LIĊENZI TAL-KUMMERĊ ġ KAP. 441. 1
KAPITOLU 441
ATT DWAR IL-LIĊENZI TAL-KUMMERĊ
ATT biex jipprovdi dwar ir-regolamentazzjoni ta’ attivitajiet
kummerċjali; u biex jipprovdi għal affarijiet anċillari jew konnessi ma’
dawk l-attivitajiet.
1 ta’ Jannar, 2002;
2 ta’ Mejju, 2002
L-Att XXVII ta’ l-2001.
TAQSIMA I - PRELIMINARI
Titolu fil-qosor.
Kummerċ.
Tifsir.
xort’oħra:-
"attività  kummerċjali" tfisser l-eserċizzju ta’ xi attività
kummerċjali jew ekonomika inkluż il-bejgħ ta’ oġġetti, u l-għoti ta’
servizzi kif jista’ jiġi preskritt, irrispettivament minn jekk dik l-
attività  kummerċjali tiġix eserċitata minn postijiet kummerċjali jew
xort’oħra iżda m’għandhiex tinkludi xi attività  kummerċjali
regolata taħt xi liġi oħra;
"awtorità  regolatorja" tfisser dik il-persuna jew awtorità
msemmija mill-Ministru bħala awtorità  regolatorja skond l-artikolu
3 ta’ dan l-Att;
"bejgħ" tinkludi kull skambju jew trasferiment in solidum;
"fiera kummerċjali" tfisser kull fiera, irrispettivament minn kif
din tkun magħrufa, fejn tiġi eserċitata attività  kummerċjali;
Kap. 363.
"Kunsill Lokali" għandu jkollha l-istess tifsira bħalma hu mogħti
bl-Att dwar il-Kunsilli Lokali;
"lokalità " dwar Kunsill Lokali, għandu jkollha l-istess tifsira
mogħti lilha bl-Att dwar il-Kunsilli Lokali u tinkludi triq arterjali
jew distributorja jew kull area oħra fil-konfini ta’ dik il-lokalità  li,
taħt id-disposizzjonijiet ta’ l-Att imsemmi huma eskluzi mir-
responsabbiltà  ta’ Kunsill Lokali;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għall-kummerċ;
"postijiet kummerċjali" tinkludi ħanut, showroom, posta,
maħżen, jew kull post ieħor minn fejn tiġi ġestita xi attività
kummerċjali; u tinkludi kull area magħluqa fejn isiru fieri
kummerċjali u tinkludi wkoll kull post ieħor kif jista’ jiġi preskritt
li minnu jista’ jiġi pprovdut xi servizz;
"preskritti" tfisser preskritti b’regolamenti magħmulin mill-
Ministru għall-finijiet ta’ dan l-Att;
"suq fil-beraħ" tfisser suq fil-beraħ imwaqqaf taħt l-artikolu 23;
"triq" tfisser kull triq u tinkludi kull triq traffikuża, sqaq, pjazza,
fortifikazzjoni jew x’imkien ieħor mnejn jgħaddi l-pubbliku .
2 KAP. 441. ħ LIĊENZI TAL-KUMMERĊ
TAQSIMA II - AMMINISTRAZZJONI
Awtorità  
regolatorja.
3. (1) L-amministrazzjoni ta’ dan l-Att tkun vestita fil-
Ministru jew f’xi persuna oħra jew awtorità  imsemmija mill-
Ministru għal xi wieħed mill-għanijiet ta’ dan l-Att.
(2)  Meta f’dan l-Att issir riferenza għall-awtorità  regolatorja,
dik ir-riferenza għandha tiftiehem bħala riferenza għal dik il-
persuna jew awtorità .
(3) Ikun id-dmir ta’ l-awtorità  regolatorja li tohrog dawk il-
liċenzi u li żżomm dawk ir-reġistri li jistgħu, minn żmien għal
żmien, jinħtieġu għall-finijiet ta’ dan l-Att.
(4)  Sabiex tkun tista’ twettaq il-funzjonijiet tagħha aħjar taħt
dan l-Att l-awtorità  regolatorja tista’ tagħmel kull arranġament jew
ftehim ma’ awtoritajiet oħra jew Kunsilli Lokali.
Applikabilità  ta’ l-
Att.
4. Kemm-il darba ma jiġix xort’oħra provdut minn jew taħt
dan l-Att id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att ma jkunux japplikaw
dwar xi postijiet kummerċjali bil-liċenza, jew xi attività
kummerċjali regolata, taħt xi liġi oħra; u f’kull każ bħal dak ebda
liċenza oħra jew regolament ieħor ma jkunu jinħtieġu taħt dan l-
Att.
Twaqqif tal-
Kumitat 
Konsultattiv dwar 
il-Liċenzi.
5. (1) Għandu jitwaqqaf kumitat li jkun magħruf bħala
Kumitat hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejjaħ "il-Kumitat" li jkun
magħmul minn president li jkun jirrappreżenta lill-awtorità
regolatorja u minn mhux iktar minn sitt membri oħra kif il-Ministru
jista’ minn żmien għal żmien iqis li jkun adatt li jaħtar. Dawk il-
membri jinħatru mill-Ministru.
(2) Ikun uffiċjal jew impjegat ta’ l-awtorità  regolatorja li
jagħmilha ta’ segretarju tal-Kumitat.
