SERVIZZI VETERINARJI ġ KAP. 437. 1
KAPITOLU 437
ATT DWAR IS-SERVIZZI VETERINARJI
Biex jistabbilixxi u jikkonsolida l-ħtiġiet fil-qasam veterinarju, prodotti
mediċinali veterinarji, ħtiġiet dwar l-ghalf u żootekniċi u biex jirregola il-
professjoni veterinarja.
1 ta’ Frar, 2002
L-ATT XXIII ta’ l-2001, kif emendat bl-Att XVIII ta’ l-2002.
Preliminari
Titolu fil-qosor.
Veterinarji.
Tifsiriet.
teħtieġ xort’oħra:
"annimal" tfisser kull membru ħaj tar-renju ta’ l-annimali,
minbarra bnedmin, inklużi forom larvali li jgħixu waħedom u, jew
li jirriproduċu, imma esklużi forom fetali jew embrjoniċi;
"attività  veterinarja privata" għandha t-tifsira mogħtija lilha bl-
artikolu 44;
"attività  veterinarja ta’ l-Istat" għandha t-tifsira mogħtija lilha
bl-artikolu 45;
"Dipartiment" tfisser id-Dipartiment għas-Servizzi Veterinarji;
"Direttur" tfisser id-Direttur Ġenerali, Servizzi Veterinarji, jew
uffiċjal veterinarju nominat minnu;
"importazzjoni" tfisser l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, ta’
annimali ħajjin, prodotti ta’ oriġini mill-annimali u prodotti
mniżżlin fl-Ewwel Skeda, lejn Malta jew lejn it-territorju ta’ sieħeb
fil-kummerċ;
"Kunsill" tfisser il-Kunsill tal-Kirurġi Veterinarji mwaqqaf
skond l-artikolu 39;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għas-servizzi
veterinarji; 
"għalf" tfisser prodotti ta’ oriġini veġetali jew mill-annimali, fl-
istat naturali tagħhom, friski jew preservati, u prodotti miksubin
mill-ipproċessar industrijali tagħhom, u sustanzi organiċi jew
inorganiċi, użati waħedom jew f’taħlitiet, sew jekk ikun fihom sew
jekk ma jkunx fihom additivi, għat-tmigħ ta’ l-annimali mill-ħalq;
"pajjiżi terz" tfisser pajjiż li ma jkunx sieħeb fil-kummerċ;
"perjodu ta’ distakk" tfisser dak il-perjodu ta’ żmien, kif jista’
jkun speċifikat mid-Direttur minn żmien għal żmien, u b’riferenza
għal annimali partikolari jew speċi ta’ annimali, dak iż-żmien li
matulu dak kollu li jiġi prodott u li jkun ta’ oriġini mill-annimali
ma jkunx jista’ jiġi kkunsmat jew mibjugħ għall-konsum tal-
bniedem jew ta’ l-annimali, wara l-amministrazzjoni jew l-użu ta’
mediċini veterinarji jew xi kimika oħra għal raġunijiet terapewtiċi
2 KAP. 437. ħ SERVIZZI VETERINARJI
jew oħrajn;
"post ta’ spezzjon fil-konfini" tfisser kull post ta’ spezzjon,
imsemmi u approvat biex hemm isiru spezzjonijiet veterinarji fuq
annimali ħajjin u prodotti li jkunu qegħdin jaslu minn pajjiżi terzi
fil-konfini tat-territorju ta’ Malta jew fil-konfini tat-territorju ta’ xi
sieħeb fil-kummerċ;
"prodott mediċinali immunoloġiku veterinarju" tfisser prodott
mediċinali veterinarju amministrat lill-annimali sabiex jipproduċi
immunità  attiva jew passiva jew biex jagħmel dijanjosi ta’ l-istat
ta’ immunità ;
"prodott mediċinali veterinarju" tfisser prodott mediċinali
maħsub għall-annimali;
"servizzi veterinarji" tfisser l-awtorità  f’Malta, jew f’sieħeb fil-
kummerċ, jew f’pajjiżi terz, skond kif ikun il-każ, li jkollha s-
setgħa biex twettaq spezzjonijiet veterinarji u tagħmel eżamijiet;
"sieħeb fil-kummerċ" tfisser dak l-Istat, jew grupp ta’ Stati, jew
organizzazzjoni jew istituzzjoni kif jista’ jkun imsemmi mill-
Ministru b’avviż minn żmien għal żmien, liema Stat, grupp ta’
Stati, organizzazzjoni jew istituzzjoni jkunu ffirmaw xi trattat jew
ftehim, ikun x’ikun imsejjaħ, mal-Gvern ta’ Malta rigward id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att;
"tqegħid fis-suq" tfisser li żżomm jew tesibixxi għall-bejgħ,
toffri għall-bejgħ, tbiegħ, tikkunsinna, tittrasferixxi jew kull
għamla oħra li toffri għall-konsum, taħżen, tittrasporta bil-għan ta’
bejgħ u timporta bil-għan ta’ bejgħ;
"veterinarju uffiċjali" tfisser kirurgu veterinarju li jkun
awtorizzat biex iwettaq l-attivitajiet veterinarji ta’ l-Istat.
Applikabilità . 3. (1) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att japplikaw għal - 
(a) l-ħtiġiet fil-qasam veterinarju - 
(i) dwar is-saħħa ta’ l-annimali u s-saħħa pubblika
rigward annimali ħajjin inklużi il-prodotti
ġerminali imsemmija fil-paragrafu (a) ta’ l-
Ewwel Skeda;
(ii) dwar is-saħħa ta’ l-annimali u s-saħħa pubblika
rigward prodotti ta’ oriġini mill-annimali,
inklużi prodotti sekondarji u l-prodotti tal-pjanti
msemmija fil-paragrafi (b) u (ċ) ta’ l-Ewwel
Skeda;
(b) l-ħtiġiet fi prodotti mediċinali veterinarji;
(ċ) l-ħtiġiet li għandhom x’jaqsmu ma’ l-għalf;
(d) l-ħtiġiet zootekniċi fit-tnissil u t-trobbija ta’ l-
annimali.
(2) Ir-regolamentazzjoni ta’ - 
(a) id-drittijiet u l-obbligazzjonijiet ta’ persuni naturali u
ġuridiċi fil-qasam ta’ attivitajiet veterinarji, kif ukoll
attivitajiet veterinarji professjonali u l-ezekuzzjoni
tagħhom;
SERVIZZI VETERINARJI ġ KAP. 437. 3
(b) l-organizzazzjoni tal-persuni li jkunu qegħdin
jeserċitaw attivitajiet veterinarji privati; u
(ċ) l-organizzazzjoni, l-iskop ta’ l-awtorità  u l-poteri tal-
korpi li jkunu qegħdin jeserċitaw l-attivitajiet
veterinarji ta’ l-Istat,
għandhom jiġu regolati bid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att.
TAQSIMA I
Ħtiġiet veterinarji
Ħtiġiet fil-qasam 
veterinarju.
4. Il-ħtiġiet veterinarji f’dan l-Att għandhom jinkludu -
(a) miżuri, li jirrigwardaw annimali ħajjin, li għandhom
x’jaqsmu ma’ -
(i) l-kontroll ta’ mard li jittieħed;
(ii) l-għoti ta’ avviż dwar mard;
(iii) identifikazzjoni u registrazzjoni ta’ l-annimali;
(iv) kondizzjoniijiet tas-saħħa li għandhom x’jaqsmu
maċ-ċaqlieq ta’ annimali ħajjin u prodotti
ġerminali; u
(v) kondizzjonijiet għall-importazzjoni li għandhom
x’jaqsmu ma’ annimali ħajjin u prodotti
ġerminali importati ġewwa Malta minn pajjiżi
terzi;
(b) miżuri, li jirrigwardaw prodotti ta’ oriġini mill-
annimali, li għandhom x’jaqsmu ma’ -
(i) l-produzzjoni u tqegħid fis-suq ta’ prodotti ta’
oriġini mill-annimali;
(ii) miżuri dwar is-saħħa ta’ l-annimali għall-
produzzjoni u tqegħid fis-suq ta’ prodotti ta’
oriġini mill-annimali ; u
(iii) kondizzjonijiet għall-importazzjoni li għandhom
x’jaqsmu ma’ prodotti ta’ oriġini mill-annimali
importati ġewwa Malta minn pajjiżi terzi;
(ċ) miżuri li għandhom x’jaqsmu ma’ annimali ħajjin u
prodotti ta’ oriġini mill-annimali li jirrigwardaw -
(i) il-projbizzjoni fuq l-użu ta’ ċerti sustanzi;
(ii) is-sorveljar ta’ ċerti sustanzi u residwi tagħhom
f’annimali ħajjin u prodotti ta’ oriġini mill-
annimali ; u
(iii) ħmieġ ta’ l-annimali u patoġeni;
(d) miżuri li jirrigwardaw spezzjonijiet veterinarji li
għandhom x’jaqsmu ma’ l-iskambju, ma’ sħab fil-
kummerċ, ta’ annimali ħajjin u prodotti ta’ oriġini
mill-annimali ;
(e) miżuri li jirrigwardaw spezzjonijiet veterinarji li
għandhom x’jaqsmu mal-importazzjoni, minn pajjiżi
terzi, ta’ annimali ħajjin u prodotti ta’ oriġini mill-
annimali ;
4 KAP. 437. ħ SERVIZZI VETERINARJI
(f) ċertifikazzjoni rigward affarijiet veterinarji; u
(g) ir-relazzjoni ma’ sħab fil-kummerċ f’affarijiet
veterinarji.
Kontroll ta’ mard li 
jittieħed.
5. (1) Il-Ministru jista’ jippreskrivi regoli li jirrigwardaw il-
prevenzjoni u l-kontroll ta’ mard u, b’mod partikolari, jista’
b’dawk ir-regoli - 
(a) jikklassifika mard bħala mard li jittieħed perikoluż u
jippreskrivi l-ħtiġiet veterinarji dwaru;
(b) jimponi l-obbligazzjonijiet fuq is-sidien ta’ l-annimali
u tal-prodotti ta’ oriġini mill-annimali, inkluż l-
obbligu li jiġi notifikat id-Dipartiment, f’dawk iċ-
ċirkostanzi kif jista’ jiġi preskritt;
(ċ) jippreskrivi l-proċedura għad-djanjosi ta’ mard;
(d) jimponi miżuri restrittivi fil-każ ta’ xi suspett jew is-
seħħ ta’ mard;
(e) jistabbilixxi Laboratorju Veterinarju Nazzjonali.
(2) Il-Ministru għandu jħejji regolamenti dwar pjanijiet ta’
kontinġenza li jkollhom x’jaqsmu mal-mard imsemmi fis-
subartikolu (1).
(3) Għall-għanijiet ta’ dan l-artikolu, l-kontroll ta’ mard li
jittieħed għandu jinkludi miżuri għall-protezzjoni kontra żoonosi
speċifikati u aġenti żoonotiċi speċifikati f’annimali u prodotti ta’
oriġini mill-annimali biex tkun ipprevenuta kull tifqigħa ta’
infezzjonijiet u intossikazzjonijiet li jinġarru fl-ikel.
Notifikazzjoni ta’ 
mard.
6. (1) Id-Dipartiment għandu, fi żmien erbgħa w għoxrin
siegħa ta’ kull okkażjoni li tinqala’, javża lill-isħab fil-kummerċ
dwar-
(a) it-tifqigħa primarja, konfermata ġewwa Malta, ta’ xi
marda elenkata fit-Tieni Skeda; u
(b) it-tneħħija, wara l-eradikazzjoni ta’ l-aħħar każ ta’
tifqigħa, ta’ restrizzjonijiet imposti f’dak li għandu
x’jaqsam mat-tifqigħa tal-marda.
(2) Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet tas-
subartikolu (1), id-Dipartiment għandu javża direttament lill-isħab
fil-kummerċ, almenu fl-ewwel jum tax-xogħol ta’ kull ġimgħa,
b’kull tifqigħa sekondarja ta’ xi marda elenkata fit-Tieni Skeda li
tkun konfermata ġewwa Malta. L-avviż imsemmi hawn aktar qabel
għandu jkun ikopri il-ġimgħa li tispiċċa f’nofs il-lejl ta’ bejn il-
Ħadd u t-Tnejn li jiġi minnufih qabel.
(3) L-avviżi msemmija fil-subartikoli (1) u (2) għandhom jiġu
kkumnikati b’dak il-mod kif jista’ jkun stabbilit mid-Direttur.
Identifikazzjoni u 
reġistrazzjoni ta’ 
annimali.
7. Il-Ministru jista’ jippreskrivi regoli sabiex jistabbilixxi
sistemi għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta’ annimali.
Ċaqlieq ta’ 
annimali ħajjin u 
prodotti ġerminali.
8. Il-Ministru jista’ jippreskrivi regoli li jirrigwardaw il-
kondizzjoniijiet tas-saħħa li għandhom jiġu osservati f’dak li
għandu x’jaqsam maċ-ċaqlieq ta’ annimali ħajjin u prodotti
ġerminali.
SERVIZZI VETERINARJI ġ KAP. 437. 5
Kondizzjonijiet 
għall-
importazzjoni li 
għandhom 
x'jaqsmu ma' 
annimali ħajjin u 
prodotti ġerminali.
9. (1) Il-Ministru jista’ jippreskrivi regoli li jirrigwardaw il-
kondizzjonijiet, u partikolarment kondizzjoniijiet tas-saħħa, li
taħtom jistgħu jiġu importati annimali ħajjin u prodotti ġerminali
minn pajjiżi terzi.
(2) Id-Direttur għandu jippubblika fil-Gazzetta - 
(a) lista ta’ pajjiżi terzi minn fejn annimali ħajjin u
prodotti ġerminali huma awtorizzati li jiġu importati
ġewwa Malta; 
(b) lista ta’ ċentri ta’ kollezzjoni, korpi approvati, istituti
jew ċentri, awtorizzati jesportaw annimali ħajjin u
prodotti ġerminali lejn Malta;
(ċ) mudell ta’ ċertifikat, li jkollu x’jaqsam ma’ kull xorta
differenti ta’ annimali ħajjin u prodotti ġerminali, biex
jintuża mill-importaturi.
Tqegħid fis-suq ta’ 
prodotti ta’ oriġini 
mill-annimali.
10. (1) Il-Ministru jista’ jippreskrivi regoli li jirrigwardaw il-
produzzjoni u, wara konsultazzjoni mal-Ministru responsabbli mis-
saħħa pubblika, jista’ jippreskrivi regoli li jirrigwardaw it-tqegħid
fis-suq ta’ prodotti ta’ oriġini mill-annimali. 
