LOTTERIJI U LOGĦOB IEĦOR ġ KAP. 438. 1
KAPITOLU 438
ATT DWAR LOTTERIJI U LOGĦOB IEĦOR
Biex jipprovdi għar-regolament ta’ lotteriji u logħbiet oħra u attivitajiet ta’
logħob  f’Malta, għat-twaqqif ta’ Awtorità  dwar il-Lotteriji u l-Logħob, u għal kull
fini oħra li għandha x’taqsam ma’ dan, inklużi l-emendar u l-konsolidazzjoni  ta’
liġijiet eżistenti li għandhom x’jaqsmu ma’ dan.
2 ta’ Settembru, 2002
L-Att XXIV ta’ l-2001.
TAQSIM TA’ L-ATT
Artikoli
TAQSIMA I Preliminari 1
TAQSIMA II Tifsiriet 2
TAQSIMA III  Prinċipji Ġenerali 3-8
TAQSIMA IV  Twaqqif u Funzjonijiet ta’ l-Awtorità  dwar il-Lotteriji u l-
Logħob 9-20
TAQSIMA V  Uffiċjali u Impjegati ta’ l-Awtorità 21-25
TAQSIMA VI  Il-Lotterija Nazzjonali 26-36
TAQSIMA VII  Logħbiet Oħra 37-43
TAQSIMA VIII   Approvazzjoni ta’ Korsi għat-Tiġrijiet u Klabbs tat-
Tiġrijiet u Ħatra ta’ Bordijiet għall-Kontroll ta’ Korsa
għat-Tiġrijiet 44-46
TAQSIMA IX   Flus għall-Logħob 47-49
TAQSIMA X   Disposizzjonijiet Finanzjarji 50-62
TAQSIMA XI   Trasferiment ta’ Proprjetà  lill-Awtorità 63-66
TAQSIMA XII   Reati u Pieni 67-74
TAQSIMA XIII   Disposizzjonijiet Supplentari 75-80
SKEDI
L-Ewwel Skeda  Logħbiet bla skop ta’ profitt
It-Tieni Skeda  Logħbiet tat-tombla kummerċjali fi swali għal-logħob tat-tombla
It-Tielet Skeda  Logħbiet ta’ komunikazzjoni kummerċjali
Ir-Raba’ Skeda  Logħbiet tal-mezzi tax-xandir
Il-Ħames Skeda  Logħbiet VLT u VLTs
Is-Sitt Skeda  Mħatri u sweepstakes li jsiru f’korsa għat-tiġrijiet
Is-Seba’ Skeda  Emendi għal liġijiet
It-Tmien Skeda  Emendi għal liġijiet
Id-Disa’ Skeda  Kostituzzjoni u proċedimenti ta’ Bord għall-Kontroll ta’ Korsa għat-
Tiġrijiet
2 KAP. 438. ħ LOTTERIJI U LOGĦOB IEĦOR
TAQSIMA I - PRELIMINARI
Titolu fil-qosor. 1. It-titolu fil-qosor ta’ dan l-Att hu Att dwar Lotteriji u
Logħob Ieħor.
TAQSIMA II - TIFSIRIET
Tifsir. 2. (1) F’dan l-Att,  kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma tkunx
teħtieġ xort’oħra:
"apparat għal-logħob" tfisser kull apparat elettriku, elettroniku
jew mekkaniku, biljett jew kull ħaġ’oħra li tintuża jew tkun
maħsuba biex tintuża f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-operazzjoni,
l-promozzjoni jew il-bejgħ  ta’ xi logħba u, jew fil-logħob, u
tinkludi totalizzatur, VLT, computer ċentrali VLT, kartella tat-
tombla u ġog tat-tombla;
"apparat rilevanti għal-logħob" tfisser apparat elettriku,
elettroniku jew mekkaniku li jintuża jew ikun maħsub biex jintuża
f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-operazzjoni,  l-promozzjoni jew il-
bejgħ  ta’ xi logħba u, jew fil-logħob, u tinkludi totalizzatur, VLT u
computer ċentrali VLT;
"Awtorità " tfisser l-Awtorità  dwar il-Lotteriji u l-Logħob
mwaqqfa taħt l-artikolu 9;
"Bord għall-Kontroll ta’ Korsa għat-Tiġrijiet" tfisser Bord għall-
Kontroll ta’ Korsa għat-Tiġrijiet maħtur għar-rigward ta’ xi korsa
approvata għat-tiġrijiet mill-Ministru responsabbli għall-isport taħt
l-artikolu 46;
"Chief Executive" tfisser iċ-Chief Executive maħtur taħt l-
artikolu 14(1);
"computer ċentrali VLT" tfisser sistema ta’ computer operata
mid-detentur ta’ liċenza VLT li magħha għandhom jitqabbdu l-
VLTs kollha attivati fis-sistema, u li jista’ jirreġistra l-logħob kollu
li jsir permezz ta’ dawk il-VLTs u li jissorvelja l-operazzjonijiet
kollha li jsiru fi jew permezz ta’ dawk il-VLTs u li jaħżen u
jipprovdi rapporti u tagħrif fuq dawn l-affarijiet hawn qabel
imsemmija u fuq dawk il-funzjonijiet l-oħra li jistgħu jiġu preskritti
b’regolamenti magħmulin taħt dan l-Att;
"detentur ta’ liċenza" tfisser u tinkludi detentur ta’ liċenza għal
Lotterija Nazzjonali u detentur ta’ liċenza għal logħbiet oħra;
"Direttorati" tfisser dawk id-direttorati li l-Awtorità  tista’
twaqqaf taħt l-artikolu 13;
"ġog tat-tombla" tfisser kombinazzjoni ta’ kartelli tat-tombla li
fuqhom in-numri, simboli jew stampi kollha li jipparteċipaw
f’logħba tat-tombla jiġu stampati jew xort’oħra rappreżentati
elettronikament, u li permezz tagħhom ġugatur jipparteċipa f’dik il-
logħba tat-tombla;
"ġugata" tfisser il-valur ekonomiku li l-ġugatur ta’ logħba, jew xi
ħadd ieħor f’ismu, ikollu jħallas sabiex il-ġugatur jipparteċipa f’dik
il-logħba u li huwa jista’ jitlef, għalkollox jew f’parti minnu, mar-
riżultat tal-logħba;
"kartella tat-tombla" tfisser l-unità  ta’ logħba tat-tombla li fuqha
LOTTERIJI U LOGĦOB IEĦOR ġ KAP. 438. 3
x’uħud minn numri, simboli jew stampi li jipparteċipaw f’dik il-
logħba tat-tombla jiġu stampati jew xort’oħra rappreżentati
elettronikament, u li bihom ġugatur jista’ jipparteċipa f’dik il-
logħba tat-tombla, kif jiddependi mir-regoli ta’ dik il-logħba tat-
tombla;
"klabb approvat tat-tiġrijiet" tfisser klabb tat-tiġrijiet li dwaru
jkun hemm ċertifikat ta’ approvazzjoni validu maħruġ mill-
Ministru responsabbli għall-isport taħt l-artikolu 45;
"klabb tat-tiġrijiet" tfisser u tinkludi klabb, organizzazzjoni,
kumpannija jew xi assoċjazzjoni oħra jew korp ta’ persuni li jkollu
b’għan tiegħu jew bħala wieħed mill-għanijiet tiegħu l-
organizzazzjoni u t-tmexxija ta’ tiġrijiet ta’ żwiemel u, jew tiġrijiet
ta’ klieb fuq korsa għat-tiġrijiet, sew jekk dak il-klabb,
organizzazzjoni, kumpannija, assoċjazzjoni jew korp ikun is-sid ta’
dik il-korsa għat-tiġrijiet sew jekk ma jkunx, u meta korsa għat-
tiġrijiet tkun tappartjeni lil xi individwu, din tinkludi lil dak l-
individwu;
"korsa għat-tiġrijiet" tfisser kull art li tintuża jew tkun maħsuba
biex tintuża għal tiġrijiet taż-żwiemel u, jew klieb fuqha;
"korsa approvata għat-tiġrijiet" tfisser kull korsa għat-tiġrijiet u
kull art li tmiss magħha, li dwar dik il-korsa għat-tiġrijiet u l-art li
tmiss magħha jkun hemm ċertifikat ta’ approvazzjoni validu
maħruġ mill-Ministru responsabbli għall-isport taħt l-artikolu 44;
"laqgħa approvata" tfisser laqgħa li fiha tiġrijiet ta’ żwiemel u,
jew tiġrijiet ta’ klieb, iżda mhux provi ta’ tiġrijiet, isiru f’xi korsa
approvata għat-tiġrijiet bl-approvazzjoni tal-Bord għall-Kontroll
ta’ Korsa għat-Tiġrijiet maħtur għal dik il-korsa approvata ta’
tiġrijiet taħt l-artikolu 46;
"liċenza annwali ta’ sala għal-logħob tat-tombla" tfisser liċenza
ta’ sala għal-logħob tat-tombla li tinħareġ għal perjodu effettiv ta’
sena mid-data meta tinħareġ kif provdut fil-partita 1(1) tat-Tieni
Skeda, u li tiġġedded għal perjodi oħra ta’ sena kull wieħed kif
provdut fil-partita 1(3) tagħha;  u "detentur ta’ liċenza annwali ta’
sala għal-logħob tat-tombla" tiftiehem skond hekk;
"liċenza biex isiru mħatri f’korsa għat-tiġrijiet" tfisser liċenza
biex topera mħatri f’korsa għat-tiġrijiet u, jew sweepstakes
mogħtija mill-Awtorità  lil klabb approvat tat-tiġrijiet jew lil xi
persuna oħra taħt l-artikolu 43, u "detentur ta’ liċenza għat-tqegħid
ta’ mħatri f’korsa għat-tiġrijiet" tiftiehem skond hekk;
"liċenza staġjonali ta’ sala għal-logħob tat-tombla" tfisser
liċenza ta’ sala għal-logħob tat-tombla li tinħareġ għal dak il-
perjodu effettiv kif provdut fil-partita 1(2) tat-Tieni Skeda, u li
tiġġedded għal dawk il-perjodi ulterjuri kif provdut fil-partita 1(3)
tagħha; u "detentur ta’ liċenza staġjonali ta’ sala għal-logħob tat-
tombla" tiftiehem skond hekk; 
"logħba" tfisser u tinkludi, ħlief għall-finijiet tat-tifsiriet ta’
"makna għal-logħob tad-divertiment" u "logħba tad-divertiment"
f’dan is-subartikolu, logħba ta’ l-ażżard u logħba ta’ l-ażżard u
abbiltà , imma ma tinkludix (i) ġrajja ta’ sport, għalkemm tinkludi
mħatra dwar l-isport u kull logħba ta’ l-ażżard u logħba ta’ l-ażżard
4 KAP. 438. ħ LOTTERIJI U LOGĦOB IEĦOR
u abbiltà  oħra li l-operazzjoni jew il-logħob tagħha jkun jiddependi
minn ġrajja ta’ sport jew minn sett ta’ ġrajjiet ta’ sport jew ir-
riżultat jew riżultanza ta’ dawn u (ii) logħba tad-divertiment;
"logħba awtorizzata" tfisser logħba awtorizzata mill-Awtorità  li
tiġi operata minn detentur ta’ liċenza skond il-liċenza li jkollu jew
logħba operata minn persuni jew entitajiet oħra eżentati minn kull
ħtieġa ta’ xi liċenza jew awtorizzazzjoni jew li jkollhom permess
joperaw dik il-logħba mingħajr il-ħtieġa ta’ xi liċenza jew
awtorizzazzjoni skond dan l-Att jew regolamenti li jsiru taħtu; 
"logħba bla skop ta’ profitt" tfisser logħba organizzata minn
organizzazzjoni bla skop ta’ profitt, li r-rikavat nett tagħha jkun
maħsub għal xi skop reliġjuż, sportiv, filantropiku, kulturali,
edukattiv, soċjali jew ċiviku jew għal xi skop ieħor hekk kif il-
Ministru jista’ b’ordni fil-Gazzetta jippreskrivi; u "liċenza għal
logħba bla skop ta’ profitt" tfisser liċenza biex topera logħba bla
skop ta’ profitt mogħtija mill-Awtorità  lil xi organizzazzjoni bla
skop ta’ profitt taħt l-artikolu 37, u "detentur ta’ liċenza għal
logħba bla skop ta’ profitt" tiftiehem skond hekk;
"logħba tad-divertiment" tfisser logħba li tintlagħab permezz ta’
makna għal-logħob tad-divertiment;
"logħba ta’ l-ażżard" tfisser logħba għall-flus u, jew premjijiet
b’valur ta’ flus, li r-riżultati tagħha jkunu għalkollox aċċidentali;
"logħba ta’ l-ażżard u abbiltà " tfisser logħba għall-flus u, jew
premjijiet b’valur ta’ flus, li r-riżultati tagħha ma jkunux
għalkollox aċċidentali imma jiddependu, sa ċertu limitu, fuq l-
abbiltà  tal-parteċipant;
"logħba ta’ komunikazzjoni kummerċjali" tfisser logħba li tkun
organizzata bil-għan li tippromwovi jew tinkoraġixxi l-bejgħ ta’
oġġetti jew servizzi, u li ma tikkostitwix attività  ekonomika minnha
nnifisha, u fejn kull ħlas meħtieġ li jsir mill-parteċipant iservi biss
biex jikseb l-oġġetti jew servizzi promossi u mhux biex
jipparteċipa fil-logħba, għalkemm jista’ jkun hemm kondizzjoni li
persuna tixtri l-oġġetti jew servizzi promossi sabiex tipparteċipa
fil-logħba; u "liċenza ta’ logħba ta’ komunikazzjoni kummerċjali"
tfisser liċenza biex topera logħba ta’ komunikazzjoni kummerċjali
mogħtija mill-Awtorità  lil persuna taħt l-artikolu 40, u "detentur ta’
liċenza ta’ logħba ta’ komunikazzjoni kummerċjali" tiftiehem
skond hekk;
"logħba tal-mezzi tax-xandir" tfisser logħba li tkun organizzata
mis-sid jew l-operatur ta’ stazzjon tar-radju jew tat-televiżjoni, jew
sub-kuntrattur tiegħu, fejn il-parteċipazzjoni ta’ ġugaturi fiha ssir
bil-preżenza jew bħala riżultat tal-presenza tagħhom matul it-
trasmissjoni jew ir-reġistrazzjoni tal-programm li fih dik il-logħba
tkun organizzata jew b’xi intervent daparti tagħhom b’kull mezz ta’
komunikazzjoni mill-bogħod matul jew wara t-trasmissjoni jew ir-
reġistrazzjoni tal-programm li matulu dik il-logħba tkun
organizzata; u "liċenza għal logħba tal-mezzi tax-xandir" tfisser
liċenza biex topera logħba tal-mezzi tax-xandir mogħtija mill-
Awtorità  lis-sid jew operatur ta’ stazzjon tar-radju jew tat-
televiżjoni jew sub-kuntrattur tiegħu taħt l-artikolu 41, u "detentur
ta’ liċenza għal logħba tal-mezzi tax-xandir" tiftiehem skond hekk;
LOTTERIJI U LOGĦOB IEĦOR ġ KAP. 438. 5
"logħba tat-tombla" tfisser logħba ta’ l-ażżard, magħrufa wkoll
bħala "bingo", li fiha l-ġugatur juża ġog tat-tombla jew kartella tat-
tombla jew rappreżentazzjoni elettronika tagħhom li jkun fiha
numri, simboli jew stampi, u li tintlagħab mill-ġugatur billi
jimmarka, jgħatti jew jikxef dawk in-numri, simboli jew stampi
hekk kif ikunu identiċi għal numri, simboli jew stampi mtellgħin
għal għarrieda, sew manwalment sew elettronikament, u mirbuħa
mill-ġugatur li jkun l-ewwel li jimmarka, jgħatti jew jikxef
arranġament ta’ numri speċifikat bil-quddiem, simboli jew stampi
fuq il-ġog tat-tombla jew kartella tat-tombla;
"logħba tat-tombla kummerċjali" tfisser kull logħba tat-tombla, li
ma tkunx logħba tat-tombla operata minn organizzazzjoni bla skop
ta’ profitt skond liċenza għal logħba bla skop ta’ profitt;
"logħba VLT" tfisser logħba li tintlagħab permezz ta’ VLT; u
"liċenza VLT" tfisser liċenza biex topera logħbiet u logħob VLT
permezz ta’ VLT jew VLTs maħruġa mill-Awtorità  taħt l-artikolu
42 lil kumpannija reġistrata f’Malta, u "detentur ta’ liċenza VLT"
għandha tiftiehem skond hekk;
"logħba żgħira" tfisser kull logħba li fiha il-valur aggregat fis-
suq ta’ kull premju li jista’ jintrebaħ f’dik il-logħba ma jkunx
jeċċedi l-ammont ta’ mitt lira jew dak l-ammont li jkun anqas hekk
kif jista’ jiġi preskritt dwar logħbiet żgħar jew logħba żgħira
speċifikata jew logħbiet żgħar speċifikati b’regolamenti rilevanti li
jsiru taħt l-artikolu 78(2)(g);
"logħbiet oħra" tfisser u tinkludi logħbiet bla skop ta’ profitt
operati minn detenturi ta’ liċenza għal logħba bla skop ta’ profitt,
logħbiet tat-tombla kummerċjali operati minn detenturi ta’ liċenza
għal sala għal-logħob tat-tombla, logħbiet ta’ komunikazzjoni
kummerċjali operati minn detenturi ta’ liċenza ta’ logħba ta’
komunikazzjoni kummerċjali, logħbiet tal-mezzi tax-xandir operati
minn detenturi ta’ liċenza għal logħba tal-mezzi tax-xandir,
logħbiet VLT operati minn detenturi ta’ liċenza ta’ VLT, u mħatri
f’korsa għat-tiġrijiet u sweepstakes operati minn detenturi ta’
liċenza għat-tqegħid ta’ mħatri f’korsa għat-tiġrijiet, skond il-
liċenza rispettiva tagħhom u taħt dawk il-pattijiet u l-
kondizzjonijiet li jista’ jiġi preskritt bis-saħħa ta’ regolamenti, jew
bil-liċenza rispettiva tagħhom; u "detentur ta’ liċenza għal logħbiet
oħra" tiftiehem skond hekk;
"lotterija" tfisser kull logħba ta’ l-ażżard fejn il-premjijiet
jitqassmu bix-xorti jew għal għarrieda fost il-parteċipanti fil-
logħba;
"Lotterija Nazzjonali" tfisser b’mod ġenerali dawk il-logħbiet
kollha kif ikunu preskritti biex ikunu parti mil-Lotterija Nazzjonali
bis-saħħa ta’ regolamenti taħt dan l-Att, u li l-pattijiet u l-
kondizzjonijiet tagħhom u affarijiet oħra li jirrigwardawhom huma
wkoll preskritti b’regolamenti jew fil-liċenza għal-Lotterija
Nazzjonali; u "liċenza għal-Lotterija Nazzjonali" tfisser liċenza
biex topera l-Lotterija Nazzjonali mogħtija taħt l-artikolu 26(3) lil
kumpannija reġistrata f’Malta, u "detentur ta’ liċenza għal Lotterija
Nazzjonali" tiftiehem skond hekk;
"makna għal-logħob tad-divertiment" tfisser kull tip ta’ makna,
6 KAP. 438. ħ LOTTERIJI U LOGĦOB IEĦOR
sew jekk din titħaddem elettrikament, elettronikament,
mekkanikament, manwalment jew xort’oħra, li tintuża għall-fini li
jintlagħbu logħbiet esklużivament għal skopijiet ta’ divertiment u
mhux għal skopijiet ta’ logħob ta’ l-ażżard, u li titħaddem permezz
tat-tfigħ fil-makna ta’ xi munita jew ta’ token ta’ makna għal-
logħob tad-divertiment u li meta din tkun qiegħda titħaddem
ġugatur li jirbaħ la jirċievi u lanqas ma jiġi offrut ebda benefiċċji
ħlief l-opportunità , jekk ikun hemm, li tagħtih l-azzjoni awtomatika
tal-makna li jerġa’ jilgħab il-logħba mingħajr il-ħtieġa li jerġa’
jitfa’ l-flus jew tokens ta’ makna għal-logħob;
"mezzi ta’ komunikazzjoni fil-bogħod" tinkludi kull mezz li
jista’ jintuża għall-komunikazzjoni, trasmissjoni, trasport u twassil
ta’ informazzjoni (inkluża informazzjoni fl-għamla ta’ data, test,
xbihat, ħoss jew diskors) jew għall-għemil ta’ kuntratt bejn żewġ
persuni jew aktar, mingħajr il-preżenza fiżika simultanja ta’ dawk
il-persuni;  dawk il-mezzi jistgħu jkunu materjal stampat mingħajr
indirizz jew b’indirizz, ittra normali, reklamar ta’ l-istampa
b’formola fejn tista’ ssir ordni, katalogu, telefon b’intervent uman
(inklużi telefonati li jsiru mill-pubbliku matul programmi tar-radju
u t-televiżjoni) jew bla ebda intervent uman (bħalma huma makna
għal komunikazzjoni awtomatika, audiotext), radju, videophone
(telefon bl-iskrin), videotext (microcomputer u skrin tat-
televiżjoni) b’keyboard jew skrin interattiv, posta elettronika,
makna facsimile (fax), u televiżjoni (teleshopping), u kull mezz
ieħor ta’ komunikazzjoni, trasmissjoni, trasport u twassil ta’
informazzjoni bil-fil, radju, mezzi ottiċi, mezzi elettromanjetiċi jew
b’xi mezz elettroniku li jkun;
"mħatra" tfisser logħba li fiha l-ġugatur ikun meħtieġ jipprevedi
xi riżultat jew riżultanza dwar xi ġrajja waħda jew sett ta’ ġrajjiet;
u "tqegħid ta’ mħatri" tiftiehem bħala l-logħob ta’ mħatra;
"mħatra dwar l-isport" tfisser mħatra fuq xi ġrajja ta’ sport jew
sett ta’ ġrajjiet ta’ sport u tinkludi mħatra li ssir f’korsa għat-
tiġrijiet;
"mħatra f’korsa għat-tiġrijiet" tfisser mħatra fuq tiġrija jew
tiġrijiet taż-żwiemel jew fuq tiġrija jew tiġrijiet tal-klieb li ssir
f’korsa għat-tiġrijiet; u "tqegħid ta’ mħatri f’korsa tat-tiġrijiet"
tiftiehem bħala l-logħob ta’ mħatra li ssir f’korsa għat-tiġrijiet;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għall-finanzi;
"organizzazzjoni bla skop ta’ profitt" tfisser organizzazzjoni bla
skop ta’ profitt domiċiljata f’Malta bħalma huma soċjetajiet
reliġjużi,  klabbs tal-banda, movimenti taż-żgħażagħ, soċjetajiet
kulturali, soċjetajiet litterarji, klabbs li jippromwovu l-belli arti,
klabbs sportivi u assoċjazzjonijiet sportivi, soċjetajiet karitatevoli,
soċjetajiet filantropiċi, klabbs tat-partiti politiċi u partiti politiċi,
trades union, klabbs soċjali jew xi assoċjazzjoni oħra jew korp ta’
persuni, jew xi persuna individwali, li jkollhom bi skop għanijiet
ta’ xorta reliġjuża, filantropika, kulturali, edukattiva, soċjali jew
ċivika, u li jkunu approvati bil-miktub bħala organizzazzjoni bla
skop ta’ profitt mill-Awtorità  għall-għanijiet ta’ dan l-Att, u li
dwarhom dik l-approvazzjoni ma tkunx ġiet revokata;
"President" tfisser il-President ta’ l-Awtorità , u tinkludi l-Viċi
LOTTERIJI U LOGĦOB IEĦOR ġ KAP. 438. 7
President jew persuna oħra maħtura biex tagħmilha ta’ President
kif hemm imsemmi fiċ-ċirkostanzi maħsubin fl-artikolu 9(3);
"sala għal-logħob tat-tombla" tfisser dawk il-postijiet li dwarhom
tkun ingħatat liċenza ta’ sala għal-logħob tat-tombla lil kumpannija
reġistrata f’Malta biex hemm isiru logħbiet tat-tombla
kummerċjali; u "liċenza ta’ sala għal-logħob tat-tombla" tfisser
liċenza biex topera logħbiet tat-tombla kummerċjali f’sala għal-
logħob tat-tombla mogħtija mill-Awtorità  taħt l-artikolu 38 lil
kumpannija reġistrata f’Malta u tinkludi liċenza annwali ta’ sala
għal-logħob tat-tombla u liċenza staġjonali ta’ sala għal-logħob tat-
tombla, u "detentur ta’ liċenza għal sala għal-logħob tat-tombla"
tiftiehem skond hekk; 
"sena finanzjarja" tfisser perjodu ta’ tnax-il xahar li jtemm fil-31
ta’ Diċembru ta’ xi sena li tkun:
Iżda l-ewwel sena finanzjarja ta’ l-Awtorità  għandha tibda
għaddejja mad-dħul fis-seħħ tat-Taqsima IV u għandha ttemm fil-
31 ta’ Diċembru tas-sena li tiġi minnufih wara;
Kap. 426.
"servizz ta’ soċjetà  informatika" għandu jkollha l-istess tifsira
bħalma hu mogħti lilha fl-artikolu 2(1) ta’ l-Att dwar il-
Komunikazzjonijiet u Transazzjonijiet Elettroniċi;
"sessjoni tat-tombla" tfisser perjodu ta’ żmien stabbilit minn
qabel li matulu jsiru għadd ta’ logħbiet tat-tombla;
"shareholding kwalifikanti" tfisser parteċipazzjoni azzjonarja
diretta f’kumpannija li tkun tirrappreżenta ħamsa fil-mija jew aktar
tal-kapital ta’ l-ishma maħruġ minn dik il-kumpannija jew tad-
drittijiet ta’ vot konnessi ma’ dak il-kapital azzjonarju jew li
tagħmilha possibbli li tiġi eserċitata influwenza sinifikattiva fuq it-
tmexxija tal-kumpannija, u "azzjonarju kwalifikanti" tiftiehem
skond hekk;
"spettur" tfisser persuna maħtura mill-Awtorità  taħt l-artikolu 17
biex tkun spettur;
Kap. 386.
"sussidjarja" għandha l-istess tifsira bħalma jingħata lill-frażi
"impriża sussidjarja" fl-Att dwar il-Kumpanniji;
"sweepstake" tfisser logħba li għandha x’taqsam ma’ tiġrija jew
tiġrijiet taż-żwiemel li jsiru f’korsa għat-tiġrijiet u li jintlagħbu kif
provdut fil-partita 1 tas-Sitt Skeda;
"token ta’ makna għal-logħob tad-divertiment" tfisser dak l-
oġġett qisu munita li jinxtara biex jintefa’ f’makni tad-divertiment
minflok muniti tal-flus, għat-tħaddim ta’ dawk il-makni;
"totalizzatur" tfisser il-mekkaniżmu għat-tqegħid ta’ mħatri
f’korsa għat-tiġrijiet magħruf bħala t-totalizzatur jew pari-mutuel,
jew kull makna oħra jew strument ieħor ta’ mħatri ta’ dik l-għamla
li tintuża jew tkun maħsuba biex tintuża f’dak li għandu x’jaqsam
ma’ tqegħid ta’ mħatri f’korsa tat-tiġrijiet, sew jekk dan jitħaddem
elettrikament, elettronikament, mekkanikament, manwalment jew
xort’oħra;
"uffiċjal pubbliku" għandha l-istess tifsira bħalma hu mogħti
lilha bl-artikolu 124 tal-Kostituzzjoni, iżda ma tinkludix mħallef
jew maġistrat tal-qrati;
8 KAP. 438. ħ LOTTERIJI U LOGĦOB IEĦOR
"Video Lottery Terminal" jew "VLT" tfisser makna għal-logħob
ta’ l-ażżard li fuqha tintlagħab logħba jew għadd ta’ logħbiet fejn l-
opportunitajiet ta’ rebħ ikunu prinċipalment jiddependu fuq ix-xorti
u fejn il-kombinazzjoni ta’ rebħ tiġi stabbilita permezz ta’ numru li
jitla’ kif jiġi ġie jew ġeneratur ta’ simboli installat fil-makna
nnifisha, li tagħti r-rebħ biss fil-għamla ta’ vouchers ta’ ħlas VLT,
li tkun imqabbda ma’ computer ċentrali VLT u li mill-inqas ikun
fiha dawn il-komponenti li ġejjin, jiġifieri qafas protettiv maqsum
f’oqsma diversi (bħall-VLT CPU, printer unit, u l-kaxxa tal-flus)
b’apparat uniku li jillokkja ma’ l-oqsma diversi msemmija, unità
ta’ wiri bil-video, CPU li jipproċessa l-logħba jew logħbiet
differenti li jistgħu jintlagħbu permezz tal-VLT, slot fejn jintefgħu
l-muniti u, jew karti tal-flus jew kull mezz ieħor kif isir il-ħlas tal-
ġugata inkwistjoni, kaxxa tal-flus, printer jew kull mezz ieħor kif
tiġi prodotta informazzjoni leġibbli f’format dokumentarju u
konnessjoni elettronika għal mal-computer centrali VLT;
"VLT CPU" tfisser circuit card waħda jew iktar minn waħda
stampati fil-VLT li jistgħu jiġu pprogrammati jew li huma
mgħammra bi programmi jew memorji skambjabbli;
"voucher għall-ħlas VLT" tfisser biljett jew dokument ieħor, li
jkun fih dik l-informazzjoni u dawk il-karatteristiċi li jistgħu jiġu
preskritti b’regolamenti jew fil-liċenza VLT rilevanti, li ma jkunx
flus u li jkun prodott mill-VLT innifsu lil rebbieħ ta’ logħba VLT u
li jkun skambjabbli jew mifdi għall-premju jew premjijiet attwali
ta’ dik il-logħba meta dak il-biljett jew dokument jiġi ppreżentat
billi jgħaddi minn dawk il-mezzi li jkunu separati minn u mhux
inkorporati fil-VLT innifsu wara li jsir kull validament applikabbli
u, jew verifiki ta’ l-awtentiċità  tiegħu (sew permezz ta’ apparati
installati fil-VLT innifsu sew xort’ohra).
Kap. 400.
Kap. 263.
(2) Ħlief kif xort’oħra espressament provdut f’dan l-Att, ebda
ħaġa f’dan l-Att m’għandha tippreġudika it-tħaddim ta’, jew
għandha titqies li tissostitwixxi jew tidderoga minn xi
disposizzjonijiet ta’, l-Att dwar il-Logħob u l-Att dwar il-
Prevenzjoni ta’ Xiri ta’ Players.
(3) F’dan l-Att u fir-regolamenti magħmulin taħtu, jekk ikun
hemm xi konflitt bejn it-test Ingliż u dak Malti, għandu jipprevali t-
test Ingliż.
 TAQSIMA III - PRINĊIPJI ĠENERALI 
Logħbiet li jistgħu 
jintlagħbu minn 
persuni f’Malta.
3. (1) Logħba li ma tkunx logħba awtorizzata, jew li ma
tkunx awtorizzata biex issir taħt xi liġi f’Malta li ma tkunx dan l-
Att u regolamenti magħmula aktar ’il quddiem taħt dan l-Att,  tkun
projbita milli tintlagħab minn xi persuna f’Malta.
(2) Id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) japplikaw ukoll għal
kull logħba offruta direttament jew indirettament minn barra l-
pajjiż jew minn ġo Malta lil persuni f’Malta permezz ta’ xi mezz ta’
komunikazzjoni fil-bogħod.
LOTTERIJI U LOGĦOB IEĦOR ġ KAP. 438. 9
Logħba msejsa fuq 
ir-riżultat ta’ 
logħbiet.
Kap. 400.
4. Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu
78(2)(g), ebda logħba awtorizzata ma tista’ tiġi organizzata fuq ir-
riżultati ta’ logħbiet operati minn detentur ta’  liċenza ta’ każinò
maħruġa taħt l-Att dwar il-Logħob fit-termini ta’ dik il-liċenza jew
minn detentur ta’  liċenza taħt dan l-Att skond it-termini tal-liċenza
tiegħu, jew fuq ir-riżultati ta’ xi logħba li tkun leġittimament
organizzata barra minn Malta, mingħajr l-approvazzjoni bil-
quddiem u bil-miktub ta’ l-Awtorità , u jekk dik l-approvazzjoni
tingħata, il-logħba awtorizzata rilevanti tista’ għaldaqshekk tiġi
organizzata kif hawn qabel imsemmi biss bla ħsara għal dawk il-
pattijiet u l-kondizzjonijiet bħal ma jista’ jiġi speċifikat mill-
Awtorità  fl-approvazzjoni tagħha, liema pattijiet u kondizzjonijiet
jistgħu inter alia jagħmlu l-approvazzjoni suġġetta għall-
kondizzjoni li l-persuna li lilha tingħata dik l-approvazzjoni tfittex
u tikseb il-kunsens bil-quddiem biex hekk torganizza il-logħba
awtorizzata rilevanti mingħand id-detentur ta’ liċenza ta’ każinò
jew id-detentur ta’ liċenza li jkun qed jopera l-logħba li fuq ir-
riżultati tagħha dik il-logħba awtorizzata rilevanti għandha tiġi
organizzata jew, skond ma jista’ jkun il-każ, mingħand il-persuna li
tkun qegħda leġittimament torganizza l-logħba barra minn Malta li
fuq ir-riżultati ta’ dik il-logħba, għandha tiġi organizzata l-logħba
awtorizzata rilevanti:
Iżda fil-każ ta’ logħbiet awtorizzati operati minn detentur ta’
liċenza, l-approvazzjoni ta’ l-Awtorità  hawn qabel imsemmija u
kull patt u kondizzjoni rilevanti ma jistgħux jiġu inkorporati fil-
liċenza rispettiva maħruġa lil dak id-detentur ta’ liċenza.
Logħbiet li jistgħu 
jiġu operati, eċċ., 
minn persuni 
f’Malta.
5. Kull logħba li ma tkunx logħba awtorizzata, jew li ma
tkunx awtorizzata biex issir taħt xi liġi f’Malta li ma tkunx dan l-
Att u regolamenti li jsiru ’l quddiem taħt l-istess Att,  jew li ma
tkunx logħba li tkun operata mid-detentur ta’ permess mogħti taħt
regolamenti magħmulin taħt l-artikolu 78(3) skond dak il-permess,
tkun projbita milli tiġi operata, promossa jew mibjugħa  minn xi
persuna f’Malta.
Reati kontra din it-
Taqsima.
6. Ikun reat kontra dan l-Att li xi persuna -
(a) topera, tippromwovi, tbiegħ, jew tipparteċipa fi, jew
b’xi mod li jkun tgħin jew tħajjar l-operat,
promozzjoni jew bejgħ ta’ logħba bi ksur ta’ l-artikoli
3 jew 4;  jew
(b) topera, tippromwovi jew tbiegħ jew b’xi mod li jkun
tgħin jew tħajjar l-operat, promozzjoni jew bejgħ ta’
logħba bi ksur ta’ l-artikolu 5:
Kap. 426.
Iżda r-responsabbiltajiet u l-obbligi ta’ provdituri ta’
servizz ta’ soċjetajiet informatiċi f’dak li għandu x’jaqsam ma’
logħbiet għandhom jiġu regolati bid-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli
22 sa 25 ta’ l-Att dwar il-Komunikazzjonijiet u Transazzjonijiet
Elettroniċi, u ebda ħaġa f’dan l-artikolu jew f’xi disposizzjoni oħra
ta’ dan l-Att m’għandha tippreġudika l-operat ta’ l-artikoli
imsemmija 22 sa 25 ta’ l-Att dwar il-Komunikazzjonijiet u
Transazzjonijiet Elettroniċi.
10 KAP. 438. ħ LOTTERIJI U LOGĦOB IEĦOR
Importazzjoni, 
eċċ., ta’ apparat 
rilevanti għal-
logħbiet.
7.* (1) Ħadd ma għandu jimporta, jimmanifattura, jagħmel
manutenzjoni jew jipprovdi xi apparat rilevanti għal-logħob kemm-
il darba dik il-persuna ma jkollhiex liċenza valida għal dan l-iskop
maħruġa mill-Awtorità  jew kemm-il darba dik il-persuna ma tkunx
eżenti minn dik il-ħtieġa ta’ liċenza dwar dak l-apparat rilevanti
għal-logħob skond regolamenti magħmulin taħt dan l-Att.
(2) Applikazzjoni għal liċenza biex timporta, timmanifattura,
tagħmel manutenzjoni jew tipprovdi apparat rilevanti għal-logħob
għandha ssir f’dik il-forma u b’dak il-mod meħtieġ mill-Awtorità
jew kif ikunu preskritti b’regolamenti, u fl-għoti ta’ tali liċenza l-
Awtorità  tista’ tassoġġettaha għal dawk il-kondizzjonijiet hekk kif
tista’ tqis li jkun adatt jew li jista’ jiġi preskritt b’regolamenti. L-
Awtorità  tista’ tordna t-tħassir jew is-sospensjoni ta’ kull tali
liċenza f’dawk iċ-ċirkostanzi li jista’ jiġi preskritt b’regolamenti
jew f’dik il-liċenza nnifisha.
(3) Persuna li timporta, timmanifattura, tagħmel manutenzjoni
jew tforni, jew b’xi mod li jkun tgħin jew tħajjar l-importazzjoni,
il-manifattura, il-manutenzjoni jew il-forniment ta’ xi apparat
rilevanti għal-logħob bi ksur tas-subartikolu (1), tkun ħatja ta’ reat
kontra dan l-Att.
Projbizzjoni dwar 
l-età .
8. (1) Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet ta’ l-
artikolu 39,  persuna li toffri għall-bejgħ jew tbiegħ xi logħba lil
persuna taħt is-sittax il-sena tkun ħatja ta’ reat.
(2) Persuna bħal dik imsemmija fis-subartikolu (1) tista’
tiddefendi ruħha billi ġġib prova li kienet talbet u kisbet mingħand
il-persuna taħt is-sittax il-sena, provi dokumentarji li jirrigwardaw
l-età  tagħha, u li dik il-prova mogħtija minn dik il-persuna taħt l-
età  kienet prima facie turi li hija ma kienetx taħt l-età  preskritta.
 TAQSIMA IV - TWAQQIF U FUNZJONIJIET TA’
L-AWTORITÀ  DWAR IL-LOTTERIJI U L-LOGĦOB
Twaqqif u 
kompożizzjoni ta’ 
l-Awtorità  dwar il-
Lotteriji u l-
Logħob.
9. (1) Ikun hemm korp, li jkun magħruf bħala l-Awtorità
dwar il-Lotteriji u l-Logħob, li jkun magħmul minn President u
erba’ membri oħra.
(2) Il-President u l-membri l-oħra ta’ l-Awtorità  jkunu maħtura
mill-Ministru għal perjodu, li ma jkunx aktar minn tliet snin,
bħalma jista’ jiġi speċifikat fl-istrument tal-ħatra, imma l-membri
hekk maħtura jistgħu jiġu maħtura mill-ġdid meta jiskadi l-perjodu
tal-kariga tagħhom. 
(3) Il-Ministru jista’ jinnomina wieħed mill-membri l-oħra ta’
l-Awtorità  bħala Viċi President u l-membru hekk nominat ikollu
kull poter u jwettaq il-funzjonijiet kollha tal-President matul in-
nuqqas jew inabilità  tiegħu li jagħmilha ta’ president jew filwaqt li
l-President ikun qiegħed vaganza jew matul xi vakanza fil-kariga
ta’ president.  Il-Ministru jista’ wkoll, f’kull ċirkostanza msemmija
hawn qabel f’dan is-subartikolu, jaħtar lil xi persuna oħra li
jagħmilha ta’ president u f’dak il-każ, id-disposizzjonijiet ta’ qabel
*fis-seħħ mis-16 ta’ Frar, 2004, limitatament għad-disposizzjonijiet li għandhom
x’jaqsmu ma’ apparat rilevanti għal-logħob tal-Lotterija Nazzjonali - ara l-Avviż
Legali 74 ta’ l-2004.
LOTTERIJI U LOGĦOB IEĦOR ġ KAP. 438. 11
ta’ dan is-subartikolu għandhom japplikaw dwar dik il-persuna. 
(4) Persuna ma tkunx kwalifikata li tinħatar jew li jkollha l-
kariga bħala membru ta’ l-Awtorità  jekk hija -
(a) tkun Ministru, Segretarju Parlamentari jew membru
tal-Kamra tad-Deputati; 
(b) tkun imħallef jew maġistrat tal-qrati tal-ġustizzja;
(ċ) ikollha interess finanzjarju jew xort’oħra f’xi impriża
jew attività  li direttament tinvolvi xi logħbiet jew
logħob, jew f’xi detentur ta’ liċenza, li x’aktarx jolqtu
t-twettiq tal-funzjonijiet tagħha bħala membru ta’ l-
Awtorità ;
(d)  tkun persuna falluta;
(e) tkun instabet ħatja ta’ xi reat punibbli bi priġunerija
għal perjodu ta’ sitt xhur jew iżjed;
(f) tkun instabet ħatja ta’ xi reat taħt dan l-Att jew xi Att
ieħor li jirrigwarda l-lotteriji jew il-logħob, jew xi reat
kontra l-fiduċja pubblika.
(5) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu, il-kariga
ta’ membru ta’ l-Awtorità  ssir vakanti -
(a) meta jiskadi l-perjodu tiegħu tal-kariga, jew
(b) jekk jirriżenja, jew
(ċ) jekk ikun hemm ċirkostanzi li jiskwalifikaw lil dak il-
membru milli jibqa’ fil-kariga bħala membru ta’ l-
Awtorità ; jew
(d) jekk jitneħħa mill-kariga skond dan l-artikolu.
(6) Membru ta’ l-Awtorità  tista’ jitneħħa mill-kariga mill-
Ministru jekk, fil-fehma tal-Ministru, dak il-membru ma jkunx
idoneu biex jibqa’ fil-kariga jew ma jkunx baqa’ kapaċi li jaqdi
dmirijietu sew bħala membru.
(7) Jekk membru jirriżenja jew jekk il-kariga ta’ membru ta’ l-
Awtorità  tkun xort’oħra vakanti jew jekk membru ma jkunx, għal
liema raġuni tkun, kapaċi jwettaq il-funzjonijiet tal-kariga tiegħu,
il-Ministru jista’ jaħtar persuna, li tkun kwalifikata biex tiġi
maħtura bħala membru, sabiex tkun membru temporanju ta’ l-
Awtorità .  Persuna hekk maħtura għandha, bla ħsara għad-
disposizzjonijiet tas-subartikoli (5) u (6), ittemm milli tkun tali
membru meta tinħatar persuna biex timla l-vakanza jew, skond ma
jista’ jkun il-każ, meta l-membru li ma jkunx kapaċi jwettaq il-
funzjonijiet tal-kariga tiegħu jerġa’ jassumi dawk il-funzjonijiet.
(8) Membru ta’ l-Awtorità  li jkollu xi interess dirett jew
indirett f’xi kuntratt magħmul jew propost li jkun magħmul mill-
Awtorità , li ma jkunx interess li jiskwalifika lil dak il-membru milli
jibqa’ fil-kariga bħala membru ta’ l-Awtorità , għandu jiżvela ix-
xorta ta’ l-interess tiegħu fl-ewwel laqgħa ta’ l-Awtorità  wara li
jkun sar jaf bil-fatti rilevanti.  Dak l-iżvelar għandu għaldaqstant
jiġi reġistrat fil-minuti ta’ l-Awtorità , u l-membru li jkollu interess
kif hawn qabel imsemmi għandu jirtira minn kull laqgħa li fiha jiġi
diskuss dak il-kuntratt.  Kull tali żvelar għandu jitwassal lill-
12 KAP. 438. ħ LOTTERIJI U LOGĦOB IEĦOR
Ministru mingħajr dewmien.  Meta l-interess tal-membru ikun tali
li jiskwalifikah milli jibqa’ fil-kariga bħala membru ta’ l-Awtorità ,
huwa għandu jirrapporta l-fatt minnufih lill-Ministru u jagħti r-
riżenja tiegħu.
Personalità  
ġuridika u 
rappreżentanza ta’ 
l-Awtorità .
10. (1) L-Awtorità  għandha tkun korp ġuridiku b’personalità
ġuridika distinta u għandha tkun kapaċi, bla ħsara għad-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att,  li tagħmel kuntratti, li tikseb,
iżżomm u tneħħi kull xorta ta’ proprjetà  għall-għanijiet tal-
funzjonijiet tagħha, li tħarrek u tiġi mħarrka, u li tagħmel dak kollu
u twettaq dawk it-transazzjonijiet kollha hekk kif ikunu inċidentali
jew iwasslu għall-eserċizzju jew twettiq tal-funzjonijiet tagħha taħt
dan l-Att,  inkluż is-self jew it-tislif ta’ flus.  
(2) Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu
58,  ir-rappreżentanza legali u ġuridika ta’ l-Awtorità  għandha
tvesti fiċ-Chief Executive:
Iżda l-Awtorità  tista’ taħtar lil xi wieħed jew iżjed mill-membri,
uffiċjali jew impjegati tagħha biex jidhru, jiffirmaw jew jaġixxu
mod ieħor għal, u għan-nom ta’ l-Awtorità  f’xi proċedimenti
ġudizzjarji u, jew f’xi att, kuntratt,  instrument jew dokument ieħor
ikun li jkun:
Iżda wkoll dwar kull ħaġa li tinkwadra fil-funzjonijiet vestiti f’xi
Direttorat mill-Awtorità , ir-rappreżentanza legali u ġuridika ta’ l-
Awtorità  għandha wkoll tvesti fil-kap ta’ dak id-Direttorat u f’dak
il-membru, uffiċjal jew impjegat ta’ l-Awtorità , hekk kif l-Awtorità
tista’ taħtar jew tawtorizza għal dak l-għan.
(3) Dokument li jiftiehem bħala istrument magħmul jew
maħruġ mill-Awtorità  u ffirmat miċ-Chief Executive, jew minn kap
ta’ Direttorat għar-rigward ta’ kull ħaġa li tinkwadra fil-
funzjonijiet vestiti fid-Direttorat relattiv mill-Awtorità , għandu jiġi
riċevut bi prova u għandu, sakemm ma tinġiebx prova kuntrarja,
jitqies bħala istrument magħmul jew maħruġ mill-Awtorità .
Funzjonijiet ta’ l-
Awtorità .
11. Il-funzjonijiet ta’ l-Awtorità  jkunu -
(a)  li toħroġ liċenza għal-Lotterija Nazzjonali u liċenzi
biex jiġu operati logħbiet oħra u tissorvelja l-operat ta’
detenturi ta’ liċenza biex tiżgura li detenturi ta’ liċenza
jħarsu l-pattijiet u l-kondizzjonijiet tal-liċenza u d-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u ta’ regolamenti
maħruġa taħt dan l-Att u kull direttiva applikabbli
maħruġa mill-Awtorità  skond dan l-Att jew
regolamenti magħmulin taħtu;
(b) li toħroġ permessi lil bejjiegħa ta’ logħbiet li jagħmlu
parti mil-Lotterija Nazzjonali skond l-artikolu 36;
(ċ) li tistħarreġ dwar kemm detenturi ta’ liċenza u l-
provdituri prinċipali tagħhom ikunu idonei, u biex
tiżgura li kull min ikun involut fl-operat, promozzjoni
jew bejgħ ta’ logħbiet awtorizzati operati minn dawk
id-detenturi ta’ liċenza jkun adatt u idoneu biex
iwettaq il-funzjonijiet tiegħu relattivi għal dawk il-
logħbiet;
LOTTERIJI U LOGĦOB IEĦOR ġ KAP. 438. 13
(d) li tiżgura li d-detenturi ta’ liċenza jippubblikaw ir-
regoli tal-logħbiet awtorizzati operati minnhom skond
il-liċenza tagħhom b’dak il-mod li jista’ jitqies adatt
mill-Awtorità ;
(e) li tuża l-poteri kollha vestiti fiha b’din jew b’kull liġi
biex tiżgura li l-logħbiet u l-logħob jinżammu ħielsa
minn kull attività  kriminali, u biex tipprevjeni, tikxef u
tiżgura l-prosekuzzjoni ta’ kull reat kontra dan l-Att,
li ma jkunx reat li joriġina taħt xi disposizzjoni tat-
Taqsima VIII;
(f) li tiżgura li logħbiet awtorizzati jiġu operati u
reklamati b’mod ġust u responsabbli skond il-liġi;
(g) li tirregola permezz ta’ liċenza l-importazzjoni, il-
manifattura, l-provvista u l-manutenzjoni ta’ apparat
rilevanti għal-logħbiet, u li jiżgura li dawn ikunu
siguri u sodisfaċenti għall-użu li jkunu maħsuba
għalih;
(h) li tissorvelja, tattendi u tivvalida kull tlugħ tal-
Lotterija Nazzjonali u ta’ dawk il-logħbiet awtorizzati
l-oħra hekk tqis li jkun meħtieġ;
(i) li tirċievi u tinvestiga lmenti minn konsumaturi li
jkunu jirrigwardaw il-logħbiet;
(j) li tagħti pariri lill-Ministru fuq żviluppi, ħtiġiet u riskji
ġodda fil-logħob u li tagħmel dawk il-proposti hekk
kif tista’ tqis meħtieġa jew spedjenti biex twieġeb għal
dan;
(k) li tagħti pariri lill-Ministru fuq l-għemil ta’
regolamenti;
(l) li toħroġ direttivi skond ma tkun awtorizzata li toħroġ
bis-saħħa ta’ dan l-Att jew ta’ kull liġi oħra jew ta’
regolamenti magħmulin taħtu;
(m) li taqdi kull funzjoni oħra li tista’ minn żmien għal
żmien tingħatalha b’dan l-Att jew b’kull liġi oħra jew
b’regolamenti magħmulin taħthom.