(3) Ħamsa mill-membri tal-Kumitat għandhom jiġu maħtura
kif ġej:-
(a) tliet membri, kull wieħed minnhom minn fost korpi
kostitwiti li fil-fehma tal-Ministru jkunu l-aktar
rappreżentattivi ta’ l-interessi tas-settur kummerċjali;
(b) membru ieħor minn fost persuni li fil-fehma tal-
Ministru ikun l-aktar rappreżentattiv ta’ l-interessi tal-
konsumaturi; u
(ċ) membru ieħor minn fost persuni 1i fil-fehma tal-
Ministru ikun l-aktar rappreżentattiv ta’ l-interessi tal-
Kunsilli Lokali.
(4) Fejn xi kwistjoni li tkun qed tiġi kkunsidrata mill-Kumitat
tkun tinvolvi lil xi settur kummerċjali partikolari, għandu jiġi
magħżul ukoll membru addizzjonali li jkun jirrapreżenta lil dak is-
settur kummerċjali, u dan mis-settur rilevanti, fil-lista msemmija
fis-subartikolu (5) sabiex jattendi dik il-laqgħa li fiha tkun se tiġi
diskussa l-kwistjoni.
(5) Għall-finijiet tas-subartikolu (4), l-Ministru jaħtar lista ta’
persuni li fil-fehma tiegħu jkunu l-aktar rappreżentattivi ta’ l-
interessi tad-diversi setturi kummerċjali.
(6) Il-membri jibqgħu f’dik il-kariga għal dak il-perjodu li ma
LIĊENZI TAL-KUMMERĊ ġ KAP. 441. 3
jkunx ta’ iżjed minn tliet snin u b’dawk il-pattijiet u kondizzjonijiet
kif il-Ministru jista’ jqis li jkunu adatti. Il-membri jistgħu jerġgħu
jinħatru mill-ġdid meta jiskadilhom iż-żmien tal-kariga.
Proċeduri tal-tal-
Kumitat.
6. (1) Il-laqgħat tal-Kumitat jissejħu mill-president mill-
inqas darba fix-xahar jew fuq talba ta’ mill-inqas tliet membri.
(2) Il-kworum għal dawk il-laqgħat ikun magħmul mill-
president u minn tliet membri oħra.
(3) Id-deċiżjonijiet tal-Kumitat ikunu bl-akbar għadd ta’ voti
tal-membri preżenti u jekk jiġri li jkun hemm voti ndaqs il-
president ikollu wkoll vot ieħor jew vot deċiziv. Meta membru jew
membri jiġu magħżula skond ma hemm fl-artikolu 5(4), dawk il-
membri jkunu wkoll jistgħu jivvotaw.
(4)  L-Kumitat jista’ jaġixxi minkejja kull post vakanti li jkun
hemm sakemm ikun hemm kworum.
(5)  L-Kumitat għandu jżomm il-minuti tal-laqgħat kollha li
jagħmel u jgħaddi kopja ta’ dawk il-minuti lill-awtorità  regolatorja.
(6)  Il-Kumitat għandu xort’oħra jirregola l-proċedura tiegħu
nnifsu.
Funzjonijiet tal-
Kumitat.
7. (1) Il-Kumitat għandu, bil-għan li jkun jista’ jwettaq aħjar
id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, jagħti pariri lill-Ministru u l-
awtorità  regolatorja fuq kull ħaġa dwar id-disposizzjonijiet ta’ dan
l-Att.
(2)  Mingħajr preġudizzju għall-ġeneralità  ta’ dak hawn qabel
imsemmi l-Kumitat jista’wkoll:-
(a) jagħmel dawk il-konsultazzjonijiet li jistgħu jinħtieġu;
(b) jagħti pariri lill-Ministru u l-awtorità  regolatorja fuq
kull ħaġa li tiġi lilha riferita jew inkella minn jeddha;
(ċ) jagħti parir lill-Ministru fuq l-għemil ta’ regolamenti
taħt dan l-Att;
(d) jagħmel dak kollu li jista’ jwassal għall-aħjar twettiq
tal-funzjonijiet tiegħu taħt dan l-Att;
(e) iwettaq dawk il-funzjonijiet l-oħra kif jistgħu minn
żmien għal żmien jiġu lilu assenjati mill-Ministru.
Bord ta’ l-Appelli 
dwar il-Liċenzar.
8. (1) Ikun hemm Bord ta’ l-Appelli dwar il-Liċenzar, li jkun
magħmul minn tliet membri, li wieħed minnhom, li jkun il-
president, ikun persuna li tkun eserċitat bħala avukat għal mhux
inqas minn seba’ snin.
(2)  Il-membri tal-Bord għandhom jiġu maħtura mill-Ministru
għal perjodu ta’ ħames snin, u jistgħu jiġu biss imneħħija mill-
kariga mill-Prim Ministru meta jkun hemm provi ta’ inkapaċità  li
jwettqu l-funzjonijiet tal-kariga tagħhom (sew minħabba
f’debulizza fil-ġisem jew tal-moħħ jew xi raġuni oħra) jew imġieba
ħażina bil-provi.
Kap. 12.
(3)  Membru tal-Bord jista’ jiġi rikuzat jew jastjeni għal kull
waħda mir-raġunijiet li dwarhom imħallef jista’ jiġi rikużat jew
inkella jastjeni skond l-artikolu 734 tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni
u Proċedura Civili. F’kull każ bħal dak il-Ministru għandu jaħtar
4 KAP. 441. ħ LIĊENZI TAL-KUMMERĊ
persuna, li jkollha l-kwalifiki tal-membru li jkun rikuzat jew qed
jastjeni, biex toqgħod bħala membru tal-Bord minflok dak il-
membru.
