INBID ġ KAP. 436. 1
KAPITOLU 436
ATT DWAR L-INBID
Biex jipprovdi għall-kontroll tal-produzzjoni, l-importazzjoni, l-bejgħ u
r-reklamar ta’ l-inbid u prodotti mnisslin mill-inbid
21 ta’ Ġunju, 2002
L-Att XXII ta’ l-2001.
Titolu fil-qosor.
Tifsir.
kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma teħtieġx xort’oħra -
"analista" tfisser persuna jew persuni bi kwalifika kif imiss jew
x’istituzzjoni debitament kwalifikata, li l-Ministru jista’, permezz
ta’ regolamenti, bil-parir tal-Bord, minn żmien għal żmien,
jallokalha r-responsabbiltajiet ta’ kull analisi jew eżami ta’ nbejjed
u prodotti mnisslin mill-inbid u "analisi" għandha tiftiehem f’dan
is-sens;
Kap. 419.
"Awtorità " tfisser l-Awtorità  Maltija dwar l-iStandards stabbilita
bl-Att dwar l-Awtorità  Maltija dwar l-iStandards; 
"Awtorità  dwar l-Infurzar" tfisser il-Bord jew id-Dipartiment jew
xi Dipartiment tal-Gvern ieħor li jista’ jingħata responsabbiltà
b’regolamenti magħmula taħt dan l-Att, jew li xort’oħra jkun
responsabbli biex isiru kontrolli fuq l-inbid u l-prodotti mnisslin
minnu;
"bejgħ" tfisser it-tneħħija ta’ possessjonijiet jew ta’ proprjetà
taħt kull titolu li jkun, u "tbiegħ" għandha tiftiehem skond hekk;
"Bord" tfisser il-Bord biex Jirregola l-Inbid imwaqqaf taħt l-
artikolu 16;
"Dipartiment" tfisser id-Dipartiment ta’ l-Agrikoltura;
"Direttur" tfisser id-Direttur ta’ l-Agrikoltura u tinkludi, sal-
limitu ta’ l-awtorità  lilu mogħtija, kull uffiċjal minnu awtorizzat,
bil-miktub, biex jagħmilha minfloku għal xi wieħed mill-għanijiet
ta’ dan l-Att;
"fabbrika ta’ l-inbid" tfisser kull post fejn jitħejja l-inbid, jiġi
proċessat u maħżun qabel ma jinbiegħ jew jiġi offrut għall-bejgħ.
"importazzjoni" tinkludi l-ħruġ mid-depost doganali u "importat"
għandha tiftiehem skond hekk;
"jeddijiet ta’ taħwil" tfisser id-dritt mogħti lil produttur li
jħawwel dwieli bil-għan li jagħmel għelieqi tad-dwieli ġodda, għal
rikonverżjoni għal inbid b’isem l-għenba minnha magħsur u għat-
tiġdid ta’ dwieli, f’żoni speċifiċi matul perjodu ta’ żmien stabbilit;
"Malta" għandha l-istess tifsir kif mogħti lilha bl-artikolu 124
tal-Kostituzzjoni ta’ Malta;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għall-Agrikoltura u
tinkludi, sal-limitu ta’ l-awtorità  mogħtija, lil kull uffiċjal minnu
2 KAP. 436. ħ INBID
awtorizzat, bil-miktub, biex jagħmilha minfloku għal xi wieħed
mill-għanijiet ta’ dan l-Att;
"nbejjed ta’ kwalità " tinkludi nbejjed prodotti f’reġjuni
speċifikati;
"nbid" u "prodotti mnissla minnu" huma l-prodotti li jinkisbu
mill-fermentazzjoni alkoholika totali jew parzjali ta’ għeneb frisk,
kemm jekk ikun ġie mgħaffeġ jew le, jew ta’ most ta’ l-għeneb, li
jkunu ċertifikati uffiċjalment bħala prodotti esklużivament minn
varjetajiet ta’ għeneb awtorizzati jew rakkomandati;
"nbid artifiċjali" tfisser xarba li ma tkunx tikkonforma mad-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u ma’ xi regolament jew ordni
magħmulin taħtu;
"organizzazzjoni ta’ produtturi" tfisser organizzazzjoni
rikonoxxuta bħala tali, li tkun korp voluntarju, kostitwit b’liġi, ta’
produtturi ta’ nbid partikolari u prodotti ta’ l-inbid partikolari jew
persuni li jaħdmu fl-industriji tal-vitrikoltura u, jew ta’ l-enoloġija,
li jaħdmu flimkien biex jipproduċu, jaħsdu wċuħ, jipproċessaw,
jaħżnu, jippakkjaw u jirreklamaw il-prodotti tagħhom;
"għassar" tfisser kull persuna li tipproduċi l-inbid u most għall-
bejgħ, u tinkludi, fejn dan hu applikabbli rigward ir-reklamar ta’
nbid u most, kull negozjant li ma jkunx bejjiegħ bl-imnut;
"pratki u proċessi enoloġiċi" tfisser dawk il-pratki u proċessi
wżati fil-produzzjoni ta’ l-inbid u tal-prodotti mnisslin minnu
speċifikati taħt dan l-Att;
"persuna" tfisser kull soċjetà , għaqda ta’ persuni jew entità
ġuridika;
Kap. 39.
