PROTEZZJONI U PRIVATEZZA TAD-DATA ġ KAP. 440. 1
KAPITOLU 440
ATT DWAR IL-PROTEZZJONI U L-PRIVATEZZA 
TAD-DATA
Sabiex jagħmel provvedimenti għall-protezzjoni ta’ individwi kontra l-
ksur tal-privatezza tagħhom bl-ipproċessar ta’ "data" personali u dwar dak
li għandu x’jaqsam ma' dan jew li hu anċillari għalih.
22 ta’ Marzu, 2002*
15 ta’ Novembru, 2002#
15 ta’ Lulju, 2003+
L-Att XXVI ta’ l-2001, kif emendat bl-Atti XXXI ta’ l-2002 u IX ta’ l-
2003.
TAQSIMA I - PRELIMINARI
Titolu u bidu fis-
seħħ.
1. (1) It-titolu fil-qosor ta’ dan l-Att hu l-Att dwar il-
Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data.
(2) Dan l-Att għandu jibda jseħħ f’dik id-data li l-Ministru
jista’ jistabbilixxi b’avviż fil-Gazzetta, u jistgħu jiġu hekk
stabbiliti dati differenti għal disposizzjonijiet differenti u għal
għanijiet differenti ta’ l-Att, u dawk l-għanijiet jistgħu jinkludu l-
applikabbiltà  ta’ dawk id-disposizzjonijiet, rigward dik il-
kategorija jew dawk il-kategoriji ta’ proċessar ta’ data personali,
kif jista’ jiġi stabbilit fl-avviż.
Tifsir.
xort’oħra:
"data personali"  tfisser kull informazzjoni li tirrigwarda persuna
naturali identifikata jew identifikabbli:  persuna identifikabbli hija
persuna li tista’ tiġi identifikata, direttament jew indirettament,
b’mod partikolari b’riferenza għal numru ta’ identifikazzjoni jew
għal xi fattur wieħed jew iktar speċifiku għall-identità  fiżika,
fiżjoloġika, mentali, ekonomika, kulturali jew soċjali tagħha;
"data personali sensittivi"  tfisser data personali li jkunu jiżvelaw
r-razza jew l-oriġni etnika, fehmiet politiċi, twemmin reliġjuż jew
filosofiku, sħubija fi trade union, saħħa, jew attività  sesswali;
"kontrollur ta’ data personali"   jew "kontrollur"  tfisser persuna li
waħedha jew solidalment ma’ oħrajn tistabbilixxi l-għanijiet u l-
mezzi ta’ l-ipproċessar ta’ data personali;
*It-Taqsima VIII (l-artikoli 36 sa 53, it-tnejn inklużi) ġiet fis-seħħ fit-22 ta’ Marzu, 
2002, permezz ta’ l-Avviż Legali 70 ta’ l-2002.
#L-artikoli 2 u 54 ġew fis-seħħ fil-15 ta’ Novembru, 2002, permezz ta’ l-Avviż Legali
382 ta’ l-2002.
+L-artikoli 3 sa 28 (it-tnejn inklużi) ġew fis-seħħ fil-15 ta’ Lulju, 2003, permezz ta’ l-
Avviż Legali 150 ta’ l-2003 - iżda ara l-Avviż Legali 150 ta’ l-2003 dwar l-
applikabilità  tad-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 7 sa 9 u 12 sa 17.
It-Taqsima VII (l-artikoli 29 sa 35, it-tnejn inklużi) u l-artikolu 55 ġew fis-seħħ fil-15
ta’ Lulju, 2003, permezz ta’ l-Avviż Legali 151 ta’ l-2003.
L-artikolu 56 tat-Taqsima IX ġie fis-seħħ fil-15 ta’ Lulju, 2003, permezz ta’ l-Avviż
Legali 156 ta’ l-2003.
2 KAP. 440. ħ PROTEZZJONI U PRIVATEZZA TAD-DATA
"Kummissarju"  tfisser il-Kummissarju għall-Protezzjoni tad-
Data maħtur skond l-artikolu 36 u tinkludi kull uffiċjal jew
impjegat tal-Kummissarju awtorizzat minnu għal dak il-għan;
"kunsens"  tfisser kull indikazzjoni speċifika u informata li
tingħata liberament dwar ix-xewqat tas-suġġett ta’ data li permezz
tagħha juri li jkun jaqbel li għandhom jiġu pproċessati data
personali dwaru;
"mblokkar"  dwar data personali, tfisser it-tħaddim biex jiġi
sospiż it-tibdil ta’ data jew jiġi sospiż jew ristrett il-provdiment ta’
informazzjoni lil terzi meta dak il-provdiment jiġi hekk sospiż jew
ristrett skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att;
"Ministru"  tfisser il-Ministru responsabbli għall-protezzjoni tad-
data;
Kap. 258.
"numru ta’ karta ta’ identità " tfisser in-numru ta’ identifikazzjoni
li jkun jinsab f’karta ta’ l-identità  kif provdut fl-Att dwar il-Karta
ta’ l-Identità ;
"pajjiż terz"  tfisser stat li ma jkunx inkluż f’Ordni maħruġ biex
jiġi stabbilit liema stati ma għandhomx jiġu kkunsidrati bħala
pajjiżi terzi għall-għanijiet ta’ dan l-Att kif jista’ jiġi preskritt minn
żmien għal żmien taħt dan l-Att;
"preskritt"  tfisser preskritt b’regolamenti magħmulin mill-
Ministru skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, wara
konsultazzjoni  mal- Kummissarju;
"proċessar"  u "proċessar ta’ data personali"  tfisser kull tħaddim
jew sett ta’ operazzjonijiet li jsiru dwar data personali, sew jekk
dan jiġri b’mezzi awtomatiċi sew jekk le, u tinkludi l-kollezzjoni, r-
rekordjar, l-organizzazzjoni, il-ħżin, l-adattament, il-bdil, l-
irkuprar, il-ġbir, l-użu, il-kxif permezz ta’ trasmissjoni, it-tixrid
jew l-għemil xort’oħra ta’ informazzjoni disponibbli, l-allinjament
jew il-kombinazzjoni, l-imblokkar, il-kanċellament jew il-qerda ta’
tali data;
"proċessur"  tfisser persuna li tipproċessa data personali f’isem
kontrollur;
"rappreżentant ta’ data personali"  tfisser persuna, maħtura mill-
kontrollur ta’ data personali, li għandha tiżgura b’mod indipendenti
li d-data personali jkunu pproċessati b’mod korrett u leġittimu;
"riċevent"  tfisser persuna li lilha jiġu pprovduti data personali;
madankollu, meta jiġu pprovduti data personali sabiex il-
Kummissarju jkun jista’ jwettaq dik is-sorveljanza, kontroll jew
verifika li jkun taħt  dmir li jwettaq, il-Kummissarju ma għandux
jitqies bħala riċevent;
"sistema ta’ filing ta’ data personali"  jew "sistema ta’ filing"
tfisser kull sett strutturat ta’ data personali li tkun aċċessibbli
skond kriterji speċifiċi, sew jekk ċentralizzati, deċentralizzati jew
mifruxin fuq bażi funzjonali jew ġeografika;
"suġġett ta’ data"  tfisser persuna naturali li lilha jkunu
jirrigwardaw id-data personali;
"terzi"  tfisser persuna li, minbarra s-suġġett ta’ data, il-kontollur
PROTEZZJONI U PRIVATEZZA TAD-DATA ġ KAP. 440. 3
ta’ data personali, ir-rappreżentant ta’ data personali, il-proċessur
u dawk il-persuni li taħt ir-responsabbiltà  diretta tal-kontollur ta’
data personali jew tal-proċessur ikunu awtorizzati li jipproċessaw
data personali.
TAQSIMA II - APPLIKABILITÀ
Mod ta’ 
pproċessar.
3. Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att għandhom japplikaw
għall-ipproċessar ta’ data personali, għalkollox jew f’parti
minnhom, b’mezzi awtomatizzati u għal dak l-ipproċessar li ma
jsirx b’mezzi awtomatizzati meta tali data personali jkunu jagħmlu
parti minn sistema ta’ filing jew ikunu maħsuba biex jagħmlu parti
minn sistema ta’ filing.
Skop territorjali.
(a)  għall-ipproċessar ta’ data personali mwettaq fil-
kuntest ta’ attivitajiet ta’ stabbiliment ta’ kontrollur
f’Malta jew f’Ambaxxata Maltija jew Kummissjoni
Għolja barra minn Malta;
(b)  għall-ipproċessar ta’ data personali meta l-kontrollur
ikun stabbilit f’pajjiż terz sakemm it-tagħmir li jintuża
għall-ipproċessar tad-data personali jkun jinsab
f’Malta.
(2) Bla preġudizzju għad-disposizzjonijiet tal-proviso ta’ hawn
taħt, id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1)(b) ma għandhomx
japplikaw jekk it-tagħmir jintuża biss għal għanijiet ta’
trasmissjoni ta’ informazzjoni bejn pajjiż terz u pajjiż tali ieħor:
Iżda f’każ bħal dan il-kontrollur għandu jaħtar persuna
stabbilita f’Malta biex taġixxi bħala r-rappreżentant tiegħu.
Fejn l-Att ma 
japplikax.
5. Dan l-Att ma għandux japplika -
(a) għall-ipproċessar ta’ data personali meta dak l-
ipproċessar jitwettaq minn persuna naturali fil-kors ta’
attività  purament personali; u
(b) għal operazzjonijiet ta’ proċessar li jirrigwardaw is-
sigurtà  pubblika, id-difiża, is-sigurtà  ta’ l-Istat (inkluż
il-ġid ekonomiku ta’ l-Istat meta l-operazzjoni ta’
proċessar tirrigwarda ħwejjeġ ta’ sigurtà )  u attivitajiet
ta’ l-Istat fil-kamp tal-liġi kriminali:
Iżda l-Ministru jista’, wara li jikkonsulta mal-Kummissarju u bi
qbil mal-Ministru responsabbli ghall-Pulizija, jagħmel regolamenti biex
jestendi l-applikazzjoni ta’ dan l-Att jew iżid ma  jew inaqqas mid-
disposizzjonijiet ta’ dan is-subartikolu bl-iskop illi jenforza xi
obligazzjoni, konvenzjoni jew trattat internazzjonali dwar il-protezzjoni
ta’ data personali, li għalih Malta tkun parti jew tista’ ssir parti.
Libertà  ta’ l-
espressjoni.
Kap. 319.
Kap. 248.
6. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet li ġejjin ta’ dan l-artikolu,
xejn f’dan l-Att ma għandu jkun ta’ preġudizzju għall-applikazzjoni tad-
disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar il-Konvenzjoni Ewropea, dwar il-libertà
ta’ l-espressjoni jew id-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar l-Istampa, dwar
il-libertajiet ġurnalistiċi.
(2) Minkejja d-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) ta’ dan l-
4 KAP. 440. ħ PROTEZZJONI U PRIVATEZZA TAD-DATA
artikoli, il-Kummissarju għandu jinkoraġġixxi l-abbozzar ta’ kodiċi ta’
kondotta adattat li jkun japplika għall-ġurnalisti u għall-medja biex jiġi
regolat l-ipproċessar ta’ xi data personali u l-kodiċi ta’ kondotta
għandu jipprovdi miżuri u proċeduri adattati biex jipproteġu s-
suġġett ta’ data, fil-qies tax-xorta tad-data.
(3) Fin-nuqqas ta’ tali kodiċi ta’ kondotta, il-Kummissarju
jista’ jistabbilixxi miżuri u proċeduri speċifiċi biex jipproteġu s-
suġġetti ta’ data;  f’dak il-każ sew il-ġurnalisti sew il-medja
għandhom jikkonformaw ruħhom mal-miżuri u l-proċeduri hekk
stabbiliti.
(4) Jekk il-miżuri u l-proċeduri li jinsabu fil-kodiċi ta’
kondotta li japplikaw għall-ġurnalisti u l-medja skond is-
subartikoli (2) jew (3) ma jitħarsux, il-Kummissarju jista’
jipprojbixxi kull persuna konċernata milli twettaq kull proċessar, għal
kollox jew f’parti,  u jordna l-imblokkar ta’ data meta, fil-qies tax-
xorta tad-data, l-mezzi ta’ l-ipproċessar jew l-effetti li dan jista’
jkollu, jkun hemm riskju gravi ta’ dannu rilevanti għal xi suġġett
ta’ data wieħed jew iktar.
TAQSIMA III - ĦTIĠIET U KRITERJI GĦALL-IPPROĊESSAR
Ħtiġiet għall-
ipproċessar.
7. Il-kontrollur għandu jiżgura li -
(a) data  personali jiġu proċessati b’mod imparzjali u
skond il-liġi;
(b) data  personali jkunu dejjam proċessati skond prattika
korretta;
(ċ) data personali jkunu miġbura biss għal għanijiet
speċifiċi u leġittimi, u li jkunu espressi b’mod
espliċitu;
(d) data personali ma jkunux proċessati għal xi skop li
jkun inkompatibbli ma’ dak li għalih tkun qegħda
tinġabar l-informazzjoni;
(e) data personali li jkunu qed jiġu proċessati jkunu
adegwati u rilevanti dwar l-iskopijiet ta’ l-ipproċessar;
(f) ma jiġux ipproċessati iktar data personali milli jkun
meħtieġ fil-qies ta’ l-għanijiet ta’ l-ipproċessar;
(g) id-data personali li jiġu proċessati jkunu korretti u,
jekk meħtieġ, aġġornati;
(h) jittieħdu l-miżuri raġonevoli kollha biex
jikkompletaw, jikkoreġu, jimblokkaw jew
jikkanċellaw data jekk dawk id-data ma jkunux
kompleti jew korretti, fil-qies ta’ l-iskopijiet li jkunu
qegħdin jiġu pproċessati għalihom;
(i) id-data personali ma jinżammux għal perjodu itwal
minn dak meħtieġ, fil-qies ta’ l-iskopijiet li jkunu qed
jiġu pproċessati għalihom.
L-ipproċessar għal 
għanijiet storiċi, 
eċċ.
8. L-ipproċessar ta’ data personali għal skopijiet storiċi,
statistiċi jew xjentifiċi ma għandux jitqies bħala inkompatibbli ma’
l-iskopijiet li dwarhom tkun inġabret l-informazzjoni:
PROTEZZJONI U PRIVATEZZA TAD-DATA ġ KAP. 440. 5
Iżda l-kontrollur għandu jiżgura li:
(a) s-salvagwardji xierqa kollha jkunu japplikaw fejn data
personali proċessati għal skopijiet storiċi, statistiċi jew
xjentifiċi jistgħu jinżammu għal żmien itwal minn dak
neċessarju meta jitqiesu l-iskopijiet li għalihom id-
data ġew proċessati; jew
(b) id-data personali li jinżammu għal skopijiet storiċi,
statistiċi jew xjentifiċi ma għandhomx jintużaw għat-
teħid ta’ xi deċiżjoni li tkun tirrigwarda lil suġġett ta’
data.
Kriterji għall-
ipproċessar.
9.   Id-data personali jistgħu jkunu proċessati biss jekk:
(a)  is-suġġett ta’ data jkun mingħajr ebda ambigwità  ta l-
kunsens tiegħu; jew
(b) l-ipproċessar ikun meħtieġ sabiex jista’ jitwettaq
kuntratt li fih is-suġġett ta’ data ikun parti jew biex
jittieħdu passi fuq talba tas-suġġett ta’ data qabel l-
għemil tal-kuntratt;  jew
(ċ) l-ipproċessar ikun meħtieġ biex titħares xi
obbligazzjoni legali li l-kontrollur ikun suġġett
għaliha; jew
(d) l-ipproċessar ikun meħtieġ sabiex jiġu protetti l-
interessi vitali tas-suġġett ta’ data; jew
(e) l-ipproċessar ikun meħtieġ għat-twettiq ta’ attività  li
ssir fl-interess pubbliku jew fl-eserċizzju ta’ l-awtorità
uffiċjali vestita fil-kontrollur jew f’terzi li d-data jiġu
żvelati lilhom; jew
(f) l-ipproċessar ikun meħtieġ għal xi skop li jolqot l-
interess leġittimu tal-kontrollur jew ta’ dawk it-terzi li
lilhom jkunu ġew ipprovduti d-data personali, ħlief
meta dak l-interess jiġi megħlub b’kull interess biex
jiġu protetti d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tas-
suġġett ta’ data u partikolarment id-dritt għall-
privatezza.
Tqegħid għal bejgħ 
dirett fis-suq.
10. (1) Id-data personali jistgħu ma jiġux proċessati għal
skopijiet li jkunu jolqtu il-bejgħ dirett fis-suq, jekk is-suġġett ta’
data javża lill-kontrollur ta’ data personali li huwa jkun jopponi dak
l-ipproċessar.
(2) Il-kontrollur għandu jgħarraf kif xieraq lis-suġġett ta’ data
bid-dritt li jkollu li jopponi, bla ma jagħmel ebda spejjeż, għall-
ipproċessar imsemmi fis-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu.
Revoka tal-
kunsens.
11. (1) F’dawk il-każijiet fejn l-ipproċessar ta’ data personali
jkun sar skond l-artikolu 9(e) u (f), is-suġġett ta’ data, minbarra
fejn ikun provdut xort’oħra f’xi liġi oħra, ikun intitolat joġġezzjona
f’kull żmien lill-kontrollur għal raġunijiet leġittimi aċċettabbli
għall-ipprocessar ta’ dawk id-data. 
(2) Mingħajr ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 10,
fejn l-ipproċessar ta’ data personali jsir bil-kunsens tas-suġġett ta’
data, is-suġġett ta’ data jista’ f’kull żmien jirrevoka l-kunsens
tiegħu għal raġunijiet leġittimi aċċettabbli li għandhom x’jaqsmu
6 KAP. 440. ħ PROTEZZJONI U PRIVATEZZA TAD-DATA
mas-sitwazzjoni partikolari tiegħu.
Data personali 
sensittivi.
12.  (1) Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet l-oħra ta’ dan l-Att
ħadd ma jista’ jipproċessa data personali sensittivi:
Iżda dawk id-data personali jistgħu jiġu proċessati f’dawk
il-każijiet li hemm provdut dwarhom taħt is-subartikolu (2) u taħt l-
artikoli 13 sa 16 jew hekk kif jista’ jiġi preskritt mill-Ministru li
jqis l-esiġenzi ta’ interess pubbliku importanti.
(2)  Id-data personali sensittivi jistgħu jiġu proċessati jekk is-
suġġett ta’ data:
(a) jkun ta l-kunsens espliċitu tiegħu għall-ipproċessar;
jew
(b) jekk ħareġ id-data għall-pubbliku.
Proċessar meħtieġ. 13. Id-data personali sensittivi jistgħu jiġu pproċessati jekk jiġu
adottati salvagwardji xierqa u l-ipproċessar ikun meħtieġ sabiex:
(a) il-kontrollur jkun jista’ jikkonforma ruħu ma’
dmirijietu jew jeżerċita d-drittijiet tiegħu taħt xi liġi li
tirregola l-kondizzjonijiet ta’ l-impieg;  jew
(b) l-interessi vitali tas-suġġett ta’ data jew ta’ xi persuna
oħra jkunu jistgħu jiġu protetti u s-suġġett ta’ data ma
jkunx fiżikament jew legalment kapaċi li jagħti l-
kunsens tiegħu:  jew
(ċ) ikunu jistgħu jiġu stabbiliti, eżerċitati jew difiżi talbiet
legali.
TAQSIMA IV - PROĊESSAR GĦAL SKOPIJIET SPEĊIFIĊI
Proċessar minn 
fondazzjonijiet, 
eċċ.
14. Sew kull korp ta’ persuni sew enti oħra, li ma jkunux korp
jew entità  kummerċjali, li jkollhom għanijiet politiċi, filosofiċi,
reliġjużi jew dwar trade unions, jistgħu fi ħdan il-qafas ta’ l-operat
tagħhom u bis-salvagwardji xierqa, jipproċessaw data personali
sensittivi li jkunu jolqtu lill-membri tal-korp jew l-enti rispettivi u
lil dawk il-persuni l-oħra li minħabba fl-għanijiet tal-korp jew ta’ l-
enti jkollhom kuntatt regolari magħhom:
Iżda data personali sensittivi jistgħu jiġu pprovduti lil terzi
biss jekk is-suġġett ta’ data jagħti l-kunsens espliċitu tiegħu għal
dan.
Proċessar dwar is-
saħħa jew skopijiet 
mediċi.
15. Id-data personali sensittivi jistgħu jiġu pproċessati għal
skopijiet ta’ saħħa u ta’ kura fl-isptar, sakemm dawn ikunu
meħtieġa għal:
(a)  mediċina preventiva u l-protezzjoni tas-saħħa
pubblika;
(b)  dijanjosi medika;
(ċ)  kura tas-saħħa jew il-kura li tingħata; jew
(d) il-maniġġ ta’ servizzi ta’ kura tas-saħħa u fl-isptar:
Iżda d-data għandha tiġi pproċessata minn professjonist
tas-saħħa jew minn xi persuna oħra li tkun suġġetta għall-obbligu
impost fuqha ta’ segretezza professjonali.
