TRATTAMENT XIERAQ TA’ L-ANNIMALI ġ KAP. 439. 1
KAPITOLU 439
ATT DWAR IT-TRATTAMENT XIERAQ
TA’ L-ANNIMALI
Biex joħloq u jikkonsolida l-protezzjoni ta’ l-annimali miżmuma għal
skopijiet ta’ xogħol, sport, wens u ikel.
8 ta’ Frar, 2002
L-Att XXV ta’ l-2001.
Preliminari
Titolu fil-qosor.
Xieraq ta’ l-Annimali.
Tifsir.
xort’oħra - 
'' annimali'' tfisser kull ħlejqa tar-razza ta’ l-annimali barra l-
bnedmin u tinkludi il-larva ta’ insett li qed jgħix waħdu u, jew,
forom larvali li qed jirriproduċu iżda ma tinkludix forom
embrijoniċi jew fetali; 
" annimali mrobbija" tfisser dawk l-annimal li jkunu qed
jitrabbew speċifikatament bil-għan li jintużaw għall-esperimenti
f’dawk il-faċilitajiet approvati minn jew registrati mal-Kunsill;
" Dipartiment" tfisser id-Dipartiment tas-Servizzi Veterinarji;
"Direttur" tfisser id-Direttur tas-Servizzi Veterinarji u, sal-limitu
tal-funzjonijiet mogħtija, tinkludi kull uffiċjal pubbliku awtorizzat
md-Direttur għal hekk bil-miktub għal xi wieħed mill-għanijiet ta’
dan l-Att;
''esperiment fuq l-annimali'' tfisser kull użu ta’ xi annimal għal xi
esperiment jew għanijiet xjentifiċi li jistgħu joħolqu uġiegħ,
dwejjaq, sogħba jew ħsara fit-tul, li tinkludi wkoll kull azzjoni
maħsuba, jew x’aktarx, twassal fit-twelid ta’ xi annimal f’dik il-
kondizzjoni. L-esperiment fuq l-annimal jibda meta l-annimal jiġi
ppreparat għall-użu u jispiċċa meta l-ebda osservazzjonijiet oħra
ma jsiru għal dak l-esperiment. L-eliminazzjoni ta’ uġiegħ,
dwejjaq, sogħba jew ħsara fit-tul permezz tal-użu b’suċċess ta’
anestesija jew analġesija jew metodi oħra ma jpoġġux lill-annimal
barra mill-iskop ta’ din it-tifsira;
Kap. 389.
Gwardjani Lokali u Privati;
''immarkar'', fir-rigward ta’ annimal, tfisser:
(a) l-immarkar ta’ annimal b’xi metodu li jkollu l-għan li
jiddistingwi bejn dak l-annimal jew annimali ta’ dik ir-
razza minn annimali oħra; u
(b) tinkludi t-twaħħil jew l-applikazzjoni jew l-
impjantazzjoni f’dak l-annimal, bil-għan li tinħoloq
distinzjoni bejn dak l-annimal ta’ dik ir-razza minn
oħrajn, ta’ kull ċinga, ċurkett, molla, timbru, tagħmir
2 KAP. 439. ħ TRATTAMENT XIERAQ TA’ L-ANNIMALI
elettroniku ta’ identifikazzjoni, jew żebgħa, jew kull
ħaġa oħra;
''Kunsill' tfisser il-Kunsill għat-Trattament Xieraq ta’ l-Annimali
stabbilit bl-artikolu 4;
''Ministru'' tfisser Ministru responsabbli għas-Servizzi
Veterinarji;
" persuna kompetenti" tfisser dawk il-persuni magħżula għal hekk
mill-Ministru għal xi wieħed mill-għanijiet ta’ dan l-Att;
''preskritt'' tfisser preskritt b’regolamenti magħmulin mill-
Ministru taħt dan l-Att;
''moħqrija'', fir-rigward ta’ annimal, tfisser li ġġiegħel lill-
annimal, b’xi att jew ommissjoni, isofri uġiegħ jew tbatija li fix-
xorta jew mill-qawwa, jew fil-għan tagħhom, jew fiċ-ċirkostanzi li
fihom ikunu imposti, jkunu żejda jew bla ħtieġa;
''uffiċjal għall-ħarsien xieraq ta’ l-annimali'' tfisser uffiċjal
maħtur skond l-artikolu 44, u tinkludi kull membru tal-pulizija jew
gwardjan lokali;
''veterinarju'' tfisser persuna li għandha liċenza mogħtija mill-
President ta’ Malta biex teżerċita l-professjoni ta’ veterinarju
f’Malta u tkun registrata fir-Registru tal-Veterinarji miżmum mill-
Kunsill tal-Kirurġi Veterinarji.
Taqsima I
Trattament Xieraq ta’ l-Annimali
Dikjarazzjoni ta’ 
prinċipji.
3. (1) L-Istat jagħmel ħiltu, skond id-disposizzjonijiet ta’ dan
l-Att, biex jipproteġi l-ħajja ta’ l-annimali u biex ma jħallix li jsiru,
u jwaħħal pieni għal, atti ta’ moħqrija lejhom. Partikolarment, l-
Istat jipproteġi dawn l-annimali minn kull ħidma mhux xierqa u
minn prattiċi ta’ xogħol li jmorru lil hinn minn, u ma jaqblux ma’,
n-natura tagħhom.
(2) L-Istat jirrikonoxxi li għandu d-dmir li jippromwovi l-
ħarsien ta’ l-annimali, u li l-ħarsien ta’ l-annimali għandu jiġi
protett bl-intervent ta’ l-Istat, bl-organi leġislattivi, ġudizzjarji u
amministrattivi tiegħu.
(3) L-Istat jirrikonoxxi li hu d-dmir tiegħu li jikkollabora ma’
l-għaqdiet volontarji fil-qasam tat-trattament xieraq ta’ l-annimali,
u li għandu d-dmir li jkattar il-kultura tar-rispett lejn l-annimali.
Taqsima II
Twaqqif ta’ Kunsill għat-Trattament Xieraq ta’ l-Annimali
Kunsill għat-
Trattament Xieraq 
ta’ l-Annimali.