(4)  Membru tal-Kamra tar-Rappreżentanti jew ta’ Kunsill
Lokali, Mħallef jew Maġistrat ikun skwalifikat milli jiġi maħtur
jew milli jkompli milli jkun membru tal-Bord għal daqskemm huwa
jkun għadu detentur ta’ dik il-kariga.
(5)  Il-Ministru għandu wkoll isemmi persuna biex tagħmilha
ta’ segretarju tal-Bord.
Appelli. 9. (1) Jista’ jsir appell lill-Bord ta’ l-Appelli dwar il-Liċenzar
fuq kull deċiżjoni meħuda skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u
regolamenti magħmulin taħtu. Id-dritt ta’ appell jappartjeni lil min
japplika u lil kull min juri dak l-interess kif jiġi preskritt li jkun
ressaq oġġezzjoni kif dovut jew ilmenta kontra l-għoti tal-liċenza.
(2)  Jista’ jiġi ppreżentat appell lill-Bord għal kull waħda mir-
raġunijiet li ġejjin:-
(a)  li jkun sar żball materjali dwar il-fatti;
(b)  li kien hemm żball materjali proċedurali;
(ċ)  li jkun sar żball tal-liġi;
(d)  li kien hemm xi illegalità  materjali, inkluża ir-
raġonevolezza jew nuqqas ta’ proporzjonalità .
(3)  Il-Bord għandu, wara li jisma’ lill-appellant, l-awtorità
regolatorja u l-applikant, jekk dan ma jkunx l-appellant, jiddeċiedi
l-appell u jagħti raġunijiet għad-deċiżjonijiet tiegħu waqt seduta
pubblika.
(4)  Meta jkun qed jiddeċiedi appell taħt dan l-artikolu il-Bord
jista’:
(a) jiċħad l-appell;
(b) jannulla d-deċiżjoni, u jirreferi l-kwistjoni lill-awtorità
regolatorja rilevanti.
Poteri u proċeduri 
tal-Bord.
10. (1) Il-Bord ikun kompetenti li jittratta u jiddeċiedi kull
appell li jsir quddiemu skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u r-
regolamenti magħmula taħtu; u d-deċiżjonijiet tal-Bord ikunu finali
u konkluzivi.
(2)  Biex ikun jista’ jwettaq il-funzjonijiet tiegħu, l-Bord jista’
jħarrek lil min irid biex jidher quddiemu u jixhed u jġib miegħu
dokumenti; u l-president ikollu l-poter jamministra l-ġurament. Il-
Bord jista’ wkoll jaħtar esperti biex jagħtu pariri lill-Bord dwar
kull kwistjoni teknika li tista’ tkun rilevanti għad-deċiżjonijiet li
jkollu jagħmel.
(3) Għall-finijiet hawn qabel imsemmija l-Bord ikollu l-istess
poteri bħal ma għandha l-Prim’Awla tal-Qorti Civili skond il-liġi.
(4)  Il-proċedura li għandha tiġi segwita quddiem il-Bord, it-
terminu li fih u l-mod kif appell lill-Bord għandu jsir ikunu dawk
kif jistgħu jiġu preskritti; u bla ħsara għal dan, u għal kull
disposizzjoni oħra li tapplika ta’ dan l-Att, il-Bord jista’
jistabbilixxi l-proċedura tiegħu nnifsu.
LIĊENZI TAL-KUMMERĊ ġ KAP. 441. 5
Appelli lill-Qorti 
ta’ l-Appell. 
Kap. 12.
11. Meta xi parti f’appell lill-Bord tħoss ruħha aggrava
b’deċiżjoni tal-Bord, jew jekk l-awtorità  regolatorja tħoss ruħha
mhux sodisfatta b’xi deċiżjoni bħal dik, tista’ dwar punt ta’ liġi
tappella lill-Qorti ta’ l-Appell kif magħmul skond l-artikolu 41(6)
tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Civili b’rikors li jiġi
ppreżentat fir-reġistru ta’ dik il-qorti, fi żmien tletin ġurnata mid-
data tad-deċiżjoni tal-Bord.
Appell biex 
deċiżjoni ma tiġix 
sospiża.
12.  L-effett ta’ deċiżjoni li dwarha jkun hemm appell
m’għandux, ħlief meta l-Bord jew il-Qorti ta’ l-Appell, skond il-
każ, hekk jordnaw, ikunu sospiżi minħabba f’li jkun qed isir dak l-
appell.
TAQSIMA III - LIĊENZAR TA’ POSTIJIET KUMMERĊJALI U 
ĊERTI ATTIVITAJIET
Postijiet 
kummerċjali li 
għandha 
tinħarġilhom 
liċenza.
13.  Bla ħsara glad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 4, ħadd ma
jista’ jiftah jew iżomm xi post kummerċjali kemm-il darba ma
jkunx id-detentur dwar xi tali post liċenza mill-awtorità  regolatorja.
Attivitajiet 
kummerċjali fi triq.