Relazzjonijiet bejn 
il-Ministru u l-
Awtorità .
12. (1) Il-Ministru jista’, dwar kull ħaġa li jidhirlu li tolqot l-
interess pubbliku, minn żmien għal żmien jagħti lill-Awtorità
ordnijiet bil-miktub ta’ xorta ġenerali, mhux inkonsistenti mad-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, dwar il-politka li għandha tiġi
segwita fit-twettiq tal-funzjonijiet vestiti fl-Awtorità  minn jew taħt
dan l-Att, u l-Awtorità  għandha, malli tkun tista’, tagħti seħħ lil
dawk id-direttivi.
(2) L-Awtorità  għandha tagħti lill-Ministru faċilitajiet biex
jikseb informazzjoni dwar il-proprjetà  u l-attivitajiet tagħha u
tipprovdilu prospetti, kontijiet u informazzjoni oħra f’dan ir-
rigward, u tagħtih kull faċilità  biex ikun jista’ jivverifika l-
informazzjoni li tingħatalu, b’dak il-mod u f’kull waqt li huwa
jista’ raġonevolment ikun jeħtieġ.
14 KAP. 438. ħ LOTTERIJI U LOGĦOB IEĦOR
Tmexxija ta’ l-
affarijiet ta’ l-
Awtorità .
13. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan l-Att,  l-
affarijiet u x-xogħol ta’ l-Awtorità  jkunu jaqgħu taħt ir-
responsabbiltà  ta’ l-Awtorità  nnifisha imma ħlief kif hawn qabel
imsemmi, t-tmexxija esekuttiva ta’ l-Awtorità , l-amministrazzjoni
u l-organizzazzjoni tagħha u l-kontroll amministrattiv ta’ l-uffiċjali
u l-impjegati tagħha, jkunu r-responsabbiltà  taċ-Chief Executive ta’
l-Awtorità , li jkollu wkoll dawk il-poteri l-oħra kollha li jistgħu
minn żmien għal żmien jiġu lilu delegati mill-Awtorità .
(2) L-Awtorità  tista’ teżerċita il-funzjonijiet tagħha permezz
ta’ Direttorati li jistgħu jiġu mwaqqfa minnha minn żmien għal
żmien u, għal dak l-iskop, li jista’ jvesti f’kull wieħed mid-
Direttorati hekk imwaqqfa, u kif soġġetti għas-sorveljanza u l-
kontroll totali taċ-Chief Executive, dawk il-funzjonijiet tagħha li
jirrigwardaw jew ikunu anċillari għal kull ħaġa li dwarha l-
imsemmi Direttorat ikun responsabbli hekk li dak id-Direttorat
ikun jista’ jagħti seħħ lil kull politka ta’ l-Awtorità  u xort’oħra
jwettaq b’mod effettiv u effiċjenti l-funzjonijiet ta’ l-Awtorità  fil-
qasam ta’ attività  rispettiv tiegħu.
(3) Kull wieħed mid-Direttorati hekk imwaqqfa jitmexxa minn
persuna li jew tkun uffiċjal pubbliku li jkun qed iwettaq dmirijietu
ma’ l-Awtorità  jew impjegat ta’ l-Awtorità  jew persuna mqabbda
taħdem għall-Awtorità  skond ftehim magħmul bejn l-Awtorità  u
impriża pubblika jew privata, li f’kull każ ikollha esperjenza
adegwata u konoxxenza fil-qasam ta’ l-operat ta’ dak id-Direttorat.
(4) L-Awtorità  u kull wieħed mid-Direttorati jistgħu jeżerċitaw
xi wieħed jew iżjed mill-funzjonijiet sew direttament sew permezz
ta’ l-uffiċjali jew l-impjegati jew l-aġenti ta’ l-Awtorità  jew
permezz ta’ xi aġenzija awtorizzata għal dak l-għan, jew permezz
ta’ persuna oħra li magħha jkun sar ftehim għat-twettiq ta’ xi
waħda jew iżjed minn dawk il-funzjonijiet:
Iżda ebda ħaġa f’dan is-subartikolu m’għandha tawtorizza lill-
Awtorità  li tiddelega b’kuntratt xi waħda mill-funzjonijiet tagħha
regolatorji jew ta’ għoti ta’ liċenzi, għalkemm l-Awtorità  tista’
tiddelega b’kuntratt kull waħda mill-funzjonijiet tagħha, jew
tipprokura mingħand xi persuna xi servizzi, għall-għanijiet li
twettaq il-funzjonijiet regolatorji tagħha jew ta’ għoti ta’ liċenzi.
(5) Meta f’dan l-Att għandha ssir xi ħaġa minn jew kontra jew
għar-rigward ta’ l-Awtorità , jew ikollu jew jista’ jingħata avviż
minn jew lill-Awtorità , sew dik il-ħaġa sew dak l-avviż jistgħu
wkoll jintgħamlu minn jew kontra jew għar-rigward ta’ jew
jingħataw minn jew lid-Direttorat li taħt il-ġurisdizzjoni tiegħu
tkun taqa’ dik il-ħaġa minħabba f’xi delega ta’ funzjonijiet lil dak
id-Direttorat mill-Awtorità ;  u għall-għanijiet hawn qabel
imsemmija kull riferenza f’dan l-Att għall-Awtorità  tinkludi
riferenza għad-Direttorat adatt.
Ħatra ta’ Chief 
Executive u ta’ 
kapijiet ta’ 
Direttorati.
14. (1) Iċ-Chief Executive u l-kapijiet tad-Direttorati
għandhom jiġu maħtura mill-Awtorità  wara konsultazzjoni mal-
Ministru għal dak iż-żmien li jista’ jiġi stabbilit mill-Awtorità  fl-
ittra ta’ ħatra tagħhom:
Iżda l-ewwel Chief Executive jinħatar mill-Ministru.
LOTTERIJI U LOGĦOB IEĦOR ġ KAP. 438. 15
(2) Il-kondizzjonijiet li jappartjenu għall-kwalifika għall-ħatra
ta’ persuni u dwar iż-żamma tagħhom tal-kariga bħala membri ta’ l-
Awtorità  fl-artikolu 9 għandhom ukoll jappartjenu għall-ħatra ta’, u
dwar iż-żamma tal-kariga ta’, Chief Executive u tal-kapijiet tad-
Direttorati.
(3) Iċ-Chief Executive għandu jattendi għal dawk il-laqgħat ta’
l-Awtorità  kif jiġi mitlub mill-imsemmija Awtorità , imma
m’għandux jivvota f’dawk il-laqgħat.
(4) Iċ-Chief Executive ikun responsabbli għall-
implimentazzjoni ta’ l-iskopijiet ta’ l-Awtorità  fl-eserċizzju tal-
funzjonijiet tagħha, u mingħajr preġudizzju għall-ġeneralità  ta’ dak
imsemmi qabel huwa għandu -
(a) jassumi kull responsabbiltà   għas-sorveljanza u l-
kontroll totali tad-Direttorati;
(b) jassenja lil kull Direttorat dawk id-dmirijiet li huma
minħabba, jew skond, id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att
vestiti f’dak id-Direttorat;
(ċ) jikkoordina l-operat tad-Direttorati;
(d) jiżviluppa l-istrateġiji meħtieġa għall-
implimentazzjoni ta’ l-iskopijiet ta’ l-Awtorità ;
(e) jagħti pariri lill-Awtorità  dwar kull ħaġa li hija tista’
tirriferilu jew dwar kull ħaġa li huwa jikkonsidra
meħtieġa jew spedjenti; u
(f) jwettaq dawk id-dmirijiet l-oħra li l-Awtorità  tista’
tassenjalu minn żmien għal żmien.
Disposizzjionijiet 
dwar il-
proċedimenti ta’ l-
Awtorità .
15. (1) Il-laqgħat ta’ l-Awtorità  jissejħu mill-President
daqstant kemm jista’ jkun meħtieġ, imma mill-anqas darba fix-
xahar, jew b’inizjattiva tiegħu jew fuq talba ta’ xi żewġ membri
oħra ta’ l-Awtorità .
(2) Il-President u mill-anqas żewġ membri oħra ta’ l-Awtorità
jagħmlu quorum. Id-deċiżjonijiet għandhom jiġu adottati
b’maġġoranza sempliċi tal-voti tal-membri preżenti u li jivvotaw.
Il-President ikollu vot inizjali u jekk jiġri li jkun hemm votijiet
indaqs, ikollu wkoll vot deċiżiv.  Mingħajr preġudizzju għall-
ħtiġiet l-oħra ta’ dan l-Att,  ebda deċiżjoni ma tkun valida jekk ma
jkollhiex l-appoġġ ta’ mill-inqas żewġ membri ta’ l-Awtorità .
(3) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, l-Awtorità
tista’ tirregola l-proċedura tagħha nnifisha.
(4) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-artikolu,
ebda att jew proċediment ta’ l-Awtorità  m’għandu jkun invalidat
biss minħabba għaliex ikun hemm xi vakanza fost il-membri
tagħha.
(5) Kull att magħmul minn xi persuna li taġixxi bonafidi, bħala
membru ta’ l-Awtorità  ikun validu bħallikieku kien membru
minkejja li wara jinkixef xi difett fil-ħatra jew kwalifiki tiegħu.
Ebda att jew proċediment ta’ l-Awtorità  m’għandu jiġi investigat
minħabba fil-ksur, minn xi membru, tad-disposizzjonijiet ta’ l-
artikolu 9(8).
16 KAP. 438. ħ LOTTERIJI U LOGĦOB IEĦOR
Poteri ta’ l-
Awtorità .
16. (1) Mingħajr preġudizzju għal kull poter li jiġi eżerċitat
bis-saħħa tad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att jew ta’ kull liġi oħra, l-
Awtorità  tista’ f’kull waqt tinnotifika detentur ta’ liċenza b’avviż
fejn titolbu, b’dak il-mod u f’dak iż-żmien raġonevoli hekk kif
jista’ jiġi speċifikat fl-avviż, iġib miegħu jew jipprovdi għall-
ispezzjon minn jew għan-nom ta’ l-Awtorità , kotba, dokumenti,
informazzjoni jew kull ħaġ’oħra li l-Awtorità  tkun taf, jew ikollha
tassew raġun għaliex taħseb, li jkunu fil-pussess ta’ detentur ta’
liċenza, jew li hu jkun jaf bihom, bil-għan li twettaq il-funzjonijiet
kollha tagħha taħt l-artikolu 11.
(2) Jekk mingħajr skuża raġonevoli xi ħtieġa li tiġi imposta bl-
avviż li jiġi notifikat  bis-saħħa tas-subartikolu (1) ma titħarisx, id-
detentur ta’ liċenza jkun ħati ta’ reat taħt dan l-Att.
Spetturi. 17. (1) L-Awtorità  għandha, f’konsultazzjoni mal-Ministru,
taħtar spetturi li jkollhom dawk il-poteri u funzjonijiet hekk kif
ikunu jew jistgħu jiġu lilhom assenjati minn jew taħt dan l-Att jew
kull liġi oħra jew minn jew taħt regolamenti magħmulin taħthom.
L-ispetturi jistgħu, fit-twettiq tal-funzjonijiet u fl-eżerċizzju tal-
poteri tagħhom, ikunu mgħejjuna minn, jew imsieħba ma’ dawk l-
esperti li l-Awtorità  tista’ tordna.
(2) Spetturi li jiġu hekk maħtura għandhom ikunu uffiċjali ta’
l-Awtorità  u għandhom jaġixxu taħt l-istruzzjonijiet ta’ l-Awtorità ,
li taġixxi permezz taċ-Chief Executive.
(3) L-Awtorità  għandha tara li jinħareġ lil kull spettur
dokument ta’ identità  li jkun jispeċifika l-isem u l-kariga ta’ l-
ispettur u jkun fih ritratt riċenti ta’ l-ispettur.
(4) Persuna maħtura biex tkun spettur għandha, meta ttemm
milli tkun spettur, treġġa’ lura d-dokument ta’ identità  lill-
Awtorità .
Poteri ta’ spetturi. 18. (1) Spettur għandu, bil-għan li jaċċerta li d-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att,  jew ta’ regolamenti magħmulin
taħtu, jew li l-kondizzjonijiet ta’ liċenza maħruġa taħthom jkunu
qegħdin jitħarsu, u li l-ammont sħiħ ta’ drittijiet, dazju, taxxa jew
kull somma oħra li titħallas taħt dan l-Att jew regolamenti
magħmulin taħtu jkunu qegħdin jitħallsu, għandu dawn il-poteri li
ġejjin u kull poter ieħor bħalma jista’ minn żmien għal żmien
jingħata mill-Awtorità  f’konsultazzjoni mal-Ministru, jiġifieri:
(a) li jeħtieġ, bil-miktub jew bil-fomm kif jidhirlu xieraq,
persuna li l-ispettur jifhem, fuq bażi raġonevoli, li
jkollha fil-pussess tagħha jew taħt il-kontroll tagħha,
xi apparat għal-logħob, kotba jew xi dokumenti oħra
jkunu li jkunu u li jkollhom x’jaqsmu ma’ logħbiet, l-
operat ta’ logħbiet jew, ġeneralment, il-logħob:
(i) li ġġib dawk l-apparat, kotba jew dokument oħra
lill-ispettur għall-ispezzjon jew testjar tiegħu;
jew
(ii) tattendi quddiem l-ispettur f’ħin u post
raġonevoli speċifikati mill-ispettur u hemm
twieġeb għal dawk il-mistoqsijiet jew tipprovdi
dik l-informazzjoni, li jirrigwardaw l-apparat
LOTTERIJI U LOGĦOB IEĦOR ġ KAP. 438. 17
għal-logħob, kotba jew dokumenti skond ma
jispeċifika l-ispettur;
(b) li jeħtieġ, bil-miktub jew bil-fomm kif jidhirlu xieraq,
detentur ta’ liċenza jew persuna li taġixxi għan-nom
ta’ detentur ta’ liċenza -
(i) li ġġib għand l-ispettur għall-ispezzjon dak il-
ktieb jew dokument jew kull ħaġa oħra li jkun
qed iżomm jew fil-kontroll tiegħu li
jirrigwardaw l-operat ta’ logħbiet awtorizzati kif
jispeċifika l-ispettur;  jew
(ii) tattendi quddiem l-ispettur f’ħin u post
raġonevoli li jiġi speċifikat mill-ispettur u hemm
twieġeb dawk il-mistoqsijiet, tipprovdi dik l-
informazzjoni, jew tipproduċi dak il-ktieb jew
dokument jew kull ħaġ’oħra li jirrigwardaw l-
operat ta’ logħbiet awtorizzati kif l-ispettur
jispeċifika;
(ċ) li jispezzjona jew jittestja kull apparat għal-logħob,
jispezzjona dak il-ktieb jew dokument, u jagħmel kopji
jew jieħu noti dwar dak il-ktieb jew dokument għar-
rigward ta’ l-operat ta’ logħbiet kif l-ispettur iqis
meħtieġ;
(d) li jordna detentur ta’ liċenza, bil-miktub jew bil-fomm
kif jidhirlu xieraq, biex ma jużax dwar l-operat,
promozzjoni jew bejgħ ta’ logħbiet awtorizzati, xi
apparat għal-logħob li l-ispettur iqis li ma jkunx
sodisfaċenti għall-użu li għalih ikun maħsub;
(e) li jirċievi u, jekk l-ispettur iqis li jkun hekk xieraq li
jagħmel, jinvestiga xi lment dwar aspett ta’ l-
operazzjoni ta’ logħba u jagħmel rapport tar-riżultat
ta’ investigazzjoni bħal dik lill-Awtorità ;
(f) li jsejjaħ biex jgħinuh -
(i) xi spettur ieħor;  jew
(ii) impjegat ta’ detentur ta’ liċenza li, fil-fehma ta’
l-ispettur, ikun kompetenti biex jassisti lill-
ispettur fl-eżerċizzju tal-poteri tiegħu jew fit-
twettiq ta’ dmirijietu; u 
(g) li teħtieġ persuna li tkun dieħla jew tinsab f’xi post
fejn logħba tkun qed tiġi offruta għall-bejgħ, jew meta
jkunu qegħdin jiġu organizzati jew operati xi logħbiet,
jew meta jkun qed isir xi logħob, biex turi dokumenti
ta’ identifikazzjoni u, jew prova ta’ kemm għandha
età ,
u direttiva mogħtija minn spettur lil detentur ta’ liċenza skond il-
paragrafu (d) għandha titqies bħala direttiva maħruġa mill-Awtorità
skond dan l-Att għall-għanijiet ta’ dan l-Att. 
(2) Spettur għandu jagħmel rapport dwar it-twettiq tal-
funzjonijiet tiegħu taħt dan l-Att lill-Awtorità .
(3) Persuna li, mingħajr skuża raġonevoli, tostakola jew tonqos
18 KAP. 438. ħ LOTTERIJI U LOGĦOB IEĦOR
milli tassisti lil xi spettur fit-twettiq tal-funzjonijiet u poteri tiegħu
u fl-għemil ta’ dmirijietu taħt is-subartikolu (1) jew taħt l-artikolu
19, tkun ħatja ta’ reat taħt dan l-Att.
Jeddijiet ta’ 
spetturi.
19. Spettur jista’ f’kull ħin raġonevoli, filwaqt li juri d-
dokument ta’ identità  tiegħu, jidħol u jibqa’ f’xi post meta jiġu
offruti xi logħbiet għall-bejgħ, jew meta xi logħbiet jkunu qegħdin
jiġu organizzati jew operati, jew meta jkun hemm għaddej xi
logħob, għall-għanijiet li -
(a) jara l-logħob;
(b) josserva kull operazzjoni ta’ detenturi ta’ liċenza jew
ta’ bejjiegħa ta’ logħbiet jew, ġeneralment, ta’ logħob;
(ċ) jaċċerta ruħu jekk l-operat ta’ detenturi ta’ liċenza jew
ta’ bejjiegħa ta’ logħbiet jew ta’ logħbiet ikunx qed
isir, jiġi sorveljat u amministrat kif imiss;
(d) jaċċerta ruħu jekk id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att,
jew ta’ regolamenti magħmulin taħtu, jew ta’ liċenzi
maħruġa taħtu, jkunux qegħdin jitħarsu; u 
(e) f’kull rigward ieħor, jeżerċita l-poteri tiegħu jew
iwettaq dmirijietu.
Segretezza 
professjonali.
Kap. 377.
20. Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar
is-Segretezza Professjonali, kull informazzjoni żvelata lill-
Awtorità  jew lil xi membru, uffiċjal jew impjegat tagħha, liċ-Chief
Executive, xi Direttorat jew spettur, u kull dokument li jiġi prodott
konformi mad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att,  għandha tkun sigrieta
u konfidenzjali u tista’ ma tiġix żvelata jew prodotta ħlief għall-
għanijiet ta’ dan l-Att,  jew lill-Pulizija għall-għanijiet ta’ xi
investigazzjoni jew prosekuzzjoni ta’ xi reat kontra dan l-Att jew
meta jiġi hekk mitlub li jsir minn xi qorti tal-ġustizzja fi proċeduri
kriminali għal reat kontra dan l-Att jew f’xi proċeduri ċivili li
jirrigwardaw l-operat, promozzjoni jew bejgħ ta’ xi logħba, jew
ġeneralment, il-logħob.
 TAQSIMA V - UFFIĊJALI U IMPJEGATI TA’ L-AWTORITÀ
Ħatriet ta’ 
persunal.
21. Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att,
il-ħatriet ta’ uffiċjali u ta’ impjegati oħra ta’ l-Awtorità  għandhom
isiru mill-istess Awtorità . Il-pattijiet u l-kondizzjonijiet ta’ l-
impieg għandhom jiġu stabbiliti mill-Awtorità .
Ħatriet u 
funzjonijiet ta’ 
uffiċjali u 
impjegati ta’ l-
Awtorità .
22. L-Awtorità  għandha taħtar u timpjega, b’dik ir-
rimunerazzjoni u b’dawk il-pattijiet u l-kondizzjonijiet kif tista’
tistabbilixxi skond l-artikolu 21, lil dawk l-uffiċjali u impjegati ta’
l-Awtorità  li jistgħu minn żmien għal żmien ikunu meħtieġa għat-
twettiq kif imiss u effiċjenti tal-funzjonijiet ta’ l-Awtorità .
Uffiċjali pubbliċi li 
jitqabbdu jagħmlu 
dmirijiet ma’ l-
Awtorità .
23. (1) Il-Prim Ministru jista’, fuq talba ta’ l-Awtorità , minn
żmien għal żmien jordna li xi uffiċjal pubbliku jitqabbad jaqdi
dmirijietu ma’ l-Awtorità  f’dik il-kapaċità  u b’seħħ minn dik id-
data bħalma tista’ tiġi speċifikata fl-ordni tal-Prim Ministru.
(2) Iż-żmien li matulu ordni kif hawn qabel imsemmi għandu
japplika għal kull uffiċjal speċifikat fih għandu, kemm-il darba l-
LOTTERIJI U LOGĦOB IEĦOR ġ KAP. 438. 19
uffiċjal ma jirtirax mis-servizz pubbliku jew xort’oħra jtemm milli
jibqa’ fil-kariga f’data li tiġi qabel, jew kemm-il darba ma tiġix
speċifikata data differenti f’dak l-ordni, jtemm milli jibqa’ jseħħ
wara sena mid-data effettiva ta’ dak l-ordni kemm-il darba l-ordni
ma jiġix qabel revokat mill-Prim Ministru.
Status ta’ uffiċjali 
pubbliċi mqabbda 
jagħmlu xogħol 
ma’ l-Awtorità .
24. (1) Meta uffiċjal jitqabbad jagħmel dmirijiet ma’ l-
Awtorità  taħt xi disposizzjoni ta’ l-artikolu 23, dak l-uffiċjal
għandu, matul iż-żmien li fih dak l-ordni jkollu seħħ dwaru, jkun
taħt l-awtorità  amministrattiva u l-kontroll ta’ l-Awtorità  imma
huwa għandu, għal kull fini u raġuni oħra, jibqa’ jiġi kkunsidrat u
ttrattat bħala uffiċjal pubbliku.
(2) Mingħajr preġudizzju għall-ġeneralità  ta’ dak hawn qabel
imsemmi, uffiċjal li jitqabbad jagħmel xi dmir kif hawn qabel
imsemmi -
(a)  m’għandux matul iż-żmien li dwaru hekk jitqabbad -
(i) jkun prekluż milli japplika għal trasferiment
għal xi dipartiment tal-Gvern skond il-pattijiet u
l-kondizzjonijiet ta’ servizz marbuta mal-kariga
taħt il-Gvern li huwa kellu fid-data meta huwa
jiġi hekk imqabbad jagħmel dawk id-dmirijiet;
jew
(ii) jkun hekk impjegat b’mod li r-rimunerazzjoni u
l-kondizzjonijiet ta’ servizz tiegħu jkunu inqas
favorevoli minn dawk li jkunu marbuta mal-
kariga tiegħu taħt il-Gvern li kellu fid-data hawn
qabel imsemmija jew li kienet tkun marbuta ma’
dik il-ħatra, matul dak iż-żmien, li kieku dak l-
uffiċjal ma kienx tqabbad jagħmel dmirijiet ma’
l-Awtorità ; u 
Kap. 93.
Kap. 58.
(b) ikollu jedd li s-servizz tiegħu ma’ l-Awtorità
kkunsidrat bħala servizz mal-Gvern għall-għanijiet ta’
kull pensjoni, gratwità  jew benefiċċju taħt l-Ordinanza
dwar il-Pensjonijiet u l-Att dwar il-Pensjoni tar-Romol
u l-Orfni u ta’ kull jedd jew privileġġ li għalihom
huwa jkollu dritt, u jkun responsabbli għal kull ħaġa li
kieku jkun responsabbli għaliha, ħlief għall-fatt li jkun
tqabbad jagħmel dawk id-dmirijiet ma’ l-Awtorità .
(3) Meta applikazzjoni ssir kif provdut fis-subartikolu (2)(a)(i),
l-istess konsiderazzjoni għandha tiġi lilha mogħtija bħallikieku l-
applikant ma kienx ġie mqabbad jagħmel servizz ma’ l-Awtorità .
(4) L-Awtorità  għandha tħallas lill-Gvern dawk il-
kontribuzzjonijiet bħalma jista’ minn żmien għal żmien jiġi
stabbilit mill-Ministru dwar in-nefqa ta’ pensjonijiet u gratwitajiet
li uffiċjal imqabbad jagħmel dmirijiet ma’ l-Awtorità  jkun qala’ kif
hawn qabel imsemmi matul iż-żmien li fih ikun ġie hekk imqabbad.
20 KAP. 438. ħ LOTTERIJI U LOGĦOB IEĦOR
Offerta ta’ impieg 
permanenti ma’ l-
Awtorità  lil 
uffiċjali pubbliċi 
imqabbda jagħmlu 
dmirijiet ma’ l-
Awtorità .
25. (1) L-Awtorità  tista’, bl-approvazzjoni tal-Prim Ministru,
toffri għal kull uffiċjal imqabbad jagħmel dmirijiet ma’ l-Awtorità
taħt id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 23, impieg permanenti ma’ l-
Awtorità  b’rimunerazzjoni u pattijiet u kondizzjonijiet mhux inqas
favorevoli minn dawk li jgawdu dawk l-uffiċjali fid-data meta ssir
dik l-offerta.
(2) Il-pattijiet u l-kondizzjonijiet inklużi f’xi offerta magħmula
kif hawn qabel imsemmi m’għandhomx jitqiesu bħala inqas
favorevoli unikament minħabba li ma jkunux f’kull rigward identiċi
ma’ jew aħjar minn dawk li jgawdu l-uffiċjali involuti fid-data meta
ssir dik l-offerta, jekk dawk il-pattijiet u l-kondizzjonijiet, kollha
kemm huma flimkien, fil-fehma tal-Prim Ministru joffru benefiċċji
sostanzjalment ekwivalenti jew aħjar.
Kap. 93.
Kap. 58.
(3) Kull uffiċjal li jaċċetta impieg permanenti ma’ l-Awtorità  li
jiġi lilu offrut taħt id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) għandu,
għal kull fini li ma tkunx dik ta’ l-Ordinanza dwar il-Pensjonijet u
ta’ l-Att dwar il-Pensjoni tar-Romol u l-Orfni, jitqies bħala li jkun
temm milli jkun fis-servizz tal-Gvern u li jkun daħal fis-servizz
ma’ l-Awtorità  fid-data meta huwa jkun aċċetta, u għall-għanijiet
ta’ l-Ordinanza u ta’ l-Att imsemmi, sakemm dan japplika fil-każ
tiegħu, servizz ma’ l-Awtorità  għandu jitqies bħala servizz mal-
Gvern fi ħdan kull tifsira li hemm fihom rispettivament.
Kap. 58.
(4) Kull tali uffiċjal kif hawn qabel imsemmi li, minnufih qabel
ma jaċċetta impieg permanenti ma’ l-Awtorità  kellu jedd
jibbenefika taħt l-Att dwar il-Pensjoni tar-Romol u l-Orfni, jibqa’
jkun hekk intitolat li jibbenefika taħtu għal kull fini bħallikieku s-
servizz tiegħu ma’ l-Awtorità  kien servizz mal-Gvern.
(5) L-Awtorità  għandha tħallas lill-Gvern dawk il-
kontribuzzjonijiet kif jistgħu minn żmien għal żmien jiġu stabbiliti
mill-Ministru għar-rigward tan-nefqa ta’ kull pensjoni u gratwità  li
jaqla’ uffiċjal li jkun aċċetta impieg permanenti ma’ l-Awtorità  kif
hawn qabel imsemmi matul iż-żmien li jibda fid-data meta dak l-
uffiċjal jaċċetta.
TAQSIMA VI - IL-LOTTERIJA NAZZJONALI
Operazzjoni jew 
konċessjoni għall-
operat tal-Lotterija 
Nazzjonali.
26. (1) Il-Ministru jista’ jopera l-Lotterija Nazzjonali jew
jista’ jiddeċiedi li jikkonċedi l-operat tal-Lotterija Nazzjonali lil xi
persuna oħra skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att:
Iżda Il-Ministru jista’ ma joperax il-Lotterija Nazzjonali fi żmien
li matulu tkun għadha sseħħ liċenza għal-Lotterija Nazzjonali:
Iżda wkoll, il-Ministru jista’ jopera l-Lotterija Nazzjonali għal
dak iż-żmien li matulu tkun sospiża liċenza għal-Lotterija
Nazzjonali skond l-artikolu 35.
(2) Meta l-Lotterija Nazzjonali tiġi operata mill-Ministru, l-
Ministru għandu jeżerċita dawk il-poteri kollha li jistgħu jkunu
meħtieġa jew spedjenti għall-għanijiet ta’ dik l-operazzjoni u d-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att li jirrigwardaw il-Lotterija
Nazzjonali, li ma jkunux dawk li jirrigwardaw il-ħruġ ta’ liċenzi u
l-liċenza għal-Lotterija Nazzjonali, għandhom japplikaw u
LOTTERIJI U LOGĦOB IEĦOR ġ KAP. 438. 21
jkollhom seħħ b’kull modifika jew adattament meħtieġa kif dawn
japplikaw u jkollhom seħħ dwar il-Lotterija Nazzjonali kif operata
minn detentur ta’ liċenza għal Lotterija Nazzjonali.
(3) Meta l-Ministru jiddeċiedi li jikkonċedi l-operat tal-
Lotterija Nazzjonali lil xi persuna oħra, l-Awtorità , u għall-ewwel
darba wara d-dħul fis-seħħ ta’ din it-Taqsima l-Ministru, jista’
b’liċenza jawtorizza persuna topera l-Lotterija Nazzjonali.  Tkun
persuna waħda biss li jista’ jkollha liċenza topera l-Lotterija
Nazzjonali fl-istess żmien.  Ebda persuna, li ma tkunx il-Ministru,
ma tista’ topera l-Lotterija Nazzjonali kemm-il darba dik il-persuna
ma jkollhiex liċenza valida għal-Lotterija Nazzjonali. 
(4) Il-funzjonijiet ta’ l-Awtorità  li jirrigwardaw il-Lotterija
Nazzjonali u d-detentur ta’ liċenza għal Lotterija Nazzjonali taħt
dan l-Att għandhom jibdew iseħħu minnufih wara l-għoti ta’
liċenza għal-Lotterija Nazzjonali mill-Ministru għall-ewwel darba
wara d-dħul fis-seħħ ta’ din it-Taqsima.
Kemm iddum 
liċenza għal-
Lotterija 
Nazzjonali.
27. (1) Il-liċenza għal-Lotterija Nazzjonali għandha tinħareġ
għal dak iż-żmien kif l-Awtorità  wara konsultazzjoni mal-Ministru,
u għall-ewwel darba wara d-dħul fis-seħħ ta’ din it-Taqsima kif il-
Ministru, jista’ jispeċifika fil-liċenza, liema żmien għandu jibda
għaddej f’dik il-ġurnata hekk kif jista’ jiġi speċifikat fil-liċenza
bħala d-data minn meta l-liċenza għandha ssir effettiva.  Dik id-
data tista’ tiġi wara, imma mhux qabel, id-data tal-ħruġ tal-liċenza.
(2) Kemm-il darba liċenza għal-Lotterija Nazzjonali ma tiġix
qabel imħassra, din tkun tista’ tiġġedded mill-Awtorità  għal
perjodu wieħed ulterjuri hekk kif l-Awtorità  wara konsultazzjoni
mal-Ministru tista’ tistabbilixxi.
(3) It-tiġdid tal-liċenza mill-Awtorità  għandu jkun bla ħsara
għal kull tħaris mid-detentur ta’ liċenza għal Lotterija Nazzjonali,
matul iż-żmien oriġinali ta’ tali liċenza, tad-disposizzjonijiet ta’
dan l-Att u ta’ regolamenti magħmulin taħtu kif dawn japplikaw
għalih u tal-pattijiet u l-kondizzjonijiet ta’ tali liċenza u ta’ kull
direttiva oħra maħruġa mill-Awtorità  skond dan l-Att jew
regolamenti magħmulin taħtu u li japplikaw għal dak id-detentur
ta’ liċenza, u bla ħsara għall-aċċettazzjoni mill-Awtorità  ta’ l-
applikazzjoni bil-miktub għal dak it-tiġdid li ssir mid-detentur ta’
liċenza lill-Awtorità  -
(a) sa dik id-data qabel ma jiskadi ż-żmien oriġinali tal-
liċenza kif speċifikat fil-liċenza; u
(b) li jkun fiha dik l-informazzjoni kif speċifikata fil-
liċenza bħala meħtieġa jew spedjenti biex l-Awtorità
tkun tista’ tistabbilixxi jekk għandhiex iġġedded dik
il-liċenza jew le.
(4) Wara li tiġi ppreżentata l-applikazzjoni għat-tiġdid ta’
liċenza għal-Lotterija Nazzjonali, l-Awtorità  tista’ titlob lill-
applikant jipprovdi kull informazzjoni oħra, b’żjieda ma’ dik
provduta flimkien ma’ l-applikazzjoni, bħalma jista’ jitqies li jkun
meħtieġ bil-għan li tiġi deċiża dik l-applikazzjoni.
22 KAP. 438. ħ LOTTERIJI U LOGĦOB IEĦOR
Applikazzjoni 
għal-liċenza għal-
Lotterija 
Nazzjonali.
28. (1) Applikazzjoni għal liċenza għal-Lotterija Nazzjonali
issir minn, jew għan-nom ta’, jew dwar kumpannija reġistrata jew li
għandha tkun reġistrata f’Malta li jkollha jew ikun se jkollha bħala
skop uniku l-operat tal-Lotterija Nazzjonali skond il-liċenza għal-
Lotterija Nazzjonali taħt dan l-Att u l-għemil ta’ kull ħaġa oħra
inċidentali jew li twassal għall-kisba ta’ dak l-iskop u t-twettiq ta’
kull attività  oħra li tista’ tiġi awtorizzata fil-liċenza mill-Awtorità
u, għall-ewwel darba wara d-dħul fis-seħħ ta’ din it-Taqsima,  mill-
Ministru.  Dik l-applikazzjoni għandha ssir fl-għamla u bil-mod
meħtieġ mill-Awtorità , u għall-ewwel darba wara d-dħul fis-seħħ
ta’ din it-Taqsima mill-Ministru, u dik l-applikazzjoni għandu iktar
minn hekk ikun fiha jew ikollha magħha dik l-informazzjoni, dawk
id-dokumenti u partikolaritajiet kif l-Awtorità , u għall-ewwel darba
wara d-dħul fis-seħħ ta’ din it-Taqsima l-Ministru, jista’ jkun
jeħtieġ jew li jista’ jiġi preskritt b’regolamenti.
(2) Fil-każ ta’ applikazzjoni għall-għoti ta’ liċenza għal-
Lotterija Nazzjonali lil kumpannija li ma tkunx għadha ġiet
reġistrata f’Malta, l-applikazzjoni għandu jkollha magħha rabta li
ssir mill-applikant li jirreġistra kumpannija f’Malta kif provdut fis-
subartikolu (1) malli tingħatalu l-informazzjoni mill-Awtorità , u
għall-ewwel darba wara d-dħul fis-seħħ ta’ din it-Taqsima mill-
Ministru, li l-liċenza tkun se tingħata lil dik il-kumpannija meta din
tiġi ffurmata.
(3) Wara li tiġi ppreżentata applikazzjoni għall-għoti ta’
liċenza għal-Lotterija Nazzjonali, l-Awtorità , u għall-ewwel darba
wara d-dħul fis-seħħ ta’ din it-Taqsima l-Ministru, jista’ jeħtieġ
lill-applikant jipprovdi kull informazzjoni oħra, b’żjieda ma’ dik
provduta flimkien ma’ l-applikazzjoni, kif tista’ tkun meħtieġa bil-
għan li tiġi deċiża dik l-applikazzjoni.
Għoti tal-liċenza 
għal-Lotterija 
Nazzjonali.
29. (1) L-Awtorità , u għall-ewwel darba wara d-dħul fis-seħħ
ta’ din it-Taqsima l-Ministru, m’għandhomx joħorġu liċenza għal-
Lotterija Nazzjonali lil xi persuna kemm-il darba dik il-persuna ma
tkunx kumpannija reġistrata f’Malta li jkollha bi skop uniku tagħha
l-operat tal-Lotterija Nazzjonali skond il-liċenza għal-Lotterija
Nazzjonali taħt dan l-Att u l-għemil ta’ kull ħaġa oħra bħal dik li
tkun inċidentali jew li twassal għall-ksib ta’ dak l-iskop u t-twettiq
ta’ kull attività  oħra bħalma tista’ tkun awtorizzata fil-liċenza mill-
Awtorità  u, għall-ewwel darba wara d-dħul fis-seħħ ta’ din it-
Taqsima,  mill-Ministru, u kemm-il darba l-Awtorità  jew, skond ma
jista’ jkun il-każ, il-Ministru jkunu sodisfatti li -
(a) kull min għandu jew ikollu fil-pussess tiegħu
parteċipazzjoni azzjonarja kwalifikanti fil-kumpannija
għandu jkun  idoneu u adatt li jibbenefika mill-operat
tal-kumpannija tal-Lotterija Nazzjonali u li jeżerċita d-
drittijiet ta’ sħubija b’dak il-mod li jkun jiżgura l-
operazzjoni kif imiss tal-Lotterija Nazzjonali mill-
kumpannija;
(b) id-direttur jew diretturi tal-kumpannija għandhom
jkunu idonei u adatti biex imexxu l-affarijiet tal-
kumpannija u jeżerċitaw il-funzjonijiet u d-dmirijiet
tagħhom bħala diretturi b’dak il-mod li jkun jiżgura l-
operazzjoni kif imiss tal-Lotterija Nazzjonali mill-
LOTTERIJI U LOGĦOB IEĦOR ġ KAP. 438. 23
kumpannija;
(ċ) kull min l-Awtorità  jkun jidhrilha li kemm hu
possibbli jkun jista’ jmexxi l-kummerċ jew xi parti
mill-kummerċ ta’ l-operazzjoni tal-Lotterija
Nazzjonali jkun idoneu u adatt għaldaqstant;
(d) il-kumpannija jkollha, jew ikun se jkollha meta toħroġ
il-liċenza, il-mezzi finanzjarji u tekniċi u l-maestrija
meħtieġa biex tkun tista’ topera l-Lotterija Nazzjonali
sew u biex twettaq kull obbligazzjoni tagħha taħt dan
l-Att;
(e) il-kumpannija tkun se tikseb, sa sebat ijiem mid-data
meta toħroġ il-liċenza, u li żżomm għaż-żmien ta’
wara, garanzija bankarja kif hemm imsemmmi fl-
artikolu 31(5) kif provdut u skond l-imsemmi artikolu
31(5) u (6); u 
(f) il-kumpannija tkun persuna idonea u adatta biex tkun
id-detentur tal-liċenza għal-Lotterija Nazzjonali u biex
topera l-Lotterija Nazzjonali, u li tkun se tħares f’kull
rigward id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u regolamenti
magħmulin taħtu u applikabbli għalih u l-pattijiet u l-
kondizzjonijiet tal-liċenza u d-direttivi maħruġa mill-
Awtorità  skond dan l-Att jew regolamenti magħmulin
taħtu u applikabbli għalih.
(2) Meta l-Awtorità , u għall-ewwel darba wara d-dħul fis-seħħ
ta’ din it-Taqsima l-Ministru, jagħmel deċiżjoni preliminari li
joħroġ liċenza għal-Lotterija Nazzjonali lil xi kumpannija
partikolari reġistrata f’Malta, l-Awtorità  jew, skond ma jista’ jkun
il-każ, il-Ministru għandhom, qabel ma joħorġu dik il-liċenza,
jaraw li jiġi ppubblikat avviż fil-Gazzetta tal-ħsieb li jkollhom li
joħorġu dik il-liċenza, li fih jagħmlu sejħa għal kull min jista’ jkun
interessat li jagħmel l-ilmenti tiegħu, jekk ikun hemm, fejn
joġġezzjona għall-ħruġ tal-liċenza lil dik il-kumpannija.
(3) Dik l-oġġezzjoni li hemm imsemmija fis-subartikolu (2)
għandha ssir bil-miktub u għandu jkun fiha ġustifikazzjoni
raġonevoli għall-fatt li tkun qegħda ssir, u tiġi riċevuta mill-
Awtorità  jew mill-Ministru, skond ma jista’ jkun il-każ, fi żmien
wieħed u għoxrin ġurnata mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ l-avviż
fil-Gazzetta.
(4) L-Awtorità  jew il-Ministru, skond ma jista’ jkun il-każ,
għandu jikkonsidra kull oġġezzjoni magħmula u riċevuta minnha
kif hawn qabel imsemmi qabel ma tagħmel xi deċiżjoni finali dwar
il-ħruġ tal-liċenza.
(5) L-għoti ta’ liċenza għal-Lotterija Nazzjonali ma teżonerax
lid-detentur ta’ liċenza milli jikseb kull liċenza, permess jew
awtorizzazzjoni oħra li jistgħu jkunu meħtieġa taħt kull liġi oħra.
Għamla tal-liċenza 
tal-Lotterija 
Nazzjonali.
30. Il-liċenza għal-Lotterija Nazzjonali għandha tkun f’dik l-
għamla hekk kif tista’ tiġi approvata mill-Awtorità , u għall-ewwel
darba wara d-dħul fis-seħħ ta’ din it-Taqsima mill-Ministru, u
għandha fost l-oħrajn tispeċifika:
(a) id-data tal-ħruġ tagħha;
24 KAP. 438. ħ LOTTERIJI U LOGĦOB IEĦOR
(b) iż-żmien effettiv tagħha;
(ċ)  l-isem, l-uffiċċju reġistrat u n-numru ta’ reġistrazzjoni
tad-detentur ta’ liċenza;
(d) l-indirizz f’Malta speċifikat mid-detentur ta’ liċenza
fejn jista’ jiġi notifikat bid-dokumenti;
(e) l-isem u l-indirizz ta’ l-azzjonarji kwalifikanti,
diretturi u managers tad-detentur ta’ liċenza;
(f) it-tip u l-partikolaritajiet ta’ logħbiet li jistgħu jiġu
operati taħt il-liċenza;
(g) kull ħaġa bħal dik li tirrigwarda l-apparat għal-
logħbiet li jkun permess li jintuża taħt il-liċenza hekk
kif l-Awtorità  tqis li jkun meħtieġ jew spedjenti li
tispeċifika;
(h) l-inqas għadd, speċifikazzjonijiet u tip ta’ postijiet
minn fejn logħbiet li jistgħu jiġu operati taħt il-liċenza
jistgħu jiġu offruti għall-bejgħ, u l-inqas ħin tal-ftuħ
ta’ dawk il-postijiet;
(i) dawk il-partikolaritajiet l-oħra li l-Awtorità , u għall-
ewwel darba wara d-dħul fis-seħħ ta’ din it-Taqsima
ta’ dan l-Att il-Ministru, iqisu meħtieġa jew spedjenti,
jew li jista’ jiġi preskritt b’regolamenti.
Il-liċenza għal-Lotterija Nazzjonali ma tkun meħtieġa
tispeċifika ebda ħaġa elenkata fil-paragrafi (f) jew (h)
meta u sal-limitu li kull tali ħaġa jkunu diġà  speċifikati
f’regolamenti magħmulin taħt dan l-Att.
Liċenza għal-
Lotterija 
Nazzjonali 
kondizzjonijiet u 
varjazzjonijiet u 
revokazzjonijiet 
relattivi.
31. (1) Fl-għoti ta’ liċenza għal-Lotterija Nazzjonali l-
Awtorità , u għall-ewwel darba wara d-dħul fis-seħħ ta’ din it-
Taqsima l-Ministru, jistgħu jassoġġettawha għal dawk il-
kondizzjonijiet hekk kif jistgħu jqisu li jkun adatt,  u wara l-għoti
ta’ tali liċenza l-Awtorità  tista’ minn żmien għal żmien tvarja jew
tirrevoka kull kondizzjoni hekk imposta, jew timponi
kondizzjonijiet ġodda:
Iżda l-Awtorità  tista’ ma tvarjax kull kondizzjoni jew timponi xi
kondizzjoni ġdida fil-liċenza għal-Lotterija Nazzjonali mingħajr il-
kunsens tad-detentur ta’ liċenza jekk il-liċenza tkun tipprovdi li xi
kondizzjoni bħal dik tista’ biss tiġi mibdula, jew li xi kondizzjoni
ġdida bħal dik tista’ biss tiġi imposta, bil-kunsens tad-detentur ta’
liċenza:
Iżda wkoll mingħajr preġudizzju għall-proviso li jiġi minnufih
qabel dan,  meta l-Awtorità  tqis li jkun hekk adattat li tibdel xi
kondizzjoni jew timponi xi kondizzjoni ġdida fil-liċenza għal-
Lotterija Nazzjonali, l-Awtorità  għandha, kemm-il darba dik il-
bidla jew impożizzjoni ta’ kondizzjoni ġdida ma tkunx intalbet
mid-detentur ta’ liċenza nnifsu, tgħarraf lid-detentur ta’ liċenza,
b’avviż bil-miktub, bl-intenzjoni li jkollha li tibdel dik il-
kondizzjoni jew timponi dik il-kondizzjoni ġdida, u tinterpella lil
dak id-detentur ta’ liċenza biex jgħid għaliex, f’dak iż-żmien li
tista’ tistabbilixxi fl-avviż u li ma jkunx wieħed ta’ inqas minn
wieħed u għoxrin jum wara l-ħruġ ta’ l-imsemmi avviż, dik il-
LOTTERIJI U LOGĦOB IEĦOR ġ KAP. 438. 25
kondizzjoni m’għandhiex tiġi mibdula jew imposta, u jkun id-dmir
ta’ l-Awtorità  li tikkonsidra kull risposta mogħtija mid-detentur ta’
liċenza qabel ma tibdel il-kondizzjoni jew timponi l-kondizzjoni l-
ġdida. 
(2) Il-kondizzjonijiet f’liċenza għal-Lotterija Nazzjonali
jistgħu jimponu dawk il-ħtiġiet kif jistgħu jitqiesu li jkunu
meħtieġa biex jitħarsu mid-detentur ta’ liċenza wara li l-liċenza
tkun temmet milli tibqa’ sseħħ.
(3) Liċenza għal-Lotterija Nazzjonali tista’ timponi
kondizzjonijiet li jkunu jeħtieġu lid-detentur ta’ liċenza -
(a) li jikseb il-kunsens ta’ l-Awtorità  qabel ma jagħmel xi
ħaġa speċifikata, jew ta’ deskrizzjoni speċifikata, fil-
liċenza; u 
(b) li jirriferixxi kull ħaġa speċifikata, jew ta’ deskrizzjoni
speċifikata, fil-liċenza lill-Awtorità  għall-
approvazzjoni.
(4) Liċenza għal-Lotterija Nazzjonali għandha tinkludi
kondizzjoni li tkun teħtieġ li d-detentur ta’ liċenza jħallas lill-
Awtorità , f’kull waqt kif jista’ jiġi stabbilit minn jew taħt il-
liċenza, dawk l-ammonti ta’ flus mir-rikavat tal-bejgħ ta’ logħbiet
li jiffurmaw parti mil-Lotterija Nazzjonali u, jew kull ammont,
dritt, imposta u, jew taxxa li jistgħu jiġu hekk stabbiliti, liema
ammonti, drittijiet, imposti u, jew taxxi jkunu b’żjieda ma’ dawk li
d-detentur ta’ liċenza għal Lotterija Nazzjonali jista’ jkun meħtieġ
iħallas taħt xi liġi li ma tkunx dan l-Att.
(5) Liċenza għal-Lotterija Nazzjonali għandha tinkludi
kondizzjoni li tkun teħtieġ lid-detentur ta’ liċenza li joħroġ, mhux
iktar tard minn sebat ijiem mid-data tal-ħruġ tal-liċenza, garanzija
bankarja maħruġa minn bank jew istituzzjoni ta’ kreditu jew
finanzjarja aċċettabbli għall-Awtorità , għaf-favur ta’ l-Awtorità  u
f’isimha proprju u għan-nom tal-Gvern, għal dak l-ammont li jista’
jiġi speċifikat fil-liċenza jew li jista’ jiġi preskritt b’regolamenti,
biex jiġi żgurat -
(a) il-ħlas u tqassim ta’ premjijiet mid-detentur ta’ liċenza
lir-rebbieħa ta’ logħbiet li jagħmlu parti mil-Lotterija
Nazzjonali;
(b) il-ħlas ta’ drittijiet, taxxi, imposti jew kull ammont
ieħor li jitħallas mid-detentur ta’ liċenza lill-Awtorità
skond il-liċenza; u 
(ċ) il-ħlas mid-detentur ta’ liċenza ta’ kull multa jew
ammenda jew penali amministrattiva imposta fuqu taħt
Taqsima XII jew taħt regolamenti magħmulin taħt dan
l-Att.
