ĦARSIEN TA’ L-AMBJENT ġ KAP. 435. 1
KAPITOLU 435
ATT DWAR IL-ĦARSIEN TA’ L-AMBJENT
Biex Iħares l-Ambjent.
18 ta’ Settembru, 2001;
28 ta’ Ġunju, 2002
L-Att XX ta’ l-2001.
Titolu fil-qosor.
l-Ambjent.
Tifsir.
teħtieġ xort’oħra:
"ambjent" tfisser it-totalità  ta’ l-elementi u l-kondizzjonijiet,
naturali jew magħmula mill-bniedem, eżistenti fid-dinja, sew
flimkien sew isolati minn xulxin, u b’mod partikolari:
(a) l-arja, l-ilma u l-art;
(b) kull saff ta’ l-atmosfera;
(ċ) kull materja organika u inorganika u kull organiżmu
ħaj;
(d) kull ekosistema;  u
(e) il-pajsaġġ;
"Awtorità " tfisser l-awtorità  kompetenti nominata mill-Ministru
taħt l-artikolu 6;
"derivattivi" tfisser partijiet minn xi kampjun, sew jekk ikun
ipproċessat mill-bniedem sew jekk ma jkunx;
"diversità  bijoloġika" jew "bijodiversità " tfisser il-varjabilità  fost
organiżmi ħajjin minn kull oriġni, inklużi inter alia, ekosistemi ta’
l-art, tal-baħar u oħrajn ilmija u l-kumplessi ekoloġiċi li jagħmlu
parti minnhom, u tinkludi diversità  fl-ispeċi nnifisha, bejn l-ispeċi
u ta’ ekosistemi;
"enerġija" tinkludi kull tip ta’ radjazzjoni li tagħmel parti mill-
ispettru elettromanjetiku, jew minn sors nukleari, kif ukoll kull
vibrazzjoni u l-ħoss; 
"fawna" tfisser kull tip ta’ annimali u biota oħra, inklużi l-
akaryotes, prokaryotes u l-eukaryotes,  mejta jew ħajja, kollha
kemm huma jew parti minnhom u d-derivattivi tagħhom;
"flora" tfisser kull tip ta’ pjanta u biota oħra, inklużi l-akaryotes,
prokaryotes u l-eukaryotes, mejta jew ħajja, kollha kemm huma
jew parti minnhom u d-derivattivi tagħhom;
"kampjun" tfisser kull speċi, sew ħajjin sew mejtin, jew xi parti
jew derivattiv tagħhom, u tinkludi kull oġġett li minn dokument li
jkollu miegħu, l-ippakkjar, il-marka jew it-tikketta jew minn
ċirkostanzi oħra jidher li jkun xi parti jew derivattiv ta’ annimali
jew pjanti;
"konservazzjoni" tfisser serje ta’ miżuri meħtieġa biex isostnu
jew jaħju mill-ġdid kull habitat naturali u l-popolazzjoni ta’ speċi
2 KAP. 435. ħ ĦARSIEN TA’ L-AMBJENT
ta’ fawna u flora selvaġġi fi status favorevoli;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għall-ambjent;
"organiżmu ġenetikament modifikat" tfisser xi wieħed minn
dawn li ġejjin:
(a) organiżmu miksub mill-formazzjoni ta’ kombinazzjoni
ta’ materjal ġenetiku b’kull mezz li mhux xi mezz
naturali;
(b) organiżmu li jiret tali kombinazzjoni ta’ materjal
ġenetiku;
(ċ) organiżmu li jirriżulta mir-replikazzjoni ta’ organiżmu
kif miksub skond ma hemm fil-paragrafu (a); jew
(d) kull organiżmu ieħor kif jista’ jiġi preskritt mill-
Ministru taħt dan l-Att;
"preskritt" tfisser preskritt mill-Ministru taħt dan l-Att;
"prinċipju kawtelatorju" tfisser il-prinċipju li bih jittieħdu miżuri
adatti li jħarsu l-ambjent u li jiżguraw maniġġjar sostenibbli ta’
riżorsi naturali fin-nuqqas ta’ prova xjentifika assoluta jew
konklużiva tal-ħtieġa għal dawk il-miżuri;
"rimi" tinkludi kull emissjoni, depożitu, rimi barra, tneħħija,
żjieda jew tfigħ ġo l-ambjent ta’ xi sustanza jew enerġija,
direttament jew indirettament minn xi sorsi minn post wieħed jew
sorsi mferrxa, sew stazzjonarja sew mobbli, u sew jekk ikkaġunata
jew permessa bil-ħsieb jew xort’oħra, sew jekk kontinwa jew
intermittenti jew ta’ darba biss;
"riżorsi naturali" tfisser kull komponent tan-natura u tinkludi l-
arja, l-ilma, l-art, it-terriċċ, il-minerali, l-enerġija, organiżmi ħajjin
u riżorsi ġenetiċi;
"skart" tfisser kull ħaġa, sustanza jew oġġett li d-detentur jarmi
jew ikollu ħsieb li jarmi, jew li jkun meħtieġ li jżomm biex jarmiha,
u tinkludi kull ħaġa oħra, sustanza jew oġġett tali li l-Ministru jista’
jippreskrivi;
"sustanzi" tfisser kull ħaġa, kimika, taħlita, kompost jew prodott
u tinkludi karburanti, kombinazzjonijiet ta’ elementi, taħlitiet jew
komposti ta’ xi reazzjoni kimika, kif ukoll it-taħlita ta’ sustanzi ta’
identitajiet molekulari differenti;
"tniġġis" tfisser l-introduzzjoni diretta jew indiretta mill-
bniedem fl-ambjent ta’ sustanzi, xi organiżmu, materjal ġenetiku
jew enerġija li jikkaġunaw jew x’aktarx jikkaġunaw periklu gravi
għal saħħet-il bniedem, ħsara għal riżorsi ħajjin jew ekosistemi,
jew dannu għall-amenitajiet, jew jinterferixxu ma’ kull użu
leġittimu ieħor ta’ l-ambjent.
TAQSIMA  II
Dmir li jitħares l-ambjent
Dmir ta’ kulħadd li 
jħares l-ambjent.
3. Ikun id-dmir ta’ kulħadd flimkien mal-gvern li jħares l-
ambjent u li jgħin fit-teħid ta’ miżuri preventivi u rimedjali biex
iħares l-ambjent u jimmaniġġa r-riżorsi naturali b’mod sostenibbli.
ĦARSIEN TA’ L-AMBJENT ġ KAP. 435. 3
Dmir tal-Gvern li 
jħares l-ambjent.
4. Ikun id-dmir tal-Gvern li jħares l-ambjent għall-benefċċju
tal-ġenerazzjonijiet preżenti u futuri u għaldaqshekk:
(a) jimmaniġġa l-ambjent b’mod sostenibbli billi jintegra
u jagħti l-konsiderazzjoni dovuta għat-tħassib dwar l-
ambjent f’de_iżjonijiet fuq politka soċjo-ekonomika u
kull politka oħra;
(b) jieħu kull miżura preventiva u rimedjali li tista’ tkun
meħtieġa biex tiġi indirizzata u mnaqqsa l-problema
ta’ tniġġis u kull għamla oħra ta’ degradazzjoni ta’ l-
ambjent sew f’Malta sew ’l hinn minn Malta, skond il-
prinċipju li min iniġġes għandu jħallas u l-prinċipju
kawtelatorju;
(ċ) jikkollabora ma’  gvernijiet u entijiet oħra fil-ħarsien
ta’ l-ambjent globali;
(d) ixerred informazzjoni dwar l-ambjent u jiffaċilita l-
parteċipazzjoni tal-pubbliku f’deċiżjonijiet li jolqtu l-
ambjent;
(e) japplika konoxxenza u riżorsi xjentifiċi u teknoloġiċi
biex jiddeċiedi l-kwistjonijiet li jolqtu l-ambjent;
(f) jiżgura l-maniġġjar sostenibbli ta’ kull skart u
jippromwovi t-tnaqqis u l-użu tajjeb, l-użu mill-ġdid u
l-irkupru xierqa tal-materja u l-enerġija;
(g) iħares id-diversità  bijoloġika;
(h) jeħodha kontra kull għamla ta’ tniġġis; 
(i) jikkonsidra l-ambjent bħala l-wirt komuni u t-tħassib
komuni ta’ l-umanità ;  u
(j) jipprovdi inċentivi li jwasslu għal livell ogħla ta’
protezzjoni tal-ambjent.