(2)  Id-Direttur għandu jippubblika fil-Gazzetta il-lista ta’
stabbilimenti approvati għall-ipproċessar u t-tqegħid fis-suq ta’
prodotti ta’ oriġini mill-annimali .
Miżuri tas-saħħa 
ta’ l-annimali.
11. Il-Ministru jista’ jippreskrivi regoli li jirrigwardaw miżuri
tas-saħħa ta’ l-annimali li għandhom jittieħdu għall-produzzjoni, l-
ipproċessar u t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti ta’ oriġini mill-
annimali.
Kondizzjonijiet 
għall-
importazzjoni li 
għandhom 
x'jaqsmu ma' 
prodotti ta’ oriġini 
mill-annimali.
12. (1) Il-Ministru jista’, bi qbil mal-Ministru responsabbli
mis-saħħa pubblika, jippreskrivi regoli li jirrigwardaw il-
kondizzjonijiet, u partikolarment kondizzjonijiet ta’ saħħa u sanità ,
li taħtom prodotti ta’ oriġini mill-annimali jistgħu jiġi importati
minn pajjiżi terzi.
(2)  Id-Direttur għandu jippubblika fil-Gazzetta - 
(a) lista ta’ pajjiżi terzi minn fejn prodotti ta’ oriġini mill-
annimali huma awtorizzati li jiġu importati ġewwa
Malta;
(b) lista ta’ stabbilimenti awtorizzati jesportaw prodotti
ta’ oriġini mill-annimali lejn Malta;
(ċ) mudell ta’ ċertifikat li jkollu x’jaqsmu ma’ kull xorta
differenti ta’ prodotti ta’ oriġini mill-annimali, biex
jiġi muri mill-importaturi.
Projbizzjoni ta’ l-
użu ta’ ċerti 
sustanzi.
13. Il-Ministru jista’, bi qbil mal-Ministru responsabbli għas-
saħħa pubblika jippreskrivi regoli -
(a) li jirrigwardaw il-projbizzjoni ta’ l-użu, fit-trobbija
tal-bhejjem, ta’ sustanzi li jkollhom azzjoni ormonali
jew tireostatika u ta’ agonisti beta u somatotrofin
bovin, u ta’ sustanzi oħra li jistgħu, fil-fehma tal-
Ministru responsabbli għas-saħħa pubblika, jkunu
dannużi għas-saħħa pubblika; u 
(b) li jirrigwardaw il-miżuri li għandhom jittieħdu għas-
6 KAP. 437. ħ SERVIZZI VETERINARJI
sorveljar ta’ sustanzi u residwi tagħhom f’annimali
ħajjin u fi prodotti ta’ oriġini mill-annimali.
Karkassi sħaħ jew 
fdalijiet ta' l-
annimali u 
patoġeni.
14. Il-Ministru jista’, wara konsultazzjoni mal-Ministru
responsabbli għall-ambjent, jippreskrivi regoli li jirrigwardaw il-
miżuri li għandhom jittieħdu għad-disponiment u l-ipproċessar ta’
karkassi sħaħ jew fdalijiet ta’ l-annimali u patoġeni, għat-tqegħid
tagħhom fis-suq, u għall-prevenzjoni ta’ patoġeni fl-għalf li jkollu
oriġini mill-annimali jew mill-ħut .
Spezzjonijiet 
veterinarji relattivi 
għal annimali 
ħajjin u prodotti ta’ 
oriġini mill-
annimali.
15. (1) Il-Ministru jista’ jippreskrivi regoli li jirrigwardaw l-
ispezzjonijiet veterinarji li għandhom isiru fuq annimali ħajjin,
prodotti ġerminali, karkassi sħaħ jew fdalijiet ta’ l-annimali,
patoġeni u prodotti li joriġinaw mill-annimali, li jkunu maħsuba
għall-kummerċ u li jkunu soġġetti għal skambju ma’ xi sħab fil-
kummerċ.
(2) Il-Ministru jista’ jippreskrivi regoli li jirrigwardaw il-
miżuri li għandhom jittieħdu matul spezzjoni li tkun qed issir fil-
post ta’ l-oriġini u tad-destinazzjoni ta’ xi kunsinna jew matul it-
trasport.
(3) Il-Ministru jista’ b’regolamenti jippreskrivi l-mod li bih
dawk in-nefqiet li għandhom x’jaqsmu mal-miżuri preskritti fis-
subartikolu (2) għandhom jitħallsu mill-kunsinnatarju jew mir-
rappreżentant tiegħu jew mill-persuna responsabbli għall-annimali
jew prodotti ta’ oriġini mill-annimali.
(4) Il-Ministru jista’ b’regolamenti jippreskrivi l-miżuri li
għandhom jittieħdu fil-każ meta s-servizzi veterinarji f’Malta
jistabbilixxu l-preżenza ta’ aġenti responsabbli għal xi marda
imsemmija fit-Tieni Skeda, żoonosi jew xi marda, jew kull kawża li
x’aktarx tikkostitwixxi periklu serju għall-annimali jew bnedmin. 
(5) Fil-każijiet imsemmija fis-subartikoli (2) u (4), id-Direttur
jista’ jordna li jkollhom jittieħdu xi miżuri immedjati ta’
emerġenza, u għandu jistabbilixxi kuntatti diretti mal-persuni,
organizzazzjonijiet jew amministrazzjonijiet interessati kemm
f’Malta kemm barra mill-pajjiż.
Importazzjoni ta’ 
annimali ħajjin u 
prodotti ta’ oriġini 
mill-annimali.
16. (1) Id-Dipartiment tad-Dwana m’għandux jawtorizza ir-
rilaxx, għal ċirkolazzjoni libera f’Malta, ta’ annimali ħajjin jew
prodotti ta’ oriġini mill-annimali, inklużi l-prodotti elenkati fl-
Ewwel Skeda, importati f’Malta, kemm-il darba ma tkunx
sodisfatta li jkunu tħarsu l-ħtiġiet stipulati f’dan l-artikolu.
(2) Il-Ministru jista’, bi qbil mal-Ministru responsabbli għad-
dwana, jippreskrivi regoli li jirrigwardaw l-organizzazzjoni u l-
azzjoni li għandhom jittieħdu wara li ssir l-ispezzjoni ta’ annimali
ħajjin, u l-azzjoni li għandhom jittieħdu wara l-ispezzjoni ta’
prodotti ta’ oriġini mill-annimali.
(3)  Id-Direttur jista’ jordna li jittieħdu miżuri immedjati ta’
emerġenza, u għandu jistabbilixxi kuntatt dirett mal-persuni,
organizzazzjonijiet jew amministrazzjonijiet interessati f’Malta jew
barra mill-pajjiż meta -
(a) f’xi pajjiż terz, tfaqqa’ jew tixtered xi marda elenkata
fit-Tieni Skeda, żoonosi jew xi marda oħra, jew dawk
iċ-ċirkostanza l-oħra li jistgħu jippreżentaw theddida
SERVIZZI VETERINARJI ġ KAP. 437. 7
serja fis-saħħa ta’ l-annimal jew tal-bniedem; jew
(b) xi raġuni oħra serja fis-saħħa ta’ l-annimali jew fis-
saħħa tal-bniedem tkun hekk teħtieġ, fid-dawl ta’
riżultanzi ta’ l-esperti veterinarji ta’ xi sieħeb fil-
kummerċ jew abbażi ta’ l-ispezzjonijiet li jkunu
qegħdin isiru f’post ta’ spezzjon fil-konfini ta’ xi
sieħeb fil-kummerċ; jew
(ċ) xi waħda mill-ispezzjonijiet li hemm provdut dwarhom
f’dan l-artikolu jindika li xi kunsinna ta’ annimali
ħajjin jew prodotti ta’ oriġini mill-annimali, inklużi l-
prodotti elenkati fl-Ewwel Skeda, x’aktarx
tikkostitwixxi periklu għas- saħħa ta’ l-annimali jew
tal-bniedem.
(4) Il-Ministru jista’ b’regolamenti jippreskrivi l-mod kif l-
ispejjeż li għandhom x’jaqsmu mal-miżuri preskritti fis-subartikolu
(2) għandhom jitħallsu mill-kunsinnatur jew ir-rappreżentant
tiegħu jew mill-persuna responsabbli għall-annimali jew prodotti
ta’ oriġini mill-annimali.
(5) Il-Ministru jista’ jippreskrivi l-frekwenza ta’ spezzjonijiet
veterinarji li għandhom x’jaqsmu ma’ importazzjonijiet, minn
pajjiżi terzi, ta’ annimali ħajjin u prodotti ta’ oriġini mill-annimali,
inklużi l-prodotti elenkati fl-Ewwel Skeda.
(6) Il-Ministru jista’ jippreskrivi regolamenti għall-
approvazzjoni ta’ postijiet ta’ spezzjon fil-konfini sitwati f’Malta,
u għas-sospensjoni, għal raġunijiet relattivi għas-saħħa pubblika
jew ta’ l-annimali, ta’ dawk il-postijiet ta’ spezzjon fil-konfini.
Ċertifikazzjoni.
ċertifikazzjoni li għandha tiġi stabbilita dwar spezzjonijiet
veterinarji u l-kontroll ta’ annimali ħajjin u prodotti ta’ l-annimali
u jippreskrivi regoli li jirrigwardaw ħlasijiet li għandhom isiru in
konnessjoni ma’ l-attività  ta’ spettorat.
Miżuri finanzjarji.
iżradikar ta’ mard għandhom ikunu jikkonsistu fi -
(a) kontribuzzjonijiet finanzjarji u miżuri kompensatorji
fil-qafas ta’ xi emerġenza, kif dikjarat b’ordni tal-
Ministru; u
(b) kontribuzzjonijiet finanzjarji konnessi ma’ xi skemi
nazzjonali għall-iżradikar ta’ mard partikolari.
(2) Jekk jiġri li t-tifqigħa ta’ xi marda elenkata fil-Ħames
Skeda, is-servizzi veterinarji għandhom jiddefinixxu ż-żoni ta’
protezzjoni w is-sidien ta’ l-annimali jirċevu dik il-kontribuzzjoni
finanzjarja mill-Istat mis-servizzi veterinarji għall-iżradikar tal-
marda, kif il-Ministru jista’, minn żmien għal żmien, wara
konsultazzjoni mad-Direttur, jistabbilixxi, bla ħsara għall-
kondizzjoni li l-miżuri applikati ikunu jikkonsistu, mill-inqas, fl-
isolament tal-qasam miż-żmien ta’ suspett tal-preżenza tal-marda,
u, wara li tingħata konferma uffiċjali tal-marda, u - 
(a)  is-servizzi veterinarji jesiġu it-tbiċċir ta’ annimali ta’
speċi suxxettibbli li jkunu intlaqtu jew ġew
kontaminati jew ikunu suspetti li jkunu intlaqtu jew
8 KAP. 437. ħ SERVIZZI VETERINARJI
ġew kontaminati, u l-qirda tagħhom, u, fil-każ ta’ xi
pesta ta’ l-għasafar, l-qirda tal-bajd;
(b)  is-servizzi veterinarji jesiġu l-qirda ta’ għalf
kontaminat u tagħmir kontaminat, fil-każ li l-oġġetti
kontaminati ma jkunux jistgħu jiġu disinfettati skond
il-paragrafu (ċ); u
(ċ)  is-servizzi veterinarji jesiġu t-tindif, l-qirda ta’ l-
insetti u disinfettar ta’ l-oqsma u tat-tagħmir fuq il-
oqsma.
(3) Is-sidien ta’ annimali ikollhom jedd jirċievu kontribuzzjoni
finanzjarja mill-Istat biss jekk jiġu rispettati l-miżuri definiti mis-
servizzi veterinarji biex jipprevjenu ir-riskju tat-tifrix ta’
infezzjoni, sakemm jitħares iż-żmien ta’ stennija stabbilit mis-
servizzi veterinarji bħala dak li għandu jiġi osservat wara t-tbiċċir u
qabel it-tgħammir mill-ġdid tal-qasam.
(4) Mingħajr preġudizzju għal kull miżura ta’ appoġġ mis-suq
li tista’ tittieħed, il-kontribuzzjoni finanzjarja ta’ l-Istat tista’, jekk
ikun hekk adatt, tinqasam f’saffi; il-kontribuzzjoni, li għandha tkun
adegwata u mingħajr dewmien, tista’ tkun fl-għamla ta’ -
(a)  ir-rimborż ta’ l-ispejjeż li jsiru mis-sidien fit-tbiċċir,
l-qirda ta’ annimali u, fejn ikun hekk adatt, il-prodotti
tagħhom, għat-tindif, il-qirda ta’ l-insetti u d-
disinfettar ta’ oqsma u tagħmir, u għall-qirda ta’ l-
għalf kontaminat u tagħmir kontaminat imsemmija fis-
subartikolu (2)(b); jew
(b) fejn is-servizzi veterinarji jkunu ordnaw li annimali,
jew ċertu tipi jew speċi ta’ annimali, għandhom jiġu
vaċċinati, rigward il-provvista tal-vaċċin u l-
amministrazzjoni tal-vaċċinazzjoni mis-servizzi
veterinarji mingħajr ebda ħlas.
(5) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (6), id-
disposizzjonijiet tas-subartikoli (2), (3) u (4) għandhom japplikaw,
minkejja li jkun hemm xi programm ta’ żradikar, skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 19, għar-rigward tal-marda.
(6) Jekk jiġri li tfaqqa’ n-Newcastle disease f’Malta,
għandhom japplikaw id-disposizzjonijiet tas-subartikoli (2) u (3):
Iżda l-Ministru jista’ jawtorizza, taħt ċerti kondizzjonijiet
u għal perjodu limitat u f’distrett limitat, li tiġi amministrata l-
vaċċinazzjoni, imma, f’dak il-każ, ebda kontribuzzjoni finanzjarja
ta’ l-Istat m’għandha tingħata għall-provvista tal-vaċċin jew għall-
amministrazzjoni tal-vaċċinazzjoni.
(7) Il-Ministru jista’ japplika d-disposizzjonijiet tas-
subartikoli (3) u (4), bl-eċċezzjoni tad-
disposizzjonijiet tas-subartikolu (4)(b), għal żoonosi.
(8) Il-Ministru jista’ b’regolamenti jżid mal-lista ta’ mard
elenkat fil-Ħames Skeda kull marda li x’aktarx tikkostitwixxi
periklu għas-saħħa pubblika jew dik ta’ l-annimali f’Malta.
