SOĊJETAJIET KOPERATIVI ġ KAP. 442. 1
KAPITOLU 442
ATT DWAR SOĊJETAJIET KOPERATIVI
Biex jipprovdi għat-twaqqif, reġistrazzjoni u kontroll ta’ soċjetajiet
koperativi u għal ħwejjeġ li għandhom x’jaqsmu magħhom jew li huma
ancillari għalihom.
16 ta’ April, 2002
1 ta’ Lulju, 2002
1 ta’ Jannar, 2003
L-Att XXX ta’ l-2001.
TAQSIMA I
Preliminari
Titolu fil-qosor.
Koperativi.
Tifsir.
xort’oħra -
"allowance" tfisser ir-rimunerazzjoni li titħallas lill-President,
segretarju jew teżorier ta’ soċjetà  bħala kumpens għas-servizzi
volontarji tagħhom mogħtija lis-soċjetà  fuq bażi regolari part-time;
"Bord" tfisser il-Bord tal-Koperativi mwaqqaf taħt l-artikolu 3, u
tinkludi kull persuna li tkun qed teżerċita dawk is-setgħat tal-Bord
li jistgħu jkunu mogħtijin lilha mill-Bord;
"bord ta’ sorveljanza" tfisser il-bord ta’ sorveljanza elett mil-
laqgħa ġenerali tal-membri skond u għall-għanijiet ta’ l-artikoli 83
sa 85 u disposizzjonijiet oħra rilevanti ta’ dan l-Att;
Kap. 387.
"Ċentru dwar l-Arbitraġġ" tfisser iċ-Ċentru dwar l-Arbitraġġ ta’
Malta mwaqqaf taħt l-Att dwar l-Arbitraġġ;
"delegat", fil-każ ta’ soċjetà  li hi nnifisha tkun membru ta’
soċjetà  oħra, tfisser ir-rappreżentant ta’ l-ewwel soċjetà , elett jew
maħtur biex jattendi u jivvota f’laqgħat tat-tieni soċjetà ;
"dividend" tfisser sehem mir-residwu nett ta’ soċjetà  li jinqasam
bejn il-membri fil-proporzjon tal-kapital ta’ l-ishma mħallas
miżmum minnhom fis-soċjetà ;
"kumpannija sussidjarja" tfisser soċjetà  kummerċjali li fiha
soċjetà , hawn imsemmija "is-soċjetà  prinċipali", jkollha l-
maġġoranza ta’ ishma jew kapital ekwivalenti, jew il-maġġoranza
tad-drittijiet tal-votazzjoni, jew il-jedd li taħtar iktar minn nofs il-
Bord tad-Diretturi jew organu ekwivalenti, jew xi kombinazzjoni
ta’ dawk il-fatturi li jkunu jagħtu kontroll lis-soċjetà ;
’’manager" huwa uffiċjal maħtur mill-kumitat ta’ tmexxija ta’
soċjetà  biex ikun responsabbli għat-tmexxija esekuttiva u l-
amministrazzjoni ta’ soċjetà  skond id-direzzjoni tal-politika
ġenerali stabbilita minn dak il-kumitat ta’ tmexxija;
"membru" dwar soċjetà  reġistrata jinkludi persuna, soċjetà
kummerċjali, jew soċjetà  mdaħħla fis-sħubija malli, jew wara, li s-
2 KAP. 442. ħ SOĊJETAJIET KOPERATIVI
soċjetà  tiġi reġistrata;
"membru attiv" huwa membru ta’ soċjetà  li jkun wettaq l-inqas
ammont jew valur ta’ transazzjonijiet ma’ l-istess soċjetà , hekk kif
jista’ jiġi mfisser fl-istatut ta’ soċjetà ;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għall-affarijiet li
għandhom x’jaqsmu mas-soċjetajiet koperativi;
"onorarju" tfisser ir-rimunerazzjoni li tingħata lil x’uħud minn
jew lill-membri kollha tal-kumitat ta’ tmexxija jew bord ta’
sorveljanza, jekk ikun hemm, bħala kumpens għas-servizzi
tagħhom li kieku xort’oħra ma jirċevux kumpens dwarhom;
"organizzazzjoni Apex" tfisser assoċjazzjoni reġistrata taħt it-
Taqsima X biex tħaffef il-ħidmiet ta’ kull soċjetà  koperativa
primarja, sekondarja u terzjarja f’Malta;
"President“ tfisser il-President tal-Bord;
"reġistrata" tfisser reġistrata taħt dan l-Att;
"regolamenti" tfisser regolamenti magħmulin taħt dan l-Att;
"residwu nett" tfisser il-parti li tibqa’ mir-residwu wara li jkun
ġie provdut b’mod adegwat għall-Fond Ċentrali tal-Koperativi u
għall-fond ta’ riżerva;
"rimbors fost il-patrunat" għandha l-istess tifsir kif mogħti lilha
bl-artikolu 93;
"sett abbrevjat ta’ dikjarazzjonijiet finanzjarji verifikati" tfisser
id-dikjarazzjonijiet finanzjarji li jitqegħdu għal spezzjon pubbliku
skond l-artikoli 11 u 48 u mħejjija skond it-Taqsima V tat-Tielet
Skeda;
"soċjetà " tfisser soċjetà  koperativa reġistrata jew reġistrata
provviżorjament taħt dan l-Att u tinkludi soċjetà  primarja, soċjetà
sekondarja u soċjetà  terzjarja;
Kap. 386.
"soċjetà  kummerċjali" tfisser soċjetà  kummerċjali reġistrata taħt
l-Att dwar il-Kumpanniji, jew l-ekwivalenti tagħha taħt xi liġi
barranija;
"soċjetà  primarja" tfisser soċjetà  li fiha l-maġġoranza tal-membri
jkunu individwi;
"soċjetà  sekondarja" tfisser soċjetà  li fiha l-maġġoranza tal-
membri jkunu huma nfushom soċjetajiet primarji;
"soċjetà  terzjarja" tfisser soċjetà  koperativa li fiha l-maġġoranza
tal-membri jkunu huma nfushom soċjetajiet primarji u, jew
sekondarji;
Kap. 281.
"Standards ta’ Kontijiet Internazzjonali" tfisser standards
approvati minn żmien għal żmien mill-Kunsill tal-Federazzjoni
Internazzjonali ta’ l-Accountants, kif jistgħu jkunu applikabbli
minn żmien għal żmien skond ma hemm fl-Att dwar il-Professjoni
ta’ l-Accountancy;
"Standards ta’ Verifika Internazzjonali" tfisser standards
approvati mill-Kunsill tal-Federazzjoni Internazzjonali ta’ l-
Accountants, kif jistgħu jkunu emendati minn żmien għal żmien;
SOĊJETAJIET KOPERATIVI ġ KAP. 442. 3
"statut" tfisser l-istatut reġistrat ta’ soċjetà , inkluża emenda
reġistrata għalih;
"surplus" tfisser id-dħul nett nieqes kull nefqa minnufih qabel
ma jkunu saru provvedimenti adegwati għall-Fond Ċentrali tal-
Koperativi;
"uffiċjal" tinkludi l-President, il-Viċi President, is-segretarju, l-
assistent segretarju, it-teżorier, l-assistent teżorier, membru tal-
kumitat ta’ tmexxija, u l-manager ta’ soċjetà  u tinkludi wkoll kull
impjegat jew persuna oħra li jkollha s-setgħa taħt dan l-Att, ir-
Regolamenti jew l-istatut tas-soċjetà  li tagħti direttivi dwar ix-
xogħol ta’ soċjetà  jew li tissorvelja dak ix-xogħol, iżda ma
tinkludix lill-awditur ta’ soċjetà  jew lil xi membru ta’ bord ta’
sorveljanza;
"uffiċjal tal-Bord" tfisser membru tal-persunal ta’ l-uffiċċju tal-
Bord jew kull persuna oħra li tkun awtorizzata kif imiss mill-Bord
għal xi għan speċifiku.
TAQSIMA II
Twaqqif, Funzjonijiet, Poteri u Għamla tal-Bord
Il-Bord. 
Koperativi, li l-funzjonijiet tiegħu jkunu -
(a) li jirreġistra, jissorvelja u jeżerċita superviżjoni fuq
soċjetajiet koperativi u jiżgura konformità  mad-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att;
(b) li jappoġġa u jgħin it-twaqqif ta’ soċjetajiet koperativi
f’kull settur ta’ l-ekonomija u tas-soċjetà ;
(ċ) li jipprovdi tagħrif dwar kull prinċipju, prattika u
tmexxija tal-koperativi.
(2) Il-Bord jista’, bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att
u għal kull direttiva ġenerali jew speċjali tal-Ministru, jiddelega
kull waħda mill-funzjonijiet tiegħu taħt dan l-Att.
(3) Il-Bord ikun korp imwaqqaf b’liġi li jkollu personalità
ġuridika distinta u, bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att,
ikun jista’ jagħmel kuntratti, jħarrek u jiġi mħarrek, u jkun jista’
jagħmel kull ħaġa u jidħol għal dawk it-transazzjonijiet kollha li
jkunu inċidentali jew li jwasslu għall-eżerċizzju tal-funzjonijiet
tiegħu taħt dan l-Att.
Għamla.
inqas minn żewġ u mhux iżjed minn sitt membri oħra. Il-membri
tal-Bord, magħdud il-President, ikunu maħtura mill-Ministru minn
fost persuni li, fil-fehma tiegħu, kellhom esperjenza ta’, u wrew
ħila fi, ħwejjeġ li għandhom x’jaqsmu mal-koperativi, l-
agrikoltura, l-industrija, l-organizzazzjoni tal-ħaddiema, l-
kummerċ, il-finanzi jew l-amministrazzjoni.
(2) Kull membru tal-Bord ikun maħtur għall-perjodu ta’ mhux
inqas minn sentejn u mhux iktar minn ħames snin, iżomm u jħalli l-
kariga skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u l-pattijiet tal-ħatra
tiegħu, u jista’ mat-terminazzjoni tal-ħatra tiegħu jkun eliġibbli
biex jiġi maħtur mill-ġdid:
4 KAP. 442. ħ SOĊJETAJIET KOPERATIVI
Iżda membru tal-Bord jista’ f’kull waqt, b’avviż bil-miktub
lill-Ministru, jirriżenja mill-kariga tiegħu.
(3) Ebda persuna ma għandha tiġi maħtura jew tibqa’ membru
tal-Bord jekk tkun -
(a) membru tal-Kamra tad-Deputati; jew
(b) uffiċjal jew membru ta’ xi soċjetà  jew ta’ l-
organizzazzjoni Apex.
(4) Meta l-kariga tal-President tal-Bord tkun vakanti jew il-
President ikun nieqes minn Malta jew bil-vaganzi, jew meta ma
jkunx jista’ jaqdi l-funzjonijiet tal-kariga tiegħu, l-Ministru jista’
jaħtar lil kull persuna oħra, tkun jew ma tkunx membru tal-Bord,
biex tagħmilha ta’ President matul dik il-vakanza, nuqqas, vaganzi
jew inkapaċità ; u l-persuna hekk maħtura għandha teżerċita l-
jeddijiet u l-funzjonijiet kollha tal-President tal-Bord sakemm
iddum dik il-ħatra.
(5) Membru tal-Bord jista’ jitneħħa mill-kariga mill-Ministru
jekk fil-fehma tal-Ministru dak il-membru jkun ħati ta’ mġieba
ħażina ħafna fil-qadi ta’ dmirijietu, jew jonqos mil-laqgħat tal-
Bord, mingħajr raġuni xierqa, għal dak l-għadd ta’ laqgħat li l-
Ministru jidhirlu li jkun iżżejjed.
(6) Il-Ministru għandu wkoll jaħtar Segretarju tal-Bord.
(7) Membru tal-Bord jitħallas dik ir-rimunerazzjoni li l-
Ministru, bi ftehim mal-Ministru responsabbli għall-finanzi, jista’
minn żmien għal żmien jistabbilixxi.
Rappreżentanza. 5. Ir-rappreżentanza ġuridika u legali tal-Bord tkun vestita
fil-President:
Iżda l-Bord jista’ jaħtar lil xi wieħed jew aktar mill-
membri l-oħra, jew mill-uffiċjali jew l-impjegati tal-Bord, jew
persuna li tkun qed taqdi dmirijiet għall-Bord, biex tidher f’isem u
għall-Bord f’kull proċediment ġudizzjarju, u f’kull att, kuntratt,
istrument jew transazzjoni oħra li tkun.
Uffiċċju. 6. (1) Għandu jkun hemm uffiċċju tal-Bord li jkun immexxi u
jkollu persunal skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att.
(2) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u għal kull
direttiva tal-Bord, il-ġestjoni u t-tmexxija ta’ l-uffiċċju tal-Bord u
l-kontroll amministrattiv tal-persunal tiegħu, jkunu r-
responsabbiltà  tal-President.
(3) Il-persunal ta’ l-uffiċċju tal-Bord ikun magħmul minn
dawk l-uffiċjali u impjegati tal-Bord, jew minn dawk l-impjegati
fis-servizz tal-Gvern li jistgħu jitqabbdu fuq dmirijiet mal-Bord,
jew sew minn dawk l-uffiċjali sew impjegati.
(4) Il-pattijiet u l-kondizzjonijiet ta’ l-impieg ta’ kull uffiċjal
jew impjegat tal-Bord għandhom ikunu paragunabbli ma’ dawk ta’
l-impjegati fis-servizz tal-Gvern u għandhom jiġu stabbiliti mill-
Bord bi qbil mal-Ministru.
Quorum.  7. (1) Il-Bord jista’ jaġixxi minkejja kull vakanza fost il-
membri tiegħu:
Iżda l-Bord ma jiffunzjonax jekk ikun hemm vakanza fil-
SOĊJETAJIET KOPERATIVI ġ KAP. 442. 5
kariga ta’ President u ma jkunx ġie maħtur aġent president.
(2) Il-quorum f’kull laqgħa tal-Bord m’għandux ikun ta’ inqas
minn nofs l-għadd ta’ membri.
(3) Deċiżjoni tal-Bord tkun b’maġġoranza tal-voti tal-membri
preżenti u li jivvotaw. Il-President jew min ikun qed jippresjedi l-
laqgħa jkollu vot oriġinali u, fil-każ li jkun hemm voti ndaqs, vot
ieħor jew deċiżiv.
(4) Kull dokument li jkun maħsub biex ikun istrument
magħmul jew maħruġ mill-Bord u li jkun iffirmat mill-President
f’isem il-Bord jista’ jitqies bħala prova u għandu, sakemm ma jiġix
ippruvat il-kuntrarju, jitqies li jkun istrument magħmul jew maħruġ
mill-Bord.
(5) Kull membru tal-Bord li jkollu xi interess dirett jew
indirett, ħlief għax ikun membru tal-Bord, f’xi kuntratt jew ftehim
magħmul jew propost li jsir mill-Bord, jew f’xi kwistjoni oħra jew
interess ieħor li jqum jew ikun qed jiġi diskuss mill-Bord, għandu
jiżvela x-xorta ta’ l-interess tiegħu fl-ewwel laqgħa tal-Bord.
(6) Kull żvelar magħmul taħt is-subartikolu (5) għandu
jitniżżel fil-minuti tal-Bord u l-membru li jkun għamel dak l-
iżvelar għandu jirtira mill-laqgħa waqt li l-kuntratt jew il-ftehim
jew kull kqwistjoni oħra jew interess ieħor ikunu qed jiġu diskussi
jew deċiżi mill-Bord.
(7) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, il-membri
tal-Bord, inkluż il-President, u l-uffiċjali u l-impjegati mqabbdin
fl-uffiċċju tal-Bord, u kull persuna oħra awtorizzata taġixxi f’isem
jew għall-Bord għandhom, f’kull waqt, jittrattaw kull
informazzjoni dwar is-soċjetajiet li tkun miksuba matul it-twettiq
ta’ dmirijiethom bħala waħda konfidenzjali.
(8) Persuna li tikser id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (7)
tkun ħatja ta’ reat u tkun tista’ teħel, meta tinsab ħatja, multa ta’
mhux iħjed minn elfejn lira.
(9) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, il-Bord
jirregola l-proċedura tiegħu nnifsu.
Direttivi.
interess pubbliku, minn żmien għal żmien jagħti lill-Bord direttivi
ta’ xorta ġenerali fuq il-politka li l-Bord għandu jimxi fuqha fil-
qadi tal-funzjonijiet tiegħu taħt dan l-Att; u l-Bord għandu, kemm
jista’ jkun malajr, jagħti seħħ lil dawk id-direttivi.
(2) Il-Bord għandu jagħti lill-Ministru kull faċilità  biex jikseb
u jivverifika tagħrif li jkollu x’jaqsam mal-ħidma tal-Bord, u dan
sabiex il-Ministru jkun jista’ jeżerċita sew il-funzjonijiet tiegħu
taħt dan l-Att.
Nefqiet.
fondi li jistgħu jiġu vvotati mill-Kamra tad-Deputati.
(2) Il-Bord għandu, kemm jista’ jkun malajr, iżda mhux iktar
tard minn tliet xhur wara li tispiċċa kull sena finanzjarja,
jippreżenta lill-Ministru dikjarazzjoni tal-kontijiet verifikati kif
imiss mill-Awditur Ġenerali u rapport dwar il-ħidma tiegħu dwar
is-sena finanzjarja ta’ qabel, u għandu jibgħat kopja ta’ kull tali
6 KAP. 442. ħ SOĊJETAJIET KOPERATIVI
dikjarazzjoni u rapport lill-Ministru responsabbli għall-finanzi.
Reġistru tas-
Soċjetajiet 
Koperativi.
10. Il-Bord għandu jżomm jew jara li jinżamm fl-uffiċċju
tiegħu Reġistru tas-Soċjetajiet Koperativi. Il-Bord għandu wkoll
iżomm dawk ir-reġistri l-oħra, statistika jew dokumentazzjoni oħra
fuq soċjetajiet li jista’ jqis li għandu jżomm minn żmien għal
żmien:
Iżda għal finijiet pubbliċi, huwa biss it-tagħrif li hemm
imsemmi fl-artikolu 12 li jista’ jintgħamel disponibbli mill-Bord.
Tniżżil u 
korrezzjonijiet fir-
Reġistru.
11. (1) Kull dħul fir-Reġistru tas-Soċjetajiet Koperativi
għandu jġib il-firma tal-President.
(2) Kull alterazzjoni, korrezzjoni jew tħassir fir-Reġistru tas-
Soċjetajiet Koperativi għandu jsir b’tali mod li jkun juri l-parti
mibdula, koreġuta jew imħassra, u jġib l-inizjali tal-President tal-
Bord.
Spezzjon pubbliku. 12. Ir-Reġistru tas-Soċjetajiet Koperativi, kif ukoll l-istatut
reġistrat ta’ kull soċjetà  flimkien ma’ l-emendi reġistrati li jsiru fih,
u d-dikjarazzjonijiet finanzjarji verifikati ta’ soċjetajiet li jiġu
ppreżentati lill-Bord skond l-artikolu 48(1), għandhom ikunu
miftuħa għall-ispezzjon mill-pubbliku matul dawk il-ħinijiet u mal-
ħlas ta’ dawk id-drittijiet hekk kif il-Ministru jista’ minn żmien
għal żmien jippreskrivi b’regolamenti magħmulin taħt dan l-Att.
Inkjesti. 13. Il-Bord jista’, minn jeddu, jekk ikun jidhirlu li jkun hemm
raġunijiet raġonevoli jew suffiċjenti li hekk jagħmel, u għandu, fuq
l-applikazzjoni ta’ mill-anqas wieħed minn kull għaxra tal-membri
ta’ soċjetà , jew fuq l-applikazzjoni ta’ mhux inqas wieħed minn
kull tlieta tal-membri tal-kumitat ta’ ġestjoni ta’ soċjetà , jew ta’
maġġoranza tal-membri tal-bord ta’ sorveljanza ta’ soċjetà , jekk
ikun hemm, jagħmel inkjesta dwar l-operat jew il-qagħda
finanzjarja ta’ soċjetà ; u kull uffiċjal, impjegat u membru tas-
soċjetà  għandu jipproduċi dawk il-kotba, kontijiet, flus kontanti,
karti u titoli tas-soċjetà  u għandhom jagħtu dak it-tagħrif dwar l-
affarijiet tas-soċjetà  hekk kif il-Bord jew il-persuna li tkun qed
tmexxi l-inkjesta jistgħu jeħtieġu.
Riżultat ta’ 
inkjesta.
14. (1) Jekk xi inkjesta li ssir taħt dan l-Att tiżvela li jkun
hemm xi irregolaritajiet jew ġestjoni ħażina fl-operat ta’ xi soċjetà ,
il-Bord għandu jiġbed l-attenzjoni tas-soċjetà  għal dawk
irregolaritajiet jew ġestjoni ħażina u, jekk is-soċjetà  tkun affiljata
ma’xi soċjetà  sekondarja jew soċjetà  terzjarja jew organizzazzjoni
Apex, għandu jiġbed ukoll l-attenzjoni ta’ dik is-soċjetà  l-oħra jew
organizzazzjoni Apex, u l-Bord jista’ joħroġ ordni ta’ xoljiment kif
provdut fl-artikolu 100.
(2) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1), il-
Bord jista’ jagħmel ordni li tkun tistipula li dik is-soċjetà  jew xi
uffiċjal jieħdu dik l-azzjoni li tista’ tiġi speċifikata fl-ordni fil-
perjodu hemm imsemmi sabiex jiġu rimedjati d-difetti,
irregolaritajiet jew atti ta’ ġestjoni ħażina żvelati fl-inkjesta.
Tqassim ta’ l-
ispejjeż.
15. (1) Meta ssir inkjesta taħt l-artikolu 13, il-Bord jista’
jiddeċiedi li jaqsam l-ispejjeż ta’ l-inkjesta, jew dik il-parti
minnhom li jista’ jqis hekk xieraq, bejn is-soċjetà , il-membri, l-
uffiċjali jew l-uffiċjali ta’ l-imgħoddi tas-soċjetà .
SOĊJETAJIET KOPERATIVI ġ KAP. 442. 7
Kap. 12.
(2) Kull spiża dovuta lill-Bord taħt is-subartikolu (1) għandha
tkun rikuperabbli bħala dejn ċivili bl-istess mod bħallikieku din
kienet inkluża bħala titolu esekuttiv taħt l-artikolu 252 tal-Kodiċi
ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili.
Poteri oħra tal-
Bord.
16. Mingħajr preġudizzju għal kull poter ieħor taħt dan l-Att,
il-Bord ikollu l-poter li -
(a) jippreskrivi xi formola li għandha tintuża għal xi għan
taħt dan l-Att;
(b) jibgħat rappreżentant biex jattendi laqgħat ġenerali u
straordinarji ta’ xi soċjetà  meta jiġi mistieden jagħmel
dan minn dik is-soċjetà .
Pieni 
amministrattivi.
17.  Il-Ministru jista’ jagħmel regolamenti biex jawtorizza lill-
Bord li jimponi penalitajiet jew sanzjonijiet amministrattivi fuq
kull soċjetà  jew uffiċjal tagħha, jew awditur ta’ soċjetà  fil-każ ta’
xi kontravvenzjoni tad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att jew ta’ xi
regolamenti magħmula bis-saħħa tiegħu jew ta’ xi ordni
leġittimament maħruġ mill-Bord bis-saħħa tal-poteri tiegħu taħt
dan l-Att:
Iżda -
(i) il-penalitajiet amministrattivi li jkun provdut
dwarhom taħt dan l-artikolu għandhom ikunu
imposti biss wara li s-soċjetà  jew il-persuna tkun
ġiet avżata bil-miktub bil-ksur tal-liġi jew ta’ xi
ordni u wara li jkun ingħata perijodu ta’ għoxrin
ġurnata mid-data ta’ dak l-avviż biex iressaq l-
ilment tiegħu quddiem il-Bord, u jekk wara dan,
il-Bord jasal għad-deċiżjoni li s-soċjetà  jew il-
persuna jkunu kisru l-provvedimenti ta’ dan l-
Att jew ta’ xi regolament maħruġ taħtu jew ta’ xi
ordni leġittimament maħruġ mill-Bord bis-saħħa
tal-poteri tiegħu taħt dan l-Att;
(ii) il-penalitajiet amministrattivi li jkun provdut
dwarhom taħt dan l-artikolu ma għandhomx
jeċċedu l-ammont ta’ elf lira għal kull ksur u ta’
għaxar liri għal kull jum li matulu jibqa’ jkun
hemm in-nuqqas ta’ osservanza tal-
provvedimenti ta’ dan l-Att jew ta’ xi
regolament maħruġ taħtu;
(iii) il-penalitajiet amministrattivi stipulati fil-
paragrafu (ii) jistgħu permezz ta’ regolamenti
jiżdiedu sa massimu ta’ għaxart elef lira u ta’
ħames mitt lira għal kull jum li matulu jibqa’
jseħħ il-ksur;
Kap. 12. 
(iv) regolamenti magħmula taħt dan l-artikolu
jistgħu jippreskrivu li tali penalitajiet jew
sanzjonijiet amministrattivi jkunu dovuti lill-
Bord bħala dejn ċivili li jikkostitwixxi titolu
eżekuttiv għall-finijiet tat-Titolu VII tat-
Taqsima I tat-Tieni Ktieb tal-Kodiċi ta’
Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili bħallikieku
l-ħlas ta’ l-ammont tal-multa kien ordnat
8 KAP. 442. ħ SOĊJETAJIET KOPERATIVI
b’sentenza ta’ qorti ta’ kompetenza ċivili;
(v) dawk ir-regolamenti jistgħu jkunu wkoll
jippreskrivu kull dritt ta’ appell minn
deċiżjonijiet ta’ l-awtorità  kompetenti li timponi
penalitajiet jew sanzjonijiet amministrattivi.
Użu tal-kelma 
"Koperativa". 
18. (1) Ebda persuna barra minn soċjetà  m’għandha tmexxi
kummerċ jew negozju jew xort’oħra taħdem f’xi qasam taħt xi isem
jew titolu li minnu tkun tagħmel parti l-kelma "Koperativa",
"coop", jewq xi abbrevjazzjoni jew derivattiv oħra tagħhom,
mingħajr l-awtorizzazzjoni bil-miktub tal-Bord.
(2) Kull persuna li tikkontravjeni d-disposizzjonijiet tas-
subartikolu (1) tkun ħatja ta’ reat u teħel, meta tinsab ħatja, multa
ta’ mhux iżjed minn mitejn lira u fil-każ ta’ reat kontinwu multa
oħra ta’ mhux iżjed minn għaxar liri għal kull jum li matulu
jkompli r-reat.
Abbuż ta’ awtorità  
jew ksur ta’ 
fiduċja. 
19. (1) Meta, filwaqt li tkun qed issir il-verifika ta’ soċjetà
taħt id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 45, jew filwaqt li tkun qed
issir inkjesta fl-affarijiet ta’ soċjetà  taħt l-artikolu 13, jew filwaqt li
tkun qed issir il-likwidazzjoni ta’ soċjetà , jkun jidher li xi persuna
li tkun ħadet sehem fl-organizzazzjoni jew fil-ġestjoni ta’ dik is-
soċjetà  jew xi uffiċjal ta’ l-imgħoddi jew tal-preżent tas-soċjetà
jkun għamel użu ħażin jew żamm jew irrenda ruħu responsabbli
għal xi flus jew proprjetà  ta’ dik s-soċjetà  jew kien ħati ta’ abbuż
ta’ awtorità  jew ta’ ksur ta’ fiduċja dwar dik is-soċjetà , il-Bord
jista’, minn jeddu, jew fuq talba tal-stralċjarju jew ta’ xi kreditur
jew kontributur, jagħmel inkjesta jew iġiegħel li ssir inkjesta dwar
l-imġieba ta’ dik il-persuna.
(2) Malli tintemm dik l-inkjesta, il-Bord jista’ jagħmel ordni li
biha jeħtieġ lill-persuna li tkun is-suġġett ta’ dik l-inkjesta li tħallas
lura jew tirrestitwixxi l-flus jew il-proprjetà , jew xi parti minnhom,
b’imgħax b’dik ir-rata, li ma jkunx ogħla mir-rata kummerċjali li
f’dak il-waqt tkun fis-seħħ, hekk kif il-Bord jidhirlu li jkun ekwu,
jew li jikkontribwixxi dik is-somma għall-attiv ta’ dik is-soċjetà
bħala kumpens hekk kif il-Bord jista’ jidhirlu li jkun xieraq biex
jiġi kkumpensat l-użu ħażin, id-diżonestà , l-irregolarità  finanzjarja
jew il-ksur ta’ fiduċja li jirriżulta mill-inkjesta.
(3) Kull ordni li ssir taħt is-subartikolu (2) tkun esegwibbli
mill-Qorti Ċivili jew mill-Qorti tal-Maġistrati (Malta) jew mill-
Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) fil-ġurisdizzjoni superjuri tagħha,
daqslikieku kienet deċiżjoni ta’ dik il-Qorti. Dik l-esekuzzjoni, u
kull mandat adatt sew kawtelatorju sew esekuttiv jew kull xort’oħra
ta’ esekuzzjoni, għandhom isiru fuq rikors li jsir mill-Bord.
(4) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu japplikaw ukoll meta
dak l-għemil ikun wieħed li għalih il-ħati jkollu responsabbiltà
kriminali.
Nuqqas ta’ twettiq 
ta’ dmirijiet.
20. (1) Jekk il-Bord ikun sodisfatt, wara li jsir stħarriġ sew
minnu jew wara li jitqabbad min jagħmlu, li l-kumitat ta’ ġestjoni
ta’ xi soċjetà  ma jkunx qed iwettaq dmirijietu sew, dan jista’
b’ordni ppubblikat fil-Gazzetta -
(a) jissospendi jew jirrestriġi kull jew xi attività  tas-
SOĊJETAJIET KOPERATIVI ġ KAP. 442. 9
soċjetà , għal dak iż-żmien hekk kif jista’ jispeċifika fl-
ordni; u
(b) iwarrab lill-kumitat ta’ ġestjoni tas-soċjetà  u jordna li
l-affarijiet tas-soċjetà  jiġu ġestiti u amministrati minn
kumitat ta’ mhux inqas minn żewġ persuni u manager,
ilkoll maħturin minnu, għal perjodu li ma jeċċedix is-
sena, u li kull allowance u salarju tiegħu għandhom
jitħallsu mill-fondi tas-soċjetà .
(2) Il-poteri mogħtija bis-subartikolu (1) m’għandhomx ikunu
eserċitabbli qabel ma tingħata opportunità  raġonevoli lill-kumitat
ta’ ġestjoni biex jiddikjara għaliex m’għandhiex tittieħed azzjoni
taħt dak l-artikolu, u qabel ma tingħata konsiderazzjoni kif dovuta
għall-oġġezzjonijiet tal-kumitat ta’ ġestjoni.