PROTEZZJONI U PRIVATEZZA TAD-DATA ġ KAP. 440. 7
Kap. 31.
Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu, "professjonist tas-saħħa"
tfisser persuna li jkollha warrant biex teżerċita professjoni regolata
mill-Ordinanza dwar il-Professjoni Medika u l-Professjonijiet li
għandhom x’jaqsmu magħha, u kull persuna li taġixxi taħt id-
direzzjoni personali u sorveljanza ta’ persuna bħal dik.
Proċessar dwar 
riċerka u statistika.
16. (1)  Id-data personali sensittivi jistgħu jiġu pproċessati
għal skopijiet ta’ riċerka u statistika, sakemm l-ipproċessar jkun
meħtieġ kif stipulat fl-artikolu 9(e).
(2) Jekk l-ipproċessar imsemmi fis-subartikolu (1) ikun ġie
approvat:
(a)  fil-każ ta’ statistika, mill-Kummissarju nnifsu;
(b) fil-każ ta’ riċerka, mill-Kummissarju bil-parir ta’ xi
kumitat ta’ riċerka fl-etika ta’ xi istituzzjoni rikonoxxuta
mill-Kummissarju għall-għanijiet ta’ dan il-paragrafu;
id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) għandhom jitqiesu li jkunu
sodisfatti.
(3) Id-data personali jistgħu jiġu pprovduti sabiex jintużaw
għall-finijiet imsemmija fis-subartikolu (1), kemm-il darba ma
jiġix provdut xort’oħra bir-regoli applikabbli dwar is-segretezza u
l-kunfidenzjalità .
Proċessar dwar 
reati kontra l-liġi.
17. (1) Data li jkollhom x’jaqsmu ma’ reati, sejbien ta’ ħtija
kriminali jew miżuri ta’ sigurezza, jistgħu jiġu biss proċessati taħt
il-kontroll ta’ awtorità  pubblika.
(2) Għal dan l-iskop il-Ministru jista’ b’regolamenti
jawtorizza lil kull persuna tipproċessa d-data msemmija fis-
subartikolu (1) bla ħsara għal dawk salvagwardji speċifiċi xierqa li
jistgħu jiġu preskritti:
Iżda reġistru sħiħ ta’ sejbien ta’ ħtija kriminali jista’ biss
jinżamm taħt il-kontroll ta’ awtorità  pubblika.
Proċessar tan-
numru fuq karta ta’ 
l-identità.
18.  In-numru tal-karta ta’ l-identità  jista’, fin-nuqqas ta’
kunsens, jiġi biss ipproċessat meta dan l-ipproċessar ikun b’mod ċar
ġustifikat fil-qies ta’:
(a)  l-iskop ta’ l-ipproċessar;
(b)  l-importanza ta’ identifikazzjoni sigura;
(ċ)  xi raġuni valida oħra li tista’ tiġi preskritta.
TAQSIMA V - ĠBIR TA’ DATA U DRITT TA’ DĦUL
Tagħrif dwar 
suġġett ta’ data.
19. Il-Kontrollur jew xi persuna awtorizzata minnu għal dak l-
għan għandhom jipprovdu lil suġġett ta’ data li jinġabru
mingħandu data  li jkunu jirrigwardaw lis-suġġett ta’ data innifsu,
b’mill-inqas din l-informazzjoni li ġejja ħlief meta din tkun diġà
tinsab għand is-suġġett ta’ data:
(a) l-identità  u r-residenza abitwali jew il-post prinċipali
tan-negozju tal-kontrollur u ta’ kull persuna oħra
awtorizzata minnu għaldaqshekk, jekk ikun hemm;
(b) l-iskopijiet ta’ l-ipproċessar li dwaru jkunu maħsuba d-
data; u
8 KAP. 440. ħ PROTEZZJONI U PRIVATEZZA TAD-DATA
(ċ) kull informazzjoni ulterjuri dwar dawk il-materji bħal
ma huma:
(i) ir-riċeventi jew kategoriji tar-riċeventi tad-data;
(ii) jekk l-għoti ta’ risposta għal xi waħda mill-
mistoqsijiet magħmula lis-suġġett ta’ data ikunx
obbligatorju jew volontarju, kif ukoll dwar
x’jista’ jiġri jekk wieħed jonqos milli jwieġeb; u
(iii) id-dritt li huwa jkollu li jidħol fid-data, id-dritt
li jirrettifika u, fejn ikun applikabbli, id-dritt li
jħassar id-data li tkun tirrigwardah, 
sakemm dik l-informazzjoni ulterjuri tkun meħtieġa, fil-qies taċ-
ċirkostanzi speċifiċi li fihom tinġabar id-data, biex jiġi garantit
proċessar ġust dwar is-suġġett ta’ data.
Data miġbura 
minn oriġni oħra.
20.  (1)  Meta d-data ma jkunux ġew miksuba mis-suġġett ta’
data, il-kontrollur jew kull persuna oħra awtorizzata minnu għal
dak l-iskop għandu jipprovdi lis-suġġett  ta’ data  b’mill-inqas din
l-informazzjoni li ġejja, ħlief meta s-suġġett ta’ data jkollu diġà  dik
l-informazzjoni:
(a) l-identità  u r-residenza abitwali jew post prinċipali
tan-negozju tal-kontrollur u ta’ kull persuna oħra
minnu awtorizzata għal dak l-iskop; 
(b) l-iskopijiet ta’ l-ipproċessar;
(ċ) kull informazzjoni ulterjuri inklużi:
(i) il-kategoriji ta’ data involuti;
(ii) ir-riċeventi jew kategoriji ta’ riċeventi;
(iii) id-dritt li huwa jkollu li jidħol fid-data, id-dritt
li jirrettifika id-data u, fejn japplika, id-dritt li
jħassar id-data li tkun tirrigwardah,
u sakemm dik l-informazzjoni ulterjuri tkun meħtieġa, fil-qies taċ-
ċirkostanzi speċifiċi li fihom id-data jiġu pproċessati, biex jiġi
garantit proċessar ġust dwar is-suġġett ta’ data.
(2) L-informazzjoni msemmija fis-subartikolu (1) għandha tiġi
provduta fil-waqt ta’ l-irrekordjar ta’ data personali jew, jekk hu
maħsub li din tiġi żvelata lil terza persuna, mhux aktar tard minn
meta d-data jkunu ġew żvelati l-ewwel darba.
(3) Ma jkunx hemm bżonn li tiġi provduta informazzjoni
skond is-subartikolu (1) jekk ikun hemm disposizzjonijiet li
jirrigwardaw ir-reġistrazzjoni jew l-iżvelar ta’ data personali bħal
dik f’xi liġi oħra u jiġu adottati salvagwardji adegwati.
(4) Ma hemmx għalfejn tiġi provduta l-informazzjoni skond is-
subartikolu (1) jekk din tkun meħtieġa:
(a) għal ipproċessar li jsir għal skopijiet xjentifiċi;
(b) għal skopijiet ta’ riċerka storika jew xjentifika,
u dan sakemm l-għoti ta’ dik l-informazzjoni ma jkunx wieħed
impossibbli jew ikun jinvolvi attività  sproporzjonata.
Dritt ta’ dħul. 21. (1)  Il-kontrollur ta’ data personali fuq talba tas-suġġett ta’
data għandu jagħti lis-suġġett ta’ data, mingħajr dewmien eċċessiv
PROTEZZJONI U PRIVATEZZA TAD-DATA ġ KAP. 440. 9
u mingħajr nefqa, informazzjoni bil-miktub dwar jekk data
personali li jkunu jirrigwardaw lis-suġġett ta’ data ikunux
proċessati:
Iżda ħtieġa minn suġġett ta’ data taħt dan is-subartikolu
għandha ssir biss mis-suġġett ta’ data f’intervalli raġonevoli.
(2)  Jekk tali data jiġu proċessati, il-kontrollur ta’ data għandu
jipprovdi lis-suġġett ta’ data informazzjoni bil-miktub, f’format li
jiftiehem, dwar:
(i) informazzjoni attwali dwar is-suġġett ta’ data li
tkun proċessata;
(ii) minn fejn tkun inġabret din l-informazzjoni;
(iii)  l-iskop ta’ l-ipproċessar;
(iv) lil liema riċeventi jew kategoriji ta’ riċeventi l-
informazzjoni tkun żvelata;  u
(v) konoxxenza tal-loġika involuta f’xi pproċessar
awtomatiku ta’ data li jirrigwardaw lis-suġġett
ta’ data.
(3)  Applikazzjoni taħt is-subartikolu (1) għandha ssir bil-miktub
lill-kontrollur ta’ data personali u għandha ġġib il-firma tas-suġġett
ta’ data.
Rettifika.
suġġett ta’ data li minnufih jirrettifika, jimblokka jew jikkanċella
dawk id-data personali li ma jkunux ġew ipproċessati skond dan l-
Att jew regolamenti magħmulin taħt dan l-Att.
(2) Il-kontrollur għandu javża lit-terzi li lilhom id-data jkunu
ġew żvelati dwar il-miżuri li jkunu ttieħdu taħt is-subartikolu (1):
Iżda ebda avviż bħal dak ma għandu jingħata jekk ikun
jidher bħala wieħed impossibbli jew jinvolvi attività
sproporzjonata.
TAQSIMA VI - EŻENZJONIJIET, RESTRIZZJONIJIET U 
MIŻURI OĦRA
Eżenzjonijiet u 
restrizzjonijiet fil-
każ ta’ segretezza, 
eċċ.
23. (1)  Id-dispożizzjonijiet ta’ l-artikoli 7, 19, 20(1), 21 u 35
ma għandhomx japplikaw meta xi liġi speċifikatament tipprovdi
għall-għoti ta’ informazzjoni bħala miżura meħtieġa fl-interess:
(a) tas-sigurtà  nazzjonali;
(b) tad-difiża;
(ċ) tas-sigurtà  pubblika;
(d) tal-prevenzjoni, investigazzjoni, kxif u prosekuzzjoni
ta’ reati kriminali, jew ta’ ksur  ta’ etika għal
professjonijiet regolati;
(e) ta’ xi interess ekonomiku jew finanzjarju importanti li
jinkludi materji monetarji, ta’ estimi u tassazzjoni;
(f) ta’ xi funzjoni regolatorja, ta’ sorveljanza jew
spezzjon konnessa, ukoll jekk okkażjonalment, ma’ l-
eżerċizzju ta’ l-awtorità  uffiċjali msemmija fil-
paragrafi (ċ), (d) u (e);  jew
10 KAP. 440. ħ PROTEZZJONI U PRIVATEZZA TAD-DATA
(g) li dik l-informazzjoni tkun preġudizzjali għall-
protezzjoni tas-suġġett ta’ data jew għad-drittijiet u l-
libertajiet ta’ l-oħrajn.
