta’
distribuzzjoni ta’ bejjiegħ ta’ sistema u għandhom ikunu msejsa fuq
segmenti kif jidhru fil-biljetti. Mingħajr preġudizzju għall-
paragrafu 5 tat-Tieni Skeda, meta l-bejjiegħ ta’ sistema ma jkunx
jaf jekk xi biljett ikunx ħareġ jew le, allura dak il-bejjiegħ ta’
sistema jkollu jedd li jserraħ fuq in-notifikazzjoni tan-numru tal-
biljett mingħand l-abbonat. Il-ħruġ ta’ kontijiet għas-servizzi ta’
sistema ta’ riservazzjoni komputerizzata għandu jkun dettaljat
biżżejjed sabiex l-abbonati jkunu jistgħu jaraw sewsew liema
servizzi jkunu intużaw u liema drittijet ikunu intalbu għalihom.
(5) Bejjiegħ ta’ sistema għandu, meta ssirlu talba, jipprovdi
partijiet li jkollhom interess, inklużi konsumaturi, bid-dettalji ta’
proċeduri korrenti, drittijiet u faċilitajiet ta’ sistemi, inklużi
interfaces, editjar u l-kriterji ta’ wiri wżati. L-ipproċessar ta’ data
individwali għandu jkun bla ebda ħlas għal konsumaturi li li
għalihom tkun tirreferi dik l-informazzjoni. Dan, madankollu, ma
jeħtieġ lil ebda bejjiegħ ta’ sistema li jiżvela xi informazzjoni dwar
proprjetà  bħalma hu s-software.
(6) Kull tibdil fil-livelli tad-drittijiet, kondizzjonijiet jew
faċilitajiet offruti u l-bażi għal dan għandu jitwassal lit-
trasportaturi parteċipanti u lill-abbonati fuq bażi mhux
12 KAP. 434. ħ  
KODIĊI TA’ KONDOTTA GĦAL SISTEMA
TA’ RISERVAZZJONI KOMPUTERIZZATA
diskriminatorja.
Użu ta’ sistema ta’ 
riservazzjoni 
komputerizzata 
minn trasportaturi 
fl-uffiċċju tagħhom 
stess, eċċ.
14. (1) Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 7, l-artikolu 11(5) u
ta’ l-Iskedi m’għandhomx japplikaw għal sistema ta’ riservazzjoni
komputerizzata li tintuża minn trasportatur bl-ajru jew minn grupp
ta’ trasportaturi bl-ajru:
(a) fl-uffiċċju jew uffiċċji w uffiċċji tal-bejgħ tagħhom li
jkunu identifikati ċar bħala tali; jew
(b) biex jipprovdu informazzjoni u, jew faċilitajiet ta’
distribuzzjoni aċċessibbli permezz ta’ network ta’
telekomunikazzjonijiet pubbliku, li jidentifikaw b’mod
ċar u kontinwu lill-provditur jew provdituri ta’ l-
informazzjoni bħala tali.
(2) Meta prenotazzjoni ssir direttament minn trasportatur,
għandhom japplikaw id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 12(1)(d) u
(f).
Verifika ta’ 
konformità  teknika 
ta’ sistema ta’ 
riservazzjoni 
komputerizzata.
15. (1) Bejjiegħ ta’ sistema għandu jiżgura li s-sistema ta’
riservazzjoni komputerizzata tiegħu tkun konformi mal-ħtiġiet
tekniċi elenkati fl-artikoli 6 u 8, u li din il-konformità  tkun
sorveljata minn awditur indipendenti fuq bażi ta’ sena kalendarja.
Ghal dak l-għan, l-awditur għandu jingħata dħul f’kull waqt għal
kull programm, proċedura, operazzjoni u salvagwardja li jintużaw
fil-computers jew sistemi ta’ computer li biha l-bejjiegħ ta’ sistema
jipprovdi l-faċilitajiet ta’ distribuzzjoni tiegħu. Kull bejjiegħ ta’
sistema għandu jissottometti r-rapport ta’ l-awditur tiegħu dwar dak
li jkun ispezzjona u r-riżultanzi li kellu lid-Diretur fi żmien erba’
xhur minn tmiem is-sena kalendarja inkwistjoni.