(3) Il-persuni maħturin taħt is-subartikolu (1)(b) għandhom,
qabel id-data meta l-ħatra tagħhom tintemm, jgħarrfu lill-membri
tas-soċjetà  bir-raġunijiet li jwasslu għall-eżerċizzju tal-poteri taħt
dan l-artikolu, u jagħmlu arranġamenti għall-elezzjoni ta’ kumitat
ta’ ġestjoni ġdid skond l-istatut tas-soċjetà .
(4) Bla ħsara għad-direzzjoni ġenerali u l-kontroll tal-Bord,
kull min ikun maħtur taħt is-subartikolu (1)(b) sabiex jassumi l-
funzjonijiet tal-kumitat ta’ ġestjoni ta’ xi soċjetà  għandu jkollu l-
poteri u d-dmirijiet kollha ta’ kumitat ta’ ġestjoni ta’ soċjetà  li jkun
ġie kostitwit kif dovut.
TAQSIMA III
Formazzjoni u Reġistrazzjoni ta’ Soċjetajiet
Soċjetajiet li 
jistgħu jiġu 
reġistrati.
21. (1) Soċjetà  hi assoċjazzjoni awtonoma ta’ persuni li
jingħaqdu flimkien b’mod volontarju sabiex jikkonformaw mal-
bżonnijiet u l-aspirazzjonijiet tagħhom ekonomiċi, soċjali u
kulturali, inkluż l-impieg, permezz ta’ impriża li tkun proprjetà
konġunta u kkontrollata demokratikament, skond il-prinċipji
koperativi, u li, bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, tista’
tiġi reġistrata mill-Bord bħala soċjetà  koperativa taħt dan l-Att.
(2) Għall-għanijiet tas-subartikolu (1), il-prinċipji koperativi
huma:
L-Ewwel prinċipju - Sħubija volontarja u miftħa:
Il-koperativi huma organizzazzjonijiet volontarji,
miftuħin għal kull min ikun kapaċi juża s-servizzi
tagħhom u jkun lest li jaċċetta r-responsabbiltajiet
tagħhom ta’ sħubija, mingħajr ġeneru, jew
diskriminazzjoni soċjali, razzjali, politika jew
reliġjuża.
It-Tieni prinċipju - Kontroll demokratiku mill-membri:
Il-koperativi huma organizzazzjonijiet demokratiċi
kkontrollati mill-membri tagħhom, li jipparteċipaw
attivament fl-għemil ta’ kull politka u deċiżjoni
tagħhom. Dawk l-irġiel u n-nisa li jaqdu dmirijiethom
bħala rappreżentanti eletti jkunu responsabbli lejn il-
membri. F’koperativi primarji, il-membri jkollhom
jeddijiet ta’ votazzjoni ndaqs - kull membru jkollu vot
10 KAP. 442. ħ SOĊJETAJIET KOPERATIVI
wieħed biss. Koperativi f’livelli oħra jkunu wkoll
organizzati b’mod demokratiku.
It-Tielet prinċipju - Parteċipazzjoni ekonomika tal-
membri:
Il-membri jikkontribwixxu b’mod ekwu, u b’kontroll
demokratiku, il-kapital tal-koperativa tagħhom. Mill-
inqas parti minn dak il-kapital tkun soltu l-proprjetà
komuni tal-koperativa. Il-membri soltu jirċievu
kumpens limitat, jekk ikun il-każ, fuq kapital
sottoskritt bħala kondizzjoni ta’ sħubija. Il-membri
jallokaw kull residwu għal xi jew kull wieħed minn
dawn l-għanijiet: l-iżvilupp tal-koperativa tagħhom,
possibilment bit-twaqqif ta’ riservi, li mill-inqas parti
minnhom ma tkunx diviżibbli; li l-membri
jibbenefikaw fi proporzjon skond it-transazzjonijiet
tagħhom mal-koperativa; u li jiġu appoġġati attivitajiet
oħra approvati mill-membri.
Ir-Raba’ prinċipju - Awtonomija u indipendenza:
Il-koperativi huma organizzazzjonijiet awtonomi u ta’
għajnuna reċiproka kkontrollati mill-membri tagħhom
nfushom. Jekk dawn jagħmlu xi ftehim ma’
organizzazzjonijiet oħra, inkluż il-Gvern, jew
joriġinaw xi kapital minn sorsi esterni, dawn jagħmlu
hekk skond dawk il-pattijiet li jkunu jiżguraw li jkun
hemm kontroll demokratiku mill-membri tagħhom u li
jżommu l-awtonomija koperativa tagħhom.
Il-Ħames prinċipju - Edukazzjoni, taħriġ u
informazzjoni:
Il-koperativi jipprovdu edukazzjoni u taħriġ għall-
membri tagħhom, rappreżentanti eletti, managers u
impjegati sabiex dawn ikunu jistgħu jikkontribwixxu
effettivament għall-iżvilupp tal-koperativi tagħhom.
Huma jgħarrfu lill-pubbliku ġenerali - partikolarment
liż-żgħażagħ u dawk li jiffurmaw il-fehmiet - dwar ix-
xorta u l-benefiċċji li joħorġu mill-koperazzjoni.
Is-Sitt prinċipju - Koperazzjoni fost il-koperativi:
Il-koperativi jaqdu lill-membri tagħhom bil-mod l-
iktar effettiv u jsaħħu l-moviment koperativ billi
jaħdmu flimkien permezz ta’ strutturi lokali,
nazzjonali, reġjonali u internazzjonali.
Is-Seba’ prinċipju - Interessi appartenenti lill-
komunità :
Il-koperativi jaħdmu biex jiksbu l-iżvilupp sostenibbli
tal-komunitajiet tagħhom permezz ta’ kull politka
approvata mill-membri tagħhom.
(3) Il-prinċipji msemmija fis-subartikolu (2) m’għandhomx
ikunu direttament esegwibbli f’xi qorti jew tribunal, iżda
għandhom jiħu segwiti fl-interpretazzjoni u fl-implimentazzjoni ta’
dan l-Att u ta’ kull regolament magħmul taħtu.
Formazzjoni. 22. (1) Kull min ikun jixtieq jifforma soċjetà  jista’ jitlob lil xi
SOĊJETAJIET KOPERATIVI ġ KAP. 442. 11
uffiċjal tal-Bord li jgħinu fil-formazzjoni tas-soċjetà  proposta.
(2) Soċjetà  tiġi reġistrata taħt dan l-Att:
(a) meta s-soċjetà  proposta tkun soċjetà  primarja, jekk l-
għadd ta’ membri fundaturi jkun ta’ mill-inqas ħamsa
min-nies li jkunu jikkwalifikaw għas-sħubija f’soċjetà
primarja skond l-artikolu 53:
Iżda, fil-każ ta’ soċjetajiet primarji fejn l-għadd
ta’ membri fundaturi jkun ta’ iktar minn ħamsa, il-
membri fundaturi għandhom debitament jeleġġu mill-
inqas tliet individwi minn fosthom sabiex joqogħdu
fil-kumitat ta’ ġestjoni tas-soċjetà  proposta;
(b) meta s-soċjetà  proposta tkun soċjetà  sekondarja, jekk
il-membri fundaturi jkunu jikkonsistu f’mill-inqas
żewġ soċjetajiet primarji;
(ċ) meta s-soċjetà  proposta tkun soċjetà  terzjarja, jekk il-
membri fundaturi jkunu jikkonsistu f’mill-inqas żewġ
soċjetajiet, li minnhom almenu waħda tkun soċjetà
sekondarja:
Iżda fil-każ ta’ soċjetajiet sekondarji jew terzjarji, l-
membri fundaturi għandhom debitament jeleġġu mill-inqas tliet
individwi, li jkunu konvenjentement rappreżentattivi tal-membri
fundaturi, sabiex ikunu l-ewwel kumitat ta’ ġestjoni tas-soċjetà .
(3) Soċjetà  prinċipali jsta’ jkollha skond il-liġi kumpannija
sussidjarja, sakemm jitwettqu dawn il-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a) l-għanijiet tal-kumpannija sussidjarja jservu biex
iwettqu, jippromwovu, jikkomplementaw jew
javvanzaw l-għanijiet tas-soċjetà  prinċipali;
(b) ikun hemm f’posthom miżuri adegwati sabiex
jiżguraw li l-membri tas-soċjetà  prinċipali jinżammu
adegwatament informati bil-ħidmiet u t-twettiq tal-
kumpannija sussidjarja; u
(ċ) ikun hemm f’posthom miżuri adegwati sabiex
jiżguraw li jkunu qegħdin jiġu eserċitati l-poteri tas-
soċjetà  prinċipali dwar il-kumpannija sussidjarja, fil-
qies ta’ dak li s-soċjetà  prinċipali tkun tixtieq li jiġri.
Il-membri 
fundaturi.
23. Il-membri fundaturi ta’ soċjetà , jew ir-rappreżentanti
debitament eletti tagħhom, għandhom -
(a) jistabbilixxu xi tkun ix-xorta ta’ soċjetà  li għandha tiġi
ffurmata u jabbozzaw l-għanijiet tagħha;
(b) jikkalkolaw kemm x’aktarx ser ikun hemm membri u
x’volum ta’ kummerċ ser ikun hemm;
(ċ) jagħmlu studju dwar il-possibilitajiet ta’ aspetti
ekonomiċi u prattiċi ta’ l-attivitajiet li jkunu ser jiġu
ġestiti mis-soċjetà  proposta;
(d) iħejju, fuq il-bażi ta’ l-istudju msemmi fil-paragrafu
(ċ), u f’dik il-forma li l-Bord jista’ jeħtieġ,
dikjarazzjoni ta’ vijabbiltà  biex tiġi ppreżentata
quddiem il-Bord;
12 KAP. 442. ħ SOĊJETAJIET KOPERATIVI
(e) jagħmlu lista ta’ membri prospettivi u record tal-
kontribuzzjonijiet kapitali probabbli fl-għamla ta’
azzjonijiet;
(f) jorganizzaw laqgħat edukattivi biex jiddiskutu s-
soċjetà  proposta, il-ħidmiet tagħha u l-benefiċċji li
jkunu se jinkisbu mill-membri tagħha;
(g) iħejju statut kif dovut għas-soċjetà  proposta; u
(h) jagħmlu dawk il-funzjonijiet l-oħra li jkunu meħtieġa
sabiex tiġi ppreżentata applikazzjoni għar-
reġistrazzjoni tas-soċjetà  proposta.
Isem soċjetaċ  
reġistrata. 
24. (1) Ebda soċjetà  m’għandha tkun reġistrata b’isem li fil-
fehma tal-Bord tal-Koperativi ma jkunx mixtieq jew ikun offensiv
jew li jkun jista’ joħloq konfuiżjoni ma’ impriżi oħra kummerċjali
jew ma’ xi tip ta’ impriżi oħra.
(2) Kull soċjetà  għandhu jkollha -
(a) il-kelma "koperativa" jew it-taqsira "kop" bħala parti
minn isimha; u 
(b) il-kelma "limitata" jew it-taqsira "ltd." fit-tarf ta’
isimha.
Poteri u dmirijiet 
tal-membri 
fundaturi. 
25. Meta l-Bord jkun irreġistra soċjetà  skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, il-membri fundaturi jew ir-
rappreżentanti tagħhom debitament eletti kif stipulat fl-artikolu 22,
jitqiesu li jkollhom il-poteri u d-dmirijiet kollha ta’ kumitat ta’
ġestjoni kif provdut fl-artikolu 74.
Applikazzjoni 
għar-
reġistrazzjoni.
26. (1) Kull applikazzjoni għar-reġistrazzjoni għandha tiġi
ppreżentata lill-Bord fil-forma murija fl-Ewwel Skeda. Din
għandha tkun iffirmata -
(a) fil-każ ta’ soċjetà  primarja, mill-inqas minn ħames
persuni, li kollha jikkwalifikaw għal sħubija ta’ soċjetà
primarja u jkunu membri prospettivi tas-soċjetà ;
(b) fil-każ ta’ soċjetà  sekondarja, minn individwi
debitament awtorizzati għaldaqshekk minn mhux inqas
minn żewġ soċjetajiet li jkunu jikkwalifikaw għal
sħubija ta’ soċjetà  sekondarja u jkunu membri
prospettivi tas-soċjetà ; u
(ċ) fil-każ ta’ soċjetà  terzjarja, minn individwi debitament
awtorizzati għaldaqshekk minn mhux inqas minn żewġ
soċjetajiet li jkunu jikkwalifikaw għal sħubija ta’
soċjetà  terzjarja u jkunu membri prospettivi tas-
soċjetà.
(2) L-applikazzjoni għandu jkollha magħha - 
(a) kopja ta’ l-istatut, iffirmati mill-membri
dikjarazzjonijietvi kollha;
(b) kopja ta’ l-istudju dwar il-possibililtajiet bħalma
hemm imsemmi fl-artikolu 23(ċ), u li jsir minn
persuna li, fil-fehma tal-Bord, tkun kompetenti għal
dak l-għan.
SOĊJETAJIET KOPERATIVI ġ KAP. 442. 13
Informazzjoni 
addizzjonali. 
27. (1) Il-Bord jista’ jeħtieġ lill-applikanti li jagħtuh dak it-
tagħrif l-ieħor dwar s-soċjetà  dwar:
(a) il-ħtieġa ekonomika jew ta’ xort’oħra għall-
formazzjoni tas-soċjetà ;
(b) ix-xogħol edukattiv u konsultattiv li jkollu x’jaqsam
ma’ kull prinċipju u attività  tal-koperativi li jkunu diġà
qed isiru fost l-applikanti għar-reġistrazzjoni u l-
membri prospettivi;
(ċ) jekk ikunx hemm kapital biżżejjed, skond regolamenti
li jistgħu jiġu preskritti taħt dan l-artikolu, biex jibda
x-xogħol;
(d) jekk ikunx hemm uffiċjali, inkluża tmexxija
professjonali, li jkollhom il-ħila meħtieġa li jagħtu
direzzjoni u jiġġestixxu l-affarijiet tas-soċjetà  u li
jżommu dawk ir-records u kontijiet għas-soċjetà  hekk
kif il-Bord jista’ jeħtieġ; u
(e) kull informazzjoni addizzjonali oħra li l-Bord jista’
jqis li tkunx adatta.
(2) Il-Bord, jekk wara li jkun irċeva applikazzjoni għar-
reġistrazzjoni ta’ soċjetà  koperativa skond il-ħtiġiet ta’ dan l-Att, u
wara li jkun ġie sodisfatt li s-soċjetà  proposta ma tkunx mħtieġa li
tippreżenta iktar informazzjoni dwar ir-reġistrazzjoni possibbli
tagħha, jista’ - 
(a) jirrofta dik l-applikazzjoni, billi jispeċifika r-raġunijiet
għal dik id-deċiżjoni u jikkomunika dawk ir-raġunijiet
lill-proponenti; jew
(b) provviżorjament jirreġistra s-soċjetà  proposta taħt l-
artikolu 28; jew
(ċ) jirreġistra għalkollox lis-soċjetà  proposta taħt l-
artikolu 29.
(3) Fl-eserċizzju tal-poteri tiegħu taħt dan l-artikolu, il-Bord
għandu jqis iċ-ċirkostanzi kollha tal-każ, inkluża l-abbiltà  tal-
membri fundaturi proposti li jmexxu ’l quddiem il-proġett, l-
għanijiet proposti tas-soċjetà  u l-mod ta’ tħaddim propost.
Reġistrazzjoni 
provviżorja.
28. (1) Mingħajr preġudizzju għall-artikolu 29(3) u għall-
provvedimenti ta’ dan l-Att, meta l-Bord tal-Koperativi jkun
sodisfatt li soċjetà  proposta m’għandhiex tiġi reġistrata taħt dan l-
Att meta ssir l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni, dan jista’, jekk
ikun tal-fehma li passi jistgħu jittieħdu u jkunu ser jittieħdu
b’diliġenza mill-persuni li minnhom jew f’isimhom issir l-
applikazzjoni għar-reġistrazzjoni biex jitħarsu l-kondizzjonijiet
kollha għar-reġistrazzjoni, jirreġistra provviżorjament lis-soċjetà
proposta għal perjodu li ma jkunx itwal minn tmintax-il xahar, u
bla ħsara għat-tħaris tagħha ta’ dawk il-pattijiet u l-kondizzjonijiet,
hekk kif il-Bord jista’ jistabbilixxi.
(2) Soċjetà  li tkun ġiet reġistrata provviżorjament ikollha, bla
ħsara għal dan l-artikolu u għal kull patt u kondizzjoni imposti
mill-Bord taħt is-subartikolu (1), il-jedd li topera bħala soċjetà
reġistrata, u filwaqt li jkollha dak il-jedd li topera ikollha l-istatus u
14 KAP. 442. ħ SOĊJETAJIET KOPERATIVI
l-poteri ta’ soċjetà  reġistrata.
(3) Soċjetà  li tkun reġistrata provviżorjament taħt dan l-
artikolu għandha tieħu ħsieb li l-fatt li hi reġistrata provviżorjament
jingħad b’ittri li jinqraw sew fuq il-kontijiet, il-karti ta’ l-ittri, l-
avviżi, ir-reklami u l-pubblikazzjonijiet uffiċjali l-oħra kollha tas-
soċjetà  u b’mod iktar partikolari fuq tabella li titqiegħed f’post fejn
jidher sew barra kull post mnejn tkun topera.
(4) Il-Bord jista’ f’kull żmien iħassar ir-reġistrazzjoni
provviżorja ta’ soċjetà  b’avviż bil-miktub indirizzat lis-soċjetà  u
dak it-tħassir ikollu seħħ daqs rifjut li s-soċjetà  tiġi reġistrata, u s-
soċjetà  għandha mid-data tan-notifika ta’ l-avviż ittemm milli tkun
soċjetà  reġistrata.
(5) Meta soċjetà  ttemm milli tkun soċjetà  reġistrata taħt is-
subartikolu (4), il-Bord jista’ jaħtar persuna kompetenti biex tkun l-
istralċjarju tas-soċjetà  skond l-artikolu 100(4); iżda l-validità  ta’
kull transazzjoni li tkun saret mis-soċjetà  jew magħha filwaqt li
kienet reġistrata provviżorjament m’għandhiex tiġi milquta b’dan
kollu.
(6) Jekk, f’xi żmien matul il-perjodu ta’ reġistrazzjoni
provviżorja, il-Bord ikun sodisfatt li s-soċjetà  tħares il-ħtiġiet u l-
kondizzjonijiet kollha għar-reġistrazzjoni, dan jista’ jirreġistra lis-
soċjetà  taħt l-artikolu 29, u malli dan dik s-soċjetà  titqies li tkun
ġiet hekk reġistrata fid-data tar-reġistrazzjoni provviżorja tagħha, u
d-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-artikolu jtemmu milli
japplikaw għal dik s-soċjetà .
(7) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar l-
Interpretazzjoni dwar ir-responsabbiltà  ta’ membri ta’
assoċjazzjoni għal kontravvenzjonijiet, meta soċjetà  tikser xi
waħda mid-disposizzjonijiet tas-subartikolu (3), tkun ħatja ta’ reat
u teħel, meta tinsab ħatja, multa ta’ mhux iżjed minn ħamsin lira, u
fil-każ ta’ reat kontinwu multa ulterjuri ta’ mhux iżjed minn għaxar
liri għal kull ġurnata li matulha jkompli r-reat.
Reġistrazzjoni ta’ 
soċjetaċ .
29. (1) Meta l-Bord ikun sodisfatt li soċjetà  tkun ħarset id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, li l-istatut propost tagħha b’ebda
mod ma jkun jikkontravjeni dawk id-disposizzjonijiet, li l-
koperativa proposta x’aktarx tkun waħda vijabbli, u li t-tmexxija
proposta tal-koperativa tkun waħda adatta, għandu jirreġistra lis-
soċjetà  u l-istatut tagħha.
(2) Mar-reġistrazzjoni għalkollox jew mar-reġistrazzjoni
provviżorja ta’ soċjetà , il-Bord għandu joħroġ ċertifikat ta’
reġistrazzjoni kif adatt u għandu jieħu ħsieb li l-fatt tar-
reġistrazzjoni jiġi ppubblikat fil-Gazzetta.
(3) Soċjetajiet li jkunu mwaqqfa skond l-iskemi koperativi
żviluppati mill-Gvern għal impjegati pubbliċi għandhom ikunu
reġistrati f’reġistru separat, li jkun identifikat għaldaqshekk b’mod
ċar. F’dawk il-każijiet ikun il-Ministru li f’konsultazzjoni mal-
Bord jistabbilixxi għal kemm żmien iddum reġistrazzjoni
provviżorja bħal dik.
Ċertifikat ta’ 
reġistrazzjoni. 
30. Ċertifikat ta’ reġistrazzjoni ffirmat f’isem il-Bord ikun
prova konklużiva li s-soċjetà  msemmija fih tkun debitament
SOĊJETAJIET KOPERATIVI ġ KAP. 442. 15
reġistrata jew reġistrata provviżorjament, kemm-il darba ma jiġix
ppruvat li r-reġistrazzjoni jew ir-reġistrazzjoni provviżorja tas-
soċjetà  tkun ġiet imħassra jew mitmuma.
TAQSIMA IV
Organizzazzjoni u Dmirijiet ta’ Soċjetajiet
Enti legali.
tkun reġistrata u tkun korp magħqud, li jkollu s-setgħa li jżomm
proprjetà  mobbli u immobbli, li jagħmel kuntratti, li jħarrek u jiġi
mħarrek, u li jagħmel dak kollu li jkun meħtieġ għall-għanijiet li
għalihom ikun ġie mwaqqaf.
Difetti.
uffiċjal tas-soċjetà  ma jitqiesx li jkun invalidu kontra terzi
minħabba biss li jkun hemm xi difett fil-kostituzzjoni tas-soċjetà
jew tal-kumitat ta’ tmexxija jew fil-ħatra jew fl-elezzjoni ta’ xi
uffiċjal jew minħabba f’li dak l-uffiċjal ma kellux il-kwalifika għal
dik il-ħatra.
Formazzjoni ta’ 
soċjetajiet 
sekondarji jew 
terzjarji jew 
kumpanniji 
sussidjarji. 
33. (1) Soċjetajiet jistgħu jifformaw soċjetajiet sekondarji,
soċjetajiet terzjarji u kumpanniji sussidjarji.
(2) L-għan ta’ soċjetajiet sekondarji u ta’ soċjetajiet terzjarji
jkun li jiffaċilita, jikkordina, jippromwovi u jkattar l-
operazzjonijiet konġunti ta’ dawk is-soċjetajiet li jkunu membri
tagħhom.
Reġistrazzjoni ta’ 
l-istatut.
34. (1) L-istatut ta’ soċjetà , inkluża kull emenda li tkun saret
fih, għandu jiġi reġistrat mill-Bord.
(2) L-istatut ta’ soċjetà  għandu jipprovdi dwar l-affarijiet
elenkati fit-Tieni Skeda.
Emenda għall-
istatut.
35. (1) Kull soċjetà  tista’, bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’
dan l-Att, temenda l-istatut tagħha.
(2) Emenda li tibdel l-isem tas-soċjetà  ma tolqot ebda dritt jew
obbligazzjoni tas-soċjetà  jew ta’ xi membru jew membru passat
tagħha, u kull proċediment legali li jkun pendenti jista’ jitkompla
minn jew kontra s-soċjetà  taħt l-isem il-ġdid tagħha.
(3) Emenda għall-istatut ta’ soċjetà  ma jkollhiex effett qabel
ma tkun ġiet reġistrata mill-Bord.
(4) Emenda għall-istatut ta’ soċjetà  ma jkunx validu u
għaldaqstant m’għandux jiġi reġistrat mill-Bord kemm-il darba - 
(a) riżoluzzjoni biex temenda l-istatut ma tkunx għaddiet
minn mhux inqas minn tlieta minn kull erba’ membri,
jew dik il-maġġoranza oħra ogħla li tista’ tiġi stipulata
fl-istatut, preżenti u li jivvotaw f’laqgħa ġenerali
msejħa kif imiss għaldaqshekk; u
(b) ma jkunx ingħata avviż lill-membri ta’ inqas minn
ħmistax-il jum dwar l-emenda proposta u dwar il-
laqgħa.
(5) Kopja ta’ kull emenda għall-istatut ta’ soċjetà  debitament
mgħoddija kif imsemmi hawn aktar qabel, għandha tkun iffirmata
mill-President jew mill-Viċi President u minn xi membru ieħor tal-
kumitat ta’ tmexxija ta’ soċjetà , u tingħata lill-Bord għar-
16 KAP. 442. ħ SOĊJETAJIET KOPERATIVI
reġistrazzjoni, flimkien ma’ kopja ta’ l-istatut rivedut u aġġornat
kif emendat mill-imsemmija soċjetà .
(6) Il-Bord għandu jirreġistra emenda għall-istatut jekk ikun
sodisfatt li l-emenda b’ebda mod ma tikser xi waħda mid-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att.
(7) Jekk il-Bord jirrofta li jirreġistra emenda għal statut, dan
għandu jgħarraf lis-soċjetà  bid-deċiżjoni tiegħu bil-miktub flimkien
mar-raġunijiet għaliex ikun qiegħed jirrofta.
(8) Meta l-Bord jirreġistra emenda għall-istatut ta’ soċjetà , dan
għandu jippubblika fil-Gazzetta avviż li dak l-istatut ikun ġie hekk
emendat.
L-istatut jorbot lill-
membri.
36. (1) L-istatut ta’ soċjetà , inklużi l-emendi li jsirulu,
għandhom, ġaladarba reġistrati, jorbtu lis-soċjetà  u lill-membri
tagħha daqslikieku jkunu ġew iffirmati minn kull membru.
(2) Membru ta’ soċjetà  m’għandux, jekk qabel ma jkunx
inkiseb il-kunsens tiegħu bil-miktub, ikun marbut b’xi emenda ta’
l-istatut tas-soċjetà  li jkunu ġew reġistrati wara li hu jkun sar
membru, jekk u safejn dik l-emenda tkun teħtieġu jieħu jew
jissottoskrivi għal aktar ishma minn dak l-għadd miżmum minnu
fid-data tar-reġistrazzjoni ta’ l-emenda, jew li jħallas fuq l-ishma
hekk miżmuma xi somma ta’ flus li tkun iżjed mill-ammont li jkun
għadu mhux imħallas fuqhom f’dik id-data, jew b’xi mod tiżdied ir-
responsabbiltà  ta’ dak il-membru biex jikontribwixxi għall-kapital
ta’ l-isħma jew għall-kapital ta’ self tas-soċjetà .
(3) Kull kwistjoni li tinqala’, dwar xi waħda mill-affarijiet
imsemmija fl-artikolu 109, għandha, jekk tkun inkluża fl-istatut ta’
soċjetà , jew jekk ikun hemm qbil fuqha bejn il-partijiet involuti fit-
tilwima, tiġi riferita għall-arbitraġġ minn arbitru li jinħatar mill-
President taċ-Ċentru ta’ l-Arbitraġġ ta’ Malta, f’liema każ il-
membri tas-soċjetà  għandhom jikkonformaw ruħhom skond il-lodi
li jingħata mill-arbitru. Is-sħubija f’soċjetà  awtomatikament
timplika ftehim taċitu, min-naħa tal-membru, li jkun se joqgħod
għall-arbitraġġ kif hawn aktar qabel imsemmi.
Indirizz reġistrat. 37. (1) Kull soċjetà  għandu jkollha indirizz reġistrat skond
dan l-Att li fih għandhom jintbagħtu l-avviżi u l-
komunikazzjonijiet kollha.
(2) Bdil fl-indirizz għandu jiġi avżat lill-Bord. Il-Bord għandu
jara li l-indirizz il-ġdid jiġi reġistrat bħala l-indirizz reġistrat tas-
soċjetà  u li jiġi ppubblikat fil-Gazzetta.
Reġistru tal-
membri u ta’ l-
ishma.
38. (1) Kull soċjetà  għandħa żżomm reġistru tal-membri, u
reġistru ta’ l-ishma miżmuma minn kull membru.
(2) Ir-reġistru tal-membri u ta’ l-ishma jkun prova prima facie
tal-partikolaritajiet li ġejjin imniżzlin fih:
(a) id-data li fiha isem xi persuna jkun ġie mniżżel f’dak
ir-reġistru bħala membru;
(b) id-data li fiha xi tali persuna ma tkunx baqgħet
membru; u
(ċ) l-għadd ta’ ishma miżmuma minn xi membru.
SOĊJETAJIET KOPERATIVI ġ KAP. 442. 17
Spezzjon ta’ l-
istatut. 
39. (1) Kull soċjetà  għandha, fl-indirizz reġistrat tas-soċjetà ,
żżomm miftuħa għall-ispezzjon għall-membri tagħha, mingħajr
ebda ħlas, f’kull ħin raġonevoli kopja debitament aġġornata ta’ l-
istatut tagħha, kopja ta’ dan l-Att u lista tal-membri li
jikkomponuha.
(2) Fi tmiem Diċembru ta’ kull sena, jew f’intervalli li jiġu
iktar qabel hekk kif il-Bord jista’ minn żmien għal żmien jeħtieġ,
kull soċjetà  għandha tingħat lista aġġornata tal-membri tagħha lill-
Bord. Dawk il-listi għandhom ikunu miftuħa għall-ispezzjon tal-
pubbliku fl-uffiċċju tal-Bord.
Bejgħ jew 
provdiment ta’ 
oġġetti.
40. (1)  Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ kull liġi oħra, soċjetà
li l-attività  prinċipali tagħha tkun tikkonsisti fil-bejgħ jew fix-xiri
jew il-provdiment ta’ xi oġġett u, jew servizz, tista’ tipprovdi fl-
istatut tagħha, jew inkella xort’oħra tista’ tikkuntratta mal-membri
tagħha, li:
(a) kull tali membru li jipproduċi dawk l-oġġetti jew li
jipprovdi dawk is-servizzi għandu jiddisponi minn,
jew xort’oħra jirranġa għad-disponiment ta’ kull
ammont jew xi ammont jew proporzjon speċifikat, ta’
dawk l-oġġetti jew servizzi lil jew permezz tas-soċjetà
b’mod konformi ma’ kull ftehim jew arranġament li
jsir bejn is-soċjetà  u terzi;
(b) kull tali membru għandu jixtri mingħand is-soċjetà  l-
materjal meħtieġ mill-membru għall-fini jew
f’konnessjoni mal-produzzjoni ta’ dawk l-oġġetti jew
il-provdiment ta’ dawk is-servizzi, f’kull ammont jew
f’xi ammont jew proporzjon speċifikat, mis-soċjetà :
Kap. 379.
B’dan illi dawk ir-regoli jew obbligazzjonijiet għandhom
ikunu direttament relatati, meħtieġa u proporzjonali għat-twaqqif u
ħidma siewja ta’ dik is-soċjetà  kif ukoll li l-kompatibilità  ta’ dawk
l-istess regoli u obbligazzjonijiet mad-disposizzjonijiet ta’ l-Att
dwar il-Kompetizzjoni għandha, f’kull każ, tkun evalwata flimkien
ma’, u fil-kuntest tal-kondizzjonijiet ekonomiċi prevalenti fis-suq
relattiv b’mod partikolari mas-saħħa fis-suq li jkollha s-soċjetà
konċernata.