Applikazzjoni ta’ l-
artikoli 3 u 4 ta’ 
dan l-Att.
5. Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 3 u 4 m’għandhom ikunu
direttament esegwibbli f’ebda qorti, imma l-prin_ipji li jinsabu
hemm fihom huma minkejja kollox fondamentali għall-Gvern ta’ l-
Istat u dawk il-prinċipji għandhom jitħaddmu fl-interpretazzjoni
tad-disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan l-Att jew ta’ kull liġi oħra li
tirrigwarda dak li hu regolat b’dan l-Att.
TAQSIMA  III
L-Awtorità
Ħatra ta’ l-
Awtorità .
6. (1) Il-Ministru għandu b’ordni fil-Gazzetta jinnomina
persuna jew korp sabiex tkun l-awtorità  kompetenti għall-finijiet
ta’ dan l-Att, biex twettaq il-funzjonijiet ta’ l-awtorità  kompetenti
taħt dan l-Att, u biex taqdi kull funzjoni oħra li l-Ministru jista’ jqis
adatti għar-rigward tat-tħaddim ta’ dan l-Att.   Dik il-persuna jew
dak il-korp jiġu nominati għal dak il-perjodu li l-Ministru jista
jistabbilixxi u l-Ministru jkollu s-setgħa f’kull waqt li jtawwal,
iġedded jew itemm dik il-ħatra b’ordni fil-Gazzetta.
(2) Il-poteri tal-Ministru li jtawwal, iġedded jew itemm ħatra
magħmula skond is-subartikolu (1) għandhom jispi__aw hekk kif
jista’ jkun speċifikat mill-Ministru b’ordni fil-Gazzetta li bih jiġi
4 KAP. 435. ħ ĦARSIEN TA’ L-AMBJENT
nominat korp biex jagħmilha ta’ l-awtorità  kompetenti taħt dan l-
Att fuq bażi permanenti.
(3) Il-Ministru jista’ f’kull regolament taħt dan l-Att
jistabbilixxi li l-Awtorità  jew xi persuna jew korp ieħor ikunu
responabbli għat-twettiq ta’ dawk ir-regolamenti.
Funzjonijiet ta’ l-
Awtorità .
7. (1) (a) L-Awtorità  tkun il-mezz prinċipali li bih il-
Gvern jimplimenta dmirijietu taħt dan l-Att.   L-Awtorità  tagħti
pariri lill-Ministru dwar il-formulazzjoni u implimentazzjoni ta’
kull politka li tirrigwarda l-promozzjoni ta’ żvilupp sostenibbli, l-
protezzjoni u l-maniġġjar ta’ l-ambjent u l-maniġġjar sostenibbli
ta’ riżorsi naturali, u dwar dawk l-affarijiet l-oħra li jistgħu jkunu
meħtieġa għat-twettiq aħjar tad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att.
(b) Fit-twettiq tal-funzjonijiet tagħha taħt il-paragrafu
(a) l-Awtorità  għandha - 
(i) tara li tikkopera jew li tagħmel arranġamenti ma’
entijiet jew persuni oħra sabiex hija tkun tista’
tissorvelja aħjar l-implimentazzjoni u tħaris tad-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att;
(ii) tistabbilixxi għanijiet u strateġiji fit-tul u għal
żmien qasir fid-dawl ta’ pariri u
rakkomandazzjonijiet, jekk ikun il-każ, mogħtija
mill-Kummissjoni Nazzjonali għall-Iżvilupp
Sostenibbli kif stabbilita minn dan l-Att;
(iii) tagħti pariri lill-Ministru fuq l-għemil ta’ livelli
ambjentali, linji direttivi u l-għemil ta’
regolamenti taħt dan l-Att kif ukoll fuq il-
formulazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ pjanijiet
ta’ kontinġenza u ta’ emerġenza biex jitħares l-
ambjent;
(iv) tkun l-awtorità  li tista’ toħroġ liċenzi jew
permessi li jistgħu jenħtieġu minn jew taħt dan l-
Att taħt dawk il-kondizzjonijiet li tista’, bla
ħsara għal kull disposizzjoni oħra ta’ din il-liġi
jew ta’ kull liġi oħra, tqis meħtieġa biex
tikkontrolla u tmexxi dawk l-attivitajiet li
jkollhom impatt fuq l-ambjent;
(v) tistabbilixxi livelli ta’ tragward ta’ rimi mill-
produzzjoni, maniġġjar, użu, pussess jew kull
attività  oħra li tinvolvi prodotti, sustanzi u l-
produzzjoni ta’ jew l-użu ta’ enerġija;
(vi) tissorvelja l-kwalità  ta’ l-ambjent u għal dak l-
għan tistabilixxi metodoloġiji, tikkonserva u
xxerred informazzjoni li tirrigwarda l-ambjent;
u 
(vii) tippublika f’intervalli li ma jeċċedux it-tliet snin
rapport fuq l-istat ta’ l-ambjent.
(ċ) Ikun ukoll id-dmir ta’ l-Awtorità  li -
(i) tiżgura li dawk il-Verifiki dwar l-Ambjent u
Stimi ta’ l-Impatt fuq l-Ambjent li jistgħu jiġu
preskritti, isiru sew u kif dovut;
ĦARSIEN TA’ L-AMBJENT ġ KAP. 435. 5
(ii) tirrelata u tikikonsulta ma’ entijiet pubbliċi,
organizzazzjonijiet mhux governattivi u
organizzazzjonijiet internazzjonali fuq affarijiet
li jirrigwardaw il-protezzjoni ta’ l-ambjent u l-
maniġġjar sostenibbli ta’ l-ambjent u ta’ riżorsi
naturali, u li tidħol għalbiex tagħmel u
tippromwovi riċerka fuq dawk l-affarijiet; 
(iii) tipprovdi appoġġ u servizzi konsultattivi li
jirrigwardaw il-ħarsien ta’ l-ambjent, lill-gvern
u lil awtoritajiet lokali għar-rigward tat-twettiq
tal-funzjonijiet tagħom;
(iv) tippromwovi, sew weħidha sew
f’kollaborazzjoni ma’ oħrajn, edukazzjoni,
taħriġ u programmi ta’ għarfien pubbliku li
jkunu jirrigwardaw il-protezzjoni ta’ l-ambjent,
u l-maniġġjar sostenibbli ta’ l-ambjent u ta’
riżorsi naturali;
(v) twettaq kull funzjoni oħra li tista’ minn żmien
għal żmien tiġi assenjata lilha mill-Ministru,
inklużi l-funzjonijiet meħtieġa sabiex jagħtu
seħħ lil xi obbligazzjoni internazzjonali li Malta
jkollha dwar affarijiet regolati b’dan l-Att.
(2) Saż-żmien meta d-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1)
jinġiebu fis-seħħ, il-Ministru jista’ jeserċita kull funzjoni li hemm
assenjata fih lill-Awtorità .
TAQSIMA  IV
Kummissjoni Nazzjonali għall-Iżvilupp Sostenibbli
Kummissjoni 
Nazzjonali għall-
Iżvilupp 
Sostenibbli.