4. (1) Għandu jkun hemm Kunsill għat-Trattament Xieraq ta’ l-
Annimali li jkun magħmul minn -
(a) id-Direttur tas-Servizzi Veterinarji, li jkun iċ-
Chairman;
(b) rappreżentant mill-Ministeru responsabbli għas-
servizzi veterinarji;
(ċ) veterinarju, li jaħdem fis-servizz pubbliku,
b’esperjenza fil-mediċina għas-saħħa ta’ l-annimali;
TRATTAMENT XIERAQ TA’ L-ANNIMALI ġ KAP. 439. 3
(d) veterinarju, li jaħdem fis-servizz pubbliku,
b’esperjenza f’affarijiet ta’ annimali tal-biedja;
(e) żewġ persuni li jirrrappreżentaw l-interessi ta’
organizzazzjonijiet għat-trattament xieraq ta’ l-
annimali; u
(f) żewġ persuni li jirrrappreżentaw l-interessi tal-bdiewa
u ta’ organizzazzjonijiet għall-isports bl-annimali.
(2) Il-membri msemmija fis-subartikolu (1)(ċ) u (d) ikunu
maħtura mill-Ministru għall-dak il-perjodu ta’ żmien stabbilit mill-
Ministru minn żmien għal żmien.
(3) Il-membri msemmija fis-subartikolu (1)(e) u (f) ikunu
maħtura mill-Ministru fuq ir-rakkomandazzjoni ta’ l-għaqdiet jew
organizzazzjonijiet li, fl-opinjoni tal-Ministru, jirrapreżentaw l-
għaqdiet jew organizzazzjonijiet relattivi.
(4) Jekk iċ-Chairman ikun assenti minn xi laqgħa tal-Kunsill,
l-uffiċjal l-aktar anzjan li jiġi wara ċ-Chairman li jkun preżenti fil-
laqgħa għandu jippresjedi.
(5) Il-Kunsill ikollu s-setgħa li jaħtar sottokumitati, u li
jippermetti l-preżenza, waqt il-laqgħat tiegħu, ta’ persuni li ma
jkunux membri tal-Kunsill. 
(6) Il-Ministru għandu jaħtar uffiċjal tad-dipartiment bħala
Segretarju tal-Kunsill.
(7) Il-Kunsill, bi qbil mal-Ministru, jista’ jaħtar sotto-kumitati
biex jieħdu ħsieb affarijiet speċifiċi bħal ma huma sistemi ta’
żamma ta’ annimali, bijoteknoloġija u esperimenti fuq l-annimali.
Dmirijiet tal-
Kunsill.
 5. Il-Kunsill -
(a) jkollu d-dmir li jagħti parir lill-Ministru dwar kull
ħaġa -
(i) li għandha x’taqsam ma’ l-għemil ta’
regolamenti taħt kull disposizzjoni ta’ dan l-Att;
u
(ii) li tolqot is-saħħa ta’ l-annimal u s-saħħa
pubblika veterinarja f’Malta skond kif mitlub
mill-Ministru;
(b)   jkollu s-setgħa li jirrikkomanda li jintużaw jew jiġu
implimentati kull miżura, inkjesta jew investigazzjoni
xjentifika li, skond il-fehma tiegħu, jistgħu jwasslu u
huma meħtieġa fl-interess tat-trattament xieraq ta’ l-
annimali;
(ċ) jagħti parir lill-Ministru dwar l-affarijiet kollha li
għandhom x’jaqsmu ma’ bijoteknoloġija fl-annimali u
esperimenti fuq l-annimali, u dwar il-ħruġ ta’ liċenzi
taħt it-Taqsima XI ta’ dan l-Att;
(d) jagħti parir lill-Ministru dwar l-affarijiet kollha li
għandhom x’jaqsmu maż-żamma ta’ sistemi ta’ żamma
ta’ annimali u dwar l-ħruġ jew xort’oħra ta’ permessi
taħt it-Taqsima VII ta’ dan l-Att; u
4 KAP. 439. ħ TRATTAMENT XIERAQ TA’ L-ANNIMALI
(e) il-Ministru, qabel ma joħroġ regolamenti, ordnijiet jew
regoli, għandu jikkonsulta lill-Kunsill.
Setgħa għall-
għemil ta’ 
regolamenti.
 6. Il-Ministru jista’ jagħmel, jibdel jew iħassar regolament
għat-twettiq korrett tax-xogħol tal-Kunsill. Bla ħsara għad-
disposizzjonijiet ta’ dawk ir-regolamenti u ta’ dan l-Att, il-Kunsill
jista’ jirregola l-proċedura tiegħu stess.
Taqsima III
Żamma ta’ Annimali
Regolamenti dwar 
iż-żamma ta’ l-
annimali.
7. (1)  Annimali ma jistgħux -
(a) jinżammu;
(b) jinżammu għall-għan li jipproduċu prodotti ta’ l-
annimali; jew
(ċ) jinżammu marbutin, f’bini, f’imqajjel, f’gaġeġ jew
postijiet oħra ta’ din ix-xorta,
sakemm ma jappartjenux f’kull każ għal-ispeċje jew kategorija ta’
annimali kif jiġi stabbilit f’regolamenti preskritti taħt dan l-Att.
(2) Il-Ministru jista’ jagħmel regolamenti - 
(a) biex jipprovdi għall-kondizzjonijiet li taħthom
annimali għandhom, f’kull każ, jinżammu; 
(b) biex jipprovdi għall-mod li bih xi speċje jew kategorija
ta’ annimali, kif jista’ jkun preskritt għandhom
jinżammu, inklużi -
(i) il-mod kif l-annimali jinżammu marbutin;
(ii) il-mod kif l-annimali għandhom ikunu mifruda
skond l-età , sess jew speċje;
(iii) l-ispazju li għandu jingħata lill-annimali;
(iv) ħwejjeġ li għandhom x’jaqsmu ma’ l-indafa ta’
l-annimal, il-lok fejn jinżammu l-annimali u l-
miżuri biex tiġi żgurata s-saħħa ta’ l-annimal;
(ċ) biex issir lista ta’ kategoriji u speċje ta’ annimali li
għalihom ir-regolamenti jkunu applikabbli; u
(d)  għal kull ħaġa oħra li għandha jew tista’ tiġi preskritt
taħt dan l-Att.
Taqsima IV
Ħarsien ta’ Annimali
Ħarsien ta’ 
annimali.
8. (1) Il-Ministru jista’ jagħmel regolamenti biex jipprovdi
għall-mod li bih dawk l-ispeċi u kategoriji ta’ annimali kif jiġi
preskritt għandhom jiġu mħarsa, mitmugħa, misqijin, mdewwa u
mgħallma u l-kwalifiki tal-persuni li jkunu responsabbli għal dan.
(2) L-ebda annimal ma għandu jiġi mġiegħel isofri uġiegħ,
tbatija jew dwejjaq mingħajr bżonn, u l-ebda annimal ma jista’ jigi
abbandunat.
(3) Kull min iżomm l-annimali jew jaqbel li jżomm animmali
għandu jkun responsabbli għat-trattament xieraq tagħhom.