"piżatur pubbliku" tfisser persuna li jkollha liċenza taħt it-
Taqsima III ta’ l-Ordinanza dwar l-Użin u l-Kejl;
"reġistrazzjoni tinkludi liċenza kummerċjali jew kull
reġistrazzjoni meħtieġa mill-Bord jew mid-Dipartiment u kull
liċenza oħra li tista’ tkun mitluba b’regolamenti magħmula taħt dan
l-Att;
"reġjun speċifikat" tfisser żona fejn jitkabbru d-dwieli jew
kombinazzjoni ta’ żoni fejn jitkabbru d-dwieli li jipproduċu għeneb
għall-inbid b’karatteristiċi kwalitattivi partikolari u li isimhom
jintuża biex ifisser inbid ta’ kwalità.
Liċenza li tingħata 
lill-għassara.
3. (1) Ħadd m’għandu jipprepara, jagħmel jew jibbottilja
nbid prodott lokalment jew importat u prodotti mnissla mill-inbid
għall-bejgħ mingħajr liċenza valida maħruġa mid-Direttur wara li
jsir il-ħlas tad-dritt preskritt b’regolamenti magħmula taħt dan l-
artikolu mill-Ministru fuq il-parir tal-Bord.
(2) Kull liċenza maħruġa taħt is-subartikolu (1) għandha tkun
valida sal-31 ta’ Diċembru tas-sena li fiha toħroġ u tista’ tiġġedded
minn sena għal sena sakemm dik il-liċenza ma’ tiġix kanċellata jew
revokata taħt id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att.
(3) Kull applikazzjoni għall-ħruġ ta’ liċenza taħt is-subartikolu
(1) għandha ssir lid-Direttur fuq il-formola preskritta li tista’
tinġabar mid-Dipartiment u li jkun fiha dik l-informazzjoni kollha
INBID ġ KAP. 436. 3
li d-Direttur jista’ jkun jeħtieġ.
(4) Id-Direttur jista’, qabel ma jagħti jew jiċhad xi liċenza jew
xi tiġdid tagħha, jikkonsulta l-Bord.
(5) Kull liċenza maħruġa taġt is-subartikolu (1) għandha tkun
tirreferi għal xi fabbrika ta’ l-inbid waħda partikolari.
(6) Persuna li tipparteċipa fit-tħaddim ta’ xi fabbrika ta’ l-
inbid li ma jkollhiex liċenza tkun hatja ta’ reat.
(7) Persuna li jkollha liċenza u li tonqos li tikkonforma mad-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att tkun ħatja ta’ reat.
Appell lill-Bord ta’ 
Appell.
4. Meta l-ħruġ jew it-tiġdid ta’ liċenza jkun ġie miċhud, id-
Direttur għandu jgħarraf minnufih lill-applikant b’dik iċ-ċahda u l-
applikant jista’ jappella minnha lil Bord ta’ Appell li jkun magħmul
minn tliet persuni hekk kif maħtura mill-Ministru.
Reġistrazzjoni ta’ 
għelieqi tad-dwieli 
u ta’ produtturi.
5. (1) Għandu jinżamm Reġistru ta’ l-Għelieqi tad-Dwieli
mid-Direttur li jkun perjodikament aġġornat biex jagħti tagħrif
eżatt dwar dawk l-oqsma li jkunu għat-tkabbir ta’ l-għeneb u jagħti
stima ta’ kemm inbid jista’ jiġi prodott minnhom.
(2) Id-Dipartiment għandu jistabbilixxi bażi ta’ referenza
grafika li tkopri l-uċuh kollha li fihom jitkabbru d-dwieli fl-għamla
ta’ mappa li fiha jkun hemm indikat b’mod eżatt il-post u d-daqs ta’
l-oqsma, u din il-bażi grafika għandha tinżamm regolarment
aġġornata biex tkun tista’ turi t-tendenzi li jkun hemm f’żoni fejn
ikunu qed jitkabbru d-dwieli.
(3) Ħadd m’għandu jipproduċi għeneb biex jagħmel l-inbid
jew juża xi art għat-tkabbir tad-dwieli għall-produzzjoni ta’ l-inbid
jekk ma jkunx reġistrat bħala produttur u l-art li fuqha jitkabbru d-
dwieli ma tkunx reġistrata mad-Dipartiment.
(4) Il-Ministru jista’, bil-parir tal-Bord, jagħmel regoli għar-
reġistrazzjoni ta’ varjetajiet tad-dwieli biex jipprovdi għall-
klassifikazzjoni ta’ dawk il-varjetajiet, f’varjetajiet rakkomandati,
varjetajiet awtorizzati u varjetajiet awtorizzati temporanjament.
(5) Dak l-għeneb biss li jappartjeni għall-varjetajiet elenkati
fil-klassifikazzjoni stabbilita skond is-subartikolu (4) bħala
varjetajiet rakkomandati jew awtorizzati, jew il-produzzjoni li
tinkiseb minnu, jista’ jiġi wzat għall-produzzjoni ta’ -
(a) most ta’ l-għeneb bil-fermentazzjoni mwaqqfa biż-
żieda ta’ l-alkoħol;
(b) most ta’ l-għeneb ikkonċentrat;
(ċ) most ta’ l-għeneb ikkonċentrat u rettifikat; 
(d) nbid tal-mejda;
(e) nbid ta’ kwalità  (prodott f’reġjuni speċifikati);
(f) nbid tal-likuri;
(g)  nbid spumanti:
Iżda d-Direttur jista’, bil-parir tal-Bord, jawtorizza li
għeneb minn varjetajiet klassifikati bħala awtorizzati
temporanjament jitqiesu wkoll bħala li huma tajbin biex minnhom
jinħarġu l-prodotti elenkati f’dan is-subartikolu.