(9) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu -
''miżuri ta’ appoġġ mis-suq'' tfisser dawk il-miżuri li jkunu
SERVIZZI VETERINARJI ġ KAP. 437. 9
permessi li jittieħdu, bi ftehim mas-sħab fil-kummerċ, bix
jappoġġaw il-prezzijiet fis-suq fil-każ ta’ tifqigħa ta’ xi waħda
mill-mard iniżżlin fil-Ħames Skeda; u
''żona ta’ protezzjoni'' tfisser kull l-area kif jista’ jiġi
uffiċjalment dikjarat mill-Ministru, li tkun area bbażata fuq raġġ
minimu ta’ tliet kilometri u żona ta’ sorveljanza bbażata fuq raġġ
minimu ta’ għaxar kilometri, meta jiqiesu konfini naturali, li fiha
tkun ġiet dijanjostikata l-presenza ta’ marda li tkun notifikata, u li
fiha għandhom jitteħdu l-miżuri, skond id-disposizzjonijiet ta’ dan
l-Att, għall-kontroll u l-iżradikar tal-mard.
Kontribuzzjoni 
finanzjarja 
konnessa ma’ 
skemi nazzjonali.
19. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, id-
Direttur jista’ jagħmel skemi nazzjonali għall-prevenzjoni, kontroll
u żradikar ta’ mard elenkat fir-Raba’ Skeda.
(2) Il-Ministru jista’, bi qbil mal-Ministru responsabbli għall-
finanzi, jippreskrivi regoli biex iġib fis-seħħ id-disposizzjonijiet ta’
dan l-artikolu, u, mingħajr preġudizzju għall-ġeneralità  ta’ dak
hawn qabel imsemmi, jista’, b’mod partikolari, jippreskrivi regoli
dwar -
(a)  il-mard li jkun soġġett għal skema nazzjonali ta’
żradikar;
(b)  il-kondizzjonijiet li taħtom is-sidien ta’ annimali
jiksbu il-kontribuzzjoni finanzjarja ta’ l-Istat mis-
servizzi veterinarji għall-iżradikar ta’ dan il-mard; u
(ċ) il-kontribuzzjoni finanzjarja ta’ l-Istat u servizzi
oħrajn provduti mis-servizzi veterinarji fil-qafas ta’ l-
iskema.
Ħtiġiet dwar l-
iffinanzjar ta’ 
spezzjonijiet 
veterinarji.
20. Il-Ministru jista’, bi qbil mal-Ministru responsabbli għall-
finanzi, jippreskrivi regoli li jirrigwardaw id-drittijiet li għandhom
jinġabru mid-Direttur għal spezzjonijiet veterinarji u għall-kontroll
ta’ annimali ħajjin u prodotti ta’ l-annimali.
Relazzjonijiet fil-
qasam veterinarju 
ma' sħab fil-
kummerċ.
21. Il-Ministru jista’, bi qbil mal-Ministru responsabbli għall-
affarijiet barranin, jippreskrivi regoli dwar l-għajnuna u l-
koperazzjoni li s-servizzi veterinarji għandhom jipprovdu lil sħab
fil-kummerċ sabiex jiżguraw l-applikazzjoni dovuta tar-regoli
veterinarji u żootekniċi, għall-prevenzjoni u l-kxif ta’ kull ksur ta’
dawk ir-regoli u l-kxif ta’ kull attività  li tkun jew tista’ tkun
kuntrarja għalihom.
TAQSIMA II
Ħtiġiet rigward l-għalf ta’ l-annimali
Ħtiġiet dwar l-
għalf.
22. Sakemm jintlaħaq l-iskop ta’ dan l-Att, il-ħtiġiet veterinarji
fil-qasam ta’ l-għalf għandhom jinkludu -
(a) l-organizzazzjoni ta’ spezzjonijiet u l-kondizzjonijiet
għall-approvazzjoni ta’ stabbilimenti involuti fis-
settur tan-nutrizzjoni ta’ l-annimali;
(b) l-additivi li jistgħu jiġu inkorporati fi għalf, l-użu ta’
ċertu prodotti u l-projbizzjoni ta’ sustanzi u prodotti
mhux mixtieqa wżati fin-nutrizzjoni ta’ l-annimali;
10 KAP. 437. ħ SERVIZZI VETERINARJI
(ċ)  il-metodi ta’ teħid ta’ kampjuni u analiżi ta’ għalf u l-
valutazzjoni ta’ prodotti u additivi użati fin-nutrizzjoni
ta’ l-annimali;
(d)  il-ċirkolazzjoni ta’ ikel għat-tmigħ u l-l-ħruġ fis-suq
ta’ għalf kompost;
(e)  il-kondizzjonijiet li jirregolaw il-preparazzjoni, it-
tqegħid fis-suq u l-użu ta’ għalf medikat; u 
(f)  id-drittijiet li għandhom jitħallsu rigward kull servizz
provdut mis-servizzi veterinarji fis-settur tan-
nutrizzjoni ta’ l-annimali.
Spezzjonijiet u l-
approvazzjoni ta’ 
stabbilimenti fis-
settur tan-
nutrizzjoni ta' l-
annimali.
23. Il-Ministru jista’ jippreskrivi regoli li għandhom x’jaqsmu
ma’ l-organizzazzjoni, l-ispezzjoni u l-kondizzjonijiet għall-
approvazzjoni ta’ stabbilimenti fis-settur tan-nutrizzjoni ta’ l-
annimali u, mingħajr preġudizzju għall-ġeneralità  ta’ dak hawn
qabel imsemmi, jista’, b’mod partikolari, jippreskrivi regoli dwar -
(a) l-organizzazzjoni ta’ spezzjonijiet uffiċjali fil-qasam
tan-nutrizzjoni ta’ l-annimali;
(b)  il-kondizzjonijiet li taħtom stabbilimenti u
intermedjarji li joperaw fis-settur tan-nutrizzjoni ta’ l-
annimali għandhom ikunu approvati u reġistrati; u
(ċ)  l-ispezzjonijiet li għandhom isiru fuq għalf importat
minn pajjiżi terzi.
Additivi. 24. Il-Ministru jista’, wara konsultazzjoni mal-Kap tal-
Laboratorju Veterinarju Nazzjonali, jippreskrivi regoli dwar l-
additivi li jistgħu jiġu inkorporati fi għalf, l-użu ta’ ċertu prodotti,
l-projbizzjoni ta’ sustanzi u prodotti mhux mixtieqa wżati fin-
nutrizzjoni ta’ l-annimali, u l-użu u l-ħruġ fis-suq ta’ enżimi u
mikro-organiżmi, u l-preparazzjoni tagħhom in konnessjoni man-
nutrizzjoni ta’ l-annimali.
Metodi ta’ teħid ta’ 
kampjuni u analiżi.
25.  Il-Ministru jista’, wara konsultazzjoni mal-Kap tal-
Laboratorju Veterinarju Nazzjonali, jippreskrivi regoli dwar il-
metodi ta’ teħid ta’ kampjuni u analiżi ta’ għalf u l-valutazzjoni ta’
prodotti u additivi użati fin-nutrizzjoni ta’ l-annimali.
Ċirkolazzjoni ta’ 
ikel għat-tmigħ u l-
l-ħruġ fis-suq ta’ 
għalf kompost.
26.  Il-Ministru jista’, wara konsultazzjoni mal-Kap tal-
Laboratorju Veterinarju Nazzjonali, jippreskrivi regoli dwar iċ-
ċirkolazzjoni ta’ ikel għat-tmigħ u l-l-ħruġ fis-suq ta’ għalf
kompost.
Preparazzjoni, 
tqegħid fis-suq u 
użu ta’ għalf 
medikat.
27. Il-Ministru jista’, wara konsultazzjoni mal-Kap tal-
Laboratorju Veterinarju Nazzjonali, jippreskrivi regoli dwar il-
kondizzjonijiet li jirregolaw il-preparazzjoni, it-tqegħid fis-suq u l-
użu ta’ għalf medikat. 
Drittijiet. 28. Il-Ministru jista’, bi qbil mal-Ministru responsabbli għall-
finanzi, jippreskrivi regoli dwar id-drittijiet li għandhom jinġabru -
(a)  għall-eżami tad-dokumenti li jirrigwardaw l-additivi;
u
(b) f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-approvazzjoni u r-
reġistrazzjoni ta’ stabbilimenti u intermedjarji.
SERVIZZI VETERINARJI ġ KAP. 437. 11
TAQSIMA III
Ħtiġiet rigward prodotti mediċinali veterinarji
Ħtiġiet fi prodotti 
mediċinali 
veterinarji.
29. Sakemm jintlaħaq l-iskop ta’ dan l-Att, l-ħtiġiet fil-qasam
ta’ prodotti mediċinali veterinarji għandhom jinkludu - 
(a) ħtiġiet konnessi mal-ħruġ fis-suq ta’ prodotti
mediċinali veterinarji;
(b)  li jiġu stabbiliti l-livelli analitiċi, farmako-
tossikoloġiċi u kliniċi u protokolli għar-rigward ta’
testijiet fuq prodotti mediċinali veterinarji; 
(ċ)  il-proċeduri li għandhom jiġu osservati għall-
awtorizzazzjoni u s-sorveljanza fuq il-produzzjoni, id-
distribuzzjoni u l-użu ta’ prodotti mediċinali
veterinarji; u
(d)  id-drittijiet li għandhom jinġabru għall-
awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta’ prodotti mediċinali
veterinarji.
Ħruġ fis-suq ta’ 
prodotti mediċinali 
veterinarji.
30. Il-Ministru jista’, wara konsultazzjoni mal-Kap tal-
Laboratorju Veterinarju Nazzjonali, jippreskrivi regoli dwar il-ħruġ
fis-suq ta’ prodotti mediċinali veterinarji.
Standards u 
protokolli għar-
rigward ta’ prodotti 
mediċinali 
veterinarji.
31. Il-Ministru jista’, bi qbil mal-Ministru responsabbli għas-
saħħa pubblika, jippreskrivi regoli dwar l-istandards analitiċi,
farmako-tossikoloġiċi u kliniċi, u protokolli għar-rigward ta’
testijiet fuq prodotti mediċinali veterinarji.
Awtorizzazzjoni 
għal, u sorveljanza 
ta' prodotti 
mediċinali 
veterinarji.
32. Il-Ministru jista’, wara konsultazzjoni mal-Kap tal-
Laboratorju Veterinarju Nazzjonali, jippreskrivi regoli dwar l-
awtorizzazzjoni għal, u s-sorveljanza ta’ prodotti mediċinali
veterinarji elenkati fis-Sitt Skeda.
Drittijiet.
finanzi, jippreskrivi regoli dwar id-drittijiet li għandhom jinġabru
għal servizzi mogħtijin mis-servizzi veterinarji taħt id-
disposizzjonijiet ta’ din it-Taqsima ta’ dan l-Att.
TAQSIMA IV
Ħtiġiet żootekniċi konnessi mat-tnissil u trobbija ta’ l-annimali
Ħtiġiet żootekniċi.
fit-tnissil u trobbija ta’ l-annimali u, mingħajr preġudizzju għall-
ġeneralità  ta’ dak hawn qabel imsemmi, jista’, b’mod partikolari,
jippreskrivi regoli dwar -
(a) tnissil u trobbija ta’ annimali ta’ razza pura ta’ l-ispeċi
ta’ l-ifrat;
(b) tnissil u trobbija ta’ annimali ta’ razza pura ta’ l-ispeċi
porċini;
(ċ) tnissil u trobbija ta’ annimali ta’ razza pura ta’ l-ispeċi
ovini u kaprini;
(d) kondizzjonijiet żootekniċi u genealoġiċi li jirregolaw
il-kummerċ f’equidae;
12 KAP. 437. ħ SERVIZZI VETERINARJI
(e) il-kummerċ f’equidae li jieħdu sehem
f’kompetizzjonijiet u l-kondizzjonijiet għall-
parteċipazzjoni f’dawk il-kompetizzjonijiet;
(f) ħtiġiet żootekniċi u ta’ razza mingħajr taħlit għall-ħruġ
fis-suq ta’ annimali ta’ razza pura oħrajn; u
(g) kondizzjonijiet żootekniċi u genealoġiċi applikabbli
għall-importazzjoni, minn pajjiżi terzi, ta’ annimali, u
s-semen, ova u embriji tagħhom.
TAQSIMA V
Obbligazzjonijiet ta’ ċerti persuni u ta’ korpi oħra
Obbligazzjoni-jiet 
ta’ persuni fil-
qasam ta’ 
attivitajiet 
veterinarji.
