RATIFIKA TA’ KONVENZJONIJIET 
DWAR PROĊEDURI LEGALI ġ KAP. 443. 1
KAPITOLU 443
ATT DWAR IR-RATIFIKA TA’ KONVENZJONIJIET 
DWAR PROĊEDURI LEGALI
Biex jagħti setgħa lil Malta li tirratifika konvenzjonijiet internazzjonali
dwar in-notifika barra mill-pajjiż ta' dokumenti ġudizzjarji u
estraġudizzjarji, dwar il-ġbir ta' xiehda barra mill-pajjiż f'affarijiet ta'
xorta ċivili jew kummerċjali, dwar l-aċċess internazzjonali għall-ġustizzja,
u dwar l-infurzar ta' sentenzi f'affarijiet ta' xorta ċivili u kummerċjali.
()*
L-Att IV ta’ l-2002.
Taqsima I
Preliminari
Titolu fil-qosor u 
bidu fis-seħħ.
1. (1) It-titolu fil-qosor ta’ dan l-Att huwa Att dwar ir-
Ratifika ta’ Konvenzjonijiet dwar Proċeduri Legali.
(2) Dan l-Att għandu jibda jseħħ f’dik id-data li l-Ministru
responsabbli għall-ġustizzja jista’ b’avviż fil-Gazzetta
jistabbilixxi, u jistgħu jiġu hekk stabbiliti dati differenti għal
għanijiet differenti u disposizzjonijiet differenti ta’ dan l-Att.
Tifsir.
teħtieġ xort’oħra -
"awtorità  ċentrali" tfisser l-awtorità  maħtura taħt l-artikolu 4;
"Il-Konvenzjoni ta’ L-Aja ta’ l-1965" tfisser il-Konvenzjoni
dwar in-Notifika Barra mill-Pajjiż ta’ Dokumenti ġudizzjarji u
Estraġudizzjarji f’Affarijiet Ċivili jew Kummerċjali, li kienet
iffirmata fl-Aja fil-15 ta’ Novembru, 1965, li t-test tagħha qiegħed
fit-Taqsima A ta’ l-Ewwel Skeda li tinsab ma’ dan l-Att;
"Il-Konvenzjoni ta’ L-Aja ta’ l-1970" tfisser il-Konvenzjoni
dwar il-Ġbir ta’ Xiehda Barra mill-Pajjiż f’Affarijiet Ċivili jew
Kummerċjali, li kienet iffirmata fl-Aja fit-18 ta’ Marzu, 1970, li t-
test tagħha qiegħed fit-Taqsima B ta’ l-Ewwel Skeda li tinsab ma’
dan l-Att;
"Il-Konvenzjoni ta’ L-Aja ta’ l-1980" tfisser il-Konvenzjoni
dwar l-Aċċess Internazzjonali għall-Ġustizzja, li kienet iffirmata fl-
Aja fil-25 ta’ Ottubru, 1980, li t-test tagħha qiegħed fit-Taqsima Ċ
ta’ l-Ewwel Skeda li tinsab ma’ dan l-Att;
"Il-Konvenzjoni ta’ Lugano ta’ l-1988" tfisser il-Konvenzjoni
dwar il-Ġurisdizzjoni u l-Infurzar ta’ Sentenzi f’Affarijiet Ċivili u
Kummerċjali li kienet iffirmata f’Lugano fis-16 ta’ Settembru,
1988, inklużi l-Protokolli 1, 2 u 3, li t-testi tal-Konvenzjoni u tal-
Protokolli qegħdin fit-Taqsima D ta’ l-Ewwel Skeda li tinsab ma’
dan l-Att; 
"Konvenzjonijiet" kollettivament tfisser Il-Konvenzjoni ta’ L-
*Għadu mhux fis-seħħ.
2 KAP. 443. ħ  
RATIFIKA TA’ KONVENZJONIJIET 
DWAR PROĊEDURI LEGALI
Aja ta’ l-1965, Il-Konvenzjoni ta’ L-Aja ta’ l-1970, Il-Konvenzjoni
ta’ L-Aja ta’ l-1980 u Il-Konvenzjoni ta’ Lugano ta’ l-1988;
"Malta" għandha l-istess tifsira kif inhu mogħti lilha bl-artikolu
124 tal-Kostituzzjoni;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għall-ġustizzja;
"preskritt" tfisser preskritt b’regolamenti magħmulin mill-
Ministru taħt dan l-Att;
"Stat Kontraenti", dwar xi waħda mill-Konvenzjonijiet jew
dwarhom kollha, u għall-finijiet ta’ xi waħda mill-Konvenzjonijiet
jew ta’ kollha kemm huma hekk kif ikollhom il-forza ta’ liġi
f’Malta, tfisser dawk l-iStati, minbarra Malta, li minn żmien għal
żmien ikunu speċifikati mill-Ministru b’ordni li jsir taħt l-artikolu
3;
"Stat Mhux-Kontraenti" tfisser Stat li ma jkunx Stat Kontraenti.