(2) Bejjiegħ ta’ sistema għandu jgħarraf lil trasportaturi
parteċipanti u lid-Direttur bl-identità  ta’ l-awditur mill-inqas tliet
xhur qabel il-ħatra tiegħu u mill-inqas tliet xhur qabel kull ħatra
mill-ġdid ta’ kull sena. Jekk, fi żmien xahar mill-avviż, xi wieħed
mit-trasportaturi parteċipanti joġġezjona għall-abbiltà  ta’ dak l-
awditur li jwettaq il-ħidmiet kif ikun meħtieġ li jagħmel taħt dan l-
artikolu, id-Direttur għandu, fi żmien xahrejn oħra ulterjuri, u wara
li jikkonsulta lill-awditur, lill-bejjiegħ ta’ sistema u lil kull parti
oħra li tivvanta interess leġittimu, jiddeċiedi jekk l-awditur
għandux jiġi sostitwit jew le.
Applikabbiltà  għal 
prodotti tat-trasport 
bit-tren.
16. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikoli (2) sa
(5), id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att għandhom japplikaw meta
bejjiegħ ta’ sistema jiddeċiedi li għandu jinkludi servizzi bit-tren
fil-wiri prinċipali tas-sistema ta’ riservazzjoni komputerizzata.
(2) Meta bejjiegħ ta’ sistema jiddeċiedi li jinkludi prodotti bit-
tren fil-wiri prinċipali tas-sistema ta’ riservazzjoni komputerizzata
tiegħu, huwa jista’ jagħżel li jinkludi biss ċerti kategoriji definiti
sew ta’ servizzi bit-tren, filwaqt li jirrispetta l-prinċipji elenkati fl-
artiklu 3(2).
(3) Operatur tat-trasport bit-tren jitqies li jkun trasportatur
parteċipanti jew prinċipali, kif adatt, għall-finijiet ta’ dan l-Att, fil-
qies li jkollu ftehim ma’ bejjiegħ ta’ sistema għad-distribuzzjoni
KODIĊI TA’ KONDOTTA GĦAL SISTEMA
TA’ RISERVAZZJONI KOMPUTERIZZATA ġ KAP. 434. 13
tal-prodotti tiegħu permezz tal-wiri prinċipali ta’ sistema ta’
riservazzjoni komputerizzata jew meta s-sistema ta’ riservazzjoni
tiegħu nnifsu tkun sistema ta’ riservazzjoni komputerizzata kif
imfisser fl-artikolu 2. Bla ħsara għas-subartikolu (4), dawk il-
prodotti għandhom jiġu ttrattati bl-istess mod bħalma huma l-
prodotti tat-trasport bl-ajru u għandhom jiġu inkorporati fil-wiri
prinċipali skond il-kriterji stipulati fl-Ewwel Skeda.
(4) (a)  Meta jkunu qegħdin jiġu applikati r-regoli stipulati fil-
paragrafi 1 u 2 ta’ l-Ewwel Skeda għal servizzi bit-tren, il-bejjiegħ
ta’ sistema għandu jaġġusta l-prinċipji ta’ klassifikazzjoni għall-
wiri prinċipali sabiex jittieħed qies kif dovut tal-bżonnijiet tal-
konsumaturi li jkunu mgħarrfa b’mod adegwat dwar servizzi bit-
tren li jkunu jirrappreżentaw alternattiva kompetitiva għas-servizzi
bl-ajru. B’mod partikolari, bejjiegħ ta’ sistema jista’ jikklassifika
is-servizzi bit-tren ma’ għadd limitat ta’ waqfiet qosra ma’ servizzi
bl-ajru diretti u ta’ bla waqfien.