(2) L-istatut, jew il-kuntratt, kif ikun il-każ, jista’ wkoll
jipprovdi għal kull penali raġonevoli u proporzjonata jew għal kull
konsegwenza oħra li membru ta’ soċjetà  li jikser id-disposizzjoni
msemmija fis-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu jista’ jeħel.
Penali 
dixxiplinarji.
41. L-istatut ta’ soċjetà  jista’ jipprovdi għall-imposizzjoni ta’
penali ta’ flus fuq il-membri tagħha għal kull ksur tar-regoli ta’ l-
istatut, iżda ebda tali penali ta’ flus ma għandha tiġi imposta fuq xi
membru qabel jingħata avviż bil-miktub tal-ħsieb li tiġi imposta l-
penali u r-raġuni għal dan tkun ġiet lilu notifikata u jkun ingħata
opportunità  li jinstema’ jew xort’oħra li jagħti r-raġuni għaliex il-
penali ta’ flus m’għandhiex tiġi imposta.
18 KAP. 442. ħ SOĊJETAJIET KOPERATIVI
Privileġġi.
Kap. 16.
42. (1) Mingħajr preġudizzju għal xi liġi oħra li tgħid il-
kuntrarju, meta soċjetà  tkun ipprovdiet lil xi membru xi materjal,
tagħmir, fondi jew servizzi direttament relatati ma’ l-attivitajiet
ġestiti mis-soċjetà , is-soċjetà  jkollha privileġġ speċjali fuq dak il-
materjal, tagħmir, fondi jew servizzi li jiġu prodotti bihom jew
minnhom jew bis-saħħa ta’ dawk il-fondi jew servizzi; dak il-
privileġġ ikollu preċedenza sew sew flimkien mal-privileġġ
imsemmi fl-artikolu 2009 tal-Kodiċi Ċivili:
Iżda ebda ħaġa li tinsab f’dan is-subartikolu m’għandha
tolqot id-drittijiet ta’ xi xerrej jew akkwirent bonafidi.
Kap.16.
(2) Soċjetà  jkollha privileġġ speċjali fis-sehem jew interess
ieħor fil-kapital u fid-depożiti ta’ membru jew membru ta’ l-
imgħoddi jew membru li jkun miet u f’kull dividend, rimbors fost
il-patrunat, jew xi somma oħra li jkollha titħallas lil xi membru jew
membru ta’ l-imgħoddi jew lill-werrieta ta’ xi membru li jkun miet
dwar xi dejn dovut lis-soċjetà  mingħand dak il-membru jew
membru ta’ l-imgħoddi jew werrieta, u tista’ tpaċi kull dejn bħal
dak minn kull somma akkreditata jew li jkollha titħallas lil xi
membru jew membru ta’ l-imgħoddi jew werrieta ta’ membru li
jkun miet kif imsenni hawn aktar qabel. Dak il-privileġġ ikollu l-
istess preċedenza bħal privileġġ imsemmi fl-artikolu 2009(a) tal-
Kodiċi Ċivili.
Trasferiment ta’ 
ishma. 
43. Mal-mewt ta’ xi membru, soċjetà  tista’ tittrasferixxi s-
sehem jew l-interess l-ieħor tal-membru li jkun miet lill-persuna li
jkollha dritt għal dak is-sehem jew interess skond il-liġi jew tħallas
lil dik il-persuna ammont li jkun jirrappreżenta l-valur nominali
tas-sehem jew l-interess ta’ dak il-membru kif jiġi stabbilit skond l-
istatut tas-soċjetà:
Iżda meta l-eredi tal-membru li jkun miet, jew f’każ illi
hemm aktar minn eredi wieħed, dak l-eredi li jiġi appuntat
minnhom, ikun eliġibbli għal sħubija fis-soċjetà , tali eredi jkollu d-
dritt li jitlob u li jikseb sħubija fis-soċjetà  u li jkun reġistrat bħala
membru f’ismu stess.
Kopji ta’ 
reġistrazzjoni-jiet 
fi ktieb. 
44. (1) Kopja ta’ kull reġistrazzjoni fi ktieb ta’ soċjetà
miżmum regolarment fil-kors tan-negozju, għandu, jekk ikun
ċertifikat kif imiss kif provdut fis-subartikolu (2), ikun prova prima
facie f’kull proċediment legali, ċivili jew kriminali, ta’ l-eżistenza
ta’ dik ir-reġistrazzjoni u ta’ l-affarijiet, transazzjonijiet u kontijiet
hemm reġistrati f’kull każ meta, u bl-istess mod bħallikieku, r-
reġistrazzjoni oriġinali nnifisha tkun waħda ammissibbli.
(2) Il-kopja ta’ reġistrazzjoni fil-ktieb ta’ soċjetà  għandha tkun
ċertifikata permezz ta’ dikjarazzjoni bil-miktub fuq in-naħa t’isfel
ta’ dik il-kopja fejn jingħad li dik tkun kopja vera ta’ dik ir-
reġistrazzjoni u li l-ktieb li jkun fih dik ir-reġistrazzjoni jkun għadu
taħt il-kustodja tas-soċjetà ; dik id-dikjarazzjoni għandha ġġib id-
data u tkun iffirmata mill-President u s-segretarju tas-soċjetà .
(3) Ebda uffiċjal ta’ xi soċjetà  m’għandu, f’xi proċediment
legali li fihom is-soċjetà  jew l-istralċjarju tas-soċjetà  ma jkunx
parti, ikun imġiegħel jipproduċi xi ktieb jew kotba tas-soċjetà , li l-
kontenut tagħhom jista’ jiġi ppruvat skond is-subartikolu (1) jew li
jidher bħala xhud biex jipprova xi ħaġa, transazzjoni jew kont li
SOĊJETAJIET KOPERATIVI ġ KAP. 442. 19
hemm ikunu reġistrati, kemm-il darba l-qorti ma tordnax dan għal
raġunijiet speċjali.
Dikjarazzjonijiet 
finanzjarji.
45. (1) Il-dikjarazzjonijiet finanzjarji ta’ kull soċjetà
għandhom ikunu verifikati mill-anqas darba fis-sena minn awditur
jew awdituri maħtura f’kull laqgħa ġenerali li fiha jiġu ppreżentati
dikjarazzjonijiet finanzjarji verifikati. Dawk l-awdituri għandhom
jibqgħu fil-kariga minn tmiem dik il-laqgħa ġenerali sal-laqgħa
ġenerali li jkun imiss li fihom jiġu ppreżentati dikjarazzjonijiet
finanzjarji verifikati. Id-dritt għall-verifika għandu jiġi approvat
fil-laqgħa ġenerali.
Kap. 281.
(2) Għall-finijiet ta’ dan l-Att, awditur tfisser persuna li tkun
individwu li jkollu warrant biex jagħmilha ta’ awditur li jinħariġlu
taħt l-Att dwar il-Professjoni ta’ l-Accountancy, jew tkun soċjetà
ta’ awdituri debitament reġistrata taħt l-Att imsemmi.
(3) Kull soċjetà  għandha taħtar, u tieħu ħsieb li f’kull waqt
ikun hemm maħtura, persuna kwalifikata u awtorizzata kif hawn
qabel imsemmi biex tkun awditur tas-soċjetà . L-ewwel awditur ta’
soċjetà  jista’ jkun maħtur mill-kumitat ta’ tmexxija tas-soċjetà  ma’
l-ewwel opportunità  u definittivament qabel l-ewwel laqgħa
ġenerali annwali tas-soċjetà  li fiha jiġu ppreżentati l-kontijiet ta’
kull sena, u l-awditur hekk maħtur għandu jibqa’ fil-kariga sakemm
tintemm dik il-laqgħa.
(4) Il-kumitat ta’ tmexxija għandu, f’kull waqt qabel il-laqgħa
ġenerali ta’ soċjetà  li fiha l-kontijiet ta’ kull sena jiġu ppreżentati,
jimla vakanza każwali fl-uffiċċju ta’ l-awditur:
Iżda meta soċjetà  tkun qegħda tagħmel il-laqgħa ġenerali
tagħha, din tista’ timla vakanza każwali bħal dik dak il-ħin stess.
(5) Jekk ma jinħatar jew jerġa’ jinħatar ebda awditur mill-
kumitat ta’ tmexxija jew mil-laqgħa ġenerali ta’ soċjetà  kif ikun
meħtieġ bid-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-artikolu,
għaldaqshekk il-Bord jista’, meta ssirlu applikazzjoni minn xi
membru tas-soċjetà , jaħtar awditur biex jimla dik il-vakanza.
Skwalifika.
jżomm il-kariga ta’ awditur ta’ soċjetà  min, jekk ikun individwu,
f’xi żmien matul it-tliet snin preċedenti -
(a) kien uffiċjal, membru jew impjegat tas-soċjetà ; jew
(b) kien membru, prinċipal jew impjegat ta’ xi uffiċjal tas-
soċjetà ; jew
(ċ) kien membru jew impjegat ta’ impjegat tas-soċjetà ;
jew
(d) jkun jiġi bid-demm jew bil-qrubija biż-żwieġ fil-linja
diretta, jew, sat-tielet grad, fil-linja kollaterali, minn xi
uffiċjal tas-soċjetà .
Poteri ta’ l-
awditur.
47. L-awdituri ta’ soċjetà  -
(a) għandu jkollhom aċċess f’kull waqt għar-records ta’
kontijiet tas-soċjetà , kontijiet u riċevuti;
(b) għandhom jeħtieġu mingħand l-uffiċjali tas-soċjetà  dik
l-informazzjoni u dawk l-ispjegazzjonijiet li jaħsbu li
20 KAP. 442. ħ SOĊJETAJIET KOPERATIVI
jkunu neċessarji għat-twettiq ta’ dmirijiethom bħala
awdituri;
(ċ) għandhom jirċievu kull nota dwar, u komunikazzjoni
oħra li tkun tirrigwarda, xi laqgħa ġenerali li membru
tas-soċjetà  jkollu jedd li jirċievi; 
(d) għandhom jattendu xi laqgħa ġenerali tas-soċjetà ; u
(e) għandhom jinstemaw f’xi laqgħa ġenerali li huma
jattendu għaliha fuq kull parti mill-aġenda tal-laqgħa li
tkun ta’ interess għalihom bħala awdituri.
(2) Uffiċjal ta’ soċjetà  li, xjentement jew bla ħsieb, jagħmel
dikjarazzjoni lill-awdituri tas-soċjetà , sew bil-miktub sew bil-
fomm, li tgħaddi jew ikollha l-ħsieb li tgħaddi xi informazzjoni jew
spjegazzjonijiet li l-awdituri jkunu jeħtieġu, jew ikollhom jedd li
jeħtieġu, bħala awdituri tas-soċjetà , li jkunu qarrieqa jew foloz f’xi
dettall partikolari, jkun ħati ta’ reat taħt dan l-Att.
(3) Soċjetà  sekondarja jew terzjarja, u l-awdituri ta’ tali
soċjetà , u l-awdituri ta’ kull sussidjarja ta’ xi soċjetà , għandhom
jagħtu lill-awdituri tas-soċjetajiet membri tagħhom dik l-
informazzjoni u dawk l-ispjegazzjonijiet li dawn jistgħu
raġonevolment jeħtieġu biex ikunu jistgħu jwettqu dmirijiethom
bħala awdituri ta’ dik is-soċjetà .
Dikjarazzjonijiet li 
jiġu ppreżentati 
lill-Bord.
48. (1) Soċjetà  għandha, kemm jista’ jkun malajr iżda mhux
aktar tard minn ħames xhur wara l-għeluq ta’ kull sena finanzjarja,
tippreżenta lill-Bord:
(a) kopja ċertifikata waħda tal-dikjarazzjonijiet finanzjarji
verifikati tas-soċjetà  kif stipulat fit-Taqsimiet I sa IV
tat-Tielet Skeda, flimkien mar-rapport ta’ verifika għal
dak il-perjodu li jkun imġejji skond l-artikolu 49;
(b) kopja ċertifikata waħda tal-dikjarazzjonijiet finanzjarji
verifikati għall-ispezzjon pubbliku, kif stipulat fit-
Taqsima V tat-Tielet Skeda, flimkien mar-rapport ta’
verifika għal dak il-perjodu li jkun imħejji skond l-
artikolu 49 u li jkun jgħid jekk fil-fehma ta’ l-awditur
is-soċjetà  jkollhiex jedd li tħejji sett abbrevjat ta’
dikjazzjonijiet finanzjarji verifikati, għall-ispezzjon
pubbliku.
(2) Soċjetà  tista’ tagħżel li ma tippreżentax lill-Bord sett
abbrevjat ta’ dikjarazzjonijiet finanzjarji verifikati flimkien mar-
rapport ta’ verifika msemmi fis-subartikolu (1)(b), f’liema każ il-
Bord jagħmel disponibbli għall-ispezzjon pubbliku d-
dikjarazzjonijiet finanzjarji tas-soċjetà , flimkien mar-rapport ta’
verifika, msemmi fis-subartikolu (1)(a).
(3) Il-Bord jista’, jekk l-awditur tas-soċjetà  ma jkunx tal-
fehma li s-soċjetà  jkollha jedd tħejji sett abbrevjat ta’
dikjarazzjonijiet finanzjarji verifikati, jagħmel disponibbli għall-
ispezzjon pubbliku d-dikjarazzjonijietr finanzjarji verifikati tas-
soċjetà  msemmija fis-subartikolu (1)(a).
(4) Ir-rapporti ta’ verifika msemmija fis-subartikolu (1)(a) u
(b) għandhom jiġu ffirmati mill-awdituri.
SOĊJETAJIET KOPERATIVI ġ KAP. 442. 21
(5) Is-soċjetà  għandha żżomm kontijiet u record kif dovut tat-
transazzjonijiet u l-affarijiet tagħha u tagħmel dak kollu meħtieġ
sabiex tiżgura li l-ħlasijiet kollha li jsiru mill-flus tagħha jsiru
b’mod korrett u jkunu awtorizzati kif imiss u li jkun qed jinżamm
kontroll adegwat fuq l-attiv tas-soċjetà , jew l-attiv li jkun taħt il-
kustodja tagħha, u fuq kull infiq li jsir mis-soċjetà . Dawk il-
kontijiet għandhom, bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att,
ikunu konformi ma’ Standards ta’ Kontijiet Internazzjonali.
(6) Is-soċjetà  għandha, kemm jista’ jkun malajr iżda mhux
iktar tard minn tliet xhur wara l-għeluq ta’ kull sena finanzjarja,
tħejji u tippreżenta d-dikjarazzjonijiet finanzjarji dwar dik is-sena
lill-awditur li għandu jivverifikahom u jagħmel rapport dwarhom.
Dik il-verifika għandha, bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-
Att, tkun konformi ma’ Standards ta’ Verifika Internazzjonali.
(7) Referenzi f’dan l-artikolu għal firma mill-awdituri jirreferu
għall-firma ta’ awditur jew awdituri li qed jiffirmaw f’isem soċjetà
(partnership) li jkunu awtorizzati jiffirmaw għaliha, f’dawk il-
każijiet fejn l-kariga ta’ awditur hija miżmuma minn soċjetà
(partnership).
Rapport tal-
verifika.
49. (1) L-awditur ta’ soċjetà  għandu jivverifika l-kontijiet u
records oħra rilevanti tas-soċjetà  u għandu minnufih jiġbed l-
attenzjoni tal-Bord u tas-soċjetà  jew ta’ xi uffiċjal tagħha, dwar
kull irregolarità  materjali li tinkixef bil-verifika. Id-
dikjarazzjonijiet finanzjarji mħejjija mis-soċjetà  wara l-għeluq ta’
sena finanzjarja għandhom jiġu verifikati u jsir rapport dwarhom
mill-awditur.
(2) L-awditur ta’ soċjetà  għandu jippreżenta rapport dwar kull
dikjarazzjoni finanzjarja tas-soċjetà  lill-membri tas-soċjetà . Kopji
tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji u tar-rapport ta’ l-awditur fuqhom
għandhom jinġiebu quddiem is-soċjetà  f’laqgħa ġenerali, kif ukoll
jitqiegħdu għall-ispezzjon tal-membri fl-uffiċċju tas-soċjetà  sa
minn ħames ġranet tax-xogħol qabel id-data tat-tlaqqigħ ta’ l-istess
laqgħa ġenerali.
(3) Ir-rapport ta’ l-awditur għandu jkun abbozzat skond
Standards ta’ Verifika Internazzjonali u għandu jiddikjara jekk, fil-
fehma ta’ l-awditur, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji jkunux ġew
imħejjija sew skond dan l-Att, u b’mod partikolari jekk tkunx
ingħatat opinjoni vera u ekwa dwar -
(a) il-qagħda tas-soċjetà  fi tmiem żmien il-kontijiet; u
(b) id-dħul u l-infiq tas-soċjetà  għaż-żmien ta’ kontijiet.
(4) L-awditur ta’ soċjetà  għandu, meta jkun qed iħejji r-rapport
tiegħu, jagħmel dawk l-investigazzjonijiet li jkunu jgħinuh biex
jifforma fehma dwar jekk -
(a) ikunux inżammu records ta’ kontijiet mis-soċjetà ;
(b) ikunux ġew riċevuti prospetti sew u adegwati għall-
verifika minn fergħat li ma jkunux ġew invistati
minnu;
(ċ) il-kontijiet tas-soċjetà  ikunux jaqblu mar-records u l-
prospetti tal-kontijiet;
22 KAP. 442. ħ SOĊJETAJIET KOPERATIVI
(d) jekk is-soċjetà  tkunx iffunzjonat skond l-istatut tagħha
u d-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att.
(5) Jekk l-awditur -
(a) ikun tal-fehma li xi waħda mill-partiti msemmija fis-
subartikolu (4) ma tkunx konformi mal-ħtiġiet ta’ dan
l-Att; jew
(b) ma jkunx jista’ jikseb l-informazzjoni u l-
ispjegazzjonijiet kollha li, daqskemm l-iktar ikun tal-
fehma, jkunu meħtieġa għall-fini tal-verifika tiegħu,
huwa għandu jsemmi dak il-fatt fir-rapport tiegħu.
(6) L-awditur jista’ f’kull żmien ieħor jirrapporta lill-Bord u
lis-soċjetà  fuq kull ħaġa li tinqala’ mill-qadi tad-dmirijiet tal-
verifika.
(7) Il-verifika tal-kontijiet ta’ soċjetà  tista’, għall-finijiet ta’
tmexxija, tinkludi eżami u rapport fuq id-djun li jmisshom ilhom li
tħallsu, jekk ikun hemm, u eżami u rapport fuq il-valutazzjoni ta’ l-
attiv u l-passiv tas-soċjetà .
Rimunerazzjoni ta’ 
l-awdituri.
50. (1) Ir-rimunerazzjoni ta’ l-awdituri għandha tiġi stabbilita
mis-soċjetà  f’laqgħa ġenerali jew b’dak il-mod hekk kif is-soċjetà
tista’ tipprovdi f’laqgħa ġenerali. Dik ir-rimunerazzjoni ta’
awdituri maħtura mill-kumitat ta’ tmexxijua jew mill-Bord
għandha tiġi stabbilita mill-kumitat ta’ tmexxija jew mill-Bord,
skond il-każ.
(2) Għandha tiġi dikjarata fin-noti li jkun hemm mal-kontijiet
kemm tkun ir-rimunerazzjoni li titħallas lill-awdituri tas-soċjetà ,
inkluża kull rimunerazzjoni oħra li jaqalgħu l-awdituri f’kull
kapaċità  oħra mingħand l-istess soċjetà .
(3) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu, "rimunerazzjoni" tinkludi
ammonti mħallsa għar-rigward ta’ l-ispejjeż.
(4) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu għandhom ikunu
japplikaw dwar il-benefiċċji kompensattivi u l-pagamenti fi flus
kontanti; u, dwar kull tali benefiċċju, riferenzi għall-ammont
għandhom jitqiesu bħala riferenzi għall-valur monetarju stmat. Ix-
xorta ta’ kull tali benefiċċju għandu wkoll jiġi żvelat.
(5) Il-Ministru jista’ b’regolamenti jipprovdi dwar il-mod kif
l-ammont ta’ xi rimunerazzjoni li tiġi riċevuta jew li tista’ tiġi
riċevuta mill-awdituri ta’ xi soċjetà  jew mis-soċji ta’ dawk l-
awdituri għandu jiġi żvelat; b’mod partikolari, ir-regolamenti
jistgħu jippreskrivu ċ-ċirkostanzi li bihom persuna jew korp
għandhom, għall-finijiet ta’ dawk ir-regolamenti, jitqiesu bħala
soċju ta’ l-awdituri.
Regolamenti dwar 
l-awdituri.
51. Il-Ministru, li jaġixxi fuq il-parir tal-Bord, jista’ jagħmel
regolamenti, mhux inkonsistenti mad-disposizzjonijiet ta’ dan l-
Att, li jkunu jirregolaw -
(a) il-ħatra, t-tneħħija, il-kwalifika, l-iskwalifika, ir-
rimunerazzjoni u r-riżenja ta’ awdituri;
(b) il-poteri, l-funzjonijiet u d-dmirijiet ta’ l-awdituri;
(ċ) iż-żamma ta’ records dwar il-kontijiet, u l-għamla u l-
SOĊJETAJIET KOPERATIVI ġ KAP. 442. 23
kontenut tal-kontijiet;
(d) ir-rapport ta’ l-awditur u ta’ kull min ikun qed jagħmel
xi rapport dwar dmirijietu; u
(e) kull ħaġ’oħra li tista’ tkun meħtieġa jew adatta għat-
twettiq aħjar tad-disposizzjonijiet ta’ din it-Taqsima
ta’ l-Att.
TAQSIMA V
Drittijiet u Dmirijiet tal-Membri
Reġistru tal-
membri.
52. (1)  Kull min isir membru ta’ soċjetà , sew mar-
reġistrazzjoni sew f’xi data iktar tard, għandu jitqies bħala li jkun
qabel li jħares ir-regoli ta’ dik is-soċjetà , u mad-disposizzjonijiet
ta’ l-artikolu 36. Isem il-membri tas-soċjetà  għandu jitniżżel fir-
reġistru tal-membri.
(2) Il-membri l-ġodda jiddaħħlu mill-kumitat ta’ tmexxija
wara applikazzjoni li ssir għaldaqshekk:
Iżda jekk l-applikazzjoni ta’ persuna tiġi rifjutata mill-
kumitat, dik il-persuna tista’ tappella lill-laqgħa ġenerali tal-
membri u f’dak il-każ dik il-persuna tista’ tidħol bħala membru
b’riżoluzzjoni mgħoddija minn mhux inqas minn żewġ-terzi tal-
membri preżenti u li jivvotaw f’dik il-laqgħa.
Kwalifika għal 
sħubija.
53. (1) Persuna tikkwalifika bħala membru f’soċjetà  primarja
jekk tkun individwu li - 
(a) jkun laħaq l-età  ta’ tmintax-il sena u jkun mentalment
f’saħħtu;
(b) jissodisfa dawk il-ħtiġiet l-oħra dwar residenza,
impieg, professjoni jew ħaġ’oħra li jkunu preskritti bl-
istatut; u
(ċ) ma jkunx fallut mhux rijabilitat.
(2) Meta l-istatut ta’ soċjetà  jkun hekk specifikament
jippermetti, soċjetà  kummerċjali tista’ wkoll tikkwalifika għal
sħubija ta’ soċjetà :
Iżda sakemm - 
(a) l-operazzjonijiet tas-soċjetà  kummerċjali jkunu għal
kollox jew prinċipalment bhal jew ekwivalenti għall-
operazzjonijiet tas-soċjetà ;
(b) is-soċjetà  kummerċjali tkun rappreżentata minn
individwu awtorizzat kif imiss fil-laqgħat ġenerali tas-
soċjetà ; u dak l-individwu jkun direttur, sieħeb jew
azzjonarju maġġoritarju ta’ dik is-soċjetà ;
(ċ) is-soċjetà  kummerċjali ma tistax tkun membru ta’ xi
kumitat ta’ tmexxija jew ta’ xi bord ta’ sorveljanza,
jekk ikun hemm; u
(d) il-Bord jiġi mgħarraf minnufih, mis-soċjetà , meta jiġri
li soċjetà  kummerċjali tiġi aċċettata bħala membru ta’
dik is-soċjetà .
(3) Persuna ma tkunx tista’ tidher bħala membru ta’ soċjetà
jekk tkun persuna li tidher flok ħaddieħor jew f’isem persuna oħra
24 KAP. 442. ħ SOĊJETAJIET KOPERATIVI
mhux żvelata. Ftehim dwar persuna li tidher flok ħaddieġor jew xi
ftehim simili li jmur kontra dan is-subartikolu jkun null u ma jkollu
ebda effett, u tkun il-persuna li isimha jkun jidher fl-istatut jew fir-
Reġistru tal-membri li, għal kull fini, għandha titqies bħala l-
membru attwali. 
(4) Kull persuna li f’xi żmien ma jkollhiex il-kwalifiki għas-
sħubija kif provdut f’dan l-artikolu għandha tiġi mħassra mir-
reġistru tal-membri mill-kumitat ta’ tmexxija u għandha malli dan
ittemm minn membru tas-soċjetà .
L-eserċizzju tad-
drittijiet tas-
sħubija. 
54. Ebda membru ta’ xi soċjetà  m’għandu jeserċita xi wieħed
mid-drittijiet ta’ membru kemm-il darba ma jkunx għamel dak il-
ħlas lis-soċjetà  għas-sħubija tiegħu, jew jekk ma jkunx kiseb dawk
l-ishma jew interess ieġor fis-soċjetà , kif jista’ jkun preskritt taħt
dan l-Att jew bl-istatut tas-soċjetà .
Konflitt fl-interess. 55. (1) Ebda membru ta’ soċjetà  primarja m’għandu jkun
membru ta’ xi soċjetà  primarja oħra li jkollha għanijiet jew
attivitajiet l-istess jew li jixxiebhu.
(2) L-istatut ta’ soċjetà  jista’ jkun fih regoli li jkunu
jipprojbixxu jew iżommu l-membri tagħha milli jwettqu attivitajiet
li jkunu jikkompetu ma’ dawk ġestiti mis-soċjetà .
Voti. 56. (1) Kemm-il darba l-istatut ta’ xi soċjetà  jipprovdi
xort’oħra, kull membru ta’ soċjetà  primarja jkollu vot wieħed biss
fit-tmexxija tas-soċjetà , inkluż fil-laqgħat ġenerali, ikun x’ikun l-
għadd ta’ ishma li jkollu, u dak il-jedd għall-vot għandu jiġu
eserċitat personalment u mhux bi prokura. Minkejja kull ħaġ’oħra li
tkun tinsab f’xi statut, l-għemil ta’ prokura għandu jkun f’għamla
miktuba, u prokura ma tistax tirrappreżenta iktar minn ħewġ
membri waqt xi laqgħa, inkluż il-membru li jkun qed jeserċita bi
prokura.
(2) F’soċjetà  sekondarja jew f’soċjetà  terzjarja, kull soċjetà  li
tkun membru jkollha dak l-għadd ta’ voti hekk kif ikun provdut bl-
istatut tas-soċjetà  sekondarja jew tas-soċjetà  terzjarja, u tista’, bla
ħsara għal dak l-istatut, taħtar delegati kemm trid, li ma jkunx
akbar minn kemm ikunu dawk il-voti, biex teserċita s-setgħa li
jkollha li tivvota.
Kapital azzjonarju. 57. Minkejja kull ħaġa li tista’ tinsab fl-istatut ta’ soċjetà , ebda
membru ma jista’ jkollu iktar minn erbgħin fil-mija tal-kapital
azzjonarju ta’ xi soċjetà :
Iżda fil-każ ta’ soċjetajiet sekondarji jew terzjarji, membru
li hu nnifsu jkun soċjetà  koperativa jista’ jkollu iktar minn erbgħin
fil-mija minn dak il-kapital azzjonarju.
Trasferiment ta’ 
ishma jew interessi 
oħra.
58. (1) Ebda membru ta’ soċjetà  m’għandu jittrasferixxi xi
sehem jew interess li jkollu fil-kapital tas-soċjetà  jew xi parti
minnu kemm-il darba - 
(a) is-sehem jew interess ma jkunx ilu għandu għal mhux
inqas minn sena; u
(b) it-trasferiment ma jkunx favur is-soċjetà , membru tas-
soċjetà  jew persuna oħra li l-applikazzjoni tagħha biex
tidħol membru tkun ġiet aċċettata mill-kumitat ta’
SOĊJETAJIET KOPERATIVI ġ KAP. 442. 25
tmexxija tas-soċjetà .
(2) Ebda trasferiment ta’ sehem jew interess ieħor ma jkun
validu u effettiv kemm-il darba u sakemm dak it-trasferiment u l-
isem taċ-ċessjonarju ma jkunux ġew approvati u reġistrati mill-
kumitat ta’ tmexxija.
Responsabbiltaċ  
limitata. 
59. (1) Ir-responsabbiltà  ta’ membru, preżenti jew ta’ l-
imgħoddi, ta’ soċjetà , tkun limitata għall-ammont, jekk ikun hemm,
li jkun għadu mhux imħallas fuq l-ishma miżmuma minnu. u r-
responsabbiltà  tiegħu tkun magħrufa bħala responsabbiltà  limitata
bl-ishma.
(2) Ir-responsabbiltà  ta’ membru ta’ l-imgħoddi għad-djun ta’
soċjetà  skond is-subartikolu (1) għandhom ikunu limitati għal dawk
li kienu jeżistu fid-data meta jkun temm milli jibqa’ membru u
għandhom itemmu meta jgħaddu sentejn li jibdew jiddekorru f’dik
id-data. 
(3) Ir-responsabbiltà  tal-wirt ta’ membru li jkun miet għandha
tkun limitata għad-djun tas-soċjetà , kif kienu jeżistu fid-data tal-
mewt tal-membru u għandhom itemmu meta jgħaddu sentejn li
jibdew jiddekorru f’dik id-data. 
Membru li jirtira.
il-kondizzjonijiet, u billi jagħti lis-soċjetà  dak l-avviż, li jistgħu
jkunu preskritti bl-istatut.
(2) L-ammont li għandu jitħallas lill-membru li jirtira għall-
fidwa tas-sehem jew interess li jkollu għandu jkun l-ammont
nominali ta’ dak is-sehem jew interess.
(3) L-istatut ta’ soċjetà  jista’ jistipula l-mod kif għandu jsir
dak il-ħlas.
Tkeċċija ta’ 
membru. 
61. Membru li jikser xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’ dan l-
Att jew ta’ xi regolamenti magħmula bis-saħħa tiegħu jew ta’ xi
disposizzjoni ta’ l-istatut tas-soċjetà , u kull membru li jaġixxi
b’mod li jkun ta’ ħsara għall-interessi tas-soċjetà , jista jitkeċċa
mis-soċjetà :
Iżda l-istatut ta’ soċjetà  jista’ jipprovdi għal proċedura
differenti għat-tkeċeija ta’ membri, sakemm dik il-proċedura tkun
tipprovdi li l-persuna mixlija tingħata avviż xieraq ta’ l-akkuża u
opportunità  biex tagħmel sottomissjonijiet u ġġib provi kontra l-
akkuża.