Stati Kontraenti. 3. (1) Il-Ministru jista, b’ordni fil-Gazzetta, minn żmien għal
żmien jispeċifika l-iStati Kontraenti, minbarra Malta, għall-finijiet
ta’ xi waħda jew kull waħda mill-Konvenzjonijiet.
(2) Dak l-ordni għandu jkun jispeċifika d-data meta l-
Konvenzjoni partikolari tidħol fis-seħħ, bejn Malta u xi Stat
speċifikat fl-ordni.
(3) Meta xi Konvenzjoni partikolari tkun tapplika, jew tkun
tapplika biss, għal xi territorju partikolari jew għal territorji
partikolari speċifikati f’dikjarazzjoni magħmula minn Stat
Kontraenti, riferenza għal dak l-iStat fis-subartikoli (1) u (2)
għandhom jiftehmu bħala riferenzi għal dak it-territorju jew dawk
it-territorji -
(a) taħt l-Artikolu 29 tal-Konvenzjoni ta’ l-Aja ta’ l-1965;
jew
(b) taħt l-Artikolu 40 tal-Konvenzjoni ta’ l-Aja ta’ l-1970;
jew
(ċ) taħt l-Artikolu 32 jew 33 tal-Konvenzjoni ta’ l-Aja ta’
l-1980,
skond il-każ.
Awtorità  ċentrali. 4. (1) Il-funzjonijiet ta’ awtorità   ċentrali taħt il-
Konvenzjonijiet, minbarra l-Konvenzjoni ta’ Lugano ta’ l-1988,
hawnhekk iżjed ’il quddiem imsemmija "l-awtorità  ċentrali",
għandhom jitwettqu minn dak l-uffiċċju, dipartiment jew awtorità
hekk kif jista’ minn żmien għal żmien jissemma għal dak l-għan
mill-Ministru b’avviż fil-Gazzetta.
(2) L-awtorità  ċentrali għandu jkollha wkoll il-funzjonijiet,
setgħat u dmirijiet mogħtijin lilha minn jew taħt dan l-Att.
RATIFIKA TA’ KONVENZJONIJIET 
DWAR PROĊEDURI LEGALI ġ KAP. 443. 3
Taqsima II
Il-Konvenzjoni ta’ l-Aja dwar in-Notifika Barra mill-Pajjiż ta’ 
Dokumenti ġudizzjarji u Estraġudizzjarji f’Affarijiet Ċivili jew 
Kummerċjali
(15 ta’ Novembru, 1965)
Skop ta’ l-
applikabilità .
5. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ din it-Taqsima, id-
disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ L-Aja ta’ l-1965 għandu, bla
ħsara għar-riservi li hemm fit-Tieni Skeda, jkollhom il-forza ta’ liġi
f’Malta, u għandhom ikunu japplikaw fil-każijiet kollha, f’affarijiet
ċivili u kummerċjali, meta jkun hemm okkażjoni ta’ trasmissjoni
ta’ dokument ġudizzjarju jew estraġudizzjarju li joriġina fi Stat
Kontraenti li ma jkunx Malta sabiex jiġi notifkat f’Malta, kif ukoll
meta jkun hemm okkażjoni li jiġi trasmess dokument ġudizzjarju
jew estraġudizzjarju li joriġina f’Malta għal servizz fi Stat
Kontraenti li ma jkunx Malta.
(2) Dokumenti li jaqgħu taħt id-disposizzjonijiet ta’ din it-
Taqsima ta’ dan l-Att, u li joriġinaw f’Malta, jkunu trasmessi -
(a) direttament mill-awtorità  ċentrali, fil-każ ta’
dokumenti estraġudizzjarji;  u
(b) mir-Reġistratur tal-Qrati, lill-awtorità  ċentrali, fil-każ
ta’ dokumenti ġudizzjarji,
u, bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ din it-Taqsima ta’ dan l-Att,
l-awtorità  ċentrali għandha tittrasmetti lura d-deċiżjoni lill-awtorità
involuta.
(3) Il-Ministru jista’ jagħmel regoli għar-rigward tal-ħlas tad-
drittijiet u l-ħlas lura ta’ spejjeż li jsiru mill-awtorità  ċentrali fit-
trasmissjoni ta’ dokumenti taħt dan l-Att.
L-awtorità  ċentrali 
tittrasmetti rapporti 
dwar notifiki.
6. (1) Għall-finijiet ta’ l-Artikolu 3 tal-Konvenzjoni ta’ L-
Aja ta’ l-1965, l-awtorità  ċentrali tkun kompetenti li tressaq talbiet
għan-notifika ta’ dokumenti li joriġinaw f’Malta lill-awtorità
ċentrali ta’ xi Stat Kontraenti ieħor, u dokument debitament
notifikat mill-awtorità  ċentrali skond il-Konvenzjoni ta’ L-Aja ta’
l-1965 għandu, għall-fini tal-liġi relevanti f’Malta, jitqies bħala li
jkun ġie notifikat kif meħtieġ lill-persuna li jkun ġie lilha
indirizzat.