(b) Bejjiegħ ta’ sistema għandu jiddefinixxi kriterji ċari
għall-applikazzjoni tad-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu għal
servizzi bit-tren. Dawk il-kriterji għandhom ikopru il-ħin tal-vjaġġ
traskors u jkunu jirriflettu l-ħtieġa li jiġi evitat screen padding
eċċessiv. Dawk il-kriterji għandhom jingħataw lid-Direttur mill-
anqas xahrejn qabel ma jibdew jiġu applikati.
(5)  Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu, kull riferenza għal
"titjiriet" f’dan l-Att għandha titqies bħala li tinkludi riferenzi għal
"servizzi bit-tren" u riferenzi għal "prodotti tat-trasport bl-ajru"
għandha titqies li tinkludi riferenzi għal "prodotti bit-tren".
Projbizzjoni ta’ 
ċħid għad-drittijiet.
17. Il-benefiċjarji ta’ drittijiet li joriġinaw taħt id-
disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 3(4), 6, 8 u 15 ma jistgħux jiċħdu
għal dawk id-drittijiet permezz ta’ xi kuntratt jew ta’ xi mezz ieħor.
Proċeduri quddiem 
il-Bord.
18. (1) Id-Direttur għandu, filwaqt li jaġixxi jew fuq
inizjattiva tiegħu nnifsu jew meta jasallu xi lment, jibda proċeduri
quddiem il-Bord biex itemm kull kontravvenzjoni tad-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att.
(2) L-ilmenti jistgħu jsiru minn persuni kemm naturali kemm
legali li jvantaw interess leġittimu.
Bord għal Sistema 
ta’ Riservazzjoni 
Komputerizzata.
19. (1) Għandu jitwaqqaf Bord għal Sistema ta’ Riservazzjoni
Komputerizzata, li jkun magħmul minn avukat b’mhux anqas minn
tnax-il sena esperjenza, li jkun president, flimkien ma’ żewġ
assessuri tekniċi.
(2) Il-president u l-assessuri tekniċi tal-Bord għandhom
jinħatru mill-Prim Ministru minn sena għal sena:
Iżda l-Prim Ministru jista’ jġedded kull ħatra minn sena
għal sena u jista’ jordna, kulmeta jagħmel xi ħatra ġdida, li l-
president jew assessur li jkun qed itemm il-kariga jibqa’ joqgħod
fuq il-Bord għar-rigward ta’ kull kwistjoni li jkun diġà  beda
jittratta qabel it-terminazzjoni tal-kariga tiegħu sakemm dik il-
kwistjoni tiġi eżawrita.
(3) Il-Prim Ministru jista’ wkoll jagħmel kull ħatra neċessarja
14 KAP. 434. ħ  
KODIĊI TA’ KONDOTTA GĦAL SISTEMA
TA’ RISERVAZZJONI KOMPUTERIZZATA
għall-fini li jissurroga lill-president jew lil xi assessur tal-Bord fil-
każ li ma jkunx kapaċi, għal xi raġuni, li jwettaq il-funzjoniiet
tiegħu f’xi każ jew każijiet partikolari.
(4) Il-president jew xi assessur tal-Bord ma jkunx kompetenti li
jisma jew jittratta xi kwistjoni li fiha huwa jkollu xi interess dirett
jew indirett.
(5) L-assessuri tekniċi tal-Bord għandhom, qabel ma jassumu l-
kariga tagħhom, jieħdu ġurament quddiem l-Avukat Ġenerali li
jkun jiddikjara li jkunu se jeżaminaw u jiddeċiedu kull kwistjoni
mibgħuta lilhom taħt id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att b’ekwità  u
imparzjalità .
(6) Il-president tal-Bord ikollu, bil-għan li jiġbor il-provi u li
jistabbilixxi l-fatti li jkollhom x’jaqsmu ma’ xi kwistjoni li tinsab
quddiem il-Bord, dawk is-setgħat kollha li huma bil-Kodiċi ta’
Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili vestiti fil-Qorti Ċivili,
Prim’Awla, għal xi kwistjoni bħal dik li jkollu quddiemu.