TRATTAMENT XIERAQ TA’ L-ANNIMALI ġ KAP. 439. 5
Taqsima V
Interventi Kirurġiċi fuq Annimali
Interventi 
kirurġiċi.
9.  (1) Mhux permess li jsiru interventi kirurġiċi għal
raġunijiet ta’ tibdil ta’ l-apparenza ta’ l-annimal, li fihom jitneħħew
jew issir ħsara lil xi parti jew partijiet ta’ l-annimali, ħlief għal
raġunijiet ta’ kura. Interventi kirurġiċi jistgħu jsiru biss minn
veterinarju jew taħt ordni ministerjali maħruġ mill-Kunsill tal-
Kirurġi Veterinarji.
(2) Il-Ministru jista’ jagħmel regolamenti -
(a)  biex jistabbilixxi l-mod u l-każijiet li fihom l-
interventi kirurġiċi jistgħu jsiru; u
(b) biex jiġu regolati t-trapjanti ta’ embrijo fl-annimali ta’
dawk l-ispeċi jew kategoriji kif jista’ jiġi stabbilit
f’dawk ir-regolamenti.
Annimali li jkunu 
għaddew minn 
invterventi 
kirurġiċi projbiti.
10. Annimali li kellhom intervent kirurġiku li ma kienx
permess skond l-artikolu 9 -
(a) ma jitħallewx jidħlu f’wirjiet, spezzjonijiet jew
kompetizzjonijiet; u
(b) ma jistgħux jinżammu sabiex jiġu mibjugħin, jiġu
offruti għall-bejgħ, jinbiegħu jew jinxtraw.
Taqsima VI
Qtil ta’ l-Annimali
Qtil ta’ annimali.
(a) biex jispeċifika il-każijiet li fihom ikun permess li
annimal jinqatlu u l-mod kif dik il-qatla għandha ssir;
(b) biex jiġi speċifikat il-mod kif, u l-persuna li
mingħandha, l-annimal għandu jiġi maqtul; u
(ċ) biex jippreskrivi il-faċilitajiet u l-apparat ta’ biċċeriji.
Setgħa għall-
għemil ta’ regoli 
dwar metodi ta’ 
telfien ta’ sensi.
12. Il-Ministru jista’ jagħmel regoli biex jiġu regolati l-metodi
li bihom l-annimali jiġu mitlufa minn sensijhom u derogi minn
dawn il-metodi: iżda dawn il-metodi għandhom iwasslu lill-
annimal fl-istat ta’ mitluf minn sensiħ sal-qatla.
Qtil ta’ l-annimali.
żejda u li tista’ twassal għall-mewt, veterinarju biss jew persuna
oħra kompetenti tista’ toqtol annimal ta’ razza domestikata jew li
tappartjeni għal razza selvaġġa iżda li tkun ġiet domestikata,
minbarra annimali miżmuma għall-produzzjoni ta’ l-ikel.
(2) Fejn ikun meħtieġ li annimal jiġi maqtul, dan għandu jsir
b’mod li jkun hemm l-inqas tbatija fiżika u mentali għall-annimal
kif ikun xieraq fiċ-ċirkostanzi.
(3) Ħlief f’każ ta’ emerġenza, il-metodu għandu jkun jew -
(a) li jikkawża telf tas-sensi u mewt immedjatament; jew
(b) li jibda’ b’injezzjoni ta’ anestesija ġenerali u profonda
lill-annimal segwita b’dak il-pass li finalment
jikkawża l-mewt.
6 KAP. 439. ħ TRATTAMENT XIERAQ TA’ L-ANNIMALI
(4) Il-persuna li tkun responsabbli għall-qtil għandha tiżgura li
l-annimal ikun mejjet qabel ma jsir disponiment mill-karkassa.
(5) Il-metodi ta’ qtil li ġejjin huma projbiti:
(a) l-għariq jew metodi oħra ta’ soffokazzjoni li ma
jwasslux għall-effetti meħtieġa fis-subartikolu (3) (b);
(b) l-użu ta’ sustanzi velenużi jew drogi, li d-doża u l-
applikazzjoni tagħhom ma tistax tiġi kkontrollata
b’mod li tagħti l-effett msemmi fis-subartikolu (3);
(ċ) xokkijiet elettriċi, sakemm immedjatament qabel ma’
jkunx hemm telfien tas-sensi.
Annimali 
mweġġgħin jew 
morda.
14. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 13,
annimali mweġġgħin jew morda għandhom jinqatlu fuq il-post. 
(2) Il-Ministru, wara li jikkonsulta mal-Kunsill jista’ jagħmel
regoli biex jawtorizza t-trasport ta’ annimali mweġġħin jew morda
biex jinqatlu sakemm dan it-trasport ma jkunx ifisser iżjed tbatija
lill-annimali.
Taqsima VI
Żamma ta’ l-Annimali
Setgħa għall-
għemil ta’ 
regolamenti dwar 
sistemi ta’ żamma 
ta’ annimali.
15. (1) Il-Ministru jista’, fuq il-parir tal-Kunsill, jagħmel
regolamenti -
(a) biex jiġu preskritti l-kondizzjonijiet li fihom l-
annimali jistgħu jinżammu;
(b) biex jipprovdi għall-kategoriji ta’ persuni li jkunu
awtorizzati biex iżommu dawk il-kategorijii u l-ispeċi
ta’ annimali; u
(ċ) biex jiġu stabbiliti l-proċeduri dwar applikazzjonijiet
għal sistemi ta’ żamma ta’ annimali.
(2) L-applikazzjonijiet jistgħu jiġu approvati soġġetti għal
dawk il-kondizzjonijiet u restrizzjonijiet, kif id-Direttur jidhirlu
xieraq li jimponi; l-għoti jew ir-revoka tal-permessi għandhom jiġu
ppubblikati fil-Gazzetta.
Sistemi ta’ żamma 
ta’ l-annimali.
16. (1) Sistemi ta’ żamma ta’ annimali ma jistgħux jiġu
manufatturati, jinżammu sabiex jinbiegħu jew jiġu kkonsenjati jew
isir użu minnhom xort’oħra, sakemm ma jkunux mibnija u
miżmuma, u jħarsu dawk il-faċilitajiet minimi għat-trattament
xieraq ta’ l-annimali, kif jista’ jiġi preskritt.
(2) Sistemi ta’ żamma ta’ annimali li jkunu prodotti bil-massa,
ma jistgħux jinżammu sabiex jinbiegħu, jiġu kkonsenjati jew
jintużaw għal xi speċi jew kategoriji ta’ annimali sakemm ma
jkunux provdut għal hekk fir-regolamenti msemmija fis-subartikolu
(1).