(2) L-awtorità  ċentrali għandha f’kull każ ta’ talba għal
notifika magħmula taħt din it-Taqsima ta’ dan l-Att tistabbilixxi xi
jkunu l-ispejjeż, jekk ikun hemm, li jitnisslu min-notifiki
magħmula mill-awtorità  ċentrali u li jistgħu jintalbu mingħand l-
applikant konformi ma’ l-Artikolu 12 tal-Konvenzjoni ta’ L-Aja ta’
l-1965.
4 KAP. 443. ħ  
RATIFIKA TA’ KONVENZJONIJIET 
DWAR PROĊEDURI LEGALI
Metodu ta’ kif issir 
in-notifika.
Kap. 12.
7. Meta Malta tkun l-iStat indirizzat għall-finijiet ta’ l-
Artikolu 5 tal-Konvenzjoni ta’ L-Aja ta’ l-1965, l-awtorità  ċentrali
għandha tara li d-dokument jiġi notifikat billi d-dokument
jintehmeż ma’ ittra uffiċjali li tiġi ppreżentata fir-Reġistru tal-Qorti
Ċivili, Prim’Awla, sabiex din tiġi notifikata lill-persuna indirizzata
flimkien ma’ dak id-dokument, u dik l-ittra uffiċjali u dokumenti
mehmuża għandhom jiġu notifikati skond il-metodi preskritti -
(a) fl-artikolu 187(1), (2), (4) jew (7) tal-Kodiċi ta’
Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili, hekk kif iċ-
ċirkostanzi tal-każ jistgħu jeħtieġu:
Iżda r-riferenza għal kuraturi li jinħatru mill-
qorti fl-imsemmi artikolu 187(7) ma tapplikax;  jew
(b) l-artikolu 187(8) tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u
Proċedura Ċivili:
Iżda l-proviso għal dak l-artikolu 187(8) ma
jkunx japplika, 
hekk kif l-awtorità  ċentrali tista’ tqis li jkun xieraq li tispeċifika
fiċ-ċirkostanzi ta’ kull każ.
Dikjarazzjoni u 
oġġezzjonijiet.
8. Konformi mad-dikjarazzjoni magħmula minn Malta, u
riprodotta fit-Tieni Skeda li tinsab ma’ dan l-Att, kif provdut fit-
tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni ta’ L-Aja ta’ l-
1965, ebda notifika ta’ dokumenti ma tista’ ssir minn xi Stat
Kontraenti lil persuni li jkunu qegħdin Malta, direttament permezz
ta’ l-aġenti diplomatiċi jew konsulari ta’ dak l-iStat, sakemm id-
dokument ma jkollux jiġi notifikat lil xi ċittadin ta’ l-iStat li fih
ikunu oriġinaw id-dokumenti; dik in-notifika għandha ssir permezz
ta’ dak il-metodu li jkun aċċettat mil-liġi ta’ l-iStat li fih joriġina d-
dokument, sakemm dik in-notifika ma tkunx tinvolvi xi azzjoni li
tmur kontra l-liġi ta’ Malta.
Applikabilità  ta’ 
artikoli.
9. (1) Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 10 sa 15 għandhom
ikunu japplikaw fil-każijiet kollha, f’affarijiet ċivili jew
kummerċjali, meta jkun hemm okkażjoni li jiġi trasmess xi
dokument ġudizzjarju jew estraġudizzjarju li joriġina fi Stat Mhux-
Kontraenti għal notifika f’Malta.
(2) Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 16 għandhom ikunu
japplikaw f’kull każ, f’affarijiet ċivili jew kummerċjali, meta jkun
hemm okkażjoni li jiġi trasmess xi dokument ġudizzjarju jew
estraġudizzjarju li joriġina f’Malta għal notifika fi Stat Mhux-
Kontraenti.
(3) F’kull każ, meta l-indirizz tal-persuna li jkollha tiġi
notifikata bid-dokument ma jkunx magħruf, l-awtorità  ċentrali
għandha tirrifjuta li taċċetta d-dokument sabiex dan jiġi trasmess.
(4) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu m’għandhomx
jiftiehmu bħala li jimponu xi obbligazzjoni fuq l-awtorità  ċentrali li
teserċita l-funzjonijiet tagħha taħt xi waħda mid-disposizzjonijiet
ta’ din it-Taqsima ta’ dan l-Att.
Rapport dwar 
notifika.
10. (1) L-awtorità  jew l-uffiċjal tal-qorti jew il-persuna
kompetenti taħt il-liġi ta’ Stat Mhux-Kontraenti li fih joriġinaw id-
dokumenti, hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejjaħ "l-applikant",
RATIFIKA TA’ KONVENZJONIJIET 
DWAR PROĊEDURI LEGALI ġ KAP. 443. 5
għandu jwassal lill-awtorità  ċentrali talba għal notifika skond il-
formola stabbilita fit-Taqsima A tat-Tielet Skeda li tinsab ma’ dan
l-Att, mingħajr ebda ħtieġa jew formalità  ekwivalenti li ma tkunx
dik provduta fl-imsemmija Taqsima A tat-Tielet Skeda.