TAQSIMA VI
Ħidma u Tmexxija ta’ Soċjetajiet
Laqgħa ġenerali.
ġenerali tal-membri tagħha.
(2) Bla ħsara għall-artikol 56 u għad-disposizzjonijiet ta’ dan
l-Att, kull membru jkollu d-dritt jattendi u jivvota fil-laqgħat
ġenerali kollha tas-soċjetà , sew personalment sew billi jibgħat
persuna li jkollha prokura.
Rappreżentanza 
legali u ġuridika.
63. Ir-rappreżentanza legali u ġuridika ta’ soċjetà  għandha
tkun speċifikata b’mod ċar fl-istatut tagħha; soċjetà  li ma
tispeċifikax b’mod ċar, fl-istatut tagħha, fejn tkun tinsab ir-
26 KAP. 442. ħ SOĊJETAJIET KOPERATIVI
rappreżentanza tagħha legali u ġuridika m’għandhiex tiġi
reġistrata.
L-ewwel laqgħa 
ġenerali. 
64. (1) Kull soċjetà  għandha fi żmien sitt xhur mir-
reġistrazzjoni tagħha, tagħmel l-ewwel laqgħa tal-membri tagħha.
(2) 1x-xogħol ta’ l-ewwel laqgħa għandu jinkludi l-elezzjoni
ta’ l-uffiċjali li jkollhom iservu sakemm issir l-ewwel laqgħa
ġenerali annwali.
Laqgħa ġenerali 
annwali.
65. (1) Kull soċjetà  għandha tipprovdi fl-istatut tagħha li
tissejjaħ laqgħa ġenerali annwali mill-kumitat ta’ tmexxija u li din
issir malajr kemm jista’ jkun, iżda mhux aktar tard minn sitt xhur,
wara t-tmiem ta’ kull sena finanzjarja, u tista’ wkoll tipprovdi għal
laqgħat ġenerali oħrajn.
(2) Avviż ta’ kull laqgħa ġenerali għandu jingħata bil-miktub
lil kull membru jew delegat li jkollu dritt jattendi għal-laqgħa. Dak
l-avviż għandu jingħata għall-anqas ħmistax-il ġurnata sħaħ qabel
id-data tal-laqgħa:
Iżda f’każijiet ta’ urġenza laqgħa ġenerali, barra minn
laqgħa ġenerali annwali jew laqgħa ġenerali li jkollha fuq l-aġenda
emenda għall-istatut, tista’ tissejjaħ b’avviż ta’ mhux inqas minn
tlitt ijiem tax-xogħol.
(3) Kull avviż għall-laqgħa ġenerali għandu jagħti l-aġenda li
tkun ser tiġi diskussa u r-riżoluzzjonijiet li jkunu ser jiġu proposti,
u ebda suġġett ieħor m’għandu jiġi diskuss mingħajr il-kunsens tal-
maġġoranza tal-membri preżenti u li jivvotaw f’dik il-laqgħa
ġenerali.
(4) In-nuqqas aċċidentali li jingħata avviż ta’ laqgħa lil, jew
jekk ma jiġix riċevut l-avviż ta’ laqgħa minn, xi persuna li għandha
dritt tirċievi avviż, m’għandux jinvalida il-proċeduri ta’ dik il-
laqgħa.
Funzjonijiet tal-
laqgħa ġenerali 
annwali. 
66. Il-funzjonijiet ta’ laqgħa ġenerali annwali ta’ soċjetà  huma: 
(a) li tikkonsidra u tikkonferma, b’dawk l-emendi li tista’
tqis li jkunu adatti, l-minuti tal-laqgħa ġenerali
annwali ta’ qabel u ta’ kull laqgħa ġenerali oħra li
seta’ kien hemm bejniethom u li ma jkunux ġew qabel
approvati f’laqgħa ġenerali oħra;
(b) li tikkonsidra r-rapport ta’ l-awditur, ir-rapporti tal-
kumitat ta’ tmexxija u tal-bord ta’ sorveljanza, jekk
ikun hemm, u kull rapport magħmul mill-Bord;
(ċ) li tikkonsidra u tapprova d-dikjarazzjonijiet
finanzjarji;
(d) bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u ta’ l-
istatut, li tikkonsidra u tistabbilixxi l-mod li bih xi
residwu nett li jista’ jkun hemm jista’ jitqassam jew
jiġi investit;
(e) li tikkonsidra u tadotta kull emenda għall-istatut;
(f) li tipproponu u tapprova kull onorarja, allowances,
drittijiet għall-verifika u, jew rimunerazzjoni oħra
bħalma hemm imfisser fl-artikolu 77;
SOĊJETAJIET KOPERATIVI ġ KAP. 442. 27
(g) li teleġġi l-membri tal-kumitat ta’ tmexxija u tal-bord
ta’ sorveljanza, jekk ikun hemm;
(h) li taħtar l-awdituri tas-soċjetà ;
(i) li tiddeċiedi appelli ta’ persuni li l-applikazzjoni għas-
sħubija tagħhom tkun ġiet rifjutata mill-kumitat ta’
tmexxija;
(j) li tikkonsidra u tistabbilixxi l-ogħla somma li s-soċjetà
tista tissellef;
(k) li tisma’ u tiddeċiedi kull ilment li jinġieb minn
membri li jħossuhom aggravati b’xi deċiżjoni tal-
kumitat ta’ tmexxija, sakemm l-avviż ta’ l-intenzjoni li
dawk l-ilmenti jinġiebu quddiem il-laqgħa jkun
ingħata lis-segretarju jew lill-manager mill-anqas
jumejn qabel il-laqgħa;
(l) jekk hekk meħtieġa minnu, li tisma lil kull awditur li
jkun ġie mneħħi mis-soċjetà ;
(m) li tagħmel kull xogħol ġenerali ieħor tas-soċjetà  li
dwaru jkun ingħata avviż kif imiss lill-membri.
Laqgħa 
straordinarja.
67. (1) Laqgħa straordinarja ta’ soċjetà  tista’ tissejjaħ f’kull
żmien mill-kumitat ta’ tmexxija tas-soċjetà .
(2) Laqgħa ġenerali straordinarja ta’ soċjetà  tissejjaħ mill-
kumitat ta’ tmexxija -
(a) malli jirċievi talba għal dik il-laqgħa ffirmata minn
għall-anqas wieħed minn ergħa jew minn ħmistax-il
membru jew delegat tas-soċjetà , skond liema jkun l-
inqas, li tkun turi l-għanijiet tal-laqgħa;
(b) malli jirċievi talba mill-bord ta’ sorveljanza, li tkun
turi l-għanijiet tal-laqgħa.
(3) Jekk il-kumitat ta’ tmexxija jonqos li jsejjaħ laqgħa
ġenerali annwali skond is-subartikolu (2) fi żmien xahar minn meta
jirċievi t-talba għal laqgħa, il-bord ta’ sorveljanza, jew il-Bord,
skond il-każ, li jagħmlu t-talba jkollhom is-setgħa li jsejħu l-laqgħa
huma nfushom b’avviż lill-membri kollha tas-soċjetà  fejn jiġu
murija l-għanijiet tal-laqgħa u l-fatt li l-kumitat ta’ tmexxija jkun
naqas li jsejjaħ il-laqgħa.
Quorum. 
darba ma jkunx hemm preżenti quorum tal-membri jew tad-
delegati. Il-quorum meħtieġ biex jibda x-xogħol ikun ta’ ħmistax
jew wieħed minn erbgħa tal-membri jew delegati kollha li jkollhom
il-jedd għall-vot, skond liema jkun l-inqas.
(2) Jekk tletin minuta wara l-ħin stabbilit għal laqgħa ġenerali
l-membri jew id-delegati preżenti ma jkunux biżzejjed biex
jifformaw quorum, dik il-laqgħa titqies li tkun xolta jekk din
tissejjaħ fuq it-talba tal-membri jew tad-delegati; fil-każijiet l-oħra
kollha tibqa’ aġġornata għall-istess ġurnata tal-ġimgħa ta’ wara fl-
istess ħin u fl-istess post u avviż f’dan is-sens għandu jintbagħat
bil-posta, fl-indirizzi reġistrati tal-membri u ta’ kull min ikollu jedd
jattendi, mis-segretarju fi żmien tmienja u erbgħin siegħa mill-
aġġornament; u jekk fil-laqgħa aġġornata ma jkunx hemm quorum
28 KAP. 442. ħ SOĊJETAJIET KOPERATIVI
preżenti sa tletin minuta mill-ħin stabbilit għal-laqgħa, il-membri
jew id-delegati preżenti jifformaw quorum:
Iżda laqgħa ġenerali b’tali quorum imnaqqas ma jkollhiex
is-setgħa li temenda l-istatut.
Votazzjoni. 69. (1) Ħlief kif provdut xort’oħra f’dan l-Att jew fl-istatut,
kull kwistjoni li titqiegħed quddiem il-membri jew id-delegati
preżenti f’laqgħa ġenerali tiġi deċiża b’maġġoranza tal-voti.
(2) F’kull laqgħa ġenerali riżoluzzjoni li titqiegħed għall-
votazzjoni tiġi deċiża billi jittellgħu l-idejn kemm-il darba ma
jintalabx li l-votazzjoni ssir billi jissejħu l-ismijiet jew inkella
b’votazzjoni sigrieta minn għall-anqas żewġ membri, meta l-għadd
ta’ membri preżenti jkun ta’ anqas minn għoxrin, jew minn għall-
anqas ħames membri preżenti f’kull każ ieħor:
Iżda għall-elezzjoni ta’ uffiċjali l-votazzjoni għandha fil-
każijiet kollha tkun b’votazzjoni sigrieta.
(3) Fil-każ ta’ voti ndaqs il-mozzjoni għandha tiġi rifjutata. Il-
president ma jkollu ebda vot deċiżiv.
Minuti. 70. (1) Il-minuti tal-laqgħat ġenerali għandhom jitniżżlu fil-
ktieb tal-minuti u għandu jkun fihom:
(a) isem-il membri jew delegati preżenti fil-laqgħa u
isem-il president li jippresjedi;
(b) il-ħin li fih tkun bdiet u ntemmet il-laqgħa;
(ċ) ir-riżoluzzjonijiet u d-deċiżjonijiet kollha li jkunu
ttieħdu fil-laqgħa.
(2) Il-minuti ta’ kull laqgħa ġenerali għandhom jinqraw fil-
laqgħa ġenerali ta’ wara, u meta tkun iffirmata mill-president ta’
dik il-laqgħa u mis-segretarju, sew wara l-konferma sew l-emendi,
dawn ikunu prova ta’ kull ħaġa li tkun tinsab fihom.
Kumitat ta’ 
tmexxija.
71. (1) Kull soċjetà  jkollha kumitat ta’ tmexxija li jkun
magħmul minn mhux inqas minn tliet iżda mhux iktar minn disa’
membri tal-kumitat kif jista’ jiġi provdut bl-istatut tagħha.
(2) Il-membri tal-kumitat ta’ tmexxija jiġu eletti, sospiżi jew
imneħħija biss b’maġġoranza tal-membri jew delegati preżenti u li
jivvotaw f’laqgħa ġenerali tas-soċjetà .
(3) Il-membri kollha ta’ kumitat ta’ tmexxija għandhom ikunu
persuni individwali u għandhom jaqdu fil-kumitat ta’ tmexxija bir-
responsabbiltà  tagħhom infushom u mhux bġala persuni li jidhru
għal persuni oħra jew rappreżentanti ta’ xi persuna oħra.
Eliġibbiltaċ  għal 
sħubija. 
72. Individwu jkun persuna eliġibbli għal sħubija fil-kumitat
ta’ tmexxija ta’ soċjetà  jew biex tibqa’ membru ta’ dak il-kumitat
jekk - 
(a) tkun membru tas-soċjetà ;
(b) tkun individwu li jinħatar bil-miktub minn soċjetà
kummerċjali li tkun membru tas-soċjetà ;
(ċ) ma tkunx involuta f’xi attività  li tagħti lok għal
konflitt fl-interess;
(d) ma tkunx tieħu sehem, sew fuq bażi permanenti sew
SOĊJETAJIET KOPERATIVI ġ KAP. 442. 29
fuq bażi okkażjonali, f’xi ħidma li tkun direttament
jew indirettament tikkompeti ma’ dik tas-soċjetà ;
(e) ma tkunx persuna falluta mhux rijabilitata;
(f) ma tkunx ġiet misjuba ħatja ta’ xi delitt punibbli
b’iktar minn sena priġunerija;
(g) ma jkollhiex xi dejn li għadu ma tħallasx ma’ s-soċjetà
f’għeluq is-sena finanzjarja tas-soċjetà  barra milli
dwar self li jkun sar taħt ir-regoli rilevanti ta’ l-istatut
tas-soċjetà ;
(h) fil-każ ta’ soċjetà  primarja, ma tkunx digà  membru ta’
kumitat ta’ tmexxija ma’ soċjetà  primarja oħra li
jkollha l-istess għan jew għanijiet jew attivitajiet
simili;
(i) ma tkun tirċievi ebda rimunerazzjoni, salarju jew xi
ħlas ieħor, ħlief kif hemm provdut dwaru fl-artikolu
77:
Iżda, għar-rigward tal-paragrafu (ċ), il-laqgħa ġenerali tas-
soċjetà  tista’ tiddeċiedi li persuna tkun hekk eliġibbli minkejja li
hija tkun involuta f’dik l-attività .
Żmien fil-kariga.
għandhom jibqgħu iservu sal-laqgħa ġenerali annwali li jkun imiss
tas-soċjetà :
B’dan illi l-istatut tas-soċjetà  jista’ jipprovdi li fil-laqgħat
ġenerali annwali li jistgħu jsiru wara l-ewwel laqgħa ġenerali
annwali ta’ soċjetà , terz mill-membri ta’ dak iz-żmien, jew jekk in-
numru taghhom ma jkunx tlieta jew multiplu ta’ tlieta, in-numru l-
eqreb lejn terz, għandhom jirtiraw mill-kariga, u dawn il-membri
għandom ikunu l-membri li jkun ilhom l-aktar fil-kariga minn meta
l-aħħar ġew eletti:
B’dan ukoll li f’każ ta’ persuni li jkunu saru membri fl-
istess ġurnata, jirtiraw dawk li tgħid ix-xorti (sakemm ma
jiftehmux xort’ oħra bejniethom).
(2) Il-membri li jirtiraw ikunu eliġibbli biex jerġgħu jiġu
eletti.
(3) Jekk, fi żmien ta kariga ta’ kumitat ta’ tmexxija, ikun
hemm vakanza fil-kumitat, il-kumitat jista’, u jekk l-għadd ta’
membri jkun taħt tlieta għandu, jagħżel membru tas-soċjetà  biex
jaqdi dmirijietu fil-kumitat ta’ tmexxija sal-laqgħa ġenerali li jmiss
tas-soċjetà :
Iżda, fejn l-istatut ikun hekk jipprovdi, u fejn ikun hekk
japplika, l-ewwel persuna li għandha tiġi kkunsidrata għal dik l-
għażla għandha tkun il-persuna li tkun kisbet l-ogħla għadd ta’ voti
minn fost il-kandidati mhux eletti, segwita bil-persuna bit-tieni l-
ogħla għadd ta’ voti, u hekk iktar ’l quddiem f’ordni dejjem nieżel
’l isfel.
Funzjonijiet tal-
kumitat ta’ 
tmexxija.
74. (1) Salvi dawk il-poteri riservati għal laqgħa ġenerali tal-
membri, u bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, il-kumitat
ta’ tmexxija jkun vestit bit-tmexxija u bid-direzzjoni ta’ l-affarijiet
u n-negozju tas-soċjetà  u, bla ħsara għal kull restrizzjoni li tinsab
30 KAP. 442. ħ SOĊJETAJIET KOPERATIVI
fl-istatut jew f’xi riżoluzzjoni li tittieħed f’laqgħa ġenerali tal-
membri, il-kumitat ta’ tmexxija jista’ jeserċita s-setgħat kollha
meħtieġa biex jiġu żgurati amministrazzjoni u direzzjoni sħaħ u
xierqa ta’ l-affarijiet, negozju u proprjetà  tas-soċjetà , inkluż it-
tqegħid fil-prattika ta’ kull politka ta’ kontijiet li tkun xierqa u
prudenti.
(2) Mingħajr preġudizzju għall-ġeneralità  tas-subartikolu (1),
il-funzjonijiet tal-kumitat ta’ tmexxija għandhom ikunu jinkludu
dan li ġej:
(a) li jikkunsidra, skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu
52, applikazzjonijiet għal sħubija fis-soċjetà ;
(b) li jitlob u jeżamina rapporti mingħand persuni
impjegati mis-soċjetà  bil-għan li tkun magħrufa l-
qagħda vera tas-soċjetà , ix-xogħol tagħha u l-
kondizzjonijiet finanzjarji tagħha;
(ċ) li jiftaħ u jħaddem kontijiet bankarji; 
(d) li jaħtar sotto-kumitati;
(e) li jżomm il-membri mgħarrfa bil-progress tas-soċjetà ,
biex iħeġġeġ l-interess u sens ta’ proprjetà  minn naħa
tal-membri u li jagħmel xogħol edukattiv u
konsultattiv fost il-membri dwar il-prinċipji koperativi
u l-għanijiet tas-soċjetà ;
(f) li jħejji u jippreżenta lil-laqgħa ġenerali annwali tas-
soċjetà  proposti għat-tqassim ta’ xi residwu nett li jkun
hemm mis-sena finanzjarja ta’ qabel skond dan l-Att u
l-istatut tas-soċjetà ;
(g) li jagħmel rapporti lil-laqgħa ġenerali annwali fuq ix-
xogħol tal-kumitat ta’ tmexxija matul is-sena
finanzjarja ta’ qabel u li jkun fihom dawk ir-
rakkomandazzjonijiet li jkunu meħtieġa biex
jinżammu jew jittejbu s-servizzi provduti mis-soċjetà
lill-membri tagħha;
(h) li jieħu passi immedjati biex jissewwew għeltijiet,
żbalji jew pratki ħżiena, jekk ikun hemm, li jistgħu
jinkixfu fir-rapporti tal-bord ta’ sorveljanza, tal-Bord
u, jew, ta’ l-awditur.
(3) Għandu jinżamm record sħiħ u korrett tal-proċedimenti
tal-kumitat ta’ tmexxija. Dawk ir-records ikunu disponibbli sabiex
ikunu jistgħu jiġu spezzjonati mill-bord ta’ sorveljanza tas-soċjetà ,
jekk ikun hemm, mill-Bord u mill-awditur.
(4) Il-kumitat ta’ tmexxija jista’ jaħtar, b’dawk il-pattijiet u l-
kondizzjonijiet li jidhirlu xierqa, manager biex jamministra u
jmexxi l-affarijiet tas-soċjetà  u jista’ jimpjega lil dawk il-persuni l-
oħra li l-kumitat jidhirlu meħtieġa biex igħinu lill-manager fil-qadi
ta’ dmirijietu. 
(5) Il-kumitat ta’ tmexxija jista’ f’kull żmien jissospendi lil xi
uffiċjal għal xi kawża valida u suffiċjenti li toriġina fil-qadi ta’
dmirijietu. Kull sospensjoni bħal dik għandu jsir jaf biha l-Bord,
flimkien mar-raġunijiet għas-sospensjoni.
SOĊJETAJIET KOPERATIVI ġ KAP. 442. 31
(6) Fil-każ tas-sospensjoni ta’ xi uffiċjal,  il-kumitat jista’
jaħtar sostitut f’dik il-kariga matul il-perjodu ta’ dik is-sospensjoni.
Il-kumitat għandu jwassal isem is-sostitut lill-Bord.
Laqgħat tal-
kumitat. 
75. (1) Il-kumitat għandu jiltaqa’ ta’ spiss daqskemm ikun
meħtieġ fix-xogħol tas-soċjetà  u f’ebda każ mhux inqas spiss minn
darba fix-xahar.
(2) Il-quorum għal laqgħa tal-kumitat ta’ tmexxija jkun ta’
maġġoranza sempliċi tal-membri tiegħu.
(3) Id-deċiżjonijiet għandhom jittieħdu b’maġġoranza sempliċi
tal-voti tal-membri preżenti u l-President ma jkollu ebda vot
deċiżiv.
(4) Il-minuti tal-laqgħat tal-kumitat għandhom jiġu reġistrati
mis-segretarju fil-ktieb tal-minuti u għandhom jinkludu -
(a) l-għadd u l-ismijiet ta’ dawk preżenti; 
(b) l-isem tal-president tal-laqgħa;
(ċ) record fil-qosor tax-xogħol li jkun sar u tad-
deċiżjonijiet li jkunu ttieħdu u dikjarazzjoni dwar kull
deċiżjoni jekk din tkunx ittieħdet unanimament jew
b’maġġoranza.
(5) Kull membru tal-kumitat ta’ tmexxija li, mingħajr raġuni
valida, jonqos milli jattendi għal tliet laqgħat konsekuttivi tal-
kumitat ta’ tmexxija jitqies li jkun ħalla l-kariga tiegħu li malli dan
għandha timtela’ kif provdut fl-artikolu 73(3).
Tmexxija ta’ l-
affarijiet.
76. (1) Fit-tmexxija ta’ l-affarijiet tas-soċjetà , l-membri tal-
kumitat ta’ tmexxija għandhom jeserċitaw il-prudenza u d diliġenza
li soltu jeserċitaw persuni fin-negozju u jkunu responsabbli in
solidum għal kull telf li jiġġarrab minħabba fin-nuqqas min-naħa
tagħhom li jeserċitaw dik il-prudenza u diliġenza jew minħabba
f’xi għemil li jmur kontra d-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att jew xi
regolamenti magħmulin taħtu, jew tal-istatut tas-soċjetà  jew ta’ xi
direttiva ta’ xi laqgħa ġenerali.
(2) Meta l-kumitat ta’ tmexxija jkun impjega manager biex
jamministra u jmexxi l-affarijiet tas-soċjetà , dik il-ħatra ma tneħħix
minn fuq il-kumitat ir-responsabbiltà  li jkollu għat-tmexxija sew
ta’ l-affarijiet tas-soċjetà .
Rimunerazzjoni.
kumitat ta’ tmexxija jew lill-membri tal-bord ta’ sorveljanza, jekk
ikun hemm, għandhom ikunu dawk awtorizzati bl-istatut jew bil-
laqgħa ġenerali tas-soċjetà .
(2) Ebda membru ta’ kumitat ta’ tmexxija m’għandu jircievi
paga jew salarju, ħlief f’dawk is-soċjetajiet fejn il-membri tas-
soċjetà  jkunu wkoll l-impjegati.
Kif tkun magħmula 
s-soċjetaċ . 
78. (1) Kull soċjetà  jkollha President u Viċi-President, eletti
mill-kumitat ta’ tmexxija minn fost il-membri tagħha.
(2) Il-kumitat ta’ tmexxija għandu jeleġġi wkoll segretarju u
teżorier minn fost il-membri tiegħu:
Iżda meta kumitat ta’ tmexxija jaħtar persuna bħala full-
time manager, kull wieħed mid-dmirijiet ta’ segretarju jew ta’
32 KAP. 442. ħ SOĊJETAJIET KOPERATIVI
teżorier jista’ jiġi delegat lil dak il-manager, bla ħsara għas-
sorveljanza ġenerali tal-kumitat ta’ tmexxija.
(3) Il-karigi ta’ segretarju u ta’ teżorier jistgħu jinżammu mill-
istess persuna.
Il-President.  79. (1) Il-President għandu jippresjedi fil-laqgħat ġenerali
kollha u fil-laqgħat kollha tal-kumitat ta’ tmexxija. Fin-nuqqas tal-
President il-funzjonijiet tiegħu jitwettqu mill-Viċi-President, u fin-
nuqqas kemm tal-President kemm tal-Viċi-President f’xi laqgħa,
minn xi persuna oħra li tiġi eletta mill-maġġoranza ta’ dawk
preżenti f’dik il-laqgħa.
(2) Il-President ikun responsabbligħat-tmexxija sew u bl-ordni
ta’ kull laqgħa ġenerali u ta’ kull laqgħa tal-kumitat ta’ tmexxija, u
jkollu d-drittijiet lilu mogħtija bl-istatut.
Dmirijiet tas-
segretarju.
80. Id-dmirijiet tas-segretarju għandhom jinkludu d-dmir:
(a) li jżomm, b’mod korrett u aġġornat ir-records, il-karti
u r-reġistri kollha tas-soċjetà ;
(b) li jżomm inventarju tal-proprjetà  li tappartjeni lis-
soċjetà ;
(ċ) li jieħu ħsieb il-korrispondenza kollha f’isem il-
kumitat ta’ tmexxija;
(d) li jssejjaħ u jattendi l-laqgħat ġenerali u l-laqgħat tal-
kumitat ta’ tmexxija u li jirreġistra l-proċedimenti ta’
dawk il-laqgħat fil-ktieb tal-minuti; u
(e) li jieħu ħsieb ix-xogħol ordinarju ta’ l-attivitajiet tas-
soċjetà , u li jaqdi d-dmirijiet kollha mogħtija lilu mill-
kumitat.
Dmirijiet tat-
teżorier. 
81. Id-dmirijiet tat-teżorier għandhom jinkludu d-dmir:
(a) li jkun responsabbli għat-transazzjonijiet finanzjarji
kollha tas-soċjetà , magħduda l-flejjes kollha riċevuti,
u li jagħmel l-infiq skond id-direttivi tal-kumitat ta’
tmexxija;
(b) li jħejji jew jieħu ħsieb li jitħejjew ir-riċevuti, il-
vouchers u d-dokumenti kollha meħtieġa bl-istatut jew
li jintalbu mill-kumitat ta’ tmexxija;
(ċ) li jkun responsabbli li jiżamm record sew tal-kontijiet
tas-soċjetà ; u
(d) li jgħin lill-awdituri tas-soċjetà .
Dmirijiet tal-
manager. 
82. Il-manager ikollu dawk id-dmirijiet li jistgħu jiġu
speċifikati fl-istatut tas-soċjetà  jew fl-ittra tal-ħatra tiegħu. Huwa
għandu jwettaq dmirijietu taħt is-sorveljanza ġenerali u d-direttivi
ta’ politka tal-kumitat ta’ tmexxija. Dawk id-dmirijiet jistgħu
jinkludu:
(a) it-tmexxija tal-kummerċ u l-proprjetà  tas-soċjetà ;
(b) l-attendenza f’laqgħat tas-soċjetà  u tal-kumitati ta’
tmexxija kif jista’ jkun meħtieġ mill-kumitati minn
żmien għal żmien;
(ċ) it-twettiq ta’ kull struzzjoni raġonevoli u leġittima tal-
SOĊJETAJIET KOPERATIVI ġ KAP. 442. 33
kumitat ta’ tmexxija.
Bord ta’ 
sorveljanza.
83. (1) Kull soċjetà  jkollha, jekk ikun hekk meħtieġ fl-istatut
tagħha, jew jekk ikun hekk mitlub mill-inqas minn maġġoranza
sempliċi tal-membri preżenti u li jivvotaw waqt laqgħa ġenerali
msejjħa skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, Bord ta’
sorveljanza li jkun magħmul minn mhux inqas minn tlieta u mhux
iżjed minn ħames membri jew xort’oħra kif jista’ jiġi preskritt bl-
istatut tagħha. Il-membri tal-Bord ta’ sorveljanza għandhom jiġu
eletti fil-laqgħa ġenerali annwali wara l-elezzjoni tal-membri tal-
kumitat ta’ tmexxija.
(2) Ebda membru tal-kumitat ta’ tmexxija ma jista’ jkun
membru tal-bord ta’ sorveljanza.
(3) Iż-żmien tal-kariga tal-membri tal-bord ta’ sorveljanza ta’
soċjetà  għandu jkun regolat bl-istatut tas-soċjetà  jew bil-laqgħa
ġenerali, hekk kif jista’ jkun il-każ. Fin-nuqqas ta’ tali
provvediment, it-terminu tal-bord ta’ sorveljanza għandu jiskadi
fil-laqgħa ġenerali annwali li jkun imiss.
(4) Il-membri tal-bord ta’ sorveljanza jistgħu jinkludu
individwi li ma jkunux membri tas-soċjetà , għandhom
preferibbilment jintagħżlu minn fost persuni li jkollhom
konoxxenza tal-proċeduri ta’ accounting, verifika u finanzi.
Proċedura.
tiegħu nnifsu.
(2) Il-quorum għal laqgħa tal-bord ta’ sorveljanza jkun ta’ nofs
l-għadd tal-membri tiegħu.
(3) Id-deċiżjonijiet għandhom jittieħdu b’maġġoranza sempliċi
tal-voti tal-membri preżenti waqt il-laqgħa. Il-president ma jkollu
ebda vot deċiżiv.
Responsabbiltaċ.
ġenerali tas-soċjetà  biex jgħin lill-kumitat ta’ tmexxija fil-ġestjoni
effettiva u effiċjenti tas-soċjetà , u biex jiżgura li l-ġestjoni tagħha
titmexxa skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att kif ukoll skond l-
istatut tas-soċjetà  u skond id-deċiżjonijiet u r-riżoluzzjonijiet
adottati fil-laqgħat ġenerali jew fil-laqgħat ta’ tmexxija jew fil-
laqgħat tal-kumitat. Il-funzjonijiet tiegħu jinkludu d-dmir li:
(a) jippreżenta għal laqgħa ġenerali annwali rapport
speċifiku fuq it-tmexxija u l-qagħda finanzjarja tas-
soċjetà  biss f’dawk il-każijiet li fihom il-kumitat ta’
tmexxija jkun naqas li jaġixxi skond il-ħtiġijiet ta’ l-
istatut jew skond ir-rakkomandazzjonijiet ta’ lk-istess
bord ta’ sorveljanza;
(b) jlaqqa’ laqgħat ġenerali straordinarji tas-soċjetà  skond
l-artikolu 67; u
(ċ) jġib minnufih għall-attenzjoni tal-kumitat ta’ tmexxija
kull ħaga li tirrigwarda l-affarijiet tas-soċjetà  li jistgħu
jkunu jeħtieġu lill-istess kumitat ta’ tmexxija li jieħu
azzjoni.
(2) Il-bord ta’ sorveljanza jista’ f’kull żmien jeħtieġ lill-
kumitat ta’ tmexxija li jsejjaħ laqgħa ġenerali straordinarja kull
34 KAP. 442. ħ SOĊJETAJIET KOPERATIVI
meta jidhirlu li l-membri għandhom jiġu mgħarrfa minnufih bil-
qagħda tas-soċjetà  u jkollu s-setgħa wkoll li jsejjaħ hu nnifsu
laqgħa ġenerali straordinarja jekk il-kumitat jonqos li jagħmel hekk
fi żmien xahar minn meta jirċievi t-talba.