4 KAP. 436. ħ INBID
(6) Għeneb frisk, most ta’ l-għeneb, most ta’ l-għeneb fi stat
ta’ fermentazzjoni, nbejjed ġodda li jkunu għadhom fi stat ta’
fermentazzjoni u nbid ġej minn varjetajiet mhux inklużi fil-
klassifikazzjoni, m’għandhomx jinħarġu fiċ-ċirkolazzjoni jew jiġu
wżati fil-produzzjoni ta’nbid jew prodotti mnisslin mill-inbid.
Tipi ta’ nbejjed. 6. Il-Ministru jista’, b’regolament u bil-parir tal-Bord,
jistabbilixxi t-tipi ta’ nbejjed u prodotti relatati ma’ l-inbid li
jistgħu jiġu prodotti, importati jew mibjugħa, kif ukoll il-
kostitwenti tagħhom u s-sahha minima alkoħolika ta’ kull tip.
Xarbiet li 
jissemmew bħala 
nbid.
7. Ebda xarba m’għandha tiġi importata jew mibjugħa f’Malta
bħala nbid jew taħt l-isem ta’ nbid jekk din ma tkunx taqbel
f’kollox mad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u ta’ kull regolament li
jsir taħtu.
Nbid artifiċjali. 8. Ħadd ma jista’ jipproduċi, jimporta, jbiegħ jew joffri għall-
bejgħ bħala nbid xi nbid artifiċjali. 
Regoli li 
jiggvernaw pratki 
enoloġiċi u 
proċessi oħra.
9. Il-Ministru jista’, bil-parir tal-Bord, jagħmel regoli li -
(a) jirregolaw pratki u proċessi enoloġiċi li jistgħu jiġu
wzati biex jiġu prodotti u ppreservati l-inbejjed u l-
prodotti mnisslin minnhom;
(b) jirregolaw t-taħlit u t-tqabbil ta’ most u nbejjed;
(ċ) jistabbilixxu speċifikazzjonijiet dwar il-purità  u l-
identifikazzjoni ta’ sustanzi li jintużaw fi pratki u
proċessi enoloġiċi;
(d) jistabbilixxu l-pratki u l-proċessi li għandhom isiru
biss taħt ir-responsabbiltà  ta’ persuna rikonoxxuta
mid-Dipartiment li jkollha konoxxenza enoloġika
suffiċjenti biex tiżgura l-kwalità  u l-ġenwinità  ta’ l-
inbid jew tal-prodott imnissel mill-inbid;
(e) jistabbilixxi l-kondizzjonijiet li taħthom jistgħu jiġu
applikati pratki u proċessi mhux awtorizzati għal
finijiet sperimentali;
(f) jistabbilixxi pratki u proċessi li jikkonċernaw it-tisħiħ,
l-a ċidifikazzjoni, id-dea ċidifikazzjoni, u ż-żieda fil-
ħlewwa, u dwar il-kontenut tad-dijossidu tal-kubrit u l-
kontenut massimu ta’ a ċidità  volatili.
Wżin ta’ għeneb. 10. (1) Is-sidien ta’ l-għeneb maqtugħ lokalment għall-għasir
għandhom jaraw li l-għeneb jintiżen minn piżatur meta jinqata’.
(2) Il-piżaturi pubbliċi għandhom, minnufih wara li jiżnu xi
għeneb skond id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1), jagħtu lil dik
il-parti jew dawk il-partijiet nota ta’ dan fuq il-formola xierqa
preskritta li tinkiseb mingħand id-Dipartiment.
(3) Kopja ta’ kull nota ta’ piż mogħtija kif provdut fis-
subartikolu (2) għandha tingħata minn dak il-piżatur pubbliku lid-
Direttur fi żmien tletin gurnata minn meta jsir l-uzin.
(4) Kull tagħrif mogħti minn piżatur pubbliku għandu jinkludi
informazzjoni dwar il-varjetà  u l-oriġni.
INBID ġ KAP. 436. 5
Tagħrif, prospetti u 
dikjarazzjonijiet 
minn għassara u 
produtturi.
11. (1) Il-produtturi ta’ l-għeneb għall-inbid reġistrati mad-
Dipartiment għandhom, ta’ kull sena qabel il-31 ta’ Ottubru, u fuq
il-formula xierqa preskritta li tinkiseb mid-Dipartiment,
jiddikkjaraw il-kwantitajiet tal-varjetajiet differenti ta’ għeneb
imkabbra mill-aħħar ħsad:
Iżda l-Ministru jista’, fuq il-parir tal-Bord, jistabbilixxi
data differenti sabiex issir id-dikjarazzjoni dwar il-ħsad sakemm
dik id-data ma tkunx aktar tard mill-31 ta’ Diċembru ta’ l-istess
sena.
(2) Id-Direttur jista’, f’kull żmien, jitlob b’avviz lil xi tali
għassar biex jibgħatlu, fiż-żmien speċifikat fl-avviż, dikjarazzjoni
li turi l-għadd ta’ ettolitri ta’ nbid u most mutu ta’ l-għeneb li kellu
fil-pussess tiegħu fil-ġurnata partikolari jew fil-ġranet partikolari
kif jista’ jkun speċifikat fl-avviz.
Inbejjed ta’ kwalità  
prodotti f’reġjuni 
speċifikati.