14. (1) Ħadd ma jkun jista’ jiġġestixxi xi attività  kummerċjali
f’xi triq mingħajr liċenza mill-awtorità  regolatorja: 
Iżda dik il-liċenza ma tagħti ebda dritt lid-detentur tagħha
li jiġġestixxi l-attività  kummerċjali minn xi post fiss f’suq fil-beraħ
f’xi lokalità  mingħajr ma jkollu l-awtorizzazzjoni minn qabel u bil-
miktub tal-Kunsill Lokali ta’ dik il-lokalità  skond l-artikolu 24.
(2)  Id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) ma jkunux
japplikaw f’xi każ minn dawn li ġejjin:-
(a) meta persuna jew grupp ta’ mhux iktar minn sitt
persuni, f’xi triq, idoqqu xi strument mużikali jew
xort’oħra juru t-talent artistiku tagħhom u jiġbru l-flus
li jingħataw bħala donazzjonijiet volontarji minn
persuni li jkunu għaddejin u li jieqfu biex jaraw il-
wirja li tkun qed tingħata;
(b) meta persuna, f’xi triq, tipproduċi u tbiegħ xi artefatt.
Kap. 10.
(3) Ebda ħaġa fis-subartikolu preċedenti m’għandu jitqies li
jolqot id-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 38, 40 u 41 tal-Kodiċi tal-
Liġijiet tal-Pulizija; u iktar minn hekk uffiċjal tal-pulizija jkun
jista’ skond il-liġi jwaqqaf kull attività  bħal ma hemm imsemmija
fil-paragrafi (a) u (b) ta’ l-imsemmi subartikolu u jordna li l-
attività  tinżamm x’imkien ieħor.
Pattijiet u 
kondizzjonijiet tal-
liċenzi.
15. (1) Liċenzi li jinħarġu taħt din it-Taqsima jkollhom dik l-
għamla u jkunu suġġetti għal dawk il-pattijiet u l-kondizzjonijiet li
l-Ministru jista’ jippreskrivi.
(2) L-awtorità  regolatorja jew kull persuna oħra msemmija
għaldaqstant ikollha l-poter li teħtieġ li jinġiebu dawk id-
dokumenti u dik l-informazzjoni hekk kif tkun tqis meħieġa għall-
finijiet ta’ dan l-Att jew ta’ regolamenti magħmulin tahtu.
(3) L-awtorità  regolatorja jew kull persuna oħra msemmija
għaldaqstant tista’ tidħol f’kull post kummerċjali matul il-ħinijiet
tax-xogħol biex tiżgura li d-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att jew ta’
6 KAP. 441. ħ LIĊENZI TAL-KUMMERĊ
regolamenti magħmulin taħtu jkunu qegħdin jiġu mħarsa.
Poter tal-Pulizija li 
tagħlaq il-ħwienet 
f’każ ta’ x’irvell.
16. Minkejja d-disposizzjonijiet preċedenti ta’ din it-Taqsima,
meta jiġri li f’xi post ikun hemm jew x’aktarx ikun hemm xi ġlieda
jew irvell, il-Pulizija tista’ tordna li xi post kummerċjali fl-imkien
jew ħdejn fejn ikun hemm jew x’aktarx ikun hemm il-ġlieda jew l-
irvell, jinżamm magħluq għal dak il-ħin kollu li fl-opinjoni tal-
Pulizija jkun raġonevolment meħtieġ.
TAQSIMA IV- REĠISTRAZZONI TA’ ATTIVITAJIET U 
POSTIJIET KUMMERĊJALI
Attività  
kummerċjali 
għandha tkun 
reġistrata. 
17.  Kull min ikun qiegħed jiġġestixxi xi attività  kummerċjali
minn x’imkien ieħor li ma jkunx post kummerċjali għandu jkun
reġistrat skond id-disposizzjonijiet ta’ regolamenti li jistgħu jiġu
preskritti.
TAQSIMA V - KWALIFIKI
Kwalifiki li jistgħu 
jinħtieġu.
18.  Kull min ikun qiegħed jiġġestixxi xi attività  kummerċjali u
kull min ikun qiegħed iservi lill-klijenti minn xi post kummerċjali
jista’ jkun meħtieġ li jkollu dawk il-kwalifiki li jistgħu jiġu
preskritti.
TAQSIMA VI - ATTIVITAJIET LI JEĦTIEĠU PERMESS 
MILL-KUNSILLI LOKALI
Permessi mill-
Kunsilli Lokali.
19. (1) Fejn hemm provdut taħt din it-Taqsima li attività  tkun
suġġetta għal xi permess mill-Kunsill Lokali, dak il-permess ma
jkunx jeħtieġ, kemm-il darba ma jiġix provdut xort’oħra, xi
permess, liċenza jew awtorizzazzjoni oħra mill-awtorità  regolatorja
jew minn xi awtorità  oħra.
(2)  Kull riferenza f’din it-Taqsima għal Kunsill Lokali
għandha titqies bħala riferenza għall-Kunsill Lokali ta’ dik il-
lokalità  fejn l-attività  li tkun teħtieġ il-permess tkun se ssir.
Divertiment 
pubbliku.
20. (1)  Ħadd ma jista’ jagħmel wirja pubblika, esibizzjoni, xi
logħob żgħir, fiera, tombla jew xi divertiment pubbliku jew attività
simili oħra f’xi triq f’xi lokalità  f’xi ġurnata jew ġranet speċjali jew
speċifiċi mingħajr il-permess tal-Kunsill Lokali.