(7) Bla ħsara għal kull regolament magħmul taħt l-artikolu 21,
il-Bord għandu jirregola l-proċedura tiegħu nnifsu.
(8) Il-Prim Ministru għandu jaħtar uffiċjal pubbliku biex
jagħmilha ta’ segretarju tal-Bord.
Reviżjoni ta’ 
deċiżjonijiet.
20. (1) Deċiżjoni tal-Bord tkun waħda finali u vinkolanti.
(2) Minkejja d-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1), il-Bord
jista’, meta jinġieb għall-attenzjoni tiegħu xi fatt ġdid, jirrevedi
deċiżjoni mogħtija minnu:
Iżda -
(a) ir-rikors għar-reviżjoni għandu jiġi ppreżentat bil-
miktub quddiem il-Bord fi żmien għoxrin jum tax-
xogħol mid-data meta d-deċiżjoni titwassal lill-
impriża jew assoċjazzjoni ta’ impriżi; u
(b) reviżjoni tad-deċiżjoni m’għandha f’ebda każ iddaħħal
lill-Bord f’xi responsabbiltà  għal xi danni li setgħu
ġew sofferti minħabba fl-ewwel deċiżjoni.
Setgħa ta’ għemil 
ta’ regolamenti.
21. Il-Ministru jista’ , minn żmien għal żmien, jagħmel u, meta
jkun hekk għamel, jibdel jew jirrevoka regolamenti ġeneralment
sabiex jagħti seħħ lil xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’ dn l-Att u
partikolarment sabiex jipprovdi dwar il-proċedura quddiem il-
Bord, ir-responsabbiltà  ta’ xi waħda mill-partijiet għar-rigward ta’
l-ispejjeż minfuqa dwar dik il-proċedura u sabiex jippreskrivi kull
ħaġa li għandha tiġi preskritta taħt dan l-Att.
Għoti ta’ 
informazzjoni lill-
Bord.
22. (1) Fit-twettiq tad-dmirijiet lilu mogħtija b’dan l-Att, il-
Bord jista’ jikseb kull informazzjoni neċessarja minn impriżi u
minn kull assoċjazzjoni ta’ impriżi.
(2) Il-Bord jista’ jistabbilixxi skadenza ta’ mhux inqas minn
xahar għat-twassil ta’ l-informazzjoni mitluba.
(3) Fit-talba tiegħu l-Bord għandu jiddikjara xi tkun il-bażi
legali u l-għan tat-talba kif ukoll il-penali, li jistgħu jiġu imposti
skond l-artikolu 23(1), għall-provvista ta’ informazzjoni mhux
KODIĊI TA’ KONDOTTA GĦAL SISTEMA
TA’ RISERVAZZJONI KOMPUTERIZZATA ġ KAP. 434. 15
korretta.
(4) Is-sidien ta’ l-impriżi jew ir-rappreżentanti tagħhom u, fil-
każ ta’ persuna legali jew ta’ kumpanniji, ditti jew assoċjazzjonijiet
li ma jkollhomx personalità  ġuridika, il-persuna awtorizzata li
tirrappreżenthom bil-liġi jew bir-regoli tagħhom, għandha tkun
dovuta tissupplixxi l-informazzjoni meħtieġa.
(5) Impriżi u assoċjazzjonijiet ta’ impriżi għandhom
jissottomettu ruħhom għal investigazzjonijiet li jiġu ordnati
b’deċiżjoni tal-Bord. Id-deċiżjoni għandha tispeċifika l-mertu u l-
fini ta’ l-investigazzjoni, tistabbilixxi d-data meta jkollha tibda u
tindika l-penali li jistgħu jiġu imposti skond l-artikolu 23(1).
Penali 
amministrattivi.