(2) Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 21 ma japplikawx meta d-
data jkunu proċessati biss għal skopijiet ta’ riċerka xjentifika jew
inkella jinżammu f’format personali għal perjodu li ma jkunx
jeċċedi l-perjodu meħtieġ għall-iskop uniku li tiġi kompilata l-
istatistika:
Iżda d-disposizzjonijiet ta’ dan is-subartikolu ma japplikawx
fejn id-data jintużaw għat-teħid ta’ miżuri jew deċiżjonijiet li jkunu
jirrigwardaw lil xi individwu partikolari jew fejn ikun hemm riskju
ta’ kontravvenzjoni tal-privatezza tas-suġġett ta’ data.
Deċiżjonijiet 
imsejsa fuq l-
ipproċessar 
awtomatizzat.
24. (1) Jekk deċiżjoni tkun imsejsa unikament fuq l-ipproċessar
awtomatizzat ta’ dawk id-data personali bħalma jkun maħsub biex jiġu
stmati l-kwalitajiet ta’ persuna naturali, u dik id-deċiżjoni jkollha effett
legali jew xi effett importanti ieħor għal dik il-persuna, dik il-persuna
jkollha d-dritt li titlob li d-deċiżjoni tiġi kkunsidrata mill-ġdid ħlief
b’mod bbażat unikament fuq l-ipproċessar awtomatizzat, u dik il-
kunsiderazzjoni mill-ġdid tkun obbligatorja fuq il-persuna li tieħu dik
id-deċiżjoni.
(2) Id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) ma għandhomx
japplikaw meta d-deċiżjoni tittieħed filwaqt li jkun qed isir jew jiġi
esegwit kuntratt mas-suġġett ta’ data, sakemm it-talba għall-għemil
jew l-esekuzzjoni tal-kuntratt, li tkun saret mis-suġġett ta’ data,
tkun ġiet sodisfatta jew ikun hemm miżuri adattati biex
jissalvagwardaw l-interessi leġittimi tiegħu bħal ma hu d-dritt li
jinstema’.
(3) Persuna li tkun is-suġġett ta’ deċiżjoni msemmija fis-
subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu tkun intitolata li meta hekk titlob,
tikseb informazzjoni mingħand il-kontrollur dwar xi jkun li
kkontrolla l-ipproċessar awtomatizzat li jkun irriżulta fid-deċiżjoni:
Iżda dik l-informazzjoni li ssir disponibbli mill-kontrollur
tkun suġġetta għad-dispożizzjonijiet ta’ l-artikolu 21 ta’ dan l-Att.
Persuni awtorizzati 
li jipproċessaw 
data.
25. (1) Kull persuna li taġixxi taħt l-awtorità  tal-kontrollur
jew tal-proċessur, inkluż il-proċessur innifsu, li jkollu dħul għal
data personali, jista’ biss jipproċessa data personali skond l-
istruzzjonijiet tal-kontrollur kemm-il darba l-persuna ma tkunx
xort’oħra mitluba tagħmel hekk mil-liġi.
(2) L-għemil ta’ pproċessar permezz ta’ proċessur għandu jkun
regolat b’kuntratt jew bi strument ieħor li jkun jorbot legalment
f’forma miktuba jew ekwivalenti, li jkun jorbot lill-proċessur mal-
kontrollur u jistipula b’mod partikolari li l-proċessur:
(a) jaġixxi biss fuq struzzjonijiet li jieħu mingħand il-
kontrollur;
(b) għandu jieħu dawk il-miżuri msemmija l-artikolu
26(1).
Miżuri ta’ sigurta’ 
dwar l-ipproċessar.
26. (1) Il-kontrollur għandu jimplementa miżuri tekniċi u
organizzattivi xierqa sabiex jipproteġi d-data personali li jkunu qed
jiġu proċessati kontra kull qirda jew telf aċċidentali jew forom ta’
PROTEZZJONI U PRIVATEZZA TAD-DATA ġ KAP. 440. 11
proċessar illeġittimi u b’hekk jipprovdi livell adegwat ta’ sigurtà  li
jkun iqis:
(a) il-possibilitajiet tekniċi disponibbli;
(b) in-nefqa ta’ l-implementazzjoni tal-miżuri ta’ sigurtà ;
(ċ) ir-riskji speċjali li jeżistu fl-ipproċessar ta’ data
personali;
(d) is-sensitività  tad-data personali li jkunu qed jiġu
pproċessati.
(2) Jekk il-kontrollur jqabbad proċessur, il-kontrollur għandu
jiżgura li l-proċessur:
(a)  ikun jista’ jimplementa l-miżuri ta’ sigurtà  li jkollhom
jittieħdu;
(b) attwalment jieħu l-miżuri hekk identifikati mill-
kontrollur.
Trasferiment ta’ 
data li pajjiż terz.
27. (1) Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta’ l-
artikolu 28, it-trasferiment lil pajjiż terz ta’ data personali li jkunu
qed jiġu proċessati jew li jkunu maħsuba li jiġu proċessati, jista’
jsir biss bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Att u sakemm il-
pajjiż terz li d-data jiġu trasferiti lejh ikun jiżgura livell xieraq ta’
protezzjoni.
(2) Dwar kemm ikun biżżejjed il-livell ta’ protezzjoni ta’
pajjiż terz għandu jiġi stmat fil-qies taċ-ċirkostanzi kollha li jkunu
jirrigwardaw it-tħaddim ta’ trasferiment ta’ data jew sett ta’
operazzjonijiet ta’ trasferiment ta’ data:  għandha tingħata
konsiderazzjoni partikolari għax-xorta tad-data, l-iskop u għal
kemm żmien jkunu se jdumu l-ħidma jew l-operazzjonijiet ta’
proċessar proposti, il-pajjiż ta’ provenjenza u l-pajjiż ta’
destinazzjoni finali, ir-regoli legali, sew ġenerali sew settorjali, li
jkunu fis-seħħ fil-pajjiż terz involut u r-regoli professjonali u
miżuri ta’ sigurtà  li jkunu qed jitħarsu f’dak il-pajjiż.
(3) Ikun dmir tal-Kummissarju li jiddeċiedi jekk pajjiż terz
ikunx jiżgura livell adegwat ta’ protezzjoni.
(4) It-trasferiment ta’ data personali lil pajjiż terz li ma jkunx
jiżgura protezzjoni adegwata hu pprojbit.
Eżenzjonijiet mill-
projbizzjoni ta’ 
trasferiment ta’ 
data lil pajjiż terz.
28. (1) Għall-għanijiet ta’ l-implimentazzjoni ta’ xi
konvenzjoni internazzjonali li Malta tkun parti fiha jew ta’ xi
obbligu ieħor internazzjonali ta’ Malta, il-Ministru jista’ b’Ordni
jistabbilixxi li t-trasferiment ta’ data personali lejn xi pajjiż elenkat
fl-imsemmi Ordni ma għandux, minkejja d-disposizzjonijiet ta’ dan
l-Att jew ta’ xi liġi oħra, ikun ristrett minħabba fil-protezzjoni tal-
privatezza. Meta jagħmel Ordni bħal dan il-Ministru jista’ jinkludi
kondizzjonijiet u restrizzjonijiet li hemm provdut dwarhom fl-
istrument internazzjonali.
(2) It-trasferiment ta’ data personali lil pajjiż terz li ma
jiżgurax livell adegwat ta’ protezzjoni fil-qies tat-tifsir mogħti fl-
artikolu 27(2) jista’ jsir mill-kontrollur jekk is-suġġett ta’ data jkun
ta il-kunsens tiegħu mhux ambigwu għat-trasferiment propost jew
jekk it-trasferiment -
12 KAP. 440. ħ PROTEZZJONI U PRIVATEZZA TAD-DATA
(a) ikun neċessarju għat-twettieq ta’ kuntratt bejn is-
suġġett ta’ data u l-kontrollur jew l-implimentazzjoni
ta’ miżuri qabel il-kuntratt li jittieħdu b’konsegwenza
tat-talba li ssir mis-suġġett ta’ data;
(b) ikun neċessarju għat-twettieq jew għemil ta’ kuntratt
magħmul jew li jkun se jsir fl-interess tas-suġġett ta’
data bejn il-kontrollur u terzi;
(ċ) ikun neċessarju jew meħtieġ skond il-liġi minħabba
f’raġunijiet importanti ta’ interess pubbliku, jew għat-
twaqqif, eżerċizzju jew difiża ta’ talbiet legali;
(d) ikun neċessarju sabiex jiġu protetti l-interessi vitali
tas-suġġett ta’ data; jew
(e) isir minn reġistru li skond il-liġijiet jew ir-regolamenti
jkun maħsub li jipprovdi informazzjoni għall-pubbliku
u li jkun miftuħ għall-konsultazzjoni sew mill-
pubbliku kollu sew minn xi persuna li tista’ turi li
jkollha interess leġittimu, sakemm jitwettqu f’dak il-
każ partikolari l-kondizzjonijiet stipulati bil-liġi għall-
konsultazzjoni.
(3) Mingħajr preġudizzju għas-subartikolu (1), il-
Kummissarju jista’ jawtorizza trasferiment jew sett ta’
trasferimenti ta’ data personali lil pajjiż terz li ma jiżgurax livell
adegwat ta’ protezzjoni fi ħdan it-tifsir mogħti fl-artikolu 27(2):
Iżda l-kontrollur għandu jipprovdi salvagwardji adegwati, li
jistgħu jirriżultaw partikolarment permezz ta’ klawsoli kontrattwali
xierqa, dwar il-protezzjoni tal-privatezza u tad-drittijiet fondamentali u
libertajiet ta’ l-individwu u għar-rigward ta’ l-eżerċizzju tagħhom. 
TAQSIMA VII - NOTIFIKAZZJONI U PROĊEDURI OĦRA
Obbligazzjoni ta’ 
notifikazzjoni.
29. (1) Il-kontrollur  għandu jinnotifika lill-Kummissarju
qabel ma jagħmel xi operazzjoni ta’ pproċessar awtomatizzat
għalkollox jew f’parti minnu, jew sett ta’ tali operazzjonijiet,
maħsuba għal għan wieħed jew għal diversi għanijiet relatati.