(2)  Salvi d-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1), Kunsill Lokali
m’għandux joħroġ permess għal fiera kummerċjali mingħajr il-
kunsens ta’ l-awtorità  regolatorja.
(3)  Minkejja d-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1), persuna li
tagħmel f’xi ġurnata speċjali jew speċifika:-
(a)  xi purċissjoni jew attività  oħra f’post pubbliku li ssir
fil-kuntest ta’ festa, xi marċ bil-banda, xi disco, ballu,
zfin jew xi attività  oħra bħal dik, irrispettivament minn
kif dawn ikunu magħrufa; jew
(b) xi attività  sportiva li ssir fuq medda ta’ iktar minn
lokalità  waħda jew fuq bażi nazzjonali; jew
(ċ) xi attività  li tkun organizzata minn xi partit politiku;
tkun teħtieg biss permess mill-Kummissarju tal-Pulizija maħruġ
LIĊENZI TAL-KUMMERĊ ġ KAP. 441. 7
bis-saħħa ta’ dan l-Att.
(4)  Il-Kummissarju tal-Pulizija jkun jista’ skond il-liġi, għal
raġunijiet ta’ ordni pubbliku, sigurtà  pubblika jew moralità
pubblika jwaqqaf jew jissospendi permess maħruġ taħt dan l-
artikolu.
(5)  Meta Kunsill Lokali jirċievi applikazzjoni taħt dan l-
artikolu il-Kunsill Lokali għtandu, mhux aktar tard minn jumejn
tax-xogħol minn meta jirċievi applikazzjoni għal tali permess, u
f’kull każ mhux aktar tard minn ġimgħatejn qabel ma jkun se jsir
dak l-avveniment, jgħaddi kopja ta’ dik l-applikazzjoni lill-
Kummissarju tal-Pulizija.
(6) Il-Kummissarju tal-Pulizija għandu, mingħajr preġudizzju
għas-subartikolu (4), mhux aktar tard minn ħamest ijiem minn meta
jirċievi l-kopja ta’ dik l-applikazzjoni, jgħarraf lill-Kunsill Lokali
b’kull kondizzjoni marbuta ma’ dak il-permess.
Bejgħ fi ġranet 
speċjali.
21. (1) Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet ta’ l-
artikolu 20(4), ħadd ma jista’ jwaqqaf xi posta jew kjosk f’xi triq
jew iwettaq xi attività  kummerċjali f’tali triq f’xi ġurnata jew
ġranet speċjali jew speċifiċi mingħajr il-permess tal-Kunsill Lokali.
(2)  Jekk it-twaqqif ta’ xi posta jew kjosk jew l-eserċizzju ta’ xi
attività  kummerċjali kif hawn qabel imsemmija, isiru minn min
ikun qed jorganizza xi attività  skond l-artikolu 20 li dwarha jkun
inħareġ permess mill-Kunsill Lokali jew mill-Kummissarju tal-
Pulizija, skond il-każ u skond l-imsemmi artikolu, u l-permess ikun
jinkludi t-twaqqif ta’ dawk il-posti jew kjoskijiet jew l-eserċizzju
ta’ dik l-attività  kummerċjali, dak it-twaqqif jew dik l-attività  ma
jkunux jeħtieġu permess mill-Kunsill Lokali taħt dan l-artikolu jew
liċenza mill-awtorità  regolatorja taht dan l-Att.
(3)  Kunsill Lokali jista’ wkoll, f’xi ġurnata jew ġranet speċjali
jew speċifiċi, joħroġ permessi għat-tqegħid ta’ mwejjed u siġġijiet
f’xi triq biex jingħata servizz ta’ ikel u xorb:
Iżda din id-disposizzjoni ma tapplikax għat-tqegħid ta’
mwejjed u siġġijiet minn kull min ikun, skond xi liċenza oħra,
awtorizzat li jqiegħed dawk l-imwejjed u siġġijiet fuq bażi regolari,
imma tkun tapplika għaċ-ċirkostanza fejn dawk l-imwejjed u
siġġijiet ma jkunux koperti b’dik il-liċenza.
Tqegħid ta’ 
materjal, krejnijiet, 
eċċ. 
22.  Ħadd ma jista’ jqiegħed xi materjal tal-bini jew materjal
ieħor jew xi oġġetti, jew jiddepożita jew juża xi krejn jew
makkinarju goff ieħor meta jkunu qegħdin isiru l-bini, kostruzzjoni
jew demolizzjoni ta’ xi bini jew proġett ieħor simili, mingħajr il-
permess tal-Kunsill Lokali.
Twaqqif ta’ swieq 
fil-beraħ. 
23.  Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet ta’ kull liġi
oħra, l-Ministru, bi ftehim mal-Kunsill Lokali jista, b’Ordni fil-
Gazzetta jistabbilixxi suq fil-beraħ.
Bejgħ minn swieq 
fil-beraħ.
24. (1) Meta jkun ġie mwaqqaf xi suq fil-beraħ f’xi lokalità
ħadd ma jista’ jiġġestixxi xi attività  kummerċjali minn xi post fiss
f’dak is-suq kemm-il darba huwa ma jkollux liċenza skond l-
artikolu 14 u jkun awtorizzat li jwettaq dik l-attività  minn xi sit fil-
lokalità  ta’ dak is-suq li tiġi lilu allokata mill-Kunsill Lokali:
8 KAP. 441. ħ LIĊENZI TAL-KUMMERĊ
Iżda l-awtorizzazzjoni tal-Kunsill Lokali għandha tkun bla
ħsara għal dawk ir-regolamenti li jistgħu jiġu preskritti taħt l-
artikolu 27.