Applikazzjonijiet 
għal sistemi ta’ 
żamma ta’ 
annimali.
17. (1) Id-Direttur jista’, fuq parir tal-Kunsill, jagħti permess
għal sistema ta’ żamma ta’ annimali wara li sssir applikazzjoni
mill-produttur, importatur jew bejjiegħ bl-imnut.
(2) Ma’ kull applikazzjoni għal permess għal sistema ta’
żamma ta’ annimali għandu jkun anness rapport dettaljat magħmul
TRATTAMENT XIERAQ TA’ L-ANNIMALI ġ KAP. 439. 7
mill-produttur, li jiddeskrivi kif is-sistemi jgħinu t-trattament
xieraq ta’ l-annimali.
Perjodu transitorju.
sabiex jinbiegħu, jiġu kkonsenjati jew jinxtraw jew kienu fl-użu
qabel id-dħul fis-seħħ tar-regoli msemmija fl-artikolu 17, jkunu
permessi li jinżammu għal hekk għal dak iż-żmien biss li jiġi
preskritt.
(2) Ir-regoli msemmija fl-artikolu 17 jistgħu jipprovdu wkoll
għal perjodi transitorji li għandhom jitħarsu minn persuni li jrabbu
l-annimali
Revoka ta’ 
permess.
19. Id-Direttur jista’ jirrevoka permess meta -
(a) it-tagħrif mogħti fi żmien l-applikazzjoni ma kienx
korrett jew kien qarrieqi, b’tali mod li kieku ngħata t-
tagħrif kif suppost fi żmien meta ingħata l-permess, l-
applikazzjoni kienet tkun miċħuda;
(b) fl-opinjoni tal-Kunsill, jeżistu ċirkostanzi li jkunu ta’
ħsara għal-ħarsien u s-sigurtà  ta’ l-annimali;
(ċ) il-permess ikun ingħata għal sistema ta’ żamma ta’
annimali għal għan differenti mill-iskopijiet li s-
sistema kienet intenzjonata li taqdi. 
Taqsima VIII
Tnissil ta’ l-Annimali
Tnissil ta’ l-
annimali.
20. (1) Il-Ministru jista’ jagħmel regolamenti biex jipprovdi
għat-tnissil ta’ annimali, liema regolamenti jistgħu jinkludu
disposizzjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-metodu kif isir it-
tnissil, kif ukoll l-ispeċi jew kategoriji ta’ annimali li jistgħu jiġu
wżati għat-tnissil.
(2) Il-Ministru jista’ jagħmel regolamenti biex jippreskrivi illi
l-friegħ ta’ dawk l-ispeċji jew kategoriji kif jiġi stabbilit fir-
regolamenti ma jiġux mifruda mill-ġenitur qabel ma jkunu laħqu
dik l-età  li tista’ tiġi preskritta.
(3) Kull persuna li jkollha x’taqsam mat-tnissil ta’ l-annimali
għandha tkun responsabbli għar-rigward tal-karateristiċi anatomiċi,
psikologiċi u komportamentali, li jistgħu jkunu ta’ riskju għat-
trattament xieraq tal-friegħ jew ta’ l-annimali ġenituri.
Bejgħ ta’ annimali, 
eċċ.
21. L-ebda annimal, kif hemm imsemmi fir-regolament 20(2),
ma jista’ jinbiegħ, jinżamm għall-bejgħ, offrut għall-bejgħ, jinkera
jew jiġi konsenjat għall-kummerċ jekk mhux skond r-regolamenti
preskritti taħt dan l-Att.
Taqsima IX
Trasport ta’ l-annimali
Regolamenti dwar 
it-trasport ta’ 
annimali.
22. Il-Ministru jista’ jagħmel regolamenti dwar il-mod kif
għandu jsir it-trasport ta’ annimali fuq l-art, bil-baħar jew bl-ajru.
Trasport ta’ l-
annimali.
23. (1) Annimali ta’ l-ispeċi jew kategoriji, kif jista’ jkun
preskritt, ma jistgħux jiġu trasportati, kemm lokalment minn post
għal ieħor jew barra minn Malta, kemm-il darba -
8 KAP. 439. ħ TRATTAMENT XIERAQ TA’ L-ANNIMALI
(a) l-annimali ma jkunux akkompanjati b’ċertifikat
maħruġ mill-uffiċjal maħtur mill-Ministru li jistqarr li
sab l-annimali tajjeb għat-trasport; u
(b) l-annimali huma forniti bi jew akkompanjati b’marki
ta’ identifikazzjoni jew dokumenti msemmija fiċ-
ċertifikati; 
(ċ) isir taħt dawk il-kondizzjonijiet u restrizzjonijiet li d-
Direttur jidhirlu xieraq li jimponi; u
(d) it-trasport hu skond regolamenti preskritti taħt dan l-
artikolu.
(2) Id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1)(a) u (b) ma
japplikawx għal trasport li jsir matul jew għall-benefiċċju tax-
xogħol jew intrapriża ta’ persuna sakemm dan jaqbel mar-
regolamenti preskritti.
(3) Id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) m’għandhomx
japplikaw għat-trasport barra minn Malta ta’ annimali li ma
tgħabbewx, għal għanijiet ta’ trasport, f’Malta.
Ħruġ ta’ ċertifikat. 24.  L-uffiċjal imsemmi fl-artikolu 23 għandu joħroġ ċertifikat
biss wara li jkun spezzjona l-annimali qabel ma jkunu tgħabbew, u
ma għandux joħroġ ċertifikat -
(a) jekk l-annimali ma jkunux forniti jew akkumpanjati
b’marki ta’ identifikazzjoni jew dokumenti msemmija
fl- artikolu 23;
(b) jekk l-annimali jkunu welldu tmienja u erbgħin siegħa
qabel it-tluq;
(ċ) jekk jaħseb li l-annimali sejrin iwelldu waqt il-vjaġġ;
(d) jekk jaħseb li l-annimali huma morda jew mweġġgħa
jew mhumiex f’qagħda tajba sabiex jiġu trasportati,
wara li jieħu in konsiderazzjoni x-xorta tal-mezzi ta’
trasport, ix-xorta, il-metodu u tul taż-żmien tal-vjaġġ
jew taħt liema ċirkostanzi se jsir it-trasport; u
(e) jekk jaħseb li l-osservanza tal-kondizzjonijiet stabbiliti
fi jew skond dan l-artikolu, ma tistax tiġi żgurata waqt
it-trasport.
Tħassir ta’ 
ċertifikat.