8. (1) Qegħda b’dan tiġi mwaqqfa kummissjoni li tkun
magħrufa bħala l-Kummissjoni Nazzjonali għall-Iżvilupp
Sostenibbli u li jkollha l-għamla u twettaq il-funzjonijiet stipulati
f’dan l-artikolu:
(2) Il-kummissjoni tkun presjeduta mill-Prim Ministru jew fl-
assenza tiegħu mill-Ministru u tkun magħmula kif ġej:
(a) il-Ministri kollha ex officio jew ir-rappreżentanti
tagħhom;
(b) żewġ membri tal-Kamra tad-Deputati li minnhom
wieħed jiġi nominat mill-Prim Ministru u l-ieħor mill-
Kap ta’ l-Oppożizzjoni;
(ċ) rappreżentant ta’ l-Awtorità ;
(d) iċ-Chairman tal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp
Ekonomiku u Soċjali ex officio;
(e) rappreżentanti ta’ dawk l-entijiet pubbliċi li fil-fehma
tal-Prim Ministru ikunu rilevanti għall-funzjonijiet tal-
Kummissjoni;
(f) rappreżentant ta’ l-assoċjazzjoni tal-kunsilli lokali;
(g) rappreżentanti ta’ organizzazzjonijiet li
jirrappreżentaw jew ikollhom xi interess fir-
relazzjonijiet kummerċjali, industrijali u, jew
6 KAP. 435. ħ ĦARSIEN TA’ L-AMBJENT
industrijali, korpi xjentifiċi u akkademiċi, il-media, u
organizzazzjonijiet mhux governattivi oħra, li fil-
fehma tal-Prim Ministru ikunu rilevanti għall-
funzjonijiet tal-Kummissjoni.
(3) Il-membri tal-Kummissjoni msemmija fil-paragrafi (e) sa
(g) tas-subartikolu (2) għandhom jinħatru mill-Prim Ministru wara
li jikkonsidra r-rakkomandazzjonijiet li jsiru mill-korp jew korpi
relattivi u jibqgħu fil-kariga għal dak il-perjodu li jista’ jissemma
fl-ittra tal-ħatra tagħhom u huma jkunu jistgħu jerġgħu jinħatru.
(4) Il-quorum għal-laqgħat tal-Kummissjoni jintgħamel mill-
president flimkien ma’ nofs il-membri li f’dak iż-żmien ikunu
membri tagħha;  il-Kummissjoni xort’ohra tirregola l-proċedura
tagħha nnifisha.
(5) Il-Prim Ministru għandu jassenja uffiċjal pubbliku biex
jagħmilha ta’ segretarju tal-Kummissjoni, u għandu minn żmien
għal żmien jassenjalha dawk l-affarijiet jew riżorsi oħra li fil-fehma
tiegħu jkunu adatti sabiex tkun tista’ twettaq il-funzjonijiet tagħha.
(6) Il-Kummissjoni għandha żżomm il-laqgħat tagħha fil-
pubbliku u l-pubbliku jkollu aċċess għar-rapporti kollha ta’ l-istess
Kummissjoni.
(7) Il-Kummissjoni ikollha dawn il-funzjonijiet li ġejjin:
(a) tappoġġa l-iżvilupp sostenibbli fost is-setturi kollha ta’
Malta, tirrevedi xi progress ikun sar fil-kisba ta’ dak l-
iżvilupp sostenibbli u tibni kunsens dwar l-azzjoni
meħtieġa biex jinkiseb iktar progress;
(b) tidentifika kull proċess jew politka rilevanti li jistgħu
jkunu qegħdin itellfu l-fiduċja fl-iżvilupp sostenibbli u
tipproponi kull proċess jew politka alternattivi lill-
Gvern bil-għan li jadotthom;
(ċ) tidentifika tendenzi li jistgħu b’mod sinifikattiv
jikkontribwixxu għal żvilupp mhux sostenibbli u li ma
jkunux jistgħu jitreġġgħu lura minħabba f’xi azzjoni
korrenti jew ippjanata, u tirrakkommanda l-azzjoni li
għandha tittieħed biex treġġa’ lura dawk it-tendenzi;
(d) iżżid l-għarfien tal-ħtieġa li l-iżvilupp għandu jkun
sostenibbli;
(e) tinkoraġġixxi u tistimula prattika xierqa fl-użu u l-
maniġġjar ta’ riżorsi naturali, b’mod partikolari kemm
jistgħu l-inqas jintużaw u kemm jistgħu l-iktar jerġgħu
jintużaw mill-ġdid permezz tar-riċiklaġġ b’mod li jkun
għalkollox adatt għall ambjent;
(f) tipprepara Strateġija Nazzjonali għall-Iżvilupp
Sostenibbli;  u
(g) twettaq kull funzjoni oħra għar-rigward ta’ l-iżvilupp
sostenibbli li jista’ jiġi assenjat lilha mill-Prim
Ministru:
Iżda fit-twettiq ta’ dawk il-funzjonijiet hawn qabel
imsemmija, il-Kummissjoni tista’ taħtar kumitati konsultattivi biex
jagħmlu rakkomandazzjonijiet fuq suġġetti jew azzjonijiet speċifiċi
ĦARSIEN TA’ L-AMBJENT ġ KAP. 435. 7
li tista’ tqis li għandhom jiġu eżaminati:
Iżda wkoll, fit-twettiq tal-funzjonijiet tagħha, l-
Kummissjoni tkun responsabbli lejn il-Prim Ministru.  Ir-
rakkomandazzjonijiet u d-de_iżjonijiet tal-Kummissjoni m’għandu
jkollhom ebda saħħa esekuttiva imma għandhom jitqiesu bħala
rakkomandazzjonijiet awtorevoli ta’ xi tkun l-aħjar pratka fil-kisba
ta’ żvilupp sostenibbli.
TAQSIMA  V
Dmirijiet u Poteri tal-Ministru
Poter li jagħmel 
regolamenti.
9. (1) Il-Ministru jista’, filwaqt li jaġixxi skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 10 jagħmel regolamenti għat-twettiq
aħjar tad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u jista’ b’mod partikolari
b’dawk ir-regolamenti jaħtar lill-Awtorità  jew xi persuna jew korp
biex tkun l-awtorità  msemmija għall-finijiet ta’ kull obbligazzjoni
internazzjonali li fiha Malta tista’ tkun parti.