Tlaqqigħ ta’ 
laqgħat.
86. Minkejja kull ħaġa li tinsab f’dan l-Att, l-istatut ta’ soċjetà
jista’ jipprovdi għat-tlaqqigħ ta’ laqgħat ġenerali, u ta’ laqgħat tal-
kumitat ta’ tmexxija u tal-bord ta’ sorveljanza, jekk ikun hemm,
permezz ta’ mezzi elettroniċi adatti, inkluż l-internet, it-telefon jew
konferenzi bil-video, sakemm jittieħdu miżuri adegwati li jkunu
jissalvagwardjaw id-dritt ta’ kull membru li jipparteċipa, jivvota, u
li jiżguraw li jkun hemm reġistrazzjoni adegwata tal-proċedimenti.
F’dak il-każ, id-disposizzjonijiet ta’ din it-Taqsima għandhom
jiftiehmu u jiġu applikati skond hekk.
TAQSIMA VII 
Proprjetaċ  u Fondi tas-Soċjetajiet
Il-kapital ta’ 
soċjetaċ .
87. (1) Il-kapital ta’ soċjetà  jista’ jinġabar, bla ħsara għad-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, b’xi wieħed jew iktar minn dawn il-
modi li ġejjin:
(a) drittijiet għal dħul;
(b) sottoskrizzjoni u ħlas ta’ ishma;
(ċ) depożiti ta’ tifdil magħmula mill-membri tagħha; 
(d) depożiti jew self minn persuni li mhux membri;
(e) residwu li jitqiegħed f’fondi ta’ riżerva.
(2) Dawn ir-regoli li ġejjin għandu jkollhom effett dwar il-mod
tal-ġbir ta’ kapital speċifikat fis-subartikolu (1):
(a) ebda dritt għal dħul ma jiġi mħallas lura jekk mhux
għax tkun ġiet miċħuda applikazzjoni għal dħul ta’
membru;
(b) ebda sehem ma jista’ jiġi mifdi ħlief skond l-istatut
tas-soċjetà  u ebda regola ta’ l-istatut li tħalli ssir dik il-
fidwa ma jkollha effett kemm-il darba dik ir-regola ma
tkunx tispeċifika wkoll l-inqas għadd ta’ ishma li
membru għandu jkollu sakemm ikun għadu membru;
(ċ) depożiti ta’ tifdil jistgħu jkunu jew obbligatorji u
regolari jew volontarji. Depożitu regolari u
obbligatorju għandu jsir skond l-istatut tas-soċjetà  u
ma jistax jiġi rtirat ħlief għal għanijiet u skond
kondizzjonijiet speċifikati fl-istatut, jew mat-temm ta’
sħubija; dawk id-dpożiti jistgħu jservu bħala garanzija
għal self li jittieħed minn membru jew għal garanzija li
hu jagħti. Depożiti volontarji jistgħu jiġu rtirati, bla
ħsara għal dawk il-kondizzjonijiet jew restrizzjonijiet
li jkunu speċifikati fl-istatut;
(d) depożiti jew self mingħand persuni li mhux membri
jkunu suġġetti għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u ta’
l-istatut tas-soċjetà ;
(e) fond ta’ riżerva għandu jinżamm u jiġi wżat skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u ta’ l-istatut tas-soċjetà .
SOĊJETAJIET KOPERATIVI ġ KAP. 442. 35
(3) Soċjetà  ma tistax toħroġ bonds jew debentures mingħajr l-
awtorità  tal-Bord u għandha, f’kull ħruġ bħal dan, tħares kull
kondizzjoni preskritta mill-Bord.
Depożiti u self. 
u mingħand persuni li ma jkunux membri biss jekk tkun hekk
awtorizzata bl-istatut tagħha u biss sa dak il-limitu u taħt dawk il-
kondizzjonijiet li jkunu stabbiliti jew preskritti bl-istatut tagħha
jew taħt id-disposizzjonijiet li ġejjin ta’ dan l-artikolu.
(2) Soċjetà  li taħt l-istatut tagħha jkollha s-setgħa li tissellef
flus għandha tistabbilixxi minn żmien għal żmien, f’laqgħa
ġenerali, l-ogħla responsabbiltà  li hija tista’, fil-limiti preskritti bl-
istatut tagħha, tidħol fiha bħala self jew depożiti mingħand membri
jew persuni li m’humiex membri magħduda overdrafts tal-bank.
Investimenti jew 
depożiti ta’ fondi.
89. Soċjetà  tista’ tinvesti jew tiddepożita l-fondi tagħha -
(a) skond id-disposizzjonijiet ta’ l-istatut tagħha; jew
(b) b’kull mod ieħor li ma jkunx inkonsistenti ma’ l-istatut
tagħha, hekk kif il-kumitat ta’ tmexxija jista’ jqis li
jkun adatt, bla ħsara għal kull direttiva ġenerali jew
speċifika, jekk ikun hemm, li tista’ tiġi stabbilita mil-
laqgħa ġenerali. 
Fond ta’ riżerva. 
fond għandu jintuża esklużivament biex jagħmel tajjeb għal kull
telf li jiġġarrab mis-soċjetà .
(2) Il-fond ta’ riżerva għandu jinżamm f’forma ta’ attiv
likwidu.
(3) Kull soċjetà  għandha tħallas fil-fond ta’ riżerva mill-anqas
għoxrin fil-mija ta’ residwu li jifdal fi tmiem kull żmien ta’
kontijiet:
Iżda l-ħtieġa ta’ dan is-subartikolu m’għandhiex tapplika fi
tmiem xi perjodu ta’ kontijiet li fih il-fond ta’ riżerva jkun daqs it-
total tal-kapital ta’ l-ishma mħallas u għoxrin fil-mija tal-kapital li
s-soċjetà  tkun isselfet kif jidher mill-karta tal-bilanċ verifikata w
approvata tal-perjodu finanzjarja ta’ qabel.
Fond Ċentrali tal-
Koperativi. 
91. (1) Jitwaqqaf Fond Ċentrali tal-Koperativi, hawnhekk
iżjed ’il quddiem magħruf bħala "il-Fond", li jkun amministrat
b’dak il-mod li l-Ministru jista’ jippreskrivi b’regolamenti
magħmula taħt dan l-Att.
(2) Il-Fond jintuża biex jinġiebu ’l quddiem l-edukazzjoni
koperativa, it-taħriġ, ir-riċerka, u l-iżvilupp ġenerali tal-moviment
koperativistiku f’Malta, u għal dawk l-għanijiet l-oħra li jistgħu
jiġu stipulati f’regolamenti li jsiru taħt dan l-artikolu.
(3) Kull soċjetà  għandha tikkontribwixxi ħamsa fil-mija tar-
residwu li jibqa’ mill-attivitajiet, ħidma, investimenti u kull sors
ieħor tagħha fi tmiem kull perjodu ta’ kontijiet lill-Fond.
(4) Regolamenti li jsiru taħt dan l-artikolu jistgħu jistabbilixxu
l-ogħla ammont li soċjetà  tista’ tkun obbligata li tikkontribwixxi
f’xi sena finanzjarja lill-Fond.
(5) Il-Fond għandu jkollu personalità  ġuridika distinta u, bla
36 KAP. 442. ħ SOĊJETAJIET KOPERATIVI
ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, ikun kapaċi jagħmel
kuntratti, jħarrek u jiġi mħarrek, u jagħmel dawk l-affarijiet kollha
u dawk it-transazzjonijiet li jistgħu jkunu inċidentali jew li jwasslu
għat-twettiq ta’ l-għanijiet tiegħu.
(6) Il-Fond ikun responsabbli għall-ġbir, l-irkupru u l-għemil
ta’ proċeduri għall-ħlas ta’ somom lilu dovuti, skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att.
(7) Il-Bord għandu, meta jirċievi l-kontijiet verifikati ta’
soċjetà , jissupplixxi lill-Fond dik l-informazzjoni li biha l-Fond
ikun jista’ jistabbilixxi l-kontribuzzjoni ta’ dik is-soċjetà  lejn dak
il-Fond.
Tqassim tar-
residwu nett.
92. (1) Ir-residwu nett ta’ soċjetà  fi tmiem kull perjodu ta’
kontijiet wara li jsiru l-kontribuzzjonijiet għall-fond ta’ riżerva u
għall-Fond skond l-artikoli 90 u 91 jista’ jitqassam fost il-membri
bħal dividend jew b’kull mod awtorizzat b’dan l-Att jew bl-istatut
tas-soċjetà , u jista’ wkoll jiġi allokat għal kull fond ieħor tas-
soċjetà  sa dak il-limitu u taħt dawk il-kondizzjonijiet li jistgħu jiġu
preskritti taħt dan l-Att jew bl-istatut tas-soċjetà .
(2) (a) L-istatut ta’ soċjetà  jista’ jistabbilixxi l-ogħla rata li s-
soċjetà  tista’ tħallas lill-membri tagħha bħala dividend.
(b) Meta ma tiġix speċifikata l-ogħla rata fl-istatut ta’
soċjetà , l-ogħla rata għandha tkunm dik speċifikata,
minn żmien għal żmien, b’regolamenti li jsiru mill-
Ministru, f’konsultazzjoni mal-Bord.
(3) Bla ħsara għal kull disposizzjoni li jkun hemm fl-istatut ta’
xi soċjetà , jew għal direttivi ġenerali jew speċifiċi stabbiliti
f’laqgħa ġenerali, soċjetà  tista’ tuża ammont tar-residwu nett
tagħha għal kull għan ta’ karità , edukazzjoni jew pubbliku ieħor.
Rimbors fost il-
patrunat. 
93. (1) Soċjetà  tista’ tqassam kull parti li jifdal mir-residwu
nett tagħha bħala rimbors fost il-patrunat.
(2) Rimbors fost il-patrunat tfisser it-tqassim ta’ kull jew parti
mir-residwu nett ta’ soċjetà , mħallas fost il-membri tagħha fi
proporzjon għall-volum ta’ xogħol jew transazzjonijiet oħra li
huma jkunu għamlu mas-soċjetà .
Ċertifikati ta’ 
bonus u ishma 
bonus.
94. (1) Soċjetà  tista’ tqassam kull parti mir-residwu nett
tagħha fost il-membri tagħha f’għamla ta’ ċertifikati bonus jew
ishma bonus.
(2) Ċertifikat bonus jagħti l-jedd lid-detentur tiegħu li jitlob il-
ħlas tas-somma li għaliha jkun inħareġ iċ-ċertifikat mill-fondi tas-
soċjetà  f’data speċifikata fiċ-ċertifikat, li tkun data mhux qabel
ħames snin mill-jum meta jkun inħareġ iċ-ċertifikat bonus. Ebda
mgħax jew dividend ma jitħallas fuq dawk iċ-ċertifikati.
(3) Sehem bonus ma jistax jiġi rtirat jew trasferit qabel ma
jgħaddu għaxar snin mid-data tal-ħruġ tiegħu kemm-il darba d-
detentur tas-sehem bonus ma jtemmx milli jibqa’ membru, f’liema
każ is-somma mitluba minn membru ta’ l-imgħoddi tista’ tintalab
mill-istess persuna, jew mill-eredi tiegħu, sa tnax-il xahar wara d-
data meta dik il-persuna tkun temmet milli tibqa’ membru.
SOĊJETAJIET KOPERATIVI ġ KAP. 442. 37
TAQSIMA VIII 
Amalgamazzjoni ta’ Soċjetajiet
Amalgamaz-zjoni. 
soċjetajiet jew iktar jistgħu b’istrument bil-miktub jamalgamaw
f’soċjetà  waħda jekk kull waħda minn dawk is-soċjetajiet tkun hekk
irrisolviet, b’maġġoranza ta’ tlieta minn erbgħa tal-membri
preżenti u li jivvotaw, f’laqgħa ġenerali straordinarja li ssir għal
dak l-għan u li dwarha ikun ingħata avviż bil-miktub, li jkollu fih
ir-riżoluzzjoni u jkun jagħti d-data u l-post tal-laqgħa, mill-anqas
ħmistax-il jum qabel ma ssir il-laqgħa.
(2) Is-soċjetà  l-ġdida ffurmata kif imsemmi qabel tista’
tapplika biex tiġi reġistrata taħt l-artikolu 26 u tista’ tiġi reġistrata
taħt l-artikolu 29.
(3) L-istrument ta’ l-amalgamazzjoni ma jkollu ebda effett
sakemm u kemm-il darba s-soċjetà  l-ġdida ma tiġix hekk reġistrata.
Amalgamaz-zjoni 
b’fużjoni.
96. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, żewġ
soċjetajiet jew iktar jistgħu, b’istrument bil-miktub, jamalgamaw
b’fużjoni b’tali mod li xi soċjetà  waħda jew iktar soċjetajiet
jinkisbu minn xi soċjetà  oħra, imsemmija is-soċjetà  akkwirenti,
jekk kull waħda minn dawk is-soċjetajiet tkun hekk irrisolviet,
b’maġġoranza ta’ tlieta minn erbgħa, jew b’dik il-maġġoranza
ogħla hekk kif tista’ tkun stipulata fl-istatut, tal-membri preżenti u
li jivvotaw, f’laqgħa ġenerali straordinarja li ssir għal dak l-għan u
li dwarha jkun ingħata avviż bil-miktub, li jkun fih ir-riżoluzzjoni u
jkun jagħti d-data u l-post tal-laqgħa, mill-inqas ħmistax-il ġurnata
qabel ma titlaqqa’ l-laqgħa.
(2) Is-soċjetà  jew soċjetajiet li jiġu akkwistati mis-soċjetà
akkwirenti kif provdut fis-subartikolu (1) għandhom jiġu xolti u
mħassra mir-reġistru mingħajr ebda stralċ.
Soċjetajiet ġodda.
soċjetà  ġdida mwaqqfa skond ma hemm fl-artikolu 95, għandha
tissuċċiedi għal kull attiv, dritt, responsabbiltà  jew obbligazzjoni
tas-soċjetà  jew soċjetajiet li jtemmu jeżistu bis-saħħa ta’ l-att ta’
amalgamazzjoni, mingħajr il-ħtieġa ta’ xi formalità , u dik is-
suċċessjoni għandha malli dan tkun effettiva wkoll għar-rigward ta’
terzi.
Kap.364.
Kap. 123.
(2) Is-suċċessjoni għal kull attiv, dritt, responsabbiltà  jew
obbligazzjoni tas-soċjetà  jew soċjetajiet li jtemmu jeżistu bis-
soċjetà  akkwirenti jew b’dik ġdida, skond il-każ, m’għandhom
jagħtu lok għal ebda responsabbiltà  għall-ħlas ta’ xi taxxa taħt l-Att
dwar it-Taxxa fuq id-Dokumenti u Trasferimenti jew l-Att dwar it-
Taxxa fuq l-Income.
Attiv u passiv.
li tkun hekk awtorizzata b’riżoluzzjoni mgħoddija kif provdut fl-
artikolu 95(1), tista’, b’istrument bil-miktub tittrasferixxi lil soċjetà
oħra awtorizzata li taċċetta t-trasferiment b’riżoluzzjoni mgħoddija
bl-istess mod, l-attiv u l-passiv kollu tagħha mingħajr eċċezzjoni.
(2) L-istrument li jagħmel dak it-trasferiment għandu jkun
reġistrat mal-Bord, u ma jkollu ebda effett sakemm ma jkunx hekk
38 KAP. 442. ħ SOĊJETAJIET KOPERATIVI
reġistrat.
Amalgamaz-zjoni 
ta’ soċjetajiet u 
trasferiment ta’ 
attiv u passiv. 
99. (1) L-amalgamazzjoni ta’ soċjetajiet skond l-artikoli 96 u
97, u t-trasferiment ta’ l-attiv u l-passiv ta’ soċjetà  lil soċjetà  oħra
skond l-artikolu 98 m’għandux isir u l-istrument relattiv
m’għandux jiġi ffirmat qabel ma jgħaddu tliet xhur, jew dak il-
perjodu iqsar li l-Bord jista’, f’ċirkostanzi eċċezzjonali,
jippermetti, mill-pubblikazzjoni fil-Gazzetta ta’ avviż mill-Bord, li
jkun fih il-partikolaritajiet ġenerali ta’ l-amalgamazzjoni jew
trasferiment li jkunu maħsuba li jsiru. 
(2) Matul il-perjodu msemmi fis-subartikolu (1), kull kreditur
tas-soċjetajiet involuti jista’, bil-miktub lis-soċjetà , joġġezzjona
għall-amalgamazzjoni jew it-trasferiment proposti, u l-
amalgamazzjoni jew it-trasferiment ma jsirux kemm-il darba s-
soċjetà  inkwisjoni ma tissodisfax lill-Bord li l-amalgamazzjoni jew
it-trasferiment proposti m’għandhomx għax jolqtu b’mod ħażin l-
interessi leġittimi ta’ dak il-kreditur u li mhux se jkunu mittiefsa l-
garanziji suffiċjenti għat-tpaċija tat-talbiet leġittimi tiegħu.
(3) Kull membru ta’ soċjetà  li tkun ser tiġi amalgamata jew ta’
soċjetà  li tkun ser tittrasferixxi jista’, minkejja kull regola għall-
kuntrarju, b’avviż bil-miktub mogħti lis-soċjetà  li tagħha jkun
membru, mhux iktar tard minn xahrejn mid-data tar-riżoluzzjoni
rilevanti mgħoddija minn dik s-soċjetà , jiddikjara l-ħsieb tiegħu li
ma jidħolx membru tas-soċjetà  l-ġdida, jew tas-soċjetà  akkwirenti,
jew tas-soċjetà  li lilha jsir it-trasferiment, skond il-każ; u malli
jagħti dak l-avviż huwa jtemm milli jibqa’ membru u jkollu jedd
jirċievi l-valur nominali ta’ l-ishma li jkollu.
(4) Meta t-trasferiment ta’ l-attiv u l-passiv ta’ soċjetà  lil
soċjetà  oħra jkun sar skond ma hemm fl-artikolu 98, is-soċjetà  li
tittrasferixxi għandha tissuċċedi f’kull tali dritt, attiv,
responsabbiltà  u obbligazzjoni hekk kif jistgħu jiġu stipulati fil-
ftehim ta’ traswferiment, kif debitament reġistrat mal-Bord kif
provdut fl-artikolu 98(2), u l-atti, kuntratti, istrumenti u dokumenti
l-oħra kollha jkollhom effett u jiftiehmu skond hekk.
TAQSIMA IX
Xoljiment u Stralċ ta’ Soċjetajiet
Ordni ta’ 
xoljiment.
100. (1) Jekk il-Bord, wara li jagħmel inkjesta taħt l-artikolu
14, ikun tal-fehma li dik s-soċjetà  għandha tiġi likwidata, huwa
jista’ joħroġ ordni ta’ xoljiment, fejn jordna x-xoljiment tas-
soċjetà . Sabiex jasal għal din id-deċiżjoni l-Bord għandu jqis l-
interessi tal-membri, kredituri u impjegati ta’ dik is-soċjetà .
(2) Il-Bord għandu, meta jirċievi riżoluzzjoni mgħoddija
b’maġġoranza ta’ tlieta minn erbgħa, jew dik il-maġġoranza ogħla
li tista’ tiġi stipulata fl-istatut, tal-membri ta’ soċjetà  preżenti u li
jivvotaw f’laqgħa ġenerali straordinarja mlaqqa’ bil-għan li dik is-
soċjetà  tiġi xolta, joħroġ ordni ta’ xoljiment:
Iżda fejn l-istatut ta’ soċjetà  jkun jeħtieġ li riżoluzzjoni
għax-xoljiment ta’ soċjetà  jkun konfermat f’laqgħa ġenerali oħra
jew f’waħda sussegwenti, il-Bord għandu biss joħroġ dik l-ordni
jekk ir-riżoluzzjoni tiġi hekk konfermata.
(3) Il-Bord jista’, fuq mozzjoni tiegħu nnifsu, jagħmel ordni
SOĊJETAJIET KOPERATIVI ġ KAP. 442. 39
ta’ xoljiment dwar soċjetà  li tkun insolventi, jew li tkun għadha ma
bdietx taħdem jew li tkun waqfet mix-xogħol jew li l-membri
tagħha jkunu naqsu għall-inqas min-numru minimu ta’ membri
meħtieġ bl-artikolu 22.
(4) Meta jagħmel ordni ta’ xoljiment taħt is-subartikolu (1),
(2) jew (3), il-Bord għandu jaħtar stralċjarju għall-għanijiet tal-
likwidazzjoni tas-soċjetà .
(5) L-istralċjarju għandu jinħatar minn fost persuni li
jkollhom, għal mill-inqas ħames snin konsekuttivi, warrant biex
jeserċitaw bħala Accountant Pubbliku Ċertifikat (CPA) jew bħala
Accountant u Awditur Pubbliku Ċertifikat (CPAA), li ma tkunx
persuna li kienet uffiċjal, accountant, jew awditur tas-soċjetà , f’xi
waqt matul il-ħames snin qabel id-data ta’ l-ordni ta’ xoljiment.
(6) Persuna tkun skwalifikata mill-ħatra ta’ stralċjarju fl-istess
każijiet, mutatis mutandis, li minhabba fihom taħt l-artikolu 46
kienet tkun skwalifikata li tinħatar bħala awditur.
(7) Meta jinħatar stralċjarju mill-Bord, kull poter u funzjoni
tal-kumitat ta’ tmexxija, u tal-bord ta’ sorveljanza, jekk ikun
hemm, jintemmu.
(8) Meta soċjetà  tiġi xolta, din għandha, mid-data tax-
xoljiment, ittemm milli tiġġestixxi n-negozju tagħha ħlief
daqskemm jista’ jkun meħtieġ għax-xoljiment benefiku tagħha.
(9) L-ispejjeż ta’ l-istralċ, magħduda r-rimunerazzjoni ta’ l-
istralċjarju, għandhom jitħallsu mill-attiv tas-soċjetà  qabel kull
dejn ieħor.
(10) Malli jinbeda stralċ, il-Bord għandu jistabbilixxi jekk l-
attiv tas-soċjetà  li tagħha jkun qed isir l-istralċ ikunx suffiċjenti
biex ikopri l-ispejjeż kollha ta’ l-istralċ, inkluża r-rimunerazzjoni
ta’ l-istralċjarju. Jekk l-attiv tas-soċjetà  ma jkunx biżżejjed għall-
finijiet hawn qabel imsemmija, dawk l-ispejjeż, u dawk l-ispejjeż
biss, għandhom jitħallsu mill-membri tal-kumitat ta’ tmexxija jew
mill-membri kollha tas-soċjetà , hekk kif il-Bord jista’ jistabbilixxi
f’kull każ partikolari.
(11) Il-Bord għandu, kemm jista’ jkun malajr, jara li jiġi
ppubblikat avviż fil-Gazzetta, fejn jingħataw il-partikolaritajiet
ġenerali ta’ kull ordni ta’ xoljiment maħruġ minnu taħt dan l-
artikolu.
Poter ta’ l-
istralċjarju.
101. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ kull ordni
magħmul mill-Bord taħt l-artikolu 102, stralċjarju maħtur mill-
Bord ikollu poter li -
(a) jieħu pussess immedjat ta’ l-attiv kollu tas-soċjetà  u
tal-kotba, records u dokumenti oħra kollha tan-
negozju tagħha;
(b) ikompli x-xogħol tas-soċjetà  safejn ikun meħtieġ
sabiex jillikwida l-affarijiet tagħha b’vantaġġ, iżda
għal dan l-għan hu ma jkun jista’ joħroġ ebda self;
(ċ) jistabbilixxi b’avviż pubblikat fil-Gazzetta l-jum li
qablu l-kredituri jkollhom jippreżentaw it-talbiet
tagħhom sabiex ikunu jistgħu jiġu aċċettati għal xi
40 KAP. 442. ħ SOĊJETAJIET KOPERATIVI
tqassim;
(d) jibgħat kull kwistjoni għal arbitraġġ u jagħmel u
jiddefendi kawżi u proċedimenti legali oħra f’isem is-
soċjetà ;
(e) jagħti dawk id-direttivi dwar il-ġbir u r-realizzazzjoni
ta’ attiv kif ikun meħtieġ waqt il-likwidazzjoni tas-
soċjetà ;
(f) jistħarreġ it-talbiet kollha kontra s-soċjetà  u, bla ħsara
għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, jiddeċiedi b’ordni
kwistjonijiet dwar jekk jintlaqgħux jew le talbiet u l-
preċedenza bejn min jagħmel it-talbiet;
(g) iħallas talbiet li jsiru kontra s-soċjetà  (magħdud kull
imgħax li jkollu jitħallas sad-data ta’ l-ordni tal-
likwidazzjoni) skond il-preċedenza rispettiva
tagħhom, jekk ikun hemm, għal kollox jew sal-limitu li
jippermetti l-attiv ta’ dik s-soċjetà ;
(h) jasal fi ftehim dwar xi talba favur jew kontra s-soċjetà ,
kemm-il darba tinkiseb bil-quddiem l-approvazzjoni
tal-Bord;
(i) isejjaħ dawk il-laqgħat tal-membri kif ikun meħtieġ
għat-tmexxija xierqa tal-likwidazzjoni, wara li jagħti
avviż ta’ mhux inqas minn ħmistax-il jum sħaħ għal
kull laqgħa bħal dik;
(j) bla ħsara għal kull regola li tillimita r-responsabbiltà
tal-membri u bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-
artikolu 59, jiddeċiedi l-kontribuzzjonijiet li
għandhom isiru lill-attiv tas-soċjetà  minn membri,
membri ta’ l-imgħoddi jew mill-werrieta ta’ membri
mejta tas-soċjetà ;
(k) jipġpreżenta skema għal tqassim lill-Bord, u jieħu
ħsieb it-tqassim ta’ l-attiv tas-soċjetà  b’mod
konvenjenti; u
(l) jirrapporta lill-Bord kull irregolarità  li jissuspetta li
tkun ġrat jew qabel jew wara l-ordni ta’ xoljiment, u li
jkun sar jaf biha filwaqt tax-xoljiment.
(2) Kull persuna aggravata b’xi ordni tal-istralċjarju magħmul
taħt id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1)(f), (j) jew (l) tista’
tappella bil-miktub lill-Bord fi żmien tletin jum mid-data ta’ dak l-
ordni.
(3) Stralċjarju għandu jiddepożita l-fondi u l-attiv l-ieħor ta’
soċjetà  xolta li jkunu miġbura minnu jew li jiġu fil-pussess tiegħu
bħala stralċjarju b’dak il-mod u f’dak il-post li minn żmien għal
żmien jista’ jiġi stabbilit mill-Bord.
(4) Stralċjarju għandu, ta’ kull sena, jissottometti lill-Bord
rapport fejn jagħti l-progress magħmul fil-likwidazzjoni ta’ l-
affarijiet tas-soċjetà , u għandu malli jispiċċaw il-proċedimenti tal-
likwidazzjoni, jippreżenta rapport finali li jkun jinkludi skema
verifikata ta’ tqassim u jikkonsenja lill-Bord l-kotba, reġistri u
kontijiet oħra yas-soċjetà  li jkun żamm hu.
SOĊJETAJIET KOPERATIVI ġ KAP. 442. 41
Setgħa tal-Bord 
fuq l-istralċjarju.
102. (1) Stralċjarju għandu jeżerċita l-poteri tiegħu suġġett
għas-sorveljanza tal-Bord.
(2) Mingħajr preġudizzju għall-ġeneralità  tad-disposizzjonijiet
tas-subartikolu (1), il-Bord jista’ -
(a) ineħħi stralċjarju mill-kariga u jaħtar ieħor ġdid; 
(b) b’ordni bil-miktub, jillimita l-poteri ta’ stralċjarju, kif
jista’ jqis li jkun xieraq;
(ċ) jistabbilixxi r-rimunerazzjoni tal-stralċjarju.
Ordni ta’ 
stralċjarju.
103. (1) Ordni magħmul minn stralċjarju taħt l-artikolu 101(1)
u (2) u ratifikat bil-miktub mill-Bord jista’ jiġi infurzat mill-Qorti
Ċivili jew mill-Qorti tal-Maġistrati (Malta) jew mill-Qorti tal-
Maġistrati (Għawdex), fil-ġurisdizzjoni superjuri tagħha
daqslikieku kienet deċizjoni ta’ dik il-qorti, u d-disposizzjonijiet
ta’ l-artikolu 19(3) għandhom ikunu, mutatis mutandis, japplikaw.
Stralċ ta’ soċjetaċ .
riżerva, għandu l-ewwel jintuża għall-ispejjeż ta’ l-istralċ,
mbagħad biex jitħallas il-passiv tas-soċjetà , mbagħad biex jitħallas
il-kapital ta’ l-ishma jew il-kapital sottoskritt, u wara, jekk l-istatut
tas-soċjetà  jkun jippermetti, biex jitħallas dividend jew rimbors
fost il-patrunat b’rata ta’ mhux iktar minn dik speċifikata fir-
regolamenti magħmula taħt dan l-Att jew fl-istatut tas-soċjetà  għal
xi perjodu li matulu fil-fatt ma jkun tħallas ebda dividend jew
rimbors fost il-patrunat.
Tħassir ta’ 
reġistrazzjoni. 
105. (1) Meta l-affarijiet ta’ soċjetà  jkunu ġew likwidati, il-
Bord għandu jagħmel ordni li jħassar ir-reġistrazzjoni ta’ dik s-
soċjetà  u s-soċjetà  titħassar minn fuq ir-reġistru. Avviż ta’ ordni
bħal dak għandu jiġi pubblikat fil-Gazzetta.
(2) Talba ta’ xi kreditur tas-soċjetà  li ma jkunx irċieva dak li
ħaqqu taħt l-iskema approvata tat-tqassim tkun preskritta malli
jgħaddu sentejn mid-data ta’ l-ordni ta’ tħassir tas-soċjetà .
(3) Kull flejjes li jibqgħu wara li jintużaw il-fondi għall-għan
speċifikat fl-artikolu 104 u kull somma li tibqa’ ma ssirx talba
dwarhom matul il-perjodu msemmi fis-subartikolu (2),
m’għandhomx jitqassmu bejn il-membri, ħlief fil-każ ta’
likwidazzjoni ta’ soċjetà  sekondarja, iżda għandhom jitqiegħdu fil-
Kont ta’ Likwidazzjoni ta’ Soċjetajiet Koperativi li jinżamm mill-
Bord.
(4) Kull somma li titqiegħed fil-Kont ta’ Likwidazzjoni ta’
Soċjetajiet Koperativi għandha, wara perjodu ta’ ħames snin, tiġi
trasferita lill-Fond.
TAQSIMA X
Kostituzzjoni, Funzjonijiet u Dmirijiet ta’ l-organizzazzjoni 
Apex
Organizzazzjoni 
Apex.