12. (1) Il-Ministru jista’, filwaqt li jaġixxi bil-parir tal-Bord,
jagħmel regolamenti li bihom jistipula provvedimenti speċifiċi għal
inbid ta’ kwalità  prodott f’reġjuni speċifiċi u għal prodotti li jkunu
tajbin biex minnhom jitnissel nbid ta’ kwalità .
(2) Kull reġjun speċifiku għandu jkun delineat kemm jista’
jkun bil-preċiż abbażi ta’ kull għalqa tad-dwieli individwali jew
qasam tad-dwieli; dak id-delineament għandu jiehu konjizzjoni tal-
fatturi li jikkontribwixxu għall-kwalità  ta’ l-inbejjed prodotti
f’dawk ir-reġjuni, bhalma huma x-xorta tal-hamrija u s-sottoswol,
il-klima u s-sitwazzjoni ta’ l-għalqa tad-dwieli individwali jew tal-
qasam tad-dwieli. 
(3) Il-Ministru, li jaġixxi fuq il-parir tal-Bord, għandu
jawtorizza lid-dipartiment biex -
(a) jelenka lista ta’ varjetajiet ta’ dwieli awtorizzati jew
rakkomandati ta’ l-ispeċi Vitis vinifera li jkunu tajba
biex jagħtu kull wieħed mill-inbejjed ta’ kwalità
prodotti f’reġjuni speċifikati; u
(b) jistipula l-provvedimenti dwar il-metodi tat-tkabbir tad-
dwieli lokali li jkunu meħtieġa biex tiġi żgurata l-aħjar
kwalità  possibbli għall-inbid ta’ kwalità  lokali.
Produzzjoni ta’ 
nbid ta’ kwalità .
13. (1) Nbid ta’ kwalità  jista’ jiġi prodott biss:
(a) minn għeneb ta’ varjetajiet ta’ dwieli li jidhru fuq il-
listi ta’ varjetajiet approvati jew rakkomandati u li l-
ħsad tagħhom ikun sar fir-reġjun speċifiku; jew
(b) bl-ipproċessar ta’ l-għeneb imsemmi fil-paragrafu (a)
f’most ta’ l-għeneb u l-ipproċessar ta’ dan il-most
f’nbid, kif ukoll bil-produzzjoni ta’ dan l-inbid fir-
reġjun speċifiku fejn ikun sar il-ħsad ta’ l-għeneb;
(2) Minkejja d-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1)(b), nbid ta’
kwalità  jista’ jiġi prodott f’żona fil-viċin sew ta’ dak ir-reġjun
speċifikat, meta dan ikun ġie espressament awtorizzat mill-Bord,
bla ħsara għal dawk il-kundizzjonijiet li l-Bord jista’ jqis xierqa li
jimponi.
(3) Il-Bord jista’ jawtorizza għassar biex jipproduċi nbid ta’
kwalità  bl-ipproċessar ta’ l-għeneb f’most u most f’nbid, kif ukoll
6 KAP. 436. ħ INBID
bil-produzzjoni ta’ dak l-inbid, ankeċ barra minn zona fil-viċin
immedjat tar-reġjun speċifikat fejn ikun sar il-ħsad ta’ l-għeneb li
jintuża.
Regolamenti dwar 
l-ittikkettjar, eċċ., 
ta’ nbejjed u 
prodotti relatati.
14. Il-Ministru jista’, fuq il-parir tal-Bord, jagħmel
regolamenti -
(a) li jirregolaw it-tikkettjar, l-immarkar, il-presentazzjoni
u br-reklamar ta’ nbejjed u prodotti relatati, u d-
deskrizzjonijiet li jistgħu jiġu applikati għal nbejjed u
prodotti relatati li jkunu ġew prodotti lokalment jew
ikunu ġew importati; u
(b) li jispeċifikaw l-informazzjoni meħtieġa fid-
dokumenti li jakkompanjaw it-trasport ta; nbejjed u
prodotti relatati.
Nbid importat. 15. (1) Kull inbid importat bi rfus għandu jitpoġġa f’xi depost
tad-Dwana jew depost ieħor u għandu, qabel ma jiġi rilaxxat, jiġi
bbottiljat taħt is-superviżjoni u l-kontroll tad-Dwana.
(2) Kull min jirtira mid-Dwana jew minn xi depost ieħor inbid
importat li jkun ġie bbottiljat f’Malta, għandu jżomm reġistru li
jkun juri:
(a) l-għadd ta’ fliexken, bil-qies volumetriku tagħhom, li
jkunu ġew irtirati u d-data meta jkunu ġew hekk
irtirati;
(b) it-tip u s-saħħa alkoħolika ta’ l-inbid hekk irtirat.
Bord biex Jirregola 
l-Inbid.
16. (1) Għandu jitwaqqaf Bord li jkun magħruf bħala l-Bord li
Jirregola l-Inbid, u li jkun magħmul minn Chairman, Viċi
Chairman u seba’ membri oħra, li jiġu maħtura mill-Ministru biex
joqogħdu fil-Bord għal perjodu ta’ tliet snin, kif ġej:
(a) id-Direttur tad-Dipartiment ex ufficio, bħala
Chairman;
(b) żewġ uffiċjali anzjani, tekniċi jew xjentifiċi, tad-
Dipartiment, li wieħed minnhom jiġi maħtur bħala
Viċi-Chairman;
(ċ) erba’ membri mill-għassara li jagħmlu dan ix-xogħol
kummerċjalment u, jew mill-organizzazzjonijiet ta’
produtturi; u
(d) żewġ membri li jinħatru minn fost il-bdiewa tad-dwieli
reġistrati.