(2) Mingħajr preġudizzju għall-ġeneralità  tad-disposizzjonijiet
tas- subartikolu (1) dawk ir-regolamenti jistgħu, b’mod partikolari:
(a) jippreskrivu l-ħlasijiet u d-drittijiet li jistgħu jinġabru
mill-Awtorità  għal servizzi mogħtija minnha taħt dan
l-Att;
(b) jipprovdu għall-proċedura li għandha tiġi applikata fl-
applikazzjoni għal liċenzi taħt dan l-Att, kif ukoll id-
drittijiet li għandhom jitħallsu għalihom u l-
kondizzjonijiet ġenerali li taħthom l-Awtorità  tista’
teħtieġ li jingħataw garanziji finanzjarji jew li tiġi
provduta assikurazzjoni biex tpatti għal kull dannu li
jista’ jiġi kaġunat lill-ambjent b’xi attività  li tista’
teħtieġ  liċenza taħt dan l-Att;
(ċ) jagħtu seħħ għal kull trattat jew istrument
internazzjonali li jkun jirrigwarda kull ħaġa regolata
b’dan l-Att li fihom Malta tista’ minn żmien għal
żmien tkun parti u biex iwaqqfu strutturi u jagħmlu
provvedimenti oħra dwar l-implimentazzjoni tagħhom;
(d) jistabilixxu u jikkordinaw sistemi ta’ kontroll tal-
kwalità  dwar l-ambjent u jagħmlu provvedimenti biex
ikunu jistgħu jsiru stimi ta’ riskji fl-ambjent fi
stabbiliment sew ġodda sew li diġà  jeżistu;
(e) jipprovdu għall-ġbir, l-ipproċessar, il-paragun u l-
interpretazzjoni ta’ data li tirrigwarda l-ambjent u
jipprovdu wkoll li dawk il-persuni li jwettqu dawk l-
attivitajiet li jistgħu jolqtu l-ambjent kif jista’ jiġi
preskritt jagħtu dik l-informazzjoni u data lill-
Awtorità  fuq bażi regolari jew ta’ xort ohra hekk kif
jista’ jiġi preskritt sabiex l-Awtorità  tkun tista’
tissorvelja u tissalvagwardja l-kwalità  ta’ l-ambjent;
(f) jippreskrivu, b’kollaborazzjoni mad-Dipartiment
għall-Protezzjoni 'ivili, kull teknika li għandha tintuża
fis-sorveljar ta’ l-ambjent;
8 KAP. 435. ħ ĦARSIEN TA’ L-AMBJENT
(g) jippreskrivu ċ-ċirkostanzi li fihom tista’ tiġi dikjarata
emerġenza ambjentali, u l-effett li dik id-dikjarazzjoni
jista’ jkollha fuq xi attività  li tkun teħtieġ li_enza taħt
dan l-Att;
(h) tippredisponi objettivi, toħroġ direttivi u tistabilixxi
kodiċijiet ta’ pratka, ilkoll għar-rigward ta’ l-ambjent,
għar-riduzzjoni, użu mill-ġdid, irkupru, trattament,
ħażna u tneħħija ta’ kull materjal kif jista’ jiġi
preskritt, għal kull attività  tal-bniedem li tolqot l-
ambjent u sabiex jiġi żgurat żvilupp sostenibbli, u
dawk ir-regolamenti jistgħu b’mod partikolari:
(i) jifformulaw objettivi li jistipulaw livelli
kwantitattivi u kwalitattivi, l-iskopijiet li
għandhom jintlaħqu fit-tħabrik li jiġi kontrollat
l-ambjent;
(ii) jagħtu direttivi għar-rigward ta’ dawk l-użijiet
ta’ l-ambjent kif jista’ jiġi preskritt;
(iii) jistabilixxu l-ogħla kwantitajiet jew
kon_entrazzjonijiet ta’ rimi jew emissjonijiet,
jew l-użu ta’ dawk is-sustanzi kif jista’ jiġi
preskritt filwaqt li jkunu qed isiru xogħlijiet,
ħidmiet jew attivitajiet ta’ kull xort’oħra u
jiżgura t-twettiq u s-sorveljar ta’ dawk il-livelli;
(iv) jistabilixxu kodiċijiet ta’ pratka li jiddeterminaw
proċeduri, metodi, limiti ta’ rimi u emissjonijiet
ta’ sustanzi kif japplikaw għal xogħlijiet u
attivitajiet kif jista’ jiġi preskritt sew għar-
rigward taż-żmien meta dawk ix-xogħlijiet u
attivitajiet ikunu qegħdin isiru kif ukoll għar-
rigward tal-waqt meta x-xogħlijiet u attivitajiet
ikunu intemmew;  u
(v) jistabilixxu għall-finijiet ta’ dan l-Att, l-aħjar
teknika disponibbli li ma tkunx teħtieġ xi nefqa
e__essiva għar-rigward ta’ xi ħidma, attività  jew
proċess;
(i) għar-rigward tal-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-
tniġġis:
(i) jistabilixxu sistemi li jiżguraw dawk il-
prevenzjoni u kontroll;
(ii) jippreskrivu miżuri to kontroll, jipprevjenu,
jimmaniġġaw jew inaqqsu t-tniġġis u d-
degradazzjoni ta’ l-ambjent;
(iii) jikkontrollaw iż-żamma, l-maniġġ, il-kummerċ
jew l-użu ta’ sustanzi u attivitajiet oħra li jistgħu
jikkaġunaw jew jiffaċilitaw it-tniġġis;
(iv) jistabbilixxu livelli inkluż l-ogħla mil-livelli
permessi f’espressjonijiet kwantitattivi jew
kwalitattivi tar-rimi u l-emissjonijiet fl-ambjent
ta’ kull materjal, sustanza jew enerġija u għar-
rigward ta’ l-użu ta’ xi teknoloġija, tagħmir,
materja, sustanza, metodu jew pro_edura għar-
ĦARSIEN TA’ L-AMBJENT ġ KAP. 435. 9
rigward ta’ dan kollu;
(v) jistabilixxu metodologiji li għandhom jintużaw
fis-sorveljar ta’ rimi u emissjonijiet ta’ sustanzi
u, jew enerġija fl-ambjent u biex jirregolaw l-
użu ta’ informazzjoni miġbura waqt dak is-
sorveljar;
(vi) jipprevjenu, jikkontrollaw, inaqqsu, jirrimedjaw
jew xort’oħra jimmaniġġaw sitwazzjonijiet li
jistgħu jwasslu għal xi emerġenzi ambjentali u
biex jipprevjenu, jikkontrollaw, inaqqsu,
jirrimedjaw jew xort’ ohra jimmanniġġaw kull
effett kuntrarju fuq l-ambjent li jirriżulta minn
dan kollu;
(j) għar-rigward tal-maniġġjar ta’ l-iskart:
(i) jikklassifikaw l-iskart u jippreskrivu regoli għar-
rigward ta’ dan skond it-tip u l-kategorija ta’
dan;
(ii) jirregolaw il-maniġġjar u t-tneħħija ta’ dan;
(iii) jistabilixxu kwoti, f’espressjonijiet kwantitattivi
u kwalitattivi, tal-ġenerazzjoni permessa ta’ l-
iskart, kif ukoll xort’ohra jipprovdu għall-
prevenzjoni u t-tnaqqis ta’ l-iskart;
(iv) jipprovdu għar-reġistrazzjoni u, jew, il-li_enzar
ta’ ħidmiet fil-maniġġjar ta’ l-iskart;
(k) għar-rigward tal-ħarsien ta’ bijodiversità :
(i) jipprovdu għas-sorveljar u l-maniġġjar tagħha;
(ii) jiddikjaraw xi speċi bħala speċi protetta u
jistabbilixxu regoli għall-protezzjoni tagħha;
(iii) jiddikjaraw xi speċi bħala waħda invażiva u
jistabbilixxu regoli għall-kontroll tagħha;
(iv) jirregolaw il-użu ta’, u xort’ohra jipproteġu
kampjuni ta’ fawna jew flora;  u b’mod
partikolari jipprojbixxu u, jew, jikkontrollaw il-
pussess, l-esibizzjoni, il-propagazzjoni artifiċjali
jew it-tnissil u t-trobbija kontrollati ta’ dawk il-