(2) (a) Id-dokument li għandu jiġi notifikat  jew kopja tiegħu
għandhom jinthemżu mat-talba. Sew it-talba u sew id-
dokument għandhom jingħataw f’żewġ kopji u, jekk
ma jkunux bl-ilsien Ingliż, għandhom jinthemżu
magħhom żewġ traduzzjonijiet awtentikati tagħhom fl-
ilsien Ingliż.
(b) Għall-finijiet ta’ dan is-subartikolu, "traduzzjoni
awtentikata" tfisser traduzzjoni li tiġi awtentikata
bħala traduzzjoni vera u korretta ta’ l-oriġinal mir-
rappreżentant diplomatiku jew konsulari tal-Gvern ta’
Malta fl-iStat fejn toriġina it-talba u, jew, id-
dokument.
Nuqqas ta’ tħaris.
mad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 10, din għandha tgħarraf
minnufih lill-applikant u tispeċifika l-objezzjonijiet tagħha għat-
talba.
Metodu ta’ 
notifika.
12. (1) Id-dokument għandu jiġi notifikat skond ir-regoli li
hemm fl-artikolu 5, li għandhom, mutatis mutandis, ikunu
japplikaw.
(2) Dik il-parti tat-talba li jkun fiha sommarju tad-dokument li
jkollu jiġi notifikat, għandha tiġi notifikata mad-dokument, fil-
forma stabbilita fit-Tielet Skeda li tinsab ma’ dan l-Att. 
Riferta tan-
notifika.
13. (1) Meta tkun saret notifika, l-awtorità   ċentrali għandha
timla riferta tan-notifika, li tkun fl-ilsien Ingliż, skond il-formola
stabbilita fit-Taqsima B tat-Tielet Skeda li tinsab ma’ dan l-Att.
(2) Ir-riferta għandha tkun tgħid li d-dokument ikun ġie
notifikat u għandha tinkludi l-mod, il-post u d-data tan-notifika, u
l-persuna li lilha jkun ingħata d-dokument.  Jekk id-dokument ma
jkunx ġie notifikat, ir-riferta għandu jkun fiha dak il-fatt u tagħti r-
raġunijiet li żammew in-notifika milli ssir.  Ir-riferta għandha
wkoll issemmi x’ikunu l-ħlasijiet mitluba għall-ispejjeż li jkunu
saru għas-servizzi li jkunu ngħataw mill-awtorità  ċentrali, li jiġu
stabbiliti kif provdut fl-artikolu 14.
(3) Iċ-ċertifikat għandu jintbagħat direttament mill-awtorità
ċentrali lill-persuna li tkun applikat għan-notifika.
Spejjeż tan-
notifika.
14. L-awtorità   ċentrali għandha, f’kull każ ta’ talba għal
notifika li ssirilha taħt din it-Taqsima ta’ dan l-Att, tistabbilixxi
x’ikunu l-ispejjeż li joħorġu mis-servizzi li jkollhom jingħataw
minnha fl-għemil tan-notifika.  L-awtorità  ċentrali m’għandhiex
tmexxi ’l quddiem applikazzjoni kemm-il darba l-ispejjeż hekk
stabbiliti ma jkunux ġew depożitati għandha jew tkun ingħatat
sigurtà  biżżejjed għal dak il-pagament.  L-ispejjeż hekk stabbiliti
għandhom jiġu indikati fir-riferta tan-notifika msemmija fl-artikolu
13.
6 KAP. 443. ħ  
RATIFIKA TA’ KONVENZJONIJIET 
DWAR PROĊEDURI LEGALI
Meta tiġi rifjutata li 
titħares talba  għal 
notifika.
15. (1) Meta talba għal notifika tkun konformi mad-
disposizzjonijiet ta’ din it-Taqsima ta’ dan l-Att, l-awtorità  ċentrali
tista’ tirrifjuta li tikkonforma magħha biss jekk tqis li t-tħaris
tagħha jkun jikkontravvjeni is-sovranità  jew is-sigurtà  ta’ Malta.
Ma tistax tirrifjuta li tikkonforma ruħha unikament minħabba f’li,
taħt il-liġi interna ta’ Malta, Malta tafferma li għandha
ġurisdizzjoni esklużiva fuq il-mertu ta’ l-azzjoni in kwistjoni, jew
f’li l-liġi interna ta’ Malta ma tkunx tippermetti l-azzjoni li in
konnessjoni magħha ssir it-talba.
(2) L-awtorità  ċentrali għandha, fil-każ ta’ rifjut, minnufih
tavża lill-applikant u tagħti r-raġuni għaliex tkun qegħda tirrifjuta.
Trasmissjoni ta’ 
talbiet għal notifika 
u ta’ dokumenti lil 
Stat Mhux-
Kontraenti.