(6) Garanzija bankarja bħal dik imsemmija fis-subartikolu (5)
għandha titħallas lill-Awtorità  malli din titlobha l-ewwel darba u
ma jkun hemm ebda responsabbiltà  fuq il-bank jew istituzzjoni ta’
kreditu jew finanzjarja relattivi li jkunu ħarġu l-garanzija bankarja
li jivverifikaw jekk dik it-talba tkunx waħda ġustifikata jew le.  Il-
garanzija bankarja tibqa’ valida sakemm tgħaddi sena wara l-
iskadenza tal-liċenza, u għandha tkun bla ħsara għal kull patt u
26 KAP. 438. ħ LOTTERIJI U LOGĦOB IEĦOR
kondizzjoni oħra li jistgħu jiġu speċifikati fil-liċenza jew li jista’
jiġi preskritt b’regolamenti.
(7) Liċenza għal-Lotterija Nazzjonali għandha wkoll tinkludi
kondizzjoni li tkun teħtieġ lid-detentur ta’ liċenza li jippreżenta
lill-Awtorità  u, jew jippubblika, b’dak il-mod u f’kull waqt li
jistgħu jiġu speċifikati fil-liċenza, il-kontijiet verifikati tad-
detentur ta’ liċenza u kull kont, rapport, prospett u dikjarazzjoni
oħra li jistgħu jiġu speċifikati fil-liċenza.
(8) Liċenza għal-Lotterija Nazzjonali għandha titqies li
tinkludi kondizzjoni li d-detentur ta’ liċenza  għandu f’kull waqt
matul iż-żmien ta’ operazzjoni tal-liċenza jkollu bħala skop uniku
l-operat tal-Lotterija Nazzjonali konformi mal-liċenza għal-
Lotterija Nazzjonali taħt dan l-Att u li jagħmel dawk l-affarijiet l-
oħra kollha hekk kif ikunu inċidentali jew iwasslu għall-ksib ta’
dak l-iskop u t-twettiq ta’ attivitajiet li jistgħu jiġu awtorizzata fil-
liċenza mill-Awtorità  u, għall-ewwel darba wara d-dħul fis-seħħ ta’
din it-Taqsima,  mill-Ministru.
Bidliet fil-
proprjetà  jew fit-
tmexxija tad-
detentur ta’ 
liċenza, eċċ.
32. (1) Mingħajr preġudizzju għas-subartikoli li ġejjin ta’ dan
l-artikolu, jkun id-dmir tad-detentur ta’ liċenza għal Lotterija
Nazzjonali u ta’ l-azzjonarji kwalifikanti u diretturi tiegħu li
javżaw lill-Awtorità  minnufih -
(a) b’kull bidla fil-Bord ta’ Diretturi jew tmexxija tad-
detentur ta’ liċenza, jew b’kull bidla materjali fl-
informazzjoni u d-dokumentazzjoni provduti skond l-
artikolu 28(1) u (3) jew b’kull informazzjoni jew
dokumentazzjoni oħra provduti mid-detentur ta’
liċenza skond kull disposizzjoni oħra ta’ dan l-Att jew
ta’ regolamenti magħmulin taħtu jew skond
kondizzjonijiet marbutin mal-liċenza għal-Lotterija
Nazzjonali; u 
(b) b’kull risoluzzjoni jew risoluzzjoni maħsuba, jew
b’kull rikors jew rikors maħsub fil-Qorti, jew b’kull
azzjoni oħra, għax-xoljiment u l-istralċ tad-detentur ta’
liċenza għal Lotterija Nazzjonali,
hekk kif isiru jafu b’dawk il-bidliet, risoluzzjonijiet jew
risoluzzjonijiet maħsuba, rikorsi jew rikorsi maħsuba jew
azzjonijiet.
(2) Meta minħabba fil-bidla bħalma hemm imsemmi fis-
subartikolu (1)(a), sew jekk l-Awtorità  tkunx ġiet avżata b’dik il-
bidla skond dak is-subartikolu sew jekk le, toriġina sitwazzjoni li
kieku din kienet teżisti fil-waqt ta’ l-applikazzjoni għall-għoti tal-
liċenza għal-Lotterija Nazzjonali, kienet tiskwalifika lid-detentur
ta’ liċenza milli jikseb liċenza skond l-artikolu 29(1),  l-Awtorità
għandha b’avviż tinforma lid-detentur ta’ liċenza b’dan, u jekk is-
sitwazzjoni ma tkunx ġiet rimedjata għas-sodisfazzjon ta’ l-
Awtorità  fi żmien xahar kalendarju mill-avviż mogħti
għaldaqshekk mill-Awtorità , l-Awtorità  għandha tħassar il-liċenza
mingħajr ma timxi skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 35(1) sa
(3) u d-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 35(4) u (5) għandhom mutatis
mutandis japplikaw f’dawk iċ-ċirkostanzi:
LOTTERIJI U LOGĦOB IEĦOR ġ KAP. 438. 27
Iżda l-Awtorità  m’għandhiex toħroġ avviż kif hawn qabel
imsemmi iktar tard minn tliet xhur kalendarji wara li tiġi avżata
mid-detentur ta’ liċenza jew mill-azzjonarji kwalifikanti jew
diretturi tiegħu bil-bidla skond is-subartikolu (1).
(3) Fiċ-ċirkostanzi msemmija fis-subartikolu (1)(b), sew jekk l-
Awtorità  tkun ġiet avżata b’dawk iċ-ċirkostanzi skond dak is-
subartikolu sew jekk le, l-Awtorità  tista’ toħroġ dawk id-direttivi
lid-detentur ta’ liċenza għal Lotterija Nazzjonali, lill-azzjonarji
kwalifikanti u, jew id-diretturi tiegħu hekk kif tista’ tqis li jkun
adatt f’dawk iċ-ċirkostanzi.
(4) Kull nuqqas min-naħa tad-detentur ta’ liċenza jew ta’ l-
azzjonarji kwalifikanti jew diretturi tiegħu li jħarsu d-
disposizzjonijiet tas-subartikolu (1), jew kull direttiva lilhom
maħruġa mill-Awtorità  skond subartikolu (3), għandu
jikkostitwixxi reat kontra dan l-Att.
(5) Minkejja kull ħaġa li tinsab f’xi liġi oħra, tkun meħtieġa l-
approvazzjoni bil-miktub ta’ l-Awtorità  qabel ma persuna tkun
tista’ leġittimament - 
(a) takkwista shareholding kwalifikanti fid-detentur ta’
liċenza għal Lotterija Nazzjonali;
(b) iżżid holding eżistenti li ma jkunx shareholding
kwalifikanti hekk li jsir shareholding kwalifikanti
f’dak id-detentur ta’ liċenza;
(ċ) iżżid shareholding kwalifikanti f’dak id-detentur ta’
liċenza hekk li jsir daqs jew ikun jeċċedi għaxra fil-
mija jew għoxrin fil-mija jew tletin fil-mija jew
erbgħin fil-mija jew ħamsin fil-mija tal-kapital
azzjonarju maħruġ mid-detentur ta’ liċenza jew tal-
jeddijiet għall-vot konnessi ma’ dak il-kapital
azzjonarju, jew li d-detentur ta’ liċenza jsir is-
sussidjarju ta’ dik il-persuna;
(d) tnaqqas shareholding kwalifikanti eżistenti f’dak id-
detentur ta’ liċenza hekk li jinżel għal inqas minn
ħamsin fil-mija jew erbgħin fil-mija jew tletin fil-mija
jew għoxrin fil-mija jew għaxra fil-mija tal-kapital
azzjonarju maħruġ mid-detentur ta’ liċenza jew tal-
jeddijiet għall-vot konnessi ma’ dak il-kapital
azzjonarju, jew id-detentur ta’ liċenza jtemm milli
jkun is-sussidjarju ta’ dik il-persuna;
(e) tnaqqas shareholding kwalifikanti eżistenti f’dak id-
detentur ta’ liċenza hekk li jtemm milli jibqa’
shareholding kwalifikanti; jew
(f) tiżvesti ruħha minn shareholding kwalifikanti f’dak
id-detentur ta’ liċenza.
(6) Il-Ministru jista’ b’ordni fil-Gazzetta jew b’regolamenti
jibdel jew ineħħi kull wieħed mill-perċentwali msemmija fis-
subartikolu (5)(ċ) u (d).
(7) Is-subartikolu (5) għandu japplika sew jekk xi ishma minn
dawk rilevanti jkunu ishma elenkati fuq xi Stock Exchange sew
jekk le.
28 KAP. 438. ħ LOTTERIJI U LOGĦOB IEĦOR
(8) Ikun id-dmir tad-detentur ta’ liċenza għal Lotterija
Nazzjonali u tad-diretturi tiegħu li javżaw lill-Awtorità  minnufih
malli jsiru jafu li xi persuna tkun bi ħsiebha tieħu xi waħda mill-
azzjonijiet stabbiliti fis-subartikolu (5), u għandhom iżommu lura
milli jirreġistraw l-azzjoni rilevanti skond il-liġi jew milli jieħdu xi
azzjoni oħra dwar dak kollu sakemm jaslu struzzjonijiet mill-
Awtorità .  Kull nuqqas mid-detentur ta’ liċenza għal Lotterija
Nazzjonali u d-diretturi tiegħu li jħares id-disposizzjonijiet ta’ dan
is-subartikolu jikkostitwixxi reat kontra dan l-Att.
(9) Minkejja kull ħaġa li tinsab f’xi liġi oħra, tkun meħtieġa l-
approvazzjoni bil-miktub ta’ l-Awtorità  qabel ma d-detentur ta’
liċenza għal Lotterija Nazzjonali jista’ leġittimament - 
(a) ibiegħ jew jiddisponi min-negozju tiegħu kollu jew
parti minnu;
(b) jingħaqad ma’ xi kumpannija oħra;
(ċ) jgħaddi minn xi rikostruzzjoni, diviżjoni jew
konverżjoni fl-istatus tiegħu ta’ kumpannija għal kull
għamla oħra ta’ soċjetà  kummerċjali; jew
(d) iżid jew inaqqas il-kapital azzjonarju tiegħu nominali
jew maħruġ jew inkella jagħmel xi bidla materjali fil-
jeddijiet għall-votazzjoni.
(10) Ikun id-dmir tad-diretturi u ta’ l-azzjonarji kwalifikanti tad-
detentur ta’ liċenza għal Lotterija Nazzjonali li javżaw lill-Awtorità
minnufih malli jsiru jafu li d-detentur ta’ liċenza jkun bi ħsiebu
jieħu xi waħda mill-azzjonijiet stabbiliti fis-subartikolu (9), u fin-
nuqqas ikunu ħatja ta’ reat kontra dan l-Att.
(11) Persuna li jkollha ħsieb tieħu xi azzjoni stabbilita fis-
subartikolu (5) u d-detentur ta’ liċenza għal Lotterija Nazzjonali li
jkollu ħsieb li jieħu xi azzjoni stabbilita fis-subartikolu (9)
għandhom javżaw lill-Awtorità  bil-miktub b’dak il-mod u metodu,
u ma’ dak l-avviż għandha tintehmeż dik l-informazzjoni, li jistgħu
jkunu meħtieġa mill-Awtorità .
(12) Fi żmien xahrejn mit-twassil ta’ dak l-avviż jew it-twassil
ta’ dik l-informazzjoni li l-Awtorità  tista’ teħtieġ, skond liema jkun
l-iktar tard, l-Awtorità  għandha toħroġ avviż - 
(a) li jagħti approvazzjoni inkondizzjonata għat-teħid ta’
l-azzjoni;
(b) li jagħti approvazzjoni għat-teħid ta’ l-azzjoni bla
ħsara għal dawk il-pattijiet u l-kondizzjonijiet li l-
Awtorità  tista’ tqis adatti; jew
(ċ) li jirrofta approvazzjoni għat-teħid ta’ l-azzjoni, fejn
jinforma lill-persuna involuta jew, skond ma jista’
jkun il-każ, lid-detentur ta’ liċenza għal Lotterija
Nazzjonali bir-raġunijiet għaliex tkun irroftat,
u jekk l-Awtorità  tonqos milli toħroġ avviż bħal dak fi żmien dak
iż-żmien ta’ xahrejn, għandu jitqies li l-Awtorità  tkun ħarġet avviż
skond il-paragrafu (a).
(13) Jekk xi persuna jew id-detentur ta’ liċenza għal Lotterija
Nazzjonali jieħu xi azzjoni stabbilita fis-subartikoli (5) u (9)
LOTTERIJI U LOGĦOB IEĦOR ġ KAP. 438. 29
mingħajr ma qabel jikseb l-approvazzjoni ta’ l-Awtorità  skond dan
l-artikolu, jew jieħu xi tali azzjoni mingħajr ma jħares xi patt u
kondizzjoni speċifikati mill-Awtorità  fl-għoti ta’ dik l-
approvazzjoni skond is-subartikolu (12)(b), dawn ikunu ħatja ta’
reat kontra dan l-Att.  Iktar minn hekk, jekk persuna jew d-detentur
ta’ liċenza għal Lotterija Nazzjonali jieħu jew ikun bi ħsiebu jieħu
xi waħda mill-imsemmija azzjonijiet mingħajr ma jikseb dik l-
approvazzjoni jew mingħajr ma jħares dawk il-pattijiet u
kondizzjonijiet, għaldaqshekk, mingħajr preġudizzju għall-poter ta’
l-Awtorità  li jissospendi jew jirrevoka l-liċenza għal-Lotterija
Nazzjonali skond l-artikolu 35,  meta dan ikun japplika, u mingħajr
preġudizzju għal kull piena oħra li tista’ tkun imposta taħt dan l-
Att,  l-Awtorità  jkollha l-poter:
(a) toħroġ direttiva fejn tiddikjara l-azzjoni bħala nulla u
bla ebda effett, liema direttiva tkun effettiva kontra
kull min ikun involut f’dik l-azzjoni minkejja d-
disposizzjonijiet ta’ kull liġi oħra; jew
(b) toħroġ direttiva lil dik il-persuna jew, skond ma jista’
jkun il-każ, lid-detentur ta’ liċenza għal Lotterija
Nazzjonali - 
(i) biex iżżomm lill-persuna jew lil dak id-detentur
ta’ liċenza milli jieħu l-azzjoni;
(ii) li tkun teħtieġ lill-persuna jew lil dak id-detentur
ta’ liċenza li jieħu dawk il-passi jew kull azzjoni
oħra li jistgħu jiġu meħtieġa biex ireġġgħu lura
l-posizzjoni li tkun teżisti minnufih qabel ma
tkun ittieħdet l-azzjoni, f’dak iż-żmien li jista’
jiġi speċifikat mill-Awtorità  fid-direttiva;
(iii) biex iżżomm lill-persuna jew lil dak id-detentur
ta’ liċenza milli jeżerċita drittijiet li jirriżultaw
mill-azzjoni, inkluż id-dritt li jirċievi ħlasijiet;
jew
(iv) biex iżżomm lill-persuna jew lil dak id-detentur
ta’ liċenza milli jieħu xi azzjoni bħal dik jew xi
azzjoni fi ħdan il-kategoriji stabbiliti fis-
subartikoli (5) u (9), 
u dik il-persuna jew, skond ma jista’ jkun il-każ, id-detentur ta’
liċenza għal Lotterija Nazzjonali għandhom iġarsu kull tali
direttiva lilhom maħruġa mill-Awtorità  skond dan il-paragrafu (b),
u fin-nuqqas ta’ dan ikunu ħatja ta’ reat kontra dan l-Att.
Detentur ta’ 
liċenza jista’ ma 
jassenjax jew 
jittrasferixxi l-
liċenza.
33. (1) Liċenza għal-Lotterija Nazzjonali tista’ ma tiġix
assenjata jew trasferita mid-detentur ta’ liċenza għal Lotterija
Nazzjonali lil xi persuna oħra.
(2) Id-detentur ta’ liċenza għal Lotterija Nazzjonali ma jistax
iċedi l-liċenza għal-Lotterija Nazzjonali matul iż-żmien tal-liċenza.
(3) It-trasferiment jew l-assenjament tal-liċenza għal-Lotterija
Nazzjonali mid-detentur ta’ liċenza lil xi persuna oħra għandha
titqies nulla u bla effett.
(4) Detentur ta’ liċenza għal Lotterija Nazzjonali li jaġixxi bi
ksur tad-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu jkun ħati ta’ reat kontra
30 KAP. 438. ħ LOTTERIJI U LOGĦOB IEĦOR
dan l-Att.
Raġunijiet għat-
tħassir jew is-
sospensjoni tal-
liċenza għal-
Lotterija 
Nazzjonali.
34. L-Awtorità  tista’ tordna t-tħassir jew is-sospensjoni tal-
liċenza għal-Lotterija Nazzjonali jekk -
(a) xi azzjonarju kwalifikanti jew direttur jew manager
tad-detentur ta’ liċenza ikunu ħatja ta’ xi reat kontra
dan l-Att jew ta’ serq, li jkunu laqgħu proprjetà
misruqa, frodi jew xi delitt li jolqot il-fiduċja
pubblika, jew ikun qiegħed jikser xi direttiva maħruġa
mill-Awtorità  skond dan l-Att jew regolamenti
magħmulin taħtu u applikabbli għalih;
(b) id-detentur ta’ liċenza jikser xi disposizzjoni ta’ dan l-
Att jew ta’ xi regolamenti magħmulin taħtu
applikabbli għalih, jew ikun qiegħed jikser xi
kondizzjoni fil-liċenza għal-Lotterija Nazzjonali jew
xi direttiva maħruġa mill-Awtorità  skond dan l-Att jew
regolamenti magħmulin taħtu u applikabbli għalih;
(ċ) id-detentur ta’ liċenza xjentement jew bi traskuraġni
jipprovdi lill-Awtorità  informazzjoni materjali li tkun
falza jew qarrieqa;
(d) id-detentur ta’ liċenza jonqos milli jwettaq ir-rabtiet
finanzjarji li d-detentur ta’ liċenza jkollu meta dawn
isiru dovuti li jitħallsu;
(e) id-detentur ta’ liċenza jonqos milli joħroġ u jżomm il-
garanzija bankarja meħtieġa kif provdut u skond l-
artikolu 31(5) u (6);
(f) id-detentur ta’ liċenza jkun qed isirlu stralċ;  jew
(g) l-Awtorità  tkun raġonevolment sodisfatta li xi persuna
li tkun iżżomm jew ikollha shareholding kwalifikanti
fid-detentur ta’ liċenza ma tkunx, jew tkun temmet
milli tkun, persuna idonea u adatta biex tikseb
benefiċċju mill-operat tal-Lotterija Nazzjonali mid-
detentur ta’ liċenza jew li teżerċita drittijiet tagħha ta’
sħubija b’dak il-mod li jiżgura l-operazzjoni adatta tal-
Lotterija Nazzjonali mid-detentur ta’ liċenza;
(h) l-Awtorità  tkun raġonevolment sodisfatta li direttur
tad-detentur ta’ liċenza ma jkunx, jew ikun temm milli
jkun, persuna idonea u adatta biex tmexxi l-affarijiet
tad-detentur ta’ liċenza u biex jeżerċita l-funzjonijiet u
d-dmirijiet ta’ direttur b’dak il-mod li jkun jiżgura l-
operazzjoni adatta tal-Lotterija Nazzjonali mid-
detentur ta’ liċenza;
(i) l-Awtorità  tkun raġonevolment sodisfatta li persuna li
tkun qed tmexxi l-kummerċ jew xi parti mill-kummerċ
ta’ l-operazzjoni tal-Lotterija Nazzjonali ma tkunx,
jew tkun temmet milli tkun, persuna idonea u adatta li
hekk tibqa’ tagħmel;
(j) l-Awtorità  tkun raġonevolment sodisfatta li d-detentur
ta’ liċenza ma jkunx, jew ikun temm milli jkun,
persuna idonea u adatta biex tkun id-detentur tal-
liċenza għal-Lotterija Nazzjonali u biex topera l-
LOTTERIJI U LOGĦOB IEĦOR ġ KAP. 438. 31
Lotterija Nazzjonali, jew tkun raġonevolment tqis li
jkun meħtieġ fl-interess nazzjonali li tħassar jew
tissospendi l-liċenza għal-Lotterija Nazzjonali.
Proċeduri għat-
tħassir jew is-
sospensjoni tal-
liċenza għal-
Lotterija 
Nazzjonali.
35. (1) Meta jkun hemm xi raġuni għat-tħassir jew
sospensjoni tal-liċenza għal-Lotterija Nazzjonali taħt l-artikolu 34,
l-Awtorità  għandha, b’avviż bil-miktub, titlob lid-detentur ta’
liċenza, u tista’ titlob lil xi persuna oħra li fil-fehma tagħha jkollha
interess fil-liċenza, tgħid għaliex, f’dak iż-żmien li jista’ jiġi
stabbilit fl-istess avviż li ma jkunx ta’ inqas minn wieħed u għoxrin
jum wara l-ħruġ ta’ l-avviż, il-liċenza m’għandhiex tiġi mħassra
jew sospiża minħabba f’dik ir-raġuni kif tkun imsemmija fl-avviż.
(2) L-Awtorità  għandha tqis kull risposta mogħtija taħt is-
subartikolu (1) u -
(a) meta l-ħaġa tkun ġiet solvuta għas-sodisfazzjon
tagħha, m’għandha tieħu ebda azzjoni ulterjuri u
għandha tgħarraf lid-detentur ta’ liċenza bil-miktub
skond hekk;
(b) meta, għalkemm il-ħaġa ma tkunx ġiet solvuta għas-
sodisfazzjon tagħha, hija tqis li ma tkun meħtieġa ebda
azzjoni ulterjuri, hija għandha tammonixxi lid-detentur
ta’ liċenza bil-miktub;  jew
(ċ) meta l-ħaġa ma tkunx ġiet solvuta għas-sodisfazzjon
tagħha, u tkun tqis li tkun teħtieġ azzjoni ulterjuri, hija
tista’ -
(i) b’avviż bil-miktub, tagħti dik id-direttiva lid-
detentur ta’ liċenza kif tkun tqis adatt; jew
(ii) tissospendi għal dak iż-żmien li tkun tqis adatt,
jew tħassar, il-liċenza.
(3) Meta direttiva mogħtija mill-Awtorità  taħt is-subartikolu
(2)(ċ)(i) ma tiġix imħarsa fiż-żmien speċifikat fl-avviż, l-Awtorità
għandha tħassar il-liċenza.
(4) L-Awtorità  għandha minnufih tgħarraf lill-Ministru dwar l-
eżistenza ta’ xi raġuni għat-tħassir jew sospensjoni tal-liċenza għal-
Lotterija Nazzjonali u żżommu kontinwament mgħarraf b’kull
miżura li tkun qed tiġi adottata dwar dak kollu.
(5) L-Awtorità  għandha wkoll minnufih tinforma lill-Ministru
bid-deċiżjoni tagħha li tissospendi jew tħassar il-liċenza u għandha
tieħu kull miżura raġonevoli meħtieġa jew spedjenti biex
tiggarantixxi l-operazzjoni mhux interrotta tal-Lotterija Nazzjonali.
Permess għal 
persuna biex tbiegħ 
logħbiet li jagħmlu 
parti mil-Lotterija 
Nazzjonali.
36. (1) Ħadd ma jista’ jbiegħ logħbiet li jagħmlu parti mil-
Lotterija Nazzjonali kemm-il darba ma jkollux pussess ta’ permess
validu maħruġ mill-Awtorità .
(2) Applikazzjoni għal permess bħal dak issir lill-Awtorità
mill-bejjiegħ propost b’dak il-mod u metodu, u għandu jkun fih jew
ikun hemm miegħu dik l-informazzjoni, dawk id-dokumenti u
partikolaritajiet, inkluża prova ta’ l-awtorità  li jkollu jew tal-ħatra
ta’ l-applikant mogħtija jew magħmula mid-detentur ta’ liċenza
għal Lotterija Nazzjonali biex ibiegħ logħbiet li jagħmlu parti mil-
32 KAP. 438. ħ LOTTERIJI U LOGĦOB IEĦOR
Lotterija Nazzjonali, kif l-Awtorità  tista’ teħtieġ jew li jista’ jiġi
preskritt b’regolamenti.
(3) L-Awtorità  m’għandhiex toħroġ permess bħal dak kemm-il
darba ma tkunx sodisfatta li l-applikant ikun persuna idonea u
adatta biex tbiegħ logħbiet li jagħmlu parti mil-Lotterija Nazzjonali
u li tkun tissodisfa kull ħtieġa oħra u jkollha kull kwalifika oħra li
tista’ tiġi preskritta b’regolamenti.
(4) Fl-għoti ta’ permess bħal dak l-Awtorità  tista’ tissoġġetta l-
permess għal dawk il-kondizzjonijiet li l-Awtorità  tista’ tqis adatti,
u wara l-għoti ta’ tali permess l-Awtorità  tista’ minn żmien għal
żmien tvarja jew tirrevoka kull kondizzjoni hekk imposta jew
timponi kondizzjonijiet ġodda:
Iżda kulmeta l-Awtorità  tqis li jkun adatt li tibdel xi kondizzjoni
jew timponi xi kondizzjoni ġdida f’xi permess bħal dak, l-Awtorità
għandha, kemm-il darba dik il-bidla jew impożizzjoni ta’
kondizzjoni ġdida ma tkunx intalbet mid-detentur tal-permess
innifsu, b’avviż bil-miktub tinforma lid-detentur ta’ permess u d-
detentur ta’ liċenza għal Lotterija Nazzjonali bl-intenzjoni li
jkollha li tibdel dik il-kondizzjoni jew li timponi dik il-kondizzjoni
l-ġdida, u tirrikjedi lil dak id-detentur ta’ permess u detentur ta’
liċenza biex minnufih jgħidu għaliex, f’dak iż-żmien li ma jkunx
ta’ inqas minn sebat ijiem wara l-ħruġ ta’ l-avviż u li jista’ jiġi
speċifikat fl-istess avviż, dik il-kondizzjoni m’għandhiex tiġi
varjata jew dik il-kondizzjoni ġdida m’għandhiex tiġi imposta, u l-
Awtorità  għandha tqis kull risposta li ssir mid-detentur ta’ permess
u mid-detentur ta’ liċenza fiż-żmien speċifikat fl-avviż, qabel ma
tibdel il-kondizzjoni jew qabel ma timponi l-kondizzjoni l-ġdida.
(5) Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet tas-
subartikolu (6), permess bħal dak għandu jtemm milli jibqa’ jseħħ
mar-revoka jew terminazzjoni ta’ l-awtorità  jew ħatra tad-detentur
ta’ permess mogħtija jew magħmula mid-detentur ta’ liċenza għal
Lotterija Nazzjonali biex ibiegħ logħbiet li jagħmlu parti mil-
Lotterija Nazzjonali, jew inkella jekk jiġri li liċenza għal-Lotterija
Nazzjonali ttemm milli tibqa’ sseħħ għal liema raġuni tkun u d-
detentur ta’ liċenza għal-Lotterija Nazzjonali ġdida maħruġa skond
din it-Taqsima ma tkunx tawtorizza jew taħtar lid-detentur ta’
permess li jbiegħ logħbiet li jagħmlu parti mil-Lotterija Nazzjonali.  
(6) L-Awtorità  tista’ tordna t-tħassir jew is-sospensjoni ta’ dak
il-permess -
(i) jekk id-detentur ta’ permess jikser xi
disposizzjoni ta’ dan l-Att jew ta’ regolamenti
magħmulin taħtu applikabbli għalih, jew jikser
xi kondizzjoni fil-permess;
(ii) jekk l-Awtorità  tkun raġonevolment sodisfatta li
d-detentur ta’ permess ma jkunx jew tkun
temmet milli tkun persuna idonea u adatta li
tbiegħ logħbiet li jagħmlu parti mil-Lotterija
Nazzjonali;
(iii) f’kull ċirkostanza oħra preskritta b’regolamenti
magħmulin taħt dan l-Att.
(7) (a) Meta toriġina xi raġuni għat-tħassir jew sospensjoni
LOTTERIJI U LOGĦOB IEĦOR ġ KAP. 438. 33
tal-permess taħt is-subartikolu (6), l-Awtorità , b’avviż
bil-miktub, għandha titlob lid-detentur ta’ permess u
lid-detentur ta’ liċenza għal Lotterija Nazzjonali, u
tista’ titlob persuna oħra li fil-fehma tagħha jkollha
interess fil-permess, tgħid għaliex, f’dak iż-żmien li
jista’ jiġi stabbilit fl-istess avviż li ma jkunx ta’ inqas
minn wieħed u għoxrin jum wara l-ħruġ ta’ l-avviż, il-
permess m’għandux jiġi mħassar jew sospiż minħabba
f’dik ir-raġuni li tkun imsemmija fl-avviż.
(b) L-Awtorità  għandha tqis kull risposta mogħtija mid-
detentur ta’ permess, id-detentur ta’ liċenza għal
Lotterija Nazzjonali jew persuna oħra kif hawn qabel
imsemmija fiż-żmien speċifikat fl-avviż, u -
(i) meta il-kwistjoni tkun solvuta għas-sodisfazzjon
tagħha, m’għandha tieħu ebda azzjoni ulterjuri u
għandha tgħarraf lid-detentur ta’ permess bil-
miktub skond hekk;
(ii) meta, għalkemm il-kwistjoni ma tkunx ġiet
solvuta għas-sodisfazzjon tagħha, tkun tqis li ma
tkun meħtieġa ebda azzjoni ulterjuri, għandha
tagħti kawzjoni lid-detentur ta’ permess bil-
miktub; jew
(iii) meta il-kwistjoni ma tkunx ġiet solvuta għas-
sodisfazzjon tagħha, u tkun tqis li tkun teħtieġ
azzjoni ulterjuri, tista’ -
(1) b’avviż bil-miktub, tagħti dik id-direttiva
lid-detentur ta’ permess kif tkun tqis adatt;
jew
(2) tissospendi għal dak iż-żmien li tkun tqis
adatt, jew tħassar, il-permess.
(ċ) Meta direttiva mogħtija mill-Awtorità  taħt il-paragrafu
(b)(iii)(1) ma tiġix imħarsa fiż-żmien speċifikat fl-
avviż, l-Awtorità  għandha tħassar il-permess.
(8) Permess imsemmi fis-subartikolu (1) għandu jkun
ikkunsidrat null u bla effett jekk id-detentur ta’ tali permess
jassenja jew jittrasferixxi l-permess għalgħand xi persuna oħra.
(9) Persuna li tbiegħ logħbiet li jagħmlu parti mil-Lotterija
Nazzjonali bi ksur tas-subartikolu (1), tkun ħatja ta’ reat taħt dan l-
Att.
TAQSIMA VII - LOGĦBIET OĦRA
Ħtieġa ta’ liċenza 
għal logħba bla 
skop ta’ profitt.
37.* (1) L-Awtorità  tista’ tagħti liċenza lil organizzazzjoni bla
skop ta’ profitt sabiex topera logħba bla skop ta’ profitt skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-Ewwel Skeda.
(2) Ħadd ma jista’ jopera logħba bla skop ta’ profitt kemm-il
darba tali persuna ma jkollhiex pussess ta’ liċenza għal logħba bla
skop ta’ profitt li tkun valida. Kull min jaġixxi bi ksur tad-
disposizzjonijiet ta’ dan is-subartikolu jkun ħati ta’ reat kontra dan
*Dan l-arttikolu għadu mhux fis-seħħ.
34 KAP. 438. ħ LOTTERIJI U LOGĦOB IEĦOR
l-Att.
Ħtieġa ta’ liċenza 
ta’ sala għal-
logħob tat-tombla.
38.* (1) L-Awtorità  tista’ tagħti liċenza lil kumpannija
reġistrata f’Malta biex topera logħob tat-tombla kummerċjali f’sala
għal-logħob tat-tombla skond id-disposizzjonijiet tat-Tieni Skeda.
(2) Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet tal-partita 5(4)
tat-Tieni Skeda,  ħadd ma jista’ jopera logħob tat-tombla
kummerċjali f’sala għal-logħob tat-tombla kemm-il darba tali
persuna ma jkollhiex pussess ta’ liċenza ta’ sala għal-logħob tat-
tombla li tkun valida. Kull min jaġixxi bi ksur tad-disposizzjonijiet
ta’ dan is-subartikolu jkun ħati ta’ reat kontra dan l-Att.
Limitu ta’ l-età  
f’sala għal-logħob 
tat-tombla.
Kap. 400.
39.* Meta s-sala għal-logħob tat-tombla tkun tifforma parti
minn kumpless ta’ każinò , fejn ikun permess li jsir logħob tal-
każinò  skond liċenza ta’ każinò  mogħtija skond l-Att dwar il-
Logħob, għandhom japplikaw il-limitu ta’ l-età  u l-projbizzjonijiet
stipulati fl-artikolu 26 ta’ l-Att dwar il-Logħob.  In-nuqqas min-
naħa sew ta’ detentur ta’ liċenza ta’ każinò  sew  ta’ detentur ta’
liċenza għal sala għal-logħob tat-tombla li jħares dan l-artikolu
jkun jikkostitwixxi reat kontra dan l-Att.
Ħtieġa għal liċenza 
ta’ logħba ta’ 
komunikazzjoni 
kummerċjali.
40.* (1) L-Awtorità  tista’ tagħti liċenza lil persuna biex topera
logħba ta’ komunikazzjoni kummerċjali skond id-disposizzjonijiet
tat-Tielet Skeda.
(2) Ħadd ma jista’ jopera  logħba ta’ komunikazzjoni
kummerċjali kemm-il darba tali persuna ma jkollhiex pussess ta’
liċenza ta’ logħba ta’ komunikazzjoni kummerċjali li tkun valida.
Kull min jaġixxi bi ksur tad-disposizzjonijiet ta’ dan is-subartikolu
jkun ħati ta’ reat kontra dan l-Att.
(3) Meta persuna, bi qbil mad-detentur ta’ liċenza għal
Lotterija Nazzjonali, tutilizza biljetti jew mezzi oħra ta’
parteċipazzjoni f’logħba jew logħbiet li jagħmlu parti mil-Lotterija
Nazzjonali bħala l-premjijiet li jistgħu jintrebħu f’logħba ta’
komunikazzjoni kummerċjali, dik il-logħba ta’ komunikazzjoni
kummerċjali tkun eżenti mill-ħtieġa għal liċenza ta’ logħob ta’
komunikazzjoni kummerċjali taħt dan l-artikolu.
Ħtieġa ta’ liċenza 
għal logħba tal-
mezzi tax-xandir.
41.* (1) L-Awtorità  tista’ tagħti liċenza lis-sid jew operatur ta’
stazzjon tar-radju jew tat-televiżjoni, jew sub-kuntrattur tiegħu,
biex jopera logħba tal-mezzi tax-xandir skond id-disposizzjonijiet
tar-Raba’ Skeda.
(2) Ħadd ma jista’ jopera logħba tal-mezzi tax-xandir kemm-il
darba tali persuna ma jkollhiex pussess ta’ liċenza għal logħba tal-
mezzi tax-xandir li tkun valida. Kull min jaġixxi bi ksur tad-
disposizzjonijiet ta’ dan is-subartikolu jkun ħati ta’ reat kontra dan
l-Att.
Ħtieġa ta’ liċenza 
VLT.
42.* (1) L-Awtorità  tista’ tagħti liċenza lil kumpannija
reġistrata f’Malta biex topera logħbiet VLT u logħob VLT permezz
ta’ VLT jew VLTs skond id-disposizzjonijiet tal-Ħames Skeda.
(2) Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet tal-partita 5(4)
*Dan l-arttikolu għadu mhux fis-seħħ.
LOTTERIJI U LOGĦOB IEĦOR ġ KAP. 438. 35
tal-Ħames Skeda, ħadd ma jista’ jopera logħbiet VLT u, jew logħob
VLT bil-mezz ta’ VLT jew VLTs kemm-il darba dik il-persuna ma
jkollhiex liċenza VLT valida, u ħadd ma għandu jopera jew iżomm
VLT, jew jiskambja jew jifdi voucher għall-ħlas VLT għall-premju
għal logħba VLT, jew jopera jew iżomm il-mezzi ta’ skambju jew
ta’ fidi ta’ vouchers għall-ħlas VLT għal premijiet għal logħob
VLT, f’xi fond li ma jkunx fond awtorizzat biex jintuża għal dawk
il-finijiet taħt il-liċenza VLT relevanti. Kull min jaġixxi bi ksur
tad-disposizzjonijiet ta’ dan is-subartikolu jkun ħati ta’ reat kontra
dan l-Att.
Ħtieġa ta’ liċenza 
biex isiru mħatri 
f’korsa għat-
tiġrijiet.
43.* L-Awtorità  tista’ tagħti liċenza lil klabb approvat tat-
tiġrijiet jew lil xi persuna oħra biex topera -
(a) mħatri f’korsa għat-tiġrijiet fuq tiġrijiet ta’ żwiemel u,
jew tiġrijiet ta’ klieb li ssir f’korsa approvata għat-
tiġrijiet jew korsi approvati għat-tiġrijiet f’laqgħat
approvati; u, jew
(b) sweepstakes f’dak li għandu x’jaqsam ma’tiġrijiet ta’
żwiemel li jsiru f’korsa approvata għat-tiġrijiet jew
f’korsi approvati għat-tiġrijiet f’laqgħat approvati,
skond id-disposizzjonijiet tas-Sitt Skeda.
(2) Ħadd ma jista’ jopera mħatri f’korsa għat-tiġrijiet jew
sweepstakes kemm-il darba tali persuna ma jkollhiex pussess ta’
liċenza biex isiru mħatri f’korsa għat-tiġrijiet li tkun valida. Kull
min jaġixxi bi ksur tad-disposizzjonijiet ta’ dan is-subartikolu jkun
ħati ta’ reat kontra dan l-Att.
TAQSIMA VIII - APPROVAZZJONI TA’ KORSI
GĦAT-TIĠRIJIET U KLABBS TAT-TIĠRIJIET U 
ĦATRA TA’ BORDIJIET GĦALL-KONTROLL
TA’ KORSA GĦAT-TIĠRIJIET
Approvazzjoni ta’ 
korsi għat-tiġrijiet.
44.* (1) (a) Il-Ministru responsabbli għall-isport jista’ jagħti
ċertifikat ta’ approvazzjoni dwar xi korsa għat-
tiġrijiet u kull art li tmiss magħha bil-għan li
hemm jitmexxew tiġrijiet ta’ żwiemel u, jew
tiġrijiet ta’ klieb u attivitajiet anċillari għal dawk
it-tiġrijiet.
(b) Il-Ministru jista’ jagħti dak iċ-ċertifikat ta’
approvazzjoni dwar xi korsa għat-tiġrijiet u art li
tkun tmiss magħha li sidha jkun il-Gvern ta’
Malta, f’liema każ id-disposizzjonijiet li ġejjin
ta’ dan l-artikolu għandhom ikunu japplikaw
għal dak il-Gvern biss daqstant biss daqskemm
dak il-Ministru jista’ bil-parir tal-Kabinett,
jistabbilixxi fiċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni.
(2) Applikazzjoni għal ċertifikat ta’ approvazzjoni imsemmi
fis-subartikolu (1) għandha ssir mis-sid tal-korsa għat-tiġrijiet u xi
art li tkun tmiss magħha li jkunu proprju s-suġġett ta’ l-
applikazzjoni, f’dik il-forma u b’dak il-mod meħtieġa mill-Ministru
*Dan l-arttikolu għadu mhux fis-seħħ.
36 KAP. 438. ħ LOTTERIJI U LOGĦOB IEĦOR
responsabbli għall-isport jew kif ikun preskritt b’regolamenti
magħmula minn dak il-Ministru taħt l-artikolu 78(6),  u għandu
iktar minn hekk ikun fiha jew tkun imsieħba b’dik l-informazzjoni,
dawk id-dokumenti u partikolaritajiet hekk kif dak il-Ministru jista’
jkun jeħtieġ jew li jista’ jiġi preskritt b’regolamenti magħmula
minn dak il-Ministru taħt l-artikolu 78(6).
(3) Il-Ministru responsabbli għall-isport m’għandux jagħti xi
ċertifikat ta’ approvazzjoni bħal dak kemm-il darba ma jkunx
sodisfatt li l-applikant u, jew il-korsa għat-tiġrijiet u xi art li tmiss
magħha li jkunu s-suġġett ta’ l-applikazzjoni, ikunu jissodisfaw
jew iħarsu, u li jkunu wara l-għoti taċ-ċertifikat ikomplu
jissodisfaw jew iħarsu, dawk il-ħtiġiet, speċifikazzjonijiet u kriterji
li jista’ jiġi preskritt b’regolamenti magħmula minn dak il-Ministru
taħt l-artikolu 78(6),  u kemm-il darba dak il-Ministru jkun
sodisfatt li l-applikant ikun se jħares f’kull rigward id-
disposizzjonijiet ta’ din it-Taqsima u ta’ kull regolament magħmul
taħt l-artikolu 78(6) u applikabbli għalih u mal-pattijiet u l-
kondizzjonijiet taċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni.
(4) Fl-għoti ta’ dak iċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni, il-Ministru
responsabbli għall-isport jista’ jassoġġettah għal dawk il-
kondizzjonijiet hekk kif hu jista’ jqis adatti jew li jista’ jiġi
preskritt b’regolamenti magħmula minnu taħt l-artikolu 78(6),  u
wara l-għoti ta’ dak iċ-ċertifikat dak il-Ministru jista’ minn żmien
għal żmien ivarja jew jirrevoka kull kondizzjoni hekk imposta jew
jimponi kondizzjonijiet ġodda:
Iżda meta l-Ministru responsabbli għall-isport iqis li jkun adatt li
jibdel xi kondizzjoni jew li jimponi xi kondizzjoni ġdida f’xi tali
ċertifikat ta’ approvazzjoni, dak il-Ministru għandu, kemm-il darba
dak it-tibdil jew impożizzjoni ta’ kondizzjoni ġdida ma jkunux
intalbu mid-detentur ta’ ċertifikat innifsu, jinforma b’avviż bil-
miktub lil dak id-detentur bl-intenzjoni li jibdel dik il-kondizzjoni
jew li jimponi dik il-kondizzjoni l-ġdida, fejn jistieden lil dak id-
detentur jgħid għaliex, f’dak iż-żmien li ma jkunx ta’ inqas minn
sebat ijiem wara l-ħruġ ta’ l-avviż li jista’ jiġi speċifikat fl-istess
avviż, dik il-kondizzjoni m’għandhiex tiġi varjata jew dik il-
kondizzjoni ġdida m’għandhiex tiġi imposta, u dak il-Ministru
għandu jqis kull risposta mogħtija mid-detentur taċ-ċertifikat fiż-
żmien speċifikat fl-avviż, qabel ma jibdel il-kondizzjoni jew qabel
ma jimponi l-kondizzjoni l-ġdida.
(5) Il-Ministru responsabbli għall-isport jista’ jirrevoka
ċertifikat ta’ approvazzjoni msemmi fis-subartikolu (1) -
(i) jekk id-detentur ta’ dak iċ-ċertifikat jikser xi
disposizzjoni ta’ din it-Taqsima u ta’ xi
regolamenti magħmulin taħt l-artikolu 78(6) u
applikabbli għalih, jew inkella jikser xi
kondizzjoni fiċ-ċertifikat;
(ii) jekk dak il-Ministru jkun raġonevolment
sodisfatt li d-detentur taċ-ċertifikat ta’
approvazzjoni u, jew il-korsa għat-tiġrijiet u xi
art li tmiss magħha li dwarha jkun jittratta ċ-
ċertifikat, ma jkunux għadhom jissodisfaw jew
iħarsu l-ħtiġiet, speċifikazzjonijiet u kriterji
LOTTERIJI U LOGĦOB IEĦOR ġ KAP. 438. 37
msemmija fis-subartikolu (3), jew jekk dak il-
Ministru raġonevolment iqis li jkun meħtieġ fl-
interess nazzjonali jew fl-interess tar-razza taż-
żiemel u, jew tal-kelb li jirrevoka ċ-ċertifikat ta’
approvazzjoni; u
(iii) f’kull ċirkostanza oħra preskritta b’regolamenti
magħmula minn dak il-Ministru taħt l-artikolu
78(6).
(6) Qabel ma jirrevoka ċertifikat ta’ approvazzjoni msemmi
fis-subartikolu (1) minħabba f’xi waħda mir-raġunijiet imsemmija
fis-subartikolu (5), il-Ministru responsabbli għall-isport għandu,
b’avviż bil-miktub, jitlob lid-detentur taċ-ċertifikat jgħid għaliex,
f’dak iż-żmien li jista’ jiġi stabbilit fl-istess avviż li ma jkunx ta’
inqas minn wieħed u għoxrin jum wara l-ħruġ ta’ l-avviż, iċ-
ċertifikat m’għandux jiġi revokat minħabba f’dik ir-raġuni li tkun
imsemmija fl-avviż, u dak il-Ministru għandu jqis kull risposta
mogħtija minn dak id-detentur fiż-żmien speċifikat fl-avviż qabel
ma jirrevoka ċ-ċertifikat.
(7) Id-detentur ta’ ċertifikat ta’ approvazzjoni msemmi fis-
subartikolu (1) għandu minnufih jinforma lill-Ministru
responsabbli għall-isport malli jsir jaf b’xi bidliet materjali fl-
informazzjoni, dokumenti u partikolaritajiet provduti minn dak id-
detentur skond is-subartikolu (2) jew skond kull disposizzjoni oħra
ta’ din it-Taqsima jew ta’ regolamenti magħmulin taħt l-artikolu
78(6), u fin-nuqqas ikun ħati ta’ reat kontra din it-Taqsima.
(8) Id-detentur ta’ ċertifikat ta’ approvazzjoni imsemmi fis-
subartikolu (1) ma jistax jassenja jew jittrasferixxi lil xi ħadd dak
iċ-ċertifikat, jew il-proprjetà  tal-korsa għat-tiġrijiet u xi art li tmiss
magħha kollha kemm huma jew xi parti minnhom li dwarhom ikun
jitkellem iċ-ċertifikat, mingħajr l-approvazzjoni bil-quddiem bil-
miktub tal-Ministru responsabbli għall-isport, u jekk dik l-
approvazzjoni tingħata, dak id-detentur jista’ mbagħad jieħu kull
waħda mill-azzjonijiet hawn qabel imsemmija bla ħsara għal dawk
il-pattijiet u l-kondizzjonijiet li jistgħu jiġu speċifikati minn dak il-
Ministru fl-approvazzjoni tiegħu.  Ċertifikat ta’ approvazzjoni
imsemmi fis-subartikolu (1) għandu jitqies li jkun null u bla effett
jekk id-detentur tiegħu jieħu xi waħda mill-azzjonijiet hawn qabel
imsemmija mingħajr l-approvazzjoni bil-quddiem bil-miktub tal-
Ministru responsabbli għall-isport, jew bi ksur ta’ xi wieħed mill-
pattijiet u kondizzjonijiet speċifikati minn dak il-Ministru f’xi
approvazzjoni bħal dik.  Id-detentur ta’ l-imsemmi ċertifikat ta’
approvazzjoni ma jkunx meħtieġ li jfittex u jikseb l-approvazzjoni
bil-quddiem tal-Ministru responsabbli għall-isport qabel ma jsir it-
trasferiment tal-proprjetà  tal-korsa għat-tiġrijiet u xi art li tmiss
magħha kollha kemm huma jew xi parti minnhom li dwarhom ikun
jitkellem iċ-ċertifikat jekk, qabel ma jsir xi trasferiment bħal dak,
huwa jċedi dak iċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni.  Id-detentur ta’ tali
ċertifikat ta’ approvazzjoni li jaġixxi bi ksur ta’ xi disposizzjoni ta’
dan is-subartikolu jkun ħati ta’ reat kontra din it-Taqsima.
(9) L-għoti ta’ ċertifikat ta’ approvazzjoni imsemmi fis-
subartikolu (1) ma jeżonerax lid-detentur ta’ tali ċertifikat milli
jikseb xi liċenza, permess jew awtorizzazzjoni oħrajn li jistgħu
38 KAP. 438. ħ LOTTERIJI U LOGĦOB IEĦOR
jkunu meħtieġa taħt kull liġi oħra.
(10) Is-sid ta’ xi post li ma jkunx korsa approvata għat-tiġrijiet u
li juża jew xjentement jippermetti l-użu ta’ dak il-post bil-għan li
hemmhekk jagħmel tiġrijiet ta’ żwiemel u, jew tiġrijiet ta’ klieb u,
jew attivitajiet anċillari għal dawk it-tlielaq ikun ħati ta’ reat kontra
din it-Taqsima.
(11) Persuna li torganizza jew tmexxi, jew li b’xi mod li jkun
tipparteċipa fl-organizzazzjoni jew it-tmexxija ta’, jew li tagħmilha
ta’ aġġudikant, steward, ġerrej jew b’xi mod ieħor li jkun
jipparteċipa f’tiġrijiet ta’ żwiemel jew tiġrijiet ta’ klieb f’xi post li
ma jkunx korsa approvata għat-tiġrijiet tkun ħatja ta’ reat kontra
din it-Taqsima.
Approvazzjoni ta’ 
klabbs tat-tiġrijiet.
45.* (1) Il-Ministru responsabbli għall-isport jista’ jagħti
ċertifikat ta’ approvazzjoni għal kull klabb tat-tiġrijiet għall-
għanijiet ta’ l-organizzazzjoni u t-tmexxija  ta’ tiġrijiet ta’ żwiemel
u, jew tiġrijiet ta’ klieb f’xi korsa approvata għat-tiġrijiet jew korsi
approvati għat-tiġrijiet:
Iżda meta l-klabb tat-tiġrijiet ikun individwu li jkun sid ta’ korsa
approvata għat-tiġrijiet skond id-definizzjoni ta’ "klabb tat-
tiġrijiet" fl-artikolu 2(1),  il-Ministru jista’ jagħti biss tali ċertifikat
ta’ approvazzjoni lil dak l-individwu bil-għan li jorganizza u
jmexxi tiġrijiet ta’ żwiemel u, jew tiġrijiet ta’ klieb biss f’dik il-
korsa approvata għat-tiġrijiet li tkun proprjetà  ta’ dak l-individwu.