(2) Il-Ministru għandu jaħtar lil xi membru tad-Dipartiment
biex jagħmilha ta’ Segretarju tal-Bord.
(3) Il-Bord għandu jkollu s-setgħa li -
(a) jaġixxi minkejja li jista’ jkun hemm xi vakanza fost il-
membri tiegħu;
(b) jwaqqaf sotto-kumitati speċjalizzati bil-għan li jittratta
kwistjonijiet li jehtiegu konoxxenza jew esperjenza
speċjalizzata.
(4) Persuna ma tkunx eliġibbli li tiġi maħtura membru tal-
Bord, jew li tkompli sservi bħala membru tal-Bord, jekk dik il-
INBID ġ KAP. 436. 7
persuna -
(a) tkun membru tal-Kamra tar-Rappreżentanti; jew
(b) tkun legalment inabilita; jew
(ċ) tkun ġiet dikjarata falluta jew tkun għamlet
transazzjoni mal-kredituri tagħha; jew
(d) tkun instabet ħatja - 
(i) ta’ xi delitt kontra l-fiduċja pubblika; jew
(ii) ta’ serq; jew
(iii) ta’ frodi; jew
(iv) li xjentement laqgħet għandha oġġetti ġejjin
minn serq jew frodi; jew
(v) xi reat kontemplat taħt dan l-Att jew regolamenti
magħmulin taħtu.
(5) Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ tas-subartikolu (4), il-
Ministru jista’ jtemm in-nomina ta’ xi membru maħtur jekk fl-
opinjoni tiegħu dak il-membru ma jkunx kapa ċi jkompli f’dik il-
kariga jew ma jkunx baqa’ kapa ċi li jaqdi dmirijietu sew.
Funzjonijiet tal-
Bord.
17. Il-funzjonijiet tal-Bord ikunu dawn li ġejjin:
(a) li jagħti parir lill-Ministru fit-tfassil ta’ politika li
tirregola s-settur tal-vitrikoltura u enoloġija, u dwar ir-
regolamenti li jsiru taħt dan l-Att;
(b) li jibda, jiżvilippa, u jsegwi regolamenti magħmulin
jew li jkunu għad iridu jintgħamlu taħt dan l-Att;
(ċ) li jissorvelja u jżomm taħt il-konjizzjoni tiegħu l-
implimentazzjoni, il-funzjonament jew il-kisba adatti,
sa l-ogħla livelli li jistgħu jintlahqu, ta’ l-iskopijiet ta’
dan l-Att u tal-politika tal-Gvern għas-settur ta’ l-
inbid;
(d) li jipparteċipa biex jassigura l-ogħla livell possibbli
għal Malta fis-settur ta’ l-inbid u biex jikkopera u
jikkordina kif ikun mehtieg ma’ dipartimenti tal-Gvern
u korpi oħra fil-kisba ta’ dawn l-għanijiet;
(e) biex jipprovdi lill-Ministru pariri tekniċi, xjentifiċi,
legali u oħrajn fil-qasam ta’ l-inbid u prodotti mnissla
minnu, skond kif jista’ l-Ministru jitlob minn żmien
għal żmien;
(f) li jippromwovi u jipparteċipa f’riċerka, sondaġġi,
programmi, u attivitajiet oħra li jistgħu jitqiesu
meħtieġa għall-ksib ta’ l-aqwa livell ta’ nbid u prodotti
mnissla minnu u ta’ kontroll u biex iħejji u jsostni r-
riżorsi u data bases meħtieġa biex ikunu jistgħu
jwettqu dawn il-ħidmiet;
(g) li jaqdi kull funzjoni jew dover ieħor u li jeserċita
dawk il-poteri u responsabbiltajiet ulterjuri kif jiġu
assenjati lilu f’dan l-Att jew f’xi liġi oħra u hekk kif il-
Ministru jista’ minn żmien għal żmien jistabbilixxi.
Proċedura tal-
Bord.
18. (1) Bla ħsara għal kull regola li l-Ministru jista’ jagħmel,
8 KAP. 436. ħ INBID
il-Bord għandu jirregola l-proċeduri tiegħu nnifsu.
(2) Mingħajr preġudizzju għal kull regola magħmula taħt is-
subartikolu (1), il-Bord għandu jiltaqa’ mill-inqas sitt darbiet fis-
sena.
(3) Il-Bord għandu jirrapporta lill-Ministru u għandu jħejji u
jippreżenta rapport annwali lill-Ministru.
(4) L-ispejjeż kollha konnessi mal-Bord għandhom jitħallsu
mid-Dipartiment.
Ħatra ta’ uffiċjali 
awtorizzati.
19. (1) Il-Ministru jista’, fuq il-parir tal-Bord, jinnomina
uffiċjali pubbliċi biex dawn ikunu uffiċjali awtorizzati biex
jikkontrollaw l-inbid u l-prodotti mnissla minnu.
(2) Ħadd minn fost persuni li għandhom x’jaqsmu b’mod dirett
jew indirett ma’ xi kummerċ ta’ l-inbid jew ta’ prodotti mnissla
minnu, m’għandu jagħmilha ta’ uffiċjal awtorizzat; u ebda uffiċjal
pubbliku m’għandu jkollu x’jaqsam b’mod dirett jew indirett ma’
xi kummerċ ta’ l-inbid jew ta’ prodotti mnissla minnu.