23. (1) Il-Bord jista’ jimponi penali dixxiplinarji, fuq impriżi
jew assoċjazzjonijiet ta’ impriżi, ta’ mhux inqas minn erba’ mitt
lira iżda mhux iktar minn għoxrin elf lira meta l-impriżi jew
assoċjazzjonijiet ta’ impriżi, sew bil-ħsieb sew b’negliġenza -
(a) jissupplixxu informazzjoni mhux korretta b’risposta
għal talba magħmula skond ma hemm fl-artikolu 22,
jew ma jissupplixxu ebda informazzjoni fiż-żmien
stabbilit; jew
(b) jipproduċu kotba jew records oħra tan-negozju
f’għamla mhux kompleta waqt l-investigazzjonijiet,
jew jirroftaw milli joqogħdu għal investigazzjoni
skond ma hemm fl-artikolu 22(5).
(2) Il-Bord jista’ jimponi penali dixxiplinarji fuq bejjiegħ ta’
sistema, trasportaturi prinċipali, trasportaturi parteċipanti u, jew
abbonati għal kontravvenzjonijiet tad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att
sa massimu ta’ għaxra fil-mija mid-dħul annwali għal dik l-attività
rilevanti ta’ l-impriża inkwistjoni. Meta jkun qed jiġi stabbilit
x’ikun l-ammont tal-piena, għandha titqies sew il-gravità  sew id-
dewmien tal-kontravvenzjoni.
(3)  Deċiżjonijiet li jimponu penali dixxiplinarji, skond ma
hemm fid-disposizzjonijiet tas-subartikoli (1) u (2), ma jkunux ta’
xorta penali, u kull penali bħal dik għandha tkun tista’ tiġi rkuprata
bħala dejn ċivili mid-Direttur b’azzjoni quddiem il-qorti ta’
ġurisdizzjoni ċivili kompetenti.
(4) It-trasportaturi, sew jekk huma trasportaturi prinċipali jew
parteċipanti, abbonati u bejjiegħa ta’ sistema jkunu suġġetti għall-
ġurisdizzjoni u l-proċeduri tal-Bord, u l-penali amministrattivi li
jiġu imposti minnu.
16 KAP. 434. ħ  
KODIĊI TA’ KONDOTTA GĦAL SISTEMA
TA’ RISERVAZZJONI KOMPUTERIZZATA
L-EWWEL SKEDA
KRITERJI TA’ KLASSIFIKAZZJONI TA’ WIRI PRINĊIPALI 
GĦAL TITJIERIET* LI JOFFRU PRODOTTI TAT-
TRASPORT BL-AJRU MHUX IGGRUPPATI
(Artikoli 5, 7 u 16)
1. Klassifikazzjoni ta’ għażliet ta’ titjira f’wiri prinċipali, għall-
ġurnata jew ġranet mitlubin, għandha tkun fl-ordni li ġej
kemm-il darba ma jiġix mitlub xort’oħra minn konsumatur
għal xi transazzjoni individwali:
(i) kull titjira diretta bla waqfien bejn bliet f’par
inkwistjoni; 
(ii) kull titjira diretta oħra, li ma tkunx tinvolvi bdil
ta’ ajruplan jew tren, bejn il-bliet f’par
inkwistjoni;
(iii) titjiriet ta’ konnessjoni.
2. Konsumatur għandu mill-anqas jingħata l-possibiltà  li jkollu,
meta hekk jitlob, wiri prinċipali klassifikat bil-ħin tat-tluq
jew tal-wasla u/jew ħin tal-vjaġġ traskors. Kemm-il darba ma
jiġix hekk mitlub minn konsumatur, wiri prinċipali għandu
jkun klassifikat skond il-ħin tat-tluq għal grupp (i) u ħin tal-
vjaġġ traskors għal gruppi (ii) u (iii).
3. Meta bejjiegħ ta’ sistema jagħżel li juri informazzjoni għal xi
bliet f’par dwar l-iskedi jew it-tariffi ta’ trasportaturi mhux
parteċipanti, iżda mhux neċessarjament kull trasportatur bħal
dak, dik l-informazzjoni għandha tintwera b’mod eżatt, mhux
qarrieqi u mhux diskriminatorju bejn it-trasportaturi murija.