(2) Applikazzjoni għal ċertifikat ta’ approvazzjoni msemmi
fis-subartikolu (1) għandha ssir mill-klabb tat-tiġrijiet inkwistjoni,
f’dik il-forma u b’dak il-mod meħtieġ mill-Ministru responsabbli
għall-isport jew kif preskritt b’regolamenti magħmula minn dak il-
Ministru taħt l-artikolu 78(6), u għandu iktar minn hekk ikun fiha
jew tkun imsieħba b’dik l-informazzjoni, dawk id-dokumenti u
partikolaritajiet kif dak il-Ministru jista’ jeħtieġ jew li jista’ jiġi
preskritt b’regolamenti magħmula minn dak il-Ministru taħt l-
artikolu 78(6).
(3) Il-Ministru responsabbli għall-isport m’għandux jagħti xi
ċertifikat ta’ approvazzjoni bħal dak kemm-il darba ma jkunx
sodisfatt li l-applikant jissodisfa jew iħares, u li wara l-għoti taċ-
ċertifikat jkun se jkompli jissodisfa jew iħares, dawk il-ħtiġiet u l-
kriterji li jista’ jiġi preskritt b’regolamenti magħmula minn dak il-
Ministru taħt l-artikolu 78(6), u kemm-il darba dak il-Ministru ma
jkunx sodisfatt li l-applikant ikun se jħares f’kull rigward id-
disposizzjonijiet ta’ din it-Taqsima u tar-regolamenti kollha
magħmulin taħt l-artikolu 78(6) u applikabbli għalih, il-pattijiet u l-
kondizzjonijiet taċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni u kull regola u
regolament magħmula minn xi Bord għall-Kontroll ta’ Korsa għat-
Tiġrijiet skond din it-Taqsima jew regolamenti magħmulin taħt l-
artikolu 78(6) u applikabbli għalih.
(4) Fl-għoti ta’ tali ċertifikat ta’ approvazzjoni, il-Ministru
responsabbli għall-isport jista’ jassoġġettah għal dawk il-
kondizzjonijiet li huwa jista’ jqis adatti jew li jista’ jiġi preskritt
*Dan l-arttikolu għadu mhux fis-seħħ.
LOTTERIJI U LOGĦOB IEĦOR ġ KAP. 438. 39
b’regolamenti magħmula minnu taħt l-artikolu 78(6), u wara l-għoti
ta’ tali ċertifikat dak il-Ministru jista’ minn żmien għal żmien
ivarja jew jirrevoka kull kondizzjoni hekk imposta jew jimponi
kondizzjonijiet ġodda:
Iżda kulmeta il-Ministru responsabbli għall-isport iqis li jkun
adatt li jibdel kull kondizzjoni jew jimponi xi kondizzjoni ġdida
f’xi tali ċertifikat ta’ approvazzjoni,  dak il-Ministru għandu,
kemm-il darba dak it-tibdil jew dik l-impożizzjoni ta’ kondizzjoni
ġdida ma jkunx intalab mid-detentur taċ-ċertifikat innifsu, b’avviż
bil-miktub jinforma lil dak id-detentur bl-intenzjoni tiegħu li jibdel
dik il-kondizzjoni jew li jimponi dik il-kondizzjoni l-ġdida, fejn
jistieden lid-detentur jgħid għaliex, f’dak iż-żmien li ma jkunx ta’
inqas minn sebat ijiem wara l-ħruġ ta’ l-avviż li jistgħu jiġu
speċifikati fl-istess avviż, dik il-kondizzjoni m’għandhiex tiġi
varjata jew dik il-kondizzjoni ġdida m’għandhiex tiġi imposta, u
dak il-Ministru għandu jqis kull risposta li ssir mid-detentur taċ-
ċertifikat fiż-żmien speċifikat fl-avviż, qabel ma jibdel il-
kondizzjoni jew qabel ma jimponi l-kondizzjoni l-ġdida.
(5) Il-Ministru responsabbli għall-isport jista’ jirrevoka
ċertifikat ta’ approvazzjoni imsemmi fis-subartikolu (1) -
(i) jekk id-detentur ta’ dak iċ-ċertifikat ikun jikser
xi disposizzjoni ta’ din it-Taqsima u ta’ kull
regolament magħmul taħt l-artikolu 78(6) u
applikabbli għalih, jew ikun qed jikser xi
kondizzjoni fiċ-ċertifikat jew xi regoli u
regolamenti magħmula minn xi Bord għall-
Kontroll ta’ Korsa għat-Tiġrijiet skond din it-
Taqsima jew regolamenti magħmulin taħt l-
artikolu 78(6) u applikabbli għalih;
(ii) jekk dak il-Ministru ikun raġonevolment
sodisfatt li d-detentur taċ-ċertifikat ta’
approvazzjoni ma jkunx għadu jissodisfa jew
jikkonforma mal-ħtiġiet u l-kriterji msemmija
fis-subartikolu (3), jew jekk dak il-Ministru
raġonevolment iqis li jkun meħtieġ fl-interess
nazzjonali jew fl-interess tar-razza taż-żiemel u,
jew tal-kelb li jirrevoka ċ-ċertifikat ta’
approvazzjoni; u
(iii) f’xi ċirkostanza oħra preskritta b’regolamenti
magħmula minn dak il-Ministru taħt l-artikolu
78(6).
(6) Qabel ma jirrevoka ċertifikat ta’ approvazzjoni msemmi
fis-subartikolu (1) minħabba f’xi raġuni minn dawk imsemmija fis-
subartikolu (5), il-Ministru responsabbli għall-isport għandu,
b’avviż bil-miktub, jitlob lid-detentur taċ-ċertifikat jgħid għaliex,
f’dak iż-żmien li jista’ jiġi mwaqqaf fl-istess avviż li ma jkunx ta’
inqas minn wieħed u għoxrin jum wara l-ħruġ ta’ l-avviż, iċ-
ċertifikat m’għandux jiġi revokat minħabba f’dik ir-raġuni li tkun
imsemmija fl-avviż, u dak il-Ministru għandu jqis kull risposta
mogħtija minn dak id-detentur fiż-żmien speċifikat fl-avviż qabel
ma jirrevoka ċ-ċertifikat.
40 KAP. 438. ħ LOTTERIJI U LOGĦOB IEĦOR
(7) Id-detentur ta’ ċertifikat ta’ approvazzjoni msemmi fis-
subartikolu (1) għandu minnufih jinforma lill-Ministru
responsabbli għall-isport malli jsir jaf b’xi bidliet materjali fl-
informazzjoni, dokumenti u partikolaritajiet provduti minn dak id-
detentur skond is-subartikolu (2) jew skond kull disposizzjoni oħra
ta’ din it-Taqsima jew ta’ regolamenti magħmulin taħt l-artikolu
78(6), u fin-nuqqas ikun ħati ta’ reat kontra din it-Taqsima.
(8) Id-detentur ta’ ċertifikat ta’ approvazzjoni imsemmi fis-
subartikolu (1) ma jistax jassenja jew jittrasferixxi dak iċ-ċertifikat
lil xi ħadd mingħajr l-approvazzjoni bil-quddiem bil-miktub tal-
Ministru responsabbli għall-isport, u jekk dik l-approvazzjoni
tingħata, dak id-detentur jista’ mbagħad jassenja jew jittrasferixxi
dak iċ-ċertifikat bla ħsara għal dawk il-pattijiet u l-kondizzjonijiet
li jistgħu jiġu speċifikati minn dak il-Ministru fl-approvazzjoni
tiegħu.  Ċertifikat ta’ approvazzjoni imsemmi fis-subartikolu (1)
jitqies li jkun null u bla effett jekk id-detentur tiegħu jittrasferixxi
jew jassenja l-istess ċertifikat lil xi ħadd mingħajr l-approvazzjoni
bil-quddiem bil-miktub tal-Ministru responsabbli għall-isport, jew
bi ksur ta’ xi pattijiet u kondizzjonijiet speċifikati minn dak il-
Ministru f’xi tali approvazzjoni.  Id-detentur ta’ dak iċ-ċertifikat ta’
approvazzjoni li jaġixxi bi ksur tad-disposizzjonijiet ta’ dan is-
subartikolu ikun ħati ta’ reat kontra din it-Taqsima.
(9) L-għoti ta’ ċertifikat ta’ approvazzjoni msemmi fis-
subartikolu (1) ma jeżonerax lid-detentur ta’ tali ċertifikat milli
jikseb xi liċenza, permess jew awtorizzazzjoni oħrajn li jistgħu
jkunu meħtieġa taħt kull liġi oħra.
(10) Persuna li ma tkunx klabb approvat tat-tiġrijiet u li
torganizza jew tmexxi xi tiġrija taż-żwiemel jew tal-klieb tkun
ħatja ta’ reat kontra din it-Taqsima.
(11) Is-sid ta’ xi post li xjentement jippermetti l-użu ta’ dak il-
post bil-għan li hemmhekk jiġu organizzati jew jitmexxew xi tiġrija
taż-żwiemel u, jew tal-klieb minn persuna li ma tkunx klabb
approvat tat-tiġrijiet ikun ħati ta’ reat kontra din it-Taqsima.
Ħatra ta’ Bord 
għall-Kontroll ta’ 
Korsi għat-
Tiġrijiet.
46.* (1) Il-Ministru responsabbli għall-isport għandu jaħtar
dwar kull korsa approvata għat-tiġrijiet Bord għall-Kontroll ta’
Korsa għat-Tiġrijiet li jkun magħmul u li l-proċeduri tiegħu
għandhom jitmexxew skond ma hemm fid-disposizzjonijiet tad-
Disa’ Skeda.
(2) Il-funzjonijiet ta’ Bord għall-Kontroll ta’ Korsa għat-
Tiġrijiet jkunu -
(a) li jissorvelja t-tmexxija ta’ tiġrijiet ta’ żwiemel u
tiġrijiet ta’ klieb fil-korsa approvata għat-tiġrijiet li
dwarha l-Bord ikun ġie maħtur sabiex jiżgura li dawk
it-tlielaq isiru kif imisshom u kif dovut u skond id-
disposizzjonijiet ta’ din it-Taqsima u ta’ regolamenti
magħmula mill-Ministru responsabbli għall-isport taħt
l-artikolu 78(6) u skond regoli u regolamenti
magħmula minn dak il-Bord innifsu skond din it-
Taqsima jew regolamenti magħmulin taħt l-artikolu
*Dan l-arttikolu għadu mhux fis-seħħ.
LOTTERIJI U LOGĦOB IEĦOR ġ KAP. 438. 41
78(6);
(b) li japprova li jsiru laqgħat li fihom tiġrijiet ta’ żwiemel
u, jew tiġrijiet ta’ klieb, li ma jkunux provi ta’ tiġrijiet,
għandhom isiru fil-korsa approvata għat-tiġrijiet li
dwarha dak il-Bord ikun ġie maħtur;
(ċ) li jagħtu parir lill-Ministru responsabbli għall-isport
dwar kull żvilupp ġdid, u kull ħaġa li tirrigwarda t-
tiġrijiet taż-żwiemel u  t-tiġrijiet tal-klieb u t-tmexxija
ta’ dan u l-korsi għat-tiġrijiet;
(d) li jwettaq kull funzjoni oħra li tista’ minn żmien għal
żmien tingħatalu b’din it-Taqsima jew regolamenti
magħmulin taħt l-artikolu 78(6).
(3) Bla ħsara għal kull regolament rilevanti magħmul mill-
Ministru responsabbli għall-isport taħt l-artikolu 78(6), il-Bord
għall-Kontroll ta’ Korsa għat-Tiġrijiet jista’ jaħtar aġġudikanti u
stewards għar-rigward ta’ tiġrijiet ta’ żwiemel u tiġrijiet ta’ klieb li
jkunu qegħdin isiru fil-korsa approvata għat-tiġrijiet li dwarha dak
il-Bord ikun ġie maħtur u jista’ jagħmel regoli u regolamenti li
jkunu jirrigwardaw -
(a) it-tmexxija ta’ tiġrijiet ta’ żwiemel u tiġrijiet ta’ klieb
fil-korsa approvata għat-tiġrijiet li dwarha dak il-Bord
ikun ġie maħtur;
(b) il-ħlas li għandu jsir mill-klabb approvat tat-tiġrijiet
jew klabbs approvati tat-tiġrijiet li jkunu qed
jorganizzaw u jagħmlu tiġrijiet ta’ żwiemel u, jew
tiġrijiet ta’ klieb fil-korsa approvata għat-tiġrijiet li
dwarha dak il-Bord ikun ġie maħtur -
(i) lill-aġġudikanti u stewards maħtura mill-Bord
kif provdut f’dan is-subartikolu; u 
(ii) lill-Board innifsu għar-rigward tat-twettiq tal-
funzjonijiet tiegħu;
(ċ) kull tali ħaġa oħra li tista’ tiġi preskritta b’regolamenti
magħmula mill-Ministru responsabbli għall-isport taħt
l-artikolu 78(6).
(4) Bord għall-Kontroll ta’ Korsa għat-Tiġrijiet għandu wkoll
ikollu dawk il-poteri l-oħra li jista’ jiġi preskritt b’regolamenti
magħmula mill-Ministru responsabbli għall-isport taħt l-artikolu
78(6).
TAQSIMA IX - FLUS GĦAL LOGĦOB
Restrizzjoni fuq il-
kreditu.
47. (1) Ma jkunx skond il-liġi, u jkun reat kontra dan l-Att,  li
detentur ta’ liċenza jew operatur ta’ logħba eżenti minn liċenza taħt
dan l-Att jew regolamenti magħmulin taħtu, jew persuna li taġixxi
għan-nom ta’ tali detentur ta’ liċenza jew operatur jew taħt xi
arranġament miegħu, jagħmlu xi self jew xort’oħra jipprovdu jew
jippermettu xi kreditu lil xi ħadd biex ikun jista’ jipparteċipa
f’logħbiet awtorizzati.
(2) Ma jkunx bl-istess mod skond il-liġi, u jkun reat kontra dan
l-Att,  li d-detentur ta’ permess mogħti taħt regolamenti magħmulin
42 KAP. 438. ħ LOTTERIJI U LOGĦOB IEĦOR
taħt l-artikolu 78(3) jew persuna li taġixxi f’ismu jew taħt xi
arranġament miegħu jagħmlu xi self jew xort’oħra jipprovdu jew
jippermettu xi kreditu lil xi ħadd biex ikun jista’ jipparteċipa
f’logħbiet operati skond dak il-permess.
Kif japplika l-
Kodiċi Ċivili.
Kap. 16.
48. L-artikolu 1716 tal-Kodiċi Ċivili m’għandux japplika għar-
rigward ta’ logħba awtorizzata u ta’ logħba operata skond permess
mogħti taħt regolamenti magħmulin taħt l-artikolu 78(3).
Ħlas ta’ ġugati u 
premjijiet.
49. (1) Bla ħsara għal kull regolament magħmul mill-Ministru
jew kull direttiva rilevanti li tista’ tkun maħruġa mill-Awtorità ,
detentur ta’ liċenza, jew operatur ta’ logħba eżentati minn liċenza
taħt dan l-Att jew regolamenti magħmulin taħtu, jew id-detentur ta’
permess mogħti taħt regolamenti magħmulin taħt l-artikolu 78(3),
jew persuna li taġixxi għan-nom ta’ dak id-detentur ta’ liċenza,
operatur jew detentur ta’ permess jew taħt kull arranġament
miegħu, jista’ -
(a) jaċċetta ħlas ta’ ġugata għal xi logħba awtorizzata jew,
skond ma jista’ jkun il-każ, għal xi logħba operata
skond dak il-permess -
(i) fi flus likwidi; jew
(ii) ħlief meta jkollu tassew għaliex jaħseb li dawk
il-mezzi ta’ ħlas ma jkunux se jiġu onorati meta
ssir il-presentazzjoni jew talba għalihom,
b’ċekk, karta ta’ kreditu, karta ta’ debitu jew
b’kull mezz ieħor leġittimu ta’ ħlas, sew
dokumentarju sew elettroniku; u
(b) jeffettwa ħlas ta’ kull premju monetarju mirbuħ
f’logħba awtorizzata jew, skond ma jista’ jkun il-każ,
f’logħba operata skond dak il-permess, b’xi wieħed
mill-mezzi ta’ ħlas imsemmija fil-paragrafu (a)(i) u
(ii).
(2) Li jiġi aċċettat il-ħlas ta’ ġugati skond id-disposizzjonijiet
tas-subartikolu (1)(a) m’għandux jitqies bħala li jmur kontra d-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 47.
Kap. 16. (3) Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 1713 tal-Kodiċi Ċivili
m’għandhomx jippreġudikaw -
(a) id-dritt ta’ detentur ta’ liċenza, operatur, detentur ta’
permess jew persuna imsemmija fis-subartikolu (1),
milli jirkupraw debitu li joriġina mill-fatt li jiġi
aċċettat il-ħlas ta’ ġugata b’xi wieħed mill-mezzi ta’
ħlas imsemmija fis-subartikolu (1)(a) skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-imsemmi subartikolu (1)(a); jew
(b) id-dritt ta’ rebbieħ ta’ premju monetarju taħt logħba
awtorizzata jew, skond ma jista’ jkun il-każ, taħt
logħba operata skond permess mogħti taħt regolamenti
magħmulin taħt l-artikolu 78(3),  milli jirkupraw
debitu li joriġina mill-fatt li jiġi aċċettat il-ħlas ta’ dak
il-premju b’xi wieħed mill-mezzi ta’ ħlas imsemmija
fis-subartikolu (1)(b).
LOTTERIJI U LOGĦOB IEĦOR ġ KAP. 438. 43
 TAQSIMA X - DISPOSIZZJONIJIET FINANZJARJI
Awtorita biex l-
infiq isir mid-dħul 
u twaqqif tal-Fond 
tal-Lotterija 
Nazzjonali għal 
Kawżi Ġusti.
50. (1) Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet li ġejjin
ta’ dan l-artikolu, l-Awtorità  għandha hekk tmexxi l-affarijiet
tagħha li n-nefqa meħtieġa għat-twettiq kif imiss tal-funzjonijiet
tagħha għandha, skond kemm ikun prattiku, tkun bilanċjata mad-
dħul tagħha.
(2) Għal dak l-iskop bħalma hemm imsemmi fis-subartikolu (1)
l-Awtorità  għandha tiġbor kull dritt, rata, taxxa, imposta u ħlas
ieħor preskritti jew meqjusa bħala preskritti minn jew taħt dan l-Att
jew kull liġi oħra jew regolamenti magħmulin taħtu li jkollhom
x’jaqsmu mal-poteri u l-funzjonijiet ta’ l-Awtorità .
(3) L-Awtorità  għandha wkoll titħallas mill-Gvern mill-Fond
Konsolidat dawk l-ammonti li l-Kamra tista’ minn żmien għal
żmien tawtorizza li jiġu approprjati biex minnhom issir in-nefqa ta’
xogħlijiet speċifikati biex dawn jitkomplew jew xort’oħra isiru
mill-Awtorità , li jkunu xogħlijiet ta’ infrastruttura jew ta’ xorta
kapitali bħal dik.
(4) Il-fondi ta’ l-Awtorità , li ma jkunux fondi akkreditu tal-
Fond ta’ Riserva għal-Lotterija Nazzjonali ta’ l-Awtorità  dwar il-
Logħob imsemmi fis-subartikolu (6), li ma jkunux minnufih
meħtieġa biex issir in-nefqa minnhom jistgħu ikunu investiti b’dak
il-mod li jista’ minn żmien għal żmien ikun approvat mill-Ministru.
(5) Kull eċċess ta’ dħul fuq l-infieq għandu, bla ħsara għal
dawk id-direttivi li l-Ministru jista’ minn żmien għal żmien jagħti u
bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (6), jiġi applikat
mill-Awtorità  għall-formazzjoni ta’ fondi ta’ riserva biex jintużaw
għall-għanijiet ta’ l-Awtorità ; u mingħajr preġudizzju għall-
ġeneralità  tal-poteri mogħtija lill-Ministru b’dan is-subartikolu,
kull direttiva mogħtija mill-Ministru kif hawn qabel imsemmi tista’
tordna t-trasferiment lill-Gvern, jew l-applikazzjoni b’dak il-mod li
jista’ jiġi speċifikat fid-direttiva, ta’ kull parti mid-drittijiet, rati,
taxxi u imposti u ħlasijiet oħra li jinġabru skond is-subartikolu (2)
jew kull tali eċċess kif hawn qabel imsemmi.
(6) Mingħajr preġudizzju għall-poteri tal-Ministru taħt is-
subartikolu (5), l-Awtorità  għandha toħloq u żżomm fond ta’
riserva, li jkun magħruf il-"Fond ta’ Riserva ta’ l-Awtorità  dwar il-
Logħob għal-Lotterija Nazzjonali", li jiġu lilu akkreditati u mħallsa
mill-Awtorità , hekk kif tirċevihom -
(a) dak il-perċentwal ta’ l-ammonti, drittijiet, imposti u,
jew taxxi grossi mħallsa mid-detentur ta’ liċenza għal
Lotterija Nazzjonali lill-Awtorità  skond l-artikolu
31(4) li jista’ jiġi preskritt b’regolamenti magħmula
mill-Ministru taħt dan l-Att;
(b) l-ammonti grossi mħallsa mid-detentur ta’ liċenza
għal-Lotterija Nazzjonali lill-Awtorità  skond l-artikolu
59(2); u 
(ċ) kull ammont ieħor li l-Awtorità  hi meħtieġa li
takkredita u tħallas fil-Fond ta’ Riserva ta’ l-Awtorità
dwar il-Logħob għal-Lotterija Nazzjonali taħt kull
disposizzjoni oħra ta’ dan l-Att jew ta’ kull liġi oħra
44 KAP. 438. ħ LOTTERIJI U LOGĦOB IEĦOR
jew ta’ regolamenti magħmulin taħtha,
u l-fondi kollha li jkunu hemm akkreditu tal-Fond ta’ Riserva ta’ l-
Awtorità  dwar il-Logħob għal-Lotterija Nazzjonali wara t-tmiem
ta’ kull sena finanzjarja għandhom, mhux iktar tard minn sitt
ġimgħat minn tmiem dik is-sena finanzjarja, jitħallsu mill-Awtorità
lit-Tezor u għandhom jiġu akkreditati lill-Fond tal-Lotterija
Nazzjonali għall-Kawżi Ġusti  magħmul taħt is-subartikolu (7).  L-
Awtorità  m’għandhiex tiddisponi minn jew tuża fondi li minn
żmien għal żmien ikun akkreditu tal-Fond ta’ Riserva ta’ l-Awtorità
dwar il-Logħob għal-Lotterija Nazzjonali b’xi mod jew għal xi
għan li ma jkunx kif provdut f’dan is-subartikolu.
(7) Ikun hemm u jinżamm fid-Dipartiment tat-Teżor kont li
jkun magħruf bħala "Fond tal-Lotterija Nazzjonali għall-Kawżi
Ġusti" li lilu jiġi akkreditat u mħallas il-bilanċ ta’ kreditu fil-Fond
ta’ Riserva ta’ l-Awtorità  dwar il-Logħob għal-Lotterija Nazzjonali
mħallas mill-Awtorità  lit-Teżor skond is-subartikolu (6).  Il-fondi
minn żmien għal żmien li jkunu akkreditu tal-Fond tal-Lotterija
Nazzjonali għall-Kawżi Ġusti għandhom jitħallsu mill-Ministru,
mingħajr ebda approprjazzjoni ulterjuri li ma tkunx dan l-Att, lil
dawk il-persuni, organizzazzjonijiet, korpi jew entitajiet oħra li
jkollhom skopijiet ta’ xorta reliġjuża, filantropika, kulturali,
sportiva, edukattiva, soċjali jew ċivika jew b’appoġġ ta’ kawżi oħra
meritevoli, u f’dawk l-ammonti, b’dak il-mod u f’kull waqt, kif
jista’ jiġi stabbilit mill-Ministru minn żmien għal żmien wara
konsultazzjoni ma’ Bord ta’ Konsulenza maħtur minnu għal dak l-
għan.
Kap. 174.
(8) Dikjarazzjoni ta’ kull ammont riċevut u minfuq mill-Fond
tal-Lotterija Nazzjonali għall-Kawżi Ġusti  għandha, kemm jista’
jkun malajr wara l-għeluq ta’ kull sena finanzjarja u f’ebda każ
iktar tard minn tliet xhur wara l-għeluq ta’ dik is-sena, jiġu
ppreżentati mill-Accountant General lill-Awditur Ġenerali, u l-
artikolu 65(2) ta’ l-Att dwar l-Amministrazzjoni Finanzjarja u l-
Verifika għandu japplika għal tali dikjarazzjoni. Il-Ministru
għandu, kemm jista’ jkun malajr u mhux aktar tard minn erba’
ġimgħat wara li l-istess dikjarazzjoni tkun ġiet ċertifikata mill-
Awditur Ġenerali kif jipprovdi dan is-subartikolu, jew jekk f’kull
waqt matul dak il-perjodu l-Kamra ma tkunx qiegħda f’sessjoni, fi
żmien erba’ ġimgħat mill-bidu tas-sessjoni li tiġi minnufih wara,
jara li kopja ta’ tali dikjarazzjoni titqiegħed fuq il-Mejda tal-
Kamra.
Poter li tissellef 
jew toħloq kapital.
51. Bil-għan li tkun tista’ twettaq kull funzjoni tagħha taħt dan
l-Att,  l-Awtorità  tista’, bl-approvazzjoni bil-miktub tal-Ministru,
tissellef jew toħloq flus b’dak il-mod, minn dik il-persuna, korp
jew awtorità , u taħt dawk il-pattijiet u l-kondizzjonijiet kif il-
Ministru jista’ japprova bil-miktub.
Avvanzi mill-
Gvern.
52. Il-Ministru jista’ jagħmel avvanzi lill-Awtorità  ta’ dawk l-
ammonti li huwa jista’ jaqbel bħala li jkunu meħtieġa mill-Awtorità
għat-twettiq ta’ kull funzjoni tagħha taħt dan l-Att, u jista’ jagħmel
dawk l-avvanzi taħt dawk il-pattijiet u l-kondizzjonijiet li huwa
jista’ jqis adatti. Kull tali avvanz jista’ jkun magħmul mill-Ministru
mill-Fond Konsolidat, u mingħajr ebda approprjazzjoni oħra li ma
tkunx dan l-Att, b’ordni maħruġa bil-firma tiegħu li tkun tawtorizza
LOTTERIJI U LOGĦOB IEĦOR ġ KAP. 438. 45
lill-Accountant General jagħmel dak l-avvanz.
Self mingħand il-
Gvern.
53. (1) Il-Ministru jista’, għal kull ħtieġa ta’ l-Awtorità  ta’
xorta kapitali, jikkuntratta jew joħloq kull self, jew jinkorri kull
obbligazzjoni, għal dawk il-perjodi u b’dawk il-pattijiet u l-
kondizzjonijiet li huwa jista’ jqis adatti; u kull ammont dovut dwar
jew f’dak li għandu x’jaqsam ma’ xi tali self jew obbligazzjoni jkun
nefqa fuq il-Fond Konsolidat.
(2) Avviż ta’ kull self, obbligazzjoni jew avvanz magħmula
jew imġarrba taħt id-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-artikolu
għandu jingħata lill-Kamra kemm jista’ jkun malajr.
(3) Sakemm jinħoloq tali self bħalma hemm imsemmi fis-
subartikolu (1), jew bil-għan li jipprovdi lill-Awtorità  b’kapital
attiv, il-Ministru jista, b’ordni  maħruġa bil-firma tiegħu, u
mingħajr ebda approprjazzjoni oħra li ma tkunx dan l-Att,
jawtorizza lill-Accountant General jagħmel avvanzi lill-Awtorità
mit-Treasury Clearance Fund taħt dawk il-pattijiet li jistgħu jiġu
speċifikati mill-Ministru malli jsir dan.
(4) Ir-rikavat ta’ kull self oriġinat bil-għan li jsiru avvanzi lill-
Awtorità , u kull flejjes oħra li għandhom jiġu avvanzati lill-
Awtorità  taħt dan l-artikolu, għandhom jitħallsu ġo fond
speċjalment imwaqqaf għal dal l-għan u li jkun magħruf bħala l-
"Fond ta’ Self għal-Lotteriji u l-Logħob f’Malta".
(5) Ammonti li jiġu riċevuti mill-Accountant General
mingħand l-Awtorità , dwar avvanzi magħmula lill-Awtorità  taħt is-
subartikolu (3) għandhom jitħallsu, għar-rigward ta’ ammonti li
jiġu riċevuti bħala ħlas lura fit-Treasury Clearance Fund u, għar-
rigward ta’ ammonti li jiġu riċevuti bħala mgħax fil-Fond
Konsolidat.
Estimi ta’ l-
Awtorità .
54. (1) L-Awtorità  għandha tara li jitħejjew ta’ kull sena
finanzjarja, u għandha mhux iktar tard minn sitt ġimgħat wara
tmiem kull tali sena tadotta, estimi tad-dħul u l-infieq ta’ l-
Awtorità  għas-sena finanzjarja ta’ wara:
Iżda l-estimi għall-ewwel sena finanzjarja ta’ l-Awtorità
għandhom jitħejjew u jkunu adottati f’dak iż-żmien li l-Ministru
jista’ b’avviż bil-miktub jispeċifika lill-Awtorità . 
(2) Fil-preparazzjoni ta’ dawk l-estimi, l-Awtorità  għandha tqis
kull fondi u flejjes oħra li jistgħu jkunu dovuti li jitħallsu lilha mill-
Fond Konsolidat matul is-sena finanzjarja rilevanti, sew jekk bis-
saħħa ta’ dan l-Att jew ta’ xi Att ta’ approprjazzjoni sew b’kull liġi
oħra; u l-Awtorità  għandha hekk tħejji dawk l-estimi b’mod li
tiżgura li kull dħul totali ta’ l-Awtorità  jkun mill-anqas suffiċjenti
biex ikopri l-ammonti kollha li sewsew jinġabru mill-kont ta’ dħul
inkluż, imma mingħajr preġudizzju għall-ġeneralità  ta’ dik il-frażi,
d-deprezzament.
(3) L-estimi għandhom jiġu magħmula f’dik l-għamla u għandu
jkun fihom dik l-informazzjoni u dak it-taqbil mas-snin ta’ qabel
hekk kif il-Ministru jista’ jordna.
(4) Kopja ta’ l-estimi għandha, malli dawn jiġu adottati mill-
Awtorità , jintbagħtu minnufih mill-Awtorità  lill-Ministru.
46 KAP. 438. ħ LOTTERIJI U LOGĦOB IEĦOR
(5) Il-Ministru għandu, ma’ l-ewwel opportunità  u mhux iktar
tard minn sitt ġimgħat wara li jkun irċieva kopja ta’ l-estimi mill-
Awtorità , japprovhom b’xi emendi jew mingħajrhom.
L-infiq għandu 
jkun skond l-estimi 
approvati.
55. (1) M’għandu jsir jew jiġi mġarrab ebda nfieq mill-
Awtorità  kemm-il darba dan ma jkunx ġie approvat mill-Ministru
kif provdut fl-artikolu 54.
(2) Minkejja id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) -
(a) sakemm jgħaddu sitt xhur mill-bidu ta’ sena
finanzjarja, jew sakemm ikun hemm l-approvazzjoni
ta’ l-estimi għal dik is-sena mill-Ministru, skond liema
taħbat l-ewwel data, l-Awtorità  tista’ tagħmel jew
iġġarrab l-infieq talli tkun qed taqdi l-funzjonijiet
tagħha taħt dan l-Att li ma jkunx b’kollox jeċċedi nofs
l-ammont approvat mill-Ministru għas-sena finanzjarja
ta’ qabel;
(b) l-infieq approvat dwar xi kap jew sotto-kap ta’ l-estimi
jista’, bl-approvazzjoni tal-Ministru, ikun magħmul
jew jiġġarrab dwar xi kap jew sotto-kap ieħor ta’ l-
estimi;
(ċ) dwar l-ewwel sena finanzjarja, l-Awtorità  tista’
tagħmel jew iġġarrab infieq li b’kollox ma jkunx
jeċċedi dawk l-ammonti li l-Ministru jista’ jippermetti;
(d) jekk dwar xi sena finanzjarja jirriżulta li l-ammont
approvat mill-Ministru ma jkunx biżżejjed jew tqum
ħtieġa għall-infieq għal fini li m’hemmx provdut
dwarha fl-estimi, l-Awtorità  tista’ tadotta estimi
supplimentari għall-approvazzjoni mill-Ministru u f’xi
tali każ id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att applikabbli
għall-estimi għandhom kemm jista’ jkun prattiku
japplikaw għall-estimi supplimentari.
Pubblikazzjoni ta’ 
estimi approvati.
56. Il-Ministru għandu, kemm jista’ jkun malajr u mhux iktar
tard minn tmien ġimgħat wara li jkun irċieva kopja ta’ l-estimi u l-
estimi supplimentari ta’ l-Awtorità , jew jekk f’kull waqt matul dak
iż-żmien l-Kamra ma tkunx qegħda f’sessjoni, fi żmien tmien
ġimgħat mill-bidu tas-sessjoni li tiġi minnufih wara, jara li dawk l-
estimi jitqegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra.
Kontijiet u 
verifika.
57. (1) L-Awtorità  għandha tara li jinżammu kontijiet u kull
dokumentazzjoni oħra kif dovut dwar l-operazzjonijiet tagħha, u
għandha tara li titħejja dikjarazzjoni ta’ kontijiet dwar kull sena
finanzjarja.
(2) Il-kontijiet ta’ l-Awtorità  jiġu verifikati minn awditur jew
awdituri li jiġu maħtura mill-Awtorità  u approvati mill-Ministru:
Kap. 396.
Iżda l-Ministru jista’ jeħtieġ li l-kotba u l-kontijiet ta’ l-Awtorità
jiġu verifikati jew eżaminati mill-Awditur Ġenerali li għal dak l-
għan ikollu l-poteri kollha stabbiliti fl-Att dwar l-Awditur Ġenerali
u l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika.
(3) Wara tmiem kull sena finanzjarja, u mhux iktar tard mid-
data meta l-estimi ta’ l-Awtorità  jintbagħtu lill-Ministru taħt l-
artikolu 54,  l-Awtorità  għandha tara li kopja tad-dikjarazzjoni ta’
LOTTERIJI U LOGĦOB IEĦOR ġ KAP. 438. 47
kontijiet debitament verifikata tiġi trasmessa lill-Ministru flimkien
ma’ kopja ta’ kull rapport magħmul mill-awdituri dwar dik id-
dikjarazzjoni jew dwar il-kontijiet ta’ l-Awtorità .
(4) Il-Ministru għandu, ma’ l-ewwel opportunità  li jkollu u
mhux iktar tard minn tmien ġimgħat wara li jkun irċieva kopja ta’
kull tali dikjarazzjoni u rapport, jew jekk f’kull waqt matul dak iż-
żmien il-Kamra ma tkunx qegħda f’sessjoni, fi żmien tmien
ġimgħat mill-bidu tas-sessjoni li tiġi minnufih wara, jara li kull tali
dikjarazzjoni u rapport jitqegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra.
Depożitu ta’ kull 
dħul u ħlas mill-
Awtorità .
58. (1) Kull flejjes li jidħlu lill-Awtorità  favuriha għandhom
jitqegħdu f’bank jew banek maħtura bħala bankiera ta’ l-Awtorità
minn risoluzzjoni ta’ l-Awtorità ; dawk il-flejjes għandhom, kemm
jista’ jkun prattiku, jitqegħdu f’kull tali bank minn ġurnata għall-
oħra, ħlief tali ammont li l-Awtorità  tista’ tawtorizza li jinżamm
biex minnu jitħallsu xi nefqiet żgħar u jsiru xi ħlasijiet ta’ flus
likwidi ta’ malajr.
(2) Kull ħlas mill-fondi ta’ l-Awtorità , li ma tkunx xi nefqa
żgħira li ma teċċedix ammont stabbilit mill-Awtorità , għandu jkun
magħmul minn dak l-uffiċjal jew uffiċjali ta’ l-Awtorità  hekk kif l-
istess Awtorità  taħtar jew issemmi għal dak l-għan.
(3) Kull ċekk li jsir minn, jew żbank minn, xi kont tal-bank ta’
l-Awtorità  għandu jkun iffirmat minn dak l-uffiċjal ta’ l-Awtorità  li
jista’ jiġi maħtur jew nominat mill-Awtorità  għaldaqstant u għandu
jġib ukoll il-kontrofirma tal-President, jew ta’ dak il-membru jew
uffiċjal ieħor ta’ l-Awtorità  li jistgħu jiġu awtorizzati mill-Awtorità
għal dak l-għan.
(4) L-Awtorità  għandha wkoll tipprovdi għar-rigward ta’ -
(a) il-mod li bih, u l-uffiċjal jew l-uffiċjali li jistgħu,
jawtorizzaw  jew japprovaw ħlasijiet;
(b) it-titolu ta’ xi kont li jkun hemm f’xi bank jew banek
fejn għandhom jitqegħdu l-flejjes ta’ l-Awtorità , u t-
trasferiment ta’ fondi minn kont għall-ieħor;
(ċ) il-metodu li għandu jiġi adottat biex isiru ħlasijiet
mill-fondi ta’ l-Awtorità ,
u ġeneralment dwar kull ħaġa li hi rilevanti għaż-żamma u kontroll
kif dovut tal-kontijiet u l-kotba, u l-kontroll tal-finanzi, ta’ l-
Awtorità .
Riserva għal 
Premjijiet mhux 
Mitlubin.
59. (1) Id-detentur ta’ liċenza għal Lotterija Nazzjonali
għandu jieħu ħsieb li jkollu riserva, li tkun magħrufa bħala r-
Riserva għal Premjijiet mhux Mitlubin, li fih jiġi akkreditat u
mħallas minn dak id-detentur ta’ liċenza ammont li jkun daqsinsew
il-valur ta’ kull premju monetarju jew il-valur kummerċjali ta’ xi
premju mhux monetarju f’logħba awtorizzata operata minn dak id-
detentur ta’ liċenza skond il-Liċenza għal-Lotterija Nazzjonali, li
jibqa’ ma jiġix mitlub fi tmiem iż-żmien sa meta jkun jista’ jintalab
dak il-premju kif stabbilit fir-regoli ta’ l-imsemmi logħba
awtorizzata.  Dak il-ħlas fir-Riserva għal Premjijiet mhux Mitlubin
għandu jsir mid-detentur ta’ liċenza għal Lotterija Nazzjonali fi
żmien sebat ijiem minn tmiem iż-żmien biex issir it-talba għall-
48 KAP. 438. ħ LOTTERIJI U LOGĦOB IEĦOR
premju hawn aktar qabel imsemmi.
(2) Kull flejjes li jkunu akkreditati fir-Riserva għal Premjijiet
mhux Mitluba tad-detentur ta’ liċenza għal Lotterija Nazzjonali
wara l-31 ta’ Mejju u t-30 ta’ Novembru ta’ kull sena finanzjarja
tad-detentur ta’ liċenza għandhom, mhux iktar tard minn
ġimgħatejn minn kull waħda miż-żewġ dati hawn qabel imsemmija
ta’ kull sena finanzjarja tad-detentur ta’ liċenza, jitħallsu mid-
detentur ta’ liċenza lill-Awtorità  u għandhom ikunu akkreditati u
jiġu mħallsa lill-Awtorità  fil-Fond ta’ Riserva ta’ l-Awtorità  dwar
il-Logħob għal-Lotterija Nazzjonali msemmi fl-artikolu 50(6); iżda
fil-każ ta’ terminazzjoni jew ta’ tħassir tal-liċenza għal-Lotterija
Nazzjonali, il-fondi kollha li jkunu akkreditati lir-Riserva għall-
Premijiet mhux Mitlubin fit-tmien jum wara d-data ta’ dik it-
terminazzjoni jew ta’ dak it-tħassir  għandhom jitħallsu mid-
detentur tal-liċenza tal-Lotterija Nazzjonali lill-Awtorità  sa mhux
aktar tard minn ġimgħatejn minn dik id-data ta’ terminazzjoni jew
ta’ tħassir. Id-detentur ta’ liċenza għal Lotterija Nazzjonali
m’għandux iqassam lill-azzjonisti tiegħu jew xort’oħra jiddisponi
minn jew juża xi flejjes li jkunu minn żmien għal żmien akkreditati
favur ir-Riserva għal Premjijiet mhux Mitluba b’xi mod jew għal xi
għan li ma jkunx kif provdut f’dan is-subartikolu.
(3) Detentur ta’ liċenza għal Lotterija Nazzjonali li jikser xi
waħda mid-disposizzjonijiet tas-subartikoli ta’ hawn aktar qabel ta’
dan l-artikolu jkun ħati ta’ reat kontra dan l-Att.  Iktar minn hekk, li
detentur ta’ liċenza għal Lotterija Nazzjonali jkun iħares dawk id-
disposizzjonijiet għandha titqies bħala kondizzjoni marbuta mal-
Liċenza għal-Lotterija Nazzjonali għall-għanijiet ta’ dan l-Att.
(4) Il-Ministru jista’ b’regolamenti japplika d-disposizzjonijiet
ta’ dan l-artikolu lil detenturi oħrajn ta’ liċenza għal logħbiet jew
lil dawk il-kategoriji ta’ detenturi oħrajn ta’ liċenza għal logħbiet
li jistgħu jiġu speċifikati fl-istess regolamenti.
Kuntratti ta’ 
appalt.
60. Mingħajr preġudizzju għal kull direttiva li titwassal mill-
Ministru taħt l-artikolu 12(1), l-Awtorità  m’għandhiex, ħlief bl-
approvazzjoni tal-Ministru mogħtija għal raġunijiet speċjali, tagħti
jew tagħmel xi kuntratt għall-provvista ta’ oġġetti jew ta’ materjal
jew għall-għemil ta’ xogħlijiet, għall-għoti ta’ servizzi, lil jew għal
benefiċċju ta’ l-Awtorità , li jkunu stmati mill-Awtorità  li jeċċedu
valur ta’ tliet elef lira, jew kull ammont ieħor li l-Ministru jista’
b’regolamenti jippreskrvi, ħlief wara li jkun ġie pubblikat avviż ta’
l-intenzjoni ta’ l-Awtorità  li tagħmel il-kuntratt u jkunu nħarġu
sejħiet għal offerti kompetittivi.
Money laundering.
Kap. 377.
61. (1) Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet ta’ l-Att
kontra Money laundering, hawn iktar ’il quddiem f’dan l-artikolu
imsejjah "l-Att", il-Ministru bi ftehim mal-Ministru responsabbli
għall-ġustizzja, jista’ b’ordni jipprovdi linji direttivi li
jirrigwardaw it-tmexxija ta’ detentur ta’ liċenza jew uffiċjali jew
impjegati tiegħu jew persuni li jaġixxu f’ismu jew taħt xi xorta ta’
ftehim miegħu, jew l-Awtorità  jew membri, uffiċjali jew impjegati
tagħha, dwar ċertu transazzjonijiet li jistgħu jagħtu lok għal xi
suspett ta’ money laundering, u jista’ b’mod partikolari jipprovdi li
d-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 9(1) ta’ l-Att għandhom japplikaw
għar-rigward tad-detenturi ta’ liċenza, logħob u operazzjoni ta’
LOTTERIJI U LOGĦOB IEĦOR ġ KAP. 438. 49
logħbiet b’dawk il-modifiki u adattazzjonijiet li jistgħu jiġu
speċifikati.
(2) Meta xi membru, uffiċjal jew impjegat ta’ l-Awtorità  jew xi
uffiċjal jew impjegat ta’ detentur ta’ liċenza jew persuna oħra li
jaġixxu għan-nom ta’ detentur ta’ liċenza jew taħt xi xorta ta’
ftehim miegħu, ikollhom għaliex jissuspettaw li xi transazzjoni,
jew xi transazzjoni proposta, tista’ tinvolvi money laundering,
huwa għandu jaġixxi skond ir-regolamenti magħmulin taħt l-Att, u
regolamenti magħmulin taħt dan l-Att, kif dawn ikunu japplikaw
għall-każ. 
Rapport annwali.
wara t-tmiem ta’ kull sena finanzjarja, tagħmel u tibgħat rapport
lill-Ministru li jkun ġeneralment jittratta dwar l-attivitajiet ta’ l-
Awtorità  matul dik is-sena finanzjarja u li jkun fih dik l-
informazzjoni li tkun tirrigwarda l-proċeduri u l-politika ta’ l-
Awtorità  hekk kif il-Ministru jista’ minn żmien għal żmien jeħtieġ.
Il-Ministru għandu, ma’ l-ewwel opportunità  li jkollu u mhux iktar
tard minn tmien ġimgħat wara li jkun irċieva kopja ta’ kull tali
rapport, jew jekk f’kull waqt matul dak iż-żmien l-Kamra ma tkunx
qegħda f’sessjoni, fi żmien tmien ġimgħat mill-bidu tas-sessjoni li
tiġi minnufih wara, jara li kopja ta’ kull tali rapport jitqiegħed fuq
il-Mejda tal-Kamra.
 TAQSIMA XI - TRASFERIMENT TA’ PROPRJETÀ
LILL-AWTORITÀ
Trasferiment ta’ 
proprjetà  lill-
Awtorità .
63.* (1) (a) Il-proprjetà  u intrapriżi proprjetà  tal-Gvern u
wżati minnu, minnufih qabel id-data tad-dħul fis-
seħħ ta’ din it-Taqsima,  għall-operat ta’ xi
funzjoni li b’dan l-Att ikunu qegħdin jiġu
trasferiti lil jew vestiti fl-Awtorità  għandhom, fid-
data hawn qabel imsemmija, bis-saħħa ta’ dan l-
Att u mingħajr ebda assikurazzjoni oħra, ikunu
trasferiti lil u vestiti fl-Awtorità  taħt l-istess titolu
li bih kienu miżmuma mill-Gvern minnufih qabel
dik id-data.  Id-disposizzjonijiet ta’ dan il-
paragrafu m’għandhomx japplikaw għal proprjetà
immobbli.
(b) Il-proprjetà  immobbli minn żmien għal żmien
speċifikata f’ordni magħmula mill-President ta’
Malta u pubblikata fil-Gazzetta (hawn iżjed ’il
quddiem imsemmija bħala "il-proprjetà
immobbli") li tkun proprjetà  immobbli li minnufih
qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din it-Taqsima kienet
proprjetà  tal-Gvern u wżata minnu għall-operat ta’
xi funzjoni li b’dan l-Att ikunu qegħdin jiġu
trasferiti lil jew vestiti fl-Awtorità  jew xort’oħra
għall-operat ta’ xi funzjoni preskritta b’xi liġi li
qed tiġi mħassra skond l-artikolu 80,  għandha,
b’seħħ minn dik il-ġurnata li tista’ tiġi speċifikata
f’xi tali ordni, u bis-saħħa ta’ dan l-Att u mingħajr
*Dan l-arttikolu għadu mhux fis-seħħ.
50 KAP. 438. ħ LOTTERIJI U LOGĦOB IEĦOR
ebda assikurazzjoni oħra, tiġi trasferita lil u
vestita fl-Awtorità  taħt l-istess titolu li bih kienu
miżmuma mill-Gvern qabel dik il-ġurnata.
(2) It-trasferiment u l-att li bih jiġu vestiti imsemmi qabel
għandhom, bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1)(a) u
(b), jestendu għal kull tali proprjetà  u intrapriżi jew attiv oħra u,
mingħajr preġudizzju għall-ġeneralità  imsemmija qabel, għandha
tinkludi kull impjant, tagħmir, apparat, strument, vettura, inġenji,
bini, struttura, stallazzjoni, art, triq, xogħol, ħażniet u proprjetà
oħra, mobbli jew immobbli, attiv, poter, jedd u privileġġ u kull
ħaġa meħtieġa jew anċillari għalihom li jinżammu jew ikunu
gawduti b’konnessjoni magħhom jew għax ikunu jappartjenu
lilhom, kif ukoll kull obbligazzjoni li taffettwa jew li tirrigwarda
kull ħaġa mill-proprjetà  hawn qabel imsemmija u intrapriżi jew
attiv jew xi ħaġa oħra inkluża hemm fiha kif hawn qabel imsemmi.
Kif jiftehmu l-
liġijiet. eċċ.
64.* Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, kull liġi,
regola, regolament, ordni, sentenza, digriet, lodi, att, titolu,
kuntratt, ftehim, strument, dokument, warrant u xi xort’oħra ta’
ftehim, li jkun jeżisti minnufih qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’
din it-Taqsima li jaffettwa jew li jirrigwarda l-proprjetajiet u
intrapriżi trasferiti lill-Awtorità  bis-saħħa ta’ l-artikolu 63(1)(a),
jew dawk li jkunu jaffettwaw jew li jirrigwardaw kull attiv
immobbli msemmi fl-artikolu 63(1)(b) li dwaru ordni kif inhu
imsemmi f’dak l-artikolu 63(1)(b) ikun ġie ppubblikat u jkun jeżisti
minnufih qabel id-data speċifikata f’dak l-ordni bħala d-data li
b’seħħ minnha dik il-proprjetà  immobbli għandha tkun trasferita
lill-Awtorità  bis-saħħa ta’ l-imsemmi artikolu 63(1)(b), għandu
jkollu kull seħħ u effett kontra jew għaf-favur ta’ l-Awtorità , u jkun
esegwibbli liberament u effettivament, bħallikieku minflok il-
Gvern jew dipartiment tal-Gvern jew awtorità , l-Awtorità  kienet
hemm imsemmija jew kienet parti fih, u xort’oħra b’sostituzzjoni
tal-Gvern jew dipartiment tal-Gvern jew awtorità .