kampjuni ta’ flora u fawna kif jista’ jiġi
preskritt;
(v) jipprovdu għall-konservazzjoni, protezzjoni u
maniġġjar ta’ kull habitat partikolari jew
kategoriji relattivi biex titħares id-diversità
bijoloġika;
(vi) jiddikjaraw arei jew siti fuq l-art jew fl-ibħra
interni jew territorjali, jew ’l hinn minn dawk l-
ibħra fejn Malta jista’ jkollha ġurisdizzjoni
għall-fini tal-ħarsien u l-kontroll ta’ l-ambjent,
bħala arei protetti u jipprovdu għall-protezzjoni
tagħhom u biex jirregolaw il-maniġġjar
tagħhom;
(vii) jikkontrollaw u jirregolaw kull attività  li tista’
tinterferixxi ma’ l-istatus ta’ konservazzjoni ta’
10 KAP. 435. ħ ĦARSIEN TA’ L-AMBJENT
diversità  bijoloġika;
(viii) jirregolaw il-kummerċ fi u l-ġarr minn post
għall-ieħor, importazzjoni jew esportazzjoni ta’
kampjuni ta’ flora u fawna kif jista’ jiġi
preskritt;
(l) jikkontrollaw,  jimmaniġġaw u jirregolaw it-trasport,
l-introduzzjoni, l-użu (inkluż l-użu kkunsidrat), ir-
rilaxx jew it-tqegħid fis-suq jew fl-ambjent ta’
organiżmi ġenetikament modifikati;
(m) għar-rigward ta’ verifiki dwar  l-ambjent -
(i) jeħtieġu lil kull min ikun qed jagħmel dawk l-
attivitajiet li jistgħu jiġu preskritti jew imexxi
jew iħaddem dawk il-faċilitajiet kif jistgħu jiġu
preskritti sabiex ikunu jistgħu jsiru verifiki dwar
l-Ambjent u biex jippreżentaw lill-Awtorità
rapporti ta’ verifika dwar l-ambjent; li
għandhom jinkludu:
• 1. deskrizzjoni dettaljata ta’ l-attività  jew
faċilità ;
• 2. deskrizzjoni dettaljata l-impatt ambjentali
ta’ l-attività  jew faċilità ;
• 3. pjanijiet biex jipprevjenu u jnaqqsu riskji
ta’ effetti kuntrarji u jirrimedjaw kull
effett kuntrarju li jkun ġie kaġunat;  u 
• 4. pjan ta’ kontinġenza biex jiffaċċa kull
emerġenza;
(ii) jeħtieġu lil kull persuna tħares kull pjan li hemm
provdut dwaru fi • 3 u • 4 tas-subparagrafu (i) ta’
dan il-paragafu;  u
(n) jipprovdu li kull min jaġixxi b’kontravvenzjoni ta’ xi
regolament taħt dan l-Att ikun ħati ta’ reat kontra dan
l-artikolu, u jistabilixxu dik il-piena, li tkun piena ta’
mhux iktar minn multa ta’ mitt elf lira  jew ta’
priġunerija għal żmien mhux iktar minn sentejn, jew
dik il-multa u priġunerija flimkien, li kull min jinsab
hekk ħati jista’ jeħel:
Iżda dawk ir-regolamenti jistgħu jipprovdu li
persuna, li wara li tkun ingħatat sentenza għal reat
kontra l-istess regolament b’deċiżjoni li tkun għaddiet
f’ġudikat, terġa’ tagħmel reat ieħor bi ksur ta’ l-istess
regolament f’dak iż-żmien li jista’ jiġi preskritt, tista’
teħel multa ogħla, li ma tkunx teċċedi darbtejn daqs il-
multa li kieku xort’oħra kienet teħel, u għall-fini tal-
proviso l-ogħla multa li tista’ tiġi stabbilita b’dawk ir-
regolamenti tkun dik ta’ mitejn elf lira:
Iżda wkoll, dik il-multa għandha f’kull każ tkun
dovuta lill-Gvern bħala dejn ċivili, u meta l-persuna
ħatja tar-reat tkun direttur, segretarju, jew manager ta’
persuna ġuridika li r-reat ikun sar għall-benefiċċju
ekonomiku ta’ l-istess persuna ġuridika, dik il-persuna
ġuridika tkun responsabbli solidalment mal-ħati għall-
ĦARSIEN TA’ L-AMBJENT ġ KAP. 435. 11
ħlas ta’ dak id-dejn ċivili;  u
(o) jippreskrivi kull ħaġ’ohra li għandha jew li tista’ tiġi
preskritta.
Proċedura għall-
għemil ta’ 
regolamenti.
10. (1) Regolamenti taħt l-artikolu 9 isiru mill-Ministru wara
konsultazzjoni ma’ l-Awtorità  u ħlief għal regolamenti taħt il-
paragrafi (a) (b) u (n) ta’ subartikolu (2) ta’ l-artikolu 9 fil-każijiet
imsemmija fi subartikolu (2) dawn m’għandhomx isiru kemm-il
darba l-Ministru ma jkunx qabel ippubblika abbozz tagħhom fil-
Gazzetta fejn jippermetti lil kull persuna perjodu ta’ mill-anqas
erba’ ġimgħat biex tagħmel ilmenti lill-Ministru jew lill-Awtorità ,
jew lit-tnejn li huma, fejn tiddikjara kif fil-fehma tagħha r-
regolamenti proposti ma jkunux jipproteġu biżżejjed l-ambjent jew
kif dawn ikunu restrittivi ż-żejjed bla bżonn jew jikkaġunawlha
diffikultà  jew telf ekonomiku u titlob għal reviżjoni ta’ dak l-
abbozz.
(2) Id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) għar-rigward tal-
konsultazzjoni ma’ l-Awtorità  u għar-rigward tal-pubblikazzjoni
ta’ abbozz tar-regolamenti fil-Gazzetta ma japplikawx għar-
rigward ta’ regolamenti, li l-Ministru jiddikjara li jkunu urġenti.
(3) Kull persuna tista’, fiċ-ċirkostanzi msemmija fi subartikolu
(1) għar-rigward ta’ l-abbozz ta’ regolamenti, mhux aktar tard minn
sitt ġimgħat wara l-promulgazzjoni ta’ regolamenti magħmulin
skond subartikolu (2), tagħmel ilmenti lill-Ministru u, jew lill-
Awtorità  fejn tiddikjara għaliex u kif dawk ir-regolamenti
għandhom jiġu revokati jew emendati.
(4) L-Awtorità  għandha tqis kull ilment lilha magħmul taħt
subartikoli (1) u (3) u għandha tagħmel rapport fuqhom, wara li
tisma lil dawk il-persuni jew tieħu dak il-parir espert li tikkonsidra
spedjenti, lill-Ministru flimkien ma’ kull opinjoni oħra li jista’
jkollha dwar l-abbozz pubblikat taħt subartikolu (1) jew ir-
regolamenti magħmula taħt subartikolu (2), u l-Ministru jista’ meta
jirċievi r-rapport mingħand l-Awtorità  u kull ilment minnu riċevut
jipproċedi biex jirrevedi l-abbozz tar-regolamenti u jippromulga
dawk ir-regolamenti skond dik ir-reviżjoni, jew jemenda
regolamenti diġà  promulgati; iżda fejn l-Awtorità  ma tkunx wara li
jiskadu erba’ ġimgħat wara li jkun skada tmiem il-perjodu għall-
ilmenti msemmija fis-subartikolu (1), għamlet ir-rapport jew ma
tkunx tat l-opinjonijiet tagħha lill-Ministru, l-Ministru jista’
jipproċedi biex jippromulga r-regolamenti li jkunu jinsabu fl-
abbozz bi jew mingħajr ebda bidliet li jista’ jqis spedjenti, mingħajr
preġudizzju għall-possibilità  li jagħmel bidliet meta jirċievi dak ir-
rapport u dawk l-opinjonijiet li jistgħu jsiru.
TAQSIMA  VI
Liċenzi
Liċenzi.