25. Id-Direttur jista’ jħassar ċertifikat maħruġ skond l-artikolu
23 jekk jaħseb li ġraw jew saru magħrufa ċirkostanzi li kieku kienu
ġraw jew magħrufa fi żmien meta ngħata ċ-ċertifikat, il-ħruġ tiegħu
ma kienx isir.
Ġarr ta’ ċertifikati 
u dokumenti.
26. (1) Matul it-trasport ta’ l-annimali, dak li qed iġorr l-
annimali għandu jġorr, f’kull ħin, iċ-ċertifikati u d-dokumenti
kollha maħruġa skond l-artikolu 23.
(2) Annimali li jimirdu jew li jweġġgħu matul it-trasport
għandhom jirċievu l-ewwel għajnuna u kura kemm jista’ jkun
malajr; huma għandhom jingħataw kura veterinarja xierqa u, jekk
meħtieġ, jinqatlu b’emerġenza b’mod li ma jbatux bla bżonn.
TRATTAMENT XIERAQ TA’ L-ANNIMALI ġ KAP. 439. 9
Taqsima IX
L-Użu ta’ Annimali f’Kompetizzjonijiet
Kompetizzjonijiet.
jew is-saħħa ta’ annimal ma jistgħux jiġu organizzati, u lanqas
jistgħu annimali jiddaħħlu għall-kompetizzjonijiet bħal dawn,
sakemm il-kompetizzjonijiet ma jsirux skond regolamenti
magħmulin taħt dan l-artikolu.
Regolamenti dwar 
annimali li 
jinżammu għal 
skopijiet ta’ 
rikreazzjoni, eċċ.
28.  Il-Ministru jista’ jagħmel regolamenti dwar iż-żamma ta’
annimali għall-iskopijiet ta’ rikreazzjoni, sports, tagħlim,
edukazzjoni, wirjiet pubbliċi, wirjiet, esibizzjonijiet, bejgħ fis-suq
u bl-irkant jew għall-skopijiet oħra bħal dawn.
Regolamenti dwar 
sustanzi li jistgħu 
jingħataw.
29. Il-Ministru jista’ jagħmel regolamenti sabiex jiġi regolat l-
għoti ta’ sustanzi li jistgħu jiġu uzati fuq l-annimali fil-
kompetizzjonijiet.
Spezzjon ta’ l-
annimali.
30. (1) Annimali ma jistgħux jiddaħħlu f’kompetizzjonijiet
jew jipparteċipaw f’kompetizzjonijiet jekk, wara spezzjon, jinstabu
sustanzi, waħda jew aktar, kif jista’ jiġi preskritt f’regolamenti, fil-
ġisem ta’ l-annimal, li l-ingredjenti tagħhom jew il-metaboliti
jeċċedu l-għola kwantità  stabbilita fl-imsemmija regolamenti.
(2) Il-Ministru jista’ jagħmel regolamenti biex jipprovdi għal-
mod kif l-ispezzjonijiet imsemmija fis-subartikolu (1) għandhom
isiru.
Ġlied ta’ annimali.
ma jistgħux jiddaħħlu għall-ġlied bejn annimali.
Taqsima XI
Bioteknoloġija u Esperimenti fuq l-Annimali
Bioteknoloġija.
Ministru, fuq il-parir tal-Kunsill, jistgħu jwettqu xi waħda mill-
azzjonijiet li ġejjin:
(a) it-tibdil tal-materjal ġenetiku ta’ l-annimali b’mod li l-
perimetri naturali tar-riproduzzjoni sesswali u ta’
rikombinazzjoni jiġu injorati;
(b) l-applikazzjoni ta’ teknoloġija bioteknoloġika fuq
annimali jew embrijoni; u
(ċ) l-amministrazzjoni ta’ dawk is-sustanzi, kif jiġi
preskritt b’regolamenti magħmulin taħt dan l-artikolu
li jbiddlu l-funzjonament ta’ annimal li jifforma parti
minn dawk l-ispeċi jew kategoriji ta’ annimali kif
jista’ jkun indikat fl-imsemmija regolament.
(2) Annimali jew prodotti ta’ annimali li jkunu ġew soġġetti
għall-azzjonijiet msemmija fis-subartikolu (1) ma jistgħux jiġu
prodotti, trasportati, mogħtija lil ħaddieħor, mibjugħa, mixtrija,
jinżammu għall-bejgħ, isir disponiment minnhom jew jiġu
importati f’Malta, mingħajr l-awtorità  bil-miktub tal-Ministru, jew
bi ksur ta’ xi kondizzjoni annessa ma’ dak il-permess.
(3) Il-liċenzi msemmija fis-subartikolu (1) jistgħu jinħarġu,
jiġu sospiżi, jiġu mibdula jew jiġu revokati mill-Ministru.
10 KAP. 439. ħ TRATTAMENT XIERAQ TA’ L-ANNIMALI
Ħruġ ta’ liċenza. 33. (1) Il-liċenza msemmija fl-artikolu 32 għandha tinħareġ
biss meta l-azzjonijiet konċernati mhumiex ser jaffetwaw it-
trattament xieraq ta’ l-annimali, u dawn l-azzjonijiet mhumiex
kontra regoli ta’ etika u standards li jistgħu jsiru mill-Kunsill.
(2) Il-liċenza għandha tindika għal liema azzjoni hi meħtieġa u
tista’ tinkludi kull kondizzjoni li l-Ministru jidhirlu meħtieġa.
Applikazzjonijiet 
għal-liċenza.
34. Il-Ministru jista’ jagħmel regolamenti dwar il-proċeduri li
għandhom jiġu segwiti biex jinħarġu liċenzi msemmija fl-artikolu
32.
Liċenzi għal 
esperimenti fuq 
annimali.
35. (1) Ma jistgħux isiru esperimenti fuq annimali mingħajr
liċenza maħruġa mill-Ministru, fuq il-parir tal-Kunsill jew xi sotto-
kumitat delegat mill-Kunsill.
(2) Liċenzi maħruġa mill-Ministru jagħtu permess għall-
esperimenti sakemm dawn ikunu ta’ benefiċċju, jew direttament
jew indirettament, għas-saħħa u l-ikel tal-bnedmin jew annimali kif
ukoll għal kull għan ieħor li jitqies mill-Ministru li hu ta’ valur
suffiċjenti.
(3) Il-Ministru jista’ jagħmel regolamenti li jispeċifikaw t-
tagħrif meħtieġ għall-ħruġ ta’ liċenza biex isiru esperimenti fuq
annimali, u d-drittijiet dovuti biex isiru applikazzjonijiet għal dawk
il-liċenzi, kif ukoll ir-raġunijiet li għalihom jistgħu jiġu rifjutati l-
applikazzjonijiet.