Disposizzjonijiet 
transitorji li 
jirrigwardaw it-
trasferiment ta’ 
kull attiv.
65.* (1) Meta xi ħaġa tkun inbdiet minn jew taħt l-awtorità  tal-
Gvern qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din it-Taqsima u dik il-
ħaġa tkun tirrigwarda xi proprjetà  u intrapriżi minn dawk
imsemmija fl-artikolu 63(1)(a) jew għal kull dritt jew obbligazzjoni
li għandhom x’jaqsmu ma’ dan trasferiti lill-Awtorità  b’dan l-Att
jew taħtu,  dik il-ħaġa tista’ titwettaq u tiġi kompluta mill-Awtorità
jew kif awtorizzat minnha.
(2) Meta minnufih qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din it-
Taqsima, jkun għad hemm pendenti xi proċeduri legali li dwarhom
il-Gvern ikun, jew ikun intitolat ikun parti, u dawk il-proċeduri
jkollhom x’jaqsmu ma’ kull proprjetà  u intrapriża imsemmija fl-
artikolu 63(1)(a) jew għal kull dritt jew obbligazzjoni li għandhom
x’jaqsmu ma’ dan trasferiti lill-Awtorità  bi jew taħt dan l-Att,  l-
Awtorità  għandha, sa mid-data imsemmija qabel, tidħol f’dawk il-
proċeduri għall-Gvern, jew issir parti fihom bl-istess mod bħalma
seta’ sar il-Gvern, u dawk il-proċeduri m’għandhom b’ebda mod
jintlaqtu minħabba f’dik is-sostituzzjoni.
*Dan l-arttikolu għadu mhux fis-seħħ.
LOTTERIJI U LOGĦOB IEĦOR ġ KAP. 438. 51
(3) Meta xi ħaġa tkun inbdiet bi jew taħt l-awtorità  tal-Gvern
qabel id-data speċifikata f’ordni bħal dik imsemmija fl-artikolu
63(1)(b) li tirrigwarda xi attiv immobbli kif hemm imsemmi f’dak
l-artikolu 63(1)(b) bħala d-data li b’seħħ minnha dak il-attiv
immobbli għandu jkun trasferit lill-Awtorità  bis-saħħa ta’ l-
imsemmi artikolu 63(1)(b), u dik il-ħaġa tkun tirrigwarda dak l-
attiv immobbli jew xi dritt jew obbligazzjoni relatati ma’ xi attiv
bħal dak trasferit lill-Awtorità  b’dan l-Att jew taħtu,  dik il-ħaġa
tista’ titwettaq u tiġi kompluta mill-Awtorità  jew kif awtorizzat
minnha.
(4) Meta minnufih qabel id-data speċifikata f’ordni kif hemm
imsemmi fl-artikolu 63(1)(b) li tirrigwarda xi attiv immobbli kif
hemm imsemmi f’dak l-artikolu 63(1)(b) bħala d-data li b’seħħ
minnha dak l-attiv immobbli għandu jkun trasferit lill-Awtorità  bis-
saħħa ta’ l-imsemmi artikolu 63(1)(b), ikun hemm proċeduri legali
li jkunu għadhom pendenti u li l-Gvern ikun jew ikollu jedd ikun
parti fihom, u dawk il-proċeduri jkollhom x’jaqsmu ma’ dak l-attiv
immobbli jew ma’ xi dritt jew obbligazzjoni relatati ma’ dak l-attiv
trasferit lill-Awtorità  b’dan l-Att jew taħtu,  l-Awtorità  għandha, sa
mid-data imsemmija qabel, tidħol f’dawk il-proċeduri għall-Gvern,
jew inkella ssir parti fihom bl-istess mod li l-Gvern seta’ jsir parti
hu, u dawk il-proċeduri m’għandhom b’ebda mod jintlaqtu
minħabba f’dik is-sostituzzjoni.
Il-Ministru jista’ 
jagħmel 
disposizzjonijiet 
biex jistabbilixxi l-
proprjetà  trasferita 
lill-Awtorità .
66.* Il-Ministru jista’ b’ordni jagħmel dawk id-disposizzjonijiet
inċidentali, konsegwenzjali u supplementali hekk kif huwa jista’
jqis meħtieġ jew spedjenti bil-għan li jistabbilixxi, kif adatt, il-
proprjetajiet, intrapriżi jew kull attiv, dritt jew obbligazzjoni
trasferiti lill-Awtorità  b’dan l-Att u jiżgura u jagħti kull effett għat-
trasferiment ta’ kull proprjetà  bħal dik, intrapriża jew attiv jew kull
dritt jew obbligazzjoni lill-Awtorità  b’dan l-Att u jagħmel dawk l-
ordnijiet li jistgħu jiġu meħtieġa biex jagħmel li xi poteri u
dmirijiet jiġu eżerċitati mill-Gvern in relazzjoni għal kull proprjetà ,
intrapriża, attiv, dritt jew obbligazzjoni li jiġu eżerċitati minn jew
għan-nom ta’ l-Awtorità .
 TAQSIMA XII - REATI U PIENI
Piena għal reati 
kontra dan l-Att.
67. (1) Persuna li tinsab ħatja ta’ xi reat kontra dan l-Att jew
ta’ xi parti minnu teħel, meta tinsab ħatja, multa ta’ mhux inqas
minn tliet elef lira u mhux iżjed minn mitt elf lira jew priġunerija
għal żmien mhux iżjed minn sentejn, jew dik il-multa u priġunerija
flimkien:
Iżda meta l-persuna ħatja ta’ xi reat kontra dan l-Att tkun
reċidiva, tista’ teħel multa ta’ mhux inqas minn ħamest elef lira u
mhux iżjed minn mija u ħamsin elf lira, jew priġunerija għal
perjodu ta’ mhux inqas minn sitt xhur u mhux iżjed minn tliet snin,
jew dik il-multa u priġunerija flimkien:
Iżda wkoll meta l-persuna li hekk tinsab ħatja tkun il-President,
id-direttur, il-manager, is-segretarju jew xi uffiċjal ieħor bħal dak
*Dan l-arttikolu għadu mhux fis-seħħ.
52 KAP. 438. ħ LOTTERIJI U LOGĦOB IEĦOR
ta’ kumpannija jew intrapriża oħra, organizzazzjoni,  klabb, soċjetà
jew assoċjazzjoni oħra jew korp ta’ persuni, dik il-persuna
għandha, għall-finijiet ta’ dan l-artikolu, titqies li tkun vestita bir-
rappreżentanza ġuridika ta’ l-istess kumpannija jew intrapriża oħra,
organizzazzjoni,  klabb, soċjetà  jew assoċjazzjoni oħra jew korp ta’
persuni, li għandhom skond hekk ikunu solidalment responsabbli
mal-persuna misjuba ħatja għall-ħlas ta’ dik il-multa:
Iżda wkoll meta l-Avukat Ġenerali fis-sanzjoni maħruġa skond l-
artikolu 74(2), jiċċertifika li r-reat jista’ jingħata piena adegwata
ta’ multa ta’ mhux inqas minn mitt lira u mhux iżjed minn tliet elef
lira, il-piena applikabbli tkun multa ta’ mhux inqas minn mitt lira u
mhux iżjed minn tliet elef lira.
(2) Il-multa imsemmija fis-subartikolu (1) tinġabar mill-
Ministru responsabbli għall-isport bħala dejn ċivili għaf-favur tal-
Gvern meta r-reat rilevanti jsir taħt xi disposizzjoni tat-Taqsima
VIII, u meta ir-reat rilevanti jsir taħt kull disposizzjoni oħra ta’ dan
l-Att dik il-multa għandha tinġabar miċ-Chief Executive bħala dejn
ċivili għaf-favur tal-Gvern.
Kap. 446.
Kap. 9.
(3) Id-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar il-Probation, u ta’ l-
artikoli 21 u 28A sa 28I tal-Kodiċi Kriminali m’għandhomx
japplikaw għar-rigward ta’ reati imsemmija fis-subartikolu (1).
Penali 
amministrattivi.
68. (1) L-Awtorità  tista’ bi qbil ma’ detentur ta’ liċenza jew
ma’ detentur ta’ permess maħruġ skond ma hemm fl-artikolu 36 li
jikser xi kondizzjoni tal-liċenza tiegħu jew, skond il-kaz, tal-
permess tiegħu, jew xi direttiva maħruġa mill-Awtorità  skond dan
l-Att jew ta’ regolamenti magħmulin taħtu u applikabbli għal dak
id-detentur ta’ liċenza jew, skond il-każ, għal dak id-detentur ta’
permess, meta dik il-kontravvenzjoni tkun tammonta għal reat
kontra dan l-Att, timponi pieni jew sanzjonijiet amministrattivi fuq
dak id-detentur ta’ liċenza jew detentur ta’ permess bħala
alternattiva għal proċedimenti fil-qorti.
(2) Għall-finijiet tas-subartikolu (1), meta l-Awtorità  tiddeċiedi
li teżerċita l-poteri tagħha taħt is-subartikolu (1), l-Awtorità
għandha tagħmel ftehim bil-miktub mal-ħati li bih dak il-ħati
jħallas ammont li ma jkunx jeċċedi mitt elf lira u li ma jkunx anqas
minn tlett elef lira hekk kif l-Awtorità  tistabbilixxi, u meta jiġi
ffirmat ftehim bħal dak mill-Awtorità  u mill-ħati kull
responsabbiltà  kriminali tal-ħati taħt dan l-Att, għar-rigward ta’
dak ir-reat jew dawk ir-reati li dwarhom ikun sar il-ftehim, għandha
tiġi estinta:
Izda kull konfiska kkontemplata f’dan l-Att bħala konsegwenza
għar-reat konness mal-ftehim għandha, minkejja dak il-ftehim,
xorta tibqa’ sseħħ:
Iżda wkoll, kull ftehim bħal dak u d-disposizzjonijiet ta’ dan l-
artikolu għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għas-setgħa li l-
Awtorità  għandha, fejn dan ikun japplika, li tħassar jew
tissospendi l-liċenza jew il-permess li l-ħati jkollu skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att dwar it-tħassir jew is-sospensjoni tal-
liċenza jew tal-permess relevanti.
(3) Id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (2) għandhom ikunu
LOTTERIJI U LOGĦOB IEĦOR ġ KAP. 438. 53
japplikaw ukoll f’kull każ fejn il-ħati jkun ġie akkużat quddiem il-
qorti dwar dak ir-reat, basta dan jiġri qabel ma tingħata s-sentenza
finali f’dik il-kawża.
(4) Kull ammont dovut bis-saħħa ta’ ftehim magħmul skond is-
subartikolu (2) ikun dovut lill-Awtorità  bħala dejn ċivili. L-
Awtorità  m’għandhiex tagħmel xi  ftehim bħalma hemm imsemmi
fis-subartikolu (2), kemm-il darba dak il  ftehim ma jkollux miegħu
l-ħlas ta’ l-ammont dovut jew inkella sigurtà  adegwata u suffiċjenti
għall-ħlas ta’ dak l-ammont.
Apparat għal-
logħbiet kontrafatt 
u falsifikazzjoni ta’ 
liċenzi.
69. (1) Ħadd ma jista’ juża, jew ikollu fil-pussess tiegħu, xi
apparat għal-logħob jew liċenza maħruġin taħt, użati jew li
għandhom jintużaw għall-għanijiet ta’ dan l-Att,  li persuna tkun taf
li jkunu ġew falsifikati, kontrafatti jew xort’oħra mbagħbsin.
(2) Ħadd ma jista’ -
(a) jiffalsifika, jagħmel kontrafazzjoni jew ibagħbas ma’
xi apparat għal-logħob jew xi liċenza maħruġin taħt,
użati jew li għandhom jintużaw għall-għanijiet ta’ dan
l-Att; jew
(b) xjentement jiċċirkola xi apparat għal-logħob jew
liċenza bħal dawk li jkunu ffalsifikati, kontrafatti jew
imbagħbsin.
(3) Min jikser is-subartikoli (1) jew (2) ikun ħati ta’ reat kontra
dan l-Att.  Iktar minn hekk, apparat għal-logħob jew liċenza
imsemmija fis-subartikolu (1) għandhom jinqabdu u jiġu
kkonfiskati għaf-favur tal-Gvern.
Post li jintuża għal 
logħob mhux 
leġittimu.
70. (1) Kull min xjentement jippermetti l-użu ta’ xi post bil-
għan ta’ l-operazzjoni, il-promozzjoni, il-bejgħ jew il-logħob ta’ xi
logħba bi ksur ta’ xi disposizzjoni ta’ dan l-Att jew ta’ regolamenti
magħmulin taħtu jew bi ksur ta’ xi kondizzjoni imposta f’liċenza
maħruġa taħt dan l-Att jew bi ksur ta’ xi direttiva maħruġa mill-
Awtorità  skond ma hemm f’dan l-Att jew ta’ regolamenti
magħmulin taħtu jew bil-għan ta’ ħżin ta’ apparat rilevanti għal-
logħob importat, manifatturat jew provvist bi ksur tad-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 7 jew bi ksur tal-kondizzjonijiet
imposti fil-liċenza maħruġa skond dak l-artikolu 7 jew bil-għan li
jsiru l-manifattura u l-manutenzjoni ta’ apparat rilevanti għal-
logħob bi ksur tad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 7 jew bi ksur tal-
kondizzjonijiet imposti fil-liċenza maħruġa skond ma hemm f’dak
l-artikolu 7, jew li xjentement jipprevjeni lil xi Uffiċjal tal-Pulizija
li jkun leġittimament awtorizzat jidħol ġo kull post suspettat li jkun
qed jintuża kif hawn qabel imsemmi, milli jidħol ġo dak il-post jew
ġo xi parti minnu, jew jostruwixxi jew idewwem lil xi uffiċjal bħal
dak milli jkun jista’ jidħol, jew b’xi firroll, stanga jew tagħmir
ieħor jagħlaq xi bieb intern jew estern jew xi mezz ta’ aċċess għal
kull post bħal dak jew parti minn dak il-post, jew inkella juża xi
mezz jew tagħmir ikun li jkun għall-fini li jipprevjeni, jostakola
jew idewwem id-dħul ta’ tali uffiċjal ġo xi post bħal dak jew ġo xi
parti minn dak il-post jew biex jagħti allarm jew preavviż fil-każ
ta’ xi dħul bħal dak, ikun ħati ta’ reat kontra dan l-Att.
(2) Meta uffiċjal tal-Pulizija li jkun leġittimament awtorizzat
54 KAP. 438. ħ LOTTERIJI U LOGĦOB IEĦOR
jidħol ġo xi post suspettat li jkun qed jintuża għal xi fini illeġittima
imsemmija fis-subartikolu (1) ikun xjentement prevenut jew
imfixkel jew imdewwem milli jidħol hemm ġew jew f’xi parti
minnu, jew meta xi firroll, stanga jew tagħmir jew mezz ieħor ikun
li jkun jinstabu f’dak il-post sabiex jissakkar xi bieb estern jew
intern jew xi mezz ta’ aċċess għal kull post bħal dak jew sabiex jiġi
prevenut, imdewwem jew imfixkel id-dħul hemm ġew minn dak l-
uffiċjal jew sabiex jingħata allarm jew preavviż fil-każ ta’ dħul
bħal dak, dan ikun prova, sakemm ma tinġibx prova kuntrarja, li
dak il-post ikun qed jintuża għal dawk il-finijiet illeġittimi u li
dawk il-persuni li nstabu hemm ġew kienu qegħdin jipparteċipaw
fl-attivitajiet illeġittimi rilevanti.
(3) B’żieda ma’ kull piena taħt kull disposizzjoni oħra ta’ dan
l-Att il-flus u l-effetti kollha li jirrappreżentaw il-ġugati kif ukoll
kull flus u apparat għal-logħbiet li jinstabu f’xi post imsemmi taħt
is-subartikolu (1) għandhom jiġu elevati u konfiskati favur il-
Gvern.
Użu ta’ l-isem 
"Lotterija 
Nazzjonali" u qerq 
fil-mod kif tiġi 
ppreżentata l-istess 
lotterija.
71.* (1) Ħadd m’għandu, għall-għanijiet ta’ logħba li ma tkunx
xi logħba li tagħmel parti mil-Lotterija Nazzjonali, jagħmel użu
mill-ismijiet "Lotterija Nazzjonali" jew "Lotterija Nazzjonali ta’
Malta" jew minn xi isem li jkun jixbaħ mill-qrib lil xi wieħed minn
dawk l-ismijiet b’mod li jkun jista’ raġonevolment iwassal għall-
fehma li jkun qed jissemma xi isem simili.
(2) Ħadd ma jista’ filwaqt li jkun qed jirreklama, jew ibiegħ,
jew joffri għall-bejgħ, jew joffri l-opportunità  lil ħaddieħor biex
jipparteċipa f’xi logħba li ma tkunx tagħmel parti mil-Lotterija
Nazzjonali, jagħti, b’liema mezz ikun, indikazzjoni falza li  dik hija
logħba li tagħmel parti mil-Lotterija Nazzjonali.
(3) Kull min jikser is-subartikoli (1) jew (2) ikun ħati ta’ reat
kontra dan l-Att.
Konfiska għaf-
favur tal-Gvern.
72. B’żieda ma’ kull piena taħt kull disposizzjoni oħra ta’ dan
l-Att, kull apparat għal-logħob u kull flus li jirrigwardaw jew li
jintużaw fl-għemil ta’ xi reat kontra dan l-Att jew xi Taqsima
tiegħu, jew li jkun serva jew kien maħsub li jservi għall-għemil ta’
xi reat bħal dak, għandu jiġi elevat u kkonfiskat favur il-Gvern.
Riserva dwar pieni 
ogħla stabbiliti fil-
Kodiċi Kriminali.
73. Meta l-fatt li jikkostitwixxi reat taħt xi disposizzjoni ta’
dan l-Att ikun ukoll jikkostitwixxi reat taħt xi liġi oħra u jkun
suġġett għal piena ogħla taħt dik il-liġi, dik il-piena ogħla għandha
tiġi applikata minflok il-piena stabbilita f’dan l-Att.
Reati li jistemgħu 
mill-Qorti tal-
Maġistrati u s-
sanzjoni li tingħata 
mill-Avukat 
Ġenerali.
74. (1) Il-Qorti tal-Maġistrati, fil-ġurisdizzjoni kriminali
tagħha, tkun il-qorti kompetenti li tittratta u tiddeċiedi reati kontra
dan l-Att jew xi parti minnu.
(2) Ebda proċedimenti għal xi reat kontra dan l-Att jew xi
Taqsima tiegħu m’għandhom jinbdew mingħajr is-sanzjoni ta’ l-
Avukat Ġenerali.
*Dan l-arttikolu għadu mhux fis-seħħ.
LOTTERIJI U LOGĦOB IEĦOR ġ KAP. 438. 55
 TAQSIMA XIII - DISPOSIZZJONIJIET SUPPLIMENTARI
Persuni li jitqiesu 
uffiċjali pubbliċi.
Kap. 9.
75. (1) Il-membri ta’ l-Awtorità  u l-uffiċjali u l-impjegati
kollha ta’ l-Awtorità  għandhom jitqiesu uffiċjali pubbliċi għall-
għanijiet tal-Kodiċi Kriminali.
(2) Il-membri ta’ l-Awtorità  u l-uffiċjali tagħha m’għandhomx
għal perjodu ta’ sena wara t-terminazzjoni tal-ħatra jew kariga li
jkollhom, jeżerċitaw xi attività  li skond id-disposizzjonijiet ta’ l-
artikolu 9(4)(ċ) tkun tiskwalifika lil dik il-persuna milli tibqa’ fil-
kariga bħala membru ta’ l-Awtorità .
Kodiċijiet ta’ 
mġieba u regoli 
dwar logħob 
responsabbli.
76. (1) L-Awtorità  tista’ tistabbilixxi dawk il-kodiċijiet ta’
tmexxija li tista’ tqis meħtieġa u utli minn żmien għal żmien għar-
rigward ta’, fost l-oħrajn, ir-reklamar ta’ logħbiet awtorizzati, il-
prevenzjoni ta’ logħob illegali u logħob minn persuni taħt l-età , u l-
prevenzjoni milli wieħed jinqabad fil-vizzju tal-logħob.
(2) L-Awtorità  tista’ wkoll tagħmel arranġamenti, u tista’
wkoll tinvolvi lil dawk id-detenturi ta’ liċenza li tqis idonei
f’arranġamenti, li jkunu jinvolvu l-organizzazzjoni ta’ xi programm
jew kampanja ta’ informazzjoni, inklużi dawk li jolqtu l-ħruġ ta’
volantini, pubblikazzjonijiet jew dokumenti oħra, il-wiri ta’ avviżi,
sinjali, tikketti jew stampi, jew bħala xandir bis-smigħ jew bit-
televiżjoni jew mezzi oħra ta’ komunikazzjoni, bil-għan li ssir
ġlieda kontra l-logħob irresponsabbli jew illegali jew il-logħob
minn persuni taħt l-età .
(3) L-Awtorità  tista’ tagħmel kull kodiċi ta’ mġieba jew kull
arranġament ieħor imsemmi fis-subartikoli (1) jew (2) li jkun jorbot
lid-detenturi ta’ liċenza jew kategoriji ta’ detenturi ta’ liċenza
permezz ta’ kondizzjonijiet imposti fil-liċenzi tagħhom jew
permezz ta’ direttivi maħruġa minnha.
Derivattivi.
Kap. 370.
77. Mingħajr preġudizzju għal kull ħtieġa rilevanti ta’ liċenzi
taħt l-Att dwar is-Servizzi ta’ Investment, u d-disposizzjonijiet ta’
dak l-Att jew ta’ xi liġi oħra, kuntratti ta’ differenzi, kull ftehim ta’
interest cap jew ta’ swap, kambju ta’ munita estera jew kull ftehim
ieħor bħal dak, li jkollhom bħala fini jew fini intiż li jiżguraw li jsir
profitt jew li tiġi evitata telfa (b’riferenza għall-fluttwazzjonijiet
fil-valur jew il-prezz ta’ proprjetà  ta’ kull deskrizzjoni jew f’xi
indiċi jew fattur ieħor nominat għal dak l-iskop fil-kuntratt), u
debiti jew obbligazzjonijiet oħra li joriġinaw minn dawk il-
kuntratti jew patti ta’ ftehim, m’għandhomx ikunu projbiti, nulli
jew mhux esegwibbli minħabba f’xi disposizzjoni ta’ dan l-Att.
Poter ta’ għemil ta’ 
regolamenti.
78. (1) Il-Ministru jista’, wara konsultazzjoni ma’ l-Awtorità ,
jagħmel regolamenti biex iwettaq id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att,
ħlief għad-disposizzjonijiet tat-Taqsima VIII.
(2) Mingħajr preġudizzju għall-ġeneralità  tad-disposizzjonijiet
tas-subartikolu minnufih qabel dan, il-Ministru jista’ b’dawk ir-
regolamenti -
(a) jirregola l-ħruġ, is-sospensjoni u t-tħassir ta’ liċenza
taħt dan l-Att u kull ħaġ’oħra li għandha x’taqsam
miegħu, inklużi miżuri li għandhom jittieħdu fil-każ
tat-tħassir jew is-sospensjoni ta’ xi liċenza;
56 KAP. 438. ħ LOTTERIJI U LOGĦOB IEĦOR
(b) jirregola l-logħbiet, inkluż il-ħlas ta’ ġugati u, jew il-
premjijiet għal-logħbiet;
(ċ) jirregola l-importazzjoni, l-manifattura, l-provvista u
l-manutenzjoni ta’ apparat rilevanti għal-logħbiet u l-
użu, l-operat, il-kontroll u s-superviżjoni ta’ apparat
għal-logħbiet u dwar kull ħaġa oħra li għandha
x’taqsam ma’ apparat għal-logħbiet;
(d) jeżenta lil xi persuni jew kategoriji speċifikati ta’
persuni mill-ħtieġa ta’ liċenza taħt l-artikolu 7(1) dwar
kull apparat rilevanti għal-logħbiet jew kategoriji
speċifikati ta’ apparat rilevanti għal-logħbiet jew
apparat rilevanti għal-logħbiet speċifikati;
(e) jagħti poter lill-Awtorità  teżenta lil xi persuni jew
dawk il-kategoriji ta’ persuni li jistgħu jiġu speċifikati
f’dawk ir-regolamenti jew hekk kif jista’ jiġi stabbilit
mill-Awtorità  nnifisha mill-ħtieġa ta’ liċenza taħt l-
artikolu 7(1) dwar kull apparat rilevanti għal-logħbiet
jew dwar dawk il-kategoriji ta’ apparat rilevanti għal-
logħbiet jew apparat rilevanti għal-logħbiet partikolari
li jistgħu jiġu speċifikati f’dawk ir-regolamenti jew kif
jista’ jiġi stabbilit mill-Awtorità  nnifisha;
(f) jippreskrivi r-records u l-kontijiet li għandhom
jinżammu minn detentur ta’ liċenza u kull ħaġ’oħra u
obbligazzjonijiet ta’ detenturi ta’ liċenza li
jirrigwardaw dawk ir-records u kontijiet;
(g) jeżenta kull persuna jew kategorija speċifikata ta’
persuni minn kull liċenza jew ħtieġa ta’
awtorizzazzjoni dwar l-operat ta’ logħob żgħir jew
logħba żgħira speċifikata jew logħbiet żgħar
speċifikati u, jew jippermetti lil xi persuni jew
kategoriji speċifikati ta’ persuni joperaw logħob żgħir
jew xi logħba żgħira speċifikata jew logħbiet żgħar
speċifikati mingħajr il-ħtieġa ta’ xi liċenza jew
awtorizzazzjoni u, minkejja d-disposizzjonijiet ta’ l-
artikolu 4, dawk ir-regolamenti jistgħu jippermettu lil
dawk il-persuni jew kategoriji speċifikati ta’ persuni
jew kull waħda minn dawk il-kategoriji joperaw tali
logħob żgħir jew logħba żgħira speċifikata jew
logħbiet żgħar speċifikati jew xi waħda minnhom fuq
ir-riżultati ta’ logħbiet operati minn detenturi ta’
liċenza jew kategoriji ta’ detenturi ta’ liċenza
speċifikati jew detenturi ta’ liċenza speċifikati
mingħajr il-ħtieġa ta’ approvazzjoni bil-quddiem ta’ l-
Awtorità  skond l-artikolu 4: 
Iżda dawk ir-regolamenti jistgħu jillimitaw dik l-
eżenzjoni jew permess għal għadd speċifikat ta’
logħbiet żgħar fis-sena dwar xi persuna partikolari:
Iżda wkoll dawk ir-regolamenti jistgħu jagħmlu
disposizzjonijiet dwar obligazzjoni min-naħa tal-
persuna li topera l-logħba żgħira li tagħti lill-Awtorità
dawk il-provi dwar il-valur tal-premjijiet u dwar kull
ħaġ’oħra li tirrigwarda l-logħba, u b’dak il-mod u
LOTTERIJI U LOGĦOB IEĦOR ġ KAP. 438. 57
f’dak iż-żmien jew dawk iż-żminijiet, li jista’ jiġi
preskritt b’dawk ir-regolamenti jew li jistgħu jiġu
meħtieġa mill-Awtorità ;
(h) jeżenta minn kull ħtieġa ta’ liċenza jew
awtorizzazzjoni lil dipartimenti tal-Gvern jew
awtoritajiet speċifikati dwar l-operat ta’ logħbiet
speċifikati bil-għan li jippromwovu l-iskopijiet tad-
dipartimenti jew awtoritajiet rispettivi, u jippermetti
dipartimenti tal-Gvern jew awtoritajiet speċifikati li
joperaw logħbiet speċifikati bil-għan li jippromwovu
l-iskopijiet tagħhom mingħajr il-ħtieġa ta’ xi liċenza
jew awtorizzazzjoni, u dawk ir-regolamenti jistgħu
jipprovdu għall-ħlas ta’ flus għal premjijiet għal dawk
il-logħbiet mill-Fond Konsolidat b’ordni li toħroġ bil-
firma tal-Ministru u li tkun tawtorizza lill-Accountant
General li jagħmel dak il-ħlas u bla ebda
approprjazzjoni oħra għajr dawk ir-regolamenti, iżda l-
ammont tal-fond tal-premjijiet dwar xi logħba bħal dik
m’għandux jeċċedi s-somma ta’ ħamest elef lira fis-
sena;
(i) jillimita l-għadd ta’ liċenzi ta’ sala għal-logħob tat-
tombla li jistgħu jkunu mogħtija u jkunu fis-seħħ f’kull
waqt; u 
(j) jippreskrivi kull ħaġa li għandha tiġi preskritta taħt
kull disposizzjoni oħra ta’ dan l-Att,  li ma tkunx
disposizzjoni taħt it-Taqsima VIII.
(3) Il-Ministru jista’, wara konsultazzjoni ma’ l-Awtorità ,
b’regolamenti jirregola l-għoti ta’ permessi għall-operat ta’ uffiċċji
f’Malta minn fejn jiġu pprovduti logħbiet speċifikati permezz ta’
kull mezz jew xi mezz speċifikat ta’ komunikazzjoni fil-bogħod, u
li jkunu jistabbilixxu il-mod kif jitmexxa uffiċċju bħal dak u,
mingħajr preġudizzju għall-ġeneralità  ta’ dak hawn qabel imsemmi,
huwa jista’ b’dawk ir-regolamenti -
(a) jipprovdi li dawk l-uffiċċji jkunu taħt is-sorveljanza
ta’ l-Awtorità  u ta’ spetturi;
(b) jipprovdi għall-prevenzjoni kontra money laundering;
(ċ) jistabbilixxi t-taxxa li għandha titħallas fuq dawk il-
logħbiet provduti minn dawk l-uffiċċji; u 
(d) jagħmel kull disposizzjoni oħra li tkun tiżgura li dawk
il-logħbiet provduti minn dawk l-uffiċċji jintlagħbu
b’mod ġust u li dawk l-uffiċċji jitmexxew minn
persuni idonei u li jinżamm rendikont xieraq ta’ l-
attivitajiet ta’ dawk l-uffiċċji,
L.S.70.04
Kap. 70.
u dawk ir-regolamenti jista’ jkun fihom disposizzjonijiet transitorji
dwar permessi maħruġa skond l-operat tar-Regolamenti dwar it-
Tħaddim ta’ Uffiċċji tal-Lotteriji, magħmulin taħt l-Ordinanza
dwar il-Lottu Pubbliku, liema regolamenti għandhom jitħassru fid-
data ta’ dħul fis-seħħ ta’ l-artikolu 80(3)(a) b’mod konformi mat-
tħassir ta’ l-imsemmija Ordinanza.
(4) Il-Ministru jista’, wara konsultazzjoni ma’ l-Awtorità ,
58 KAP. 438. ħ LOTTERIJI U LOGĦOB IEĦOR
jagħmel regolamenti dwar il-funzjonijiet u poteri ta’ l-Awtorità  u t-
twettiq ta’ dawk il-funzjonijiet u poteri.
(5) Il-Ministru jista’, wara konsultazzjoni ma’ l-Awtorità ,
jagħmel regolamenti biex jirregola l-importazzjoni, l-manifattura,
l-provvista, l-manutenzjoni, l-użu, l-operazzjoni, l-kontroll u s-
supervizjoni ta’, u affarijiet oħra li jirrigwardaw, il-makni għal-
logħob tad-divertiment jew kategoriji speċifikati ta’ makni għal-
logħob tad-divertiment jew makni għal-logħob tad-divertiment
speċifikati u, minghajr preġudizzju għall-ġeneralità  tad-
disposizzjonijiet ta’ hawn qabel ta’ dan is-subartikolu, huwa jista’
b’dawk ir-regolamenti -
(a) jipprovdi li dawk il-makni għal-logħob tad-divertiment
jistgħu biss jiġu importati, manifatturati, provvisti,
issirilhom manutenzjoni u, jew jiġu operati minn
persuna li jkollha liċenza għaldaqshekk maħruġa mill-
Awtorità  u kif suġġetta għal dawk il-pattijiet u l-
kundizzjonijiet li jistgħu jiġu imposti f’tali liċenza
mill-Awtorità ;
(b) jirregola ż-żmien, il-ħruġ, is-sospensjoni u t-tħassir
tad-drittijiet, dazju, taxxi u, jew kull ammont ieħor li
għandu jinġabar taħt, u kull ħaġa oħra li għandha
x’taqsam ma’, xi licenza msemmija fil-paragrafu (a):
iżda dawk ir-regolamenti  jistgħu jagħtu s-setgħa lill-
Awtorità  li tippreskrivi kull ħaġa jew xi ħaga minn
dawk li hemm hi nnifisha fil-licenza; 
(ċ) jipprovdi li dawk il-makni għal-logħob tad-divertiment
u, jew l-importazzjoni, l-manifattura, l-provvista, l-
manutenzjoni, l-użu u, jew l-operazzjoni tagħhom
tkun, jew isir, taħt is-supervizjoni ta’ l-Awtorità  u ta’
l-ispetturi;
(d) jipprovdi dwar id-drittijiet, dazju, taxxi u, jew
ammonti oħra li għandhom jinġabru dwar l-
importazzjoni, l-manifattura, l-provvista, l-
manutenzjoni, l-użu u, jew l-operazzjoni ta’ dawk il-
makni għal-logħob tad-divertiment;
(e) jirregola l-bejgħ, xiri, importazzjoni, provvista u, jew
manifattura ta’ tokens ta’ makni għal-logħob tad-
divertiment;
(f) jippreskrivi l-ogħla u, jew l-inqas prezz li għandu
jitħallas biex tintlagħab logħba tad divertiment;
(g) jippreskrivi t-tip ta’ postijiet fejn tali makni għal-
logħob tad-divertiment ikunu jistgħu jinżammu, jiġu
operati jew użati u kull ħaġa oħra li jkollha x’taqsam
ma’ dawk il-postijiet u l-ogħla u, jew l-inqas għadd ta’
makni għal-logħba tad-divertiment li jistgħu
jinżammu, ikunu operati jew użati f’kull tali post; u 
(h) jagħmel kull provvediment ieħor li jkun jiżgura li l-
makni għal-logħob tad-divertiment ikunu operati minn
persuni idonei u li jinżamm kont kif dovut ta’ l-
attivitajiet ta’ dawk il persuni għar-rigward ta’ l-
operazzjoni ta’ makni għal-logħob tad-divertiment u li
LOTTERIJI U LOGĦOB IEĦOR ġ KAP. 438. 59
logħbiet tad-divertiment jintlagħbu b’mod ġust.
(6) Il-Ministru responsabbli għall-isport jista’ jagħmel
regolamenti għat-twettiq tad-disposizzjonijiet tat-Taqsima VIII u,
mingħajr preġudizzju għall-ġeneralità  ta’ dak hawn qabel imsemmi,
huwa jista’ b’dawk ir-regolamenti -
(a) jirregola l-ħruġ u r-revoka taċ-ċertifikati ta’
approvazzjoni imsemmija fl-artikoli 44 u 45 u kull
ħaġa oħra li għandha x’taqsam magħhom;
(b) jirregola t-tmexxija ta’ tiġrijiet ta’ żwiemel u tiġrijiet
ta’ klieb fuq korsi approvati għat-tiġrijiet u jirregola
kull klabb approvat tat-tiġrijiet u l-operazzjonijiet
relattivi;
(ċ) jirregola il-funzjonijiet tal-Bordijiet għall-Kontroll ta’
Korsi għat-Tiġrijiet, jikkonferixxi poteri fuq dawk il-
Bordijiet u jirregola it-twettiq ta’ dawk il-funzjonijiet
u poteri;
(d) jippreskrivi kull ħaġa li dwarha l-Bord għall-Kontroll
ta’ Korsi għat-Tiġrijiet jista’ jagħmel regoli u
regolamenti skond l-artikolu 46(3);
(e) jirregola kull ħlas li għandu jsir minn kull klabb tat-
tiġrijiet approvat kif inhu imsemmi fl-artikolu 46(3)(b)
u ħlasijiet oħra hekk kif huwa jista’ jqis li jkunu
meħtieġa jew mixtieqa;
(f) jirregola kull ħlas li għandu jsir minn membri tal-
pubbliku sabiex jidħlu f’korsi approvati għat-tiġrijiet
bil-għan li jattendu u jsegwu t-tiġrijiet ta’ żwiemel u,
jew tiġrijiet ta’ klieb; u
(g) jippreskrivi kull ħaġa li għandha tiġi preskritta taħt
kull disposizzjoni oħra tat-Taqsima VIII.
(7) Il-Ministru jista’ b’regolamenti jemenda l-Ewwel, it-Tieni,
it-Tielet, ir-Raba’, il-Ħames u s-Sitt Skedi u l-Ministru
responsabbli għall-isport jista’ b’regolamenti jemenda d-Disa’
Skeda.
(8) Kull regolament magħmul taħt dan l-Att jista’ jipprovdi
dwar kull ħaġa li tirrigwarda r-responsabbiltà  għall-osservanza ta’
dawk ir-regolamenti, u l-persuni li jistgħu jkunu responsabbli, jew
dwar kull ħaġa li tirrigwarda l-infurzar ta’ l-imsemmija
regolamenti, inkluż, imma mhux limitat għall-imposizzjoni ta’
multa li ma tkunx iżjed minn mitt elf lira dwar xi ksur ta’, jew
nuqqas ta’ tħaris tad-disposizzjonijiet ta’ dawk ir-regolamenti.
Notifika ta’ avviżi.
jkun, ikun meħtieġ jew awtorizzat li jiġi notifikat jew mogħti bi jew
taħt dan l-Att,  dan jista’ jkun notifikat jew mogħti f’xi wieħed
mill-modi li ġejjin:
(a) billi jingħata lill-persuna li għandu jiġi notifikat lilha
jew lil min għandu jingħata; jew
(b) billi jitħalla fil-post ta’ residenza tas-soltu jew dak l-
aħħar magħruf ta’ dik il-persuna jew, jekk dik il-
persuna tkun tat indirizz fejn tiġi notifikata f’dak l-
60 KAP. 438. ħ LOTTERIJI U LOGĦOB IEĦOR
indirizz; jew
(ċ) billi jibgħatu b’ittra reġistrata indirizzata lil dik il-
persuna fil-post ta’ residenza jew fl-indirizz fejn issir
in-notifika msemmi qabel; jew
(d) fil-każ ta’ korp ġuridiku jew ta’ xi korp ieħor ta’
persuni, billi jingħata lill-uffiċjal jew impjegat tiegħu
fl-uffiċċju reġistrat jew prinċipali, jew billi jintbagħat
bil-mezz ta’ posta reġistrata indirizzata lill-korp hawn
qabel imsemmi f’dak l-uffiċċju; jew
(e) f’każ fejn ma jkunx raġonevolment possibbli li ssir
notifika jew li jingħata avviż f’xi mod minn dawk
hawn qabel imsemmija sew lil kull jew lil xi persuna
waħda jew iżjed li lilhom għandha ssir in-notifika jew
jingħata l-avviż, billi d-dokument li għandu jiġi
notifikat jew mogħti jitwaħħal f’post fejn jidher sew
mal-bini li jkun jirrigwarda u jinżamm hekk imwaħħal
għal perjodu ta’ mhux inqas minn sebat ijiem tax-
xogħol u billi jiġi ppubblikat il-kontenut tiegħu fil-
Gazzetta.
Emendi, tħassir u 
riservi.
80. (1) B’seħħ mid-data* tad-dħul fis-seħħ ta’ dan is-
subartikolu, il-liġijiet hawn murija fl-Ewwel Kolonna tas-Seba’
Skeda għandu jkollhom effett bla ħsara għall-emendi murija fit-
Tieni Kolonna ta’ l-Iskeda msemmija.
Kap. 400.
(2) B’seħħ mid-data* tad-dħul fis-seħħ ta’ dan is-subartikolu,
il-liġijiet murija fl-Ewwel Kolonna tat-Tmien Skeda għandu
jkollhom effett bla ħsara għall-emendi murija fit-Tieni Kolonna ta’
l-Iskeda imsemmija u, b’seħħ minn dik id-data, il-Bord dwar il-
Logħob imwaqqaf bl-artikolu 5 ta’ l-Att dwar il-Logħob għandu
jkun xjolt.
(3) Dawn il-liġijiet li ġejjin huma b’dan imħassra:
Kap. 70. (a)# l-Ordinanza dwar il-Lottu Pubbliku;
Kap. 78. (b)+ l-Ordinanza dwar l-Imħatri f’Tiġrijiet;
Kap. 122. (ċ)¢ l-Att għat-Twaqqif tal-Kariga ta’ Direttur tal-Lottu
Pubbliku;
Kap. 131. (d) l-Att dwar il-Pools tal-Gvern Malti fuq il-Logħob;
Kap. 137. (e)**l-Att dwar il-Poteri u l-Funzjonijiet tad-Direttur tal-
Lottu Pubbliku;
Kap. 150. (f) l-Att dwar il-Lotteriji Lokali tal-Gvern;
Kap. 238. (g) l-Att dwar it-Tombla tal-Gvern;
Kap. 292. (h)##l-Att dwar il-Lotteriji tal-Gvern.
L.S.70.05
(4) Permess mogħti lil kumpannija reġistrata f’Malta biex
tagħmel sessjonijiet tat-tombla (kif imfissra fir-Regolamenti dwar
*2 ta’ Settembru, 2002 - ara l-Avviż Legali 240 ta’ l-2002.
#Dan il-paragrafu għadu mhux fis-seħħ.
+Dan il-paragrafu għadu mhux fis-seħħ.
¢Dan il-paragrafu għadu mhux fis-seħħ.
**Dan il-paragrafu għadu mhux fis-seħħ.
##Dan il-paragrafu għadu mhux fis-seħħ.
LOTTERIJI U LOGĦOB IEĦOR ġ KAP. 438. 61
it-Tombla (Bingo), hawn iżjed ’il quddiem f’dan is-subartikolu
imsemmija bħala "ir-regolamenti dwar it-tombla") ta’ xorta
kummerċjali f’sala tat-tombla (kif imfissra fir-regolamenti dwar it-
tombla) skond ir-regolamenti dwar it-tombla u li jkunu għadhom
fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ l-artikolu 38,  għandhom
ikomplu fis-seħħ wara dik id-data bħallikieku kienet liċenza ta’
sala tat-tombla mogħtija taħt dak l-artikolu 38, b’dawk il-modifiki,
adattazzjonijiet u limitazzjonijiet li jistgħu jiġu meħtieġa jew adatti
għal dak l-għan; u kull permess bħal dak hawn qabel imsemmi
għandu, b’seħħ mid-data hawn qabel imsemmija, jkun bla ħsara
għad-disposizzjonijiet ta’ l-imsemmi artikolu 38 u jkun ittrattat u
jsir minnu skond hekk.
Kap. 78.
(5) Ċertifikat ta’ approvazzjoni maħruġ mill-Ministru
responsabbli għall-Pulizija dwar korsa għat-tiġrijiet u art li tmiss
magħha skond l-artikolu 3 ta’ l-Ordinanza dwar Imħatri f’Tiġrijiet,
u li jkun għadu fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ l-artikolu 44,
għandu jkompli fis-seħħ wara dik id-data bħallikieku kien ċertifikat
ta’ approvazzjoni mogħti mill-Ministru responsabbli għall-isport
taħt dak l-artikolu 44, b’dawk il-modifiki, adattazzjonijiet u
limitazzjonijiet li jistgħu jiġu meħtieġa jew adatti għal dak l-għan;
u kull tali ċertifikat ta’ approvazzjoni kif hawn qabel imsemmi u d-
detentur tiegħu għandhom, b’seħħ mid-data msemmija qabel u bla
ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 44(1)(b),  ikunu bla ħsara
għad-disposizzjonijiet ta’ l-imsemmi artikolu 44 u jsir minnhom
skond hekk.
62 KAP. 438. ħ LOTTERIJI U LOGĦOB IEĦOR
L-EWWEL SKEDA
Artikolu 37
Logħbiet bla skop ta’ profitt
Applikazzjoni għal liċenza.
1. (1)  Applikazzjoni għal liċenza għal logħba bla skop ta’ profitt għandha ssir
minn jew għan-nom ta’ l-organizzazzjoni bla skop ta’ profitt li tkun bi ħsiebha
topera il-logħba bla skop ta’ profitt, fl-għamla u l-mod meħtieġ mill-Awtorità .
(2) Dik l-applikazzjoni għandu jkollha mill-anqas din l-informazzjoni li ġejja :
(a)  l-isem u indirizz ta’ l-applikant u l-indirizz f’Malta fejn jistgħu jiġu
notifikati d-dokumenti lill-applikant;
(b) it-tip tal-logħba bla skop ta’ profitt li l-applikant ikun irid li jopera, u
dawk il-partikolaritajiet li jirrigwardaw ir-regoli u regolamenti dwar il-
proċeduri biex tiġi operata u tintlagħab xi logħba bla skop ta’ profitt kif
l-Awtorità  tista’ teħtieġ jew kif jista’ jiġi preskritt b’regolamenti;
(ċ) id-dati u ħinijiet meta u l-postijiet minn fejn il-logħba bla skop ta’
profitt rilevanti tkun se tiġi operata u offruta lill-pubbliku u, skond ma
japplika, id-data jew dati, il-ħin jew ħinijiet u l-post jew postijiet għal
kull tlugħ tal-logħba bla skop ta’ profitt; u
(d) l-iskop li għalih ir-rikavat nett tal-logħba bla skop ta’ profitt rilevanti
jkun intiż.
(3) L-applikazzjoni għandu jkun fiha wkoll jew ikollha magħha kull
informazzjoni, dokument u partikolaritajiet oħra hekk kif l-Awtorità  tista’ teħtieġ
jew kif jista’ jiġi preskritt b’regolamenti.
(4) Applikazzjoni għal liċenza għal logħba bla skop ta’ profitt għandha ssir
dwar kull logħba bla skop ta’ profitt li organizzazzjoni bla skop ta’ profitt tkun trid
topera, għalkemm liċenza għal logħba bla skop ta’ profitt tista’ tingħata dwar logħba
bla skop ta’ profitt li għandha ssir fi ġranet differenti jew f’ħinijiet differenti jew
għal perjodu speċifikat.  Ħlief meta l-logħba li għandha tiġi operata taħt il-liċenza
għal logħba bla skop ta’ profitt tkun logħba tat-tombla, l-Awtorità  ma tistax tagħti
liċenza għal logħba bla skop ta’ profitt lill-istess organizzazzjoni bla skop ta’ profitt
għal iktar minn:
(a) tnax-il darba f’xi sena kalendarja; jew
(b) dak l-għadd ta’ drabi f’xi sena kalendarja li jassigura li l-valur fis-suq
kollu kemm hu tal-premjijiet kollha li jistgħu jintrebħu f’kull logħba bla
skop ta’ profitt operata minn dik l-organizzazzjoni bla skop ta’ profitt
taħt kull liċenza għal logħba bla skop ta’ profitt mogħtija lil dik l-
organizzazzjoni f’dik is-sena ma jkunx jeċċedi l-ammont ta’ għaxart
elef lira,
skond liema jkun l-inqas.
(5) Wara li tiġi ppreżentata applikazzjoni għal liċenza għal logħba bla skop ta’
profitt, l-Awtorità  għandu jkollha l-poter li teħtieġ l-applikant jipprovdi kull
informazzjoni b’żjieda ma’ dik mogħtija fl-applikazzjoni kif l-Awtorità  tista’ tqis
meħtieġ bil-għan li tiddeċiedi dik l-applikazzjoni.  
Għoti ta’ liċenza.
2. L-Awtorità  m’għandhiex toħroġ liċenza għal logħba bla skop ta’ profitt lil xi
persuna kemm-il darba dik il-persuna tkun organizzazzjoni bla skop ta’ profitt u l-
LOTTERIJI U LOGĦOB IEĦOR ġ KAP. 438. 63
Awtorità  tkun sodisfatta li:
(a) id-detentur ta’ liċenza propost ikun persuna idonea u adatta bil-għan li
jassigura, jew meta d-detentur ta’ liċenza propost ma jkunx individwu,
il-persuni li jeżerċitaw il-kontroll effettiv u l-ġestjoni ta’ l-affarijiet tad-
detentur ta’ liċenza propost jkunu adatti u idonei li jwettqu l-
funzjonijiet u d-dmirijiet tagħhom dwar id-detentur ta’ liċenza propost
b’dak il-mod li jkun jassigura, l-operazzjoni kif imiss tal-logħba bla
skop ta’ profitt rilevanti mid-detentur ta’ liċenza propost;
(b) id-detentur ta’ liċenza propost jkun se jħares f’kull rigward  id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u ta’ regolamenti magħmulin taħtu kif
dawn ikunu japplikaw għalih, u mal-pattijiet u l-kondizzjonijiet tal-
liċenza għal logħba bla skop ta’ profitt u  ma’ kull direttiva maħruġa
mill-Awtorità  skond dan l-Att jew regolamenti magħmulin taħtu u kif
dawn ikunu japplikaw għalih.