(2) Il-Ministru jista’ jippreskrivi dwar kull ħaġa li tirrigwarda
x-xorta ta’ notifikazzjoni li għandha ssir skond dan is-subartikolu
dwar -
(a) l-ipproċessar li jkollu bi skop uniku ż-żamma ta’
reġistru li skond il-liġijiet jew ir-regolamenti jkun
maħsub biex jipprovdi informazzjoni lill-pubbliku u li
jkun miftuħ għall-konsultazzjoni sew mill-pubbliku
kollu sew minn xi persuna li turi li jkollha interess
leġittimu; u
(b) l-operazzjonijiet ta’ proċessar imsemmija fl-artikolu
14.
(3) In-notifikazzjoni msemmija fis-subartikolu (1) għandha
tispeċifika:
(a) l-isem u l-indirizz tal-kontrollur ta’ data u ta’ kull
persuna oħra minnu awtorizzata għal dak l-iskop, jekk
ikun hemm;
PROTEZZJONI U PRIVATEZZA TAD-DATA ġ KAP. 440. 13
(b) l-iskop jew l-iskopijiet ta’ l-ipproċessar;
(ċ) deskrizzjoni tal-kategorija jew kategoriji ta’ suġġetti
ta’ data u tad-data jew kategoriji ta’ data li
jirrigwardawhom;
(d) ir-riċeventi jew kategoriji ta’ riċeventi li d-data tista’
tiġi żvelata lilhom;
(e) trasferimenti ta’ data proposti lil pajjiżi terzi;  u
(f) deskrizzjoni ġenerali li tkun tippermetti stima
preliminari li jkollha ssir dwar kemm ikunu xierqa l-
miżuri li jittieħdu skond l-artikolu 26 sabiex tiġi
żgurata s-sigurtà  fl-ipproċessar:
Iżda l-kontrollur għandu javża lill-Kummissarju b’kull
tibdil li jaffettwa l-informazzjoni msemmija f’dan is-subartikolu u
l-Ministru jista’ jippreskrivi dwar kull ħaġa li għandha x’taqsam
mal-forma ta’ tali avviż.
(4) Il-Kummissarju jista’ jippermetti s-simplifikazzjoni ta’ jew
l-eżenzjoni mill-obbligi dwar notifiki li hemm maħsub għalihom
f’din it-Taqsima ta’ dan l-Att għal dak biss li għandu x’jaqsam ma’
kategoriji ta’ operazzjonijiet ta’ proċessar -
(i) li x’aktarx, meta jitqiesu d-data li jkunu
qiegħdin jiġu proċessati, ma jippreġudikawx id-
drittijiet u l-libertajiet ta’ suġġetti ta’ data, u
(ii) li dwarhom il-Kummissarju jispeċifika l-
għanijiet ta’ l-ipproċessar, id-data jew il-
kategoriji ta’ data li jkunu qiegħdin jiġu
proċessati, il-kategorija jew il-kategoriji ta’
suġġetti ta’ data li jkunu milquta b’dak l-
ipproċessar, ir-riċeventi jew il-kategoriji ta’
riċeventi li lilhom id-data għandha tkun żvelata
u t-tul ta’ żmien li għalih id-data għandha
tinżamm.
Deroga mill-
obbligazzjoni ta’ 
notifikazzjoni.
30. (1) Il-kontrollur għandu javża lill-Kummissarju dwar il-
ħatra jew it-tneħħija ta’ rappreżentant ta’ data personali.
(2) Meta rappreżentant ta’ data personali jkun ġie hekk
maħtur, in-notifika skond l-artikolu 29(1) u (3)  ma tkunx meħtieġa.
Funzjoni ta’ 
rappreżentant tad-
data.
31. (1) Ir-rappreżentant ta’ data personali jkollu l-funzjoni li
jassigura b’mod indipendenti li l-kontrollur jipproċessa data
personali b’mod leġittimu u korrett u skond kull prattika adatta u
f’każ fejn ir-rappreżentant ta’ data personali jidentifika affarijiet mhux
adegwati, hu għandu jiġbed l-attenzjoni tal-kontrollur dwar dawn.
(2) Jekk ir-rappreżentant ta’ data personali jkollu għaliex jaħseb li
l-kontrollur ta’ data personali jkun kiser id-disposizzjonijiet applikabbli
għall-ipproċessar ta’ data personali u jekk ma ssirx ir-rettifika kemm
jista’ jkun prattikament malajr wara li jintwera li jkun sar il-ksur, ir-
rappreżentant ta’ data personali għandu javża lill-Kummissarju b’din is-
sitwazzjoni.
(3) Ir-rappreżentant ta’ data personali għandu wkoll jikkonsulta
lill-Kummissarju jekk ikollu xi dubju dwar kif għandhom jiġu applikati
r-regoli li jirrigwardaw l-ipproċessar ta’ data personali.
14 KAP. 440. ħ PROTEZZJONI U PRIVATEZZA TAD-DATA
Reġistru ta’ 
proċessar suġġett 
għal notifikazzjoni.
32. Ir-rappreżentant ta’ data personali għandu jżomm reġistru
ta’ l-ipproċessar li l-kontrollur  jimplimenta u li kien ikun suġġett
għall-obbligu ta’ notifikazzjoni li kieku ma kienx ġie maħtur
rappreżentant.  Ir-reġistru għandu jkun fih l-informazzjoni li mill-
inqas kien ikun fiha notifikazzjoni taħt l-artikolu 29 ta’ dan l-Att.
Għajnuna lil 
suġġett ta’ data.
33. Ir-rappreżentant ta’ data personali għandu jgħin lis-suġġett
ta’ data jeserċita d-drittijiet tiegħu taħt dan l-Att.
Notifikazzjoni 
obbligatorja.
34. (1) (a) L-ipproċessar ta’ data personali li jinvolvi riskji
partikolari ta’ indħil mhux dovut fid-drittijiet u l-
libertajiet ta’ suġġetti ta’ data għandu jingħata mill-
kontrollur lill-Kummissarju għall-verifika tagħha minn
qabel.
(b) Il-Ministru jista’ b’regolamenti jistabbilixxi l-
operazzjonijiet ta’ proċessar li jinvolvu riskji
partikolari kif imfisser fil-paragrafu (a) u jippreskrivi
regoli dwarhom.
(2) Il-verifika minn qabel imsemmija fis-subartikolu (1)
għandha ssir mill-Kummissarju wara li jkun irċieva avviż jew
mingħand il-kontrollur jew mingħand ir-rappreżentant tad-data
personali:
Iżda f’każ ta’ dubju, il-kontrollur jew ir-rappreżentant ta’
data personali għandhom jikkonsultaw mal-Kummissarju.
Reġistru ta’ 
ħidmiet ta’ 
pproċessar.
35. (1) Il-Kummissarju għandu jżomm reġistru ta’ ħidmiet ta’
pproċessar li dwarhom tkun saret notifikazzjoni skond l-artikolu
29(1).  Ir-reġistru għandu jkun fih l-informazzjoni elenkata fl-
artikolu 29(3)(a) sa (e).
(2) Il-kontrollur ta’ data personali jew ir-rappreżentant ta’
data personali, jekk jiġi hekk mgħarraf mill-kontrollur, għandu
jagħti għall-inqas dik l-informazzjoni msemmija fl-artikolu
29(3)(a) sa (e) kemm jista’ jkun malajr u b’mod xieraq lil kull
persuna li titlobha, dwar dak l-ipproċessar awtomatizzat jew
ipproċessar ieħor ta’ data personali li ma tkunx saret notifikazzjoni
dwaru lill-Kummissarju taħt l-artikolu 29(3):
Iżda d-disposizzjonijiet ta’ dan is-subartikolu
m’għandhomx ikunu japplikaw għall-informazzjoni speċifikata fl-
artikolu 29(2)(a) ta’ dan l-Att.
TAQSIMA VIII - IL-KUMMISSARJU GħALL-PROTEZZJONI 
TAD-DATA
Kummissarju 
għall-Protezzjoni 
tad-Data.
36. (1) Għandu jkun hemm Kummissarju għall-Protezzjoni
tad-Data li jkun maħtur mill-Prim Ministru wara li jkun ikkonsulta
mal-Kap ta’ l-Oppożizzjoni.
(2) Persuna ma tkunx kwalifikata li jkollha l-kariga ta’
Kummissarju jekk -
(a) tkun Ministru, Segretarju Parlamentari jew membru
tal-Kamra tad-Deputati; jew 
(b) tkun imħallef jew maġistrat fil-qrati tal-ġustizzja;
(ċ) tkun uffiċjal fis-servizz pubbliku; jew
PROTEZZJONI U PRIVATEZZA TAD-DATA ġ KAP. 440. 15
(d) tkun membru ta’ kunsill lokali; jew
(e) ikollha xi interess finanzjarju jew ieħor f’xi impriża
jew attività  li x’aktarx tolqot it-twettiq tal-funzjonijiet
tagħha bħala Kummissarju:
Iżda l-iskwalifika ta’ persuna taħt dan il-paragrafu tista’
tiġi mwarrba jekk dik il-persuna tiddikjara dak l-interess u dik id-
dikjarazzjoni u twarrib ta’ l-iskwalifika jiġu pubblikati fil-
Gazzetta.
Indipendenza fl-
eżerċizzju tal-
funzjonijiet.
Emendat:
IX. 2003.118.
37. (1) Fit-twettiq tal-funzjonijiet tiegħu taħt dan l-Att il-
Kummissarju għandu jaġixxi b’mod indipendenti u ma jkunx
suġġett għad-direzzjoni jew kontroll ta’ ebda persuna jew awtorità .
Il-Kummissarju ma 
jistax ikollu karigi 
oħra mnejn jikseb 
profitt. 
Eċċezzjonijiet.
(2) Il-Kummissarju ma jkun jista’ jiġġestixxi ebda professjoni,
kummerċ jew negozju jew ikollu xi kariga oħra mnejn jikseb
profitt, tkun xi tkun, ukoll jekk din tkun ta’ xorta temporanja, bl-
eċċezzjoni ta’ kariga temporanja f’xi qorti jew tribunal
internazzjonali jew xi korp aġġudikanti internazzjonali, u l-kariga
ta’ eżaminatur f’xi Università .
Personalità  
ġuridika u 
rappreżentanza tal-
Kummissarju. 
38. (1) Il-Kummissarju jkollu personalità  ġuridika distinta u
jkun kapaċi, bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, li
jagħmel kull kuntratt, li jakkwista, jżomm u jiddisponi minn kull
xorta ta’ proprjetà  għall-għanijiet tal-funzjonijiet tiegħu, jew li
jħarrek u li jiġi mħarrek, u li jagħmel dawk l-affarijiet kollha u li
jidħol f’dawk l-operazzjonijiet kollha li jkunu inċidentali jew li
jwasslu għall-eżerċizzju jew it-twettiq tal-funzjonijiet tiegħu taħt
dan l-Att.