(3) Uffiċjal awtorizzat ikollu l-poter, f’kull ħin raġonevoli, li
jidhol u jispezzjona kull fond li fih jew fejn ikollu tassew għaliex
jaħseb li jkun hemm inbid li jkun qed jiġi prodott, ibbottiljat,
maħżun, mibjugħ jew offrut għall-bejgħ, li jeżamina u jfittex f’dak
il-fond, li jispezzjona dak l-inbid u jeleva kampjuni tiegħu:
Iżda m’għandux uffiċjal awtorizzat jidħol ġo xi abitazzjoni
kemm-il darba ma jkunx awtorizzat għaldaqshekk minn Maġistrat.
(4) Uffiċjal awtorizzat għandu jkollu dritt ta’ a ċċess għal, u
spezzjonar ta’ reġistri, reġistrazzjonijiet u notamenti miżmuma
skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att jew ta’ regolamenti
magħmulin taħtu.
(5) Kull uffiċjal awtorizzat li jeserċita xi poter mogħti lilu bis-
saħħa tas-subartikolu (3) jista’ -
(a) jissekkwestra u jikseb kull reġistrazzjoni li għandu
tassew għaliex jaħseb li tista’ tkun meħtieġa bħala
prova fi proċeduri taħt xi wahda mid-disposizzjonijiet
ta’ dan l-Att jew regolamenti magħmula taħtu; u
(b) fil-każ li r-reġistrazzjonijiet jinżammu f’computer,
jitlob li dawk ir-reġistrazzjonijiet għandhom jiġu
stampati.
(6) Uffiċjal awtorizzat li jiżvela lil xi persuna oħra xi tagħrif li
huwa jkun kiseb fit-twettiq ta’ dmirijietu għar-rigward ta’ xi sigriet
kummerċjali, jkun, mingħajr pregudizzju għal kull responsabbiltà
oħra taħt xi liġi oħra, u sakemm l-iżvelar neċessarjament isir waqt
il-qadi ta’ dmirijietu, ħati ta’ reat.
(7) Kull min - 
(a) xjentement ifixkel jew jikkaġuna t-tfixkil ta’ xi
persuna li tkun qiegħda taġixxi kif dovut fl-
esekuzzjoni tal-funzjonijiet tagħha taħt dan l-Att, jew
(b) mingħajr kawża raġonevoli, jonqos milli jagħti lil xi
persuna li tkun qegħda taġixxi fit-twettiq tal-
funzjonijiet tagħha taħt dan l-Att, xi għajnuna jew
INBID ġ KAP. 436. 9
tagħrif li huwa jkun meħtieġ li jagħti taħt dan l-Att jew
taħt kull liġi oħra, jew jagħti tagħrif falz jew qarrieqi,
ikun ħati ta’ reat.
Teħid ta’ 
kampjuni.
20. (1) Kull meta jittieħed kampjun ta’ xi nbid jew ta’ xi
prodott imnissel mill-inbid għal skop ta’ analisi, dak il-kampjun
għandu jittieħed bla ma jsir ebda ħlas, u għandha tinħareġ riċevuta
uffiċjali għal dan.
(2) Minn żmien għal żmien, il-Ministru għandu, jekk ikun
meħtieġ, jistabbilixxi l-proċedura li għandha tiġi segwita għat-teħid
ta’ kampjuni.
(3) Kampjuni meħudin skond is-subartikolu (2) għandhom
ikunu suġġetti għall-analisi permezz ta’ xi metodu jew metodi
uffiċjali ta’ analizi kif jiġu stabbiliti mill-Ministru għal dak l-għan,
bil-parir tal-Bord.
Dati tal-ħsad u kif 
jiġu stabbiliti l-
inqas prezzijiet 
għall-prodott 
lokali.
21. (1) Id-Direttur jista’, fuq il-parir tal-Bord, b’ordni
pubblikat fil-Gazzetta, jistabbilixxi dwar kull varjetà  u għal kull
sena, d-data jew id-dati meta jkun jista’ jibda l-ħsad ta’ l-għeneb
imkabbar lokalment għall-produzzjoni ta’ l-inbid:
Iżda, f’każijiet speċjali, d-Direttur jista’ fid-diskrezzjoni
tiegħu, jawtorizza bil-miktub lil xi bniedem partikolari li jkabbar l-
uċuħ li jibda l-ħsad f’xi data differenti.
(2) Id-Direttur jista’ jieħu dawk il-passi li jistgħu jidhrulu li
jkunu meħtieġa għas-superviżjoni tax-xiri ta’ l-għeneb mill-
għassara u, jew biex jassigura konformità  ma’ kull ordni li huwa
jagħmel.
Jeddijiet ta’ taħwil 
u rikonverżjoni 
għal inbid b’isem l-
għenba minnha 
magħsur.
22. Il-Ministru jista’ jagħmel regolamenti sabiex jiġu stabbiliti
jeddijiet ta’ taħwil bl-iskop li jiġu stabbiliti oqsma tad-dwieli
ġodda, għar-rikonverżjoni għal inbid b’isem l-għenba minnha
magħsur u għat- tiġdid ta’ dwieli bil-għan li -
(a) jithawwlu aktar dwieli li jkunu orjentati lejn is-swieq
biex jiġu prodotti iktar inbejjed ta’ kwalità  li jimxu fis-
suq;
(b) jkun hemm rilokazzjoni ta’ l-għelieqi tad-dwieli;
(ċ) jiġu adottati teknikalitajiet ġodda ta’ produzzjoni u
maniġġ;
(d) jinkoraġġixxi produtturi żgħazagħ f’dan is-settur;
(e) jippromwovi r-rwol ta’ organizzazzjonijiet ta’
produtturi fis-settur bil-għan li jara li jkun hemm
provvista daqs kemm tkun id-domanda, inaqqas l-
ispejjeż tal-produzzjoni u jippromwovi l-użu ta’ pratki
li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent;
(f) jintroduċi miżuri għall-konsolidazzjoni ta’ l-art li
jkunu kompatibbli mal-ħarsien u t-titjib ta’ l-ambjent,
il-pajsaġġ u l-karatteristiċi tiegħu, ir-risorsi naturali u
d-diversità  ġenetika.