16. L-awtorità  ċentrali tkun kompetenti li tirċievi, tipproċessa
u tittrasmetti talbiet għal notifika u dokumenti li joriġinaw f’Malta
lill-awtoritajiet kompetenti jew persuni ta’ xi Stat Mhux-Kontraenti
għan-notifika f’dawk l-iStati -
(a) permezz tar-Reġistratur tal-Qrati, fil-każ ta’
dokumenti ġudizzjarji, skond dawk ir-regoli li jistgħu
jiġu preskritti;  u
(b) permezz ta’ l-applikant, fil-każ ta’ dokumenti
estraġudizzjarji, li għandu jiddepożita, fl-uffiċċju ta’ l-
awtorità  ċentrali, kopja awtentikata tad-dokument fl-
ilsien ta’ Stat Kontraenti, minbarra Malta, fejn ikun se
jiġi trasmess id-dokument.
Taqsima III
Il-Konvenzjoni ta’ l-Aja dwar il-Ġbir ta’ Xiehda Barra mill-Pajjiż 
f’Affarijiet Ċivili jew Kummerċjali
(18 ta’ Marzu, 1970)
Skop ta’ l-
applikabilità .
17. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ din it-Taqsima ta’ dan
l-Att, id-disposizzjonijiet tal-Kapitoli I u II tal-Konvenzjoni ta’ L-
Aja ta’ l-1970 għandu jkollhom il-forza ta’ liġi f’Malta.
Funzjonijiet u 
ġurisdizzjoni.
18. (1) Il-funzjonijiet ta’ l-awtorità   ċentrali taħt il-
Konvenzjoni ta’ L-Aja ta’ l-1970 għandhom jitwettqu mill-awtorità
ċentrali maħtura taħt l-artikolu 4, u kull ittra rogatorja li tasal
mingħand awtorità  ġudizzjarja ta’ xi Stat Kontraenti, magħmula
taħt il-Konvenzjoni ta’ L-Aja ta’ l-1970, għandha tkun indirizzata
lill-awtorità  ċentrali, li għandha tittrasmettiha lill-qorti kompetenti
permezz ta’ rikors.
(2) Il-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili u, meta x-xhud ikun joqgħod
Għawdex, il-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) fil-kompetenza
superjuri tagħha jew xi qorti oħra li l-Ministru jista’ b’ordni
jistabbilixxi minn żmien għal żmien, għandu jkollhom
ġurisdizzjoni sabiex jesegwixxu ittri rogatorji, li jaslu mingħand
awtorità  ġudizzjarja ta’ Stat Kontraenti, magħmula taħt il-
Konvenzjoni ta’ L-Aja ta’ l-1970.
Esekuzzjoni ta’ 
ittri rogatorji.
19. Għall-finijiet ta’ l-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni ta’ L-Aja ta’
l-1970, il-persunal tal-qorti ta’ l-awtoritajiet li jkunu qegħdin
RATIFIKA TA’ KONVENZJONIJIET 
DWAR PROĊEDURI LEGALI ġ KAP. 443. 7
jitolbu l-esekuzzjoni ta’ ittra rogatorja magħmula taħt il-
Konvenzjoni ta’ L-Aja ta’ l-1970 jistgħu, jekk ikunu awtorizzati
mill-awtorità  ċentrali, jkunu preżenti fl-esekuzzjoni ta’ l-ittra
rogatorja.
Meta ma 
japplikawx ċerti 
artikoli.
Kap. 12.
20. (1) Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 614(2) u (3), 618,
619, 620 u 622(2) tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili
m’għandhomx ikunu japplikaw għal xi Stat Mhux-Kontraenti fl-
esekuzzjoni ta’ ittri rogatorji mibgħutin mill-awtorità  ġudizzjarja
ta’ Stat Kontraenti magħmula taħt il-Konvenzjoni ta’ L-Aja ta’ l-
1970.
(2) Il-Ministru jista’, b’regoli magħmula taħt dan l-artikolu,
jistabbilixxi l-proċedura li għandha tiġi segwita fil-każ ta’ ittri
rogatorji magħmula minn xi Stat Kontraenti, minbarra Malta, għax-
xiehda ta’ persuna li tkun toqgħod Malta.
(3) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikoli (1) u (2), il-
qorti għandha tittrasmetti l-ittra rogatorja, sew direttament lill-
awtorità  ċentrali ta’ l-iStat li jkun qed jagħmel it-talba jew permezz
ta’ l-awtorità  ċentrali ta’ Malta.
Riserva.
2 ta’ l-Artikolu 4 tal-Konvenzjoni ta’ L-Aja ta’ l-1970, li t-test
tagħha jinsab riprodott fit-Tieni Skeda, ittri rogatorji trasmessi
permezz ta’ l-awtorità  ċentrali għandhom isiru f’xi waħda mill-
ilsna uffiċjali ta’ Malta.
Taqsima IV
Il-Konvenzjoni ta’ l-Aja dwar l-Aċċess Internazzjonali
għall-ġustizzja
(25 ta’ Ottubru, 1980)
Skop ta’ l-
applikabilità .
22. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet li ġejjin ta’ dan l-
artikolu, il-Konvenzjoni ta’ L-Aja ta’ l-1980 għandu jkollha l-forza
ta’ liġi f’Malta.