(4) Liċenzi jistgħu jinħarġu taħt dawk il-kondizzjonijiet u
restrizzjonijiet, kif il-Ministru jista’ jidhirlu xieraq li jimponi.
Esperimenti fuq 
annimali.
36. (1) Il-Ministru jista’ jagħmel regolamenti li jipprovdu
għall-proċeduri li għandhom jiġu segwiti fil-każ ta’ esperimenti li
jinvolvu annimal. 
(2) L-esperimenti, li għalihom jirreferu dawk ir-regolamenti,
għandhom jigu dikjarati speċifikatament lill-Kunsill u ma jistgħux
isiru sakemm ma jkunux awtorizzati mill-Kunsill.
(3) L-esperimenti fuq l-annimali, jistgħu jsiru biss minn
persuni kompetenti awtorizzati, jew taħt ir-responsabbiltà  diretta
tagħhom, u biss jekk l-esperiment jew il-proġett xjentifiku ieħor
konċernat huwa awtorizzat skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att.
Ħruġ u tħassir ta’ 
liċenzi.
37. (1) Liċenza tista’ tingħata lill-persuni kompetenti soġġetta
għal dawk ir-restrizzjonijiet u dawk il-kundizzjonijiet kif il-
Ministru jista’ jidhirlu xieraq li jimponi, u dawn jistgħu jinbidlu,
jiżdiedu jew jiġu mħassra mill-Ministru.
(2) Liċenza tiġi revokata jekk it-tagħrif mogħti fl-applikazzjoni
ikun mhux korrett, mhux eżatt jew qarrieqi b’mod illi deċiżjoni
differenti kienet tingħata li kieku t-tagħrif korrett ingħata meta l-
applikazzjoni kienet qed tiġi kkunsidrata.
(3) Liċenza tista’ tiġi revokata -
(a) jekk min għandu l-liċenza ma jħarisx il-kundizzjonijiet
tal-liċenza; 
(b) jekk il-liċenza ma tintużax għal perjodu kontinwu ta’
sena.
TRATTAMENT XIERAQ TA’ L-ANNIMALI ġ KAP. 439. 11
(4) Liċenza maħruġa taħt din it-Taqsima ta’ dan l-Att tista’
tingħata lill-persuna naturali jew ġuridika imma mhix trasferibbli;
jekk min ikollu l-liċenza hu persuna naturali, il-liċenza tieqaf mal-
mewt tiegħu, u ma tintiretx.
Għan ta’ 
esperimenti.
38. (1) Ma jista’ jsir l-ebda esperiment fuq l-annimali jekk
kemm-il darba il-mod kif jista’ jsir l-esperiment ma jkunx
determinat minn persuna li għandha kwalifiki li jissodisfaw il-
ħtiġiet meħtieġa f’regolamenti li jistgħu jiġu preskritti.
(2) L-ebda esperiment fuq l-annimali ma jista’ jsir -
(a) għal skop li jista’ jintlaħaq ukoll permezz ta’
esperiment ieħor li ma jinvolvix annimali, jew
permezz ta’ esperiment li juża anqas annimali jew
permezz ta’ esperiment li joħloq inqas uġiegħ mill-
esperiment konċernat; jew
(b) għal skop li l-importanza tiegħu ma tiġġustifikax l-
uġiegħ li jħoss l-annimal; jew
(ċ) għal dawk l-iskopijiet li jistgħu jiġu preskritti.
Esperimenti 
illegali.
39. (1) Ma jista’ jsir l-ebda esperiment fuq annimali li -
(a) ma kienux mrobbija fi stabbiliment ta’ trobbija
liċenzjat mmexxi minn persuna li jkollha l-liċenza;
jew
(b) ma kienux ġew akkwistati direttament minn
stabbiliment ieħor liċenzjat fejn l-annimali jitrabbew
jew jintużaw esklussivament jew bl-għan ewlieni li
jintużaw għall-esperimenti fuq l-annimali jew riċerka
xjentifika.
(2) Għall-għanijiet tas-subartikolu (1) ''stabbiliment tat-
trobbija'' tfisser kull stabbiliment fejn l-annimali jitrabbew biex
jiġu wżati f’esperimenti.
Obbligazzjonijiet 
tal-persuna li 
jkollha l-liċenza.
40. (1) Kull min għandu liċenza skond l-artikolu 37 huwa
obbligat li jiżgura li l-annimal jsofri tbatija mill-anqas mingħajr ma
jintilef l-għan ta’ l-esperiment.
(2) Kull min għandu liċenza għandu jiżgura li jekk l-annimal, li
fuqu qed isir l-esperiment, jista’ jsofri tbatija minħabba azzjonijiet
li jsiru mingħajr anestetiku, għandu jagħti lill-annimal anestetiku
ġenerali jew lokali biex ma jħallix li dan isir:
Iżda dan l-obbligu ma japplikax f’dawk il-każijiet fejn l-
anestetiku jtellef l-għan ta’ l-esperiment. 
(3) Kull min għandu liċenza għandu jiżgura li kull l-annimal li,
li kieku kellu jgħix, jsofri tbatija għal iżjed minn żmien qasir, bħala
riżultat ta’ xi azzjoni li tkun parti mill-esperiment, jinqatel
immedjatament. Jekk kemm-il darba f’dan il-każ l-iskop ta’ l-
esperiment ma jintlaħaqx, l-annimal għandu jinqatel
immedjatament hekk kif jispiċċa l-esperiment.
(4) Il-Ministru jista’ jagħmel regolamenti biex jippreskrivi illi
dawk il-kategoriji ta’ trattament kif jista’ jkun speċifikat fir-
regolamenti għandhom fil-każijiet kollha jsiru bl-anestetiku.
12 KAP. 439. ħ TRATTAMENT XIERAQ TA’ L-ANNIMALI
Notamenti dwar 
esperimenti.
41. (1) Kull min għandu liċenza għandu jżomm notamenti
dettaljati ta’ kif ġew akkwistati l-annimali għall-esperimenti kif
ukoll dwar l-esperimenti li jsiru, u għandu jagħti din l-
informazzjoni lill-Kunsill.
(2) Kull min għandu liċenza huwa obbligat li jkollu is-servizzi
ta’ veterinarju biex iħares is-saħħa ta’ l-annimali li fuqhom isiru l-
esperimenti.
Setgħa għall-
għemil ta’ 
regolamenti dwar 
l-
amministrazzjoni, 
eċċ.