ġejjin kemm-il darba ma jkollux fil-pussess tiegħu  liċenza mill-
Awtorità :
(a) għar-rigward tal-bijodiversità :
(i) għal-liema raġuni tkun biex jikkummerċa,
12 KAP. 435. ħ ĦARSIEN TA’ L-AMBJENT
jittrasporta, jimporta jew jesporta dawk l-ispeċi
ta’ flora jew fawna, kif jista’ jiġi preskritt sew
mejtin sew ħajjin kollha kemm huma jew parti
minnhom, inklużi d-derivattivi tagħhom;
(ii) jkollu dawk il-kampjuni ta’ flora jew fawna kif
jistgħu jiġu preskritti waqt li jkunu qed jinġarru;
(iii) jkollu fil-pussess tiegħu dawk il-kampjuni ta’
flora jew fawna kif jistgħu jiġu preskritti;
(iv) jimmaniġġa dawk il-kampjuni ta’ flora u fawna
kif jista’ jiġi preskritt, b’kull mod inkluż it-
tqegħid ta’ ċrieket u l-immarkar b’tikketti;
(v) jonsob, jispara jew jaqbad dawk il-kampjuni ta’
fawna kif jista’ jiġi preskritt;
(vi) jiġbor dawk il-kampjuni ta’ flora jew fawna kif
jistgħu jiġu preskritti;
(b) għar-rigward tal-maniġġjar ta’ l-iskart:
(i) jaħżen, jiġbor, jittrasferixxi, jirkupra jew
xort’ohra jimmaniġġa jew iġorr dak l-iskart
hekk kif jista’ jiġi preskritt;
(ii) jagħmilha ta’ sensal għat-twettiq tal-funzjonijiet
imsemmija fil-paragrafu (i);
(iii) jikkummerċa, jimporta jew jesporta l-iskart;
(iv) jieħu ħsieb li dak l-iskart, kif jista’ jiġi preskritt,
ikun qed jinġarr;
(v) imexxi faċilitajiet għall-maniġġjar ta’ l-iskart;
(ċ) għar-rigward tal-kontroll tat-tniġġis, jarmi jew
jikkaġuna jew jippermeti li tintrema dik sustanza jew
enerġija kif jista’ jiġi preskritt fl-ambjent;
(d) dwar l-organiżmi ġenetikament modifikati:
(i) jikkummerċa f’organiżmi ġenetikament
modifikati;
(ii) jimmaniġġa jew xort’oħra jkollu fil-pussess
tiegħu organiżmi ġenetikament modifikati;  
(e) kull attività  oħra li tista’ tiġi preskritta.
(2) L-Awtorità  jkollha s-setgħa li tagħti jew tiċħad liċenzi
maħruġa skond dan l-artikolu, u fl-għoti ta’ dawk il-liċenzi l-
Awtorità  jkollha jedd timponi dawk il-kondizzjonijiet li tista’ tqis li
jkunu xierqa:
Iżda meta jiġu miċħuda jew imposti xi kondizzjonijiet
partikolari, l-Awtorità  għandha tagħti r-raġunijiet tagħha għal dik
iċ-ċaħda u għal kull kondizzjoni partikolari li setgħet ġiet imposta.
(3) Kull min iwettaq xi tali attività  li dwarha tkun meħtieġa
liċenza taħt subartikolu (1) mingħajr ma jkollu  li_enza, jew jaġixxi
bi ksur ta’ xi kondizzjoni marbuta ma’ tali liċenza, jkun ħati ta’ reat
kontra dan l-artikolu u jista’, meta jinsab ħati, jeħel multa ta’ mhux
iżjed minn ħamsa w għoxrin elf lira jew priġunerija għal mhux
iżjed minn sitt xhur jew sew dik il-multa u dik il-priġunerija
flimkien.
ĦARSIEN TA’ L-AMBJENT ġ KAP. 435. 13
TAQSIMA  VII
Stima ta’ l-Impatt fuq l-Ambjent
Stima ta’ l-Impatt 
fuq l-Ambjent.
Kap. 356.
12.* Il-Ministru jista’ b’regolamenti jippreskrivi elenku tal-
kategoriji ta’ kull żvilupp li minħabba fix-xorta, firxa u lokalità
tiegħu u, jew, konsiderazzjonijiet ambjentali oħra jkun suġġett għal
stima ta’ l-impatt fuq l-ambjent qabel ma jista’ jingħata permess
għall-iżvilupp mill-Awtorità  ta’ l-Ippjanar taħt l-Att dwar l-
Ippjannar ta’ l-Iżvilupp:
Iżda ebda ħaġa f’dan is-subartikolu m’għandha tipprekludi
lill-Awtorità  ta’ l-Ippjanar milli teħtieġ lil applikant għal permess
għall-iżvilupp li jgħaddi l-proġett minn stima ta’ l-impatt fuq l-
ambjent, ukoll jekk l-iżvilupp ma jkunx jaqa’ taħt f’xi waħda mill-
kategoriji fl-elenki preskritti mill-Ministru.
Dmir ta’ l-Awtorità  
dwar l-Ippjanar 
għar-rigward ta’ 
Stima ta’ l-Impatt 
fuq l-Ambjent.
13*. (1) Fi żmien xahrejn minn meta tirċievi applikazzjoni għal
permess għall-iżvilupp li jkun jeħtieġ Stima ta’ l-Impatt fuq l-
Ambjent taħt l-artikolu 12, l-Awtorità  ta’ l-Ippjanar għandha
tipprovdi lill-Awtorità  b’dik l-informazzjoni li tista’ tiġi preskritta
jew li tista’ xort’ohra tkun meħtieġa minnha biex tistabilixxi t-
termini ta’ referenza biex tkun tista’ ssir Stima ta’ l-Impatt fuq l-
Ambjent.
(2) Fi żmien xahrejn mill-preżentata ta’ l-informazzjoni
imsemmija fis-subartikolu (1), l-Awtorità  għandha tistabbilixxi t-
termini ta’ referenza għal Stima ta’ l-Impatt fuq l-Ambjent u
tittrasmettiha lil min jagħmel l-applikazzjoni.
Poter li jsiru 
regolamenti dwar 
Stimi ta’ l-Impatt 
fuq l-Ambjent.
14.* (1) Il-Ministru jista’ wara li jikkonsulta lill-Awtorità
jagħmel regolamenti, b’mod ġenerali biex jirregola kif isiru Stimi
ta’ l-Impatt fuq l-Ambjent, u mingħajr preġudizzju għal ġeneralità
ta’ dak li jinsab hawn aktar qabel, jista’ b’dawk ir-regolamenti:
(a) jispeċifika l-kriterji li għandhom jiġu sodisfatti fil-
mod kif isiru Stimi ta’ l-Impatt fuq l-Ambjent inklużi
l-akkreditazzjoni u, jew, l-approvazzjoni ta’ konsulenti
jew persuni oħra li jitqabbdu jagħmlu dawk l-istimi;
(b) jidentifika l-punti li għandhom jiġu indirizzati f’dawk
l-istimi u l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta
flimkien magħhom;
(ċ) jistabilixxi l-proċeduri li għandhom jiġu segwiti u l-
mod u meded ta’ żmien li għandhom jiġu osservati fl-
għemil ta’ tali stimi;
(d) jistabilixxi proċeduri li bihom partijiet li jistgħu
jintlaqtu bil-proġett u organizzazzjonijiet li jistgħu
ikollhom  responsabbiltajiet jew interessi speċifiċi
milqutin mill-proġett, jistgħu jingħataw opportunità  li
jesprimu l-opinjonijiet u t-tħassib tagħhom dwar dan.
(2) Mingħajr preġudizzju għal kull regolament magħmul taħt
il-paragrafu (b) tas-subartikolu (1), Stima ta’ l-Impatt fuq l-
Ambjent għandha fil-każijiet kollha tkun tindirizza u tagħti
informazzjoni dwar kif il-proġett ikollu impatt fuq:
*Dan l-artikolu għade mhux fis-seħħ.
14 KAP. 435. ħ ĦARSIEN TA’ L-AMBJENT
(a) il-bnedmin u strutturi soċjali;
(b) il-bijodiversità ;
(ċ) kull riżors naturali inklużi l-art, l-ilma, l-arja, il-klima
u l-pajsaġġ;  u
(d) fuq kull ħaġ’ohra anċillari għall-partiti taħt il-
paragrafi (a), (b) jew (ċ) ta’ dan is-subartikolu.