106. Organizzazzjoni Apex tkun assoċjazzjoni li tissodisfa l-
Bord li tkun konformi ma’ dawn il-ħtiġiet li ġejjin:
(a) li jkollha sħubija ta’ mill-inqas maġġoranza assoluta
ta’ kull soċjetà  koperativa primarja li tkun qegħda
tgawdi reġistrazzjoni sħiħa skond l-artikolu 29;
42 KAP. 442. ħ SOĊJETAJIET KOPERATIVI
(b) li l-istatut relattiv ikun jgħid li l-għan ewlieni ta’ l-
assoċjazzjoni jkun li jiġu faċilitati l-ħidmiet ta’ kull
soċjetà  koperativa primarja, sekondarja u terzjarja
f’Malta;
(ċ) li l-istatut tagħha jkun jgħid li l-għan ta’ l-
assoċjazzjoni jkun li tipprovdi, torganizza u tissorvelja
servizzi ċentralizzati effettivi għal soċjetajiet
koperativi u għal edukazzjoni u taħriġ koperativ, u
dawk is-servizzi l-oħra hekk kif jistgħu jkunu
meħtieġa jew spedjenti għall-membri tagħha;
(d) li l-istatut tagħha jkun jipprovdi sabiex l-assoċjazzjoni
tkun ġestita minn persuni liberament eletti mill-
membri ta’ l-assoċjazzjoni f’elezzjoni li ssir mill-inqas
darba fis-sena kalendarja;
(e) li l-assoċjazzjoni ma jkollhiex bħala wieħed mill-
għanijiet tagħha l-għemil ta’ profitti;
(f) li l-assoċjazzjoni tkun indipendenti minn kull
assoċjazzjoni jew gruppi oħra li l-għan ewlieni
tagħhom ma jkunx il-promozzjoni u l-iżvilupp ta’
soċjetajiet koperativi; u
(g) li l-assoċjazzjoni Apex jista’ jkollha bħala membru
kull soċjetà , sew primarja, sekondarja jew terzjarja.
Għarfien ta’ 
organizzazzjoni 
Apex.
107. (1) Assoċjazzjoni li tkun tixtieq tingħaraf u tiġi reġistrata
bħala organizzazzjoni Apex għandha tippreżenta lill-Bord:
(a) applikazzjoni fuq il-formola adatta maħruġa taħt l-
awtorità  tal-Bord;
(b) kopja aġġornata ta’ l-istatut tagħha, debitament
ċertifikat mill-persuni eletti skond l-artikolu 106(d);
(ċ) elenku ta’ l-uffiċjali ta’ l-assoċjazzjoni;
(d) lista tas-soċjetajiet koperativi li jkunu ngħaqdu bħala
membri ta’ l-assoċjazzjoni; u
(e) l-indirizz uffiċjali tagħha.
(2) Il-Bord għandu, ma’ l-ewwel opportunità  li jkollu,
jeżamina u jivverifika jekk l-assoċjazzjoni tkunx tissodisfa l-ħtiġiet
stipulati fl-artikolu 106. Meta dawn il-ħtiġiet ikunu sodisfatti, il-
Bord għandu jirreġistra lill-assoċjazzjoni bħala l-organizzazzjoni
Apex reġistrata, u għandu joħroġ ċertifikat li jkun jikkonferma r-
reġistrazzjoni ta’ l-imsemmija assoċjazzjoni u d-data ta’
reġistrazzjoni.
(3) Meta l-Bord jistabbilixxi li assoċjazzjoni ma tkunx
tissodisfa l-ħtiġiet għar-reġistrazzjoni bħala organizzazzjoni Apex,
dan għandu fi żmien erbatax-il ġurnata mid-deċiżjoni tiegħu jagħti
avviż dwar dan bil-miktub lill-assoċjazzjoni, fejn jagħti r-raġunijiet
tiegħu għal dik id-deċiżjoni.
(4) Ċertifikat li jinħareġ mill-Bord fis-sens li xi assoċjazzjoni
partikolari tkun organizzazzjoni Apex reġistrata għandu jkun prova
valida u konklużiva tal-fatt li l-assoċjazzjoni tkun hekk
rikonoxxuta u reġistrata għal kull għan u raġuni tal-liġi.
SOĊJETAJIET KOPERATIVI ġ KAP. 442. 43
(5) Ma għandhom jinġabru ebda drittijiet għar-reġistrazzjoni,
mill-Bord, ta’ assoċjazzjoni bħala organizzazzjoni Apex.
TAQSIMA XI
Mixxellanji
Poter li jsiru 
regolamenti.
108. (1) Il-Ministru jista’ jagħmel regolamenti sabiex jingħata
seħħ u effett lil kull waħda mid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att.
(2) Mingħajr preġudizzju għall-ġeneralità  tal-poter mogħti bis-
subartikolu (1), ir-regolamenti jistgħu-
(a) jipprovdu għall-amministrazzjoni tal-Fond Ċentrali
tal-Koperativi u tal-Fond ta’ Likwidazzjoni ta’
Soċjetajiet Koperativi;
(b) jippreskrivu l-ogħla rata ta’ dividend fuq kapital ta’ l-
ishma li tista’ titħallas minn soċjetajiet, kemm-il darba
dan ma jkunx speċifikat fl-istatut tas-soċjetà ;
(ċ) jippreskrivu f’liema għamla u taħt liema
kondizzjonijiet il-Gvern jista’ jagħraf u jappoġġa
skemi koperativistiċi fis-settur pubbliku;
(d) jippreskrivu drittijiet li għandhom jinġabru dwar kull
ħaġa meħtieġa jew permessa taħt dan l-Att;
(e) jippreskrivu ċ-ċirkostanzi li taħthom soċjetà  tista’ tkun
meħtieġa tħejji kontijiet konsolidati u l-format u
ħtiġiet oħra li għandhom jiġu adottati għal dak l-għan;
(f) jippreskrivu dwar kif għandhom isiru l-proċedimenti
ta’ stralċ taħt it-Taqsima IX ta’ dan l-Att; u
(g) jippreskrivu jew xort’oħra jipprovdu għal kull ħaġa li
għandha jew li tista’ tiġi preskritta jew provdut dwarha
b’regolamenti taħt dan l-Att.
(3) Il-Ministru jkollu wkoll is-setgħa, b’regolamenti
magħmula taħt dan l-artikolu, li jemenda jew jissostitwixxi l-Iskedi
li jinsabu ma’ dan l-Att. 
(4) Il-Ministru jista, filwaqt li jaġixxi bi ftehim mal-Ministru
responsabbli għal soċjetajiet kummerċjali, jagħmel regolamenti li
jkunu jistabbilixxu l-proċeduri u ħtiġiet oħra li bihom:
(a) soċjetà  kummerċjali tkun tista’ tiġi konvertita
f’soċjetà ;
(b) soċjetà  tkun tista’ tiġi konvertita f’soċjetà
kummerċjali.
Kap. 386.
(5) Ir-regolamenti msemmija fis-subartikolu (4) jistgħu
jipprovdu għall-konsegwenzi ta’ tali konverżjoni, u jistgħu
jipprovdu għall-applikazzjoni ta’ kull provvediment tat-Taqsima
VIII ta’ dan l-Att, jew tat-Taqsima VII ta’ l-Att dwar il-
Kumpanniji, bla ħsara għal dawk il-modifiki, emendi jew kwalifiki
li jistgħu jiġu stipulati fir-regolamenti.
Kwistjonijiet.
soċjetà , l-elezzjoni ta’ l-uffiċjali tagħha jew it-tmexxija tal-laqgħat
ġenerali tagħha, jew il-ġestjoni jew ix-xogħol ta’ soċjetà  - 
(a) bejn il-membri, membri ta’ l-imgħoddi u l-aventi
44 KAP. 442. ħ SOĊJETAJIET KOPERATIVI
kawża ta’ membri, membri ta’ l-imgħoddi jew membri
li mietu; jew
(b) bejn membru, membru ta’ l-imgħoddi jew membru li
miet, u s-soċjetà , il-kumitat ta’ tmexxija, il-bord ta’
sorveljanza tagħha, jew xi uffiċjal tas-soċjetà ; jew
(ċ) bejn s-soċjetà  jew il-kumitat ta’ tmexxija tiegħu jew il-
bord ta’ sorveljanza u xi uffiċjal tas-soċjetà ; jew
(d) bejn soċjetà  u xi soċjetà  oħra; jew
(e) abbażi ta’ xi talba minn xi soċjetà  għal xi dejn jew
debiti oħra mingħand membru, membru ta’ l-imgħoddi
jew il-werrieta ta’ xi membru li jkun miet, sew jekk
dak id-dejn jew debiti oħra jkunu ammessi sew jekk
ma jkunux; jew
(f) kull kwistjoni li toriġina mill-interpretazzjoni ta’ l-
istatut ta’ soċjetà , jew ta’ xi regola li jkun hemm fih,
għaldaqstant dik il-kwistjoni tista’, u jekk ikun hekk provdut fl-
istatut ta’ soċjetà  jew jekk ikun hemm ftehim dwar dan bejn il-
partijiet involuti fit-tilwima għandha, tintbagħat għall-arbitraġġ
quddiem arbitru li jiġi maħtur mill-President taċ-Ċentru dwar l-
Arbitraġġ ta’ Malta:
Iżda d-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu ma japplikawx
għal xi kwistjoni bejn soċjetà  u l-impjegati tagħha dwar dak li
għandu x’jaqsam mal-kuntratti tax-xogħol ta’ dawk l-impjegati.
Reati. 110. (1) Ikun reat taħt dan l-Att jekk:
(a) soċjetà  jew uffiċjal jew membru tagħha
volontarjament jittraskura jew jirrifjuta li jagħmel xi
ħaġa jew li jagħti xi tagħrif mehtieġ għall-finijiet ta’
dan l-Att mill-Bord jew minn xi persuna awtorizzata
kif imiss għal hekk mill-Ministru jew mill-Bord; jew
(b) soċjetà  jew uffiċjal jew membru tagħha
volontarjament jagħmel dikjarazzjoni falza jew jagħti
tagħrif falz; jew 
(ċ) xi persuna volontarjament jew mingħajr raġuni xierqa
ma tobdix xi taħrika, ħtieġa jew ordni leġittimu bil-
miktub maħruġa jew mitluba taħt id-disposizzjonijiet
ta’ dan l-Att, jew ma tagħtix xi tagħrif meħtieġ
mingħandha leġittimament minn persuna awtorizzata
biex tagħmel hekk taħt id-disposizzjonijiet ta’ dan l-
Att; jew
(d) xi persuna taġixxi jew tidher li tkun qed taġixxi bħala
membru ta’ kumitat ta’ tmexxija jew ta’ bord ta’
sorveljanza meta ma jkollhiex jedd li tagħmel hekk;
jew
(e) soċjetà  jew uffiċjal jew membru tagħha,
volontarjament jagħmel xi ħaġa li tkun teħtieġ il-
kunsens jew l-approvazzjoni tal-Bord mingħajr ma
qabel jikseb dak il-kunsens jew dik l-approvazzjoni;
jew
(f) soċjetà  jew uffiċjal jew membru tagħha
SOĊJETAJIET KOPERATIVI ġ KAP. 442. 45
volontarjament jonqos li jagħmel xi ħaġa jew li
jġiegħel li ssir xi ħaġa li hi b’dan l-Att jew taħtu
meħtieġa li ssir jew li tkun imġiegħla li ssir; jew
(g) soċjetà  jew uffiċjal jew membru tagħha
volontarjament jagħmel jew iġiegħel li ssir xi ħaġa li
b’dan l-Att jew taħtu hi projbita li ssir.
(2) Kull soċjetà , uffiċjal jew membru ta’ soċjetà  jew kull
persuna oħra ħatja ta’ reat taħt dan l-artikolu teħel, meta tinsab
ħatja, multa ta’ mhux iżjed minn elfejn lira u, fil-każ ta’ reat
kontinwu, multa oħra ta’ mhux iżjed minn għoxrin lira għal kull
jum li matulu jkompli r-reat.
Riserva.
ordni, regoli jew kwalunkwe azzjoni magħmula bis-saħħa ta’ l-Att
dwar l-Għaqdiet Koperativi (Kap. 278, imħassar b’dan l-Att)
għandhom jibqgħu fis-seħħ daqslikieku magħmula jew maħruġa
taħt dan l-Att.
46 KAP. 442. ħ SOĊJETAJIET KOPERATIVI
L-EWWEL SKEDA
Artikolu 26(1) 
APPLIKAZZJONI GĦAL REĠISTRAZZJONI TA’ SOĊJETAċ  KOPERATIVA
1. Aħna, hawn taħt iffirmati .............................................................................
.................................................................................................................................
.................................................................................................................................
(daħħal l-isem, l-età , l-indirizz u l-okkupazzjoni ta’ għall-anqas ħames persuni, jew
ta’ għall-anqas żewġ persuni awtorizzati kif imiss għal hekk minn kull waħda mis-
soċjetajiet (jekk l-applikazzjoni ssir minn soċjetajiet)) li nixtiequ li nifformaw
soċjetà  koperativa skond l-Att dwar Soċjetajiet Koperativi, qegħdin hawnhekk
napplikaw għal reġistrazzjoni.
2. L-isem tas-soċjetà  proposta jkun .................................................................
.................................................................................................................................
.(daħħal l-isem propost) 
3. L-uffiċċju reġistrat tas-soċjetà  proposta jkun ................................................
.................................................................................................................................
(daħħal l-indirizz propost) u l-indirizz postali tagħha jkun .......................................
................................................................................................................................. 
4. Flimkien ma’ din l-applikazzjoni hemm kopja ffirmata ta’ l-istatut propost,
li jispeċifika l-għanijiet tas-soċjetà  u kopja ta’ dikjarazzjoni ta’ vijabbiltà  (jekk din
tkun diġà  ntalbet mill-Bord), u kopja ta’ l-istudju ta’ possibilitajiet (mħejji u ffirmat
minn) .......................................................................................................................
5. L-istatut propost ġie approvat fil-............................... 20......
6. Il-................... persuni hawn taħt iffirmati issa jridu jsiru membri u għamlu
l-ħlasijiet meħtieġa għal dħul bħala membri kif provdut fl-istatut li jinsab ma’ din l-
applikazzjoni.
7. Qed jintbagħat ukoll flimkien ma’ din l-applikazzjoni tagħrif li jista’ jgħin
lill-Bord meta jikkunsidra din l-applikazzjoni.
8. Aħna, hawn taħt iffirmati, membri fundaturi jew rappreżentanti tagħha, tajna
l-kunsens tagħna biex immexxu x-xogħol tas-soċjetà  proposta u biex xort’oħra
naqdu l-funzjonijiet ta’ dak il-kumitat skond l-Att dwar s-soċjetajiet Koperativi
sakemm is-suċċessuri tagħna jiġu eletti fl-ewwel laqgħa ġenerali li ssir wara r-
reġistrazzjoni tas-soċjetà .
......................................... ...............................................
President Provviżorju Segretarju Provviżorju
..............................................................................................................................
..............................................................................................................................
Membri fundaturi
TAGĦRIF ADDIZZJONALI DWAR IS-SOĊJETAċ  PROPOSTA 
1. Post tas-socjetaċ  proposta
Agħti l-post u s-sit ta’ l-area bejn wieħed u ieħor fejn s-soċjetà  proposta ser
tipprovdi servizzi lill-membri (jekk soċjetajiet oħra ser ikunu membri, agħti isimhom
u l-post) ...................................................................................................................
.................................................................................................................................
.................................................................................................................................
SOĊJETAJIET KOPERATIVI ġ KAP. 442. 47
2. Xorta ta’ socjetac koperativa meħtieġa
Iddeskrivi fil-qosor l-għan ewlieni li għalih s-soċjetà  ser tiġi organizzata
.................................................................................................................................
.................................................................................................................................
3. Raġunijiet
Agħti raġunijiet dettaljati għall-formazzjoni tas-soċjetà  ...............................
.................................................................................................................................
.................................................................................................................................
4. Min ser ikunu l-membri
Iddeskrivi fil-qosor l-okkupazzjoni jew l-impieg ewlieni, jew fejn joqogħdu,
jew rabta oħra ta’ assoċjazzjoni jew okkupazzjoni tan-nies mistennija li jkunu
membri ....................................................................................................................
.................................................................................................................................
.................................................................................................................................
5. Attitudini lejn proġetti tal-kommunità
In-nies imsemmija fil-partita 4 jaħdmu flimkien fi proġetti volontarji għall-
benefiċċju tal-kommunità  jew ta’ l-area fejn igħixu, jew ta’ l-okkupazzjoni, impieg
jew grupp ieħor li minnu jagħmlu parti' ....................................................................
.................................................................................................................................
.................................................................................................................................
6. Membri mistennija
(a) Numru ta’ persuni li lesti li jidħlu issa ..................................................
(b) Stima ta’ numru ta’ persuni mistennija li jidħlu fi żmien l-ewwel sena ta’
xogħol ............................................................................................. 
7. Tmexxija
Jekk s-soċjetà  tiġi reġistrata, se jkun hemm servizzi ta’ manager (jew segretarju
jew teżorier) kompetenti' .........................................................................................
(a) Isem ...................................................................................................... 
(b) Esperjenza u taħriġ ................................................................................ 
(c) Dan ikun jista’ jżomm jew jissorvelja t-tiżmim ta’ kotba u records
preċiżi'..................................................................................................................... 
8. Sehem finanzjarju tal-membri
(a) Il-membri ser jipprovdu kapital ta’ ishma jew fondi oħra biex tibda s-soċjetà
u biex ikomplu jagħtu l-għajnuna finanzjarja wara li jibda x-xogħol'
.................................................................................................................................
(b) Valur ta’ kull sehem ...........liri. Total mistenni li jitħallas fuq l-ishma u/ jew
sottoskrizzjonijiet meta jibda x-xogħol ..............liri.
(c) Total ta’ drittijiet ta’ membri mistennija li jitħallsu meta jibda x-xogħol
.................. liri. Total ta’ drittijiet ta’ dħul li jitħallsu meta jibda x-xogħol ..............
liri.
(d) Minn fejn il-membri se jipprovdu l-kapital meħtieġ' .............................
(e.g. salarji, pagi, negozju, eċċ). 
9. Laqgħat edukattivi
Saru laqgħat edukattivi biex tiġi diskussa s-soċjetà  proposta, ix-xogħol tagħha u l-
48 KAP. 442. ħ SOĊJETAJIET KOPERATIVI
benefiċċju tal-membri jekk jissieħbu magħha' ..........................................................
(a) Jekk iva, semmi kemm ................................................................................. 
(b) Numru bejn wieħed u ieħor ta’ attendenza' .................................................. 
(c) Kelliema ...................................................................................................... 
10. Gruppi ta’ diskussjoni
Ġew organizzati gruppi ta’ studju biex jieħdu sehem u jiġu mgħarrfa nies li
jixtiequ jsiru membri' .............................................................................................. 
Ġie diskuss xi statut li fuqu wieħed jista’ jimxi' Jekk inhu hekk, meta, kif, minn
min u bl-għajnuna ta’ min' ....................................................................................... 
11. Spazju għal ufficcju
Jekk spazju għal uffiċċju, bini jew tagħmir ikun meħtieġ għall-għanijiet tas-
soċjetà , kif dawn ser jinkisbu u kif ser jitħallsu' ....................................................... 
12. Pariri teknici u dwar ippjanar
Inkisbu pariri dwar jekk l-ippjanar għas-soċjetà  proposta huwiex biżżejjed u dwar
jekk jidhirx li ser ikun hemm dikjarazzjonijiet ta’ suċċess jekk il-membri
jipparteċipaw' ..........................................................................................................
Jekk iva, semmi minn fejn ittieħdu l-pariri ............................................................ 
13. Konsultazzjoni ma’ ufficjal tal-Bord
Ġie kkonsultat xi uffiċċjal tal-Bord fuq il-ħtieġa għas-soċjetà  proposta u t-tħejjija
meħtieġa għall-organizzazzjoni' (agħti dettalji) ........................................................
.................................................................................................................................
Datat fi.................illum.................ta’.......................20..............
Ismijiet u firem ta’ membri prospettivi oriġinali:
........................................................
........................................................
........................................................
_____________
IT-TIENI SKEDA
Artikolu 34(2)
Din li ġejja hija lista mhux eżawrjenti ta’ dak li hu meħtieġ li jiġi inkluż fl-istatut
ta’ Soċjetà  Koperativa:
1. L-isem tas-soċjetà .
2. Il-post u l-indirizz postali ta’ l-uffiċċju reġistrat tagħha. 
3. L-għanijiet tas-soċjetà .
4. L-area ġeografika tax-xogħol tas-soċjetà .
SOĊJETAJIET KOPERATIVI ġ KAP. 442. 49
5. L-għanijiet li għalihom jistgħu jintużaw il-fondi tas-soċjetà .
6. Il-valur ta’ kull sehem, jekk s-soċjetà  tkun iffurmata b’kapital ta’ l-ishma,
jew l-anqas ammont ta’ ħlasijiet fix-xahar.
7. Il-kwalifiki għal membri, il-kondizzjonijiet għal dħul ta’ membri, id-
drittijiet li jitħallsu għal dħul jew sħubija, jekk il-każ, u l-mod għal dħul.
8. Il-mod li jinġabar il-kapital ta’ l-ishma, jekk il-każ, u fondi oħra u l-
kondizzjonijiet għal irtir jew trasferiment ta’ ishma u/jew kapital ta’ sottoskrizzjoni.
9. Il-jeddijiet u l-obbligi ta’ membri u l-limitu tar-responsabbiltà  tal-membri
għal dejn tas-soċjetà .
10. Il-kondizzjonijiet li taħthom membru jista’ jirtira mis-sħubija, inkluża l-
proċedura li biha l-valur nominali ta’ l-ishma miżmuma minn membru li jkun qed
jirtira għandu jkun mifdi.
11. Il-mod kif jissejħu u jitmexxew laqgħat u l-jeddijiet għal vot.
12. Is-setgħat u d-dmirijiet ta’ laqgħat ġenerali, tal-kumitat ta’ tmexxija, ta’ l-
uffiċjali u tal-bord ta’ sorveljanza (meta applikabbli).
13. Il-mod ta’ l-elezzjoni, ħatra, sospensjoni u tneħħija tal-kumitat ta’ tmexxija,
tal-bord ta’ sorveljanza (meta applikabbli), u ta’ l-uffiċjal tas-soċjetà .
14. Ir-rappreżentanza legali u ġuridika tas-soċjetà  inkluża l-awtorizzazzjoni ta’
xi uffiċjal jew uffiċjali li jiffirmaw dokumenti u li xort’oħra jaġixxu f’isem s-soċjetà .
15. Il-mod ta’ twaqqif, tħaddim u allokazzjoni tal-fond ta’ riżerva u l-ammont
jew il-mod kif jiġi stabbilit l-ammont li jiġi kontribwit għalih.
16. X’isir mir-residwu nett annwali.
17. L-honoraria jew allowances, jekk il-każ, li jitħallsu lill-uffiċjali tas-soċjetà . 
18. Restrizzjonijiet ta’ negozji ma’ persuni barra minn membri, jekk il-każ.
19. Fil-każ ta’ soċjetà  li l-għanijiet tagħha jinkludu li jinħolqu fondi biex
jissellfu lill-membri, regoli addizzjonali fl-istatut relattiv dwar dan li ġej:
(a) il-kondizzjonijiet li taħthom jista’ jsir self lill-membri, magħduda:
(i) l-ogħla imgħax;
(ii) l-itwal żmien li jingħata għall-ħlas lura ta’ self; 
(iii) l-estensjoni taż-żmien u tiġdid ta’ self;
(iv) l-għanijiet li għalihom jista’ jingħata self; u
(v) il-garanzija meħtiega għall-ħlas lura;
(b) il-konsegwenzi għal nuqqas ta’ ħlas ta’ somma li jkollha titħallas
akkont ta’ ishma, sottoskrizzjonijiet, depożiti jew self u l-konsegwenza
ta’ nuqqas ta’ użu ta’ self għall-għan li għalih jkun ingħata;
(ċ) l-okkupazzjoni jew residenza ta’ persuni li jistgħu jsiru membri; u
(d) l-kondizzjonijiet li taħthom self u depożiti jistgħu jiġu riċevuti minn
membri u minn mhux membri u l-limitu li s-soċjetà  tista’ tissellef
mingħand membri u mingħand mhux membri.
20. Fil-każ ta’ soċjetà  sekondarja jew soċjetà  terzjarja jew l-organizzazzjoni
Apex, il-metodu ta’ rappreżentanza ta’ membri f’laqgħat ġenerali, it-tneħħija ta’
delegati u l-mod ta’ kif jivvotaw id-delegati.
21. Jekk jitqies li jkun hekk adatt, regoli li jiddistingwu bejn membri attivi u
membri mhux attivi għar-rigward tal-kwalifika għas-sħubija fis-soċjetà  u ta’ kull
50 KAP. 442. ħ SOĊJETAJIET KOPERATIVI
ħag’oħra li jkollha x’taqsam ma’ dan.
22. Regoli dwar kull ħaġ’oħra inċidentali għat-tmexxija tax-xogħol tas-soċjetà .
23. Jekk hekk jitqiesu li jkunu xierqa, regoli dwar kwistjonijiet li jintbagħtu liċ-
Ċentru dwar l-Arbitraġġ.
24. L-ogħla rata li s-soċjetà  tista’ tħallas lill-membri tagħha bħala dividend.
25. Jekk hekk jitqies li jkun xieraq, il-provvediment dwar id-drittijiet ta’
persuna li jkollha prokura.
26. Jekk hekk jitqies li jkun xieraq, il-provvediment dwar it-tlaqqigħ ta’ laqgħat
ġenerali permezz ta’ mezzi elettroniċi adatti jew mezzi oħra.
27. L-ogħla ammont li soċjetà  tista’ tissellef, inklużi overdrafts ta’ banek.
28. Proċedura għat-tkeċċija tal-membri.
29.  Jekk hekk jitqies li jkun xieraq, il-provvediment dwar l-inklużjoni tal-
possibilità  li soċjetajiet kummerċjali jsiru membri.
30. Il-mod kif titlaqqa’ l-laqgħa ġenerali annwali.
31. L-għadd ta’ membri li jagħmlu l-kumitat ta’ tmexxija.
32. Restrizzjonijiet fuq membri għar-rigward tas-sħubija f’soċjetajiet oħra li
jkollhom skopijiet li jkunu l-istess jew li jixxiebhu jew għar-rigward ta’ attivitajiet li
jsiru b’kompetizzjoni ma’ l-attivitajiet tas-soċjetà .
33. Regoli dwar it-trasmissjoni ta’ ishma causa mortis.
34. Regoli dwar il-maġġoranza ta’ voti meħtieġa għal emendi fl-istatut,
konverżjonijiet, amalgamazzjonijiet jew ix-xoljiment tas-soċjetà .
35. Regoli dwar id-dħul, infiq u investiment ta’ flejjes u l-akkwist u d-
disponiment ta’ kull attiv mis-soċjetà .
36. Jekk jitqies li jkun hekk adatt, il-provvediment għall-ħtieġa tat-tieni laqgħa
ġenerali biex tiġi konfermata riżoluzzjoni għax-xoljiment tas-soċjetà .
37. Jekk jitqies li jkun hekk adatt, il-provvediment għad-distribuzzjoni ta’ kull
parti mir-residwu nett tas-soċjetà  fost il-membri tagħha f’għamla ta’ ċertifikati
bonus jew ishma bonus.
IT-TIELET SKEDA
FORMA U KONTENUT TA’ KONTIJIET INDIVIDWALI
TAQSIMA I - REGOLI ĠENERALI U FORMATI
Regoli ġenerali
1. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet li ġejjin - 
(a) kull karta tal-bilanċ ta’ soċjetà  għandha turi l-oġġetti mniżżlin fil-
format tal-karta tal-bilanċ murija minnufih wara l-paragrafu 13 ta din l-
Iskeda; u
(b) kull kont ta’ dħul u nfiq ta’ soċjetà  għandu juri l-oġġetti mniżżlin fil-
format ta’ dħul u nfiq murija minnufih wara l-formati tal-karta tal-
bilanċ;
SOĊJETAJIET KOPERATIVI ġ KAP. 442. 51
f’kull każ fl-ordni u taħt l-intestaturi u sotto-intestaturi mogħtija fil-format użat.
Għal dan l-għan il-kliem fil-parentesi kontra l-intestaturi, is-sotto-intestaturi u
oġġetti huma spjegattivi u ma hemmx għalfejn ikunu prodotti fil-kontijiet
individwali.
(2) Is-sub-paragrafu (1) m’għandux jiftiehem li jeħtieġ li xi oġġett, jew li l-
intestatura jew is-sotto-intestatura għal xi oġġett, ikunu magħrufa b’xi ittra jew
numru mogħti lilhom fil-format użat.
2. (1) Meta skond il-paragrafu 1 il-karta tal-bilanċ jew il-kont tar-residwu u
nfiq ta’ soċjetà  għal xi perijodu ta’ kontijiet ikunu tħejjew b’riferenza għal xi wieħed
mill-formati murija hawnhekk, il-kumitat ta’ tmexxija għandu juża l-istess format
fit-tħejjija tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji għal perijodi ta’ kontijiet sussegwenti tas-
soċjetà  kemm-il darba fil-fehma tiegħu ma jkunx hemm raġunijiet speċjali biex isir
tibdil.
(2) Partikolaritajiet ta’ xi tibdil fil-format użat fit-tħejjija tal-karta tal-bilanċ
jew tal-kont tar-residwu u nfiq ta’ soċjetà  skond il-paragrafu 1 għandhom jintwerew,
u r-raġunijiet għal dak it-tibdil għandhom ikunu spjegati, fin-noti mal-kontijiet li
fihom il-format il-ġdid ikun qed jintuża l-ewwel darba.
3. (1) Kull oġġett li skond il-paragrafu 1 għandu jintwera fil-karta tal-bilanċ
jew fil-kont tar-residwu u nfiq ta’ soċjetà  jista’ jintwera b’aktar dettal minn dak
meħtieġ bil-format użat.
(2) Il-karta tal-bilanċ jew il-kont tar-residwu u nfiq ta’ soċjetà  jistgħu jinkludu
oġġett li jirrappreżenta jew li jkopri l-ammont ta’ xi attiv jew passiv, dħul jew infiq
li m’humiex xort’oħra koperti b’xi wieħed mill-oġġetti mniżżlin fil-format użat, iżda
dawn li ġejjin ma jitqisux bħala attiv fil-karta tal-bilanċ ta’ soċjetà  - 
(a) l-ispejjeż ta’ kull ħruġ ta’ azzjonijiet; u
(b) l-ispejjeż tar-riċerki.
Kull oġġetti addizzjonali kif intqal qabel għandhom jidħlu jew taħt intestatura jew
sotto-intestatura li jkunu jeżistu jew taħt intestatura jew sotto-intestatura ġodda,
skond kif jixraq.
(3) L-ordni, in-nomenklatura u t-terminoloġija ta’ oġġetti fil-karta tal-bilanċ u
fil-kont tar-residwu u nfiq preċedenti b’numri Għarab għandhom ikunu adattati meta
x-xorta speċjali ta’ impriża hekk teħtieġ.