(2) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 23 sa 26, u bla
ħsara għar-riserva magħmula minn Malta, u riprodotta fir-Raba’
Skeda li tinsab ma’ dan l-Att, id-disposizzjonijiet tal-Kapitolu I tal-
Konvenzjoni ta’ L-Aja ta’ l-1980 għandu jkollhom il-forza ta’ liġi
f’Malta.
(3) Meta l-applikant għall-għajnuna legali jkun joqgħod barra
mill-pajjiż, ikun meħtieġ li jintbagħat lill-awtorità  ċentrali
ċertifikat, maħruġ mill-awtorità  trasmittenti maħtura taħt l-Artikolu
4 tal-Konvenzjoni ta’ L-Aja ta’ l-1980, li jkun jiċċertifika li l-
applikant ikollu jedd għal dan, u l-awtorità  ċentrali għandha,
permezz ta’ rikors, titlob lill-qorti kompetenti li tikkonferma li l-
applikant ikollu jedd għall-għajnuna legali.
(4) Meta l-applikant ikun joqgħod Malta, l-applikant għandu
personalment jitlob lill-awtorità  ċentrali sabiex din tapplika f’ismu
lill-awtorità  ċentrali barra mill-pajjiż, permezz ta’ applikazzjoni
flimkien ma’ ċertifikat, maħruġ mill-awtorità  trasmittenti maħtura
taħt l-Artikolu 4 tal-Konvenzjoni ta’ L-Aja ta’ l-1980, li jkun juri li
8 KAP. 443. ħ  
RATIFIKA TA’ KONVENZJONIJIET 
DWAR PROĊEDURI LEGALI
l-applikant hekk ikollu jedd għall-għajnuna legali, taħt id-
disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ L-Aja ta’ l-1980.
Awtorità  ċentrali. 23. L-awtorità   ċentrali msemmija fl-artikolu 4 għandha tkun
kompetenti li tirċievi u li tieħu azzjoni dwar applikazzjonijiet
għall-għajnuna legali ppreżentati taħt il-Kapitlu I tal-Konvenzjoni
ta’ L-Aja ta’ l-1980.
Ġurisdizzjoni. 24. (1) Fejn l-awtorità  ċentrali tkun tal-fehma li l-applikant
ma għandux ikun ammess għall-benefiċċju għall-għajnuna legali, l-
applikant ikollu d-dritt jagħmel rikors lill-Prim’ Awla tal-Qorti
Ċivili, fi żmien sebat ijiem mid-data li tiġi lilu notifikata d-
deċiżjoni ta’ l-awtorità  ċentrali; il-Qorti tista’ -  
(a)  jew tagħti d-digriet tagħha in camera; jew
(b)  tagħti d-digriet tagħha waqt seduta bil-miftuħ, wara li
tisma’ l-partijiet, 
dwar jekk tilqax jew tiċħadx ir-rikors.
(2)  Id-deċiżjoni tal-Qorti Ċivili tkun waħda finali.
Proċedura dwar 
jekk applikant 
għandux jingħata 
għajnuna legali.
Kap. 12.
25. Fejn l-applikant jiġi ammess għall-benefiċċju għall-
għajnuna legali, għandhom ikunu japplikaw id-disposizzjonijiet ta’
l-artikoli 918 sa 926 tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura
Ċivili.
Awtorità  
trasmittenti.
26. L-awtorità   ċentrali għandha tkun l-awtorità  trasmittenti
għall-finijiet ta’ l-Artikolu 5 tal-Konvenzjoni ta’ L-Aja ta’ l-1980,
u jkollha l-funzjoni li tirċ ievi, tipproċ essa u twassal
applikazzjonijiet għall-għajnuna legali lill-awtorità  ċentrali xierqa
fl-iStat mitlub. 
Skop ta’ l-
applikabilità .
27. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 28, il-
provvedimenti tal-Kapitolu II tal-Konvenzjoni ta’ L-Aja ta’ l-1980
għandu jkollhom il-forza ta’ liġi f’Malta.
Awtorità  ċentrali. 28. (1) L-awtorità   ċentrali msemmija fl-artikolu 4 għandha
twettaq il-funzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 16 tal-Konvenzjoni
ta’ L-Aja ta’ l-1980.
(2) L-awtorità  ċentrali għandu jkollha s-setgħa li tasal għal
deċiżjoni finali dwar applikazzjonijiet li jsirulha minn awtoritajiet
trasmittenti ta’ xi Stat Kontraenti ieħor, jew b’kull mod ieħor,
speċifikat fl-Artikolu 16 tal-Konvenzjoni ta’ L-Aja ta’ l-1980,
sabiex jiġu esegwiti ordnijiet li jistgħu jkunu infurzati u li
għalihom japplika l-Artikolu 16 tal-Konvenzjoni ta’ L-Aja ta’ l-
1980, u għall-finijiet tal-Kapitlu II ta’ l-imsemmija Konvenzjoni, l-
awtorità  ċentrali għandha wkoll tkun l-awtorità  kompetenti li
tiddeċiedi dwar applikazzjonijiet bħal dawk.