Forma ta’ liċenza.
3. (1) Il-liċenza għal logħba bla skop ta’ profitt tkun f’dik l-għamla kif l-
Awtorità  tista’ tistabbilixxi jew kif jista’ jiġi preskritt b’regolamenti. 
(2) L-għoti ta’ liċenza għal logħba bla skop ta’ profitt ma tnaqqasx mir-
responsabbiltà  tad-detentur ta’ liċenza milli jikseb xi liċenza, permess jew
awtorizzazzjoni oħra li jistgħu jkunu meħtieġa taħt kull liġi oħra.
Kondizzjonijiet tal-liċenza u varjazzjonijiet u revoki tagħhom.
4. (1) Fl-għoti ta’ liċenza għal logħba bla skop ta’ profitt, l-Awtorità  tista’
tassoġġettaha għal dawk il-kondizzjonijiet hekk kif tista’ tqis li jkun adatt,  u wara li
tkun tat tali liċenza l-Awtorità  tista’, minn żmien għal żmien, tvarja jew tirrevoka
kull kondizzjoni hekk imposta jew timponi kondizzjonijiet ġodda:
Iżda kull meta l-Awtorità  tikkonsidra li jkun adatt  li tibdel xi kondizzjoni
jew timponi xi kondizzjoni ġdida fil-liċenza għal logħba bla skop ta’ profitt, l-
Awtorità  għandha,  kemm-il darba dak it-tibdil jew impożizzjoni ta’ kondizzjoni
ġdida ma jkunx intalab mid-detentur ta’ liċenza nnifsu, tinforma lid-detentur ta’
liċenza b’avviż bil-miktub bl-intenzjoni li jkollha li tibdel dik il-kondizzjoni jew li
timponi dik il-kondizzjoni l-ġdida, fejn tgħid lid-detentur ta’ liċenza jgħid għaliex,
f’dak il-perjodu li ma jkunx ta’ inqas minn sebat ijiem wara l-ħruġ ta’ l-avviż li
jistgħu jiġu speċifikati fl-istess avviż, dik il-kondizzjoni m’għandhiex tiġi midbula
jew dik il-kondizzjoni ġdida m’għandhiex tiġi imposta, u l-Awtorità  għandha tqis
kull risposta mogħtija mid-detentur ta’ liċenza fil-perjodu speċifikat fl-avviż, qabel
ma tibdel il-kondizzjoni jew qabel ma timponi l-kondizzjoni l-ġdida.
(2) Il-kondizzjonijiet f’liċenza għal logħba bla skop ta’ profitt jistgħu jimponu
ħtiġiet li għandhom jitħarsu mid-detentur ta’ liċenza wara li l-liċenza tkun temmet
milli tibqa’ sseħħ.
(3) Liċenza għal logħba bla skop ta’ profitt tista’ timponi kondizzjonijiet li
jkunu jeħtieġu lid-detentur ta’ liċenza:
(a) li jikseb il-kunsens ta’ l-Awtorità  qabel ma jagħmel xi ħaġa speċifikata,
jew ta’ deskrizzjoni speċifikata, fil-liċenza; u 
(b) li jirriferixxi kull ħaġa speċifikata, jew ta’ deskrizzjoni speċifikata, fil-
liċenza lill-Awtorità  għall-approvazzjoni.
(4) Liċenza għal logħba bla skop ta’ profitt għandha tinkludi kondizzjoni li tkun
teħtieġ lid-detentur ta’ liċenza jħallas lill-Awtorità , f’kull waqt li jista’ jiġi preskritt
64 KAP. 438. ħ LOTTERIJI U LOGĦOB IEĦOR
b’regolamenti, dawk id-drittijiet, dazji, taxxi u, jew ammonti oħra li jistgħu jiġu
hekk preskritti, liema drittijiet, dazji, taxxi u, jew ammonti għandhom ikunu b’żjieda
ma’ dawk li d-detentur ta’ liċenza jista’ jkun meħtieġ iħallas taħt xi liġi li ma tkunx
dan l-Att.
(5) Meta l-logħba bla skop ta’ profitt li tkun is-suġġett tal-liċenza għal logħba
bla skop ta’ profitt ma tkunx logħba tat-tombla, il-liċenza għal logħba bla skop ta’
profitt għandha titqies li tinkludi kondizzjoni li:
(a) il-premju jew premjijiet li jistgħu jintrebħu f’dik il-logħba
m’għandhomx jikkonsistu fi flus jew ċekk jew dokument simili li jkun
jagħti dritt lid-detentur jibdlu fi flus;
(b) il-valur fis-suq aggregat tal-premjijiet kollha li jistgħu jintrebħu f’dik il-
logħba m’għandux jeċċedi l-ammont ta’ għaxart elef lira jew dak l-
ammont inqas li jista’ jkun meħtieġ biex jassigura li d-disposizzjonijiet
ta’ partita 1(4) ta’ din l-Iskeda jiġu mħarsa; u 
(ċ) l-ammont ta’ kull ġugata f’dik il-logħba m’għandux jeċċedi ħamsin
ċenteżmu.
(6) Meta l-logħba bla skop ta’ profitt li tkun is-suġġett tal-liċenza għal logħba
bla skop ta’ profitt tkun logħba tat-tombla, il-liċenza għal logħba bla skop ta’ profitt
għandha titqies li tinkludi kondizzjoni li:
(a) il-prezz għal kull ġog tat-tombla li jipparteċipa fil-logħba tat-tombla
rilevanti m’għandux jeċċedi tletin ċenteżmu, u meta dik il-logħba tat-
tombla tista’ tintlagħab minn kartella tat-tombla jew għadd ta’ kartelli
tat-tombla li ma jkunux jikkostitwixxu ġog tat-tombla sħiħ, il-prezz
għal kull waħda minn dawk il-kartelli tat-tombla m’għandux jeċċedi dak
il-proporzjon ta’ tletin ċenteżmu ekwivalenti għall-proporzjon li l-
għadd totali ta’ numri, simboli jew stampi li jkunu stampati jew
xort’oħra elettronikament rappreżentati fuq dik il-kartella tat-tombla
jkollhom għall-għadd totali ta’ numri, simboli jew stampi li
jipparteċipaw fil-logħba tat-tombla rilevanti u li jkunu stampati jew
xort’oħra elettronikament rappreżentati fuq ġog tat-tombla li
jipparteċipa f’dik il-logħba;
(b) mhux inqas minn sittin fil-mija ta’ l-ammont miġbur f’kull bejgħ ta’
ġogi tat-tombla u kartelli tat-tombla li jipparteċipaw fil-logħba tat-
tombla rilevanti għandhom jitqassmu fi premjijiet għar-rigward ta’ dik
il-logħba.
Bidliet fil-kontroll effettiv u tmexxija eċċ.
5. (1) (a) Jekk id-detentur ta’ liċenza għal logħba bla skop ta’ profitt ma
jkunx individwu, dak id-detentur ta’ liċenza għandu fi żmien ħamest ijiem ta’ kull
bidla fil-persuni li jeżerċitaw il-kontroll effettiv u l-ġestjoni ta’ l-affarijiet tad-
detentur ta’ liċenza jgħarraf l-Awtorità  b’dik il-bidla.  Id-detentur ta’ liċenza għandu
wkoll jgħarraf l-Awtorità  b’kull bidla materjali fl-informazzjoni u d-
dokumentazzjoni provduti mid-detentur ta’ liċenza skond partita 1(2), (3) u (5) ta’
din l-Iskeda jew skond kull disposizzjoni oħra ta’ dan l-Att jew regolamenti
magħmulin taħtu jew skond kondizzjonijiet marbutin mal-liċenza għal logħba bla
skop ta’ profitt, hekk kif isir jaf b’dawk il-bidliet.
(b) Meta minħabba f’xi bidla bħalma hemm imsemmi fil-paragrafu (a)
ta’ din is-sotto-partita, kemm jekk l-Awtorità  tkun ġiet mgħarrfa b’dik il-bidla skond
dak il-paragrafu (a) kemm jekk le, tinħoloq sitwazzjoni dwarha li, li kieku kienet
teżisti fil-waqt ta’ l-applikazzjoni għal-liċenza għal logħba bla skop ta’ profitt,
LOTTERIJI U LOGĦOB IEĦOR ġ KAP. 438. 65
kienet tiskwalifika lid-detentur ta’ liċenza milli jikseb liċenza skond partita 2 ta’ din
l-Iskeda, l-Awtorità  għandha b’avviż tgħarraf lid-detentur ta’ liċenza skond hekk, u
jekk is-sitwazzjoni ma tkunx ġiet rimedjata għas-sodisfazzjoni ta’ l-Awtorità  fi
żmien ħamest ijiem mill-avviż għaldaqshekk mill-Awtorità , l-Awtorità  għandha
tħassar tali liċenza mingħajr ma timxi skond id-disposizzjonijiet tal-partita 8 ta’ dan
l-Iskeda:
Iżda l-Awtorità  m’għandhiex toħroġ avviż kif hawn qabel imsemmi iktar
tard minn xahar wara li tkun ġiet mgħarrfa  mid-detentur ta’ liċenza bil-bidla skond
il-paragrafu (a) ta’ din is-sotto-partita.
(2) Nuqqas mid-detentur ta’ liċenza li jħares id-disposizzjonijiet ta’ sub-partita
(1) ta’ din il-partita jikkostitwixxi reat kontra dan l-Att.
Assenjament jew ċessjoni ta’ liċenza.
6. (1) Liċenza għal logħba bla skop ta’ profitt ma tistax tiġi assenjata jew
trasferita mid-detentur ta’ liċenza għal logħba bla skop ta’ profitt għal kull persuna
oħra.
(2) Id-detentur ta’ liċenza għal logħba bla skop ta’ profitt ma jistax iċedi l-
liċenza għal logħba bla skop ta’ profitt matul iż-żmien ta’ liċenza mingħajr l-
approvazzjoni bil-quddiem u bil-miktub ta’ l-Awtorità , u jekk dik l-approvazzjoni
tingħata, il-liċenza tista’ għaldaqshekk tiġi ċeduta biss bla ħsara għal dawk il-
pattijiet u l-kondizzjonijiet li jistgħu jiġu speċifikati mill-Awtorità  fl-approvazzjoni
tagħha.
(3) Jekk liċenza għal logħba bla skop ta’ profitt tkun assenjata jew trasferita
mid-detentur ta’ liċenza għal logħba bla skop ta’ profitt lil xi persuna oħra:
(a) tali liċenza tkun ikkunsidrata nulla u bla effett; u 
(b) l-Awtorità  tista’ toħroġ direttiva lil dak id-detentur ta’ liċenza biex
jagħmel jew iżomm milli jagħmel xi att li l-Awtorità  tista’ tqis adatt fiċ-
ċirkostanzi, u dak id-detentur ta’ liċenza għandu jħares kull tali
direttiva, u jekk jonqos milli jagħmel dan ikun ħati ta’ reat kontra dan l-
Att.
(4) Detentur ta’ liċenza għal logħba bla skop ta’ profitt li jaġixxi bi ksur tad-
disposizzjonijiet ta’ din il-partita 6 ikun ħati ta’ reat kontra dan l-Att.
Raġunijiet għat-tħassir jew sospensjoni ta’ liċenza.
7. L-Awtorità  tista’ tordna t-tħassir jew is-sospensjoni ta’ liċenza għal logħba
bla skop ta’ profitt għal xi waħda minn dawn ir-raġunijiet:
(a) id-detentur ta’ liċenza, jew persuni li jeżerċitaw il-kontroll effettiv u l-
ġestjoni ta’ l-affarijiet tad-detentur ta’ liċenza, ikunu ħatja ta’ xi reat
kontra dan l-Att,  jew ta’ serq, li jkunu laqgħu għandhom proprjetà
misruqa, frodi jew xi delitt li jolqot il-fiduċja pubblika;
(b) id-detentur ta’ liċenza jikser xi disposizzjoni ta’ dan l-Att jew
regolamenti magħmulin taħtu kif dawn ikunu japplikaw għalih, jew
jikser xi kondizzjoni fil-liċenza għal logħba bla skop ta’ profitt jew xi
direttiva maħruġa mill-Awtorità  skond dan l-Att jew regolamenti
magħmulin taħtu u kif dawn ikunu japplikaw għalih;
(ċ) id-detentur ta’ liċenza xjentement jew b’mod traskurat jipprovdi lill-
Awtorità  informazzjoni materjali li tkun falza jew qarrieqa;
(d) id-detentur ta’ liċenza jonqos milli jwettaq l-obbligi finanzjarji li jkollu
meta dawn isiru dovuti u jkollhom jitħallsu;
66 KAP. 438. ħ LOTTERIJI U LOGĦOB IEĦOR
(e)  l-iskop maħsub tar-rikavat nett tal-logħba bla skop ta’ profitt rilevanti
li dwaru tkun ġiet mogħtija l-liċenza, ma jkunx għadu jeżisti;
(f) ikun qiegħed isir stralċ tad-detentur ta’ liċenza; jew
(g) l-Awtorità  tkun raġonevolment sodisfatta li d-detentur ta’ liċenza ma
jkunx, jew ma jkunx għadu aktar, persuna idonea biex ikollha l-liċenza
għal logħba bla skop ta’ profitt, jew inkella raġonevolment tqis li jkun
meħtieġ fl-interess nazzjonali li tħassar jew tissospendi l-liċenza għal
logħba bla skop ta’ profitt.
Proċeduri għat-tħassir jew sospensjoni tal-liċenza.
8. (1) Meta jkun hemm xi raġuni għat-tħassir jew sospensjoni ta’ liċenza għal
logħba bla skop ta’ profitt taħt partita 7 ta’ din l-Iskeda, l-Awtorità  għandha, b’avviż
bil-miktub, titlob lid-detentur ta’ liċenza, u tista’ titlob persuna oħra li fil-fehma
tagħha jkollha interess fil-liċenza, tgħid għaliex, f’dak il-perjodu li ma jkunx ta’
inqas minn ħamest ijiem wara l-ħruġ ta’ l-avviż kif speċifikat fl-istess avviż, il-
liċenza m’għandhiex tiġi mħassra jew sospiża minħabba f’dik ir-raġuni bħalma
hemm dikjarat fl-avviż.
(2) L-Awtorità  għandha tagħti każ ta’ kull risposta li ssir taħt sub-partita (1) ta’
din il-partita hekk li:
(a) meta l-ħaġa tkun ġiet solvuta għas-sodisfazzjon tagħha, m’għandha
tieħu ebda azzjoni ulterjuri, u għandha tgħarraf lid-detentur ta’ liċenza
bil-miktub skond hekk;
(b) meta, għalkemm il-ħaġa ma tkunx ġiet solvuta għas-sodisfazzjon
tagħha, tqis li ma tkunx meħtieġa azzjoni ulterjuri, hija għandha
tammonixxi lid-detentur ta’ liċenza bil-miktub; jew
(ċ) meta l-ħaġa ma tkunx ġiet solvuta għas-sodisfazzjon tagħha u tkun
sodisfatta li tkun teħtieġ azzjoni ulterjuri, tista’ -
(i) b’avviż bil-miktub tagħti dawk id-direttivi lid-detentur ta’ liċenza
bħalma tqis li jkunu adatti; jew
(ii) tissospendi l-liċenza għal dak il-perjodu li tkun tqis adatt, jew
tħassar tali liċenza.
(3) Meta direttiva mogħtija mill-Awtorità  taħt sub-partita (2)(ċ)(i) ta’ din l-
Iskeda ma tiġix imħarsa fiż-żmien speċifikat fl-avviż, l-Awtorità  għandha tħassar il-
liċenza.
Logħbiet bla skop ta’ profitt m’għandhomx isiru f’sala għal-logħob tat-tombla.
9. Detentur ta’ liċenza għal logħba bla skop ta’ profitt ma jistax jagħmel
logħba bla skop ta’ profitt f’sala għal-logħob tat-tombla, u n-nuqqas minn detentur
ta’ liċenza għal logħba bla skop ta’ profitt jew minn detentur ta’ liċenza għal sala
għal-logħob tat-tombla li jħares din il-partita 9 jikkostitwixxi reat kontra dan l-Att.
Rikavat nett ta’ logħba bla skop ta’ profitt għandhom jiġu biss applikati għal fini
dikjarat.
10. Detentur ta’ liċenza għal logħba bla skop ta’ profitt li, mingħajr l-
approvazzjoni bil-quddiem ta’ l-Awtorità , japplika r-rikavat nett tal-logħba bla skop
ta’ profitt li dwaru l-liċenza għal logħba bla skop ta’ profitt tkun ġiet mogħtija għal
xi għan li ma jkunx dak indikat fl-applikazzjoni għal-liċenza, ikun ħati ta’ reat
kontra dan l-Att.
LOTTERIJI U LOGĦOB IEĦOR ġ KAP. 438. 67
IT-TIENI SKEDA
Artikolu 38
Logħbiet tat-tombla kummerċjali fi swali għal-logħob tat-tombla
Għal kemm iddum u tiġdid ta’ liċenza.
1. (1) Liċenza annwali ta’ sala għal-logħob tat-tombla tinħareġ għal żmien
effettiv ta’ sena.
(2) Liċenza staġjonali ta’ sala għal-logħob tat-tombla tinħareġ għal żmien
effettiv ta’ sitt xhur.
(3) Kemm-il darba ma tkunx ġiet qabel imħassra, liċenza annwali ta’ sala għal-
logħob tat-tombla tista’ tiġġedded mill-Awtorità  għal perjodi oħra ta’ sena kull
wieħed, u liċenza staġjonali ta’ sala għal-logħob tat-tombla tista’ tiġġedded mill-
Awtorità  għal perjodi oħra ta’ sitt xhur kull wieħed.
(4) Kull tali tiġdid bħalma hemm imsemmi fis-sub-partita (3) ta’ din l-Iskeda
huwa bla ħsara għat-tħaris mid-detentur ta’ liċenza għal sala għal-logħob tat-tombla,
matul iż-żmien tal-liċenza oriġinali jew imġedded minnufih preċedenti,  tad-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u ta’ regolamenti magħmulin taħtu, u  tal-pattijiet u l-
kondizzjonijiet tal-liċenza u  ta’ kull direttiva maħruġa mill-Awtorità  skond dan l-
Att jew regolamenti magħmulin taħtu u kif dawn ikunu japplikaw lil dak id-detentur
ta’ liċenza, u bla ħsara għall-aċċettazzjoni mill-Awtorità  ta’ l-applikazzjoni bil-
miktub għal dak it-tiġdid magħmula mid-detentur ta’ liċenza lill-Awtorità  sa dik id-
data qabel l-iskadenza taż-żmien tal-liċenza minnufih preċedenti oriġinali jew
imġedded kif l-Awtorità  tkun speċifikat fil-liċenza, u li jkun fiha dik l-informazzjoni
kif l-Awtorità  tkun speċifikat hemm fiha stess bħala meħtieġa jew spedjenti biex
tkun tista’ tistabbilixxi jekk għandhiex iġġedded dik il-liċenza.
(5) Wara li tiġi ppreżentata applikazzjoni għat-tiġdid ta’ liċenza ta’ sala għal-
logħob tat-tombla, l-Awtorità  tista’ teħtieġ lill-applikant jipprovdi kull
informazzjoni, b’żjieda ma’ dik provduta flimkien ma’ l-applikazzjoni, kif jista’
jitqies meħtieġ bil-għan li tiddeċiedi dwar dik l-applikazzjoni.
Applikazzjoni għal liċenza.
2. (1) Applikazzjoni għal liċenza ta’ sala għal-logħob tat-tombla għandha ssir
minn, jew għan-nom tal-kumpannija reġistrata f’Malta li tkun bi ħsiebha topera
logħob tat-tombla kummerċjali f’sala għal-logħob tat-tombla, fl-għamla u l-mod
meħtieġa mill-Awtorità .
(2) Dik l-applikazzjoni għandu jkollha mill-anqas din l-informazzjoni li ġejja:-
(a) l-isem, l-uffiċċju reġistrat u n-numru ta’ reġistrazzjoni tal-kumpannija
applikanti u l-indirizz f’Malta għan-notifika ta’ dokumenti lill-
kumpannija applikanti;
(b) deskrizzjoni tal-lokazzjoni, firxa u speċifikazzjonijiet tal-fond li dwaru
ssir l-applikazzjoni;
(ċ) id-dati jew ġranet tal-ġimgħa, u s-sessjonijiet tat-tombla jew il-ħinijiet
matul dawk id-dati jew ġranet, li fihom u matulhom jistgħu jsiru
logħbiet tat-tombla kummerċjali; u 
(d) ir-regoli u regolamenti dwar il-proċeduri biex tiġi operata u tintlagħab
il-logħba tat-tombla kummerċjali, il-kombinazzjonijiet li jġibu rebħ, l-
elementi tal-logħba tat-tombla, il-proċeduri proposti għall-istampar,
akkwist, tqassim, użu u bejgħ ta’ kartelli tat-tombla u ġogijiet tat-
68 KAP. 438. ħ LOTTERIJI U LOGĦOB IEĦOR
tombla, l-għadd, tip u speċifikazzjonijiet ta’ apparat għal-logħbiet biex
jintużaw biex titħaddem u tintlagħab il-logħba, il-prezz tal-bejgħ ta’
kartelli tat-tombla u ġogijiet tat-tombla li jkun qed jiġi propost li jiġi
applikat, il-premjijiet proposti, il-proċeduri proposti għall-ħlas u t-
tqassim ta’ premjijiet, il-proċeduri proposti dwar ħlasijiet lura li jsiru lil
ġugaturi, il-proċeduri proposti għaż-żamma ta’ reġistri fejn jiġu
reġistrati l-logħbiet it-tombola li jsiru u l-miżuri proposti biex jiġu
assigurati l-operazzjoni u l-għemil regolari tal-logħba tat-tombla.
(3) Dik l-applikazzjoni għandu jkun fiha jew ikollha mehmuż magħha:
(a) kopja taċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni u tal-memorandum u l-artikoli ta’
assoċjazzjoni tal-kumpannija applikanti;
(b) pjanta tal-fond li dwaru ssir l-applikazzjoni;
(ċ) ċertifikat li jkun jindika s-sigurezza tal-fond kontra l-ħruq u aċċidenti
oħra; u 
(d) kull informazzjoni, dokument u partikolaritajiet oħra hekk kif l-
Awtorità  tista’ teħtieġ jew kif jista’ jiġi preskritt b’regolamenti.
(4) Wara li tiġi ppreżentata applikazzjoni għal liċenza ta’ sala għal-logħob tat-
tombla, l-Awtorità  għandu jkollha l-poter li teħtieġ lill-applikant jipprovdi kull
informazzjoni b’żjieda ma’ dik provduta flimkien ma’ l-applikazzjoni skond ma tqis
li jkun meħtieġ bil-għan li tiddeċiedi dwar dik l-applikazzjoni.  
Ħruġ ta’ liċenza. 
3. L-Awtorità  m’għandha toħroġ liċenza ta’ sala għal-logħob tat-tombla lil
ebda persuna kemm-il darba dik il-persuna ma tkunx kumpannija reġistrata f’Malta u
l-Awtorità  tkun sodisfatta li:
(a) l-kapital azzjonarju votanti tal-kumpannija jkun direttament jew
indirettament il-proprjetà  ta’ xi persuna jew persuni li jkunu adatti u
idonei biex jibbenefikaw mit-tħaddim mill-kumpannija ta’ logħbiet tat-
tombla kummerċjali u li jeżerċitaw d-drittijiet li jkollhom bħala membri
hekk li jkunu jassiguraw l-operazzjoni mill-kumpannija kif imiss ta’
logħbiet tat-tombla kummerċjali;
(b) id-direttur jew diretturi tal-kumpannija jkunu adatti u idonei biex
jimmaniġġaw il-kumpannija u jeżerċitaw il-funzjonijiet u d-dmirijiet
tagħhom bħala diretturi hekk li jkunu jassiguraw l-operazzjoni mill-
kumpannija kif imiss ta’ logħbiet tat-tombla kummerċjali;
(ċ) il-kumpannija jkollha l-mezzi finanzjarji u tekniċi u l-kapaċità  meħtieġa
biex topera logħbiet tat-tombla kummerċjali kif imiss u twettaq l-
obbligazzjonijiet kollha taħt dan l-Att;
(d) il-kumpannija għandha, qabel ma tibda tagħmel xi operazzjonijiet,
toħroġ u wara dik id-data iżżomm, il-garanzija bankarja imsemmija fil-
partita 6 ta’ din l-Iskeda kif provdut u skond dik il-partita 6; u
(e) il-kumpannija tkun se tħares f’kull rigward  id-disposizzjonijiet ta’ dan
l-Att u ta’ regolamenti magħmulin taħtu kif dawn ikunu japplikaw
għaliha, u  l-pattijiet u l-kondizzjonijiet tal-liċenza u kull direttiva
maħruġa mill-Awtorità  skond dan l-Att jew regolamenti magħmulin
taħtu u kif dawn ikunu japplikaw għaliha.
Forma ta’ liċenza.
4. (1) Il-liċenza ta’ sala għal-logħob tat-tombla tkun f’dik l-għamla hekk kif l-
LOTTERIJI U LOGĦOB IEĦOR ġ KAP. 438. 69
Awtorità  tista’ tistabbilixxi jew kif jista’ jiġi preskritt b’regolamenti.
(2) L-għoti ta’ liċenza ta’ sala għal-logħob tat-tombla ma tnaqqasx mir-
responsabbiltà  tad-detentur ta’ liċenza milli jikseb xi liċenza oħra, permess jew
awtorizzazzjoni li jistgħu jkunu meħtieġa taħt kull liġi oħra.
Kondizzjonijiet tal-liċenza u varjazzjonijiet jew revoki tagħha.
5. (1) Fl-għoti ta’ liċenza ta’ sala għal-logħob tat-tombla l-Awtorità  tista’
tassoġġettaha għal dawk il-kondizzjonijiet hekk kif tista’ tqis li jkunu adatti,  inklużi
kondizzjonijiet li jirrigwardaw il-manutenzjoni ta’ sistema ta’ kontroll ċentralizzata
tal-logħba tat-tombla, u wara li tkun tat tali liċenza l-Awtorità  tista’, minn żmien
għal żmien, tvarja jew tirrevoka kull kondizzjoni hekk imposta jew timponi
kondizzjonijiet ġodda:
Iżda kull meta l-Awtorità  tikkonsidra li jkun adatt  li tibdel xi kondizzjoni
jew timponi xi kondizzjoni ġdida f’liċenza ta’ sala għal-logħob tat-tombla, l-
Awtorità  għandha, kemm-il darba dak it-tibdil jew dik l-impożizzjoni ta’
kondizzjoni ġdida ma tkunx ġiet mitluba mid-detentur tal-liċenza nnifsu, tgħarraf
lid-detentur ta’ liċenza b’avviż bil-miktub bl-intenzjoni li jkollha li tibdel dik il-
kondizzjoni jew li timponi dik il-kondizzjoni l-ġdida, u tinterpella malli dan lid-
detentur ta’ liċenza jgħid għaliex, f’dak il-perjodu li ma jkunx inqas minn wieħed u
għoxrin jum wara l-ħruġ ta’ l-avviż li jista’ jiġi speċifikat fl-istess avviż, dik il-
kondizzjoni m’għandhiex tiġi midbula jew dik il-kondizzjoni ġdida m’għandhiex tiġi
imposta, u l-Awtorità  għandha tqis kull risposta mogħtija mid-detentur ta’ liċenza
fil-perjodu speċifikat fl-avviż qabel ma tibdel il-kondizzjoni jew qabel ma timponi l-
kondizzjoni l-ġdida.
(2) Kondizzjonijiet f’liċenza ta’ sala għal-logħob tat-tombla jistgħu jimponu l-
ħtiġiet li għandhom jitħarsu mid-detentur ta’ liċenza wara li l-liċenza tkun temmet
milli tibqa’ sseħħ.
(3) Liċenza ta’ sala għal-logħob tat-tombla tista’ timponi kondizzjonijiet li
jkunu jeħtieġu lid-detentur ta’ liċenza:
(a) li jikseb il-kunsens ta’ l-Awtorità  qabel ma jagħmel xi ħaġa speċifikata,
jew ta’ deskrizzjoni speċifikata, fil-liċenza; u 
(b) li jirriferixxi kull ħaġa speċifikata, jew ta’ deskrizzjoni speċifikata, fil-
liċenza lill-Awtorità  għall-approvazzjoni tagħha.
(4) Liċenza ta’ sala għal-logħob tat-tombla għandha titqies li tkun tinkludi
kondizzjoni li tkun teħtieġ lid-detentur ta’ liċenza li jikseb il-kunsens ta’ l-Awtorità
qabel ma jidħol f’xi xorta ta’ ftehim  ma’ persuna, li ma tkunx impjegat tad-detentur
ta’ liċenza, għall-operat ta’ logħbiet tat-tombla kummerċjali ġewwa s-sala għal-
logħob tat-tombla li dwarha tkun ġiet mogħtija l-liċenza ta’ sala għal-logħob tat-
tombla lil dak id-detentur ta’ liċenza.
(5) Liċenza ta’ sala għal-logħob tat-tombla għandha tinkludi kondizzjoni li
tkunu teħtieġ lid-detentur ta’ liċenza jħallas lill-Awtorità , f’kull waqt li jista’ jiġi
preskritt b’regolamenti, dawk id-drittijiet, dazji, taxxi u, jew ammonti oħra li jistgħu
jiġu hekk preskritti, liema drittijiet, dazji, taxxi u, jew ammonti għandhom ikunu
b’żjieda ma’ dawk li d-detentur ta’ liċenza jista’ jkun meħtieġ li jħallas taħt xi liġi li
ma tkunx dan l-Att.
Ħtieġa ta’ garanzija bankarja.
6. (1) Liċenza ta’ sala għal-logħob tat-tombla għandha tinkludi kondizzjoni li
tkun teħtieġ lid-detentur ta’ liċenza li jagħmel, qabel il-bidu ta’ operazzjonijiet,
garanzija bankarja, li tinħariġlu minn bank jew minn istituzzjoni finanzjarja jew ta’
70 KAP. 438. ħ LOTTERIJI U LOGĦOB IEĦOR
kreditu aċċettabbli għall-Awtorità , favur l-Awtorità  u f’isimha proprju u għan-nom
tal-Gvern, sa l-ammont ta’ għaxart elef lira, sabiex jiġi assigurat: 
(a) il-ħlas u t-tqassim ta’ premjijiet mid-detentur ta’ liċenza lir-rebbieħa ta’
logħbiet tat-tombla kummerċjali operati taħt il-liċenza;
(b) il-ħlas ta’ drittijiet, taxxi, dazji jew ammonti oħra li jitħallsu mid-
detentur ta’ liċenza lill-Awtorità  skond partita 5(5) ta’ din l-Iskeda;
(ċ) il-ħlas mid-detentur ta’ liċenza ta’ kull multa jew ammenda jew penali
amministrattiva imposta fuqha taħt Taqsima XII ta’ dan l-Att jew taħt
regolamenti magħmulin taħt dan l-Att.
(2) Il-garanzija bankarja għandha tkun tista’ tissarraf mill-Awtorità  hekk kif din
titlob li jsir dan, u m’għandux ikun id-dmir tal-bank, istituzzjoni ta’ kreditu jew
finanzjarja relattivi li jkunu ħarġu l-garanzija bankarja li jivverifikaw jekk dik it-
talba tkunx waħda ġustifikata jew le.
(3) Il-garanzija bankarja għandha tibqa’ valida sakemm tgħaddi sena mill-
iskadenza tal-liċenza jew sa dak iż-żmien li l-Awtorità  tqis xieraq u tavża lid-
detentur ta’ liċenza bil-miktub li dik il-garanzija bankarja ma tkunx għadha
meħtieġa, skond liema jiġi l-ewwel.
(4) Il-garanzija bankarja għandha tkun bla ħsara għal dawk il-pattijiet u l-
kondizzjonijiet l-oħra li jistgħu jiġu speċifikati fil-liċenza jew kif jista’ jiġi preskritt
b’regolamenti magħmulin taħt dan l-Att.
Bidliet fil-proprjetà  u tmexxija eċċ.
7. (1) (a) Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet ta’ partita 8 ta’ din l-
Iskeda, jkun id-dmir tad-detentur ta’ liċenza għal sala għal-logħob tat-tombla u tad-
diretturi tagħha, li jgħarrfu lill-Awtorità  b’kull bidla fil-kapital azzjonarju votanti
tad-detentur ta’ liċenza, jew fil-proprjetà  diretta jew indiretta tiegħu, jew b’kull bidla
fit-tmexxija jew fil-Bord tad-Diretturi tad-detentur ta’ liċenza, fi żmien ħamest ijiem
minn dik il-bidla.  Ikun ukoll id-dmir tad-detentur ta’ liċenza u tad-diretturi li
jgħarrfu lill-Awtorità  b’kull bidla materjali fl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni
provduti mid-detentur ta’ liċenza skond partita 2(2), (3) u (4) ta’ din l-Iskeda jew
skond kull disposizzjoni oħra ta’ dan l-Att jew regolamenti magħmulin taħtu jew
skond kondizzjonijiet marbutin mal-liċenza ta’ sala għal-logħob tat-tombla, hekk kif
dawn isiru jafu b’dawk il-bidliet.
(b) Meta minħabba f’xi bidla bħalma hemm imsemmi fil-paragrafu (a)
ta’ din is-sotto-partita, kemm jekk l-Awtorità  tkun ġiet mgħarrfa b’dik il-bidla skond
dak il-paragrafu (a) kemm jekk le, tinħoloq sitwazzjoni dwarha li, li kieku kienet
teżisti fil-waqt ta’ l-applikazzjoni għal-liċenza ta’ sala għal-logħob tat-tombla,
kienet tiskwalifika lid-detentur ta’ liċenza milli jikseb liċenza skond partita 3 ta’ din
l-Iskeda, l-Awtorità  għandha b’avviż tgħarraf lid-detentur ta’ liċenza skond hekk, u
jekk is-sitwazzjoni ma tkunx ġiet rimedjata għas-sodisfazzjon ta’ l-Awtorità  fi żmien
xahar kalendarju mill-avviż għaldaqstant mogħti mill-Awtorità , l-Awtorità  għandha
tħassar tali liċenza mingħajr ma timxi skond id-disposizzjonijiet tal-partita 10 ta’ din
l-Iskeda:
Iżda l-Awtorità  m’għandhiex toħroġ avviż kif hawn qabel imsemmi iktar
tard minn tliet xhur kalendarji wara li tkun ġiet mgħarrfa  mid-detentur ta’ liċenza
jew mid-diretturi bil-bidla skond il-paragrafu (a) ta’ din is-sotto-partita.
(2) Nuqqas mid-detentur ta’ liċenza jew id-diretturi tiegħu li jħarsu d-
disposizzjonijiet ta’ sub-partita (1)(a) ta’ din il-partita jikkostitwixxi reat kontra dan
l-Att.
LOTTERIJI U LOGĦOB IEĦOR ġ KAP. 438. 71
Assenjament jew ċessjoni ta’ liċenza u trasferiment ta’ interessi ta’ kontroll.
8. (1) Ikun id-dmir ta’ detentur ta’ liċenza għal sala għal-logħob tat-tombla li
jikseb l-approvazzjoni bil-quddiem bil-miktub ta’ l-Awtorità  qabel ma jagħmel xi
azzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi (a) sa (f) ta’ sub-partita (2) ta’ din il-partita 8, u
jekk tingħata dik l-approvazzjoni, d-detentur ta’ liċenza jista’ allura jagħmel biss
dawk l-azzjonijiet imsemmija bla ħsara għal dawk il-pattijiet u l-kondizzjonijiet li
jistgħu jiġu speċifikati mill-Awtorità  fl-approvazzjoni tagħha.  Detentur ta’ liċenza
għal sala għal-logħob tat-tombla li jaġixxi bi ksur tad-disposizzjonijiet ta’ din is-
sub-partita (1) ikun ħati ta’ reat kontra dan l-Att.  Ikun id-dmir tad-diretturi kollha
tad-detentur ta’ liċenza li jgħarrfu lill-Awtorità  minnufih malli jsiru jafu li d-
detentur ta’ liċenza jkun bi ħsiebu jagħmel xi waħda mill-azzjonijiet imsemmija, u
fin-nuqqas ikunu ħatja ta’ reat kontra dan l-Att.
(2) L-azzjonijiet imsemmija fis-sub-partita (1) ta’ din il-partita 8 huma:
(a) it-trasferiment jew assenjament tal-liċenza ta’ sala għal-logħob tat-
tombla mid-detentur ta’ liċenza għal sala għal-logħob tat-tombla lil xi
persuna oħra;
(b) il-bejgħ jew xi tneħħija oħra mid-detentur ta’ liċenza għal sala għal-
logħob tat-tombla tal-kummerċ tiegħu kollu kemm hu jew f’parti
minnu;
(ċ) l-għaqda li ssir mid-detentur ta’ liċenza għal sala għal-logħob tat-
tombla  ma’ xi kumpannija oħra;
(d) jekk id-detentur ta’ liċenza għal sala għal-logħob tat-tombla jħarrab xi
rikostruzzjoni, qasma jew konverżjoni ta’ l-istatus tiegħu minn
kumpannija għal kull għamla oħra ta’ soċjetà  kummerċjali;
(e) it-tnaqqis tal-kapital azzjonarju nominali jew maħruġ tad-detentur ta’
liċenza għal sala għal-logħob tat-tombla jew iż-żjieda jew it-tnaqqis tal-
kapital azzjonarju votanti tiegħu jew xi bidla materjali fil-jeddijiet
għall-vot f’dak id-detentur ta’ liċenza; jew
(f) iċ-ċessjoni tal-liċenza ta’ sala għal-logħob tat-tombla mid-detentur ta’
liċenza għal sala għal-logħob tat-tombla matul iż-żmien ta’ liċenza.
(3) Ikun id-dmir ta’ kull min iżomm jew ikollu interess ta’ kontroll f’dententur
ta’ liċenza għal sala għal-logħob tat-tombla li jikseb l-approvazzjoni bil-miktub bil-
quddiem ta’ l-Awtorità  qabel ma jittrasferixxi dak l-interess ta’ kontroll lil xi
persuna oħra, jew xi parti minnu li kieku jġegħluh itemm milli jibqa’ jżomm jew
ikollu interess ta’ kontroll fid-detentur ta’ liċenza jew li kieku jġiegħlu lir-riċevent li
jakkwista interess ta’ kontroll fid-detentur ta’ liċenza, u jekk tingħata dik l-
approvazzjoni, dik il-persuna tista’ mbagħad tittrasferixxi dak l-interess ta’ kontroll
jew parti minnu kif hawn qabel imsemmi biss kif suġġett għal dawk il-pattijiet u l-
kondizzjonijiet li jistgħu jiġu speċifikati mill-Awtorità  fl-approvazzjoni tagħha.
Persuna li taġixxi bi ksur tad-disposizzjonijiet ta’ din is-sub-partita (3) tkun ħatja ta’
reat kontra dan l-Att. Ikun id-dmir tad-detentur ta’ liċenza għal sala għal-logħob tat-
tombla u tad-diretturi kollha tiegħu li jgħarrfu lill-Awtorità  minnufih hekk kif isiru
jafu li xi persuna li żżomm jew li jkollha interess ta’ kontroll fid-detentur ta’ liċenza
tkun bi ħsiebha tittrasferixxi dak l-interess ta’ kontroll jew parti minnu kif hawn
qabel imsemmi lil xi persuna oħra, u fin-nuqqas ikunu ħatja ta’ reat kontra dan l-Att.
Għall-fini ta’ din is-sub-partita (3) u ta’ kull disposizzjoni oħra ta’ din l-
Iskeda li tagħmel referenza għal din is-sub-partita (3), "interess ta’ kontroll
f’detentur ta’ liċenza għal sala għal-logħob tat-tombla" tfisser parteċipazzjoni diretta
f’detentur ta’ liċenza għal sala għal-logħob tat-tombla li tkun tirrappreżenta mill-
inqas għoxrin fil-mija tal-kapital ta’ ishma votanti maħruġ minn dak id-detentur ta’
72 KAP. 438. ħ LOTTERIJI U LOGĦOB IEĦOR
liċenza.
(4) Jekk detentur ta’ liċenza għal sala għal-logħob tat-tombla jieħu xi waħda
mill-azzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi (a) sa (e) tas-sub-partita (2) ta’ din il-partita 8,
jew jekk persuna msemmija fis-sub-partita (3) ta’ din il-partita 8 jagħmel
trasferiment ta’ interess ta’ kontroll fid-detentur ta’ liċenza jew parti minnu kif
imsemmi fl-imsemmija sub partita (3) lil xi persuna oħra, mingħajr l-approvazzjoni
bil-miktub u bil-quddiem ta’ l-Awtorità , jew bi ksur ta’ xi pattijiet u kondizzjonijiet
speċifikati mill-Awtorità  f’tali approvazzjoni, l-Awtorità  tista’, mingħajr
preġudizzju għas-setgħat li għandha taħt il-partiti 9 u 10 ta’ din l-Iskeda:
(a) toħroġ direttiva fejn tiddikjara tali azzjoni jew trasferiment bħala
wieħed null u bla ebda effett, liema direttiva għandha tkun effettiva
kontra kull min ikun involut f’dik l-azzjoni jew trasferiment minkejja d-
disposizzjonijiet ta’ kull liġi oħra; u, jew
(b) toħroġ direttiva lil dak id-detentur ta’ liċenza jew, skond il-każ, lil dik
il-persuna biex jagħmlu jew jiddeżistu milli jagħmlu xi att li l-Awtorità
tista’ tqis li jkun adatt fiċ-ċirkostanzi,
u dak id-detentur ta’ liċenza jew, skond il-każ, dik il-persuna għandhom
jikkonformaw ruħhom ma’ kull direttiva bħal dik lilhom maħruġa mill-Awtorità
skond il-paragrafu (b) ta’ din is-sub-partita (4), u fin-nuqqas ikunu ħatja ta’ reat
kontra dan l-Att.
Raġunijiet għat-tħassir jew sospensjoni ta’ liċenza.
9. L-Awtorità  tista’ tordna t-tħassir jew is-sospensjoni ta’ liċenza ta’ sala għal-
logħob tat-tombla għal xi raġuni minn dawn li ġejjin, jiġifieri meta:
(a) xi direttur jew manager tad-detentur ta’ liċenza ikun ħati ta’ xi reat
kontra dan l-Att,  jew ta’ serq, riċettazzjoni ta’ proprjetà misruqa, frodi
jew xi delitt li jolqot il-fiduċja pubblika;
(b) id-detentur ta’ liċenza jikser xi disposizzjoni ta’ dan l-Att jew
regolamenti magħmulin taħtu kif dawn ikunu japplikaw għalih, jew
jikser xi kondizzjoni fil-liċenza ta’ sala għal-logħob tat-tombla jew kull
direttiva maħruġa mill-Awtorità  skond dan l-Att jew regolamenti
magħmulin taħtu u kif dawn ikunu japplikaw għalih;
(ċ) id-detentur ta’ liċenza xjentement jew b’mod traskurat jipprovdi lill-
Awtorità  informazzjoni materjali li tkun falza jew qarrieqa;
(d) id-detentur ta’ liċenza jonqos milli jwettaq l-obbligi finanzjarji li jkollu
meta dawn isiru dovuti u jkollhom jitħallsu;
(e) id-detentur ta’ liċenza jonqos li joħroġ u jżomm il-garanzija bankarja
meħtieġa kif provdut u skond partita 6 ta’ din l-Iskeda;
(f) id-detentur ta’ liċenza ikun għaddej minn proċeduri ta’ stralċ;
(g) persuna bħal dik imsemmija fil-partita 8(3) ta’ din l-Iskeda tittrasferixxi
interess ta’ kontroll fid-detentur ta’ liċenza jew tali parti minnu bħalma
hemm imsemmi f’dik il-partita 8(3) lil xi persuna oħra, mingħajr l-
approvazzjoni bil-miktub u bil-quddiem ta’ l-Awtorità  kif inhu meħtieġ
b’dik il-partita 8(3), jew bi ksur ta’ xi pattijiet u kondizzjonijiet
speċifikati mill-Awtorità  f’xi approvazzjoni bħal dik; jew
(h) l-Awtorità  tkun raġonevolment sodisfatta li d-detentur ta’ liċenza ma
jkunx, jew ma jkunx għadu aktar, persuna idonea biex ikollha l-liċenza
ta’ sala għal-logħob tat-tombla, jew inkella raġonevolment tqis li jkun
meħtieġ fl-interess nazzjonali li tħassar jew tissospendi l-liċenza ta’ sala
għal-logħob tat-tombla.
LOTTERIJI U LOGĦOB IEĦOR ġ KAP. 438. 73
Proċeduri għat-tħassir jew sospensjoni ta’ liċenza.
10. (1) Meta jkun hemm xi raġuni għat-tħassir jew sospensjoni ta’ liċenza ta’
sala għal-logħob tat-tombla taħt partita 9 ta’ din l-Iskeda, l-Awtorità  għandha,
b’avviż bil-miktub, titlob lid-detentur ta’ liċenza, u tista’ titlob lil xi persuna oħra li
fil-fehma tagħha jkollha interess fil-liċenza, tgħid għaliex, f’dak il-perjodu li ma
jkunx ta’ inqas minn wieħed u għoxrin jum wara l-ħruġ ta’ l-avviż kif speċifikat fl-
istess avviż, il-liċenza m’għandhiex tiġi mħassra jew sospiża minħabba f’dik ir-
raġuni bħalma jkun hemm dikjarat fl-avviż.
(2) L-Awtorità  għandha tqis kull risposta li ssirilha taħt sub-partita (1) ta’ din il-
partita hekk li:
(a) meta l-ħaġa tkun ġiet solvuta għas-sodisfazzjon tagħha, m’għandha
tieħu ebda azzjoni ulterjuri u għandha tgħarraf lid-detentur ta’ liċenza
bil-miktub skond hekk;
(b) meta, għalkemm il-ħaġa ma tkunx ġiet solvuta għas-sodisfazzjon
tagħha, tqis li ma tkunx meħtieġa azzjoni ulterjuri, hija għandha
tammonixxi lid-detentur ta’ liċenza bil-miktub; jew
(ċ) meta l-ħaġa ma tkunx ġiet solvuta għas-sodisfazzjon tagħha u tkun
sodisfatta li tkun teħtieġ azzjoni ulterjuri, tista’ -
(i) b’avviż bil-miktub tagħti dawk id-direttivi lid-detentur ta’ liċenza
bħalma tqis li jkunu adatti; jew
(ii) tissospendi l-liċenza għal dak il-perjodu li tkun tqis adatt, jew
tħassar tali liċenza.
(3) Meta direttiva mogħtija mill-Awtorità  taħt sub-partita (2)(ċ)(i) ta’ din l-
Iskeda ma tiġix imħarsa fiż-żmien speċifikat fl-avviż, l-Awtorità  għandha tħassar il-
liċenza.
Operazzjonijiet oħra f’sala għal-logħob tat-tombla.
11. Sala għal-logħob tat-tombla ma tistax tintuża biex fiha jsiru operazzjonijiet
li ma jkunux it-tħaddim ta’ logħbiet tat-tombla kummerċjali mingħajr l-
approvazzjoni bil-miktub bil-quddiem ta’ l-Awtorità  dwar dawk l-operazzjonijiet l-
oħra.  Jekk detentur ta’ liċenza għal sala għal-logħob tat-tombla jonqos milli jħares
id-disposizzjonijiet ta’ din il-partita 11, dan ikun jikkostitwixxi reat kontra dan l-Att.
IT-TIELET SKEDA
Artikolu 40
Logħbiet ta’ komunikazzjoni kummerċjali
Applikazzjoni għal liċenza.
1. (1) Applikazzjoni għal liċenza ta’ logħba ta’ komunikazzjoni kummerċjali
għandha ssir minn jew għan-nom tal-persuna li tkun bi ħsiebha topera l-logħba ta’
komunikazzjoni kummerċjali, fl-għamla u l-mod meħtieġ mill-Awtorità .
(2) Dik l-applikazzjoni għandu jkollha mill-anqas din l-informazzjoni li ġejja :
(a) l-isem u l-indirizz ta’ l-applikant u l-indirizz f’Malta fejn jistgħu jiġu
notifikati d-dokumenti lill-applikant;
74 KAP. 438. ħ LOTTERIJI U LOGĦOB IEĦOR
(b) it-tip tal-logħba ta’ komunikazzjoni kummerċjali li l-applikant ikun irid
li topera, u dawk il-partikolaritajiet li jirrigwardaw ir-regoli u
regolamenti dwar il-proċeduri biex tiġi operata u tintlagħab dik il-
logħba ta’ komunikazzjoni kummerċjali kif l-Awtorità  tista’ teħtieġ jew
kif jista’ jiġi preskritt b’regolamenti;
(ċ) id-dati u l-ħinijiet meta u l-postijiet minn fejn il-logħba ta’
komunikazzjoni kummerċjali tkun se tiġi operata u offruta lill-pubbliku
u, skond ma japplika, id-data jew dati, il-ħin jew ħinijiet u l-post jew
postijiet għal kull tlugħ tal-logħba ta’ komunikazzjoni kummerċjali; u
(d) l-oġġetti jew is-servizzi li l-bejgħ tagħhom ikun maħsub li jiġi promoss
permezz ta’ l-operat tal-logħba ta’ komunikazzjoni kummerċjali.