4. Jekk, sa fejn ikun jaf il-bejjiegħ ta’ sistema, l-informazzjoni
dwar l-għadd ta’ servizzi bl-ajru skedati diretti u l-identità
tat-trasportaturi bl-ajru inkwistjoni ma jkunux komprensivi,
dan għandu jkun dikjarat b’mod ċar fuq il-wiri rilevanti.
5. Titjiriet li ma jkunux servizzi ta’ l-ajru skedati għandhom
ikunu identifikati ċar. 
6. Titjiriet li jkunu jnvolvu waqfiet tul ir-rotta għandhom jiġu
identifikati ċar.
7. Meta titjiriet ikunu operati minn trasportatur bl-ajru li ma
jkunx it-trasportatur bl-ajru identifikat bil-kodiċi ta’
identifikazzjoni ta’ trasportatur, l-operatur attwali tat-titjira
għandu jkun identifikat sew. Din il-ħtieġa għandha tkun
tapplika għal kull każ, ħlief għal arranġamenti ad hoc għal
żmien qasir.
8. Bejjiegħ ta’ sistema m’għandux juża l-ispazju ta’ l-iskrin
f’wiri prinċipali b’mod li jagħti wirja eċċessiva għal għażla
ta’ vvjaġġar waħda partikolari jew li tkun turi għażliet ta’
vvjaġġar li ma jkunux realistiċi.
9. Hlief kif hemm provdut fil-paragrafu 10, dawn id-
* Kull riferenza  għal "titjiriet" f'din l-Iskeda hija skond l-artikolu 16(6) ta' l-Att.
KODIĊI TA’ KONDOTTA GĦAL SISTEMA
TA’ RISERVAZZJONI KOMPUTERIZZATA ġ KAP. 434. 17
disposizzjonijiet li ġejjin għandhom ikunu japplikaw:
(a) għal servizzi diretti, ebda titjira m’għandha tidher iktar
minn darba f’wiri prinċipali;
(b) għal servizzi multi-settorjali li jkunu jinvolvu bdil ta’
l-ajruplan, ebda kombinazzjni ta’ titjiriet ma tista’
tidher iktar minn darba f’wiri prinċipali;
(ċ) titjiriet li jinvolvu l-bdil ta’ ajruplan għandhom jiġu
ttrattati u jidhru bħala titjiriet ta’ konnessjoni, b’linja
waħda għal kull segment ta’ ajruplan. Madankollu,
meta t-titjiriet ikunu operati mill-istess trasportatur bl-
istess numru tat-titjira u meta trasportatur ikun jeħtieġ
kupun tat-titjira wieħed biss u riservazzjoni waħda
biss, sistema ta’ riservazzjoni komputerizzata għandha
toħroġ kupun wieħed biss u għanda titlob ħlas għal
riservazzjoni waħda biss.
10. (1) Meta trasportaturi ikollhom xi arranġament ta’ joint-
venture jew xi arranġament kontrattwali ieħor bejniethom
li jkun jeħtieġ li xi tnejn jew iktar minnhom jassumu
responsabbiltà  separata għall-offerta u l-bejgħ ta’ prodotti
tat-trasport bl-ajru fuq titjira jew kombinazzjoni ta’
titjiriet, il-frażijiet "titjira" (għal servizzi diretti) u
"kombinazzjoni ta’ titjiriet" (għal servizzi multi-
settorjali) fil-paragrafu 9 għandhom jiġu interpretati
bħala li jippermettu lil kull wieħed mit-trasportaturi
inkwistjoni, sa massimu ta’ tnejn, li jkollhom wiri separat
billi jintuża l-kodiċi ta’ identifikazzjoni ta’ trasportatur
individwali.
(2) Meta jkun hemm iktar minn żewġ trasportaturi involuti,
it-tismija taż-żewġ trasportaturi li jkollhom jedd li
jutilizzaw l-eċċezzjoni li hemm provdut dwarha fis-
subparagrafu (1) għandha tkun xi ħaġa li tinteressa lit-
trasportatur li attwalment ikun qed jopera t-titjira. Fin-
nuqqas ta’ informazzjoni mit-trasportatur li jkun qed
jopera li tkun biżżejjed biex tidentifika liż-żewġ
trasportaturi li jkunu se jissemmew, hu bejjiegħ ta’
sistema li għandu jsemmi lit-trasportaturi fuq bażi mhux
diskriminatorja.