(2) Kull dokument li huwa intiż bħala istrument magħmul jew
maħruġ mill-Kummissarju u li jiġi ffirmat minnu għandu jiġi
riċevut b’xiehda u għandu, sakemm ma jiġix ippruvat il-kuntrarju,
jitqies li jkun istrument magħmul jew maħruġ mill-Kummissarju.
Żamma ta’ kariga.
Emendat:
XXXI. 2002.263.
39. (1) Il-Kummissarju għandu jibqa’ fil-kariga għal perijodu
ta’ ħames snin, u jkun jista’ jerġa’ jiġi maħtur mill-ġdid meta
jispiċċa l-perijodu tal-ħatra tiegħu.
(2) Il-Kummissarju m’għandux jitneħħa mill-kariga tiegħu
ħlief mill-Prim Ministru wara indirizz mill-Kamra tad-Deputati li
jkollu favur tiegħu il-vot ta’ mhux anqas minn żewġ terzi tal-
membri tagħha u li jitlob għal dik it-tneħħija minħabba inkapaċità
ppruvata li jaqdi l-funzjonijiet tal-kariga tiegħu (kemm jekk għall-
mard korporali jew mentali jew għal xi raġuni oħra) jew imġieba
ħażina ppruvata.
(3) Jekk il-Kummissarju jirriżenja jew jekk il-kariga tiegħu
tkun xort’oħra vakanti jew jekk ma jkunx jista’ għal liema raġuni
tkun iwettaq il-funzjonijiet tal-kariga tiegħu, jew għal xi raġuni oħra
temporanja meta l-Kummissarju jqis li jkun hekk meħtieġ li ma
jwettaqx xi waħda mill-funzjonijiet tiegħu hu nnifsu minħabba f’dawk
iċ-ċirkostanzi, li kieku huwa kien imħallef tal-qrati superjuri huwa
kien jastjeni, il-Prim Ministru jista’, wara li jkun ikkonsulta mal-
Kap ta’ l-Oppożizzjoni, jaħtar persuna li tkun kwalifikata biex tkun
Kummissarju temporanju, jekk tkun kwalifikata biex tinħatar bħala
Kummissarju; u kull min jinħatar b’dan il-mod għandu jtemm milli
16 KAP. 440. ħ PROTEZZJONI U PRIVATEZZA TAD-DATA
jkun tali Kummissarju meta tinħatar persuna biex timla l-vakanza
jew, skond il-każ, meta l-Kummissarju li ma setax iwettaq il-
funzjonijiet tal-kariga tiegħu jerġa’ jibda jwettaq dawk il-funzjonijiet
jew fil-każ ta’ raġuni temporanja, meta l-Kummissarju temporanju
jkun wettaq il-funzjoni lilu mogħtija.
(4) Il-ħatra ta’ Kummissarju temporanju kif provdut fis-
subartikolu (3) għandha biss titwettaq wara li ssir kitba u tiġi ffirmata
mill-Kummissarju fejn jingħad li, fil-fehma tiegħu, ikun jenħtieġ
sabiex ikun jista’ jsir ix-xogħol tal-Kummissarju skond dan l-Att, li
jinħatar Kummissarju temporanju.
Funzjonijiet tal-
Kummissarju.
40. Il-Kummissarju għandu jkollu dawn il-funzjonijiet li
ġejjin:
(a) li jwaqqaf u jżomm reġistru ta’ kull ħidma ta’
pproċessar skond in-notifikazzjonijiet lilu magħmula
kif speċifikat f’dan l-Att;
(b) li jeżerċita kontroll u, sew minn jeddu sew fuq talba ta’
suġġett ta’ data, jivverifika jekk l-ipproċessar ikunx
qed isir b’mod konformi mad-disposizzjonijiet ta’ dan
l-Att jew regolamenti magħmulin taħtu;
(ċ) li jistruwixxi lill-proċessur u l-kontrollur sabiex jieħdu
dawk il-miżuri li jistgħu jkunu meħtieġa biex jiġi
żgurat li l-ipproċessar ikun konformi ma’ dan l-Att jew
regolamenti magħmulin taħtu;
(d) li jirċievi rapporti u pretensjonijiet minn suġġetti ta’
data jew assoċjazzjonijiet li jirrappreżentawhom dwar
kontravvenzjonijiet ta’ dan l-Att jew ta’ regolamenti
magħmulin taħtu, jieħu dik l-azzjoni ta’ rimedju kif
jidhirlu meħtieġ jew kif jista’ jkun preskritt taħt dan l-
Att, u jinforma dawk is-suġġetti ta’ data jew
assoċjazzjonijiet bir-riżultat ta’ l-azzjoni;
(e) li joħroġ dawk l-ordnijiet li jista’ jkun meħtieġ joħroġ
għall-finijiet ta’ dan l-Att;
(f) li jibda proċeduri legali ċivili fil-każijiet fejn ma
jkunux ġew jew ma jkunux sejrin ikunu osservati d-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u li jirriferixxi lill-
awtorità  kompetenti pubblika kull reat kriminali li
jista’ jiltaqa’ miegħu fit-twettiq jew minħabba fil-
funzjonijiet tiegħu;
(g) li jinkoraġġixxi l-abbozzar ta’ kodiċijiet ta’ kondotta
adatti mis-setturi varji milquta bil-provvedimenti ta’
dan l-Att u li jaċċerta ruħu li l-provvedimenti ta’ dawk
il-kodiċijiet ikunu skond il-provvedimenti ta’ dan l-Att
u għal dak l-iskop il-Kummissarju jista’ jindaga kif
ikunu jaħsbuha s-suġġetti ta’ data jew ir-
rappreżentanti tagħhom;
(h) li jieħu dawk il-miżuri li jistgħu jkunu meħtieġa biex
il-provvedimenti ta’ dan l-Att ikunu magħrufa minn
kulħadd u għal dan il-għan jagħti pariri lil kull persuna
fejn meħtieġ;
(i) li jordna l-imblokkar, il-kanċellament jew il-qirda ta’
PROTEZZJONI U PRIVATEZZA TAD-DATA ġ KAP. 440. 17
data, jimponi projbizzjoni temporanja jew definittiva
fuq l-ipproċessar, jew iwissi jew jammonixxi lill-
kontrollur;
(j) li jagħti parir lill-Gvern dwar kull miżura leġislattiva li
tkun meħtieġa li tittieħed biex ikun jista’ jwettaq il-
funzjonijiet tiegħu b’mod xieraq;
(k) li jabbozza rapporti annwali dwar l-attivitajiet tiegħu
f’intervalli regolari, mill-inqas darba fis-sena, b’dan li
r-rapporti jkunu pubbliċi;
(l) fuq talba tas-suġġett ta’ data, jivverifika li l-proċessar
ta’ data personali kif imfisser fl-artikolu 23 ta’ dan l-
Att iħares id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att jew xi liġi
oħra speċifikata fis-subartikolu (1) ta’ l-imsemmi
artikolu 23 u f’dan il-każ li s-suġġett ta’ data jkun
hekk informat; u
(m) li jikkollabora ma’ l-awtoritajiet ta’ sorveljanza ta’
pajjiżi oħra safejn ikun meħtieġ għat-twettiq tad-
dmirijiet tiegħu, partikolarment billi jiskambja kull
informazzjoni utili, skond kull konvenzjoni li Malta
tkun parti fiha jew kull obbligu ieħor internazzjonali
ta’ Malta.
Dritt li għandu l-
Kummissarju li 
jidħol fl-
informazzjoni.
41. (1) Il-Kummissarju jkollu jedd jikseb malli jagħmel talba
għaldaqshekk:
(a) dħul fid-data personali li jkun ipproċessat; u
(b) informazzjoni dwar, u dokumentazzjoni relattiva
għall-ipproċessar ta’ data personali u s-sigurtà  f’dak l-
ipproċessar:
Iżda meta d-data personali jkunu proċessati għall-għan li
tkun tista’ tiġi mħarsa xi obbligazzjoni skond il-liġi li l-kontrollur
ikun suġġett għaliha, il-Ministru jista’ b’regolamenti jippreskrivi
regoli u proċeduri għall-iskopijiet ta’ l-implimentazzjoni tas-
subartikolu (1)(a). 
(2) Mingħajr preġudizzju għal xi disposizzjoni oħra f’xi liġi
oħra, min ma jikkonformax ruħu ma’ xi talba leġittima relevanti
għal xi investigazzjoni mill-Kummissarju, ikun ħati ta’ reat kontra
dan l-artikolu.
(3) L-investigazzjonijiet dwar l-ipproċessar ta’ data mfissra fl-
artikolu  23 ikunu suġġetti għall-awtorizzazzjoni bil-miktub tal-
Kummissarju.
(4) Jekk il-Kummissarju ma jkunx jista’, minħabba f’talba taħt
is-subartikolu (1), jikseb informazzjoni biżżejjed sabiex
jikkonkludi li l-ipproċessar ta’ data personali jkun wieħed
leġittimu, il-Kummissarju jista’ jipprojbixxi lill-kontrollur ta’ data
personali milli jipproċessa data personali b’xi mod ieħor milli bil-
ħżin tagħhom.
(5) Fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tiegħu taħt dan l-artikolu, il-
Kummissarju jkollu l-istess setgħat li jidħol u jagħmel tfittxija
f’kull fond, li huma vestiti fil-pulizija esekuttiva b’xi liġi li minn
żmien għal żmien tkun isseħħ.
18 KAP. 440. ħ PROTEZZJONI U PRIVATEZZA TAD-DATA
Il-Kummissarju 
jfittex li jikseb 
rettifika.
42. (1) Jekk il-Kummissarju jikkonkludi li data personali
jkunu qegħdin jiġu proċessati jew jistgħu jkunu proċessati b’xi mod
illeġittimu, il-Kummissarju għandu jordna rettifika, u jekk ma ssirx
ir-rettifika jew jekk il-kwistjoni tkun waħda urġenti, il-
Kummissarju jista’ jipprojbixxi lill-kontrollur ta’ data personali
milli jkompli jipproċessa d-data personali b’xi mod ieħor li ma
jkunx il-ħżin ta’ dawk id-data.
(2) Jekk il-kontrollur ma jimplimentax miżuri ta’ sigurtà  skond
l-artikolu 26, il-Kummissarju jista’ jimponi piena amministrattiva
kif stipulat fis-subartikolu li ġej.