Makni tal-bejgħ 
awtomatiċi, eċċ. 
25. Ħadd ma jista’ jqiegħed xi makna tal-bejgħ awtomatika
jew xi makna magħrufa bħala kiddie ride maċhine f Xi triq
mingħajr ma jkollu l-permess tal-Kunsill Lokali:
Iżda din id-disposizzjoni ma tkunx tapplika għat-tqegħid
ta’ makni tal-bejgħ awtomatiċi jew kiddie ride machines barra mill-
postijiet kummerċjali li jkollhom liċenza taħt dan l-Att jew kull liġi
oħra u dik il-liċenza tkun speċifikatament tipprovdi għat-tqegħid
ta’ xi makna tal-bejgħ awtomatika bħal dik jew kiddie ride
machine.
Appelli mid-
deċiżjonijiet tal-
Kunsilli Lokali.
26. Jista’ jsir appell minn deċiżjoni ta’ Kunsill Lokali dwar
permess jew awtorizzazzjoni meħtieġa taħt din it-Taqsima jew
skond regolamenti magħmulin taħtha skond id-disposizzjonijiet tat-
Taqsima II ta’ dan l-Att, u għal dawk l-għanijiet il-Kunsill Lokali
jitqies li jkun l-awtorità  regolatorja.
Poter tal-Ministru 
responsabbli għall-
gvern lokali li 
jagħmel 
regolamenti.
27. (1) Il-Ministru responsabbli għall-gvern lokali wara
konsultazzjoni mal-Ministru jista’ jagħmel regolamenti fuq kull
ħaġa li tolqot il-ħruġ ta’ xi permess jew awtorizzazzjoni mill-
Kunsilli Lokali taħt din it-Taqsima, u mingħajr preġudizzju għall-
ġeneralità  ta’ dak hawn qabel irsemmi, dawk ir-regolamenti jistgħu
jkunu jipprovdu dwar:
(a)  il-kriterji, l-kondizzjonijiet u l-proċeduri għall-ħruġ,
it-tiġdid, it-trasferiment, is-sospensjoni jew it-tħassir
ta’ dawk il-permessi jew awtorizzazzjonijiet;
(b) il-kondizzjonijiet li jistgħu jkunu marbuta ma’ dawk
il-permessi jew awtorizzazzjonijiet;
(ċ) id-drittijiet li għandhom jitħallsu għal dawk il-
permessi jew awtorizzazzjonijiet;
(d) dwar swieq fil-beraħ:-
(i) il-kondizzjonijiet li taħthom għandhom
jitmexxew swieq fil-beraħ mill-Kunsilli Lokali;
(ii) l-arei li għandhom jiġu indikati u allokati lill-
bejjiegħa fit-toroq u l-kondizzjonijiet għal dawk
l-allokazzjonijiet; u
(iii) l-obbligazzjonijiet tal-bejjiegħa fit-toroq li
joperaw minn swieq fil-beraħ.
(2) Dik ir-regolamentazzjoni tista’ tkun tipprovdi li kull min
jikser id-disposizzjonijiet ta’ xi regolament tali jew ta’ xi
kondizzjoni marbuta ma’ xi permess jew awtorizzazzjoni bħal
dawk, ikun ħati ta’ reat taħt ir-regolamenti u jista’, meta jinsab ħati,
jeħel ammenda kif tista’ tiġi stabbilita f’dawk ir-regolamenti, liema
ammenda ma tkunx ta’ iktar minn mitejn lira.
TAQSIMA VII - DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI
Poter li jsiru 
regolamenti.