(3) Stima ta’ l-Impatt fuq l-Ambjent għandha wkoll tkun
tidentifika u tistma l-effetti transkonfini ta’ xi proġett.
Reviżjoni ta’ Stima 
ta’ l-Impatt fuq l-
Ambjent mill-
Awtorità .
15.* (1) Hekk kif itemm Stima ta’ l-Impatt fuq l-Ambjent l-
applikant għandu jippreżenta dik l-istima lill-Awtorità  li għandha fi
żmien tmien ġimgħat tirrevediha u toħroġ rapport dwarha skond is-
subartikolu preċedenti ta’ dan l-artikolu.
(2) Meta fil-fehma ta’ l-Awtorità  l-konklużjonijiet ta’ Stima ta’
l-Impatt fuq l-Ambjent jkunu validi u aċċettabli għaliha, hija
għandha toħroġ rapport pożittiv.
(3) L-Awtorità  tista’ toħroġ rapport pożittiv bla ħsara għal
dawk il-kondizzjonijiet li tista’ tqis meħtieġa biex tiffaċċa xi
tħassib  partikolari li fil-fehma tagħha ma jkunx ġie ttrattat
biżżejjed fl-istima.   Dak ir-rapport huwa hawn aktar ’il quddiem
imsemmi bħala rapport pożittiv taħt kondizzjoni.
(4) Meta Stima ta’ l-Impatt fuq l-Ambjent tikkonkludi li l-
iżvilupp ma jkunx wieħed ambjentalment sostenibbli jew fejn l-
Awtorità  ma tkunx sodisfatt bil-konklużjonijiet ta’ tali Stima ta’ l-
Impatt fuq l-Ambjent, hija għandha toħroġ  rapport negattiv.
Dritt ta’ appell lill-
Awtorità .
16.* Meta minkejja rapport negattiv mill-Awtorità , jingħata
permess għall-iżvilupp taħt l-Att dwar l-Ippjanar ta’ l-Iżvilupp, jew
fejn xi kondizzjoni marbuta mar-rapport pożittiv taħt kondizzjoni
ma tkunx marbuta ma’ xi permess għall-iżvilupp kif imsemmi
qabel, l-Awtorità  ikollha dritt tappella quddiem il-Bord ta’ Appell
dwar l-Ippjanar imwaqqaf taħt l-artikolu 14 ta’ l-imsemmi Att dwar
l-Ippjanar ta’ l-Iżvilupp, mill-ħruġ ta’ dak il-permess għall-iżvilupp
jew mill-ommissjoni ta’ xi kondizzjoni marbuta mill-Awtorità
f’rapport pożittiv taħt kondizzjoni.
Stima strateġika 
fuq l-ambjent.
17.* Mingħajr preġudizzju għall-poteri tiegħu taħt l-artikolu 12,
il-Ministru jista’ jordna li xi dipartiment tal-Gvern jew xi
korporazzjoni jew awtorità  mwaqqfa b’liġi jew xi Aġenzija oħra
tal-Gvern li jgħaddu kull politka jew strateġija adottati jew
ippjanati li jiġu adottati minnhom għal  Stima Strateġika fuq l-
Ambjent, u jista’ b’regolamenti jippreskrivi u jirregola l-proċeduri
u l-metodi li għandhom jiġu adottati f’dawk l-istimi.
TAQSIMA  VIII
Il-Fond dwar l-Ambjent
Twaqqif tal-Fond. 18. L-Awtorità  għandha twaqqaf fond, hawnhekk iżjed ’il
quddiem imsemmi il-Fond, li jkun magħruf bħala l-Fond għall-
Ħarsien ta’ l-Ambjent għall-finijiet stipulati f’din it-Taqsima ta’
*Dan l-artikolu għade mhux fis-seħħ.
ĦARSIEN TA’ L-AMBJENT ġ KAP. 435. 15
dan l-Att.
Amministrazzjoni 
tal-Fond.
19. (1) Il-Fond ikun amministrat minn bord magħmul minn
president li jinħatar mill-Ministru u minn żewġ membri oħra, li
wieħed minnhom jinħatar mill-Ministru responsabbli għall-finanzi
u l-ieħor jinħatar mill-Awtorità  minn fost persuni intiżi fl-ambjent.
Il-Fond ikollu personalità  ġuridika independenti u distinta minn dik
tal-Gvern jew ta’ l-Awtorità  u jkun jista’ jagħmel  kuntratti ta’
akkwist u trasferiment ta’ proprjetà  u jagħmel dak kollu li jkun
meħtieġ jew anċillari għall-funzjonijiet tiegħu.
(2) Il-membri tal-bord għandhom meta jiskadi l-perjodu tal-
ħatra tagħhom kull membru tal-Bord ikun eliġibbli għall-ħatra mill-
ġdid.
(3) Il-Fond jintuża biex jiffinanzja studji biex jitħares l-
ambjent, kif ukoll xogħlijiet li jistgħu jenħtieġu għal dak l-għan
jew biex tiġi rimedjata kull ħsara kaġunata lill-ambjent f’dak li
għandu x’jaqsam ma’  xi pjan ta’ kontinġenza jew emerġenza, jew
biex jiffinanzja dawk l-attivitajiet l-oħra, inklużi attivitajiet
organizzati minn għaqdiet mhux governattivi, li l-Ministru
f’konsultazzjoni ma’ l-Awtorità  jista’ jippreskrivi:
Iżda il-Fond m’għandux jintuża biex jiffinanzja l-ispejjeż
għat-tħaddim ta’ l-Awtorità :
Iżda wkoll l-Awtorità  tista’ titlob ħlas mill-Fond għal
servizzi mogħtija minnha lill-Fond.
(4) Għandu jitħallas fil-Fond:
(a) kull ammont approprjat mill-Parlament għal dak l-
għan;
(b) kull donazzjoni jew għotja magħmula lill-Fond minn
individwi jew istituzzjonijiet;
(ċ) ammonti li l-Awtorità  tirċevi bil-għan li jitqegħdu fil-
Fond;
(d) dawk l-ammonti jew flejjes oħra li jistgħu minn żmien
għal żmien jiġu pprovduti bi jew taħt din il-liġi jew
kull liġi oħra.
Kontijiet tal-Fond.
infiq tiegħu u l-Awtorità  għandha, mingħajr preġudizzju għall-
poteri ta’ l-Awditur :enerali u tal-Ministru responsabbli għall-
finanzi taħt kull liġi li tkun, ta’ kull sena tara li l-kontijiet tal-Fond
jiġu verifikati minn Awdituri Pubbliċi u Accountants kwalifikati kif
imiss u minnha maħtura bi ftehim mal-Ministru.
(2) Il-Fond għandu ta’ kull sena finanzjarja jibgħat lill-
Ministru, permezz ta’ l-Awtorità , kopja tal-karta tal-bilanċ
verifikata tiegħu kif imiss flimkien ma’ rapport ta’ l-attivitajiet
tiegħu matul is-sena finanzjarja preċedenti.   Il-Ministru għandu
jqiegħed kopja tal-karta tal-bilanċ u tar-rapport fuq il-Mejda tal-
Kamra fi żmien xahar minn meta jirċevih mill-Fond.
Eżenzjoni minn xi 
taxxi.
Kap. 123.
Kap. 364.
21. Id-dħul tal-Fond ma jkun soġġett għal ebda taxxa taħt l-Att
dwar it-Taxxa fuq l-Income, u l-Fond ma jkun jista’ jeħel ebda
taxxa taħt l-Att dwar it-Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti.