(3) F’kull wieħed mill-każijiet imsemmija fis-subartikoli ta’
qabel ta’ dan l-artikolu jew fl-artikolu 41(2), il-Kummissarju jista’,
b’ordni bil-miktub, jeħtieġ lill-kontrollur ta’ data personali li
jħallas dik il-piena amministrattiva li tista’ tiġi preskritta, iżda jekk
il-kontrollur jonqos milli jħares dik il-ħtieġa, il-Kummissarju
għandu jibda proċedimenti kontra l-kontrollur:
Kap. 12.
Iżda dik il-piena amministrattiva għandha tkun dovuta lill-
Kummissarju bħala dejn ċivili, li jikkostitwixxi titolu eżekuttiv
għall-finijiet tat-Titolu VII tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u
Proċedura Ċivili bħallikieku l-ħlas ta’ l-ammont tal-piena kien ġie
ordnat b’deċiżjoni ta’ qorti ta’ ġurisdizzjoni ċivili.
Applikazzjoni għal 
kanċellament.
43. (1) Meta l-Kummissarju jiddeċiedi li data personali jkunu
ġew ipproċessati illeġittimament, il-Kummissarju għandu b’avviż
jordna lill-kontrollur ta’ data personali biex iħassar id-data
personali.
(2) Jekk il-kontrollur ta’ data personali jħoss ruħu aggravat
bid-deċiżjoni tal-Kummissarju, hu jista’, fi żmien ħmistax-il
ġurnata minn meta jirċievi l-avviż imsemmi fis-subartikolu (1),
b’rikors jitlob lill-Qorti ta’ l-Appell kif kostitwita skond is-
subartikolu (6) ta’ l-artikolu 41 tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u
Proċedura Ċivili, biex tirrevoka l-ordni tal-Kummissarju.
Kollaborazzjoni 
ma’ awtoritajiet 
oħra.
44. Qabel ma l-Kummissarju jieħu deċiżjoni fl-eserċizzju tal-
funzjonijiet tiegħu taħt l-artikolu 40(ċ) jew (e) li tista’ b’mod
sinjifikattiv tagħmel impatt fuq l-operat ta’ xi dipartiment governattiv
jew ta’ xi impriża pubblika jew privata, dan għandu jikkonsulta lill-parti
jew lill-partijiet interessati li jistgħu jintlaqtu direttament bid-deċiżjoni u
għandu wkoll jagħti r-raġunijiet għad-deċiżjonijiet tiegħu. 
Ġurament ta’ 
segretezza.
Kap. 50.
45. Il-Kummissarju u kull uffiċjal u impjegat tal-Kummissarju
għandhom, qabel ma jidħlu fil-karigi tagħhom, jieħdu ġurament ta’
lealtà  kif hemm imsemmi fl-Iskeda ta’ dan l-Att li jwettqu d-
dmirijiet tagħhom b’ekwità  u imparzjalità  u skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, u jkunu suġġetti għad-
disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar is-Sigrieti Uffiċjali u l-Kodiċi ta’
Etika kif japplikaw għall-uffiċjali pubbliċi. Il-ġurament ta’ lealtà
għandu jittieħed quddiem l-Avukat Ġenerali.
Kumpens għal 
danni.
46. (1) Is-suġġett ta’ data personali jista’, b’ċitazzjoni li tiġi
ppreżentata quddiem il-qorti kompetenti, jibda azzjoni għad-danni
kontra l-kontrollur li jipproċessa data bi ksur ta’ dan l-Att jew
reolamenti magħmulin taħtu.
(2) Azzjoni taħt dan l-artikolu għandha tinbeda fi żmien
PROTEZZJONI U PRIVATEZZA TAD-DATA ġ KAP. 440. 19
perjodu ta’ tnax-il xahar mid-data meta is-suġġett ta’ data jsir jaf
jew seta’ jsir jaf b’dan il-ksur, skond liema tiġi l-ewwel.
Pieni.
(a) tipprovdi informazzjoni mhux vera lil suġġetti ta’ data
kif hemm preskritt b’dan l-Att, jew fin-notifikazzjoni
lill-Kummissarju taħt l-artikolu 29 jew lill-
Kummissarju meta l-Kummissarju jitlob informazzjoni
skond l-artikolu 41 ta’ dan l-Att;
(b) tipproċessa data personali bi ksur tad-dispożizzjonijiet
ta’ l-artikoli 12 sa 17;
(ċ) tittrasferixxi data personali lil pajjiż terz bi ksur ta’ l-
artikoli 27 u 28;
(d) tonqos milli tagħti notifikazzjoni taħt l-artikolu 29(1)
jew skond ir-regolamenti maħruġa taħt l-artikolu 34;
tkun ħatja ta’ reat u tista’ teħel, meta tinsab ħatja, multa ta’ mhux
iżjed minn għaxart elef lira (Lm 10,000) jew priġunerija għal sitt
xhur jew għal dik il-multa u priġunerija flimkien.
(2) Kull persuna li tinqos milli tħares ordni bil-miktub biex
tħallas piena amministrattiva skond id-disposizzjonijiet ta’ l-
artikolu 41(2) jew ta’ l-artikolu 42(1) ma tkunx suġġetta għall-ħlas
tal-penali skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu.
Tribunal ta’ l-
Appelli dwar il-
Protezzjoni tad-
Data.
48. (1) Ikun hemm Tribunal ta’ l-Appelli dwar il-Protezzjoni
tad-Data, f’dan l-Att imsejjaħ "it-Tribunal", li jkollu l-funzjonijiet
u s-setgħat mogħtija lilu b’dan l-Att jew b’xi liġi oħra.
(2) It-Tribunal ikun magħmul minn president u żewġ membri
oħra maħtura mill-Ministru.
(3) Il-president ikun persuna li tkun eżerċitat bħala avukat għal
mhux inqas minn tnax-il sena.
(4) Iż-żewġ membri l-oħra msemmija fis-subartikolu (2) ikunu
persuni li fl-opinjoni tal-Ministru jirrappreżentaw l-interessi ta’
suġġetti ta’ data u ta’ kontrolluri ta’ data.
(5) Il-president u l-membri l-oħra tat-Tribunal għandhom
jibqgħu fil-kariga għal dak il-perijodu, li ma jkunx inqas minn tliet
snin, kif jista’ jiġi stabbilit fil-ħatra tagħhom u ma jistgħux
jitneħħew mill-kariga waqt il-ħatra ħlief għal raġunijiet ta’
inkapacità  ppruvata li jaqdu l-funzjonijiet tal-kariga tagħhom,
kemm jekk għal mard fiżiku jew mentali jew għal xi raġuni oħra,
jew ta’ mġieba ħażina ppruvata.
Kap. 12.
(6) Membru tat-Tribunal jista’ jiġi rikużat jew jastjeni għal xi
waħda mir-raġunijiet li għalihom jista’ jiġi rikużat jew jastjeni
mħallef skond l-artikolu 734 tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u
Proċedura Ċivili. F’kull każ bħal dak il-Ministru għandu jaħtar
persuna, li jkollha l-kwalifiki tal-membru rikużat jew li jastjeni,
biex joqgħod bħala membru tat-Tribunal minflok il-membru
msemmi.
(7) Membru tal-Kamra tad-Deputati jew ta’ xi Kunsill Lokali,
Imħallef jew Maġistrat, jew uffiċjal fis-servizz pubbliku għandhom
jkunu skwalifikati milli jinħatru jew ikomplu jkunu membri tat-
20 KAP. 440. ħ PROTEZZJONI U PRIVATEZZA TAD-DATA
Tribunal għal daqskemm idumu f’dik il-kariga.
(8) Il-Ministru għandu wkoll jaħtar persuna biex tagħmilha ta’
segretarju tat-Tribunal.
Appelli. 49. (1) Persuna li tħoss ruħha aggravata b’xi deċiżjoni tal-
Kummissarju għandu jkollha l-jedd li tagħmel appell minn dik id-
deċiżjoni billi tikkomunika bil-miktub lit-Tribunal fi żmien tletin jum
minn meta tiġi avżata b’dik id-deċiżjoni.
(2) Jista’ jsir appell quddiem it-Tribunal għal kull waħda mir-
raġunijiet li ġejjin:
(a) li jkun sar żball materjali dwar il-fatti;
(b)   li kien hemm żball materjali fil-proċedura;
(ċ) li jkun sar żball fil-liġi;
(d) li kien hemm xi illegalità  materjali, inkluża l-
irraġonevolezza jew nuqqas ta’ proporzjonalità .
(3) It-Tribunal għandu jsejjes id-deċiżjoni tiegħu fuq
raġunijiet u għandu jara li dawk id-deċiżjonijiet jkunu pubbliċi
filwaqt li jitħallew barra, jekk iqis li jkun hekk xieraq għal
raġunijiet ta’ konfidenzjalità , l-ismijiet tal-persuni involuti.
(4) Fid-deċiżjoni ta’ appell taħt dan l-artikolu t-Tribunal jista’:
(i) jiċħad l-appell;
(ii) jannulla d-deċiżjoni,
u meta t-Tribunal jannulla d-deċiżjoni, jista’ jirreferi l-kwistjoni
lill-awtorità  kompetenti flimkien ma’ ordni biex din terġa’
tikkunsidraha mill-ġdid u tasal għal deċiżjoni skond ir-riżultanzi
tat-Tribunal.
(5) L-effett ta’ deċiżjoni li dwarha jkun hemm appell ma
għandux, ħlief meta t-Tribunal jew il-Qorti ta’ l-Appell, skond il-
każ, hekk jordna, jkun sospiż b’konsegwenza ta’ l-għemil ta’ dak l-
appell.  
Setgħat u 
proċedura tat-
Tribunal.
50. (1) It-Tribunal ikun kompetenti li jisma u jiddeċiedi appell
li jinġieb quddiemu skond id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Att u
regolamenti magħmulin taħtu; u bla ħsara għall-artikolu 51 ta’ dan
l-Att, id-deċiżjonijiet tat-Tribunal għandhom ikunu finali u
vinkolanti.
(2) Għall-eżerċizzju tal-funzjonijiet tiegħu it-Tribunal jista’
jħarrek lil kull persuna biex tidher quddiemu sabiex tixhed u ġġib
dokumenti magħha;  u l-president ikollu s-setgħa li jagħti l-
ġurament.  It-Tribunal jista’ wkoll jaħtar periti biex jagħtu parir lit-
Tribunal fuq kull suġġett tekniku li jista’ jkun relevanti għad-
deċiżjoni tiegħu.
(3) Għall-għanijiet hawn aktar qabel imsemmija, it-Tribunal
ikollu l-istess setgħat bħalma jappartjenu lill-Prim’Awla tal-Qorti
Ċivili skond il-liġi.
(4) Bla ħsara għal kull ma jista’ jiġi preskritt, it-Tribunal jista’
jirregola l-proċedura tiegħu stess. 