28.  Il-Ministru jista’ jagħmel regolamenti bil-għan li jirregola
l-għoti, t-tiġdid, is-sospensjoni, t-trasferiment jew it-tħassir ta’
liċenzi jew ta’ xi kategorija jew klassi waħda jew iktar tagħhom u,
LIĊENZI TAL-KUMMERĊ ġ KAP. 441. 9
b’mod partikolari, imma mingħajr preġudizzju għall-ġeneralità  ta’
din id-disposizzjoni, jista’ jagħmel regolamenti għal xi wieħed jew
kull wieħed mill-iskopijiet li ġejjin:-
(a) biex jippreskrivi l-kondizzjonijiet li taħthom liċenzi
jew xi kategorija jew klassi waħda jew iktar tagħhom
jistgħu jingħataw, jiġu mġedda, sospiżi, trasferiti jew
imħassra;
(b) biex jipprovdu l-mod li bih isiru applikazzjonijiet
għall-għoti, tiġdid, sospensjoni, trasferiment jew
tħassir ta’ liċenzi jew ta’ xi kategorija jew klassi
waħda jew iktar tagħhom; dwar dak li għandu jkun
fihom dawk l-applikazzjonijiet għall-mod kif
għandhom jiġu mogħtija, mġedda, sospiżi, trasferiti
jew imħassra dawk il-liċenzi; il-mod kif dawk il-
liċenzi għandhom jinħarġu x’għandu jkun fihom u l-
mod kif għandu jiġi indikat it-tigdid jew it-
trasferiment tagħhom;
(ċ)  biex jipprovdu dwar il-mod li bih applikazzjonijiet
għal dawk il-liċenzi li jistgħu jiġu preskritti għandu
jkun magħruf mill-pubbliku u biex jipprovdu l-mod li
bih kull min jista’ jkun preġudikat b’dik il-liċenza
jista’ jagħmel oġġezzjoni jew ilment dwar dan lill-
awtorità  regolatorja;
(d) biex jistabbilixxu għal kemm żmien il-liċenzi jew xi
kategorija jew klassi waħda jew iktar tagħhom idumu
validi;
(e) biex jistabbilixxu d-drittijiet li għandhom jitħallsu
għal-liċenzi jew xi kategorija jew klassi waħda jew
iktar tagħhom, sew billi dan jiġi determinat b’mod
dirett jew b’riferenza għall-mod li bih għandhom jiġu
kalkolati dawk id-drittijiet; u biex jipprovdu dwar id-
drittijiet li għandhom jitħallsu għal perjodi mhux sħaħ:
Iżda regolamenti magħmulin taħt dan il-paragrafu
jistgħu jistabbilixxu l-inqas u l-ogħla ammont ta’ kull
dritt li jitħallas dwar il-liċenzi jew xi kategorija jew
klassi wahda jew iktar tagħhom;
(f)  biex jistabbilixxu l-pieni li jista’ jeħel il-ħati kontra
regolamenti magħmulin taħt dan l-Att; imma ebda
piena bħal dik ma tista’ tkun ogħla minn elf lira;
(g) biex jistabbilixxu l-kwalifiki li persuna li tkun qed
twettaq attività  kummerċjali jew taqdi lill-klijenti
minn postijiet kummerċjali tista’ tinħtieġ li jkollha;
(h)  dwar il-ħtieġa ta’ reġistrazzjoni ta’, u biex
jistabbilixxu l-kwalifiki li għandu jkollu, kull min
jiġġestixxi xi attività  kummerċjali mhux minn xi post
kummerċjali, iżda dan il-paragrafu ma jkunux japplika
dwar xi persuna li twettaq xi attività  kummerċjali li
tkun regolata taħt xi liġi oħra u li tkun meħtieġa li
jkollha liċenza jew warrant taħt dik il-liġi;
(i) dwar kull ħaġa dwar xi attività  mwettqa f’xi post
10 KAP. 441. ħ LIĊENZI TAL-KUMMERĊ
kummerċjali bil-liċenza taħt dan l-Att;
(j) biex jistabbilixxu l-ġranet u s-siegħat li matulhom
attività  tkun tista’ jew għandha tiġi mwettqa minn xi
post kummerċjali, inklużi swieq fil-beraħ:
Iżda dawk ir-regolamenti jistgħu wkoll jipprovdu
dwar kull post kummerċjali li tkun inħarġitlu liċenza
minn xi awtorità  regolatorja oħra taħt id-
disposizzjonijiet ta’ xi liġi oħra;
(k) biex jippreskrivu kull ħaġa li titqies meħtieġa jew
spedjenti biex ikunu jistgħu jitwettqu aħjar id-
disposizzjonijiet kollha ta’ dan l-Att.
Reati u pieni. 29. Meta persuna tikser xi disposizzjoni ta’ dan l-Att jew ta’
regolamenti magħmulin taħtu, hija tkun ħatja ta’ reat taħt dan l-Att
u tista’ teħel, meta tinsab ħatja, kemm-il darba ma tkunx preskritta
xi piena oħra taħt xi disposizzjoni oħra ta’ dan l-Att:-
(a) meta tinsab ħatja għall-ewwel darba, ammenda ta’
mhux inqas minn ħamsin lira imma ta’ mhux iżjed
minn ħames mitt lira;
(b) meta tinsab ħatja għat-tieni darba jew għal aktar drabi,
ammenda ta’ mhux inqas minn mitt lira u mhux iżjed
minn elf lira; u
(ċ) fil-każ ta’ reat kontinwu, ammenda ta’ għaxar liri għal
kull ġurnata li matulha jkompli r-reat.
Proċeduri speċjali. 30. (1) Minkejja kull liġi oħra li tipprovdi dwar is-smigħ ta’
kawżi u l-għoti ta’ piena għal reati, meta l-awtorità  regolatorja tkun
tal-fehma li persuna tkun għamlet reat kontra dan l-Att jew
regolamenti magħmulin taħtu, l-awtorità  regolatorja tista’ tagħti
avviż bil-miktub lil dik il-persuna fejn tiddeskrivi r-reat li dik il-
persuna tkun qed tiġi akkużata bih u l-piena li tista’ tiġi preskritta
dwar dak ir-reat.
(2) Il-Ministru għandu jippreskrivi l-pieni li jistgħu jintalbu
mill-awtorità  regolatorja għal xi reat speċifikat:
Iżda dik il-piena ma tkunx ta’ iżjed minn ammont ta’ elf
lira.
(3) Meta jkun ingħata avviż taħt dan l-artikolu, il-persuna li
tissemma fl-avviż tista’, fi żmien wieħed u għoxrin ġurnata minn
notifika ta’ l-avviż, taċċetta r-responsabbiltà  għar-reat speċifikat fl-
avviż u fl-istess żmien tħallas il-piena li tiġi indikata f’dak l-avviż,
u tħares id-disposizzjonijiet relattivi ta’ dan l-Att jew tar-
regolamenti magħmulin taħtu u ebda proċeduri oħra ma jkunu
jistgħu jittieħdu taħt dan l-Att dwar dak ir-reat.