(3) Għall-finijiet ta’ l-esekuzzjoni tad-deċiżjoni ta’ l-
applikazzjonijiet imsemmija fis-subartikolu (2) bħala titolu
esekuttiv, jkun biżżejjed għall-finijiet ta’ dan l-Att li l-applikant
jew l-awtorità  ċentrali -
(a) jitolbu ħlas mill-ġdid tal-garanzija għall-ħlasijiet;  jew
(b) jitolbu ordni għall-ispejjeż,
RATIFIKA TA’ KONVENZJONIJIET 
DWAR PROĊEDURI LEGALI ġ KAP. 443. 9
b’ittra uffiċjali ppreżentata fir-reġistru tal-Qorti Ċivili, Prim’Awla,
li magħha jkun hemm mehmuża kopja uffiċjali tad-deċiżjoni ta’ l-
awtorità  kompetenti.
(4) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (3), id-
deċiżjoni għandha tikkostitwixxi titolu esekuttiv fil-kuntest tat-
tifsira u għall-finijiet tat-Titolu VII tat-Taqsima I tat-Tieni Ktieb
tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili.
(5) M’għandu jkun hemm ebda dritt ta’ appell kontra d-
deċiżjoni ta’ l-awtorità  ċentrali fil-każijiet imsemmija f’dan l-
artikolu.
Taqsima V
Il-Konvenzjoni ta’ Lugano dwar il-ġurisdizzjoni u l-Infurzar ta’ 
Sentenzi f’Affarijiet Ċivili u Kummerċjali
(16 ta’ Settembru, 1988)
Tifsir.
kliem ma tkunx teħtieġ xort’oħra -
"qorti" tinkludi qorti jew tribunal fil-kuntest tat-tifsir ta’ l-
Artikolu 25 tal-Konvenzjoni ta’ Lugano ta’ l-1988;
"sentenza" għandha l-istess tifsir mogħti lilha bl-Artikolu 25 tal-
Konvenzjoni ta’ Lugano ta’ l-1988.
Skop ta’ l-
applikabilità .
30. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ din it-Taqsima ta’ dan
l-Att, il-Konvenzjoni ta’ Lugano ta’ l-1988 u l-Protokolli 1, 2 u 3, u
li jinsabu annessi mal-Konvenzjoni ta’ Lugano ta’ l-1988, u li t-test
Ingliż tagħhom qiegħed imniżżel fit-Taqsima D ta’ l-Ewwel Skeda
li tinsab ma’ dan l-Att, għandu jkollha l-forza ta’ liġi f’Malta.
Tifsir tal-
Konvenzjoni.
31. F’din it-Taqsima r-referenza għall-Konvenzjoni ta’ Lugano
ta’ l-1988 għandha titqies bħala li tinkludi referenza għall-
Protokolli li hemm magħha.
Estensjoni ta’ l-
applikabilità .
32. (1) Il-Ministru jista’ b’ordni jestendi l-applikabilità  tad-
disposizzjonijiet ta’ din it-Taqsima ta’ dan l-Att għal dawk l-iStati
li jistgħu, minn żmien għal żmien, jaċċedu għall-Konvenzjoni ta’
Lugano ta’ l-1988, u jista’ jippreskrivi regolamenti sabiex jagħti
seħħ għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu.
(2) Il-Ministru jista’ iktar minn hekk b’regolamenti
jissostitwixxi, jemenda, iżid mat-test ta’, jew iħassar minn, il-
Konvenzjoni ta’ Lugano ta’ l-1988 u l-Protokolli li hemm magħha
kif riprodotti fit-Taqsima D ta’ l-Ewwel Skeda li tinsab ma’ dan l-
Att hekk kif jista’ jkun meħtieġ, inċidentali jew konsegwenzjali
għall-aċċessjoni għal dik il-Konvenzjoni minn Malta jew minn xi
Stat ieħor.
Ġurisdizzjoni.
disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Lugano ta’ l-1988 u dawk tal-
Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili, jew kull liġi oħra
f’Malta, id-disposizzjonijiet ta’ din it-Taqsima ta’ dan l-Att u tal-
Konvenzjoni ta’ Lugano ta’ l-1988 għandhom jipprevalu għar-
rigward ta’ l-affarijiet regolati mill-imsemmija Konvenzjoni;
10 KAP. 443. ħ  
RATIFIKA TA’ KONVENZJONIJIET 
DWAR PROĊEDURI LEGALI
xort’oħra, d-disposizzjonijiet tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u
Proċedura Ċivili u ta’ kull liġi oħra għandhom jibqgħu japplikaw.