42. (1) Il-Ministru jista’ jagħmel regolamenti biex jirregola t-
twaqqif, l-amministrazzjoni, iż-żamma u l-manutenzjoni ġenerali
ta’ kull stabbiliment, bini jew grupp ta’ bini, postijiet jew
faċilitajiet oħra li huma bl-iskop li jsiru esperimenti fuq l-annimali.
(2) Ma jistgħux jiġu mrobbija jew forniti annimali għall-għan
ta’ esperimenti mingħajr liċenza maħruġa skond regolamenti
maħruġa taħt is-subartikolu (1).
Taqsima XII
Annimali Aggressivi
Annimali 
aggressivi.
43. (1) Sakemm ma jiġix preskritt mod ieħor, annimali
aggressivi li jistgħu joħolqu periklu għas-sigurtà  tal-bniedem jew
annimali oħra u li jappartjenu għal dawk il-kategoriji indikati mill-
Ministru ma jistgħux jitrabbew, jew jiġu importati jew mibjugħa
f’Malta.
(2) Sakemm ma jiġix preskritt mod ieħor, annimali aggressivi
ma jistgħux jinżammu għal bejgħ u jistgħu jinqatlu jekk id-Direttur
jidhirlu li dan ikun meħtieġ jew neċesssarju.
Taqsima XIII
Uffiċjali għat-Trattament Xieraq ta’ l-Annimali
Setgħa għall-
għemil ta’ 
regolamenti dwar 
uffiċjali.
44. (1) Il-Ministru jista’ jagħmel regolamenti biex jipprovdi
għal u jirregola d-dmirijiet u s-setgħat ta’ uffiċjali, hawnhekk iżjed
’il quddiem imsejħa uffiċjali għat-trattament xieraq ta’ l-annimali,
li jkunu responsabbli għall-infurzar tad-disposizzjonijiet ta’ dan l-
Att.
(2) Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet tas-
subartikolu (1), kull membru tal-Forza tal-Pulizija u kull gwardjan
lokali jitqies, bis-saħħa tal-kariga tiegħu, bħala uffiċjal għat-
trattament xieraq ta’ l-annimali maħtur biex jaġixxi b’mod ġenerali
għall-għanijiet ta’ dan l-Att.
(3) L-uffiċjali għat-trattament xieraq ta’ l-annimali għandhom
jaġixxu taħt id-direzzjoni tad-Direttur fl-eżerċizzju u fit-twettiq
tas-setgħat, dmirijiet u funzjonijiet tagħhom mogħtija jew imposti
fuqhom skond dan l-Att.
Taqsima XIV
Reati u Pieni
Reati u pieni. 45. (1) Kull persuna li tikser id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att
jew ta’ xi regolamenti magħmulin taħtu teħel, meta tinsab ħatja,
multa ta’ mhux inqas minn mitt lira iżda mhux aktar minn għoxrin
elf lira, jew priġunerija għal perijodu ta’ mhux iżjed minn sena, jew
dik il-multa u l-priġunerija flimkien.
TRATTAMENT XIERAQ TA’ L-ANNIMALI ġ KAP. 439. 13
(2) Il-Ministru jista’ jagħmel regolamenti għall-infurzar ta’
kull restrizzjoni jew obbligu li għandhom x’jaqsmu mal-protezzjoni
ta’ annimali u t-trattament xieraq ta’ annimal b’mod ġenerali, li
jinsabu f’dan l-Att jew f’xi regolament magħmul taħtu, inklużi, fost
oħrajn, il-konfiska ta’ annimali u t-telfien ta’ kull liċenza jew
permess maħruġin taħt dan l-Att.
Setgħa għall-
għemil ta’ 
regolamenti dwar 
restrizzjonijiet u 
obbligi.
46. Il-Ministru jista’ jagħmel regolamenti biex jenforza kull
restrizzjoni jew obbligu li għandhom x’jaqsmu mat-trattament
xieraq ta’ l-annimali b’mod ġenerali li jkunu jinsabu f’konvenzjoni,
fi trattat jew fi ftehim internazzjonali ieħor li tagħhom Malta tkun
parti, u jista’ jipprovdi fir-regolamenti li kull kontravenzjoni ta’ xi
restrizzjoni jew obbligu bħal dan tikkostitwixxi reat kontra dan l-
Att u min jagħmel ir-reat jeħel piena, kif tista’ tiġi preskritta, li
tkun piena ta’ multa ta’ mhux aktar minn ħamsa w għoxrin elf lira:
Iżda ma jistax isir ebda regolament bħal dan sakemm dak l-
istrument internazzjonali ma jiġix ratifikat minn Malta skond il-
liġi.
Pieni 
amministrattivi.
47. (1) Meta d-Direttur ikollu tabilħaqq għaliex jifhem li -
(a) jkun sar xi reat kontra dan l-Att minn xi persuna; u
(b) filwaqt li jqis il-kondotta preċedenti tal-persuna
inkwistjoni, ikun iktar xieraq li tingħata piena taħt dan
l-artikolu,
huwa jista’ jamar li jiġi notifikat avviż bil-miktub skond ma hemm
fis-subartikolu (2) u fl-għamla kif dovuta lil dik il-persuna.
(2) Avviż taħt is-subartikolu (1) għandu jispeċifika -
(a) d-data u x-xorta tar-reat;
(b) sunt tal-fatti li fuqhom tkun imsejsa l-allegazzjoni li
jkun sar reat (li jkun sunt suffiċjenti biex b’mod
komplet u ġust jgħarraf lill-persuna bl-allegazzjoni
kontrih);
(ċ) kull ħaġa oħra (li ma tkunx dwar xi sejbien ta’ ħtija
preċedenti) li d-Direttur jikkunsidra rilevanti biex tkun
tista’ tingħata piena; u
(d)  l-ammont ta’ piena dovut, u meta l-piena dovuta tkun
tiddependi fuq xi sejbien ta’ ħtija preċedenti, id-data
ta’ dak is-sejbien ta’ ħtija,
u dan it-tagħrif għandu jkun endorsjat fuq dikjarazzjoni li ssemmi
d-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu.
(3) Kull min jiġi notifikat b’avviż taħt is-subartikolu (1) jista’,
fi żmien tletin ġurnata minn dak is-servizz b’avviż bil-miktub
f’għamla xierqa li tiġi notifikata lid-Direttur, jitlob li l-
proċedimenti għar-rigward tar-reat allegat isiru quddiem il-Qorti,
f’liema każ japplikaw dawn id-disposizzjonijiet:
(a) ma jittieħdu ebda proċedimenti oħra taħt dan l-artikolu
mid-Direttur; u
(b) ebda ħaġa f’dan l-artikolu m’għandha tiftiehem bħala
li tipprevjeni l-istituzzjoni ta’ proċedimenti għar-
14 KAP. 439. ħ TRATTAMENT XIERAQ TA’ L-ANNIMALI
rigward tar-reat allegat jew tas-sejbien ta’ ħtija tal-
persuna għar-reat mill-Qorti jew l-impożizzjoni ta’ xi
piena jew konfiska taħt dan l-Att meta hekk jinsab
ħati.