35. (1) Kull min ikun is-sid, id-detentur, in-negozjant jew l-
importatur, id-destinatarju, it-trasportatur, il-bejjiegħ bl-imnut jew
kull persuna oħra li tkun awtorizzata taħt id-disposizzjonijiet ta’
dan l-Att biex tiddisponi minn annimali ħajjin, prodotti ta’ oriġini
mill-annimali, prodotti elenkati fl-Ewwel Skeda, għalf ta’ l-
annimali jew prodotti mediċinali veterinarji, jew ir-rappreżentant
ta’ dawk il-persuni, jew min ikun inkarigat minn xi attività
veterinarja privata, bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att -
(a) għandu jiddikjara l-attività  tiegħu lis-servizzi
veterinarji, skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att,
hekk kif id-Direttur jista’ jistabbilixxi;
(b) għandu jipprovdi kull koperazzjoni u għajnuna
meħtieġa lill-uffiċjali tas-servizzi veterinarji, lill-
veterinarju uffiċjali jew lill-persunal tiegħu
awtorizzati, fit-twettiq ta’ xi attività  veterinarja ta’ l-
Istat; mingħajr preġudizzju għall-ġeneralità  ta’ dak
hawn qabel imsemmi, dawk il-persuni għandhom -
(i) jippermettu l-esekuzzjoni ta’ l-ispezzjonijiet
veterinarji, eżamijiet jew spezzjonijiet ta’
annimali ħajjin, prodotti ta’ oriġini mill-
annimali, prodotti elenkati fl-Ewwel Skeda,
għalf ta’ l-annimali jew prodotti mediċinali
veterinarji;
(ii)  jrażżnu u jittrasportaw annimali skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att dwar il-kontrolli
ta’ identifikazzjoni, l-eżami ta’ annimali,
vaċċinazzjonijiet preventivi jew l-iżradikar ta’
mard;
(iii) jiġbru, jittrasportaw u juru fl-aħjar
kondizzjonijiet prodotti ta’ oriġini mill-
annimali, prodotti elenkati fl-Ewwel Skeda,
għalf u prodotti mediċinali veterinarji skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att dwar il-kontrolli
jew spezzjonijiet ta’ dawk il-prodotti, għalf ta’ l-
annimali u prodotti mediċinali veterinarji;
(iv)  jippermettu aċċess għas-servizzi veterinarji,
f’kull ħin, bħalma jkun jeħtieġ il-każ, ġo
postijiet fejn ikunu qegħdin jinżammu jew jiġu
trasportati annimali ħajjin, prodotti ta’ oriġini
SERVIZZI VETERINARJI ġ KAP. 437. 13
mill-annimali, prodotti msemmija fl-Ewwel
Skeda, għalf ta’ l-annimali jew prodotti
mediċinali veterinarji; u 
(v) jgħinu lill-uffiċjali tas-servizzi veterinarji f’kull
trattament, li jistgħu jqisu meħtieġ, li għandu jsir
fuq prodotti ta’ oriġini mill-annimali, prodotti
elenkati fl-Ewwel Skeda, għalf ta’ l-annimali
jew prodotti mediċinali veterinarji;
(ċ) għandu josserva kull l-obbligazzjoni imposta taħt dan
l-Att li għandha x’taqsam ma’ mard li jittieħed, u
jimplimenta regoli relattivi; mingħajr preġudizzju
għall-ġeneralità  ta’ dak hawn qabel imsemmi, dawk il-
persuni għandhom -
(i)  jikkoperaw u jgħinu fil-kontroll ta’ mard li
jittieħed, u fid-dikjarazzjoni u n-notifikazzjoni
lis-servizzi veterinarji ta’ kull suspett ta’ xi
mard li jittieħed elenkat fit-Tieni Skeda;
(ii) josservaw l-obbligazzjonijiet imposti mis-
servizzi veterinarji, fil-każ ta’ xi tifqigħa
suspetta ta’ xi mard elenkat fit-Tieni Skeda
inkluża kull obbligazzjoni li tirrigwarda r-
restrizzjoni ta’ ċaqlieq ta’ annimali u bnedmin,
it-tbiċċir ta’ annimali, l-qirda ta’ prodotti, għalf
u tagħmir ta’ l-annimali, u t-tindif u d-disinfettar
ta’ postijiet, materjal u tagħmir;
(iii) jidentifikaw u jirreġistraw annimali, u
jiddikjaraw ċ-ċaqlieq ta’ annimali li jkunu taħt
ir-responsabbiltà  tagħhom; 
(iv) jżommu reġistri individwali għal kull qasam li
jkun taħt ir-responsabbiltà  tagħhom; 
(v) josservaw l-kondizzjonijiet tas-saħħa
f’konnessjoni maċ-ċaqlieq ta’ annimali ħajjin u
prodotti ġerminali; 
(vi) jipproduċu, fuq talba ta’ kull uffiċjali tas-
servizzi veterinarji, iċ-ċertifikati jew dokumenti
meħtieġa;
(vii) jiddikjaraw u javżaw lis-servizzi veterinarji
b’kull tifqigħa suspetta ta’ mard li jittieħed
elenkat fit-Tielet Skeda, jew xi waħda mill-mard
elenkat fir-Raba’ Skeda li tkun soġġetta għal
programm ta’ żradikar nazzjonali;
(viii) josservaw il-obbligazzjonijiet imposti mis-
servizzi veterinarji fil-każ ta’ xi tifqigħa suspetta
tal-mard elenkat fit-Tielet Skeda inkluzi
obbligazzjonijiet li jirrigwardaw ir-restrizzjoni
ta’ ċaqlieq ta’ annimali, it-tbiċċir ta’ annimali, l-
qirda ta’ prodotti, għalf u tagħmir ta’ l-annimali,
u t-tindif u d-disinfettar ta’ postijiet, materjal u
tagħmir, jew xi waħda mill-mard elenkat fir-
Raba’ Skeda li tkun soġġetta għal programm
nazzjonali ta’ żradikar; 
14 KAP. 437. ħ SERVIZZI VETERINARJI
(d) għandu jħares il-kondizzjonijiet li jkollhom x’jaqsmu
ma’ l-importazzjoni ta’ annimali ħajjin, prodotti
ġerminali u prodotti ta’ oriġini mill-annimali, u
jipprovdi lil operaturi barranin bil-mudell xieraq ta’
ċertifikati, għar-rigward ta’ kull xorta differenti ta’
annimali ħajjin, prodotti ġerminali u prodotti ta’
oriġini mill-annimali, li għandhom jintużaw;
(e) għandu jipproduċi, fuq talba ta’ l-uffiċjali tas-servizzi
veterinarji, iċ-ċertifikati jew id-dokumenti meħtieġa;
(f) għandu javża lis-servizzi veterinarji b’kull suspett ta’
żoonosi jew mard ieħor jew xi fenomenu jew
ċirkostanza oħra li x’aktarx jippreżentaw theddida
serja għall-annimali jew għas-saħħa pubblika;
(g) għandu jikkonforma mas-sospensjoni jew l-irtirar,
mill-uffiċjali tas-servizzi veterinarji, ta’ kull
awtorizzazzjoni jew approvazzjoni uffiċjali, wara r-
riżultati ta’ spezzjonijiet li jkunu qegħdin isiru minn
dawk l-uffiċjali, jew wara l-użu jew minifattura ta’
sustanzi jew prodotti mhux awtorizzati;
(h) għandu josserva l-obbligazzjonijiet, imposti mis-
servizzi veterinarji, li għandhom x’jaqsmu ma’
restrizzjoni tal-kummerċ għal prodotti dikjarati mhux
tajbin għall-konsum tal-bniedem, jew sustanzi jew
prodotti mhux awtorizzati, jew rigward il-qirda ta’
prodotti ta’ oriġini mill-annimali li jippreżentaw
theddida serja għall-annimali jew għas-saħħa
pubblika; 
(i) għandu josserva il-miżuri dwar is-saħħa ta’ l-annimali
għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta’ annimali
ħajjin u prodotti ta’ oriġini mill-annimali, u jipproduċi,
fuq talba ta’ l-uffiċjali tas-servizzi veterinarji, ċ-
ċertifikati jew dokumenti meħtieġa; 
(j) għandu josserva kull perjodu ta’ distakk, kif jista’ jkun
ordnat li jagħmel taħt id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att;
(k) għandu jgħin is-servizzi veterinarji fis-sorveljar ta’
dawk is-sustanzi, u residwi tagħhom, f’annimali ħajjin
u prodotti ta’ oriġini mill-annimali kif jista’ jiġi
pprovdut skond jew taħt dan l-Att; 
(l) għandu jħallas id-drittijiet rilevanti għall-
ispezzjonijiet u l-kontrolli msemmija f’dan l-artikolu,
jew f’kull regolament kif jista’ jkun preskritt hawn
aktar ’il quddiem; u
(m) għandu ġeneralment jgħin u jikkopera mas-servizzi
veterinarji f’kull attività , ordnata mis-servizzi
veterinarji, maħsuba biex tevita t-tifqigħa ta’ mard fost
annimali jew għall-kontroll relattiv.
(2) Il-Ministru jista’ jagħmel regoli li jipprovdu li kull persuna
li tikser id-disposizzjonijiet tagħhom tkun ħatja ta’ reat kontra dan
l-artikolu u teħel, meta tinsab ħatja, dik il-piena li tista’ tiġi
preskritta mill-Ministru, liema piena tkun ta’ priġunerija ta’ mhux
SERVIZZI VETERINARJI ġ KAP. 437. 15
aktar minn sitt xhur jew multa ta’ mhux aktar minn għaxart elef
lira, jew dik il-multa u priġunerija flimkien.
Sorveljar ta' ċerti 
sustanzi, karkassi 
sħaħ jew fdalijiet 
ta' l-annimali u 
patoġeni.
36. (1) Kull min ikun is-sid, id-detentur, in-negozjant jew l-
importatur, id-destinatarju, it-trasportatur, il-bejjiegħ bl-imnut jew
kull persuna oħra li tkun awtorizzata taħt id-disposizzjonijiet ta’
dan l-Att biex tiddisponi minn annimali ħajjin, prodotti ta’ oriġini
mill-annimali, prodotti elenkati fl-Ewwel Skeda, għalf ta’ l-
annimali jew prodotti mediċinali veterinarji, jew ir-rappreżentant
ta’ dawk il-persuni, jew kull min ikun inkarigat minn xi attività
veterinarja privata, bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att -
(a) għandu jgħin lis-servizzi veterinarji fis-sorveljar ta’
dawk is-sustanzi, u residwi tagħhom, kif jista’ jiġi
provdut skond jew taħt dan l-Att, f’annimali ħajjin u
prodotti ta’ oriġini mill-annimali ;
(b) għandu jqiegħed biss fis-suq annimali li ma tkun
ingħatatilhom ebda sustanza jew prodott mhux
awtorizzati jew li ma jkunu għaddew minn ebda
trattament illegali bi ksur tad-disposizzjonijiet ta’ dan
l-Att;
(ċ) m’għandu jqiegħed f’ebda qasam jew fis-suq annimali
li jkunu ġew ittrattati bi prodotti mediċinali veterinarji,
kemm-il darba jkun ġie osservat il-perjodu rilevanti ta’
distakk qabel ma l-annimali jkunu ġew hekk imqegħda
jew imbiċċra;
(d) m’għandux jaċċetta, sew b’kunsinna diretta jew
permezz ta’ intermedjarju, xi annimal li dwaru il-
produttur ma jkunx jista’ jiggarantixxi li l-perjodi ta’
distakk ikunu ġew osservati;
(e) għandu jqiegħed taħt il-kontroll uffiċjali, meta jkun
hekk mitlub li jagħmel mill-uffiċjali tas-servizzi
veterinarji, kull sustanza jew prodott mhux
awtorizzati, sakemm jittieħdu miżuri adatti mis-
servizzi veterinarji;
(f) għandu jħares kull ordni għas-sospensjoni jew l-irtirar
ta’ kull awtorizzazzjoni jew approvazzjoni qabel
mogħtija mis-servizzi veterinarji;
(g) għandu jħares kull ordni li jirrestrinġi jew jipprojbixxi
l-kummerċ fi prodotti dikjarati mhux tajbin għall-
konsum tal-bniedem jew ta’ l-annimali, jew li jordna l-
qirda ta’ prodotti ta’ oriġini mill-annimali li
jippreżentaw theddida serja għall-annimali jew għas-
saħħa pubblika;
(h) għandu jħallas id-drittijiet rilevanti għall-
ispezzjonijiet u l-kontrolli msemmija f’dan l-artikolu,
jew f’kull regolament kif jista’ jiġi preskritt; u
(i) għandu ġeneralment jgħin u jikkopera mas-servizzi
veterinarji f’kull attività , ordnata mis-servizzi
veterinarji, maħsuba biex tevita t-tifqigħa ta’ mard fost
annimali jew għall-kontroll relattiv.
(2) Il-Ministru jista’ jagħmel regoli li jipprovdu li kull persuna
16 KAP. 437. ħ SERVIZZI VETERINARJI
li tikser id-disposizzjonijiet tagħhom tkun ħatja ta’ reat kontra dan
l-artikolu u teħel, meta tinsab ħatja, dik il-piena li tista’ tiġi
preskritta mill-Ministru, liema piena tkun ta’ priġunerija ta’ mhux
aktar minn sitt xhur jew multa ta’ mhux aktar minn għaxart elef
lira, jew dik il-multa u priġunerija flimkien.
Obbligazzjoni-jiet 
li għandhom 
x'jaqsmu mal-
kummerċ u l-
importazzjoni-jiet.