10 KAP. 436. ħ INBID
Inventarju 
nazzjonali tal-
potenzjal għall-
produzzjoni ta’ l-
inbid.
23. Il-Ministru jista’ jagħmel regolamenti sabiex jiġi stabbilit
inventarju nazzjonali tal-potenzjal għall-produzzjoni ta’ l-inbid
inkluż inventarju dwar dan li ġej -
(a) l-uċuh tad-dwieli;
(b) il-varjetajiet imħawwla;
(ċ) il-jeddijiet ta’ taħwil;
(d) it-teknikalitajiet ta’ maniġġ; u
(e) il-medja ta’għeneb prodott.
Proċeduri legali. 24. (1) Fi proċeduri kriminali li jsiru mill-Pulizija quddiem il-
Qorti tal-Maġistrati għal xi reat taħt dan l-Att, sew id-Direttur sew
kull uffiċjal, avukat jew prokuratur legali awtorizzat għaldaqshekk
mid-Direttur jew minn xi awtorità  ta’ l-infurzar oħra jista’,
minkejja xi liġi li tiddisponi xort’oħra, jressaq l-imputazzjoni
quddiem il-qorti, iġib il-provi, jagħmel sottomissjonijiet u
xort’oħra jmexxi l-prosekuzzjoni minflok il-Pulizija.
(2) L-istqarrija maħlufa ta’ uffiċjal, avukat jew prokuratur
legali fejn jingħad li huwa jkun ġie mogħti dik l-awtorità  skond ma
hemm provdut fis-subartikolu (1) għandha tkun prova konklużiva
tal-fatt, li kieku prova ta’ dan tkun meħtieġa mill-akkużat.
Preskrizzjoni għal 
reat taħt l-artikolu 
19(7).
25. L-azzjonijiet kriminali għal akkuża taħt l-artikolu 19(7)
jaqgħu bi preskrizzjoni bl-għeluq ta’ tliet xhur.
Pieni. 26. (1) Persuna li tinsab ħatja ta’ reat taħt dan l-Att tista’ teħel
multa ta’ mhux inqas minn mitejn lira u mhux iktar minn elfejn lira.
(2) Persuna li tinsab ħatja għal xi reat sussegwenti taħt dan l-
Att tista’, meta tinsab hekk hatja, teħel multa ta’ mhux inqas minn
ħames mitt lira u mhux iktar minn hamest elef lira.
(3) Meta xi persuna tinsab ħatja ta’ reat kommess taħt dan l-
Att, ħlief għal sejbien ta’ ħtija dwar xi reat taħt l-artikolu 19(7), il-
qorti tista’ wkoll, fuq talba tal-prosekuzzjoni, tirrevoka jew
tissospendi xi reġistrazzjoni maħruġa għar-rigward ta’ dik il-
persuna hekk misjuba ħatja, jew ta’ dak il-l-fond li dwaru jkunu
ttieħdu l-proċeduri.
(4) Meta persuna tinsab ħatja ta’ xi reat taħt l-artikolu 19(7),
tista’, b’żjieda mal-pieni stipulati fis-subartikoli (1) jew (2), teħel
penali ta’ mhux inqas minn ħamsin lira għal kull ġurnata mid-data
meta tkun insabet ħatja sad-data meta dik il-persuna tieqaf
tostruwixxi jew tikkaġuna ostruzzjoni jew tagħti l-għajnuna jew l-
informazzjoni mehtieġa, skond il-kas.
(5) Persuna li tinsab ħatja ta’ reat taħt dan l-Att għandha, wara
li jsirilha rikors mill-awtorità  dwar l-infurzar wara s-sentenza, tiġi
ordnata mill-qorti li tħallas lill-awtorità  dwar l-infurzar l-ispejjeż li
hi stess tkun għamlet għall-prosekuzzjoni u biex jinġiebu l-provi
dwar ir-reat, magħduda kull spezzjoni li wasslet għall-
prosekuzzjoni.
INBID ġ KAP. 436. 11
Kap. 12.
(6) M’għandu jsir ebda appell minn deċiżjoni tal-qorti taħt is-
subartikolu (5). Kull ammont li jingħata bħala spejjeż minn b’dik
id-deċiżjoni għandu jinġabar bħala dejn ċivili u dik id-deċiżjoni
għandha tkun titolu esekuttiv bl-istess mod bħallikieku kienet
inkluża fost it-titoli esekuttivi li hemm fl-artikolu 253 tal-Kodiċi
ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili. 
Setgħa ta’ għemil 
ta’ regolamenti.