(4) Kull min ikun ingħatalu avviż taħt is-subartikolu (1) u ma
jkunx irid li l-proċedimenti għar-rigward tar-reat allegat isiru
quddiem il-Qorti jista’ b’avviż bil-miktub li jiġi notifikat lid-
Direttur-
(a) jammetti r-reat, u
(b) jħallas l-ammont tal-piena lid-Direttur fi żmien tletin
ġurnata wara li jkun ġie lilu notifikat l-avviż tal-piena
jew wara kull perjodu sussegwenti hekk kif id-Direttur
jista’ jispeċifika.
(5) Meta taħt dan l-artikolu persuna tammetti reat, id-Direttur
iwaħħal lil dik il-persuna piena ta’ flus għar-rigward tar-reat li tkun
tammonta għal wieħed minn tlieta ta’ l-ogħla piena li dik il-persuna
kienet teħel li kieku nstabet ħatja tar-reat mill-Qorti.
Kap. 12.
(6) Il-piena imposta taħt is-subartikolu (5) tkun dovuta bħala
dejn ċivili esegwibbli mill-Qorti ta’ ġurisdizzjoni ċivili kompetenti
favur il-Gvern u d-dikjarazzjoni mill-persuna li tkun weħlet il-
piena li tkun tammetti l-akkuża għandha tikkostitwixxi titolu
esekuttiv għall-għanijiet ta’ l-artikolu 253 tal-Kodiċi ta’
Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili bl-istess mod bħallikieku
kienet sentenza tal-Qorti ta’ ġurisdizzjoni ċivili kompetenti.
(7) Minkejja kull disposizzjoni oħra ta’ dan l-Att jew ta’ kull
liġi oħra, meta tkun saret l-ammissjoni ta’ reat taħt dan l-artikolu,
ma tista’ ssir ebda akkuża għar-rigward ta’ dak ir-reat kontra min
ikun għamel dik l-ammissjoni.
(8) Meta min lilu jiġi notifikat avviż taħt is-subartikolu (1) ma
jammettix ir-reat fi żmien tletin ġurnata wara li jkun ġie notifikat
bl-avviż, id-Direttur għandu jibda proċedimenti jew jara li jinbdew
proċedimenti quddiem il-Qorti għar-rigward tar-reat allegat.
Taqsima XV
Eċċezzjonijiet dwar Kaċċa u Qtil
Kaċċa għall-
annimali.
48. Bla ħsara għall-artikoli 32 sa 42 (it-tnejn inklużi), il-kaċċa
jew il-qtil ta’ annimal fl-istat selvaġġ tiegħu, jew ta’ annimal
selvaġġ jew annimal li jinfesta, ma għandhomx jiġu regolati bid-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att.
Taqsima XVI
Appelli
Reviżjoni ta’ 
deċiżjonijiet tad-
Direttur.
49. (1) Meta d-Direttur jiċħad l-għoti ta’ xi permess jew
liċenza meħtieġa skond jew taħt dan l-Att, jew ivarja dak il-
permess jew dik il-liċenza jew iħassar l-istess, il-persuna li tkun
talbet il-permess jew il-liċenza jew il-persuna mogħtija l-permess
jew il-liċenza, skond il-każ, ikollha d-dritt, mhux aktar tard minn
ħamest ijiem ta’ xogħol, li tappella mid-deċiżjoni tad-Direttur
permezz ta’ ittra lill-Ministru fejn tagħti r-raġunijiet tagħha l-għala
d-deċiżjoni tad-Direttur għandha tiġi mħassra jew mibdula.
TRATTAMENT XIERAQ TA’ L-ANNIMALI ġ KAP. 439. 15
(2) Il-Ministru, malli jirċievi appell skond is-subartikolu (1),
għandu jibgħat l-istess appell lid-Direttur biex fi żmien jumejn
jagħmel rapport bil-miktub lill-Ministru, fejn jindika l-għala l-
appell għandu jiġi miċħud; iżda d-Direttur jista’ jekk jidhirlu li l-
appell ikun ġustifikat, jibdel id-deċiżjoni tiegħu skond l-appell u
jinforma lill-Ministru fiż-żmien mogħti lilu għar-risposta.
(3) Meta l-Ministru jirċievi r-risposta tad-Direttur, jew ikun
għadda ż-żmien għal dik ir-risposta bla ma jkun irċieva l-istess, hu
għandu minnufih jibgħat l-appell u r-risposta tad-Direttur, jekk
ikun hemm, lill-Kumitat imwaqqaf skond is-subartikolu (4) biex l-
istess Kumitat jagħtih parir dwar l-istess.
(4) Għandu jkun hemm Kumitat li jkun kompost minn dawk il-
membri tal-Kunsill maħtura taħt l-artikolu 4(1)(ċ), (d) u (e) u minn
wieħed minn dawk maħtura skond l-artikolu 4(1)(f); il-membru
maħtur skond il-paragrafu (d) fuq imsemmi jkun il-President ta’
dan il-Kumitat.
(5) Il-Kumitat għandu, fi żmien ħamest ijiem minn meta jkun
irċieva l-appell mingħand il-Ministru, jistudja l-kwistjoni, jisma’
kull persuna li jidhirlu xierqa, jieħu l-pariri kollha meħtieġa, u
jibgħat il-parir tiegħu bil-miktub, flimkien ma’ kull verbal ta’ kull
xiehda mismugħa u ta’ kull parir mogħti lill-Kumitat, lill-Minsitru
dwar kif għandu jinqata’ l-appell.
(6) Il-Ministru għandu jaqta’ l-appell skond il-parir tal-Kumitat
u jagħti ordni bil-miktub lid-Direttur skond id-deċiżjoni tiegħu;
kopja ta’ kull deċiżjoni tal-Ministru għandha tintbagħat ukoll lill-
appellant.
Taqsima XVII
Riżerva
Riżerva.
Kap. 10.
50. Kull regolament magħmul bis-saħħa ta’ l-artikoli 38, 40,
62, 97, 125, 127 u t-Taqsima VIII tal-Kodiċi tal-Liġijiet tal-
Pulizija, liema artikoli u Taqsima huma revokati b’dan l-Att,
għandu jibqa’ fis-seħħ bħallikieku sar taħt dan l-Att, u jista’ jiġi
emendat, sostitwit jew revokat skond hekk.