37. (1) Kull min ikun is-sid, id-detentur, in-negozjant jew l-
importatur, id-destinatarju, it-trasportatur, il-bejjiegħ bl-imnut jew
kull persuna oħra li tkun awtorizzata taħt id-disposizzjonijiet ta’
dan l-Att biex tiddisponi minn annimali ħajjin, prodotti ta’ oriġini
mill-annimali, prodotti elenkati fl-Ewwel Skeda, għalf ta’ l-
annimali jew prodotti mediċinali veterinarji, jew ir-rappreżentant
ta’ dawk il-persuni, jew kull min ikun inkarigat minn xi attività
veterinarja privata, bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att -
(a) għandu jqiegħed fis-suq lil dawk l-annimali biss li
jkunu ġew identifikati b’mod korrett, u li jkunu
soġġetti għal ebda restrizzjoni ta’ ċaqlieq minħabba
fis-suspett, it-tifqigħa jew għax ikun hemm xi marda
msemmija fit-Tieni Skeda jew minħabba fl-
applikazzjoni ta’ miżuri protettivi;
(b) m’għandu jqiegħed f’ebda qasam jew fis-suq,
rikonoxxuti bħala li jkunu ħielsa minn xi mard elenkat
fit-Tielet jew fir-Raba’ Skedi, xi annimal li ma jkunx
kopert bil-garanziji, skond id-disposizzjonijiet ta’ dan
l-Att;
(ċ) m’għandux jaċċetta, sew minn kunsinna diretta jew
permezz ta’ intermedjarju, xi annimal li ma jkunx ġie
identifikat b’mod korrett, u li dwaru il-produttur ma
jkunx jista’ jiggarantixxi li l-annimal ma jkun soġġett
għal ebda restrizzjoni ta’ ċaqlieq minħabba fis-suspett,
it-tifqigħa jew għax ikun hemm xi marda minn dawk
imsemmija fit-Tieni Skeda jew minħabba fl-
applikazzjoni ta’ miżuri protettivi;
(d) m’għandu jaċċetta f’ebda qasam, ċentru jew
organizzazzjoni, jew fis-suq, rikonoxxuti bħala li
jkunu ħielsa minn mard elenkat fit-Tielet jew fir-Raba’
Skedi, lil xi annimal li ma jkunx kopert bil-garanziji,
meħtieġa bid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, li juru li
dak l-annimal ikun ħieles minn kull mard bħal dak;
(e) għandu jiżgura li kull annimal maħsub għall-kummerċ
jew għat-tbiċċir ikun konformi mal-ħtiġiet tas-saħħa
speċifikati f’dan l-artikolu jew f’kull regolament
magħmul taħtu;
(f) għandu, qabel ma l-kunsinna tinqasam jew
sussegwentement tidħol fis-suq, jivverifika li l-marki
ta’ identifikazzjoni, ċertifikati jew dokumenti jkunu
qegħdin hemm, u javża lis-servizzi veterinarji b’kull
irregolarità  jew anomalija u, f’dan l-aħħar każ, jiżola
lill-annimali inkwistjoni sakemm is-servizzi
veterinarji jkunu ddeċidew dwar l-imsemmija
irregolarità  jew anomalija;
(g) għandu jirrapporta bil-quddiem il-wasla ta’ annimali u
SERVIZZI VETERINARJI ġ KAP. 437. 17
prodotti ġerminali minn xi sieħeb fil-kummerċ u,
b’mod partikolari, x-xorta tal-kunsinna u d-data
antiċipata tal-wasla;
(h) għandu jżomm għal perjodu ta’ mhux anqas minn sitt
xhur u mhux aktar minn ħames snin, kif jista’ jkun
speċifikat mis-servizzi veterinarji, ċ-ċertifikati jew
dokumenti tas-saħħa msemmija fl-artikolu 17, biex
jiġu ppreżentati lis-servizzi veterinarji, jekk dawn ta’
l-aħħar imsemmija ikunu hekk jeħtieġu;
(i) għandu jiżgura li prodotti ta’ oriġini mill-annimali
maħsuba għall-kummerċ ikunu nkisbu, ġew verifikati,
mmarkati u ttikkettjati skond id-disposizzjonijiet ta’
dan l-Att, u jkollhom mehmuż magħhom għad-
destinatarju aħħari ċertifikat ta’ saħħa, ċertifikat ta’
saħħa ta’ l-annimali jew kull dokument ieħor li jista’
jkun meħtieġa;
(j) għandu jiżgura, billi jagħmel sorveljanza kontinwa
fuqu nnifsu, li prodotti ta’ oriġini mill-annimali
maħsuba għall-kummerċ ikunu jissodisfaw il-ħtiġiet
tad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u ta’ kull
regolamenti magħmulin taħtu;
(k) għandu jiżgura li prodotti ta’ oriġini mill-annimali
maħsuba għall-kummerċ ikunu jħarsu l-ħtiġiet kollha
f’affarijiet veterinarji f’kull stadju tal-produzzjoni, l-
ħżin, il-ħruġ fis-suq u t-trasport ta’ dawk il-prodotti;
(l) għandu jiżgura li jsiru testijiet uniformi fuq il-prodotti
kollha li għalihom japplika dan l-Att, sew jekk il-
prodotti jkunu maħsuba għal xi sieħeb fil-kummerċ
sew jekk għas-suq nazzjonali;
(m)  għandu jqiegħed taħt il-kontroll uffiċjali, meta jkun
hekk mitlub li jagħmel mis-servizzi veterinarji,
annimali jew prodotti ta’ oriġini mill-annimali,
sakemm jittieħdu miżuri adatti mis-servizzi
veterinarji;
(n) għandu jipproduċi, fuq talba tas-servizzi veterinarji,
iċ-ċertifikati jew dokumenti meħtieġa meta jsiru
spezzjonijiet veterinarji li għandhom x’jaqsmu ma’ l-
importazzjoni, minn pajjiżi terzi, ta’ annimali ħajjin u
prodotti ta’ oriġini mill-annimali;
(o) għandu jagħti avviż suffiċjenti bil-quddiem lis-servizzi
veterinarji tal-post ta’ spezzjon fil-konfini, fejn ikunu
se jiġu ppreżentati l-annimali, billi jispeċifika l-għadd,
ix-xorta u ż-żmien tal-wasla kalkolat ta’ l-annimali;
(p) għandu jġorr direttament l-annimali, taħt sorveljanza
uffiċjali, għall-post fejn isir l-ispezzjon jew, meta jkun
hekk japplika, lejn ċentru tal-kwarantina, kif jista’
jkun ordnat mis-servizzi veterinarji;
(q) għandu jgħaddi informazzjoni bil-quddiem, lis-
servizzi veterinarji, billi jimla kif dovut, meta jkun
hekk japplika, kull ċertifikat jew dokument mibgħut
mis-servizz ta’ spezzjon, jew jipprovdi deskrizzjoni
18 KAP. 437. ħ SERVIZZI VETERINARJI
dettaljata, bil-miktub jew f’għamla komputerizzata, ta’
kull kunsinna ta’ prodotti ta’ oriġini mill-annimali,
inklużi l-prodotti msemmija fl-Ewwel Skeda;
(r) għandu jħallas id-drittijiet rilevanti għall-
ispezzjonijiet u l-kontrolli msemmija f’dan l-artikolu,
jew f’kull regolament kif jista’ jkun hemm taħtu
preskritt; u
(s) għandu ġeneralment jgħin u jikkopera mas-servizzi
veterinarji f’kull attività , ordnata mis-servizzi
veterinarji, relattiva għall-kummerċ ta’ l-annimali u
prodotti ta’ l-annimali, u investigazzjonijiet li jkunu
qegħdin isiru f’postijiet ta’ spezzjon fil-konfini.
(2) Il-Ministru jista’ jagħmel regoli li jipprovdu li kull persuna
li tikser id-disposizzjonijiet tagħhom tkun ħatja ta’ reat kontra dan
l-artikolu u teħel, meta tinsab ħatja, dik il-piena li tista’ tiġi
preskritta mill-Ministru, liema piena tkun ta’ priġunerija ta’ mhux
aktar minn sitt xhur jew multa ta’ mhux aktar minn għaxart elef
lira, jew dik il-multa u priġunerija flimkien.
Obbligazzjonijiet 
dwar l-għalf ta' l-
annimali u l-
prodotti mediċinali 
veterinarji.
38. (1) Kull min ikun is-sid, id-detentur, in-negozjant jew l-
importatur, id-destinatarju, it-trasportatur, il-bejjiegħ bl-imnut jew
kull persuna oħra li tkun awtorizzata taħt id-disposizzjonijiet ta’
dan l-Att biex tiddisponi minn annimali ħajjin, prodotti ta’ oriġini
mill-annimali, prodotti elenkati fl-Ewwel Skeda, għalf ta’ l-
annimali jew prodotti mediċinali veterinarji, jew ir-rappreżentant
ta’ dawk il-persuni, jew kull min ikun inkarigat minn xi attività
veterinarja privata, bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att -
(a) għandu jikseb kull awtorizzazzjoni rilevanti mis-
servizzi veterinarji qabel it-tqegħid fis-suq ta’ għalf ta’
l-annimali u prodotti mediċinali veterinarji;
(b) għandu jipprovdi, fuq talba tas-servizzi veterinarji,
kull studju, riżultat jew informazzjoni li għandhom
x’jaqsmu ma’ l-għalf ta’ l-annimali jew prodotti
mediċinali veterinarji;
(ċ) għandu jħares kull ordni għas-sospensjoni jew l-irtirar
ta’ xi awtorizzazzjoni jew approvazzjoni qabel
mogħtija mis-servizzi veterinarji;
(d) għadu jħares kull ordni li jrażżan jew jipprojbixxi l-
kummerċ ta’ l-għalf jew ta’ prodotti mediċinali
veterinarji, jew li jordna l-qirda ta’ għalf jew prodotti
mediċinali veterinarji li jippreżentaw theddida serja
għas-saħħa ta’ l-annimali jew għas-saħħa pubblika;
(e) għandu jħallas id-drittijiet rilevanti għall-
ispezzjonijiet u l-kontrolli msemmija f’dan l-artikolu
jew f’kull regolament kif jista’ jkun hemm fih
preskritt; u
(f) għandu ġeneralment jgħin u jikkopera mas-servizzi
veterinarji f’kull attività , ordnata mis-servizzi
veterinarji, relattiva għall-kummerċ ta’ l-annimali u
prodotti ta’ l-annimali, u investigazzjonijiet li jkunu
qegħdin isiru f’xi postijiet ta’ spezzjon fil-konfini.
SERVIZZI VETERINARJI ġ KAP. 437. 19
(2) Il-Ministru jista’ jagħmel regoli li jipprovdu li kull persuna
li tikser id-disposizzjonijiet tagħhom tkun ħatja ta’ reat kontra dan
l-artikolu u teħel, meta tinsab ħatja, dik il-piena li tista’ tiġi
preskritta mill-Ministru, liema piena tkun ta’ priġunerija ta’ mhux
aktar minn sitt xhur jew multa ta’ mhux aktar minn għaxart elef
lira, jew dik il-multa u priġunerija flimkien.
TAQSIMA VI
Attivitajiet veterinarji professjonali
Il-Kunsill tal-
Kirurġi Veterinarji.
39. (1) Għandu jitwaqqaf Kunsill, li jkun magħruf bħala l-
Kunsill tal-Kirurġi Veterinarji, hawn iżjed ’il quddiem imsemmi "
il-Kunsill", li għandu jeserċita u jwettaq il-funzjonijiet lilu
mogħtija b’dan l-Att.
(2) Il-Kunsill ikun magħmul mill-membri li ġejjin:
(a) President, li jinħatar mill-Prim Ministru, bil-parir tal-
Ministru;
(b)  id-Direttur jew ir-rappreżentant tiegħu;
(ċ) żewġ membri li jinħtru mill-Prim Ministru, bil-parir
tal-Ministru, li wieħed minnhom ikun uffiċjal
veterinarju mid-Dipartiment; u 
(d) erba’ membri eletti, li minnhom tnejn ikunu kirurġi
veterinarji b’esperjenza fil-prattika fuq annimali kbar,
u tnejn b’esperjenza fil-prattika fuq annimali żgħar, u
li jkunu eletti b’vot sigriet mill-kirurġi veterinarji
ordinarjament resident f’Malta.
(3) Id-Direttur għandu, wara konsultazzjoni mal-President tal-
Kunsill, jaħtar lil xi uffiċjal tad-Dipartiment biex joqgħod bħala
Reġistratur tal-Kunsill.
Pattijiet tal-ħatra u 
postijiet vakanti.
40. (1) Il-President għandu jibqa’ u jbattal l-kariga tiegħu
skond il-pattijiet tal-ħatra tiegħu, imma jista’ f’kull żmien jirriżenja
mill-kariga tiegħu billi jagħti avviż bil-miktub lill-Prim Ministru.
(2) Il-membri maħtura jew eletti, skond kif ikun il-każ, taħt l-
artikolu 39(2)(ċ) u (d) għandhom ikunu hekk maħtura jew eletti
għal żmien tliet snin.
(3) Il-membri maħtura taħt l-artikolu 39(2)(ċ) għandhom
jibqgħu fil-kariga b’dawk il-pattijiet u l-kondizzjonijiet, u jistgħu
f’kull żmien ikollhom il-ħatra tagħhom imtemma, hekk kif il-Prim
Ministru jista’, bil-parir tal-Ministru, jqis li jkun adatt.
(4) Membru maħtur jew elett, skond kif ikun il-każ, taħt l-
artikolu 39(2)(ċ) u (d) jista’ f’kull żmien jirriżenja mill-kariga
tiegħu b’avviż bil-miktub lill-President tal-Kunsill.
(5) Meta jkun hemm post battal fil-kompożizzjoni tal-Kunsill,
għandha ssir ħatra ġdida jew inkella elezzjoni biex jimtela’ l-post
battal għall-perijodu li jibqa’ tal-membru li jkun battal il-post,
skond kif ikun il-każ, fi żmien xahar mid-data meta jkun inħoloq
dak il-post battal:
Iżda, bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 41(6),
il-Kunsill jista’ jaġixxi minkejja post battal fost il-membri tiegħu.
20 KAP. 437. ħ SERVIZZI VETERINARJI
Proċeduri tal-
Kunsill.
41. (1) Fin-nuqqas tal-President minn xi laqgħa tal-Kunsill, il-
membri preżenti għandhom jeleġġu wieħed minnhom biex
jippresjedi l-laqgħa.
(2) Il-Kunsill ikollu l-poter jaħtar sotto-kumitati, u li
jippermetti li f’xi laqgħat tiegħu ikun hemm preżenti persuni li ma
jkunux membri tal-Kunsill.
(3) Il-Kunsill jiltaqa’ mill-inqas darba kull tliet xhur u, bla
ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (6), jista’ jaġixxi
minkejja kull post battal fost il-membri tiegħu.
(4) Il-Kunsill jagħmel il-laqgħat tiegħu fi żmien u post li
jissemmew fl-avviż tal-laqgħa.
(5) Id-deċiżjonijiet tal-Kunsill jittieħdu b’maġġoranza ta’ voti.
Il-President ikollu sew vot oriġinali, sew fil-każ ta’ voti ndaqs, it-
tieni vot jew vot deċiżiv.
(6) Il-Kunsill ma jkunx jista jagħmel xogħol kemm-il darba ma
jkunx hemm mill-inqas erba’ membri preżenti:
Iżda, jekk il-Kunsill jitlaqqa’ biex jikkonsidra xi ħaġa li
dwarha jkun urġentement meħtieġ, kif iċċertifikat mill-Ministru,
parir mill-Gvern, il-Kunsill jista’ jasal għad-deċiżjonijiet tiegħu
b’maġġoranza tal-membri preżenti, minkejja li anqas minn erba’
membri jkunu preżenti.
(7) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, il-Kunsill
jista’ jirregola il-proċedura tiegħu nnifsu.
Funzjonijiet u 
dmirijiet tal-
Kunsill.
42. (1)  Il-Kunsill għandu:
(a) jagħti pariri u jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-
President ta’ Malta li jirrigwardaw l-għoti ta’ warrants
lil kirurġi veterinarji biex ikunu jistgħu jipprattikaw il-
professjoni tagħhom;
(b) jżomm Reġistru għar-rigward ta’ dik il-professjoni u
professjonijiet u snajja’ supplimentari għall-
professjoni veterinarja;
(ċ) jippreskrivi u jżomm il-livelli professjonali u etiċi
għall-professjoni veterinarja u professjonijiet u snajja’
supplimentari għall-professjoni veterinarja;
(d) jagħti pariri lill-Ministru dwar kull kwistjoni, inkluża
l-legislazzjoni li tolqot dik il-professjoni u
professjonijiet u snajja’ supplimentari għall-
professjoni veterinarja;
(e) jagħti pariri lill-Ministru fuq il-ħruġ ta’ liċenzi għall-
ġestjoni ta’ kull prattika veterinarja, kliniċi veterinarji,
sptarijiet veterinarji, laboratorji veterinarji u
stabbilimenti veterinarji oħrajn;
(f) jagħti pariri u jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-
President ta’ Malta li jirrigwardaw is-sospensjoni jew
l-irtirar ta’ warrants ta’ kirurġi veterinarji li jinqabdu
jiksru l-obbligazzjonijiet jew il-kondizzjonijiet
stipulati taħt dan l-Att;
(g) jippjana, jissorvelja u jorganizza taħriġ professjonali
SERVIZZI VETERINARJI ġ KAP. 437. 21
ta’ kirurġi veterinarji u testijiet ta’ profiċjenza
professjonali għal kirurġi veterinarji f’attivitajiet
veterinarji privati;
(h) jwettaq sorveljanza esperta ta’ attivitajiet veterinarji
privati kif imfisser fl-artikolu 44;
(i) jikkopera fil-preparazzjoni ta’ programmi ta’ taħriġ
edukattiv u taħriġ espert; u
(j) jwettaq dawk il-funzjonijiet oħra li jistgħu jiġu
assenjati lilu taħt dan l-Att jew xi liġi oħra.