27. Mingħajr preġudizzju għal kull disposizzjoni oħra ta’ dan
l-Att, il-Ministru jista’ jagħmel regolamenti sabiex jagħti effett lil
xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u, mingħajr
preġudizzju għall-ġeneralità  ta’dak li jidher hawn aktar qabel, ir-
regolamenti jistgħu, b’mod partikolari -
(a) jippreskrivu d-drittijiet li għandhom jitħallsu għar-
reġistrazzjoni taħt dan l-Att;
(b) jippreskrivu l-kondizzjonijiet li taħthom ir-
reġistrazzjoni tista’ tingħata jew tiġi mġedda;
(ċ) jikkontrollaw l-importazzjoni, l-produzzjoni, l-
ibbottiljar u l-bejgħ ta’ l-inbejjed;
(d) jistabbilixxi regoli li jipprojbixxu l-għasir żejjed ta’ l-
għeneb u l-għasir tal-morga ta’ l-inbid kif ukoll il-
fermentazzjoni mill-ġdid tal-ħliefa ta’ l-għeneb;
(e) jistabbilixxi regoli għad-distillazzjoni ta’ kwantitajiet
żejda ta’ nbejjed tal-mejda li ma jkunx hemm suq
għalihom;
(f) jipprovdu għall-ħatra u l-poteri ta’ l-analisti u l-
proċedura għat-teħid ta’ kampjuni u l-mod kif isiru l-
analisi;
Kap 449.
(g) jippreskrivu r-rekwiżiti, minbarra dawk preskritti minn
jew taħt l-Att dwar is-Sigurtà  fl-Ikel, li magħhom
għandu jikkonforma kull fond użat għall-produzzjoni
ta’ l-inbid; u
(h) jippreskrivi kull ħaġ’oħra li tista’ jew li għandha tiġi
preskritta taħt dan l-għan.
Kodiċijiet ta’ 
Prattika u linji 
regolatorji.
28. Il-Ministru jista’ joħroġ kodiċijiet ta’ prattika
rakkomandata u ta’ l-ahjar prattika għar-rigward ta’ l-esekuzzjoni u
l-infurzar ta’ dan l-Att u tar-regolamenti u l-ordnijiet magħmulin
taħtu għall-aħjar gwida tal-Bord, jew ta’ xi persuna jew persuni,
jew ta’ xi klassi jew grupp ta’ persuni, involuti fl-esekuzzjoni u l-
infurzar ta’ dan l-Att u tar-regolamenti u l-ordnijiet magħmulin
taħtu.
Dokumentazzjoni.
ta’ xi dokument li għandu jintuża għall-iskopijiet ta’ dan l-Att.
(2) Dokument li għandu jkun iġib fuqu l-firma ta’ xi uffiċjal, li
huwa mifhum li jkollu xi kariga li bis-saħħa tagħha huwa jkollu
taħt dan l-artikolu s-setgħa li jiffirma dak id-dokument jew li jkun
debitament awtorizzat mill-Awtorità  dwar l-Infurzar li jiffirma dak
id-dokument, għandu, għall-finijiet ta’ dan l-Att, u tar-regolamenti
jew l-ordnijiet kollha magħmulin taħtu, jitqies bħala debitament
mogħti, magħmul jew maħruġ bis-setgħa ta’ l-Awtorità  dwar l-
Infurzar.
12 KAP. 436. ħ INBID
Regolamenti li 
jawtorizzaw il-
ħlasijiet imposti.
30. Il-Ministru jista’ jagħmel regolamenti li jirrikjedu jew
jawtorizzaw il-ħlasijiet li għandhom jiġu imposti mill-awtorità
dwar l-infurzar għar-rigward ta’ l-azzjonijiet meħudin mill-awtorità
dwar l-infurzar taħt dan l-Att jew regolamenti magħmulin taħtu,
jew regolamenti fis-settur tal-kontroll ta’ l-inbid u l-prodotti
mnissla mill-inbid.
Applikabilità  tad-
disposizzjonijiet 
ta’ dan l-Att.
31. (1) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att għandhom japplikaw,
dwar is-settur li jirregola, mingħajr preġudizzju għall-
provvedimenti ta’ xi trattat jew ftehim internazzjonali ieħor li
Malta tkun daħlet fihom jew aċċediet għalihom, u mad-
disposizzjonijiet ta’ kull att li s-setgħa tiegħu li jorbot titnissel
minn dak it-trattat jew ftehim.
(2) Il-Ministru għandu, fl-eżerċizzju tas-setgħat mogħtija lilu
b’dan l-Att, jiżgura, dwar is-settur regolat minn dan l-Att, li Malta
tħares id-disposizzjonijiet ta’ trattati u ftehim oħra internazzjonali
li Malta tkun daħlet fihom, u mad-disposizzjonijiet ta’ kull liġi li s-
setgħa tagħha li torbot titnissel minn dak it-trattat jew ftehim.
(3) Il-Ministru jista’, fl-osservanza ta’ xi ħtieġa li tinqala’ taħt
is-subartikolu (2), jagħmel regolamenti li jagħtu drittijiet lil, u
jimponu dmirijiet fuq, kull enti jew korp jew assoċjazzjoni ta’
persuni, kemm jekk din ikollha jew ma jkollhiex personalità  legali
distinta minn dik tal-membri tagħha.
Riservi.
Kap.211.
32. Kull leġislazzjoni sussidjarja magħmula taħt id-
disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar l-Inbid, imħassar b’dan l-Att,
għandhom, sakemm ma jsirx xi provvediment ieħor taħt jew bis-
saħħa ta’ dan l-Att, jibqgħu iseħħu u jkollhom effett daqslikieku
kienu saru taħt l-Att.