Appell quddiem il-
Qorti ta’ l-Appell.
51. Parti f’appell quddiem it-Tribunal li tħoss ruħha aggravata
b’deċiżjoni tat-Tribunal, jew il-Kummissarju jekk dan iħoss ruħu
PROTEZZJONI U PRIVATEZZA TAD-DATA ġ KAP. 440. 21
aggravat b’xi deċiżjoni bħal dik, jistgħu fuq punt ta’ liġi jappellaw
quddiem il-Qorti ta’ l-Appell kif kostitwita skond is-subartikolu (6)
ta’ l-artikolu 41 tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili
permezz ta’ rikors li jiġi ppreżentat fir-reġistru ta’ dik il-qorti, fi
żmien tletin ġurnata minn meta dik id-deċiżjoni tiġi notifikata.
Disposizzjoni 
finanzjarja.
52. (1) L-ispejjeż meħtieġa mill-Kummissarju għall-
eżerċizzju tal-funzjonijiet tiegħu taħt dan l-Att, kif jistgħu jiġu
ffissati mill-Kamra tad-Deputati skond dan l-artikolu, għandhom
jiġu addebitati lill-Fond Konsolidat mingħajr ebda ħtieġa ta’ xi
approprjazzjoni oħra taħt dan l-Att.
(2) Meta, fil-kors ta’ xi sena finanzjarja, is-somma ffissata
mill-Kamra tad-Deputati tkun, fl-opinjoni tal-Kummissarju,
insuffiċjenti biex hu jkun jista’ jaqdi l-funzjonijiet tiegħu b’mod
effiċjenti, il-Kummissarju għandu jipprepara estimi supplimentari
biex jiġu kkunsidrati mill-Kamra tad-Deputati.
(3) Il-Kummissarju għandu jara li jiġu ppreparati f’kull sena
finanzjarja, u għandu mhux aktar tard minn sitt ġimgħat wara l-
għeluq ta’ kull sena bħal dik jadotta, estimi tad-dħul u nfiq tal-
Kummissarju għas-sena finanzjarja li tiġi minnufih wara:
Iżda l-estimi għall-ewwel sena finanzjarja tal-Kummissarju
għandhom jiġu ppreparati u adottati f’dak iż-żmien li l-Ministru
jista’, b’avviż bil-miktub lill-Kummissarju, jispeċifika.
(4) Kopja ta’ l-estimi għandha, wara li jiġu adottati mill-
Kummissarju, tintbagħat minnufih mill-Kummissarju lill-Ministru
u lill-Ministru responsabbli għall-finanzi.
(5) Il-Ministru għandu, ma’ l-ewwel opportunità  u mhux aktar
tard minn sitt ġimgħat minn meta jkun irċieva kopja ta’ l-estimi
mill-Kummissarju, japprova l-istess b’emendi jew mingħajrhom,
wara konsultazzjoni mal-Ministru responsabbli għall-finanzi.
Kontijiet u 
verifika.
53. (1) Il-Kummissarju għandu jara li jinżammu kontijiet u
records oħra sew għar-rigward ta’ l-operazzjonijiet tiegħu, u
għandu jara li jitħejja prospett ta’ kontijiet għar-rigward ta’ kull
sena finanzjarja.
(2) Il-kontijiet tal-Kummissarju għandhom jiġu verifikati minn
awditur jew awdituri li jinħatru mill-Kummissarju u jiġu approvati
mill-Ministru:
Iżda l-Ministru responsabbli għall-finanzi jista’, wara
konsultazzjoni mal-Ministru, jeħtieġ li l-kotba u l-kontijiet tal-
Kummissarju jiġu verifikati jew eżaminati mill-Awditur Ġenerali li
għandu għal dak l-għan ikollu s-setgħa li jikkontrolla fiżikament u
jagħmel dawk l-aċċertamenti li huwa jista’ jqis li jkunu meħtieġa.
(3) Wara tmiem kull sena finanzjarja, u mhux aktar tard mid-
data meta l-estimi tal-Kummissarju jintbagħtu lill-Ministru taħt l-
artikolu 52(3), il-Kummissarju għandu jara li kopja tal-prospett tal-
kontijiet debitament verifikat għandha tintbagħat lill-Ministru u
lill-Ministru responsabbli għall-finanzi flimkien ma’ kopja ta’ kull
rapport magħmul mill-awdituri dwar dak il-prospett jew fuq il-
kontijiet tal-Kummissarju.
(4) Il-Ministru għandu, ma’ l-ewwel opportunità  u mhux aktar
22 KAP. 440. ħ PROTEZZJONI U PRIVATEZZA TAD-DATA
tard minn tmien ġimgħat wara li jkun irċieva kopja ta’ kull prospett
u rapport bħal dak, jew, jekk f’xi żmien waqt dak il-perjodu l-
Kamra tad-Deputati ma tkunx qiegħda f’sessjoni, fi żmien tmien
ġimgħat mill-bidu tas-sessjoni li minnufih imiss wara, jara li kopja
ta’ kull prospett u rapport bħal dak jitqiegħdu fuq il-Mejda tal-
Kamra tad-Deputati.
(5) Il-Kummissarju għandu, mhux aktar tard minn sitt ġimgħat
mit-tmiem ta’ kull sena finanzjarja, jagħmel u jibgħat lill-Ministru
u lill-Ministru responsabbli għall-finanzi rapport li b’mod ġenerali
jittratta l-attivitajiet tal-Kummissarju waqt is-sena finanzjarja u li
jkun fih dik l-informazzjoni rigward il-proċeduri u l-policy tal-
Kummissarju kif xi wieħed mill-Ministri fuq imsemmija jista’ minn
żmien għal żmien jeħtieġ. Il-Ministru għandu, ma’ l-ewwel
opportunità  u mhux aktar tard minn tmien ġimgħat wara li jkun
irċieva kopja ta’ kull rapport bħal dak, jew, jekk f’xi żmien waqt
dak il-perjodu l-Kamra tad-Deputati ma tkunx qiegħda f’sessjoni, fi
żmien tmien ġimgħat mill-bidu tas-sessjoni li minnufih imiss wara,
jara li kopja ta’ kull rapport bħal dak titqiegħed fuq il-Mejda tal-
Kamra tad-Deputati.
TAQSIMA IX - ĠENERALI
Setgħa ta’ għemil 
ta’ regolamenti.
Emendat:
XXXI. 2002.263.
54. Il-Ministru jista’, wara konsultazzjoni mal-Kummissarju,
jippreskrivi regolamenti sabiex id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Att
ikunu jistgħu jitwettqu aħjar, u mingħajr preġudizzju għall-
ġeneralità  ta’ dak hawn aktar qabel imsemmi huwa jista’ b’mod
partikolari jippreskrivi regolamenti li jirrigwardaw:
(a) il-każijiet li fihom ikun permess l-ipproċessar ta’ data
personali;
(b) il-ħtiġiet li jkunu imposti fuq il-kontrollur meta jkun
qed jipproċessa data personali;
(ċ) x’għandu jkun fiha notifikazzjoni jew applikazzjoni lil
kontrollur;
(d) liema informazzjoni għandha tiġi pprovduta lis-suġġett
ta’ data u kif għandha tiġi pprovduta dik l-
informazzjoni;
(e) in-notifikazzjoni lill-Kummissarju u l-proċedura meta
dik l-informazzjoni notifikata tkun ġiet mibdula;
(f) regoli u proċeduri li għandhom x’jaqsmu ma’ l-aċċess
li l-Kummissarju jagħmel ta’ data miżmuma f’dawk il-
każijiet meta l-kontollur jipproċessa data bil-għan li
jħares xi obbligazzjoni imposta skond il-liġi;
(g) il-kwalifiki meħtieġa sabiex persuna tiġi maħtura
bħala rappreżentant ta’ data personali;
(h) l-inqas garanziji li jiġu provduti mill-korpi ta’ persuni
jew entijiet oħra msemmija fl-artikolu 14 fl-
ipproċessar ta’ data personali;
(i) id-drittijiet li jistgħu jinġabru mill-Kummissarju;
(j) il-pieni amministrattivi li jistgħu jiġu imposti mill-
Kummissarju u l-kontravvenzjonijiet amministrattivi li
PROTEZZJONI U PRIVATEZZA TAD-DATA ġ KAP. 440. 23
dwarhom jistgħu jiġu imposti dawk il-pieni; iżda dawk
il-pieni ma għandhomx ikunu f’ammont iżjed minn
għaxart elef lira (Lm10,000) għal kull kontravvenzjoni u
elf lira (Lm1,000) għal kull ġurnata li matulha jibqa’ jkun
hemm dik il-kontravvenzjoni;
(k) il-pieni li jistgħu jiġu imposti taħt dan l-Att; 
(l) biex jiġu stabbiliti regoli, proċeduri, formalitajiet u
termini ta’ żmien dwar kull ħaġa li hemm provdut
għaliha f’dan l-Att; 
(m) l-estensjoni ta’ l-applikazzjoni ta’ dan l-Att għal xi
attività  jew settur partikolari u biex jipprovdi ghall-
mod kif ghandha tiġi implimentata l-protezzjoni tad-
data f’setturi speċifiċi jew dwar attivitajiet speċifiċi; u
(n) dwar kull ħaġa li tista’ tiġi preskritta taħt xi waħda
mid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att.
It-test Ingliż 
għandu jipprevali.
55.  Fil-każ ta’ kunflitt bejn it-test Malti u dak Ingliż ta’ dan l-
Att, jipprevali t-test Ingliż.
Emenda ta’ l-Att 
għat-Twaqqif ta' 
Awtorità  ta' Malta 
dwar il-
Komunikazzjoni.
Kap. 418.
56. L-Ewwel Skeda ta’ l-Att għat-Twaqqif ta’ Awtorità  ta’
Malta dwar il-Komunikazzjoni, għandha tiġi emendata kif ġej:
(a) il-paragrafu 2 tagħha għandu jiġi mħassar; u
(b) il-paragrafu 3 tagħha għandu jiġi enumerat mill-ġdid
bħala l-paragrafu 2.
SKEDA
ARTIKOLU 45
ĠURAMENTI TA’ LEALTÀ
Jiena ....................................... naħlef / solennement niddikjara
illi bil-fedeltà  u onestà  kollha naqdi d-dmir tiegħi bħala
(Kummissarju għall-Protezzjoni tad-Data / uffiċjal tal-
Kummissarju għall-Protezzjoni tad-Data / impjegat tal-
Kummissarju għall-Protezzjoni tad-Data) skond l-Att dwar il-
Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data u skond il-liġijiet ta’ Malta,
mingħajr biżà  jew favur. (Hekk Alla jgħinni.).