(2) Il-Kunsill għandu, bi qbil mal-Ministru, jagħmel
regolamenti li jirregolaw il-kondizzjonijiet u l-proċeduri għall-
għoti ta’ liċenzi veterinarji.
Attivitajiet 
veterinarji 
professjonali.
Emendat:
XVIII. 2002.10.
43. (1) L-attivitajiet veterinarji professjonali jikkomprendu
sew attivitajiet veterinarji ta’ l-Istat sew dawk privati.
(2) Ħadd ma jista’ jipprattika ta’ kirurgu veterinarju kemm-il
darba -
(a) ma jkollux warrant biex jeserċita mill-President ta’
Malta; u
(b) ismu ma jkunx reġistrat fir-Reġistru ta’ Kirurġi
Veterinarji.
(3) Warrants għandhom jingħataw lil kull min japplika u
jipproduċi ċertifikat maħruġ mill-Kunsill fejn juri li l-Kunsill ikun
sodisfatt li l-appliċant -
(a) mħassar bl-Att XVIII. 2002.10.;
(b) ikun iggradwa fil-mediċina u 1-kirurġija veterinarja,
billi jkollu grad jew xi kwalifika formali rikonoxxuti
mill-Kunsill, bħala li jkun komparabbli mal-grad jew
kwalifika formali, fis-suġġett, f’Malta, jekk ikun
hemm, u fl-imsieħba fil-kummerċ;
(ċ) mħassar bl-Att XVIII. 2002.10.;
(d) ikollu karattru tajjeb;
(e) ikollu stat ta’ saħħa tajba sew fiżika sew mentali;
(f) mħassar bl-Att XVIII. 2002.10.; 
(g) ikun ċittadin Malti jew xort’oħra intitolat legalment li
jaħdem f’Malta.
(4) mħassar bl-Att XVIII. 2002.10.
(5) (a) Il-Kunsill għandu jżomm Reġistru, li jissejjaħ ir-
Reġistru tal-Kirurġi Veterinarji, li fih jitniżżel isem
kull kirurgu veterinarju li jkun ingħatalu warrant mill-
President ta’ Malta taħt dan l-artikolu.
(b) Kull kirurgu veterinarju ikollu jedd li jitniżżlu maġenb
ismu fir-Reġistru tal-Kirurgi Veterinarji, kull grad jew
diploma li jista’ jkollu, sakemm dak il-grad, dik id-
diploma jew kwalifika formali komparabbli tkun
tirrigwarda 1-professjoni ta’ kirurgu veterinarju u tkun
rikonoxxuta mill-Kunsill.
22 KAP. 437. ħ SERVIZZI VETERINARJI
Attivitajiet 
veterinarji privati.
44. Il-Ministru jista’, wara konsultazzjoni mal-Kunsill,
jippreskrivi regolamenti dwar ir-reġistrazzjoni ta’ veterinarji li
jeżerċitaw attivitajiet veterinarji privati, it-tifsira ta’ attivitajiet
veterinarji privati, u t-twettiq ta’ attivitajiet veterinarji privati.
L-attivitajiet 
veterinarji ta' l-
Istat.
45. Il-Ministru jista’, wara konsultazzjoni mal-Kunsill,
jippreskrivi regolamenti dwar il-ħatra ta’ veterinarji f’attivitajiet
veterinarji ta’ l-Istat, u t-twettiq ta’ attivitajiet veterinarji ta’ l-Istat.
Regolamenti dwar 
rikonoxximent 
reċiproku ta’ 
kwalifiki.
Miżjud:
XVIII. 2002.10.
Kap. 450.
45A. Il-Ministru jista’ jagħmel regolamenti biex iġib fis-seħħ id-
disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar ir-Rikonoxximent Reċiproku ta’
Kwalifiki u r-regolamenti kollha magħmulin taħtu, dwar ir-
rikonoxximent reċiproku ta’ kwalifiki ta’ kirurgi veterinarji.
Ksur ta’ l-
obbligazzjonijiet.
46. (1) Meta kirurgu veterinarju jinqabad jikser xi
obbligazzjonijiet jew kondizzjonijiet stipulati taħt dan l-Att, u
mingħajr preġudizzju għal kull responsabbiltà  oħra taħt kull liġi
oħra, l-Kunsill jista’ jissospendi jew iħassar ir-reġistrazzjoni tal-
kirurgu veterinarju mir-Reġistru ta’ Kirurġi Veterinarji.
(2) Il-Ministru jista’, wara konsultazzjoni mal-Kunsill,
jippreskrivi regolamenti għall-implimentazzjoni tad-
disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu.
Elezzjonijiet tal-
Kunsill.
47. Il-Ministru jista’ jagħmel regolamenti li jippreskrivu l-mod
li bihom għandhom jinżammu l-ewwel elezzjonijiet għall-Kunsill,
u b’mod ġenerali biex jirregolaw it-tmexxija ta’ l-elezzjonijiet
għall-Kunsill.
TAQSIMA VII
Organizzazzjoni Veterinarja ta’ l-Istat
Organizzazzjoni 
ta’ l-attivitajiet 
veterinarji ta' l-
Istat.
48. (1) Kull attività  veterinarja ta’ l-Istat għandha tkun taħt
id-direzzjoni u l-kontroll tad-Dipartiment tas-Servizzi Veterinarji,
li jitmexxa mid-Direttur.
(2) Id-Dipartiment għandu jeserċita l-poteri u l-funzjonijiet
tiegħu fit-territorju sħiħ ta’ Malta, inklużi f’depożti tad-dwana,
żoni ħielsa jew imħażen ħielsa.
Id-Direttur. 49. Mingħajr preġudizzju għal kull obbligazzjoni oħra li
għandha x’taqsam ma’ l-operazzjoni ta’ attivitajiet veterinarji li
joriġinaw mid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, id-Direttur għandu -
(a) jkun il-konsulent ewlieni tal-Gvern dwar kull ħaġa li
għandha x’taqsam mas-saħħa pubblika ta’ l-annimali
jew dik veterinarja jew li jkollha x’taqsam, jew tkun
konnessa mas- servizzi veterinarji tas-saħħa;
(b) jippreżenta rapporti perjodiċi, lill-Ministru, fuq is-
sitwazzjoni li tirrigwarda l-attivitajiet veterinarji ta’ l-
Istat;
(ċ) jirrapporta lill-Ministru kull informazzjoni li
tirrigwarda provi jew fatti xjentifiċi ġodda, li jistgħu
direttament jew indirettament jolqtu l-attivitajiet
veterinarji ta’ l-Istat;
(d) jippreżenta lill-Ministru d-dokumentazzjoni jew id-
SERVIZZI VETERINARJI ġ KAP. 437. 23
data meħtieġa għall-għemil, mill-Ministru, ta’ regoli
u, jew, regolamenti skond id-disposizzjonijiet ta’ dan
l-Att, u jagħti pariri lill-Ministru dwar kull ħaġa li hi
meħtieġa li ssir mill-Ministru taħt dan l-Att;
(e) jidħol f’kuntatt ma’ dipartimenti jew korpi dwar
affarijiet li għalihom ikun responsabbli; u
(f) iwettaq dawk id-dmirijiet u funzjonijiet li jiġu
assenjati lilu skond jew taħt dan l-Att u, ġeneralment,
jissorvelja l-ġestjoni ta’ attivitajiet veterinarji.
TAQSIMA VIII
Funzjonijiet u dmirijiet tal-Laboratorju Veterinarju 
Nazzjonali
Il-Kap tal-
Laboratorju 
Veterinarju 
Nazzjonali.
50. (1)  Għandu jitwaqqaf Laboratorju Veterinarju Nazzjonali
li jeserċita il-funzjonijiet u d-dmirijiet li jiġu lilu mogħtija b’dan l-
Att, u li jitmexxa mill-Kap tal-Laboratorju Veterinarju Nazzjonali.
(2) Mingħajr preġudizzju għal kull obbligazzjoni oħra li
għandha x’taqsam ma’ l-operazzjoni ta’ attivitajiet veterinarji li
joriġinaw mid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, il-Laboratorju
Veterinarju Nazzjonali għandu jkollu l-funzjonijiet li ġejjin:
(a) iħejji rapporti lis-servizzi veterinarji li jirrigwardaw
farmaċewtiċi veterinarji; u
(b) iwettaq eżamijiet post mortem, analiżi mikrobijoloġiċi,
dijanjosi u analiżi fil-laboratorju, u ttestjar ta’ residwi.
Funzjonijiet fil-
qasam veterinarju.
51. Il-Laboratorju Veterinarju Nazzjonali għandu iwettaq il-
funzjonijiet tiegħu relattivi għall-eżamijiet post mortem, analiżi
mikrobijoloġiċi, dijanjosi u analiżi fil-laboratorju jew relattivi
għall-identifikazzjoni ta’ residwi skond proċeduri u standards
rikonoxxuti internazzjonalment u għandu jipparteċipa f’analisi
komparattiva fuq livelli internazzjonali.
Funzjonijiet 
relattivi għal għalf.
52. Il-Ministru jista’ jippreskrivi regolamenti biex jirregola l-
mod li bih il-Laboratorju Veterinarju Nazzjonali għandu jagħmel xi
riċerka fuq l-additivi, u fuq prodotti u sustanzi mhux mixtieqa, li
jistgħu jiġu inkorporati fl-għalf u prodotti użati fin-nutrizzjoni ta’
l-annimali, u l-metodi li għandhom jintużaw fit-teħid ta’ kampjuni
u fl-analiżi ta’ l-għalf u l-valutazzjoni tal-prodotti u additivi użati
fin-nutrizzjoni ta’ l-annimali.
Funzjonijiet fil-
qasam ta’ prodotti 
mediċinali 
veterinarji.
53. (1)  Il-Laboratorju Veterinarju Nazzjonali -
(a) għandu jiddeċiedi dwar kull talba li ssirlu mill-
manifattur, jew minn xi rappreżentant awtorizzat kif
dovut, ta’ prodotti mediċinali veterinarji li jintużaw
fil-kura tas-saħħa ta’ l-annimali, bil-għan li tinkiseb l-
awtorizzazzjoni għall-ħruġ fis-suq tal-prodotti skond
id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att;
(b) għandu, meta talba taħt il-paragrafu (a) tkun ħiet
favorevolment deċiża, joħroġ l-awtorizzazzjoni għall-
ħruġ fis-suq tal-prodotti mediċinali veterinarji skond
id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 30, u jinkludi l-
prodotti fil-Lista ta’ Prodotti Mediċinali Veterinarji
24 KAP. 437. ħ SERVIZZI VETERINARJI
Approvati, li għandha, minn żmien għal żmien, tiġi
pubblikata mid-Dipartiment;
(ċ) jabbozza u jżomm aġġornati rapporti ta’ valutazzjoni
fuq ir-riżultati ta’ testijiet analitiċi u farmako-
tossikoloġiċi, u l-provi kliniċi ta’ prodotti mediċinali
veterinarji;
(d) jista’ jittestja prodotti mediċinali, il-prinċipji attivi
tagħhom u, jekk ikun meħtieġ, prodotti intermedji jew
materjal kostitwenti ieħor, jew jista’ jippreżenta
prodotti għall-ittestjar minn xi laboratorju ta’ sieħeb
fil-kummerċ jew minn xi laboratorju imsemmi għal
dak il-għan, sabiex jiżgura li l-ittestjar tal-metodi użati
mill-manifattur u deskritti fl-applikazzjoni jkunu
sodisfaċenti;
(e) jiddeċiedi fuq l-użu ulterjuri jew xort’oħra ta’ xi
prodott mediċinali veterinarju, fil-każijiet meta jkun
intlemaħ xi effett mhux mixtieq;
(f) għandu, meta ssirlu riferenza għal dak l-għan,
jiddeċiedi jekk prodotti mediċinali veterinarji jew
prodotti oħrajn ikunux ġew użati f’xi sustanza
partikolari; u
(g) għandu jeserċita s-sorveljanza, f’isem is-servizzi
veterinarji, fuq il-produzzjoni, l-introduzzjoni, d-
distribuzzjoni u l-użu ta’ prodotti mediċinali
veterinarji.
(2) Il-Laboratorju Veterinarju Nazzjonali jista’, fid-deċiżjoni
tiegħu mogħtija skond is-subartikolu (1)(a), għandu jispeċifika l-
metodu ta’ distribuzzjoni u l-perjodu ta’ validità  tad-deċiżjoni
tiegħu.
(3) Fil-każijiet meta l-Laboratorju Veterinarju Nazzjonali
jidhirlu li jkun neċessarju li xi annimal li jkun jinsab fil-periklu tal-
ħajja jiġi kkurat, jew għal għanijiet ta’ riċerka, il-Laboratorju
Veterinarju Nazzjonali jista’ jippermetti l-użu ta’ xi preparazzjoni
veterinarja jew xi prodott mediċinali veterinarju li jkunu għadhom
ma ġewx approvati u inklużi fil-lista msemmija fis-subartikolu
(1)(b).
(4) Il-Ministru jista’ jippreskrivi regolamenti għall-
implimentazzjoni tad-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu.
TAQSIMA IX
Infurzar, Reati u Pieni
Għajnuna. 54. Bil-għan li jiġu infurzati d-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att,
id-Direttur jista’ jitlob l-għajnuna tal-membri tal-Korp tal-Pulizija,
tal-Forzi Armati ta’ Malta, jew ta’ l-istakkamenti tal-Protezzjoni
Ċivili, hekk kif ikun jeħtieġ il-każ u għal dan il-għan għandu
jittwaqaf kumitat li jkun kompost minn rappreżentanti tal-Korp tal-
Pulizija, tal-Forzi Armati ta’ Malta u ta’ l-istakkamenti tal-
Protezzjoni Ċivili, liema kumitat għandu jiltaqa’ fuq bażi regolari
sabiex jaġġorana pjanijiet ta’ kontinġenza u emerġenza; mingħajr
preġudizzju għall-ġeneralità  ta’ dak hawn qabel imsemmi, d-
SERVIZZI VETERINARJI ġ KAP. 437. 25
Direttur jista’, b’mod partikolari, jitlob dik għajnuna -
(a) meta uffiċjali veterinarji jkollhom is-setgħa, bid-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, li jwettqu spezzjonijiet
u sorveljanza f’konnessjoni mar-restrizzjoni fil-
kummerċ ta’ annimali, jew il-projbizzjoni taċ-ċaqlieq
ta’ persuni jew annimali f’xi area kontaminata;
(b) fil-każijiet tat-tifqigħa ta’ epiżootiji maġġuri, għall-
prevenzjoni tat-tifrix tal-marda u s-soppressjoni ta’
mard kontaġjuż ta’ l-annimali; u
(ċ) meta uffiċjali veterinarji jkunu, filwaqt li jkunu
qegħdin jaqdu d-dmirijiet u l-funzjonijiet tagħhom taħt
dan l-Att, jiġu konfrontati b’resistenza fiżika jew jiġu
xort’oħra mfixkla, jew meta wieħed raġonevolment
jistenna dik ir-resistenza jew ostruzzjoni.