(4) L-oġġetti li ngħatawlhom numri Għarab f’xi wieħed mill-formati hawn
murija jistgħu jkunu kombinati f’kontijiet individwali ta’ soċjetà  f’xi żmien ta’
kontijiet jekk jew -
(a) l-ammonti individwali tagħhom ma jkunux materjali biex ikunu stmati
l-qagħda ta’ l-affarijiet jew ir-residwu jew telf tas-soċjetà  għal dak iż-
żmen ta’ kontijiet; jew
(b) il-kombinazzjoni tagħmel l-istima iktar faċli;
imma fejn jkun japplika l-paragrafu (b), l-ammonti individwali ta’ kull oġġetti hekk
kombinati għandhom jintwerew fin-noti mal-kontijiet.
(5) Ħlief fejn hemm oġġett korrispondenti għaż-żmien tal-kontijiet preċedenti,
oġġett tal-karta tal-bilanċ jew tal-kont tar-residwu u nfiq li dwaru ma jkunx hemm
ammont m’għandux jintwera. F’dak il-każ, l-intestatura jew is-sotto-intestatura dwar
dak l-oġġett lanqas ma tintwera jekk dak ikun l-uniku oġġett imniżżel taħt dik l-
intestatura jew sotto-intestatura.
52 KAP. 442. ħ SOĊJETAJIET KOPERATIVI
4. (1) Dwar kull oġġett muri fil-karta tal-bilanċ jew fil-kont tar-residwu u nfiq
jew fin-noti mal-kontijiet ta’ soċjetà , għandu jkun muri wkoll l-ammont
korrispondenti għaż-żmien tal-kontijiet li jaħbat minnufih qabel dak li għalih il-
kontijiet invidiwali jirreferu.
(2) Meta dak l-ammont korrispondenti ma jkunx jista’ jitqabbel ma’ l-ammont li
għandu jintwera għal dak l-oġġett dwar iż-żmien tal-kontijiet li għalih jirreferu l-
kontijiet individwali, l-ewwel ammont għandu jkun aġġustat u l-partikolaritajiet ta’
l-aġġustament u r-raġunijiet għax ikun sar għandhom jintwerew fin-noti mal-
kontijiet. Dawn l-aġġustamenti għandhom isiru skond il-prinċipji u prattika ta’
accounting aċċettati b’mod ġenerali.
5. Ħlief kif provdut xort’oħra f’din l-Iskeda, jew kif jista’ jkun permess skond
prinċipji u prattika ta’ accounting aċċettati b’mod ġenerali, ma tista’ ssir ebda
tpaċija bejn oġġetti ta’ attiv u passiv, jew bejn oġġetti ta’ dħul u nfiq.
6. (1) Sabiex jiġi stabbilit jekk xi attiv partikolari għandux jintwera bħala attiv
marbut jew attiv kurrenti għandha ssir riferenza għall-iskop li għalih ikun maħsub.
(2) Attiv marbut jinkludi dak l-attiv li jkun maħsub li jinżamm fuq bażi
kontinwa dwar l-attivitajiet ta’ l-impriża.
(3) Meta attiv jew passiv jirreferi għal iktar minn oġġett wieħed fil-lista, ir-
relazzjoni tiegħu ma’ l-oġġett l-ieħor jew ma’ l-oġġetti l-oħra għandha tintwera jew
taħt l-oġġett fejn jidher jew fin-nota mal-kontijiet, jekk dak il-wiri jkun meħtieġ
sabiex jiftiehmu l-kontijiet individwali.
(4) Azzjonijiet f’impriżi sekondarji u terzjarji ta’ grupp jistgħu jintwerew biss
taħt l-oġġetti preskritti għal dak l-għan.
7. (1) "Proviżjonijiet għal djun jew ħlasijiet" huma maħsuba biex ikopru telf
jew dejn li x-xorta tagħhom tkun definita u li fid-data tal-karta tal-bilanċ ikunu jew
x’aktarx se jiġu, jew ċerti li se jiġu iżda ma jkunux ċerti dwar l-ammont jew id-data
meta jkunu se jinqalgħu.
(2) "Proviżjonijiet għal djun u ħlasijiet" ma jistgħux jintużaw biex ikun aġġustat
valur ta’ attiv.
8. (1) "Soċjetajiet sekondarji u terzjarji" għandu jkollha t-tifsira mogħtija lilha
b’dan l-Att.
(2) "Bejgħ" tinkludi l-ammonti li jinkisbu mill-bejgħ ta’ prodotti u l-
provvediment ta’ servizzi li jaqgħu taħt l-attivitajiet ordinarji tas-soċjetà , wara li
jitnaqqsu skonti u taxxi tal-bejgħ li jkunu direttament marbuta mal-bejgħ.
9. (1) Dħul u ħlasijiet li jinqalgħu xort’oħra milli fil-kors ordinarju ta’ l-
attivitajiet tas-soċjetà  għandhom jintwerew taħt "Dħul Straordinarju" u "Ħlasijiet
Straordinarji".
(2) Sakemm ir-residwu u l-ħlasijiet imsemmija fis-sub-pargrafu (1) ma jkunux
immaterjali għall-istima tar-riżultati, spjegazzjonijiet ta’ l-ammont u tax-xorta
tagħhom għandhom jingħataw fin-noti mal-kontijiet. L-istess għandu japplika għal
dħul u ħlasijiet dwar żmien ta’ kontijiet oħra.
10. (1) Kull kont tar-residwu u nfiq ta’ soċjetà  għandu juri l-ammont tar-
residwu jew telf tas-soċjetà  fuq attivitajiet ordinarji qabel it-taxxa.
(2) Taxxi fuq ir-residwu jew telf ta’ attivitajiet ordinarji u taxxi fuq ir-residwu
jew telf straordinarju jistgħu jintwerew b’total bħala oġġett wieħed fil-kont tar-
SOĊJETAJIET KOPERATIVI ġ KAP. 442. 53
residwu u nfiq qabel "Taxxi Oħra li m’humiex murija taħt l-oġġetti ta’ hawn fuq".
F’dak il-każ, "Residwu jew Telf fuq Attivitajiet Ordinarji wara t-Taxxa" għandu
jitħalla barra mil-lista tal-kont tar-residwu u nfiq preskritta f’din l-Iskeda.
(3) Meta din id-deroga tkun applikata għandu jintwera fin-noti tal-kontijiet il-
limitu safejn it-taxxi fuq ir-residwu jew telf jolqot ir-residwu jew telf fuq attivitajiet
ordinarji u r-residwu jew telf straordinarju.
11. Kull kont tar-residwu u nfiq ta’ soċjetà  għandu juri separatament bħala
oġġetti addizzjonali:
(a) kull ammont li jitwarrab jew li hu propost li jitwarrab għar-riżervi jew li
jkun irtirat jew li hu propost li jkun irtirat, mir-riżervi; u
(b) l-ammonti aggregati:
(i) ta’ kull dividendi mħallsa; u 
(ii) kull dividendi proposti.
12. (1) Id-disposizzjonijiet għandhom jinftiehmu b’riferenza għall-
applikazzjoni ta’ prinċipji u prattika ta’ accounting aċċettati b’mod ġenerali biex
jagħtu l-istat sewwa u xieraq skond kif imfisser f’dan l-Att.
(2) Ammonti li fil-kontest partikolari ta’ xi disposizzjoni ma jkunux materjali
jistgħu jitħallew barra għall-finijiet ta’ dik id-disposizzjoni.
Formati meħtieġa għal kontijiet
13. Riferenzi f’din l-Iskeda għall-oġġetti mniżżlin f’xi waħda mill-formati
murija hawn taħt huma għal dawk l-oġġetti li jinqraw flimkien ma’ xi wħud min-noti
fil-formati li japplikaw għal dawk l-oġġetti, u l-ħtieġa mposta bil-paragrafu 1 li
jintwerew l-oġġetti mniżżlin f’xi format bħal dak fl-ordni adottat fil-format hi
soġġetta għal kull disposizzjoni f’dawk in-noti għal pożizzjonijiet alternattivi għal xi
oġġetti partikolari. 
FORMAT TAL-KARTA TAL-BILANĊ 
A. Kapital Azzjonarju Maħruġ u Mhux Imħallas (jista’ jintwera f’waħda miż-
żewġ pożizzjonijiet ta’ hawnhekk)
B. Spejjeż tal-Formazzjoni (jistgħu jintwerew bħala l-ewwel oġġett taħt "Attiv
mhux Tanġibbli")
Ċ. Attiv Marbut
I. Attiv mhux Tanġibbli 
1.  Kost ta’ żvilupp
2.  Konċessjonijiet, patents, liċenzi, trade marks u drittijiet u attivi oħra
simili (jekk dawn kienu akkwistati b’konsiderazzjoni ta’ valur u ma
jintwerewx taħt l-avvjament jew jekk dawn kienu maħluqa mis-soċjetà
nnifisha)
3.  Avvjament (biss sal-limiti li dan kien akkwistat b’konsiderazzjoni ta’
valur)
4. Ħlasijiet akkont 
II. Attiv Tanġibbli
1.  Art u bini (magħduda l-jeddijiet kollha fuq immobbli) 
2.  Impjant u makkinarju
3.  Fissi oħra, fittings, għodod u tagħmir
54 KAP. 442. ħ SOĊJETAJIET KOPERATIVI
4.  Ħlasijiet akkont u attiv tanġibbli waqt il-kostruzzjoni
III.  Attiv Finanzjarju
1.  Self lil membri 
2.  Ishma f’soċjetajiet sekondarji
3. Self lil soċjetajiet sekondarji
4. Ishma f’soċjetajiet terzjarji
5. Self lil soċjetajiet terzjarji
6. Ishma f’impriżi sussidjarji 
7. Self f’impriżi sussidjarji 
8.  Azzjonijiet f’impriżi assoċjati 
9.  Self lil impriżi assoċjati
10.  Investimenti oħra barra self 
11.  Self ieħor
D. Attiv Kurrenti 
I. Stokkijiet
1.  Materja prima u oġġetti ta’ konsum 
2.  Xogħol li jkun għadu qed jinħadem
3.  Oġġetti maħduma u oġġetti biex jerġgħu jinbiegħu 
4.  Ħlasijiet akkont
II. Debituri (l-ammont li jkun dovut wara iktar minn sena għandu jintwera
separatament għal kull oġġett inkluż taħt id-debituri)
1.  Debituri tal-kummerċ
2.  Ammonti dovuti minn membri 
3.  Ammonti dovuti minn soċjetajiet sekondarji 
4.  Ammonti dovuti minn soċjetajiet terzjarji
5.  Ammonti dovuti minn impriżi sussidjarji
6. Ammonti dovuti minn impriżi assoċjati
7. Debituri oħra
8. Kapital azzjonarju maħruġ u mhux imħallas (jista’ jintwera f’waħda
miż-żewġ pożizzjonijiet ta’ hawnhekk)
9.  Ħlasijiet bil-quddiem u dħul accrued (jistgħu jintwerew f’waħda miż-
żewġ pożizzjonijiet ta’ hawnhekk)
III. Investimenti
1.  Azzjonijiet f’soċjetajiet sekondarji
2. Azzjonijiet f’soċjetajiet terzjarji
3. Azzjonijiet f’impriżi sussidjarji
4. Azzjonijiet f’impriżi assoċjati
5.  Investimenti oħra
IV. Flus fil-bank jew fl-idejn
E. Ħlasijiet bil-quddiem u dħul accrued (jistgħu jintwerew f’waħda miż-żewġ
SOĊJETAJIET KOPERATIVI ġ KAP. 442. 55
pożizzjonijiet ta’ hawnhekk)
F. Kredituri: Ammonti li jkunu dovuti fi żmien sena
1.  Self minn banek u overdrafts
2.  Ħlasijiet riċevuti akkont (ħlasijiet riċevuti akkont ta’ ordnijiet
għandhom jitniżżlu hawnhekk safejn dawn ma jintwerewx bħala tnaqqis
mill-istokkijiet)
3.  Kredituri tal-kummerċ 
4.  Kambjalijiet pagabbli
5. Ammonti dovuti lil membri
6.  Ammonti dovuti lil soċjetajiet sekondarji 
7.  Ammonti dovuti lil soċjetajiet terzjarji
8. Ammonti dovuti lil impriżi sussidjarji
9. Ammonti dovuti lil impriżi assoċjati
10. Ammonti dovuti lill-Fond Ċentrali tal-Koperativi 
11.  Kredituri oħra magħduda t-taxxa u s-sigurtà  soċjali (l-ammonti għal
kredituri dwar taxxa u sigurtà  soċjali għandhom jintwerew separatament
mill-ammont għal kredituri oħra)
12.  Accruals u dħul differit
G. Attiv/Passiv Nett Kurrenti (sabiex jiġi stabbilit l-ammont għal dan l-oġġett
kull ammonti murija taħt "ħlasijiet bil-quddiem u dħul accrued" għandu jittieħed
kont tagħhom kull fejn jintwerew)
H. Attiv Totali nieqes Passiv Kurrenti
I. Kredituri: Ammonti li jkunu dovuti wara iktar minn sena
1.  Self mill-banek u overdrafts
2. Ħlasijiet riċevuti akkont (ħlasijiet riċevuti akkont ta’ ordnijiet
għandhom jintwerew hawnhekk safejn dawn ma jintwerewx bħala
tnaqqis mill-istokkijiet)
3.  Kredituri tal-kummerċ 
4.  Kambjalijiet pagabbli
5. Ammonti dovuti lil membri
6.  Ammonti dovuti lil soċjetajiet sekondarji 
7.  Ammonti dovuti lil soċjetajiet terzjarji
8. Ammonti dovuti lil impriżi sussidjarji
9. Ammonti dovuti lil impriżi assoċjati
10.  Kredituri oħra magħduda t-taxxa u s-sigurtà  soċjali (l-ammonti għal
kredituri dwar taxxa u sigurtà  soċjali għandhom jintwerew separatament
mill-ammont għal kredituri oħra)
11.  Accruals u dħul differit
J. Proviżjonijiet għal Passiv u Ħlasijiet
1. Pensjonijiet u obbligazzjonijiet simili 
2.  Taxxa, inklużi taxxa differita
3.  Proviżjonijiet oħra 
56 KAP. 442. ħ SOĊJETAJIET KOPERATIVI
K. Kapital u Riżervi
I. Kapital Azzjonarju Msejjaħ u Maħruġ (b’żieda, l-ammont tal-kapital
azzjonarju maħruġ u l-ammont tal-kapital azzjonarju msejjaħ u maħruġ li jkun
tħallas għandhom jintwerew separatament fin-noti mal-kontijiet)
II. Fond ta' Riżerva
III. Il-Kont tax-Share Premium 
IV. Riżerva ta’ Rivalutazzjoni
V. Riżervi Oħra
1. Riżerva għall-fidi ta’ kapital
2. Riżervi provdut dwarhom bl-istatut 
3. Riżervi oħra
VI. Kont tar-Residwu u Nfiq
FORMATI TAL-KONT TAL-QLIGĦ U TELF
1. Bejgħ
2. Kost tal-bejgħ (wara li jkunu kalkolati kull proviżjonijiet meħtieġa għal
deprezzament jew tnaqqis fil-valur ta’ l-attiv)
3. Residwu jew telf gross
4. Kostijiet ta’ tqassim (wara li jkunu kalkolati kull proviżjonijiet meħtieġa
għal deprezzament jew tnaqqis fil-valur ta’ l-attiv)
5. Spejjeż amministrattivi (wara li jkunu kalkolati kull proviżjonijiet meħtieġa
għal deprezzament jew tnaqqis fil-valur ta’ l-attiv)
6. Dħul ieħor minn operazzjonijiet
7. Dħul minn azzjonijiet f’soċjetajiet sekondarji
8. Dħul minn azzjonijiet f’soċjetajiet terzjarji
9. Dħul minn azzjonijiet impriżi sussidjarji
10. Dħul minn azzjonijiet f’impriżi assoċjati
11. Dħul minn attiv marbut ieħor finanzjarjament (dħul, magħdud imgħax, li
jinkiseb minn membri, impriżi sekondarji u, jew terzjarji u, jew sussidjarji u, jew
assoċjati, għandu jintwera separatament minn dħul miksub minn għejjun oħra)
12. Imgħax ieħor riċevibbli u dħul simili (imgħax u dħul simili miksuba minn
membri, impriżi sekondarji u, jew terzjarji u, jew sussidjarji u, jew assoċjati,
għandhom jintwerew separatament minn dawk miksuba minn għejjun oħra)
13. Ammonti maqtugħin dwar attiv marbut finanzjarju u investimenti miżmuma
bħala attiv kurrenti
14. Imgħax pagabbli u ħlasijiet simili (l-ammont pagabbli lil membri, impriżi
sekondarji u, jew terzjarji u, jew sussidjarji u, jew assoċjati, għandu jintwera
separatament)
15.  Taxxa fuq residwu jew telf minn attivitajiet ordinarji
16. Residwu jew telf minn attivitajiet ordinarji wara ħlas tat-taxxa 
17. Dħul straordinarju
18. Ħlasijiet straordinarji
SOĊJETAJIET KOPERATIVI ġ KAP. 442. 57
19. Residwu jew telf straordinarju
20. Taxxa fuq residwu jew telf straordinarju 
21. Taxxi oħra mhux murija hawn fuq
22. Residwu jew telf 
23. Kontibuzzjoni lill-Fond Ċentrali tal-Koperativi
24. Proveiment lill-Fond ta’ Riżerva
25. Residwu nett jew telf
26. Provdiment għal kull fond ta’ riżerva provdut dwaru bl-istatut
27. Provdiment għal kull għan permess mill-Att jew provdut dwaru bl-istatut
28. Dividend
29. Rimbors fost il-patrunat
30. Ċertifikat ta’ bonus jew ħruġ ta’ ishma bonus
31. Kont bilanċjali tar-residwu u l-infiq għall-perjodu ta’ kontijiet
TAQSIMA II - PRINĊIPJI U REGOLI TA’ ACCOUNTING
Prinċipji ta’ accounting
14. Oġġetti murija f’kontijiet individwali għandhom ikunu valutati skond il-
prinċipji ġenerali li ġejjin -
(a) is-soċjetà  titqies li qed tmexxi n-negozju tagħha bħala impriża attiva; 
(b) il-metodi ta’ valutazzjoni għandhom ikunu applikati konsistentement
minn żmien ta’ kontijiet għall-ieħor;
(ċ) valutazzjoni għandha ssir bil-prudenza b’mod partikolari:
(i) jista’ jkun inkluż biss residwu, fil-kont ta’ dħul u nfiq, magħmul
fid-data tal-karta tal-bilanċ;
(ii) għandhom jitqiesu kull passiv prevedibbli u kull telf potenzjali li
jinqalgħu matul iż-żmien tal-kontijiet jew qabel, ukoll jekk dak il-
passiv jew telf isir jidher biss bejn id-data tal-karta tal-bilanċ u d-
data li fiha din issir;
(iii) għandu jitqies kull deprezzament sew jekk il-perijodu tal-kontijiet
jirriżulta fi residwu jew f’residwu;
(d) għandhom jitqiesu r-residwu u l-ħlasijiet li jirreferu għall-perijodu tal-
kontijiet, tkun xi tkun id-data li r-residwu ikun riċevut jew li l-ħlas isir;
(e) l-oġġetti li jagħmlu parti mill-attiv u mill-passiv għandhum ikunu
valutati separatament;
(f) il-karta tal-bilanċ fil-bidu ta’ żmien tal-kontijiet għandha tkun taqbel
mal-karta tal-bilanċ ta’ l-egħluq għaż-żmien tal-kontijiet ta’ qabel.
Regoli dwar kontijiet b’kost storiku
15. (1) L-ispejjeż ta’ formazzjoni murija bħala attiv fil-karta tal-bilanċ
għandhom jinqatgħu fi żmien ta’ mhux iktar minn ħames snin.
(2) L-ammonti mniżżlin taħt "Spejjeż ta’ Formazzjoni" għandhom ikunu mfissra
fin-noti tal-kontijiet.
16. (1) Fil-każ ta’ attiv marbut li l-ħajja ta’ l-użu ekonomiku tiegħu tkun
58 KAP. 442. ħ SOĊJETAJIET KOPERATIVI
limitata, l-ammont -
(a) tal-prezz li bih ikun inxtara jew tal-kost tal-produzzjoni tiegħu; jew
(b) meta jkun kalkolat li dak l-attiv ikollu valur residwu meta jispiċċa ż-
żmien tal-ħajja ta’ l-użu ekonomiku tiegħu, tal-prezz li bih ikun inxtara
jew tal-kost tal-produzzjoni tiegħu nieqes il-valur residwu kalkolat,
għandu jitnaqqas billi jsiru proviżjonijiet għal deprezzament maħsuba biex
jaqtgħu dak l-ammont b’mod sistematiku matul il-ħajja ta’ l-użu ekonomiku ta’ dak
l-attiv. Dawk il-proviżjonijiet għandhom jidħlu fil-kont ta’ dħul u nfiq.
(2) Il-prezz tax-xiri ta’ attiv għandu jkun stabbilit billi mal-prezz mħallas
jiżdiedu kull spejjeż inċidentali għall-akkwist tiegħu.
(3) Il-kost tal-produzzjoni ta’ attiv għandu jkun stabbilit billi mal-prezz tax-xiri
tal-materja prima u ta’ l-oġġetti ta’ konsum li jkunu wżati jiżdied l-ammont tal-kost
li jkun sar mis-soċjetà  li jkun attribwit għall-produzzjoni ta’ dak l-attiv.
(4) B’żieda mal-kost speċifikat fis-sub-paragrafu (3) għandhom jiżdiedu mal-
kost tal-produzzjoni ta’ attiv - 
(a) proporzjon xieraq tal-kostijiet li jkunu saru mis-soċjetà  li jkunu biss
indirettament attribwiti għall-produzzjoni ta’ l-attiv, iżda biss sal-limitu
li dawn jirreferu għaż-żmien tal-produzzjoni; u
(b) imgħax fuq kapital li jinsilef biex jiffinanzja l-produzzjoni ta’ dak l-
attiv, sal-limitu li jirreferi għaż-żmien tal-produzzjoni. Iż-żieda ta’ dak
l-imgħax u l-ammont tiegħu għandha tintwera fin-noti tal-kontijiet.
(5) Investimenti ta’ attiv marbut għandhom jiġu kkuntjati skond ir-regoli li
ġejjin - 
(a) dawn l-investimenti għandhom ikunu nklużi fil-kontijiet individwali
tas-soċjetà  bl-użu tal-metodu tal-kost;
(b) il-metodu tal-kost imsemmi fis-sub-paragrafu (a) huwa metodu ta’
kontijiet fejn l-investiment ikun reġistrat bil-kost. Il-kont tar-residwu u
nfiq juri dħul minn investiment biss sal-limitu li t-tqassim ikun riċevut
jew jista’ jiġi riċevut mill-investitur mir-residwi netti akkumulati ta’ l-
investiment li jkun hemm wara d-data ta’ l-akkwist.
17. (1) Meta attiv marbut finanzjarju jkun naqas fil-valur, tista’ ssir proviżjoni
dwaru għat-tnaqqis fil-valur u l-ammont li għandu jkun inkluż dwaru jista’ jitnaqqas
bl-istess mod. Kull proviżjonijiet bħal dawk għandhom jidħlu fil-kont tar-residwu u
nfiq u jekk ma jintwerewx separatament fil-kont tar-residwu u nfiq għandhom
jintwerew (jew separatament jew fit-total) fin-noti tal-kontijiet.
(2) Għandha ssir ukoll proviżjoni għal tnaqqis fil-valur dwar kull attiv marbut li
jkun naqas fil-valur meta t-tnaqqis fil-valur hu mistenni li jkun permanenti (sew jekk
il-ħajja ekonomika tiegħu tkun limitata u sew jekk le), u l-ammont li għandu jkun
inkluż dwaru għandu jitnaqqas bl-istess mod. Kull proviżjoni bħal dik għandha
tidħol fil-kont tar-residwu u nfiq u jekk ma tkunx murija separatament fil-kont tar-
residwu u nfiq għandha tintwera (jew separatament jew fit-total) fin-noti tal-
kontijiet.
(3) Meta r-raġunijiet li għalihom tkun saret proviżjoni skond is-sub-paragrafu
(1) jew (2) jieqfu milli japplikaw sa xi limitu, il-proviżjoni għandha tiżdied lura sal-
limitu li ma tkunx iktar meħtieġa. Kull ammonti miżjudin lura skond dan is-sub-
paragrafu li ma jintwerewx separatament fil-kont tar-residwu u nfiq għandhom
jintwerew (jew separatament jew fit-total) fin-noti tal-kontijiet.
SOĊJETAJIET KOPERATIVI ġ KAP. 442. 59
18. (1) Minkejja li oġġett dwar "kostijiet ta’ żvilupp" jitniżżel taħt "attiv
marbut" fil-formati tal-karta tal-bilanċ li jinsabu f’din l-Iskeda, kull ammont jista’
biss jidħol fil-karta tal-bilanċ ta’ soċjetà  dwar kostijiet ta’ żvilupp f’ċirkostanzi
speċjali.
(2) Jekk xi ammont jitniżżel fil-karta tal-bilanċ dwar kostijiet ta’ żvilupp it-
tagħrif li ġej għandu jingħata fin-noti tal-kontijiet -
(a) iż-żmien li matulu l-ammont ta’ dawk il-kostijiet oriġinarjament
kapitalizzati jkun qed jew ikun se jinqata’; u
(b) ir-raġunijiet għaliex dawk il-kostijiet ta’ żvilupp ikunu ġew
kapitalizzati. 
19. (1) Meta avvjament jitqies bħala attiv għandhom japplikaw id-
disposizzjonijiet li ġejjin .
(2) Bla ħsara għall-paragrafi (3) u (4), l-ammont tal-konsiderazzjoni għal xi
avvjament akkwistat minn soċjetà  għandu jitnaqqas bi proviżjonijiet għal
ammotizzament kalkolata biex jinqata’ dak l-ammont b’mod sistematiku matul
żmien magħżul mill-kumitat ta’ tmexxija tas-soċjetà .
(3) Iż-żmien magħżul m’għandux ikun itwal mill-ħajja ta’ l-użu ekonomiku ta’
dak l-avvjament.
(4) F’kull każ meta xi avvjament akkwistat minn soċjetà  jintwera jew ikun
inkluż bħala attiv fil-karta tal-bilanċ tas-soċjetà  ż-żmien magħżul biex tkun
maqtugħa l-konsiderazzjoni ta’ dak l-avvjament u r-raġunijiet għaliex ingħażel dak
iż-żmien għandhom jintwerew fin-noti tal-kontijiet.
20. (1) Bla ħsara għall-paragrafu li ġej, attiv li għandu jkun inkluż -
(a) ma’ l-attiv marbut ta’ soċjetà  taħt "attiv tanġibbli"; jew
(b) ma’ l-attiv kurrenti ta’ soċjetà  taħt "materja prima u oġġetti ta’
konsum", 
jista’ jkun inkluż fi kwantità  u valur fissi.
(2) Is-sub-paragrafu (1) japplika għal attiv ta’ xorta li jkun qed jinbidel
kontinwament, meta -
(a) il-valur totali tiegħu ma jkunx materjali biex tkun stmata l-qagħda ta’
soċjetà ; u
(b) il-kwantità , il-valur u l-kompożizzjoni tiegħu ma jkunux soġġetti għal
tibdil materjali.
21. (1) Bla ħsara għas-sub-paragrafi (2) u (3), l-ammont li għandu jkun inkluż
dwar xi attiv kurrenti għandu, safejn applikabbli, ikun il-prezz tax-xiri jew il-kost
tal-produzzjoni.
(2) Meta l-valur nett li jġib xi attiv kurrenti jkun inqas mill-prezz tax-xiri jew
mill-kost tal-produzzjoni tiegħu, l-ammont li għandu jkun inkluż dwar dak l-attiv
ikun il-valur nett li jġib.
(3) Meta r-raġunijiet li għalihom tkun saret proviżjoni għal tnaqqis fil-valur
skond is-sub-paragrafu (2) jieqfu milli japplikaw sa xi limitu, dik il-proviżjoni
għandha tiżdied lura sal-limitu li ma tkunx iktar meħtieġa.
22. Il-metodu ta’ kif jiġi stabbilit il-prezz tax-xiri u l-metodu ta’ kif jiġi stabbilit
il-kost tal-produzzjoni mogħtija fil-paragrafu 16 għandhom japplikaw għal-finijiet
tal-paragrafu 21 . Barra minn hekk, kostijiet ta’ tqassim ma jistgħux ikunu nklużi fil-
60 KAP. 442. ħ SOĊJETAJIET KOPERATIVI
kostijiet tal-produzzjoni.
23. (1) Bla ħsara għall-kwalifika imsemmija fis-sub-paragrafu (3), il-prezz tax-
xiri jew il-prezz tal-produzzjoni -
(a) ta’ xi attiv li għandu jitniżżel taħt xi oġġett li jidhru fil-karta tal-bilanċ
ta’ soċjetà  taħt is-sotto-intestatura "stokkijiet"; u
(b) ta’ xi attiv li hu attiv funġibbli (magħduda investimenti),
għandu jkun stabbilit bl-applikazzjoni ta’ xi wieħed mill-metodi msemmija fis-sub-
paragrafu (2) dwar kull attiv bħal dak fl-istess klassi.
(2) Il-metodi msemmija fis-sub-paragrafu (1) huma -
(a) il-metodu magħruf bħala "first in, first out" (FIFO);
(b) il-metodu tal-prezz medju weighted; u
(ċ) kull metodu ieħor simili għal xi wieħed mill-metodi hawn fuq
imsemmija. 
(3) Il-metodu fil-fatt magħżul għall-finijiet għandu jkun dak li fil-fehma tal-
kumitat ta’ tmexxija jkun xieraq għaċ-ċirkostanzi tas-soċjetà .
(4) Meta fil-każ ta’ xi soċjetà  -
(a) il-prezz tax-xiri jew il-kost tal-produzzjoni ta’ attiv għandu jkun inkluż
taħt xi oġġett li jidher fil-karta tal-bilanċ tas-soċjetà  jkun ġie stabbilit
bl-applikazzjoni ta’ xi metodu permess b’dan il-paragrafu; u
(b) l-ammont muri dwar dak l-oġġett ivarja materjalment mill-ammont
alternattiv rilevanti mogħti fis-sub-paragrafu (5) ,
l-ammont ta’ dik id-differenza għandu jintwera fin-noti tal-kontijiet.
(5) Bla ħsara għas-sub-paragrafu (6), għall-finijiet tas- sub-paragrafu (4)(b), l-
ammont alternattiv rilevanti, dwar xi oġġett li jidher fil-karta tal-bilanċ ta’ soċjetà ,
huwa dak l-ammont li kien ikun muri dwar dak l-oġġett jekk attiv ta’ xi klassi nkluż
taħt dak l-oġġett b’ammont stabbilit b’xi mod permess b’dan il-paragrafu kien
minflok inkluż fil-kost tar-ripjazzament tiegħu fid-data tal-karta tal-bilanċ.