11. Wiri prinċipali għandu, kulfejn ikun prattiku, jinkludi titjiriet
ta’ konnessjoni fuq servizzi skedati li jkunu operati minn
trasportaturi parteċipanti u li jkunu kostruwiti bl-użu ta’
għadd minimu ta’ disa’ punti ta’ konnessjoni. Bejjiegħ ta’
sistema għandu jaċċetta talba minn trasportatur parteċipant
biex jinkludi servizz indirett, kemm-il darba l-linja tar-rotta
tkun iktar minn 130% tad-distanza taċ-ċirku l-kbir bejn iż-
żewġ ajruporti jew kemm-il darba li t-talba tkun twassal
għall-esklużjoni ta’ servizzi b’ħin tal-vjaġġ traskors inqas.
M’hemmx għalfejn jintużaw punti ta’ konnessjoni b’rotot ta’
iktar minn 130%.
18 KAP. 434. ħ  
KODIĊI TA’ KONDOTTA GĦAL SISTEMA
TA’ RISERVAZZJONI KOMPUTERIZZATA
IT-TIENI SKEDA
UżU TA’ FAċILITAJIET TA’ DISTRIBUZZJONI MINN ABBONATI
(Artikoli 12 u 13)
1. Abbonat għandu jżomm records preċiżi dwar kull transazzjoni
li ssir permezz tas-sistema ta’ riservazzjoni komputerizzata.
Dawk ir-records għandhom jinkludu numri tat-titjiriet,
designators ta’ prenotazzjonijiet ta’ riservazzjonijet, id-data
tal-vjaġġ, ħinijiet tat-tluq u tal-wasla, status tas-segmenti, l-
ismijiet u l-inizjali tal-passiġġieri bl-indirizzi fejn jistgħu jiġu
kkuntattjati u/jew numri tat-telefon u status tal-biljetti
maħruġin. Meta jkunu qegħdin jipprenotaw jew jikkanċellaw
l-ispazju, l-abbonat għandu jiżgura li d-designator tar-
riservazzjoni li jkun qed jintuża jkun jikkorrispondi għat-
tariffa mħallsa mill-passiġġier.
2. Abbonat m’għandux deliberatament jagħmel riservazzjonijiet
doppji għall-istess passiġġier, Meta spazju konfermat ma
jkunx disponibbli, l-passiġġier jista’, b’għażla tiegħu nnifsu,
jitqiegħed fuq lista ta’ stennija għal dik it-titjira (jekk dik il-
lista tkun disponibbli) u jiġi konfermat fuq titjira alternattiva.
3. Meta passiġġier jikkanċella riservazzjoni, l-abbonat għandu
minnufih jirrilaxxa dak l-ispazju.
4. Meta passiġġier jibdel itinerarju, l-abbonat għandu jiżgura li
kull spazju u servizz supplimentari jiġu kanċellati meta jsiru
r-riservazzjonijiet l-ġodda.
5. Abbonat għandu, meta jkun hekk prattiku, jitlob jew
jipproċessa kull riservazzjoni għal xi itinerarju speċifiku u
kull bidla sussegwenti permezz ta’ l-istess sistema ta’
riservazzjoni komputerizzata.
6. Ebda abbonat ma jista’ jitlob jew ibiegħ spazju ta’ xi linja ta’
l-ajru kemm-il darba ma jintalabx jagħmel dan minn xi
konsumatur.
7. Abbonat għandu jiżgura li biljett jinħareġ skond l-istatus ta’
riservazzjoni għal kull segment u skond it-terminu ta’ żmien
applikabbli. Abbonat m’għandux joħroġ biljett li jkun jindika
riservazzjoni definittiva u titjira partikolari kemm-il darba ma
tkunx waslitlu konferma ta’ dik ir-riservazzjoni. 