Kumitat 
Dixxiplinari tal-
Kirurġi Veterinarji.
55. (1) Il-Kunsill tal-Kirurġi Veterinarji għandu jwaqqaf
sottokumitat, li jkun magħruf bħala l-Kumitat Dixxiplinari, li jkollu
s-setgħa li jmexxi investigazzjonijiet u jagħti direzzjonijiet ta’
xorta dixxiplinari, dwar kull każ li fih jiġi allegat li persuna
x’aktarx ikollha isimha mneħħi mir-Reġistru tal-Kirurġi
Veterinarji, hawn iżjed ’il quddiem imsemmi "ir-Reġistru", jew li
jkollha r-reġistrazzjoni tagħha mħassra jew sospiża, jew li tiġi
imposta fuqha piena pekunjarja (li tinġabar mid-Direttur bħala dejn
ċivili) ta’ mhux aktar minn ħames mitt lira u tingħata twiddiba, jew
li x’aktarx tingħata xi piena oħra hekk kif jista’ jitqies li jkun
xieraq fiċ-ċirkostanzi tal-każ, u skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-
Att.
(2) Id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) għandhom
japplikaw meta -
(a) kirurgu veterinarju, li jkun reġistrat fir-Reġistru,
jinsab ħati f’Malta jew barra l-pajjiż ta’ reat kriminali,
li, fil-fehma tal-kumitat dixxiplinari, jirrendih mhux
idoneu li jeserċita l-professjoni veterinarja; jew
(b) tali kirurgu veterinarju jinsab, mill-Kumitat
Dixxiplinari, li kien ħati ta’ mġieba xejn xierqa f’xi
aspett professjonali; jew
(ċ) il-Kumitat Dixxiplinari ikun sodisfatt li isem xi
persuna bħal dik ikun inqabad li ddaħħal b’mod
frawdolenti fir-Reġistru.
(3) Il-Kumitat Dixxiplinari għandu jirrapporta ir-riżultanzi
kollha tiegħu u r-riżultati ta’ l-investigazzjonijiet u l-inkjesti
tiegħu, flimkien ma’ kull direzzjoni li jagħti, lill-Kunsill.
(4) Il-Kumitat Dixxiplinari jista’, fil-każijiet ta’ reat gravi,
jordna li l-ċ isem ta’ kirurgu veterinarju jitneħħa mir-Reġistru jew,
ħlief fil-każ li jinkwadra taħt is-subartikolu (2)(b), li r-
reġistrazzjoni tiegħu fih għandha tiġi sospiża għal dak il-perjodu li
jiġi speċifikat fl-ordni.
(5) Il-Reġistratur tal-Kunsill għandu jara li avviż ta’ xi ordni li
tingħata mill-Kumitat Dixxiplinari għandha tiġi notifikata lill-
persuna li l-ordni tkun tirreferi għaliha.
26 KAP. 437. ħ SERVIZZI VETERINARJI
(6) Minkejja kull provvediment ieħor ta’ dan l-Att, min ikollu
ismu mneħħi jew sospiż mir-Reħistru għandu awtomatikament
jitqies li jkollu l-warrant tiegħu mill-President ta’ Malta, biex
jeserċita l-professjoni, irtirat jew sospiż għall-perjodu speċifikat fl-
ordni.
 (7) Persuna li tkun ġiet notifikata b’ordni taħt id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu tista’, fi żmien tmienja u għoxrin
ġurnata mid-data tan-notifika li tkun saritilha bl-avviz ta’ l-ordni,
tappella lill-Kunsill tal-Kirurġi Veterinarji, skond dawk ir-
regolamenti kif jista’ jkun preskritt mill-Ministru għall-fini ta’ dan
l-artikolu.
(8) Ordni mogħtija taħt id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu
hawn qabel imsemmija għandha tibda sseħħ:
(a) meta ma jsir ebda appell taħt is-subartikolu (7) kontra
dik l-ordni fiż-żmien speċifikat għal dak l-appell, meta
jiskadi dak iż-żmien;
(b) meta dak l-appell jinbeda u jiġi sussegwentement
irtirat jew kanċellat bħala abbandunat, fuq l-irtirar jew
it-tħassir ta’ l-appell;
(ċ) meta dak l-appell jinbeda u ma jiġix irtirat jew
kanċellat kif imsemmi hawn aktar qabel, meta tingħata
d-deċiżjoni fuq l-appell.
(9) Meta l-isem ta’ persuna jkun tneħħa mir-Reġistru, b’mod
konformi mad-deċiżjoni kif imsemmija hawn aktar qabel, isem dik
il-persuna m’għandux jerġa’ jiddaħħal fir-Reġistru kemm-il darba
l-Kumitat Dixxiplinari, wara li ssirlu applikazzjoni f’dak ir-
rigward, jordna li jsir xort’oħra.
(10) Meta il-reġistrazzjoni ta’ persuna fir-Reġistru tkun sospiża
b’mod konformi mad-deċiżjoni kif imsemmi hawn aktar qabel,
isem dik il-persuna m’għandux jiddaħħal fir-Reġistru matul il-
perjodu ta’ sospensjoni, kemm-il darba l-Kumitat Dixxiplinari,
wara li ssirlu applikazzjoni f’dak ir-rigward, jordna xort’oħra.
(11) Applikazzjoni taħt is-subartikoli (9) u (10) m’għandhix
issir lill-Kumitat Dixxiplinari qabel ma jiskadu għaxar xhur mid-
data tat-tneħħija jew is-sospensjoni tar-reġistrazzjoni jew għaxar
xhur mid-data ta’ xi applikazzjoni li tkun saret qabel għaldaqshekk.
(12) Id-disposizzjonijiet tas-subartikoli (1) to (11) għandhom,
mutatis mutandis, japplikaw ukoll għal persuni reġistrati fir-
Reġistru għall-Professjonijiet u Snajja Supplimentari għall-
Professjoni Veterinarja.
Ostruzzjoni ta’ 
veterinarju 
uffiċjali.
56. Kull min -
(a) jattakka, jirreżisti jew xjentement ifixkel lil xi
veterinarju uffiċjali fl-eserċizzju tal-poteri tiegħu taħt
dan l-Att; jew
(b) jirrofta jew jittraskura milli jħares xi ordni magħmula
jew direttiva mogħtija leġittimament taħt dan l-Att;
jew
(ċ) mingħajr kawża raġonevoli jonqos milli -
SERVIZZI VETERINARJI ġ KAP. 437. 27
(i) jwieġeb għal xi mistoqsija li ssirlu minn
veterinarju uffiċjali; jew
(ii) jipproduċi xi ħaġa meħtieġa li tiġi prodotta,
b’mod konformi ma’ dan l-Att; jew
(d) jonqos milli jippermetti xi tfittxija jew spezzjoni taħt
dan l-Att; jew
(e) jipprevjeni jew jittanta jipprevjeni lil xi persuna oħra
milli tikkonforma ruħha ma’ dawk l-ordnijiet jew
direttivi jew milli twieġeb għal dawk il-mistoqsijiet,
tipproduċi xi ħaġa jew tippermetti li ssir dik it-tfittxija
jew spezzjoni; jew
(f) bil-għan li jikseb liċenza jew permess, jew biex ikun
jista’ jikkonforma ruħu ma’ xi ħtieġa li jipprovdi
informazzjoni taħt dan l-Att, jipprovdi informazzjoni
li jkun jaf li tkun falza f’xi materjal partikolari jew
jipprovdi bi traskuraġni informazzjoni li tkun falza
f’xi materjal partikolari,
ikun ħati ta’ reat u jeħel, meta jinsab ħati, multa ta’ mhux anqas
minn mitejn lira imma mhux iżjed minn elfejn u ħames mitt lira.
Reati oħra.
m’hemm provdut ebda piena speċifika ikun ħati ta’ reat u jeħel,
meta jinsab ħati, multa ta’ mhux iżjed minn ħamest elef lira.
(2) Meta xi ħadd jinsab ħati ta’ xi reat kontra dan l-Att, il-
Qorti tista’, b’żżjieda ma’ xi piena oħra li tista’ timponi, tordna li
dawk l-istrumenti, tagħmir, prodotti jew sustanzi użati fit-twettiq
tar-reat għandhom jiġi konfiskati favur il-Gvern u, jekk jiġu hekk
konfiskati, dawn għandu jsir minnhom b’dak il-mod hekk kif il-
Qorti tista’ tiddetermina fuq il-parir tad-Direttur.
Proċedimenti fil-
qorti.
58. (1) Għar-rigward ta’ proċedimenti dwar reati konnessi
ma’ dan l-Att, il-Qorti tista’ taġġudika favur il-Gvern dawk l-
ispejjeż u n-nefqiet li jkunu saru f’dak li għandu x’jaqsam ma’
dawk il-proċedimenti hekk kif jista’ tista’ tqis li jkun xieraq.
Kap. 9.
(2) Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 413(1)(b) tal-
Kodiċi Kriminali, l-Avukat Ġenerali dejjem ikollu l-jedd li jappella
minn kull sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Maġistrati, li toqgħod
bħala Qorti ta’ ġudikatura kriminali, għar-rigward ta’ proċedimenti
għal reat kontra dan l-Att.
Reati relattivi għal 
xi Konvenzjoni.
59. Il-Ministru jista’ b’ordni jagħmel dawk disposizzjonijiet
hekk kif huwa jista’ jikkunsidra xierqa għall-infurzar ta’ xi
restrizzjoni jew obbligazzjoni li għandhom x’jaqsmu mat-twettiq
ta’ attivitajiet veterinarji u s-saħħa ta’ l-annimali b’mod ġenerali li
jkunu jinsabu f’xi Konvenzjoni li Malta tkun parti fiha u jista’
jipprovdi fl-ordni li kull kontravenzjoni ta’ xi tali restrizzjoni jew
obbligazzjoni tikkostitwixxi reat kontra dan l-Att punibbli b’multa
kif tiġi stipulata fl-ordni, liema multa m’għandhiex teċċedi l-
ammont ta’ ħamsa w għoxrin elf lira. Kull ordni bħal dan jista’ jiġi
emendat, sostitwit jew revokat mill-Ministru minn żmien għal
żmien.
Telfien ta’ liċenza 
jew permess.
60. (1)  Fil-każ ta’ sejbien ta’ ħtija għat-tieni darba jew iktar
28 KAP. 437. ħ SERVIZZI VETERINARJI
drabi kontra dan l-Att, il-ħati għandu, b’żjieda ma’ kull piena oħra,
jitlef kull liċenza jew permess, u kull tniżżil relattiv magħmul fir-
Reġisru bis-saħħa ta’ dan l-Att għandu jiġi mħassar. Il-ħati jista’,
jekk il-Qorti jidhrilha hekk xieraq u b’żieda ma’ xi pieni oħra, jitlef
ukoll kull dritt li jkun ħallas għal-liċenza jew permess mitluf kif
imsemmi hawn aktar qabel jew għal kull tniżżil imħassar kif inhu
msemmi hawn aktar qabel, u huwa ma jkunx jista’ għal perjodu ta’
tliet snin mill-ġurnata tat-tieni sejbien ta’ ħtija jew dawk
sussegwenti, skond kif ikun il-każ, ikun id-detentur ta’ dik il-
liċenza jew permess jew inkella jitniżżel fir-Reġistru taħt dan l-Att.
(2) Minkejja d-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1), Il-
Ministru jista’, fiċ-ċirkostanzi ta’ kull każ partikolari u wara li
ssirlu applikazzjoni, jordna li d-disposizzjonijiet ta’ dak is-
subartikolu m’għandhomx ikunu japplikaw għal xi liċenza, permess
jew tniżżil partikolari fir-record ta’ xi reġistru taħt dan l-Att kieku
xort’oħra mitlufin.
Pieni 
amministrattivi
61. (1) Meta d-Direttur jkollu tabilħaqq għaliex jifhem li -
(a) jkun sar xi reat kontra dan l-Att minn xi persuna; u
(b) filwaqt li jqis il-kondotta preċedenti tal-persuna
inkwistjoni, ikun iktar xieraq li tingħata piena taħt dan
l-artikolu,
huwa jista’ jamar li jiġi notifikat avviż bil-miktub skond ma hemm
fis-subartikolu (2) u fl-għamla kif dovuta lil dik il-persuna.
(2) Avviż taħt is-subartikolu (1) għandu jispeċifika -
(a) d-data u x-xorta tar-reat;
(b) sunt tal-fatti li fuqhom tkun imsejsa l-allegazzjoni li
jkun sar reat (li jkun sunt suffiċjenti biex b’mod
komplet u ġust jgħarraf lill-persuna bl-allegazzjoni
kontrih);
(ċ) kull ħaġa oħra (li ma tkunx dwar xi sejbien ta’ ħtija
preċedenti) li d-Direttur jikkunsidra rilevanti biex tkun
tista’ tingħata piena; u
(d)  l-ammont ta’ piena dovut, u meta l-piena dovuta tkun
tiddependi fuq xi sejbien ta’ ħtija preċedenti, d-data ta’
dak is-sejbien ta’ ħtija,
u dan it-tagħrif għandu jkun endorsjat fuq dikjarazzjoni li ssemmi
d-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu.
(3) Kull min jiġi notifikat b’avviż taħt is-subartikolu (1) jista’,
fi żmien tletin ġurnata minn dak is-servizz b’avviż bil-miktub
f’għamla xierqa li tiġi notifikata lid-Direttur, jitlob li l-
proċedimenti għar-rigward tar-reat allegat isiru quddiem il-Qorti,
f’liema każ japplikaw dawn id-disposizzjonijiet:
(a) ma jittieħdu ebda proċedimenti oħra taħt dan l-artikolu
mid-Direttur; u
(b) ebda ħaġa f’dan l-artikolu m’għandha tiftiehem bħala
li tipprevjeni l-istituzzjoni ta’ proċedimenti għar-
rigward tar-reat allegat jew tas-sejbien ta’ ħtija tal-
persuna għar-reat mill-Qorti jew l-impożizzjoni ta’ xi
SERVIZZI VETERINARJI ġ KAP. 437. 29
piena jew konfiska taħt dan l-Att meta hekk jinsab
ħati.