(3) L-applikazzjoni għandu jkun fiha wkoll jew ikollha flimkien magħha kull
informazzjoni, dokument u partikolarità  oħra hekk kif l-Awtorità  tista’ teħtieġ jew
kif jista’ jiġi preskritt b’regolamenti.
(4) Applikazzjoni għal liċenza ta’ logħba ta’ komunikazzjoni kummerċjali
għandha ssir dwar kull logħba ta’ komunikazzjoni kummerċjali li l-applikant ikun
irid li topera, għalkemm tista’ tingħata liċenza għal logħba tal-mezzi tax-xandir dwar
xi logħba tal-mezzi tax-xandir li għandha ssir fi ġranet differenti jew f’ħinijiet
differenti jew għal perjodu speċifikat.
(5) Wara li tiġi ppreżentata applikazzjoni għal liċenza ta’ logħba ta’
komunikazzjoni kummerċjali, l-Awtorità  għandu jkollha l-poter li teħtieġ lill-
applikant jipprovdi kull informazzjoni b’żjieda ma’ dik mogħtija fl-applikazzjoni
hekk kif l-Awtorità  tista’ tqis li jkun meħtieġ bil-għan li tiddeċiedi dwar dik l-
applikazzjoni.
L-għoti ta’ liċenza.
2. L-Awtorità  m’għandhiex toħroġ liċenza ta’ logħba ta’ komunikazzjoni
kummerċjali lil xi persuna kemm-il darba l-Awtorità  ma tkunx sodisfatta li:
(a) id-detentur ta’ liċenza propost ikun persuna idonea u adatta bil-għan li
jassigura,  jew meta d-detentur ta’ liċenza propost ma jkunx individwu,
il-persuni li jeserċitaw il-kontroll effettiv u l-ġestjoni ta’ l-affarijiet tad-
detentur ta’ liċenza propost ikunu adatti u idonei li jwettqu l-
funzjonijiet u d-dmirijiet tagħhom dwar id-detentur ta’ liċenza propost
hekk li jkun jassigura, l-operazzjoni kif imiss tal-logħba ta’
komunikazzjoni kummerċjali rilevanti mid-detentur ta’ liċenza propost;
(b) id-detentur ta’ liċenza propost ikun se jħares f’kull rigward  id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u ta’ regolamenti magħmulin taħtu kif
dawn ikunu japplikaw għalih, u mal-pattijiet u l-kondizzjonijiet tal-
liċenza ta’ logħba ta’ komunikazzjoni kummerċjali u  ma’ kull direttiva
maħruġa mill-Awtorità  skond dan l-Att jew regolamenti magħmulin
taħtu u kif dawn ikunu japplikaw għalih.
Forma ta’ liċenza.
3. (1) Il-liċenza ta’ logħba ta’ komunikazzjoni kummerċjali tkun f’dik l-
għamla kif l-Awtorità  tista’ tistabbilixxi jew kif jista’ jiġi preskritt b’regolamenti.
(2) L-għoti ta’ liċenza ta’ logħba ta’ komunikazzjoni kummerċjali ma tnaqqasx
mir-responsabbiltà  tad-detentur ta’ liċenza milli jikseb xi liċenza, permess jew
awtorizzazzjoni oħra li jistgħu jkunu meħtieġa taħt kull liġi oħra.
LOTTERIJI U LOGĦOB IEĦOR ġ KAP. 438. 75
Kondizzjonijiet tal-liċenza u varjazzjonijiet jew revoki relattivi.
4. (1) Fl-għoti ta’ liċenza ta’ logħba ta’ komunikazzjoni kummerċjali, l-
Awtorità  tista’tassoġġettaha għal dawk il-kondizzjonijiet hekk kif tista’ tqis li jkun
adatt,  u wara li tkun tat tali liċenza l-Awtorità  tista’, minn żmien għal żmien, tvarja
jew tirrevoka kull kondizzjoni hekk imposta jew timponi kondizzjonijiet ġodda:
Iżda kull meta l-Awtorità  tikkonsidra li jkun adatt  li tibdel xi kondizzjoni
jew timponi xi kondizzjoni ġdida fil-liċenza ta’ logħba ta’ komunikazzjoni
kummerċjali, l-Awtorità  għandha, kemm-il darba dak it-tibdil jew impożizzjoni ta’
kondizzjoni ġdida ma jkunx intalab mid-detentur ta’ liċenza nnifsu, tinforma lid-
detentur ta’ liċenza b’avviż bil-miktub li tkun bi ħsiebha tibdel dik il-kondizzjoni
jew li timponi dik il-kondizzjoni l-ġdida, fejn tgħid lid-detentur ta’ liċenza jgħid
għaliex, f’dak il-perjodu li ma jkunx ta’ inqas minn sebat ijiem wara l-ħruġ ta’ l-
avviż u li jista’ jiġi speċifikat fl-istess avviż, m’għandhiex tiġi midbula dik il-
kondizzjoni jew m’għandhiex tiġi imposta dik il-kondizzjoni ġdida, u l-Awtorità
għandha tqis kull risposta mogħtija mid-detentur ta’ liċenza fil-perjodu speċifikat fl-
avviż, qabel ma tibdel il-kondizzjoni jew qabel ma timponi l-kondizzjoni l-ġdida.
(2) Kondizzjonijiet f’liċenza ta’ logħba ta’ komunikazzjoni kummerċjali jistgħu
jimponu xi ħtiġiet li jkollhom jitħarsu mid-detentur ta’ liċenza wara li l-liċenza tkun
temmet milli tibqa’ sseħħ.
(3) Liċenza ta’ logħba ta’ komunikazzjoni kummerċjali tista’ timponi
kondizzjonijiet li jkunu jeħtieġu lid-detentur ta’ liċenza li:
(a) jikseb il-kunsens ta’ l-Awtorità  qabel ma jagħmel xi ħaġa speċifikata,
jew ta’ deskrizzjoni speċifikata, li tkun qegħda fil-liċenza; u
(b) jirriferixxi kull ħaġa speċifikata, jew ta’ deskrizzjoni speċifikata, fil-
liċenza lill-Awtorità  għall-approvazzjoni.
(4) Liċenza ta’ logħba ta’ komunikazzjoni kummerċjali għandha tinkludi
kondizzjoni li tkun teħtieġ lid-detentur ta’ liċenza jħallas lill-Awtorità , f’kull waqt li
jista’ jiġi preskritt b’regolamenti, dawk id-drittijiet, dazji, taxxi u, jew ammonti oħra
li jistgħu jiġu hekk preskritti, liema drittijiet, dazji, taxxi u, jew ammonti għandhom
ikunu b’żjieda ma’ dawk li d-detentur ta’ liċenza jista’ jkun meħtieġ li jħallas taħt xi
liġi li ma tkunx dan l-Att.
(5) Liċenza ta’ logħba ta’ komunikazzjoni kummerċjali għandha titqies li tkun
tinkludi kondizzjoni li:
(a) il-premju jew premjijiet li jistgħu jintrebħu f’dik il-logħba
m’għandhomx jikkonsistu fi flus jew ċekk jew dokument simili li jkun
jagħti dritt lid-detentur jibdlu fi flus; u 
(b) il-valur fis-suq aggregat tal-premjijiet kollha li jistgħu jintrebħu f’dik il-
logħba m’għandux jeċċedi l-ammont ta’ ħamsa u għoxrin elf lira.
Bidliet fil-kontroll effettiv u tmexxija eċċ.
5. (1) (a) Jekk id-detentur ta’ liċenza ta’ logħba ta’ komunikazzjoni
kummerċjali tkun persuna li ma tkunx individwu, dak id-detentur ta’ liċenza għandu,
fi żmien ħamest ijiem minn kull bidla fil-persuni li jeżerċitaw il-kontroll effettiv u l-
ġestjoni ta’ l-affarijiet tad-detentur ta’ liċenza, jgħarraf lill-Awtorità  b’dik il-bidla.
Id-detentur ta’ liċenza għandu wkoll jgħarraf lill-Awtorità  b’kull bidla materjali fl-
informazzjoni u d-dokumentazzjoni provduti mid-detentur ta’ liċenza skond partita
1(2), (3) u (5) ta’ din l-Iskeda jew skond kull disposizzjoni oħra ta’ dan l-Att jew
76 KAP. 438. ħ LOTTERIJI U LOGĦOB IEĦOR
regolamenti magħmulin taħtu jew skond kondizzjonijiet marbutin mal-liċenza ta’
logħba ta’ komunikazzjoni kummerċjali, hekk kif isir jaf b’dawk il-bidliet.
(b) Meta minħabba f’xi bidla bħalma hemm imsemmi fil-paragrafu (a)
ta’ din is-sotto-partita, kemm jekk l-Awtorità  tkun ġiet mgħarrfa b’dik il-bidla skond
dak il-paragrafu (a) kemm jekk le, tinħoloq sitwazzjoni dwarha li, li kieku kienet
teżisti fil-waqt ta’ l-applikazzjoni għal-liċenza ta’ logħba ta’ komunikazzjoni
kummerċjali, kienet tiskwalifika lid-detentur ta’ liċenza milli jikseb liċenza skond
partita 2 ta’ din l-Iskeda, l-Awtorità  għandha tgħarraf b’dan kollu lid-detentur ta’
liċenza permezz ta’ avviż, u jekk is-sitwazzjoni ma tkunx ġiet rimedjata għas-
sodisfazzjon ta’ l-Awtorità  fi żmien ħamest ijiem mill-avviż għaldaqshekk mogħti
mill-Awtorità , l-Awtorità  għandha tħassar dik il-liċenza mingħajr ma timxi skond id-
disposizzjonijiet tal-partita 8 ta’ din l-Iskeda:
Iżda l-Awtorità  m’għandhiex toħroġ avviż kif hawn qabel imsemmi iktar
tard minn xahar wara li tkun ġiet mgħarrfa  mid-detentur ta’ liċenza bil-bidla skond
il-paragrafu (a) ta’ din is-sotto-partita.
(2) Jekk id-detentur ta’ liċenza jonqos milli jħares id-disposizzjonijiet ta’ sub-
partita (1) ta’ din il-partita huwa jkun qed jagħmel reat kontra dan l-Att.
Assenjament jew ċessjoni ta’ liċenza.
6. (1) Liċenza ta’ logħba ta’ komunikazzjoni kummerċjali ma tistax tiġi
assenjata jew trasferita mid-detentur ta’ liċenza ta’ logħba ta’ komunikazzjoni
kummerċjali lil xi persuna oħra.
(2) Id-detentur ta’ liċenza ta’ logħba ta’ komunikazzjoni kummerċjali ma jistax
iċedi l-liċenza ta’ logħba ta’ komunikazzjoni kummerċjali matul iż-żmien ta’ liċenza
mingħajr l-approvazzjoni bil-quddiem bil-miktub ta’ l-Awtorità , u jekk tingħata dik
l-approvazzjoni, il-liċenza tista’ għaldaqshekk tiġi ċeduta biss bla ħsara għal dawk
il-pattijiet u l-kondizzjonijiet li jistgħu jiġu speċifikat mill-Awtorità  fl-
approvazzjoni tagħha.
(3) Jekk liċenza ta’ logħba ta’ komunikazzjoni kummerċjali tkun assenjata jew
trasferita mid-detentur ta’ liċenza ta’ logħba ta’ komunikazzjoni kummerċjali lil xi
persuna oħra:
(a) tali liċenza għandha tkun ikkunsidrata nulla u bla effett; u
(b) l-Awtorità  tista’ toħroġ direttiva lil dak id-detentur ta’ liċenza biex
jagħmel jew jieqaf milli jagħmel xi att li l-Awtorità  tista’ tqis adatti fiċ-
ċirkostanzi, u dak id-detentur ta’ liċenza għandu jħares kull tali
direttiva, u jekk jonqos milli jagħmel dan ikun ħati ta’ reat kontra dan l-
Att.
(4) Detentur ta’ liċenza ta’ logħba ta’ komunikazzjoni kummerċjali li jaġixxi bi
ksur tad-disposizzjonijiet ta’ din il-partita 6 ikun ħati ta’ reat kontra dan l-Att.
Raġunijiet għat-tħassir jew sospensjoni ta’ liċenza.
7. L-Awtorità  tista’ tordna t-tħassir jew is-sospensjoni ta’ liċenza ta’ logħba ta’
komunikazzjoni kummerċjali għal xi raġuni minn dawn li ġejjin:
(a) id-detentur ta’ liċenza, jew persuna li teżerċita l-kontroll effettiv u l-
ġestjoni ta’ l-affarijiet tad-detentur ta’ liċenza, tkun ħatja ta’ xi reat
kontra dan l-Att,  jew ta’ serq, riċettazzjoni ta’ proprjetà  misruqa, frodi
jew ta’ xi delitt li jolqot il-fiduċja pubblika;
(b) id-detentur ta’ liċenza jikser xi disposizzjoni ta’ dan l-Att jew
regolamenti magħmulin taħtu kif dawn ikunu japplikaw għalih, jew
LOTTERIJI U LOGĦOB IEĦOR ġ KAP. 438. 77
jikser xi kondizzjoni fil-liċenza ta’ logħba ta’ komunikazzjoni
kummerċjali jew kull direttiva maħruġa mill-Awtorità  skond dan l-Att
jew regolamenti magħmulin taħtu u kif dawn ikunu japplikaw għalih;
(ċ) id-detentur ta’ liċenza xjentement jew b’mod traskurat jipprovdi lill-
Awtorità  informazzjoni materjali li tkun falza jew qarrieqa;
(d) id-detentur ta’ liċenza jonqos milli jwettaq l-obbligi finanzjarji li jkollu
meta dawn isiru dovuti u jkollhom jitħallsu;
(e) id-detentur ta’ liċenza ikun jinsab għaddej minn proċeduri ta’ stralċ; jew
(f) l-Awtorità  tkun raġonevolment sodisfatta li d-detentur ta’ liċenza ma
jkunx, jew ma jkunx baqa’, persuna idonea biex ikollha l-liċenza ta’
logħba ta’ komunikazzjoni kummerċjali, jew inkella raġonevolment tqis
li jkun meħtieġ fl-interess nazzjonali li tħassar jew tissospendi l-liċenza
ta’ logħba ta’ komunikazzjoni kummerċjali.
Proċeduri għat-tħassir jew sospensjoni ta’ liċenza.
8. (1) Meta jkun hemm xi raġuni għat-tħassir jew sospensjoni ta’ liċenza ta’
logħba ta’ komunikazzjoni kummerċjali li toriġina taħt partita 7 ta’ din l-Iskeda, l-
Awtorità  għandha, b’avviż bil-miktub, titlob lid-detentur ta’ liċenza, u tista’ titlob lil
xi persuna oħra li fil-fehma tagħha jkollha interess fil-liċenza, tgħid għaliex, f’dak
il-perjodu li ma jkunx ta’ inqas minn ħamest ijiem wara l-ħruġ ta’ l-avviż kif
speċifikat fl-istess avviż, il-liċenza m’għandhiex tiġi mħassra jew sospiża minħabba
f’dik ir-raġuni bħalma jkun hemm dikjarat fl-avviż.
(2) L-Awtorità  għandha tagħti każ ta’ kull risposta li ssir taħt sub-partita (1) ta’
din il-partita hekk li:
(a) meta l-ħaġa tkun ġiet solvuta għas-sodisfazzjon tagħha, m’għandha
tieħu ebda azzjoni ulterjuri u għandha tgħarraf lid-detentur ta’ liċenza
bil-miktub b’dan kollu;
(b) meta, għalkemm il-ħaġa ma tkunx ġiet solvuta għas-sodisfazzjon
tagħha, tqis li ma tkunx meħtieġa azzjoni ulterjuri, hija għandha
tammonixxi lid-detentur ta’ liċenza bil-miktub; jew
(ċ) meta l-ħaġa ma tkunx ġiet solvuta għas-sodisfazzjon tagħha u tkun
sodisfatta li tkun teħtieġ azzjoni ulterjuri, tista’ -
(i) b’avviż bil-miktub tagħti dawk id-direttivi lid-detentur ta’ liċenza
bħalma tqis li jkunu adatti; jew
(ii) tissospendi l-liċenza għal dak il-perjodu li tkun tqis adatt, jew
tħassar tali liċenza.
(3) Meta direttiva mogħtija mill-Awtorità  taħt sub-partita (2)(ċ)(i) ta’ din l-
Iskeda ma tiġix imħarsa fiż-żmien speċifikat fl-avviż, l-Awtorità  għandha tħassar il-
liċenza.
78 KAP. 438. ħ LOTTERIJI U LOGĦOB IEĦOR
IR-RABA’ SKEDA
Artikolu 41
Logħbiet tal-mezzi tax-xandir
Applikazzjoni għal liċenza.
1. (1) Applikazzjoni għal liċenza għal logħba tal-mezzi tax-xandir għandha
ssir minn jew għan-nom tas-sid jew operatur ta’ stazzjon tar-radju jew tat-
televiżjoni, jew is-sub-kuntrattur tiegħu, li jkun bi ħsiebu jopera l-logħba tal-mezzi
tax-xandir, fl-għamla u l-mod meħtieġa mill-Awtorità .
(2) Dik l-applikazzjoni għandu jkollha mill-anqas din l-informazzjoni li ġejja:
(a) l-isem u indirizz ta’ l-applikant u l-indirizz f’Malta fejn jistgħu jiġu
notifikati d-dokumenti lill-applikant;
(b) it-tip tal-logħba tal-mezzi tax-xandir li l-applikant ikun irid jopera, u
dawk il-partikolaritajiet li jirrigwardaw ir-regoli u regolamenti dwar il-
proċeduri biex tiġi operata u tintlagħab dik il-logħba tal-mezzi tax-
xandir kif l-Awtorità  tista’ teħtieġ jew kif jista’ jiġi preskritt
b’regolamenti; u 
(ċ) id-dati, ħinijiet, kanali, frekwenzi u studios trasmittenti jew ta’
reċording meta, li fuqhom u minn fejn il-logħba tal-mezzi tax-xandir
tkun se tiġi operata u offruta lill-pubbliku u, skond ma japplika, id-data
jew dati, il-ħin jew ħinijiet u l-post jew postijiet għal kull tlugħ tal-
logħba tal-mezzi tax-xandir.
(3) L-applikazzjoni għandu jkun fiha wkoll jew ikollha magħha kull
informazzjoni, dokument u partikolaritajiet oħra hekk kif l-Awtorità  tista’ teħtieġ
jew kif jista’ jiġi preskritt b’regolamenti.
(4) Għandha ssir, dwar kull logħba tal-mezzi tax-xandir li l-applikant ikun irid
jopera, applikazzjoni għal liċenza għal logħba tal-mezzi tax-xandir, għalkemm tista’
tingħata liċenza għal logħba tal-mezzi tax-xandir dwar xi logħba tal-mezzi tax-
xandir li tkun se ssir fi ġranet differenti jew f’ħinijiet differenti jew għal xi perjodu
speċifikat.
(5) Wara li tiġi ppreżentata applikazzjoni għal liċenza għal logħba tal-mezzi
tax-xandir, l-Awtorità  għandu jkollha l-poter li teħtieġ lill-applikant jipprovdi kull
informazzjoni b’żjieda ma’ dik mogħtija fl-applikazzjoni kif l-Awtorità  tista’ tqis li
jkun meħtieġ bil-għan li tiddeċiedi dwar dik l-applikazzjoni.
Għoti ta’ liċenza.
2. L-Awtorità  m’għandhiex toħroġ liċenza għal logħba tal-mezzi tax-xandir lil
xi persuna kemm-il darba dik il-persuna tkun is-sid jew operatur ta’ stazzjon tar-
radju jew tat-televiżjoni jew sub-kuntrattur tiegħu u l-Awtorità  tkun sodisfatta li:
(a) id-detentur ta’ liċenza propost ikun persuna idonea u adatta bil-għan li
jassigura, jew meta d-detentur ta’ liċenza propost ma jkunx individwu,
il-persuni li jeżerċitaw il-kontroll effettiv u l-ġestjoni ta’ l-affarijiet tad-
detentur ta’ liċenza propost ikunu adatti u idonei li jwettqu l-
funzjonijiet u d-dmirijiet tagħhom fir-rigward tad-detentur ta’ liċenza
propost hekk li jkunu jassiguraw, l-operazzjoni kif imiss tal-logħba tal-
mezzi tax-xandir rilevanti mid-detentur ta’ liċenza propost;
LOTTERIJI U LOGĦOB IEĦOR ġ KAP. 438. 79
(b) id-detentur ta’ liċenza propost ikun se jħares f’kull rigward id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u ta’ regolamenti magħmulin taħtu kif
dawn ikunu japplikaw għalih, u l-pattijiet u l-kondizzjonijiet tal-liċenza
għal logħba tal-mezzi tax-xandir u kull direttiva maħruġa mill-Awtorità
skond dan l-Att jew regolamenti magħmulin taħtu u kif dawn ikunu
japplikaw għalih.
Forma ta’ liċenza.
3. (1) Il-liċenza għal logħba tal-mezzi tax-xandir tkun f’dik l-għamla kif l-
Awtorità  tista’ tistabbilixxi jew kif jista’ jiġi preskritt b’regolamenti.
(2) L-għoti ta’ liċenza għal logħba tal-mezzi tax-xandir ma tnaqqasx mir-
responsabbiltà  tad-detentur ta’ liċenza milli jikseb xi liċenza oħra, permess jew
awtorizzazzjoni li jistgħu jkunu meħtieġa taħt xi liġi oħra.
Kondizzjonijiet tal-liċenza u varjazzjonijiet jew revoki relattivi.
4. (1) Fl-għoti ta’ liċenza għal logħba tal-mezzi tax-xandir, l-Awtorità  tista’
tassoġġettaha għal dawk il-kondizzjonijiet hekk kif tista’ tqis li jkunu adatti,  u wara
li tkun tat tali liċenza l-Awtorità  tista’, minn żmien għal żmien, tvarja jew tirrevoka
kull kondizzjoni hekk imposta jew timponi kondizzjonijiet ġodda:
Iżda kull meta l-Awtorità  tikkonsidra li jkun adatt  li tibdel xi kondizzjoni
jew timponi xi kondizzjoni ġdida fil-liċenza għal logħba tal-mezzi tax-xandir, l-
Awtorità  għandha, kemm-il darba dak it-tibdil jew impożizzjoni ta’ kondizzjoni
ġdida ma jkunx intalab mid-detentur ta’ liċenza nnifsu, tinforma lid-detentur ta’
liċenza b’avviż bil-miktub bl-intenzjoni li jkollha li tibdel dik il-kondizzjoni jew li
timponi dik il-kondizzjoni l-ġdida, fejn tgħid lid-detentur ta’ liċenza jgħid għaliex,
f’dak il-perjodu li ma jkunx ta’ inqas minn sebat ijiem wara l-ħruġ ta’ l-avviż u li
jista’ jiġi speċifikat fl-istess avviż, dik il-kondizzjoni m’għandhiex tiġi midbula jew
dik il-kondizzjoni ġdida m’għandhiex tiġi imposta, u l-Awtorità  għandha tqis kull
risposta mogħtija mid-detentur ta’ liċenza fil-perjodu speċifikat fl-avviż, qabel ma
tibdel il-kondizzjoni jew qabel ma timponi l-kondizzjoni l-ġdida.
(2) Kondizzjonijiet f’liċenza għal logħba tal-mezzi tax-xandir jistgħu ikunu
jimponu l-ħtiġiet li għandhom jitħarsu mid-detentur ta’ liċenza wara li l-liċenza tkun
temmet milli tibqa’ sseħħ.
(3) Liċenza għal logħba tal-mezzi tax-xandir tista’ timponi kondizzjonijiet li
jkunu jeħtieġu lid-detentur ta’ liċenza li:
(a) jikseb il-kunsens ta’ l-Awtorità  qabel ma jagħmel xi ħaġa speċifikata,
jew ta’ deskrizzjoni speċifikata, fil-liċenza; u 
(b) jirriferixxi kull ħaġa speċifikata, jew ta’ deskrizzjoni speċifikata, fil-
liċenza lill-Awtorità  għall-approvazzjoni tagħha.
(4) Liċenza għal logħba tal-mezzi tax-xandir għandha tinkludi kondizzjoni li
tkun teħtieġ lid-detentur ta’ liċenza jħallas lill-Awtorità , f’kull waqt li jista’ jiġi
preskritt b’regolamenti, dawk id-drittijiet, dazji, taxxi u, jew ammonti oħra li jistgħu
jiġu hekk preskritti, liema drittijiet, dazji, taxxi u, jew ammonti għandhom ikunu
b’żjieda ma’ dawk li d-detentur ta’ liċenza jista’ jkun meħtieġ li jħallas taħt xi liġi li
ma tkunx dan l-Att.
(5) Liċenza għal logħba tal-mezzi tax-xandir għandha titqies li tkun tinkludi
kondizzjoni li:
(a) il-premju jew premjijiet li jistgħu jintrebħu f’dik il-logħba
m’għandhomx ikunu jikkonsistu fi flus jew ċekk jew dokument simili li
80 KAP. 438. ħ LOTTERIJI U LOGĦOB IEĦOR
jkun jagħti dritt lid-detentur jibdlu fi flus; u 
(b) il-valur fis-suq aggregat tal-premjijiet kollha li jistgħu jintrebħu f’dik il-
logħba m’għandux jeċċedi l-ammont ta’ ħamsa u għoxrin elf lira.
Bidliet fil-kontroll effettiv u tmexxija eċċ.
5. (1) (a) Jekk id-detentur ta’ liċenza għal logħba tal-mezzi tax-xandir ikun
persuna li ma tkunx individwu, dak id-detentur ta’ liċenza għandu, fi żmien ħamest
ijiem minn kull bidla fil-persuni li jeżerċitaw il-kontroll effettiv u l-ġestjoni ta’ l-
affarijiet tad-detentur ta’ liċenza, jgħarraf lill-Awtorità  b’dik il-bidla. Id-detentur ta’
liċenza għandu wkoll jgħarraf lill-Awtorità  b’kull bidla materjali fl-informazzjoni u
d-dokumentazzjoni provduti mid-detentur ta’ liċenza skond partita 1(2), (3) u (5) ta’
din l-Iskeda jew skond kull disposizzjoni oħra ta’ dan l-Att jew regolamenti
magħmulin taħtu jew skond kondizzjonijiet marbutin mal-liċenza għal logħba tal-
mezzi tax-xandir, hekk kif isir jaf b’dawk il-bidliet.
(b) Meta minħabba f’xi bidla bħalma hemm imsemmi fil-paragrafu (a)
ta’ din is-sotto-partita, kemm jekk l-Awtorità  tkun ġiet mgħarrfa b’dik il-bidla skond
dak il-paragrafu (a) kemm jekk le, tinħoloq sitwazzjoni dwarha li, li kieku kienet
teżisti fil-waqt ta’ l-applikazzjoni għal-liċenza għal logħba tal-mezzi tax-xandir,
kienet tiskwalifika lid-detentur ta’ liċenza milli jikseb liċenza skond partita 2 ta’ din
l-Iskeda, l-Awtorità  għandha b’avviż tgħarraf lid-detentur ta’ liċenza b’dan kollu, u
jekk is-sitwazzjoni ma tkunx ġiet rimedjata għas-sodisfazzjoni ta’ l-Awtorità  fi
żmien ħamest ijiem mill-avviż għaldaqshekk mill-Awtorità , l-Awtorità  għandha
tħassar tali liċenza mingħajr ma timxi skond id-disposizzjonijiet tal-partita 8 ta’ din
l-Iskeda:
Iżda l-Awtorità  m’għandhiex toħroġ avviż kif hawn qabel imsemmi iktar
tard minn xahar wara li tkun ġiet mgħarrfa  mid-detentur ta’ liċenza bil-bidla skond
il-paragrafu (a) ta’ din is-sotto-partita.
(2) Jekk id-detentur ta’ liċenza jonqos milli jħares id-disposizzjonijiet ta’ sub-
partita (1) ta’ din il-partita huwa jkun qed jagħmel reat kontra dan l-Att.
Assenjament jew ċessjoni ta’ liċenza.
6. (1) Liċenza għal logħba tal-mezzi tax-xandir ma tistax tiġi assenjata jew
trasferita mid-detentur ta’ liċenza għal logħba tal-mezzi tax-xandir lil xi persuna
oħra.
(2) Id-detentur ta’ liċenza għal logħba tal-mezzi tax-xandir ma jistax iċedi l-
liċenza għal logħba tal-mezzi tax-xandir matul iż-żmien ta’ liċenza mingħajr l-
approvazzjoni bil-quddiem u bil-miktub ta’ l-Awtorità , u jekk dik l-approvazzjoni
tingħata, il-liċenza tista’ għaldaqshekk tiġi ċeduta biss bla ħsara għal dawk il-
pattijiet u l-kondizzjonijiet li jistgħu jiġu speċifikat mill-Awtorità  fl-approvazzjoni
tagħha.
(3) Jekk liċenza għal logħba tal-mezzi tax-xandir tkun assenjata jew trasferita
mid-detentur ta’ liċenza għal logħba tal-mezzi tax-xandir lil xi persuna oħra:
(a) tali liċenza tkun ikkunsidrata nulla u bla effett; u
(b) l-Awtorità  tista’ toħroġ direttiva lil dak id-detentur ta’ liċenza biex
jagħmel jew iżomm milli jagħmel xi att li l-Awtorità  tista’ tqis adatti
fiċ-ċirkostanzi, u dak id-detentur ta’ liċenza għandu jħares kull tali
direttiva, u jekk jonqos milli jagħmel dan ikun ħati ta’ reat kontra dan l-
Att.
(4) Detentur ta’ liċenza għal logħba tal-mezzi tax-xandir li jaġixxi bi ksur tad-
LOTTERIJI U LOGĦOB IEĦOR ġ KAP. 438. 81
disposizzjonijiet ta’ din il-partita 6 ikun ħati ta’ reat kontra dan l-Att.
Raġunijiet għat-tħassir jew sospensjoni ta’ liċenza.
7. L-Awtorità  tista’ tordna t-tħassir jew sospensjoni ta’ liċenza għal logħba tal-
mezzi tax-xandir għal xi raġuni minn dawn li ġejjin:
(a) id-detentur ta’ liċenza, jew persuna li jeżerċitaw il-kontroll effettiv u l-
ġestjoni ta’ l-affarijiet tad-detentur ta’ liċenza, tkun ħatja ta’ xi reat
kontra dan l-Att,  jew ta’ serq, riċettazzjoni ta’ proprjetà  misruqa, frodi
jew ta’ xi delitt li jolqot il-fiduċja pubblika;
(b) id-detentur ta’ liċenza jikser xi disposizzjoni ta’ dan l-Att jew
regolamenti magħmulin taħtu kif dawn ikunu japplikaw għalih, jew
jikser xi kondizzjoni fil-liċenza għal logħba tal-mezzi tax-xandir jew xi
direttiva maħruġa mill-Awtorità  skond dan l-Att jew regolamenti
magħmulin taħtu u kif dawn ikunu japplikaw għalih;
(ċ) id-detentur ta’ liċenza xjentement jew b’mod traskurat jipprovdi lill-
Awtorità  informazzjoni materjali li tkun falza jew qarrieqa;
(d) id-detentur ta’ liċenza jonqos milli jwettaq l-obbligi finanzjarji li jkollu
meta dawn isiru dovuti u jkollhom jitħallsu;
(e) id-detentur ta’ liċenza ikun għaddej minn proċeduri ta’ stralċ; jew
(f) l-Awtorità  tkun raġonevolment sodisfatta li d-detentur ta’ liċenza ma
jkunx, jew ma jkunx għadu aktar, persuna idonea biex ikollha l-liċenza
għal logħba tal-mezzi tax-xandir, jew inkella raġonevolment tqis li jkun
meħtieġ fl-interess nazzjonali li tħassar jew tissospendi l-liċenza għal
logħba tal-mezzi tax-xandir.
Proċeduri għat-tħassir jew sospensjoni tal-liċenza.
8. (1) Meta jkun hemm xi raġuni għat-tħassir jew sospensjoni ta’ liċenza għal
logħba tal-mezzi tax-xandir li toriġina taħt partita 7 ta’ din l-Iskeda, l-Awtorità
għandha, b’avviż bil-miktub, titlob lid-detentur ta’ liċenza, u tista’ titlob lil xi
persuna oħra li fil-fehma tagħha jkollha interess fil-liċenza, tgħid għaliex, f’dak il-
perjodu li ma jkunx ta’ inqas minn ħamest ijiem wara l-ħruġ ta’ l-avviż kif speċifikat
fl-istess avviż, il-liċenza m’għandhiex tiġi mħassra jew sospiża minħabba f’dik ir-
raġuni li jkun hemm dikjarata fl-avviż.
(2) L-Awtorità  għandha tagħti każ ta’ kull risposta li ssir taħt sub-partita (1) ta’
din il-partita hekk li:
(a) meta l-ħaġa tkun ġiet solvuta għas-sodisfazzjon tagħha, m’għandha
tieħu ebda azzjoni ulterjuri u għandha tgħarraf lid-detentur ta’ liċenza
bil-miktub b’dan kollu;
(b) meta, għalkemm il-ħaġa ma tkunx ġiet solvuta għas-sodisfazzjon
tagħha, tqis li ma tkun meħtieġa ebda azzjoni ulterjuri, hija għandha
tammonixxi lid-detentur ta’ liċenza bil-miktub; jew
(ċ) meta l-ħaġa ma tkunx ġiet solvuta għas-sodisfazzjon tagħha u tkun
sodisfatta li tkun teħtieġ azzjoni ulterjuri, tista’ -
(i) b’avviż bil-miktub tagħti dawk id-direttivi lid-detentur ta’ liċenza
bħalma tqis li jkunu adatti; jew
(ii) tissospendi l-liċenza għal dak il-perjodu li tkun tqis adatt, jew
tħassar tali liċenza.
(3) Meta direttiva mogħtija mill-Awtorità  taħt sub-partita (2)(ċ)(i) ta’ din l-
Iskeda ma tiġix imħarsa fiż-żmien speċifikat fl-avviż, l-Awtorità  għandha tħassar il-
82 KAP. 438. ħ LOTTERIJI U LOGĦOB IEĦOR
liċenza.
IL-ĦAMES SKEDA
Artikolu 42
Logħbiet VLT u VLTs
Għal kemm iddum liċenza u t-tiġdid tagħha
1. (1) Liċenza VLT għandha tinħareg għal dak iż-żmien, li ma jkunx ta’ iktar
minn tliet snin, li l-Awtorità  tista’ tispeċifika fil-liċenza. 
(2) Kemm-il darba ma tkunx ġiet imħassra qabel, liċenza VLT tista’ tiġġedded
mill-Awtorità  għal perjodu jew perjodi oħra, li kull wieħed minnhom ma jkunx
jeċċedi t-tliet snin, skond kif l-Awtorità  tista’ tistabbilixxi. 
(3) Kull tiġdid bħal dak imsemmi fis-sub-partita (2) ta’ din il-partita jkun bla
ħsara għall konfomità  mid-detentur ta’ liċenza VLT, matul il-perjodu tal-liċenza
oriġinali jew imġedded li jiġi minnufih qabel, mad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Att u
tar-regolamenti magħmulin taħtu, u mal-pattijiet u l-kondizzjonijiet tal-liċenza u ma’
kull direttiva maħruġa mill-Awtorità  skond dan l-Att jew regolamenti magħmulin
taħtu u kif dawn ikunu japplikaw lil dak id-detentur ta’ liċenza, u bla ħsara għall-
aċċettazzjoni mill-Awtorità  ta’ l-applikazzjoni bil-miktub għal dak it-tiġdid
magħmula mid-detentur ta’ liċenza lill-Awtorità  sa dik id-data qabel l-iskadenza tal-
perjodu ta’ operazzjoni tal-liċenza oriġinali jew imġedded li jiġi minnufih qabel,
hekk kif l-Awtorità  tkun speċifikat fil-liċenza, u li jkun fih dik l-informazzjoni hekk
kif l-Awtorità  tkun speċifikat hemm fiha stess skond kif ikun meħtieġ jew spedjenti
biex tkun tista’ tistabbilixxi jekk għandhiex iġġedded dik il-liċenza. 
(4) Wara li tiġi ppreżentata applikazzjoni għat-tiġdid ta’ liċenza VLT, l-
Awtorità  tista’ teħtieġ lill-applikant jipprovdi kull informazzjoni, b’żieda ma’ dik
provduta flimkien ma’ l-applikazzjoni, kif jista’ jkun meħtieg bil-għan li tiddeċiedi
dwar dik l-applikazzjoni. 
Applikazzjoni għal liċenza. 
2. (1) Applikazzjoni għal liċenza VLT għandha ssir minn, jew għan-nom tal-
kumpannija reġistrata f’Malta li tkun bi ħsiebha topera logħbiet VLT u logħob
permezz ta’ VLT jew VLTs, f’għamla u l-mod meħtieġa mill-Awtorità . 
(2) Dik l-applikazzjoni għandu jkollha mill-anqas din l-informazzjoni li ġejja: 
(a) l-isem, l-uffiċċju reġistrat u n-numru ta’ reġistrazzjoni tal-kumpannija li
tapplika u l-indirizz f’Malta fejn jistgħu jiġu notifikati d-dokumenti lill-
kumpannija li tapplika; 
(b) l-għadd ta’ VLTs li l-kumpannija li tapplika għandha topera skond il-
liċenza;
(ċ) deskrizzjoni tal-post, il-firxa u l-ispeċifikazzjonijiet: 
(i) tal-fond fejn ikun se jitqiegħed il-computer ċentrali VLT;
(ii) jekk ikun differenti mill-fond imsemmi fis-subparagrafu (i) hawn
aktar qabel, il-fond jew, jekk ikun hemm iktar minn wieħed, kull
wieħed mill-fondi, fejn ikunu ser jitqiegħdu l-VLT jew VLTs li
jkunu ser jiġu konnessi mal-computer ċentrali VLT u jitħaddmu
LOTTERIJI U LOGĦOB IEĦOR ġ KAP. 438. 83
skond ma jkun hemm imniżżel fil-liċenza; u 
(iii) jekk ikun differenti mill-fond imsemmi fis-subparagrafi (i) u (ii)
hawn aktar qabel, il-fond fejn il-vouchers għall-ħlas VLT jkunu
jistgħu jiġu skambjati jew mifdijin għal premjijiet tal-logħob
VLT;
(d) id-dati jew il-ġranet tal-ġimgħa, u l-ħinijiet ta’ matul dawk id-dati jew
ġranet, li fihom u matulhom jistgħu jintlagħbu logħbiet VLT u jistgħu
jiġu skambjati vouchers għall-ħlas VLT għall-premjijiet ta’ logħbiet
VLT f’kull wieħed mill-fondi msemmija fis-sub-partita (2)(ċ)(ii) u (iii)
ta’ din il-partita; u
(e) it-tip ta’ logħbiet VLT li l-kumpannija li tapplika tkun trid topera u
toffri lill-pubbliku fuq il-VLT jew VLTs rilevanti skond il-liċenza, ir-
regoli u r-regolamenti dwar il-proċeduri għall operazzjoni u l-logħob ta’
VLTs u l-logħbiet VLT, il-proċedura kif jigi stabbilit ir-rebħ, l-elementi
tal-logħbiet VLT, il-proċeduri proposti għall-istampar, il-validament u
l-awtentikazzjoni ta’ vouchers għall-ħlas VLT, l-għadd, it-tip u l-
ispeċifikazzjonijiet ta’ kull apparat tal-logħob li għandu jintuża fl-
operazzjoni u l-logħob tal-VLTs u l-logħbiet VLT, il-ġugata jew firxa
ta’ ġugati proposti għal kull logħba VLT, il-premjijiet proposti, il-
proċeduri proposti għall-iskambju jew il-fidi ta’ vouchers għall-ħlas
VLT għall-premjijiet, il-perċentwali ta’ ħlas propost jew il-firxa ta’
perċentwali għal kull logħba VLT, il-proċeduri proposti għar-
reġistrazzjoni u dħul fil-computer ċentrali VLT tal-logħob kollu li jkun
qed isir u ta’ kull operazzjoni li tkun qed tinħadem permezz tal-VLTs u
l-miżuri proposti sabiex tiġi żgurata l-operazzjoni u l-logħob regolari
tal-VLTs u tal logħbiet VLT. 
(3) Dik l-applikazzjoni għandu jkun fiha jew ikollha flimkien magħha: 
(a) kopja taċ-ċertifikat jew reġistrazzjoni u tal-memorandum u l-artikli ta’
l-assoċjazzjoni tal-kumpannija li tapplika;
(b) jekk il-persuna legalment intitolata għall-użu ta’, u li tkun responsabbli
għall-attivitajiet li jsiru ġewwa, xi wieħed mill-fondi msemmija fis-sub-
partita (2)(ċ)(ii) u (iii) ta’ din il-partita 2 tkun persuna li ma tkunx il-
kumpannija li tapplika, kopja tal-ftehim jew, meta ma jkunx hemm
ftehim bil-miktub, partikolaritajiet bil-miktub ta’ kull ftehim jew
arranġament bil-fomm bejn dik il persuna u l-kumpannija li tapplika li
jkunu jirregolaw ir-relazzjoni ta’ bejniethom u l-jeddijiet u l-obbligi
rispettivi għar-rigward ta’ VLT jew VLTs li għandhom jinżammu
f’dawk il-fondi u l-operazzjoni tagħhom, jew l-iskambju jew il-fidi ta’
vouchers għall-ħlas VLT għall-premjijiet ta’ logħbiet VLT;
(ċ) dak it-tagħrif, dokumenti u partikolarità  oħra hekk kif l-Awtorità  tista’
teħtieġ jew hekk kif jista’ jigi preskritt b’regolamenti.
(4) Wara li tiġi ppreżentata applikazzjoni għal VLT, l-Awtorità  għandu jkollha
l-poter li teħtieġ lill-applikant jipprovdi kull tali informazzjoni oħra b’żieda ma’ dik
mogħtija flimkien ma’ l-applikazzjoni kif l-Awtorità  tista’ tqis meħtieġ bil-għan li
tiddeċiedi dwar dik l-applikazzjoni. 
Għoti ta’ liċenza.
3. L-Awtorità  m’għandhiex toħroġ liċenza VLT lil xi persuna kemm-il darba
dik il-persuna ma tkunx kumpannija reġistrata f’Malta u l-Awtorità  ma tkunx
sodisfata li: 
(a)  il-kapital ta’ l-isħma votanti tal-kumpannija jkun il-proprjetà  diretta jew
84 KAP. 438. ħ LOTTERIJI U LOGĦOB IEĦOR
indiretta ta’ persuna jew persuni li jkunu adatti u idonei li jibbenefikaw
mill-operazzjoni mill-kumpannija ta’ logħbiet u logħob VLT permezz
ta’ VLTs u biex jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom ta’ sħubija b’tali mod
hekk li jiżguraw l-operazzjoni kif imiss mill-kumpannija ta’ dawk il-
logħbiet u ta’ dak il logħob;
(b) id-direttur jew diretturi tal-kumpannija jkunu adatti u idonei biex
imexxu l-kumpannija u biex jeżerċitaw l-funzjonijiet u d-dmirijiet
tagħhom bħala diretturi b’dak il-mod li jkunu jiżguraw l-operazzjoni kif
imiss mill-kumpannija ta’ logħbiet u logħob VLT permezz ta’ VLTs;
(ċ) il-kumpannija jkollha l-mezzi finanzjarji u tekniċi u l-esperti meħtieġa
biex tkun tista’ topera kif imiss logħbiet u logħob VLT permezz ta’
VLTs u biex tkun tista’ twettaq l-obbligazzjonijiet kollha tagħha taħt
dan l-Att; 
(d) il-kumpannija tkun se takkwista, qabel ma jibdew iseħħu l-
operazzjonijiet, u wara dan tibqa’ żżomm, il-garanzija bankarja
msemmija fil-partita 6 ta’ din l-Iskeda kif hemm provdut u skond dik il-
partita 6; u 
(e) il-kumpannija tkun se tħares f’kull rigward id-disposizzjonijiet ta’ dan
l-Att u ta’ regolamenti magħmulin taħtu kif dawn ikunu japplikaw
għaliha, u l-pattijiet u l-kondizzjonijiet tal-liċenza u ta’ kull direttiva
maħruġa mill-Awtorità  skond dan l-Att jew regolamenti magħmulin
taħtu u kif dawn ikunu japplikaw għaliha. 
Forma ta’ liċenza.
4. (1) Il-liċenza VLT tkun f’dik l-għamla kif l-Awtorità  tista’ tistabbilixxi jew
kif jista’ jiġi preskritt b’regolamenti, u għandha tkun tispeċifika fost l-oħrajn: 
(a) id-data tagħha tal-ħruġ u għal kemm żmien tibqa’ tgħodd;
(b) l-isem, l-uffiċċju reġistrat u n-numru ta’ reġistrazzjoni tad-detentur tal-
liċenza;
(ċ) l-indirizz f’Malta speċifikat mid-detentur tal-liċenza għall-fini ta’ kull
notifika ta’ dokumenti li tista’ ssirlu;
(d) it-tip u l-partikolarità  ta’ logħbiet VLT li jistgħu jiġu operati taħt il-
liċenza; 
(e) l-għadd ta’ VLTs li jistgħu jiġu operati taħt il-liċenza u kull ħaġa li
tirrigwarda dawk il VLTs (inkluż l-ogħla għadd tagħhom li jkun jista’
jinżamm f’xi wieħed mill-fondi msemmija fil-paragrafu (f) ta’ din is-
subpartita) hekk kif l-Awtorità  tkun tqis li jkun meħtieġ jew spedjenti li
għandha tispeċifika;
(f) il-fondi jew, jekk ikun hemm iktar minn wieħed, kull wieħed mill-fondi
fejn il-VLTs imsemmija fil-paragrafu (e) ta’ din is-subpartita jkunu
jinsabu u, jew fejn il-vouchers għall-ħlas VLT ikunu se jiġu skambjati
jew mifdijin għall-premjijiet ta’ logħbiet VLT; u 
(g) dawk il-partikolaritajiet l-oħra li l-Awtorità  tqis li jkunu meħtieġa jew
spedjenti, jew hekk kif jistgħu jiġu preskritti b’regolamenti. 
(2) L-għoti ta’ liċenza VLT ma tnaqqasx mir-responsabbiltà  tad-detentur ta’
liċenza li jikseb xi liċenza oħra, permess jew awtorizzazzjoni li jistgħu jkunu
meħtiega taħt kull liġi oħra. 
Kondizzjonijiet tal-liċenza u varjazzjonijiet u revoki tagħha.
LOTTERIJI U LOGĦOB IEĦOR ġ KAP. 438. 85
5. (1) Meta tagħti liċenza VLT, l-Awtorità  tista’ tassoġġettaha għal dawk il-
kondizzjonijiet li tista’ tqis li jkunu adatti, u wara li tkun tat tali liċenza l-Awtorità
tista’, minn żmien għal żmien, tvarja jew tirrevoka kull kondizzjoni hekk imposta
jew timponi kondizzjonijiet ġodda: 
Iżda kull meta l-Awtorità  tikkonsidra li jkun adatt li tibdel xi kondizzjoni
jew li timponi xi kondizzjoni ġdida fil-liċenza VLT, l-Awtorità  għandha, kemm-il
darba dak it-tibdil jew impożizzjoni ta’ kondizzjoni ġdida ma jkunux intalbu mid-
detentur innifsu, tgħarraf lid-detentur ta’ liċenza b’avviż bil-miktub li tkun bi
ħsiebha tibdel dik il-kondizzjoni jew li timponi dik il-kondizzjoni l-gdida, u tgħid
lid-detentur ta’ liċenza jgħid għaliex, f’dak il-perjodu li ma jkunx ta’ inqas minn
wieħed u għoxrin jum wara l-ħrug ta’ l-avviz li jista’ jigi speċifikat fl-istess avviż,
m’għandhiex tiġi mibdula dik il-kondizzjoni jew m’għandhiex tiġi imposta dik il-
kondizzjoni ġdida, u l-Awtorità  għandha tqis kull risposta mogħtija mid-detentur ta’
liċenza fil-perjodu speċifikat fl-awiz qabel ma tibdel il-kondizzjoni jew qabel ma
timponi l-kondizzjoni l-ġdida. 
(2) Kondizzjonijiet f’liċenza VLT jistgħu jimponu l-ħtiġiet li għandhom jitħarsu
mid detentur ta’ liċenza wara li l-liċenza tkun temmet milli tibqa’ sseħħ. 
(3) Liċenza VLT tista’ timponi kondizzjonijiet li jkunu jeħtieġu lid-detentur ta’
liċenza li:
(a) jikseb il-kunsens ta’ l-Awtorità  qabel ma jagħmel xi ħaġa speċifikata,
jew ta’ deskrizzjoni speċifikata, fil-liċenza; u 
(b) jirriferixxi kull ħaġa speċifikata, jew ta’ deskrizzjoni speċifikata, fil-
liċenza lill-Awtorità  għall-approvazzjoni. 
(4) Liċenza VLT għandha titqies li tinkludi kondizzjoni li tkun teħtieġ lid-
detentur ta’ liċenza li jikseb il-kunsens ta’ l-Awtorità  qabel ma jidħol f’xi
arranġament ma’ xi persuna, li ma jkunx impjegat tad-detentur ta’ liċenza, għall-
operazzjoni minn dik il-persuna ta’ VLTs mqabbdin ma’ jew li jkunu se jitqabbdu
ma’ l-istess computer ċentrali VLT tad-detentur ta’ liċenza u, jew għall-iskambju
jew il-fidi minn dik il-persuna ta’ vouchers għall-ħlas VLT prodotti minn VLTs
operati mid-detentur ta’ liċenza skond il-liċenza tiegħu għall-premjijiet ta’ logħbiet
VLT li jintlagħbu permezz ta’ dawk il-VLTs. 