(6) L-ammont alternattiv rilevanti jista’ jiġi stabbilit b’riferenza għall-prezz
tax-xiri jew kost tal-produzzjoni attwali u l-iktar riċenti qabel id-data tal-karta tal-
bilanċ, ta’ attiv ta’ xi klassi mdaħħla taħt l-oġġett li jkun, minflok milli b’riferenza
għall-kost tar-ripjazzjament tiegħu f’dik id-data, iżda biss jekk l-ewwel metodu, fil-
fehma tal-kumitat ta’ tmexxija tas-soċjetà , jikkostitwixxi livell ta’ paragun iktar
xieraq fil-każ ta’ attiv ta’ dik il-klassi.
(7) Għall-fini , attiv ta’ xi deskrizzjoni jitqies bħala funġibbli jekk l-elementi ta’
l-attiv ta’ dik id-deskrizzjoni ma jkunux jistgħu sostanzjalment jintgħarfu minn
xulxin.
24. (1) Meta l-ammont li għandu jitħallas lura fuq xi dejn li jkollha tagħti
soċjetà  jkun iktar mill-valur tal-konsiderazzjoni riċevuta fit-transazzjoni li tkun is-
suġġett tad-dejn, l-ammont tad-differenza jista’ jiġi trattat bħala attiv.
(2) Meta xi ammont kif imsemmi fis-sub-paragrafu (1) jkun ittrattat bħala attiv -
(a) dan għandu jinqata’ b’ammonti xierqa kull sena;
(b) dan għandu jinqata’ għal kollox qabel il-ħlas lura tad-dejn; u
(ċ) jekk l-ammont kurrenti ma jintweriex separatament fil-karta tal-bilanċ
tas-soċjetà  dan għandu jintwera fin-noti tal-kontijiet.
SOĊJETAJIET KOPERATIVI ġ KAP. 442. 61
25. (1) Proviżjonijiet għal passiv u ħlasijiet ma jistgħux jeċċedu fl-ammont dak
li b’mod xieraq ikun meħtieġ.
(2) Il-proviżjonijiet murija fil-karta tal-bilanċ taħt "Proviżjonijiet Oħra"
għandhom jintwerew fin-noti tal-kontijiet meta dawn ikunu materjali.
Regoli alternattivi ta’ accounting
26. (1) Bla ħsara għall-paragrafi 28, 29 u 30 , l-ammonti li għandhom ikunu
nklużi dwar attiv ta’ xi deskrizzjoni msemmi fil-paragrafu 27 jistgħu jiġu stabbiliti
fuq kull bażi msemmija f’dak il-paragrafu.
(2) Riferenzi fil-paragrafi minn 27 sa 30 għal "regoli ta’ deprezzament" huma
għar-regoli li jinsabu fil-paragrafi 16, 17, 18, 20, 21 u 24 .
27. (1) Attiv marbut tanġibbli jista’ jkun inkluż bil-valur tas-suq stabbilit fid-
data ta’ l-aħħar valutazzjoni tiegħu.
(2) Investimenti ta’ kull deskrizzjoni li għandhom ikunu nklużi taħt xi wieħed
mill-formati tal-karta tal-bilanċ li jinsabu fit-Taqsima I jistgħu jkunu nklużi jew -
(a) bil-valur tas-suq stabbilit fid-data ta’ l-aħħar valutazzjoni tagħhom; jew 
(b) bil-valur stabbilit fuq xi bażi li fil-fehma tal-kumitat ta’ tmexxija tkun
xierqa fiċ-ċirkostanzi tas-soċjetà ,
iżda fil-każ ta’ l-aħħar, il-partikolaritajiet tal-metodu ta’ valutazzjoni użat u r-
raġunijiet għaliex intuża għandhom jintwerew fin-noti tal-kontijiet.
(3) Minkejja kull disposizzjoni oħra investimenti li fihom kumpanniji ta’
nvestiment ikunu nvestew il-fondi tagħhom għandhom ikunu valutati fuq il-bażi tal-
valur tas-suq stabbilit fid-data tal-karta tal-bilanċ.
28. (1) Meta l-valur ta’ xi attiv ikun ġie stabbilit fuq il-bażi msemmija fil-
paragrafu 27 dak il-valur għandu jkun il-punt ta’ tluq sabiex ikun stabbilit l-ammont
li għandu jkun inkluż dwar dak l-attiv fil-kontijiet individwali tas-soċjetà , minflok
il-prezz tax-xiri jew il-kost tal-produzzjoni jew xi valur li qabel ikun ġie hekk
stabbilit għal dak l-attiv; u r-regoli ta’ deprezzament għandhom japplikaw bl-istess
mod dwar kull attiv bħal dak bis-sostituzzjoni minflok kull riferenza tal-prezz tax-
xiri jew tal-kost tal-produzzjoni tiegħu, ta’ riferenza għall-valur l-aħħar stabbilit
għal dak l-attiv fuq xi bażi msemmija fil-paragrafu 27 .
(2) L-ammont ta’ xi proviżjoni meħtieġa għal deprezzament fil-każ ta’ xi attiv
marbut kif japplika bis-saħħa tas-sub-paragrafu (1) qed jissejjaħ fis-sub-paragrafu
(3) bħala l-ammont aġġustat u l-ammont ta’ kull proviżjoni li tkun meħtieġa dwar
dak l-attiv skond ir-regoli ta’ accounting għall-kost storiku qed jissejjaħ l-ammont
tal-kost storiku.
(3) Meta s-sub-paragrafu (1) japplika fil-każ ta’ xi attiv marbut, l-ammont ta’
kull proviżjoni għal deprezzament dwar dak l-attiv -
(a) inkluż f’xi oġġett muri fil-kont ta’ dħul u nfiq dwar l-ammonti
maqtugħin kontra l-attiv tad-deskrizzjoni li tkun; jew
(b) li jkun meqjus fid-dikjarazzjoni ta’ xi oġġett hekk muri li hu bin-noti
fil-formati tal-kont ta’ dħul u nfiq li jinsabu fit-Taqsima I meħtieġ li
jkun dikjarat wara li jitqiesu kull proviżjonijiet meħtieġa għal
deprezzament jew tnaqqis fil-valur ta’ attiv inkluż taħtu, 
jista’ jkun l-ammont tal-kost storiku minflok l-ammont aġġustat, kemm-il darba l-
ammont ta’ xi differenza bejn it-tnejn ikun meqjus fil-kont ta’ dħul u nfiq u muri
62 KAP. 442. ħ SOĊJETAJIET KOPERATIVI
separatament fih jew fin-noti tal-kontijiet.
29. (1) Dan il-paragrafu japplika meta l-ammonti li għandhom ikunu nklużi
dwar attiv li jkun kopert b’xi oġġett muri fil-kontijiet individwali tas-soċjetà  jkun
ġie stabbilit fuq xi bażi msemmija fil-paragrafu 27.
(2) L-oġġetti milqutin u l-bażi ta’ valutazzjoni wżata sabiex jiġu stabbiliti l-
ammont ta’ l-attiv li jkunu fil-każ ta’ kull oġġett bħal dak għandhom ikunu murija
fin-noti tal-kontijiet.
(3) Fil-każ ta’ kull oġġett tal-karta tal-bilanċ milqut -
(a) l-ammonti komparabbli stabbiliti skond ir-regoli ta’ accounting għall-
kost storiku; jew
(b) id-differenzi bejn dawk l-ammonti u l-ammonti korrispondenti li fil-fatt
ikunu murija fil-karta tal-bilanċ dwar dak l-oġġett,
għandhom jintwerew separatament fil-karta tal-bilanċ jew fin-noti tal-kontijiet.
(4) Fis-sub-paragrafu (3), riferenzi dwar xi oġġett għall-ammonti komparabbli
stabbiliti kif hemmhekk imsemmi huma riferenzi għal -
(a) l-ammont aggregat li jkun meħtieġ li jintwera dwar dawk l-oġġetti jekk
l-ammonti li għandhom ikunu nklużi dwar l-attiv kollu kopert b’dak l-
oġġett kienu stabbiliti skond ir-regoli ta’ accounting għal kost storiku; u
(b) l-ammont aggregat tal-proviżjonijiet kumulattivi għal deprezzament jew
tnaqqis fil-valur li jkun permess jew meħtieġ sabiex ikunu stabbiliti
dawk l-ammonti skond dawk ir-regoli.
30. (1) Dwar biex jiġi stabbilit il-valur ta’ attiv tas-soċjetà  fuq xi bażi
msemmija fil-paragrafu 27 l-ammont ta’ kull residwu jew telf li joħroġ meta l-valur
ikun qed jiġi hekk stabbilit għandu jkun kreditat jew, skond il-każ, debitat lil riżerva
separata li għandha tissejjaħ "ir-riżerva ta’ rivalutazzjoni" wara li jitqiesu, meta
xieraq, kull proviżjonijiet għal deprezzament jew tnaqqis fil-valur li jkun sar
xort’oħra milli b’riferenza għall-valur hekk stabbilit u għal kull aġġustamenti ta’
kull proviżjonijiet bħal dawk magħmula minħabba dak l-istabbiliment.
(2) L-ammont ta’ riżerva ta’ rivalutazzjoni għandu jintwera fil-karta tal-bilanċ
tas-soċjetà  taħt sotto-intestatura separata fil-pożizzjoni mogħtija għall-oġġett
"riżerva ta’ rivalutazzjoni fil-format 1 jew 2 tal-formati tal-karta tal-bilanċ li jinsabu
f’dik l-Iskeda", iżda ma jkunx hemm għalfejn jintwerew taħt dak l-isem.
(3) Ir-riżerva ta’ rivalutazzjoni għandha titnaqqas sal-limitu li l-ammonti li
jkunu fil-kreditu ta’ dik ir-riżerva ma jkunux, fil-fehma tal-kumitat ta’ tmexxija tas-
soċjetà , iktar meħtieġa għall-fini tal-poliċies ta’ accounting adottati mis-soċjetà ;
iżda ammont jista’ jkun biss trasferit mir-riżerva għall-kont ta’ dħul u nfiq jekk - 
(a) l-ammont li jkun qabel kien tnaqqas minn dak il-kont; jew 
(b) ikun jirrappreżenta residwu realizzat.
(4) Kull ammonti trasferiti mir-riżerva ta’ valutazzjoni għall-kont ta’ dħul u
nfiq skond id-disposizzjonijiet tas-sub-paragrafu (3) għandhom jintwerew
separatament fil-kont ta’ dħul u nfiq.
(5) Minkejja d-disposizzjonijiet tas-sub-paragrafu (3) l-bilanċ li jitqiegħed
għall-kreditu tar-riżerva ta’ rivalutazzjoni jista’ jkun kapitalizzat għal kollox jew
f’parti f’kull ħin.
(6) It-trattament għall-fini ta’ taxxa ta’ ammonti kreditati jew debitati fir-
riżerva ta’ valutazzjoni għandu jintwera fin-noti tal-kontijiet.
SOĊJETAJIET KOPERATIVI ġ KAP. 442. 63
TAQSIMA III - IN-NOTI TAL-KONTIJIET
31. Kull tagħrif meħtieġ fil-każ ta’ kull soċjetà  bid-disposizzjonijiet għandu,
jekk ma jingħatax fil-karta tal-bilanċ jew fil-kont ta’ dħul u nfiq, jingħata bħala n-
noti tal-kontijiet. Bħala minimu għandu jingħata tagħrif dwar il-ħwejjeġ li ġejjin - 
(a) Il-metodi ta’ valutazzjoni applikati għad-diversi oġġetti fil-kontijiet
individwali, u l-metodi użati fil-kalkolu tal-proviżjonijiet għal
deprezzament jew tnaqqis fil-valur. Għal oġġetti nklużi fil-kontijiet
individwali li huma jew li oriġinarjament kienu espressi f’munita
barranija, il-bażijiet ta’ kostruzzjoni użati biex dawn ikunu espressi
f’munita lokali għandhom jintwerew;
(b) In-numru u l-valur nominali ta’ l-azzjonijiet sottoskritti matul iż-żmien
tal-kontijiet fil-limiti tal-kapital awtorizzat;
(ċ) L-isem, l-uffiċċju reġistrat u x-xorta ta’ kull waħda mis-soċjetajiet
koperativi u, jew kummerċjali li tagħhom is-soċjetà  tkun membru
b’responsabbiltà  mhux limitata; iżda dan it-tagħrif jista’ jitħalla barra
jekk ma jkunx materjali;
(d) Informazzjoni dwar kull oġġett li jintwera jew li kieku mhux għall-
paragrafu 3(4)(b) kien jintwera taħt l-oġġett ġenerali "attiv marbut" fil-
karta tal-bilanċ tas-soċjetà  dwar-
(i) l-ammont tal-prezz tax-xiri jew tal-kost tal-produzzjoni, u jitħalla
barra minnu d-deprezzament jew tnaqqis fil-valur dwar dak l-
oġġett, fid-data tal-bidu taż-żmien tal-kontijiet u fid-data tal-karta
tal-bilanċ rispettivament;
(ii) l-effett fuq kull ammont muri fil-karta tal-bilanċ dwar dak l-
oġġett fi -
- kull reviżjoni ta’ l-ammont dwar xi attiv inkluż f’dak l-oġġett li
tkun saret matul dak iż-żmien,
- akkwisti ta’ xi attiv magħmula matul dak iż-żmien;
- disponimenti ta’ xi attiv magħmula matul dak iż-żmien, u
- kull trasferimenti ta’ attiv tas-soċjetà  minn jew għal dak l-oġġett
matul dak iż-żmien;
(e) Dwar kull oġġett li jaqa’ taħt l-indent (d) ta’ dan il-paragarfu -
(i) l-ammont kumulattiv ta’ proviżjonijiet għal deprezzament jew
tnaqqis fil-valur ta’ attiv inkluż taħt dak l-oġġett f’kull waħda
mid-dati msemmija fl-indent (d)(i) ;
(ii) l-ammont ta’ kull proviżjonijiet bħal dawk dwar iż-żmien tal-
kontijiet;
(iii) l-ammont ta’ kull aġġustamenti dwar xi proviżjonijiet bħal dawk
magħmula matul dak iż-żmien minħabba disponiment ta’ xi attiv;
u
(iv) l-ammont ta’ kull aġġustamenti oħra magħmula dwar xi
proviżjonijiet bħal dawk matul dak iż-żmien;
(f) It-tagħrif li hu meħtieġ li jintwera bis-saħħa ta’ l-indents (d) u (e)
għandu jkun ukoll provdut fil-każ ta’ "Spejjeż ta’ Formazzjoni" meta
dan l-oġġett jintwera separatament minn "Attiv Marbut" fil-karta tal-
bilanċ;
(g) Ammonti dovuti mis-soċjetà  u li jkunu dovuti u li jkollhom jitħallsu
wara iktar minn ħames snin kif ukoll id-djun kollha tas-soċjetà  li
64 KAP. 442. ħ SOĊJETAJIET KOPERATIVI
għalihom tkun ingħatat garanzija ta’ valur mis-soċjetà  b’indikazzjoni
tax-xorta u l-forma tal-garanzija. It-tagħrif għandu jintwera
saparatament għal kull oġġett tal-kredituri, kif provdut fil-formati
deskritti fit-Taqsima I ;
(h) L-ammont totali ta’ kull rabtiet finanzjarji li ma jkunux inklużi fil-karta
tal-bilanċ, safejn dak it-tagħrif ikun ta’ għajnuna biex tkun stmata l-
qagħda finanzjarja. Kull rabtiet dwar pensjonijiet u impriżi ta’ grupp
għandhom jintwerew separatament;
(i) Il-bejgħ skond kif imfisser fil-paragrafu 8 , maqsum f’kategoriji ta’
attività  u fi swieq ġeografiċi safejn, meta jitqies il-mod li bih il-bejgħ
ta’ prodotti u l-provvediment ta’ servizzi li jaqgħu taħt l-attivitajiet
ordinarji tas-soċjetà  jkunu organizzati, dawk il-kategoriji u s-swieq
ivarjaw sostanzjalment wieħed mill-ieħor;
(j) Il-medja tan-nies impjegati matul iż-żmien tal-kontijiet, maqsuma
f’kategoriji, u, jekk ma jkunux murija separatament fil-kont ta’ dħul u
nfiq, il-kost tal-persunal dwar iż-żmien tal-kontijiet maqsum kif
xort’oħra meħtieġ fil-formati 2 u 4 tal-kont ta’ dħul u nfiq;
(k) Id-differenza bejn it-taxxa ntaxxata għaż-żmien tal-kontijiet u għal
żminijiet tal-kontijiet ta’ qabel u l-ammont tat-taxxa li jkollha titħallas
dwar dawk iż-żminijiet, kemm-il darba dik id-differenza tkun materjali
għall-fini ta’ tassazzjoni futura. Dak l-ammont għandu wkoll jintwera
fil-karta tal-bilanċ bħala ammont kumulattiv taħt oġġett separat
b’intestatura xierqa;
(l) (i) L-ammont aggregat ta’ l-emolumenti mogħtija dwar iż-żmien tal-
kontijiet lill-membri tal-kumitat ta’ tmexxija ta’ soċjetà  għas-servizzi
tagħhom bħala membri tal-kumitat ta’ tmexxija ta’ dik is-soċjetà  jew
għas-servizzi tagħhom bħala membri tal-kumitat ta’ tmexxija ta’ xi
waħda mill-impriżi sekondarji, terzjarji, sussidjarji jew assoċjati tagħha,
filwaqt li jkunu qed jaġixxu bħala diretturi, membri tal-kumitat ta’
tmexxija ta’ dik is-soċjetà ; u
(ii) l-ammont aggregat ta’ kull emolumenti oħra mogħtija dwar iż-
żmien tal-kontijiet lill- membri tal-kumitat ta’ tmexxija ta’ soċjetà  għas-
servizzi tagħhom dwar it-tmexxija ta’ l-affarijiet tas-soċjetà  jew ta’ xi
waħda mill-impriżi sekondarji, terzjarji, sussidjarji jew assoċjati tagħha,
fil-waqt li jkunu qed jaġixxu bħ diretturi, membri tal-kumitat ta’
tmexxija ta’ dik is-soċjetà ; u muri separat mill-ammont aggregat ta’ l-
emolumenti msemmi fil-partita (i) ta’ hawn fuq, u
(iii) il-fatt li s-soċjetà  kienet matul iż-żmien tal-kontijiet xtrat jew
żammet xi provvediment għal xi uffiċjali tagħha u, jew, l-awditur ta’
dik is-soċjetà , billi eżentathom jew għamlitilhom indennizz, jew xi
wieħed minn dawn, skond il-każ, kontra kull responsabbiltà  li, bis-
saħħa ta’ xi liġi, kienet tkun fin-nuqqas ta’ dik id-disposizzjoni riferita
għalihom, skond il-każ, dwar kull negliġenza, nuqqas jew
kontravvenzjoni ta’ dmir, u l-ammont totali ta’ premiums imħallsa
dwarhom.
F’dan l-inċiż l-emolumenti għandhom jinkludu r-rimunerazzjoni għas-
servizzi tal-membri tal-kumitat ta’ tmexxija kif hawnhekk imsemmi u kull
drittijiet, perċentaġġi, rigali, kumpens għat-telf ta’ kariga u ħlasijiet oħra
bħala dawn; kif ukoll kull rabtiet li jinqalgħu jew li jkunu saru dwar
pensjonijiet ta’ età , superannuation allowances, gratifikazzjonijiet jew irbit
ieħor favur il-membri ta’ l-imgħoddi tal-kumitat ta’ tmexxija tas-soċjetà
SOĊJETAJIET KOPERATIVI ġ KAP. 442. 65
hawnhekk imsemmija li jkunu spiċċaw.
Ir-rabtiet li jinqalgħu jew li jkunu saru dwar pensjonijiet ta’ età ,
superannuation allowances, gratifikazzjonijiet jew rabtiet oħra bħal dawn
fejn il-membri ta’ l-imgħoddi tal-kumitat ta’ tmexxija tas-soċjetà  li jkunu
spiċċaw għandhom jintwerew separatament minn emolumenti oħra.
(m) L-ammont ta’ avvanzi u krediti mogħtija lil membri tal-kumitat ta’
tmexxija ta’ soċjetà  b’indikazzjonijiet tar-rati ta’ l-imgħax,
kondizzjonijiet ewlenin u kull ammonti mħallsin lura; kif ukoll rabtiet li
jsiru f’isimhom bħala garanzija ta’ kull xorta. L-imsemmija rabtiet
għandhom jintwerew separatament;
(n) L-isem u l-uffiċċju reġistrat ta’ l-impriża li tagħmel il-kontijiet
konsolidati ta’ l-ikbar korp ta’ l-impriżi li minnhom is-soċjetà  tagħmel
parti bħala impriża sussidjarja;
(o) L-isem u l-uffiċċju reġistrat ta’ l-impriża li tagħmel il-kontijiet
konsolidati ta’ l-iżgħar korp ta’ l-impriżi li minnhom il-kumpanija tkun
tagħmel parti bħala impriża sussidjarja; u
(p) Meta l-kumpanniji parent imsemmija fl-indents (q) u (r) ma jkunux
reġistrati f’Malta l-post minn fejn jistgħu jinkisbu l-kontijiet konsolidati
msemmija f’dawn l-indents, kemm-il darba dawn ikunu jistgħu jiġu
akkwistati mill-pubbliku.
32. (1) Jekk fit-tmiem taż-żmien tal-kontijiet tagħha, is-soċjetà  jkollha impriża
waħda jew iżjed sekondarja, terzjarja, sussidjarja, jew assoċjata jew interessi
parteċipanti f’impriżi oħra, it-tagħrif li ġej, meta applikabbli, għandu jingħata dwar
kull waħda minn dawk l-impriżi - 
(a) ix-xorta, l-isem u l-uffiċċju reġistrat jew prinċipali ta’ kull impriża;
(b) dwar l-azzjonijiet ta’ kull klassi ta’ kull impriża miżmuma mis-soċjetà ,
l-identità  ta’ kull klassi u l-proporzjon tal-valur nominali ta’ l-
azzjonijiet maħruġa ta’ dik il-klassi rappreżentat bl-azzjonijiet
miżmuma fit-tmiem taż-żmien tal-kontijiet rilevanti ta’ l-impriża; u
(ċ) l-ammont aggregat tal-kapital u tar-riżervi ta’ kull impriża fit-tmiem
taż-żmien tal-kontijiet rilevanti, u r-residwu jew telf tagħha għal dak iż-
żmien.
(2) Għall-finijiet tas-sub-paragrafu (1) iż-żmien tal-kontijiet rilevanti huwa: 
(a) jekk iż-żmien tal-kontijiet ta’ l-impriża jintemm ma’ dak tas-soċjetà  li
tagħti t-tagħrif fin-noti tal-kontijiet tagħha, dak iż-żmien ta’ kontijiet; u
(b) jekk mhux hekk, iż-żmien tal-kontijiet ta’ l-impriża li jintemm l-aħħar
qabel it-tmiem taż-żmien tal-kontijiet tas-soċjetà  li tagħti dak it-tagħrif.
(3) Id-disposizzjonijiet tas-sub-paragrafu (1) huma soġġetti għall-eċċezzjonijiet
u disposizzjonijiet oħra li jinsabu fil-paragrafi 33 u 34 .
33. (1) It-tagħrif xort’oħra meħtieġ bil-paragrafu 32(1) ta’ din l-Iskeda ma
għandux għalfejn jingħata jekk mhux materjali.
(2) Riferenzi f’dan il-paragrafu u fil-paragrafu 32 ta’ din l-Iskeda għal
azzjonijiet ta’ impriżi għandhom jinkludu riferenzi għal interessi benefiċjarji
f’impriżi fejn il-kapital ta’ dawn l-impriżi mhux maqsum f’azzjonijiet.
34. (1) It-tagħrif imsemmi fl-indent (1) tal-paragrafu 31 u fil-paragrafi 32 u 33
jista’ jitħalla barra meta fil-fehma tal-kumitat ta’ tmexxija x-xorta tiegħu tkun hekk
66 KAP. 442. ħ SOĊJETAJIET KOPERATIVI
li dan ikun ta’ preġudizzju serju għal xi waħda mill-impriżi milquta f’dawn id-
disposizzjonijiet u l-Bord jaqbel li dak it-tagħrif ma għandux għalfejn jintwera.
(2) Meta xi tagħrif jitħalla barra min-noti tal-kontijiet bis-saħħa tad-
disposizzjonijiet tas-sub-paragrafu (1) dak il-fatt għandu jintwera fin-noti tal-
kontijiet.
35. (1) Għandhom jingħataw fin-noti tal-kontijiet partikolaritajiet ta’ kull piż
fuq l-atti tas-soċjetà  biex jiggarantixxi l-passiv ta’ xi persuna oħra inkluż, meta
prattikabbli, l-ammont garantit.
(2) It-tagħrif li ġej għandu jingħata dwar kull passiv kontinġenti ieħor li ma
jkunx provdut għalih barra meta l-possibbiltà  ta’ telf tkun ġudikata mill-kumitat ta’
tmexxija tas-soċjetà  li tkun imbiegħda:
(a) l-ammont jew l-ammont stmat ta’ dak il-passiv; 
(b) ix-xorta legali tiegħu; u
(ċ) jekk xi garanzija ta’ valur tkunx ġiet provvduta mis-soċjetà  dwar dak il-
passiv, u fil-każ li dan ikun sar, liema sigurtà  ta’ valur tkun hekk
mogħtija. 
(3) Meta jkun prattikabbli, għandhom ikunu dikjarati -
(a) l-ammont aggregat jew l-ammont stmat ta’ kuntratti għal infiq kapitali,
safejn dan ma jkunx ġie provdut għalih; u
(b) l-ammont aggregat u l-ammont stmat ta’ nfiq kapitali awtorizzat mill-
kumitat ta’ tmexxija li jkun għadu ma ġiex kuntrattat.
(4) Rabtiet skond xi wieħed mis-sub-paragrafi ta’ qabel dan f’dan il-paragrafu li
jkunu saru f’isem jew għall-benefiċċju ta’ impriża ta’ grupp għandhom ikunu
dikjarati separatament minn rabtiet oħra skond dak is-sub-paragrafu.
36. (1) Meta xi ammont ikun trasferit -
(a) lil jew minn xi riżerva; jew
(b) lil xi proviżjoni għal passiv jew piżijiet; jew
(ċ) minn xi proviżjoni għal passiv u piżijiet xort’oħra milli għall-fini li
għalih il-proviżjoni kienet stabbilita,
u r-riżervi jew il-proviżjonijiet jintwerew bħala oġġetti separati fil-karta tal-bilanċ
tas-soċjetà  jew fin-noti tal-kontijiet, it-tagħrif imsemmi fis-sub-paragrafu (2) għandu
jingħata dwar ir-riżervi jew proviżjonijiet aggregati inklużi fl-istess oġġett.
(2) Dak it-tagħrif li għalih hemm riferenza fis-sub-paragrafu (1) huwa - 
(a) l-ammont tar-riżervi jew proviżjonijiet kif kien fid-data tal-bidu taż-
żmien tal-kontijiet u fid-data tal-karta tal-bilanċ rispettivament;
(b) kull ammonti trasferiti lil jew minn riżervi jew proviżjonijiet matul dak
il-perijodu; u
(ċ) l-għajn u l-applikazzjoni rispettivament ta’ kull ammonti hekk trasferiti. 
TAQSIMA IV - ARRANĠAMENT TRANSITORJU
37. (1) Jekk, meta jsiru l-kontijiet individwali skond id-disposizzjonijiet għall-
ewwel darba, il-prezz tax-xiri jew il-kont tal-produzzjoni ta’ attiv marbut ma jkunx
jista’ jiġi stabbilit mingħajr spiża jew dewmien mhux meħtieġ, l-ammont nett tal-
kotba fil-bidu taż-żmien tal-kontijiet jista’ jitqies bħala l-prezz tax-xiri jew il-kost
tal-produzzjoni .
SOĊJETAJIET KOPERATIVI ġ KAP. 442. 67
(2) Kull applikazzjoni tad-disposizzjonijiet tas-sub-paragrafu (1) għandha tkun
murija fin-noti tal-kontijiet. 
TAQSIMA V - DIKJARAZZJONIJIET FINANZJARJI ABBREVJATI - 
REGOLI U FORMAT
Soċjetajiet li, fid-data tal-karta ta’ bilanċ tagħhom, ma jeċċedux il-limiti ta’ xi
tnejn mit-tliet kriterji li ġejjin:
-  total fuq il-karta ta' bilanċ: miljun u mitt elf lira Maltija;
- qligħ: żewġ miljuni u mitejn elf lira Maltija;
- għadd medju ta' impjegati matul il-perjodu ta' kontijiet: ħamsin;
għandhom f’dan l-Att jissemmew bħala soċjetajiet żgħar u jistgħu, għall-finijiet ta’
dan l-Att, jabbozzaw sett abbrevjat ta’ dikjarazzjonijiet finanzjarji verifikati kif
speċifikat fil-paragrafi (2) u (3) ta’ din it-Taqsima għall-ispezzjon pubbliku.
(2) Għall-finijiet ta’ din it-Taqsima, il-kelma "abbrevjat" -
(a) meta hemm użata dwar karta ta’ bilanċ, tfisser verżjoni abbrevjata tal-
karta ta’ bilanċ, li tkun turi biss dawk il-partiti li dwarhom xi ittra jew
numru Ruman ikun assenjat fil-format ta’ karta ta’ bilanċ, muri taħt it-
Taqsima I ta’ din l-Iskeda, minnufih wara l-paragrafu 13, taġt l-
intestatura "Format ta’ Karta ta’ Bilanċ"; iżda dik il-verżjoni għandha,
f’kull rigward ieħor, tkun tikkorrispondi għall-karta ta’ bilanċ sħiħa;
(b) meta hemm użata dwar kont ta’ dħul u nfiq, tfisser il-kont ta’ dħul u
nfiq sħiħ bl-eċċezzjoni tal-partiti 1, 2, 3 u 6 fil-format ta’ dħul u nfiq
muri taħt it-Taqsima I ta’ din l-Iskeda, minnufih wara l-paragrafu 13,
taħt l-intestatura "Format ta’ Dħul u Nfiq", tista’ tiġi mgħaqqda bħala
partita unika taħt l-intestatura "residwu gross jew telf".
(3) Soċjetajiet imsemmija fil-paragrafu (1) ta’ din it-Taqsima jistgħu jabbozzaw
noti abbrevjati għall-kontijiet, billi jħallu barra dak li hemm mitlub fl-inċiżi (g) sa (l)
tal-paragrafu 31 tat-Taqsima III ta’ din l-Iskeda. In-noti għall-kontijiet għandhom
madankollu jiżvelaw l-informazzjoni speċifikata fl-inċiż (g) ta’ l-imsemmi paragrafu
31fit-totalità  għall-partiti kollha inkwistjoni.