(4) Kull min ikun ingħatalu avviż taħt is-subartikolu (1) u
jkunx irid li il-proċedimenti għar-rigward tar-reat allegat isiru
quddiem il-Qorti jista’ b’avviż bil-miktub li jiġi notifikat lid-
Direttur-
(a) jammetti r-reat, u
(b) jħallas l-ammont tal-piena lid-Direttur fi żmien tletin
ġurnata wara li jkun ġie lilu notifikat l-avviż tal-piena
jew wara kull perjodu sussegwenti hekk kif id-Direttur
jista’ jispeċifika.
(5) Meta taħt dan l-artikolu persuna tammetti reat, id-Direttur
jwaħħal lil dik il-persuna piena ta’ flus għar-rigward tar-reat li tkun
tammonta għal wieħed minn tlieta ta’ l-ogħla piena li dik il-persuna
kienet kieku teħel li kienet insabet ħatja tar-reat mill-Qorti.
Kap. 12.
(6) Il-piena imposta taħt is-subartikolu (5) tkun dovuta bħala
dejn ċivili esegwibbli mill-Qorti ta’ ġurisdizzjoni ċivili kompetenti
favur il-Gvern u d-dikjarazzjoni mill-persuna li tkun weħlet il-
piena li tkun tammetti l-akkuża għandha tikkostitwixxi titolu
esekuttiv għall-għanijiet ta’ l-artikolu 253 tal-Kodiċi ta’
Organizazzjoni u Proċedura Ċivili bl-istess mod bħallikieku kienet
sentenza tal-Qorti ta’ ġurisdizzjoni ċivili kompetenti.
(7) Minkejja kull disposizzjoni oħra ta’ dan l-Att jew ta’ kull
liġi oħra, meta tkun saret l-ammissjoni ta’ reat taħt dan l-artikolu,
ma tista’ ssir ebda akkuza għar-rigward ta’ dak ir-reat kontra min
ikun għamel dik l-ammissjoni.
(8) Meta min lilu jiġi notifikat avviż taħt is-subartikolu (1) ma
jammettix ir-reat fi żmien tletin ġurnata wara li jkun ġie notifikat
bl-avviż, id-Direttur għandu jibda proċedimenti jew jara li jinbdew
proċedimenti quddiem il-Qorti għar-rigward tar-reat allegat.
30 KAP. 437. ħ SERVIZZI VETERINARJI
L-EWWEL SKEDA
(Artikoli 3, 16, 35, 36, 37, 38, 44 u 45)
Prodotti ġerminali, prodotti sekondarji u prodotti ta’ pjanti
soġġetti għal ħtiġiet veterinarji
(a) Prodotti ġerminali:
Semen, ova u embriji ta’ speċi domestiċi u ta’ speċi
oħra skond il-ħtiġiet tas-sħab fil-kummerċ f’dawn l-
affarijiet.
(b) Prodotti sekondarji:
Lista dettaljata ta’ dawn il-prodotti (prodotti
sekondarji mhux elenkati fl-Anness II tat-Trattat dwar
l-Unjoni Ewropea), għandha tiġi abbozzata fir-
regolamenti preskritti mill-Ministru, bil-parir tad-
Direttur, wara li jitqiesu l-ħtiġiet tas-sħab fil-kummerċ
f’dawn l-affarijiet.
(ċ) Prodotti ta’ pjanti:
Lista dettaljata ta’ prodotti ta’ pjanti li, partikolarment
minħabba fid-destinazzjoni sussegwenti tagħhom,
jistgħu jagħtu lok għar-riskju ta’ tifrix ta’ mard ta’ l-
annimali infettiv jew kontaġuż u, għal liema raġuni,
għandhom jiġu assoġġettati għal spezzjonijiet
veterinarji, għandha tiġi abbozzata f’regolamenti
preskritti mill-Ministru, bil-parir tad-Direttur.
IT-TIENI SKEDA
(Artikoli 6, 15, 16, 35 u 37)
Mard li jkunu soġġett għan-notifikazzjoni msemmija fl-artikolu 6
Marda tal-lsien u d-dwiefer
Rinderpest (pesta ta’ l-ifrat) 
Plewropnewmonja ta’ l-ifrat kontaġjuża
Bluetongue 
Marda vesikulari tal-majjal 
Deni tal-majjal klassiku
Deni tal-majjal Affrikan 
Enċefalomijelite enterovirus tal-majjal (kienet il-marda Teschen) 
Influwenza tat-tjur (kienet il-pesta tat-tjur) 
Marda ta’ Newcastle 
Marda taż-Żwiemel Affrikana
Stomatite vesikulari
Peste des petits ruminants
SERVIZZI VETERINARJI ġ KAP. 437. 31
Deni Rift Valley 
Marda tal-boċċi fil-ġilda
Ġidri tan-nagħaġ u l-mogħoż (Capripox)
Nekrosi ematopojetika infettiva
Enċefalopatija sponġiformi ta’ l-ifrat
IT-TIELET SKEDA
(Artikoli 8, 35 u 37)
Mard ta’ l-ifrat 
-  Marda tal-lsien u d-dwiefer
- Rabja (idrofobija)
- Tuberkulosi
- Bruċellosi
- Plewropnewmonja ta’ l-ifrat kontaġjuża
- Lewkosi enżootika ta’ l-ifrat
- Antraċe
Mard tal-majjal
-  Rabja (idrofobija)
- Bruċellosi
- Deni tal-majjal klassiku 
-  Deni tal-majjal Affrikan
- Marda tal-lsien u d-dwiefer
- Marda vesikulari tal-majjal
- Antraċe
Mard tan-nagħaġ u l-mogħoż
- Marda tal-lsien u d-dwiefer
- Bruċellosi (B. melitensis)
- Epididimite kontaġjuża (B. ovis)
- Antraċe
- Rabja (idrofobija)
- Ħakk (Scrapie)
Mard taż-żwiemel (Equidae) 
- Dourine
- Glanders
- Enċefalomijelite taż-żwiemel (ta’ kull tip, inklużi VEE)
- Anemija infettiva
32 KAP. 437. ħ SERVIZZI VETERINARJI
- Rabja (idrofobija)
- Antraċe
- Marda taż-żiemel Affrikana
- Stomatite vesikulari
Mard tat-tjur
- Influwenza ta’ l-għasafar
- Marda ta’ Newcastle
Mard tal-ħut
- Anemija infettiva tas-salamun (ISA) 
Salamun Atlantiku (Salmo salar)
- VHS (Septiċemija emorraġika virali)
L-ispeċi tas-salamuna
Grayling (Thymallus thymallus)
Whitefish (Coregonus spp.)
Lizz (Esox lucius)
Barbun imperjali (Scophthalmus maximus)
- Nekrosi ematopojetika infettiva (IHN)
L-ispeċi Salmonidae
Iż-żgħir tal-lizz (Esox lucius)
Mard tal-molluski
 - Bonamia ostreae 
Gajdra ċatta (Ostrea edulis)
- Marteilla refringens 
Gajdra ċatta (Ostrea edulis)
Mard ta’ speċi oħra
- Marda ta’ Newcastle 
Tajr
- Influwenza ta’ l-għasafar
Tajr
- Psittakosi
Psittacidae (tal-pappagalli)
- American foulbrood
Naħal
- Marda tal-lsien u d-dwiefer
Ruminanti (li jixtarru)
- Bruċellosi (Brucella ssp.) 
suidae (majjali)
SERVIZZI VETERINARJI ġ KAP. 437. 33
- Tuberkulosi
suidae (majjali)
- Deni tal-majjal klassiku
suidae (majjali)
- Deni tal-majjal Affrikan
suidae (majjali)
- Marda tal-lsien u d-dwiefer
suidae (majjali)
- Rabja (idrofobija)
L-ispeċi kollha suxxettibbli
IR-RABA' SKEDA
(Artikoli 8, 19, 35 u 37)
Mard ta’ l-ifrat
- Rinotrakejite ta’ l-ifrat infettiva 
Mard tal-majjali
- Marda ta’ Aujeszky
- Infezzjoni Brucella suis 
- Gastro-enterite trasmissibli
Mard tan-nagħaġ u l-mogħoż
- Agalaktija kontaġjuża
- Paratuberkulosi
- Limfadenite b’xebħ mal-ġobon
- Adenomatosi pulmonarja
- Maedi visna
- Artrite virali. enċefalite tal-mogħoż
Mard tal-Ħut
- Nekrosi tal-frixa infettiva (IPN)
- Viremija tar-rebbiegħa tal-karpjun (SVC)
- Marda batterika tal-kliewi (BKD) (Renibacterium
salmonidarum)
- Furunkulosi (Aeromonas salmonicida)
- Marda enterika redmouth (ERM) (Yersinia ruckeri)
- Gyrodactylus salaris
Krustaċji
Pesta tal-gamblu ta’ l-ilma ħelu (Aphanomyces astaci)
34 KAP. 437. ħ SERVIZZI VETERINARJI
Mard ta’ speċi oħra
- Enterite virali 
Mink
- Marda ta’ l-Alewtini
Mink
- Marda fatali Ewropea tal-batterja
Naħal
- Varroasi u akarijasi 
Naħal
- Tuberkulosi 
Xadini u felidi
- Tuberkulosi 
Ruminanti (li jixtarru)
- Missomatosi 
Lagomorfi
- Marda emorraġika virali 
Lagomorfi
- Tularemija 
Lagomorfi
IL-ĦAMES SKEDA
(Artikolu 18)
Marda tal-lsien u d-dwiefer 
Rinderpest (pesta ta’ l-ifrat) 
Plewropnewmonja ta’ l-ifrat kontaġjuża 
Bluetongue 
Marda vesikulari tal-majjal 
Deni tal-majjal klassiku 
Deni tal-majjal Affrikan 
Enċefalomijelite enterovirus tal-majjal (kienet il-marda Teschen) 
Influwenza ta’ l-għasafar (kienet il-pesta tat-tjur) 
Marda taż-żiemel Affrikana
Stomatite vesikulari
Peste des petits ruminants
Deni Rift Valley 
Marda tal-boċċi fil-ġilda
SERVIZZI VETERINARJI ġ KAP. 437. 35
Ġidri tan-nagħaġ u l-mogħoż (Capripox)
Marda emorraġika taċ-ċerv
Enċefalomijelite virali Venezwelana taż-żwiemel
IS-SITT SKEDA
(Artikolu 32)
TAQSIMA A
Prodotti mediċinali veterinarji żviluppati permezz ta’ xi wieħed
mill-proċessi bijoteknoloġiċi li ġejjin:
teknoloġija rikombinanti DNA, 
l-espressjoni kontrollata ta’ kodifikazzjoni ġenetika
għal protejini bijoloġikament attivi fi prokarjoti u
ewkarjoti, inklużi ċelloli trasformati tal-mammiferi, 
ibridoma u metodi ta’ antikorpi monoklonali 
Prodotti mediċinali veterinarji, inklużi dawk mhux miksubin
mill-bijoteknoloġija, maħsuba primarjament għall-użu bħala
performance enhancers biex jippromwovu t-tkabbir ta’ annimali
hekk ittrattati jew biex iżidu l-prodotti minn annimali hekk
ittrattati.
TAQSIMA B
Prodotti mediċinali veterinarji żviluppati minn proċessi
bijoteknoloġiċi li, fil-fehma tal-Laboratorju Veterinarju
Nazzjonali, jikkostitwixxu innovazzjoni sinifikattiva. 
Prodotti mediċinali veterinarji amministrati permezz ta’ sistemi
ta’ kunsinna ġodda li, fil-fehma tal-Laboratorju Veterinarju
Nazzjonali, jikkostitwixxu innovazzjoni sinifikattiva. 
Prodotti mediċinali veterinarji ppreżentati għal indikazzjoni
għalkollox ġdida li, fil-fehma tal-Laboratorju Veterinarju
Nazzjonali, hi ta’ interess terapewtiku sinifikattiv.
Prodotti mediċinali veterinarji bażati fuq radio-isotopes li, fil-
fehma tal-Laboratorju Veterinarju Nazzjonali, huma ta’ interess
terapewtiku sinifikattiv.
Prodotti mediċinali veterinarji li l-manifattura tagħhom tuża
proċessi li, fil-fehma tal-Laboratorju Veterinarju Nazzjonali, juru
avvanz tekniku sinifikattiv bħal elettroforesi bi-dimensjonali taħt
il-mikro-gravità .
Prodotti mediċinali veterinarji maħsuba għall-użu f’annimali li
jipproduċu l-ikel u li jkun fihom xi sustanza attiva ġdida li, fid-data
ta’ bidu fis-seħħ ta’ dan l-Att, ma kientx awtorizzata minn Malta
jew minn xi sieħeb fil-kummerċ għall-użu f’annimali li jipproduċu
l-ikel.
36 KAP. 437. ħ SERVIZZI VETERINARJI
TAQSIMA Ċ
Organiżmu ġenetikament modifikat (GMO) tfisser organiżmu li
fih ikun inbidel il-materjal ġenetiku b’tali mod li ma jokkorrix
b’mod naturali mit-tiżwiġ u, jew mir-rikombinazzjoni naturali.
F’dak li trid tfisser din id-definizzjoni, il-modifikazzjoni
ġenetika tiġri għall-inqas permezz ta’ l-użu tat-teknikalitajiet tal-
ġenetika, li fost l-oħrajn huma:
teknikalitajiet tad-DNA rikombinanti li jużaw sistemi
vettorjali;
teknikalitajiet li jinvolvu l-introduzzjoni diretta
f’organiżmu ta’ materjal ereditarju ppreparat barra l-
organiżmu inkluża kull mikro-injezzjoni, makro-
injezzjoni u mikro-enkapsulazzjoni;
fużjoni ċellulari (inkluża fużjoni protoplastika) jew
teknikalitajiet ta’ ibridiżazzjoni meta ċelluli ħajjin ma’
kombinazzjonijiet ġodda ta’ materjal ġenetiku
ereditabbli jiġu ffurmati permezz tal-fużjoni ta’ żewġ
ċelluli jew iktar permezz ta’ metodi li ma jokkorrux
b’mod naturali.
il-teknikalitajiet li ma jkunux ikkunsidrati bħala li jirriżultaw
f’modifikazzjoni ġenetika, bil-kondizzjoni li dawn ma jinvolvux l-
użu ta’ molekuli tad-DNA rikombinanti jew xi GMO, huma:
l-induzzjoni tal-poliplojdi,
il-fertilizzazzjoni in vitro,
il-konjugazzjoni, it-trasduzzjoni, it-trasformazzjoni
jew kull proċess naturali ieħor.