16 KAP. 435. ħ ĦARSIEN TA’ L-AMBJENT
Poter ta’ għemil ta’ 
regolamenti dwar 
il-Fond.
22. Il-Ministru jista’ bi ftehim tal-Ministru responsabbli għall-
finanzi u wara li jikkonsulta lill-Awtorità  jagħmel regolamenti li
jippreskrivu l-proċedura li għandha tiġi segwita mill-bord tal-Fond
u li xort’ohra tirregola l-Fond. Il-Ministru jista’ b’dawk ir-
regolamenti b’mod partikolari tippreskrivi dawk il-funzjonijiet,
attivitajiet u inizjattivi li jistgħu, jew għandhom jiġu ffinanzjati
mill-Fond.
TAQSIMA  IX
Dritt għal Informazzjoni
Dritt għal 
informazzjoni.
23. Il-Ministru għandu b’regolamenti taħt dan l-artikolu
jipprovdi li membri tal-pubbliku jew dawk il-kategoriji ta’ persuni
li jistgħu jiġu preskritti jkollhom jedd jitolbu minn dawk id-
dipartimenti tal-Gvern, awtoritajiet, korporazzjonijiet pubbliċi jew
persuni oħra kif jista’ jiġi preskritt dik l-informazzjoni li jista’
jkollhom fil-pussess tagħhom u li tkun tirrigwarda l-ambjent.
Mingħajr preġudizzju għall-ġeneralità  ta’ dak hawn aktar qabel
imsemmi, dawk ir-regolamenti  jistgħu jippreskrivu:
(a) x-xorta ta’ informazzjoni li tista’ tkun mitluba;
(b) ċ-ċirkostanzi li fihom tista’ tintalab dik l-
informazzjoni;
(ċ) ċ-ċirkostanzi li fihom dik l-informazzjoni tista’ ma
tingħatax mill-enti li ssirilha t-talba għaldaqshekk u l-
pubblikazzjoni tar-raġunijiet għaliex dik l-
informazzjoni tkun hekk inżammet; 
(d) id-drittijiet li jistgħu jintalbu għar-rigward ta’ xi tali
informazzjoni;  u
(e) ż-żmien li fih għandha tingħata dik l-informazzjoni.
TAQSIMA  X
Infurzar
Azzjoni għal 
danni.
24. (1) Kull min jikkaġuna dannu lill-ambjent għandu,
mingħajr preġudizzju għal kull responsabbiltà  oħra ċivili li jagħmel
tajjeb għal dawk id-danni ma’ kull persuna jew awtorità , jkun
responsabbli li jħallas lill-Fond stabbilit taħt it-Taqsima VIII ta’
dan l-Att, dik is-somma, li tista’ fin-nuqqas ta’ ftehim tiġi stabbilita
mill-qorti arbitrio boni viri, biex tagħmel tajjeb għad-danni
kkaġunati lill-ambjent u sofferti mill-komunità  b’mod ġenerali bin-
nuqqas ta’ osservanza ta’ xi liġi jew regolament minn dik il-
persuna jew bin-negliġenza jew l-għemil xjenti jew l-inabilità  fis-
sengħa jew fil-professjoni tagħha.
(2) Azzjoni f’isem il-Gvern skond is-subartikolu (1) għandha
ssir miċ-Chairman tal-Fond, jew minn min ikun ġie delegat  minnu,
hekk kif  stabbilit taħt Taqsima VIII ta’ dan l-Att, u tiġi preskritta
meta jiskadu tmien snin.
Spetturi 
ambjentali.
25. (1) Il-Ministru jista’ jawtorizza uffiċjali ta’ l-Awtorità
jkunu spetturi ambjentali għall-finijiet ta’ dan l-Att, u dawk l-
ispetturi ambjentali jistgħu hekk kif juru prova ta’ l-identità
ĦARSIEN TA’ L-AMBJENT ġ KAP. 435. 17
tagħhom biex jiżguraw it-tħaris ta’dan l-Att jew ta’ kull regolament
magħmul bis-saħħa tiegħu:
(a) jidħol f’kull post (li ma jkunx post ta’ abitazzjoni) jew
jitla’ fuq kull vettura jew bastiment li jkollu liċenza
taħt dan l-Att, jew li jista’ xort’ohra jkun preskritt; 
(b) jeżamina kull ħaġa li għaliha jista’ jkun japplika kull
regolament taħt dan l-Att u jieħu kull kampjun li jkun
iqis li għandu jieħu għall-eżami;
(ċ) jagħmel pjanti ta’ kull post, vettura jew bastiment u
jieħu ritratti tagħhom wara li jidħol fihom jew jitla’
fuqhom skond il-paragrafu (a) ta’ dan is-subartikolu;
(d) jistħarreġ minn kull minn jeħtieġ informazzjoni f’dak
li għandu x’jaqsam ma’ xi attività  jew ħaġ’oħra
regolata b’dan l-Att;
(e) joħroġ ordnijiet ta’ waqfien lil kull min ma jkunx qed
iħares dan l-Att jew kull regolament magħmul taħtu.
Kap. 9.
Kap. 37.
(2) Id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) għandhom ikunu
mingħajr preġudizzju għall-poteri tal-Pulizija, l-Gwardjani Lokali,
l-Kontrullur tad-Dwana jew ta’ kull awtorità  oħra taħt il-Kodiċi
Kriminali, l-Ordinanza tad-Dwana jew kull liġi oħra.
(3) Spetturi ambjentali maħtura taħt dan l-artikolu għandu
jkollhom, minkejja kull liġi oħra, d-dritt li jgħinu lill-pulizija fil-
prosekuzzjoni ta’ reati taħt dan l-Att u li jidhru fil-każ f’isem il-
prosekuzzjoni.
Penali ta’ 
kompromess.
26. Meta qabel ma jinbdew proċedimenti kriminali f’dak li
għandu x’jaqsam ma’ xi reat taħt dan l-Att, il-ħati jħallas lill-Fond
stabbilit taħt Taqsima VIII ta’ dan l-Att, dak l-ammont li jista’ jiġi
miftiehem ma’ l-Awtorità , li ma jkunx ammont ogħla mill-piena li
jista’ jġib miegħu dak ir-reat, għandha tintemm kull responsabbiltà
kriminali li dik il-persuna jista’ jkollha dwar dak ir-reat:
Iżda l-ftehim li titħallas penali ta’ kompromess lill-Fond
ma jħassar ebda responsabbiltà  ċivili li wieħed jagħmel tajjeb għad-
danni kaġunati lil xi persuna jew awtorità  u għal kull
responsabbiltà  li toħroġ mill-artikolu 24.
TAQSIMA  XI
Mixxellanji
Riserva.
(Kapitolu 348 tal-Liġijiet ta’ Malta), hawnhekk iżjed ’il quddiem
imsejjaħ "l-Att revokat" għandha sakemm din tiskadi jew tiġi
revokata taħt dan l-Att titqies bħala li tkun inħarġet taħt dan l-Att.
(2) Regolamenti magħmulin taħt l-Att revokat għandhom
jitqiesu bħallikieku saru taħt id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u
għandhom ikomplu fis-seħħ u jistgħu jiġu emendati, sostitwiti jew
revokati skond hekk.
Disposizzjonijiet 
transitorji.
28. Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 10(2) għandhom
japplikaw għal kull regolament magħmul mill-Ministru taħt l-
artikolu 9 fil-perjodu sa tliet xhur wara l-bidu fis-seħħ ta’ dan l-Att,
18 KAP. 435. ħ ĦARSIEN TA’ L-AMBJENT
u d-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 10(3) u (4) għandhom japplikaw
għal regolamenti magħmula f’dak il-perjodu bħal ma japplikaw
għal kull regolamenti li għalihom japplika l-imsemmi l-artikolu
10(2).