Poter tal-qorti li 
tħassar jew 
tisspospendi il-
liċenzi ta’ sidien 
tal-ħwienet, eċċ.
31. Fil-każ ta’ persuna li tkun qed tiġġestixxi xi attività
kummerċjali minn xi post kummerċjali mingħajr liċenza jew fil-każ
tat-tieni reat jew ta’ reat sussegwenti għal xi kontravvenzjoni li ssir
minn persuna li tkun qed twettaq xi attività  kummerċjali bis-sahha
ta’ liċenza maħruġa mill-awtorità  regolatorja, f’dak li għandu
x’jaqsam ma’ l-eserċizzju ta’ dik l-attività  kummerċjali, il-qorti
jkollha s-setgħa li tħassar il-liċenza, jew inkella tissospendiha għal
xi żmien, fid-diskrezzjoni tagħha.
LIĊENZI TAL-KUMMERĊ ġ KAP. 441. 11
Liċenza ma 
tiġġeddidx jekk ma 
titħallasx 
ammenda.
32. Meta qorti jew xi tribunal ieħor ikunu waħħlu l-piena ta’
ammenda għar-rigward ta’ xi reat dwar xi liċenza taħt dan l-Att, u
dik l-ammenda ma tkunx tħallset, l-awtorità  regolatorja
m’għandhiex iġġedded il-liċenza hawn qabel imsemmija meta din
tiskadi sa sak iż-żmien li jsir il-ħlas ta’ l-ammenda.
Emenda ta’ liġijiet 
oħra u riserva.
33. (1) Il-liġijiet fl-Ewwel Kolonna ta’ l-Iskeda li tinsab ma’
dan l-Att għandu jkollhom seħħ bla ħsara għall-emendi li jidhru
għar-rigward tagħhom fit-Tieni Kolonna ta’ l-imsemmija Skeda.
(2) Ir-regolamenti kollha magħmulin taħt id-disposizzjonijiet
ta’ xi liġi li qed tiġi emendata jew imħassra kif imsemmi qabel, u
murija fl-Iskeda li tinsab ma’ dan l-Att, għandhom, sakemm issir xi
disposizzjoni taħt jew bis-saħħa ta’ dan l-Att, jew tal-liġijiet hawn
qabel imsemmija kif emendati, ikomplu fis-seħħ u jkollhom effett
bħallikieku magħmula taħt dan l-Att jew il-liġi rilevanti kif
emendata, skond ma jista’ jkun jeħtieġ il-każ.
(3) Kull liċenza, permess, sensja jew awtorità  oħra mogħtija
taħt xi liġi jew xi disposizzjoni tagħha, li tkun qed tiġi emendata
b’dan l-Att kif hawn qabel imsemmi, u li tkun għadha fis-seħħ
minnufih qabel dik l-emenda, għandha tkompli fis-seħħ wara dik
id-data bħallikieku kienet liċenza, permess, sensja jew awtorità
mogħtija taħt xi disposizzjoni korrispondenti ta’ dan l-Att, jew taħt
dawk il-liġijiet kif emendati, skond ma jista’ jkun jeħtieġ il-każ; u
kull tali liċenza, permess, sensja jew awtorità  kif hawn qabel
imsemmija għandhom ikunu ttrattati u jsir minnhom skond hekk.
(4) Kull kondizzjoni marbuta ma’ tali liċenza, permess, sensja
jew awtorità  oħra għandha tibqa’ mhux mittiefsa sakemm issir
disposizzjoni oħra taħt jew bis-saħħa ta’ dan l-Att, jew tal-liġijiet
hawn qabel imsemmija kif emendati u kull disposizzjoni bħal dik
tista’ tkun magħmula applikabbli minn żmien għal żmien
relattivament għal dik il-klassi jew kategorija ta’ tali liċenza,
permess, sensja jew awtorità  kif provdut f’dik id-disposizzjoni.
12 KAP. 441. ħ LIĊENZI TAL-KUMMERĊ
SKEDA
Liġi Emendi relattivi
Kodiċi tal-
Liġijiet tal- 
Pulizija,
Kap. 10.
1. - 6. L-emendi ġew fis-seħħ u mdaħħlin fil-Kap. 10.
7. Il-kliem "TAQSIMA X", l-intestatura "FUQ TAL-
ĦWIENET u TRAFFIKANTI OĦRA" u l-artikoli 181 sa 193, it-
tnejn inklużi, li jidhru hemm fiha għandhom jitħassru.
L-emendi għall-artikoli 181, 182, 184, 186, 187, 188, 189, 190,
191 u 192 ġew fis-seħħ u mdaħħlin fil-Kap. 10.
8. - 10. L-emendi ġew fis-seħħ u mdaħħlin fil-Kap. 10.
11. Il-kliem "TAQSIMA XIV", l-intestatura "FUQ IT-
TEATRI U D-DIVERTIMENTI PUBBLIĊI" u l-artikoli 201, 203
u 204 għandhom jitħassru.
L-emenda għall-artikolu 201 ġiet fis-seħħ u mdaħħla fil-Kap.
10.
 L-emendi l-oħra kollha ġew fis-seħħ u mdaħħlin fil-Kapitoli u artikoli
rispettivi.