(5) Liċenza VLT għandha tinkludi kondizzjoni li tkun teħtieġ lid-detentur ta’
liċenza jħallas lill-Awtorità , f’kull waqt li jista’ jiġi preskritt b’regolamenti, dawk
id-drittijiet, dazji, taxxi u, jew ammonti oħra li jistgħu jiġu hekk preskritti, liema
drittijiet, dazji, taxxi u, jew ammonti għandhom ikunu b’żieda ma’ dawk li d-
detentur ta’ liċenza jista’ jkun meħtieġ li jħallas taħt xi liġi li ma tkunx dan l-Att. 
Ħtiega ta’ garanzija bankarja.
6. (1) Liċenza VLT għandha tkun tinkludi kondizzjoni li teħtieġ lid-detentur
ta’ liċenza li jkollu, qabel ma jibda għaddej bl-operazzjonijiet tiegħu, garanzija
bankarja, li għandha tinħareġ minn bank jew minn istituzzjoni finanzjarja li l-
Awtorità  taċċetta, favur l-Awtorità  u f’isimha u f’isem il-Gvern, f’dak l-ammont li
jista’ jiġi speċifikat fil-liċenza jew li jista’ jiġi preskritt b’regolamenti, bħala sigurtà
għal: 
(a) l-ħlas u t-tqassim tal-premjijiet mid-detentur ta’ liċenza lir-rebbieħa ta’
logħbiet VLT operati taħt il-liċenza;
(b) l-ħlas ta’ drittijiet, taxxi, dazji jew kull somma oħra li titħallas mid-
detentur ta’ liċenza lill-Awtorita skond il-partita 5(5) ta’ din l-Iskeda;
(ċ) l-ħlas mid-detentur ta’ liċenza ta’ kull multa jew penali amministrattiva
86 KAP. 438. ħ LOTTERIJI U LOGĦOB IEĦOR
fuqu imposta taħt it-Taqsima XII ta’ dan l-Att jew taħt regolamenti
magħmulin taħt dan l-Att. 
(2) Il-garanzija bankarja għandha titħallas lill-Awtorità  malli din tagħmel talba
għaldaqshekk, u ma jkun hemm ebda obbligu fuq il-bank jew istituzzjoni ta’ kreditu
jew finanzjarja relattivi li jkunu ħarġu l-garanzija bankarja li jivverifikaw jekk dik
it-talba tkunx waħda ġustifikata.
(3) Il-garanzija bankarja għandha tibqa’ valida sakemm tgħaddi sena mill-
iskadenza tal liċenza jew sa dak iż-żmien li l-Awtorità  tqis u tavża lid-detentur ta’
liċenza bil-miktub li dik il garanzija bankarja ma tkunx għada meħtieġa, skond liema
tiġi l-ewwel. 
(4) Il-garanzija bankarja tkun suġġetta għal dawk il-pattijiet u l-kondizzjonijiet
li jistgħu jiġu speċifikati fil-liċenza jew hekk kif jistgħu jiġu preskritti b’regolamenti
li jsiru taħt dan l-Att. 
Bidliet fl-proprjetà  u tmexxija eċċ.
7. (1) (a) Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet tal-partita 8 ta’ din l-
Iskeda, ikun id-dmir tad-detentur ta’ liċenza VLT u tad-diretturi tiegħu, li jgħarrfu
lill-Awtorità  b’kull tibdil li jsir fi, jew fil-proprjetà  diretta jew indiretta ta’, il-kapital
ta’ l-ishma votanti tad-detentur ta’ liċenza, jew b’kull bidla fit-tmexxija jew tal-Bord
tad-Diretturi tad-detentur ta’ liċenza, fi żmien ħamest ijiem minn dik il-bidla. Ikun
ukoll id-dmir tad-detentur ta’ liċenza u tad-diretturi tiegħu li jgħarrfu lill-Awtorità
b’kull bidla materjali fl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni provduti mid-detentur
ta’ liċenza skond partita 2(2), (3) u (4) ta’ din l-Iskeda jew skond kull disposizzjoni
oħra ta’ dan l-Att jew regolamenti magħmulin taħtu jew skond kondizzjonijiet
marbutin mal-liċenza VLT, hekk kif isiru jafu b’dawk il-bidliet. 
(b) Meta minħabba f’xi bidla bħalma hemm imsemmi fil-paragrafu (a)
ta’ din is-sotto-partita, kemm jekk l-Awtorità  tkun ġiet mgħarrfa b’dik il-bidla skond
dak il-paragrafu (a) kemm jekk le, tinħoloq sitwazzjoni dwarha li, li kieku kienet
tezisti fil-waqt ta’ l-applikazzjoni għal liċenza VLT, kienet tiskwalifika lid-detentur
ta’ liċenza milli jikseb liċenza skond partita 3 ta’ din l-Iskeda, l-Awtorità  għandha
b’avviż tgħarraf lid-detentur ta’ liċenza b’dan kollu, u jekk is-sitwazzjoni ma tkunx
ġiet rimedjata għas-sodisfazzjoni ta’ l-Awtorità  fi żmien xaħar kalendarju mill-avviż
mogħti għaldaqshekk mill-Awtorità , l-Awtorità  għandha tħassar dik il-liċenza,
mingħajr ma timxi skond id-disposizzjonijiet tal-partita 10 ta’ din l-Iskeda: 
Izda l-Awtorità  m’għandhiex toħroġ avviż kif hawn qabel imsemmi aktar
tard minn tliet xħur kalendarji wara li tkun ġiet mgħarrfa mid-detentur ta’ liċenza
jew mid-diretturi tiegħu bil-bidla skond il-paragrafu (a) ta’ din is-sotto-partita.
(2) Jekk id-detentur ta’ liċenza jew id-diretturi tiegħu jonqsu milli jħarsu d-
disposizzjonijiet ta’ sub-partita (1) ta’ din il-partita huma jkunu qed jagħmlu reat
kontra dan l-Att. 
Assenjament jew ċessjoni ta’ liċenza u trasferiment ta’ kull interess ta’ kontroll.
8. (1) Ikun id-dmir ta’ detentur ta’ liċenza VLT li jikseb l-approvazzjoni bil-
miktub u bil quddiem ta’ l-Awtorità  qabel ma jieħu xi waħda mill-azzjonijiet
stabbiliti fil-paragrafi (a) sa (f) tas-sub-partita (2) ta’ din il-partita 8, u jekk tingħata
dik l-approvazzjoni, id-detentur ta’ liċenza jista’ mbagħad jieħu xi waħda mill-
azzjonijiet imsemmija biss kif suġġett għal dawk il-pattijiet u l-kondizzjonijiet li
jistgħu jiġu speċifikati mill-Awtorità  fl-approvazzjoni tagħha. Detentur ta’ liċenza
VLT li jaġixxi bi ksur tad-disposizzjonijiet ta’ din is-sub-partita (1) ikun ħati ta’ reat
kontra dan l-Att. Ikun id-dmir tad-diretturi kollha tad-detentur ta’ liċenza li jgħarrfu
LOTTERIJI U LOGĦOB IEĦOR ġ KAP. 438. 87
lill-Awtorità  minnufih hekk kif isiru jafu li d-detentur ta’ liċenza jkun bi ħsiebu
jieħu xi waħda minn dawk l- azzjonijiet imsemmija, u fin-nuqqas dawn ikun ħatja ta’
reat kontra dan l-Att. 
(2) L-azzjonijiet imsemmija fis-sub-partita (1) ta’ din il-partita 8 huma:
(a) it-trasferiment jew 1-assenjazzjoni tal-liċenza VLT mid-detentur ta’
liċenza VLT lil xi persuna oħra;
(b) il-bejgħ jew tneħħija xort’oħra mid-detentur tal-liċenza VLT tan-
negozju tiegħu kollu kemm hu jew f’parti minnu;
(ċ) il-funzjoni mid-detentur tal-liċenza VLT ma’ xi kumpannija oħra;
(d) jekk id-detentur ta’ liċenza jgħaddi minn xi rikostruzzjoni, qsim jew
konverżjoni ta’ l-istatus tiegħu minn kumpannija għal xi xort’oħra ta’
soċjeta kummerċjali; 
(e) it-tnaqqis tal-kapital ta’ l-ishma nominali jew maħruġin tad-detentur ta’
liċenza VLT jew iż-żieda jew riduzzjoni tal-kapital tiegħu votanti ta’ l-
ishma jew kull bidla materjali fil-jeddijiet tal-vot f’dak id-detentur ta’
liċenza; jew 
(f) iċ-ċessjoni tal-liċenza VLT mid-detentur ta’ liċenza VLT matul iż-
żmien tal-liċenza.
(3) Ikun id-dmir ta’ kull min iżomm jew ikollu interess ta’ kontroll f’detentur
ta’ liċenza VLT li jikseb l-approvazzjoni bil-miktub bil-quddiem ta’ l-Awtorità
qabel ma jittrasferixxi dak l-interess ta’ kontroll lil xi persuna oħra, jew xi parti
minnu li kieku jġegħluh itemm milli jibqa’ jżomm jew ikollu interess ta’ kontroll
fid-detentur ta’ liċenza jew li kieku jġiegħlu lir-riċevent li jakkwista interess ta’
kontroll fid-detentur ta’ liċenza, u jekk tingħata dik l-approvazzjoni, dik il persuna
tista’ mbagħad tittrasferixxi dak l-interess ta’ kontroll jew parti minnu kif hawn
qabel imsemmi biss kif suġġett għal dawk il-pattijiet u l-kondizzjonijiet li jistgħu
jiġu speċifikati mill- Awtorità  fl-approvazzjoni tagħha. Persuna li taġixxi bi ksur
tad-disposizzjonijiet ta’ din is-sub partita (3) tkun ħatja ta’ reat kontra dan l-Att.
Ikun id-dmir tad-detentur ta’ liċenza VLT u tad-diretturi kollha tiegħu li jgħarrfu
lill-Awtorità  minnufih hekk kif isiru jafu li xi persuna li żżomm jew li jkollha
interess ta’ kontroll fid-detentur ta’ liċenza tkun bi ħsiebha tittrasferixxi dak l-
interess ta’ kontroll jew parti minnu kif hawn qabel imsemmi lil xi persuna oħra, u
fin-nuqqas ikunu ħatja ta’ reat kontra dan l-Att. 
Għall-fini ta’ din is-sub-partita (3) u ta’ kull disposizzjoni oħra ta’ din l-
Iskeda li tagħmel referenza għal din is-sub-partita (3), "interess ta’ kontroll
f’detentur ta’ liċenza VLT" tfisser parteċipazzjoni diretta f’detentur ta’ liċenza VLT
li tkun tirrappreżenta mill-inqas għoxrin fil-mija tal-kapital ta’ ishma votanti maħruġ
minn dak id-detentur ta’ liċenza. 
(4) Jekk detentur ta’ liċenza VLT jieħu xi waħda mill-azzjonijiet stabbiliti fil-
paragrafi (a) sa (e) tas-sub-partita (2) ta’ din il-partita 8, jew jekk persuna msemmija
fis-sub-partita (3) ta’ din il partita 8 jagħmel trasferiment ta’ interess ta’ kontroll fid-
detentur ta’ liċenza jew parti minnu kif imsemmi fl-imsemmija sub-partita (3) lil xi
persuna oħra, mingħajr l-approvazzjoni bil-miktub u bil-quddiem ta’ l-Awtorità , jew
bi ksur ta’ xi pattijiet u kondizzjonijiet speċifikati mill-Awtorità  f’tali
approvazzjoni, l-Awtorità  tista’, mingħajr preġudizzju għas-setgħat li għandha taħt
il-partiti 9 u 10 ta’ din l-Iskeda: 
(a) toħroġ direttiva fejn tiddikjara tali azzjoni jew trasferiment bħala
wieħed null u bla ebda effett, liema direttiva għandha tkun effettiva
kontra kull min ikun involut f’dik l-azzjoni jew trasferiment minkejja d-
disposizzjonijiet ta’ kull liġi oħra; u, jew 
88 KAP. 438. ħ LOTTERIJI U LOGĦOB IEĦOR
(b) toħrog direttiva lil dak id-detentur ta’ liċenza jew, skond il-każ, lil dik
il-persuna biex jagħmlu jew jiddesistu milli jagħmlu xi att li l-Awtorità
tista’ tqis li jkun adatt fiċ-ċirkostanzi, 
u dak id-detentur ta’ liċenza jew, skond il-kaz, dik il-persuna għandhom
jikkonformaw ruħhom ma’ kull direttiva bħal dik lilhom maħruġa mill-Awtorità
skond il-paragrafu (b) ta’ din is-sub partita (4), u fin-nuqqas ikunu ħatja ta’ reat
kontra dan l-Att.
Raġunijiet għat-tħassir jew sospensjoni ta’ liċenza.
9. L-Awtorità  tista’ tordna t-tħassir jew is-sospensjoni ta’ liċenza VLT għal xi
raguni minn dawn li gejjin:
(a) xi direttur jew manager tad-detentur ta’ liċenza jkun ħati ta’ xi reat
kontra dan l-Att, jew ta’ serq, riċettazzjoni ta’ proprjetà  misruqa, frodi
jew ta’ xi delitt li jolqot il-fiduċja pubblika;
(b) id-detentur ta’ liċenza jikser xi disposizzjoni ta’ dan l-Att jew
regolamenti magħmulin taħtu kif dawn ikunu japplikaw għalih, jew
jikser xi kondizzjoni fil-liċenza VLT jew kull direttiva maħruġa mill-
Awtorità  skond dan l-Att jew regolamenti magħmulin taħtu u kif dawn
ikunu japplikaw għalih; 
(ċ) id-detentur ta’ liċenza xjentement jew b’mod traskurat jipprovdi lill-
Awtorità  informazzjoni materjali li tkun falza jew qarrieqa;
(d) id-detentur ta’ liċenza jonqos milli jwettaq l-obbligi finanzjarji li jkollu
meta dawn isiru dovuti u jkollhom jitħallsu;
(e) id-detentur ta’ liċenza jonqos milli jagħmel u jżomm il-garanzija
bankarja meħtiega kif provdut u skond il-partita 6 ta’ din l-Iskeda;
(f) id-detentur ta’ liċenza jkun għaddej minn proċess ta’ stralċ;
(g) persuna bħal dik imsemmija fil-partita 8(3) ta’ din l-Iskeda tittrasferixxi
interess ta’ kontroll fid-detentur ta’ liċenza jew tali parti minnu bħalma
hemm imsemmi f dik il-partita 8(3) lil xi persuna oħra, mingħajr l-
approvazzjoni bil-miktub u bil-quddiem ta’ l-Awtorità  kif inhu meħtieġ
b’dik il-partita 8(3), jew bi ksur ta’ xi pattijiet u kondizzjonijiet
speċifikati mill Awtorità  f’xi approvazzjoni bħal dik; jew
(h) l-Awtorità  tkun raġonevolment sodisfatta li d-detentur ta’ liċenza ma
jkunx, jew ma jkunx baqa’, persuna idonea biex ikollha l-liċenza VLT,
jew inkella raġonevolment tqis li jkun fl’interess nazzjonali meħtieġ li
l-liċenza VLT għandha titħassar jew tiġi sospiża. 
Proċeduri għat-tħassir jew sospensjoni tal-liċenza.
10. (1) Meta jkun hemm xi raġuni għat-tħassir jew sospensjoni ta’ liċenza VLT
li toriġina taħt partita 9 ta’ din l-Iskeda, l-Awtorità  għandha, b’avviż bil-miktub,
titlob lid-detentur ta’ liċenza, u tista’ titlob ukoll lil xi persuna oħra li fil-fehma
tagħha jkollha interess fil-liċenza, tgħid għaliex, f’dak il-perjodu li ma jkunx ta’
inqas minn ħamest ijiem wara 1-ħruġ ta’ 1-avviz kif speċifikat fl-istess avviż, il-
liċenza m’għandhiex tiġi mħassra jew sospiża minħabba f’dik ir-raġuni bħalma jkun
hemm dikjarat fl-avviż.
(2) L-Awtorità  għandha tagħti kas ta’ kull risposta li ssir taħt sub-partita (1) ta’
din il-partita hekk li: 
(a) meta l-ħaġa tkun ġiet solvuta għas-sodisfazzjon tagħha, m’għandha
tieħu ebda azzjoni ulterjuri, u għandha tgħarraf lid-detentur ta’ liċenza
LOTTERIJI U LOGĦOB IEĦOR ġ KAP. 438. 89
bil-miktub b’dan kollu;
(b) meta, għalkemm il-ħaġa ma tkunx ġiet solvuta għas-sodisfazzjon
tagħha, tqis li ma tkunx meħtieġa azzjoni ulterjuri, hija għanda
tammonixxi lid-detentur ta’ liċenza bil-miktub; jew
(ċ) meta l-ħaġa ma tkunx ġiet solvuta għas-sodisfazzjon tagħha u tkun
sodisfatta li tkun teħtieġ azzjoni ulterjuri, tista’ -
(i) b’avviż bil-miktub tagħti dawk id-direttivi lid-detentur ta’ liċenza
hekk kif tqis li jkunu adatti; jew
(ii) tissospendi l-liċenza għal dak il-perjodu li tkun tqis adatt, jew
tħassar tali liċenza.
(3) Meta direttiva mogħtija mill-Awtorità  taħt sub-partita (2)(ċ)(i) ta’ din l-
Iskeda ma tiġix imħarsa fiż-żmien speċifikat fl-avviż, l-Awtorità  għandha tħassar il-
liċenza.
 
IS-SITT SKEDA
Artikolu 43
Mħatri u sweepstakes li jsiru f’korsa għat-tiġrijiet
Metodu ta’ tħaddim u kif tintlagħab sweepstake
1. Għall-għanijiet tad-definizzjoni ta’ "sweepstake" fl-artikolu 2(1) ta’ dan l-
Att, sweepstake hija logħba li għandha x’taqsam  ma’ tiġrija jew tiġrijiet taż-
żwiemel li jsiru f’korsa għat-tiġrijiet u li tintlagħab:
(a) minn żewġ persuni jew aktar li fil-għadd ma jkunux iżjed mill-għadd ta’
żwiemel jew ġerrejja li jipparteċipaw f’xi tiġrija taż-żwiemel li dwarha
tiġi operata u tintlagħab il-logħba (hawn iżjed ’il quddiem f’dan il-
paragrafu msemmija bħala "it-tiġrija taż-żwiemel rilevanti"), fejn kull
wieħed minn dawk il-persuni jipparteċipa fil-logħba billi jħallas ġugata
ta’ flus lill-persuna li tkun qed topera l-logħba (hawn iżjed ’il quddiem
f’dan il-paragrafu msejjħa "l-operatur") għal biljett li jittella’ bix-xorti
mill-operatur, qabel ma tibda t-tiġrija taż-żwiemel rilevanti, minn fost
biljetti li fil-għadd ma jkunux iżjed mill-għadd ta’ żwiemel jew ġerrejja
li jipparteċipaw fit-tiġrija taż-żwiemel rilevanti u kull wieħed minn
dawk il-biljetti jitqabbel ma’ xi żiemel jew ġerrej differenti li
jipparteċipaw fit-tiġrija taż-żwiemel rilevanti, u li tintrebaħ mill-
persuna jew persuni li l-biljett jew biljetti tagħhom ikunu jaqblu maż-
żiemel jew mal-ġerrej jew maż-żwiemel jew mal-ġerrejja li jiġu f’dawk
il-postijiet fit-tiġrija taż-żwiemel rilevanti li jkunu preskritti bħala
postijiet ta’ rebħ skond ir-regoli tal-logħba, u fejn il-premju f’dik il-
logħba jkun jikkonsisti fil-flus kollha li jintlagħbu f’dik il-logħba
neqsin dawk l-ammonti minnhom li jistgħu, bla ħsara għad-
disposizzjonijiet ta’ din l-Iskeda, jitnaqqsu u jinżammu mill-operatur
skond ir-regoli ta’ dik il-logħba, u liema premju jitqassam lir-rebbieħa
ta’ dik il-logħba fil-proporzjonijiet stabbiliti skond, u fir-regoli tal-
logħba; jew
(b) permezz ta’ biljetti kull wieħed b’ numru, simbolu jew stampa
differenti, liema biljetti jinxtraw minn parteċipanti f’dik il-logħba bi
ħlas ta’ flus għal ġugata lill-persuna li tkun qed topera l-logħba (hawn
90 KAP. 438. ħ LOTTERIJI U LOGĦOB IEĦOR
iżjed ’il quddiem f’dan il-paragrafu imsejjħa "l-operatur") qabel ma
tibda xi tiġrija taż-żwiemel  li dwarha tkun qed issir u tintlagħab il-
logħba (hawn iżjed ’il quddiem f’dan il-paragrafu imsemmija bħala "it-
tiġrija taż-żwiemel rilevanti"), u li permezz tagħha l-operatur itella’ bix-
xorti, qabel ma tibda jew wara li tintemm it-tiġrija taż-żwiemel
rilevanti, għadd ta’ numri, simboli jew stampi daqs l-għadd ta’ żwiemel
jew ġerrejja li jipparteċipaw fit-tiġrija taż-żwiemel rilevanti u li
tintrebaħ mid-detenturi tal-biljetti li jkollhom l-istess numri, simboli
jew stampi bħal dawk imtellgħin kif hawn qabel imsemmi, u li permezz
ta’ dan il-premju f’dik il-logħba jkun jikkonsisti fl-ammont kollu ta’
flus li jintlagħab f’dik il-logħba nieqsa dik il-parti mill-ammont li tista’,
bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ din l-Iskeda, titnaqqas u tinżamm
mill-operatur skond ir-regoli ta’ dik il-logħba, liema premju jitqassam
lid-detenturi tal-biljetti rebbieħa fil-proporzjonijiet stabbiliti skond u
fir-regoli tal-logħba.
Għal kemm iddum liċenza u t-tiġdid tagħha.
2. (1) Liċenza biex isiru mħatri f’korsa għat-tiġrijiet għandha tinħareġ għal
dak iż-żmien, għal żmien effettiv ta’ sena, li l-Awtorità  tista’ tispeċifika fil-liċenza.
(2) Kemm-il darba ma tkunx ġiet imħassra qabel, liċenza biex isiru mħatri
f’korsa għat-tiġrijiet tista’ tiġġedded mill-Awtorità  għal perjodu jew perjodi oħra, li
kull wieħed minnhom ma jkunx jeċċedi sena, skond kif l-Awtorità  tista’
tistabbilixxi.
(3) Kull tiġdid bħal dak imsemmi fis-sub-partita (2) ta’ din il-partita jkun bla
ħsara għall-konformità  mid-detentur ta’ liċenza għat-tqegħid ta’ mħatri f’korsa għat-
tiġrijiet, matul iż-żmien tal-liċenza oriġinali jew imġedded li jiġi minnufih qabel,
mad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u tar-regolamenti magħmulin taħtu, u  mal-
pattijiet u l-kondizzjonijiet tal-liċenza u  ma’ kull direttiva maħruġa mill-Awtorità
skond dan l-Att jew regolamenti magħmulin taħtu u kif dawn ikunu japplikaw lil dak
id-detentur ta’ liċenza, u bla ħsara għall-aċċettazzjoni mill-Awtorità  ta’ l-
applikazzjoni bil-miktub għal dak it-tiġdid magħmul mid-detentur ta’ liċenza lill-
Awtorità  sa dik id-data qabel l-iskadenza taż-żmien tal-liċenza oriġinali jew
imġedded li jiġi minnufih qabel, hekk kif l-Awtorità  tkun speċifikat fil-liċenza, u li
jkun fih dik l-informazzjoni hekk kif l-Awtorità  tkun speċifikat hemm fiha stess
skond kif ikun meħtieġ jew spedjenti biex tkun tista’ tistabbilixxi jekk għandhiex
iġġedded dik il-liċenza.
(4) Wara li tiġi ppreżentata applikazzjoni għat-tiġdid ta’ liċenza biex isiru
mħatri  f’korsa għat-tiġrijiet, l-Awtorità  tista’ teħtieġ lill-applikant jipprovdi kull
informazzjoni, b’żjieda ma’ dik provduta flimkien ma’ l-applikazzjoni, kif jista’
jkun meħtieġ bil-għan li tiddeċiedi dwar dik l-applikazzjoni.
Applikazzjoni għal liċenza.
3. (1) Applikazzjoni għal liċenza biex isiru mħatri  f’korsa għat-tiġrijiet
għandha ssir minn jew għan-nom tal-klabb approvat tat-tiġrijiet jew persuna oħra li
tkun bi ħsiebha topera mħatri f’korsa għat-tiġrijiet u, jew sweepstakes, fl-għamla u l-
mod meħtieġa mill-Awtorità .
(2) Dik l-applikazzjoni għandu jkollha mill-anqas din l-informazzjoni li ġejja :
(a) l-isem u l-indirizz ta’ l-applikant u l-indirizz f’Malta fejn jistgħu jiġu
notifikati d-dokumenti lill-applikant;
(b) it-tip ta’ mħatri f’korsa għat-tiġrijiet u, jew sweepstakes li l-applikant
ikun irid jopera, u dawk il-partikolaritajiet li jirrigwardaw ir-regoli u
LOTTERIJI U LOGĦOB IEĦOR ġ KAP. 438. 91
regolamenti dwar il-proċeduri biex jiġu operati u jintlagħbu dawk l-
imħatri u, jew sweepstakes kif l-Awtorità  tista’ teħtieġ jew kif jista’ jiġi
preskritt b’regolamenti;
(ċ) il-korsa approvata għat-tiġrijiet jew korsi approvati għat-tiġrijiet fejn
ikunu se jsiru t-tiġrijiet ta’ żwiemel u, jew tiġrijiet ta’ klieb u li fihom
jew f’dak li għandu x’jaqsam magħhom l-applikant ikun irid jopera l-
imħatri rilevanti f’korsa għat-tiġrijiet u, jew sweepstakes.
(3) L-applikazzjoni għandu jkun fiha wkoll jew ikollha magħha kull
informazzjoni, dokument u partikolarità  oħra hekk kif l-Awtorità  tista’ teħtieġ jew
hekk kif jista’ jiġi preskritt b’regolamenti.
(4) Wara li tiġi ppreżentata applikazzjoni għal liċenza biex isiru mħatri  f’korsa
għat-tiġrijiet, l-Awtorità  għandu jkollha l-poter li teħtieġ lill-applikant jipprovdi kull
tali informazzjoni oħra b’żjieda ma’ dik mogħtija fl-applikazzjoni kif l-Awtorità
tista’ tqis meħtieġ bil-għan li tiddeċiedi dwar dik l-applikazzjoni.
Għoti ta’ liċenza.
4. L-Awtorità  m’għandhiex toħroġ liċenza biex isiru mħatri  f’korsa għat-
tiġrijiet lil xi persuna kemm-il darba l-Awtorità  ma tkunx sodisfatta li:
(a) id-detentur ta’ liċenza propost ikun persuna idonea u adatta bil-għan li
jassigura, jew meta d-detentur ta’ liċenza propost ma jkunx individwu,
il-persuni li jeżerċitaw il-kontroll effettiv u l-ġestjoni ta’ l-affarijiet tad-
detentur ta’ liċenza propost ikunu adatti u idonei li jwettqu l-
funzjonijiet u d-dmirijiet tagħhom dwar id-detentur ta’ liċenza propost
hekk li jkun jassigura, l-operazzjoni kif imiss tal-imħatri f’korsa għat-
tiġrijiet rilevanti u, jew sweepstakes mid-detentur propost ta’ liċenza;
(b) id-detentur propost ta’ liċenza jkun se jħares f’kull rigward  id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u ta’ regolamenti magħmulin taħtu kif
dawn ikunu japplikaw għalih, u l-pattijiet u l-kondizzjonijiet tal-liċenza
biex isiru mħatri  f’korsa għat-tiġrijiet u kull direttiva maħruġa mill-
Awtorità  skond dan l-Att jew regolamenti magħmulin taħtu u kif dawn
ikunu japplikaw għalih.
Forma ta’ liċenza.
5. (1) Il-liċenza biex isiru mħatri f’korsa għat-tiġrijiet tkun f’dik l-għamla kif
l-Awtorità  tista’ tistabbilixxi jew kif jista’ jiġi preskritt b’regolamenti. 
(2) L-għoti ta’ liċenza biex isiru mħatri  f’korsa għat-tiġrijiet ma tnaqqasx mir-
responsabbiltà  tad-detentur ta’ liċenza li jikseb xi liċenza oħra, permess jew
awtorizzazzjoni li jistgħu jkunu meħtieġa taħt kull liġi oħra.
Kondizzjonijiet tal-liċenza u varjazzjonijiet u revoki tagħha.
6. (1) Meta tagħti liċenza biex isiru mħatri f’korsa għat-tiġrijiet, l-Awtorità
tista’ tassoġġettaha għal dawk il-kondizzjonijiet li tista’ tqis li jkunu adatti,  u wara
li tkun tat tali liċenza l-Awtorità  tista’, minn żmien għal żmien, tvarja jew tirrevoka
kull kondizzjoni hekk imposta jew timponi kondizzjonijiet ġodda:
Iżda kull meta l-Awtorità  tikkonsidra li jkun adatt  li tibdel xi kondizzjoni
jew li timponi xi kondizzjoni ġdida fil-liċenza biex isiru mħatri  f’korsa għat-
tiġrijiet, l-Awtorità  għandha, kemm-il darba dak it-tibdil jew impożizzjoni ta’
kondizzjoni ġdida ma jkunux intalbu mid-detentur ta’ liċenza nnifsu, tgħarraf lid-
detentur ta’ liċenza b’avviż bil-miktub li tkun bi ħsiebha tibdel dik il-kondizzjoni
jew li timponi dik il-kondizzjoni l-ġdida, fejn tgħid lid-detentur ta’ liċenza jgħid
92 KAP. 438. ħ LOTTERIJI U LOGĦOB IEĦOR
għaliex, f’dak il-perjodu li ma jkunx ta’ inqas minn sebat ijiem wara l-ħruġ ta’ l-
avviż li jista’ jiġi speċifikat fl-istess avviż, m’għandhiex tiġi midbula dik il-
kondizzjoni jew m’għandhiex tiġi imposta dik il-kondizzjoni ġdida, u l-Awtorità
għandha tqis kull risposta mogħtija mid-detentur ta’ liċenza fil-perjodu speċifikat fl-
avviż, qabel ma tibdel il-kondizzjoni jew qabel ma timponi l-kondizzjoni l-ġdida.
(2) Kondizzjonijiet f’liċenza biex isiru mħatri  f’korsa għat-tiġrijiet jistgħu
jimponu l-ħtiġiet li għandhom jitħarsu mid-detentur ta’ liċenza wara li l-liċenza tkun
temmet milli tibqa’ sseħħ.
(3) Liċenza biex isiru mħatri f’korsa għat-tiġrijiet tista’ timponi kondizzjonijiet
li jkunu jeħtieġu lid-detentur ta’ liċenza li:
(a) jikseb il-kunsens ta’ l-Awtorità  qabel ma jagħmel xi ħaġa speċifikata,
jew ta’ deskrizzjoni speċifikata, fil-liċenza; u 
(b) jirriferixxi kull ħaġa speċifikata, jew ta’ deskrizzjoni speċifikata, fil-
liċenza lill-Awtorità  għall-approvazzjoni.
(4) Liċenza biex isiru mħatri f’korsa għat-tiġrijiet għandha tinkludi kondizzjoni
li tkun teħtieġ lid-detentur ta’ liċenza jħallas lill-Awtorità , f’kull waqt li jista’ jiġi
preskritt b’regolamenti, dawk id-drittijiet, dazji, taxxi u, jew ammonti oħra li jistgħu
jiġu hekk preskritti, liema drittijiet, dazji, taxxi u, jew ammonti għandhom ikunu
b’żjieda ma’ dawk li d-detentur ta’ liċenza jista’ jkun meħtieġ li jħallas taħt xi liġi li
ma tkunx dan l-Att.
(5) Liċenza biex isiru mħatri  f’korsa għat-tiġrijiet għandha titqies li tinkludi
kondizzjoni li:
(a) id-detentur ta’ liċenza għandu biss jopera mħatri f’korsa għat-tiġrijiet
għal tiġrijiet ta’ żwiemel u, jew tiġrijiet ta’ klieb li jsiru fil-korsa
approvata għat-tiġrijiet jew korsi approvati għat-tiġrijiet indikati fil-
liċenza f’laqgħat approvati, permezz ta’ totalizzatur imwaqqaf, miżmum
u operat fil-korsa approvata għat-tiġrijiet u fil-laqgħa approvata li fiha u
matulha tkun qed issir it-tiġrija rilevanti taż-żwiemel jew tal-klieb li
dwarha dak id-detentur ta’ liċenza ikun qed jopera xi mħatra partikolari
li ssir  f’korsa għat-tiġrijiet; u 
(b) mhux inqas minn tlieta u tmenin fil-mija mill-flus kollha li jintlagħbu
dwar xi mħatra partikolari li ssir  f’ korsa għat-tiġrijiet  operata mid-
detentur ta’ liċenza għandhom jitqassmu minn dak id-detentur ta’
liċenza fost il-persuni li jirbħu dik l-imħatra li ssir  f’ korsa għat-tiġrijiet
skond ir-regoli ta’ l-imsemmija mħatra li ssir  f’korsa għat-tiġrijiet .
(6) Liċenza biex isiru mħatri f’korsa għat-tiġrijiet biex isiru sweepstakes
għandha titqies li tinkludi kondizzjoni li:
(a) id-detentur ta’ liċenza għandu jopera biss sweepstakes fuq tiġrijiet ta’
żwiemel li jsiru fuq il-korsa approvata għat-tiġrijiet jew korsi approvati
għat-tiġrijiet indikati fil-liċenza f’laqgħat approvati, permezz ta’ biljetti
mibjugħin biss fuq il-korsa għat-tiġrijiet approvata li fuqha tkun qed
issir it-tiġrija taż-żwiemel rilevanti li dwarha dak id-detentur ta’ liċenza
jkun qed jopera xi sweepstake partikolari għal persuni li jkunu ddaħħlu
f’dik il-korsa approvata għat-tiġrijiet bi ħlas tad-dritt ta’ dħul kif imiss
u, jew permezz ta’ biljetti mibjugħin biss lil dawk il-persuni l-oħra li
jistgħu jiġu speċifikati fil-liċenza jew kif jista’ jiġi preskritt
f’regolamenti; u 
(b) mhux inqas minn ħamsa u tmenin fil-mija ta’ l-ammont kollu ta’ flus li
jintlagħab fir-rigward ta’ xi sweepstake partikolari operata mid-detentur
LOTTERIJI U LOGĦOB IEĦOR ġ KAP. 438. 93
ta’ liċenza għandhom jitqassmu minn dak id-detentur ta’ liċenza fost il-
persuni rebbieħa ta’ tali sweepstake u skond ir-regoli ta’ l-imsemmi
sweepstake.
Bidliet fil-kontroll effettiv u tmexxija eċċ.
7. (1) (a) Jekk id-detentur ta’ liċenza għat-tqegħid ta’ mħatri f’korsa għat-
tiġrijiet ma jkunx individwu, dak id-detentur ta’ liċenza għandu, fi żmien ħamest
ijiem minn kull bidla fil-persuni li jeżerċitaw il-kontroll effettiv u l-ġestjoni ta’ l-
affarijiet tad-detentur ta’ liċenza, jgħarraf lill-Awtorità  b’dik il-bidla.  Id-detentur
ta’ liċenza għandu wkoll jgħarraf lill-Awtorità  b’kull bidla materjali fl-
informazzjoni u d-dokumentazzjoni provduti mid-detentur ta’ liċenza skond partita
3(2), (3) u (4) ta’ din l-Iskeda jew skond kull disposizzjoni oħra ta’ dan l-Att jew
regolamenti magħmulin taħtu jew skond kondizzjonijiet marbutin mal-liċenza biex
isiru mħatri  f’korsa għat-tiġrijiet, hekk kif isir jaf b’dawk il-bidliet.
(b) Meta minħabba f’xi bidla bħalma hemm imsemmi fil-paragrafu (a)
ta’ din is-sotto-partita, kemm jekk l-Awtorità  tkun ġiet mgħarrfa b’dik il-bidla skond
dak il-paragrafu (a) kemm jekk le, tinħoloq sitwazzjoni dwarha li, li kieku kienet
teżisti fil-waqt ta’ l-applikazzjoni għal-liċenza biex isiru mħatri f’korsa għat-
tiġrijiet, kienet tiskwalifika lid-detentur ta’ liċenza milli jikseb liċenza skond partita
4 ta’ din l-Iskeda, l-Awtorità  għandha b’avviż tgħarraf lid-detentur ta’ liċenza b’dan
kollu, u jekk is-sitwazzjoni ma tkunx ġiet rimedjata għas-sodisfazzjoni ta’ l-
Awtorità  fi żmien ħamest ijiem mill-avviż mogħti għaldaqshekk mill-Awtorità , l-
Awtorità  għandha tħassar dik il-liċenza mingħajr ma timxi skond id-disposizzjonijiet
tal-partita 10 ta’ din l-Iskeda:
Iżda l-Awtorità  m’għandhiex toħroġ avviż kif hawn qabel imsemmi aktar
tard minn xahar wara li tkun ġiet mgħarrfa  mid-detentur ta’ liċenza bil-bidla skond
il-paragrafu (a) ta’ din is-sotto-partita.
(2) Jekk id-detentur ta’ liċenza jonqos milli jħares id-disposizzjonijiet ta’ sub-
partita (1) ta’ din il-partita huwa jkun qed jagħmel reat kontra dan l-Att.
Assenjament jew ċessjoni ta’ liċenza.
8. (1) Liċenza biex isiru mħatri f’korsa għat-tiġrijiet ma tistax tiġi assenjata
jew trasferita mid-detentur ta’ liċenza għat-tqegħid ta’ mħatri f’korsa għat-tiġrijiet
lil xi persuna oħra.
(2) Id-detentur ta’ liċenza għat-tqegħid ta’ mħatri f’korsa għat-tiġrijiet ma jistax
iċedi l-liċenza tiegħu biex isiru mħatri f’korsa għat-tiġrijiet matul iż-żmien tal-
liċenza mingħajr l-approvazzjoni bil-quddiem u bil-miktub ta’ l-Awtorità , u jekk dik
l-approvazzjoni tingħata, il-liċenza tista’ għaldaqshekk tiġi ċeduta biss bla ħsara
għal dawk il-pattijiet u l-kondizzjonijiet li jistgħu jiġu speċifikati mill-Awtorità  fl-
approvazzjoni tagħha.
(3) Jekk liċenza biex isiru mħatri f’korsa għat-tiġrijiet tkun assenjata jew
trasferita mid-detentur ta’ liċenza għat-tqegħid ta’ mħatri f’korsa għat-tiġrijiet lil xi
persuna oħra:
(a) dik il-liċenza tkun ikkunsidrata nulla u bla effett; u 
(b) l-Awtorità  tista’ toħroġ direttiva lil dak id-detentur ta’ liċenza biex
jagħmel jew jieqaf milli jagħmel xi att li l-Awtorità  tista’ tqis bħala
adatt fiċ-ċirkostanzi, u dak id-detentur ta’ liċenza għandu jħares kull tali
94 KAP. 438. ħ LOTTERIJI U LOGĦOB IEĦOR
direttiva, u jekk jonqos mill jagħmel dan ikun ħati ta’ reat kontra dan l-
Att.
(4) Detentur ta’ liċenza għat-tqegħid ta’ mħatri f’korsa għat-tiġrijiet li jaġixxi bi
ksur tad-disposizzjonijiet ta’ din il-partita 8 ikun ħati ta’ reat kontra dan l-Att.
Raġunijiet għat-tħassir jew sospensjoni ta’ liċenza.
9. L-Awtorità  tista’ tordna t-tħassir jew is-sospensjoni ta’ liċenza biex isiru
mħatri  f’korsa għat-tiġrijiet għal xi raġuni minn dawn li ġejjin:
(a) id-detentur ta’ liċenza, jew persuna li teżerċita l-kontroll effettiv u l-
ġestjoni ta’ l-affarijiet tad-detentur ta’ liċenza, tkun ħatja ta’ xi reat
kontra dan l-Att,  jew ta’ serq, riċettazzjoni ta’ proprjetà  misruqa, frodi
jew ta’ xi delitt li jolqot il-fiduċja pubblika;
(b) id-detentur ta’ liċenza jikser xi disposizzjoni ta’ dan l-Att jew
regolamenti magħmulin taħtu kif dawn ikunu japplikaw għalih, jew
jikser xi kondizzjoni fil-liċenza biex isiru mħatri  f’korsa għat-tiġrijiet
jew kull direttiva maħruġa mill-Awtorità  skond dan l-Att jew
regolamenti magħmulin taħtu u kif dawn ikunu japplikaw għalih;
(ċ) id-detentur ta’ liċenza xjentement jew b’mod traskurat jipprovdi lill-
Awtorità  informazzjoni materjali li tkun falza jew qarrieqa;
(d) id-detentur ta’ liċenza jonqos milli jwettaq l-obbligi finanzjarji li jkollu
meta dawn isiru dovuti u jkollhom jitħallsu;
(e) id-detentur ta’ liċenza ikun għaddej minn proċess ta’ stralċ; jew
(f) l-Awtorità  tkun raġonevolment sodisfatta li d-detentur ta’ liċenza ma
jkunx, jew ma jkunx baqa’, persuna idonea biex ikollha l-liċenza biex
isiru mħatri f’korsa għat-tiġrijiet, jew inkella raġonevolment tqis li jkun
fl-interess nazzjonali meħtieġ li l-liċenza biex isiru mħatri f’korsa għat-
tiġrijiet għandha titħassar jew tiġi sospiża.
Proċeduri għat-tħassir jew sospensjoni tal-liċenza.
10. (1)  Meta jkun hemm xi raġuni għat-tħassir jew sospensjoni ta’ liċenza biex
isiru mħatri  f’korsa għat-tiġrijiet li toriġina taħt partita 9 ta’ din l-Iskeda, l-Awtorità
għandha, b’avviż bil-miktub, titlob lid-detentur ta’ liċenza, u tista’ titlob ukoll lil xi
persuna oħra li fil-fehma tagħha jkollha interess fil-liċenza, tgħid għaliex, f’dak il-
perjodu li ma jkunx ta’ inqas minn ħamest ijiem wara l-ħruġ ta’ l-avviż kif speċifikat
fl-istess avviż, il-liċenza m’għandhiex tiġi mħassra jew sospiża minħabba f’dik ir-
raġuni bħalma jkun hemm dikjarat fl-avviż.
(2) L-Awtorità  għandha tagħti każ ta’ kull risposta li ssir taħt sub-partita (1) ta’
din il-partita hekk li:
(a) meta l-ħaġa tkun ġiet solvuta għas-sodisfazzjon tagħha, m’għandha
tieħu ebda azzjoni ulterjuri, u għandha tgħarraf lid-detentur ta’ liċenza
bil-miktub b’dan kollu;
(b) meta, għalkemm il-ħaġa ma tkunx ġiet solvuta għas-sodisfazzjon
tagħha, tqis li ma tkunx meħtieġa azzjoni ulterjuri, hija għandha
tammonixxi lid-detentur ta’ liċenza bil-miktub; jew
(ċ) meta l-ħaġa ma tkunx ġiet solvuta għas-sodisfazzjon tagħha u tkun
sodisfatta li tkun teħtieġ azzjoni ulterjuri, tista’ -
(i) b’avviż bil-miktub tagħti dawk id-direttivi lid-detentur ta’ liċenza
hekk kif tqis li jkunu adatti; jew
LOTTERIJI U LOGĦOB IEĦOR ġ KAP. 438. 95
(ii) tissospendi l-liċenza għal dak il-perjodu li tkun tqis adatt, jew
tħassar tali liċenza.
(3) Meta direttiva mogħtija mill-Awtorità  taħt sub-partita (2)(ċ)(i) ta’ din l-
Iskeda ma tiġix imħarsa fiż-żmien speċifikat fl-avviż, l-Awtorità  għandha tħassar il-
liċenza.
IS-SEBA’ SKEDA
Artikolu 80(1)
Din l-Iskeda ġiet fis-seħħ fit-2 ta’ Settembru, 2002, u l-emendi għall-liġijiet
rispettivi ġew inkorporati skond hekk.
IT-TMIEN SKEDA
Artikolu 80(2)
Din l-Iskeda ġiet fis-seħħ fit-2 ta’ Settembru, 2002, u l-emendi għall-liġijiet
rispettivi ġew inkorporati skond hekk.
ID-DISA’ SKEDA
Artikolu 46
Kostituzzjoni u Proċedimenti ta’ Bord għall-Kontroll ta’ Korsa għat-Tiġrijiet
1. Bord għall-Kontroll ta’ Korsa għat-Tiġrijiet jkun magħmul minn president u
minn erba’ membri oħra li jiġu maħtura mill-Ministru responsabbli għall-isport.
2. Il-president ikun dik il-persuna li l-Ministru responsabbli għall-isport jaħtar
għaldaqshekk.
3. Persuna ma tkunx kwalifikata li jkollha l-kariga bħala membru ta’ Bord
għall-Kontroll ta’ Korsa għat-Tiġrijiet jekk -
(a) tkun membru tal-Kamra tad-Deputati;
(b) tkun imħallef jew maġistrat tal-qrati tal-ġustizzja;
(ċ) ikollha xi interess finanzjarju jew xi interess materjali ieżor f’xi korsa
approvata għat-tiġrijiet jew f’xi klabb approvat tat-tiġrijiet li x’aktarx
ikun jolqot it-twettiq tal-funzjonijiet tagħha bħala membru ta’ tali Bord;
(d) tkun instabet ħatja ta’ xi reat punibbli bi priġunerija għal perjodu ta’ sitt
xhur jew aktar;
(e) tkun instabet ħatja ta’ xi reat kontra Taqsima VIII ta’ dan l-Att.
4. Il-membri ta’ Bord għall-Kontroll ta’ Korsa għat-Tiġrijiet għandhom
jibqgħu fil-kariga għal dak iż-żmien li jista’ jiġi speċifikat fil-ħatriet rispettivi
tagħhom:
Iżda membru ta’ tali Bord jista’ jitneħħa f’kull waqt mill-Ministru
responsabbli għall-isport.
5. Persuna li ttemm milli tkun membru maħtur ta’ Bord għall-Kontroll ta’
96 KAP. 438. ħ LOTTERIJI U LOGĦOB IEĦOR
Korsa għat-Tiġrijiet tkun tista’ tinħatar mill-ġdid kemm-il darba ma jkunx hemm xi
raġuni dwar dik il-persuna għall-iskwalifika milli jkollha dik il-kariga bħalma jkollu
membru elenkat fil-partita 3 ta’ din l-Iskeda.
6. Il-quorum ta’ Bord għall-Kontroll ta’ Korsa għat-Tiġrijiet ikun ta’ tlieta,
imma bla ħsara għal tali quorum dak il-Bord jista’ jaġixxi minkejja kull vakanza fost
il-membri tiegħu.
7. Bord għall-Kontroll ta’ Korsa għat-Tiġrijiet jista’ jaħtar membru tal-Bord
bħala viċi-president tal-Bord, u fl-assenza tal-president jew matul xi vakanza fil-
kariga tal-president, il-viċi-president hekk maħtur jippresjedi il-laqgħat tal-Bord.
8. Id-deċiżjonijiet waqt laqgħat ta’ Bord għall-Kontroll ta’ Korsa għat-Tiġrijiet
għandhom jiġu adottati b’maġġoranza sempliċi tal-voti tal-membri preżenti u
votanti, iżda ebda deċiżjoni ma tkun valida kemm-il darba ma tkunx appoġġata mill-
inqas minn żewġ membri tal-Bord.  Fil-każ ta’ voti ndaqs, min ikun qed jippresjedi l-
laqgħa jkollu vot ieħor jew vot deċiżiv.
9. Bla ħsara għal kull regolament rilevanti magħmul mill-Ministru
responsabbli għall-isport taħt l-artikolu 78(6) ta’ dan l-Att, Bord għall-Kontroll ta’
Korsa għat-Tiġrijiet jista’ jaħtar u, jew jimpjega, b’dik ir-rimunerazzjoni u b’dawk
il-pattijiet u l-kondizzjonijiet li jista’ jistabbilixxi, dawk l-uffiċjali, impjegati u
aġenti li jistgħu minn żmien għal żmien ikunu meħtieġa għall-qadi kif imiss u
effiċjenti tal-funzjonijiet tal-Bord, u l-Bord għandu jippreskrivi d-dmirijiet ta’ kull
wieħed minn dawk l-uffiċjali, impjegati u aġenti.
10. Bla ħsara għal kull regolament rilevanti magħmul mill-Ministru
responsabbli għall-isport taħt l-artikolu 78(6) ta’ dan l-Att, Bord għall-Kontroll ta’
Korsa għat-Tiġrijiet jista’ jirregola l-proċedura tiegħu nnifsu u jagħmel ordnijiet
permanenti li jkunu jirregolaw it-tmexxija ta’ l-affarijiet tiegħu.
11. M’għandu jiġi indagat ebda att jew proċediment ta’ Bord għall-Kontroll ta’
Korsa għat-Tiġrijiet minħabba f’xi vakanza fost il-membri tiegħu jew inkella għaliex
il-ħatra ta’ xi membru tiegħu kienet waħda difettiva.