(2) Salv kif permess jew provdut bil-Konvenzjoni ta’ Lugano
ta’ l-1988, u b’mod partikolari bis-Sezzjonijiet 2 sa 6 tat-Titolu II
ta’ dik il-Konvenzjoni, il-ġurisdizzjoni, f’affarijiet li jaqgħu fl-
iskop tal-Konvenzjoni, m’għandhiex tiġi eżerċitata mill-qrati
f’Malta fuq persuni domiċiljati fi Stat Kontraenti ieħor, ħlief,
madankollu, li sakemm tibda sseħħ  f’Malta l-Konvenzjoni
Internazzjonali fuq l-Arrest ta’ Bastimenti li jbaħħru f’Medda lil
hinn mill-Kosta, ffirmata fi Brussell fl-10 ta’ Mejju, 1952, ebda
ħaġa m’għandha tolqot il-ġurisdizzjoni tal-qrati ta’ Malta msejsa
fuq jew dwar l-arrest ta’ bastimenti.
Atti kawtelatorji.
Kap. 12
34. Skond l-Artikolu 24 tal-Konvenzjoni ta’ Lugano ta’ l-1988,
meta l-proċedimenti jkunu nġiebu, jew x’aktax li jinġiebu, fi Stat
Kontraenti ieħor dwar xi ħaġa li għaliha japplika dak l-Artikolu, il-
qorti f’Malta għandu jkollha s-setgħa li tagħmel dawk l-ordnijiet u
li tieħu dawk il-miżuri, skond id-disposizzjonijiet tal-Kodiċi ta’
Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili, bħallikieku l-proċedimenti
kienu nġiebu jew x’aktarx li kienu jinġiebu f’Malta, u d-
disposizzjonijiet ta’ l-imsemmi Kodiċi li jeħtieġu l-preżentata ta’
azzjoni fil-qorti sabiex tiġi nfurzata l-pretensjoni salvagwardata
b’dawk il-miżuri għandhom jitqiesu li jkunu sodisfatti jekk dik l-
azzjoni tinġieb quddiem xi qorti li jkollha ġurisdizzjoni skond il-
Konvenzjoni fiż-żmien stipulat fil-Kodiċi.
Infurzar ta’ 
sentenzi.
35. (1) Sentenza li, skond l-Artikolu 31 tal-Konvenzjoni ta’
Lugano ta’ l-1988, tkun esegwibbli f’Malta għandha tiġi rreġistrata
mill-qorti li tirreġistra skond il-proċedura li tista’, minn żmien għal
żmien, tiġi preskritta.  Il-proċeduri għandhom jinbdew b’rikors
quddiem il-qorti li tirreġistra, li mbagħad għandha tgħaddi biex
tagħti d-deċiżjoni tagħha skond Sezzjoni II tal-Konvenzjoni ta’
Lugano ta’ l-1988.
(2) Għall-finijiet tas-subartikolu (1) -
"il-qorti li tirreġistra" tfisser il-Qorti Ċivili, Prim’Awla, jew kull
qorti oħra li l-Ministru jista’ b’ordni jsemmi, għall-finijiet ta’ l-
Artikolu 32 tal-Konvenzjoni ta’ Lugano ta’ l-1988;  u
"preskritta" tfisser preskritta b’regoli magħmulin mill-Ministru
taħt dan l-artikolu.
(3) Meta sentenza tiġi reġistrata taħt dan l-artikolu, kull nefqa
u spiża ta’ dik ir-reġistrazzjoni għandhom jinġabru bħallikieku
dawn kienu ammonti li jinġabru bis-saħħa tas-sentenza.
(4) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 39 tal-
Konvenzjoni ta’ Lugano ta’ l-1988, ta’ din it-Taqsima ta’ dan l-Att
u ta’ kull regolamenti li jsiru taħtu, sentenza reġistrata taħt dan l-
artikolu għandha, għall-finijiet ta’ l-infurzar tagħha jkollha l-istess
forza u effett, u l-qorti li tirreġistra għandu jkollha l-istess setgħat,
u l-proċeduri għall-infurzar tagħha jew dwarha jistgħu jittieħdu,
bħallikieku s-sentenza kienet oriġinarjament mogħtija mill-qorti li
tirreġistra.
RATIFIKA TA’ KONVENZJONIJIET 
DWAR PROĊEDURI LEGALI ġ KAP. 443. 11
Appelli.
Kap. 12.
36. Appell minn deċiżjoni tal-qorti li tirreġistra jew ma
tirreġistrax sentenza għandu jsir quddiem il-Qorti ta’ l-Appell
skond il-proċedura stabbilita għall-appelli fil-Kodiċi ta’
Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili u d-disposizzjonijiet tat-Titolu
IV tat-Tielet Ktieb ta’ l-imsemmi Kodiċi għandhom ikunu
japplikaw għal dawk id-deċiżjonijiet.
Sentenzi li ma 
jiġux rikonoxxuti.
37. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet li ġejjin ta’ dan l-
artikolu, sentenza mogħtija minn qorti ta’ Stat Kontraenti f’xi
proċeduri m’għandhiex tkun rikonoxxuta u infurzata f’Malta jekk -
(a) l-għemil ta’ dawk il-proċeduri f’dik il-qorti kien
kuntrarju għal xi ftehim li taħtu t-tilwima kellha tiġi
xort’oħra rranġata milli bi proċeduri fil-qrati ta’ dak il-
pajjiż;  u
(b) dawk il-proċeduri ma nġiebux f’dik il-qorti minn, jew
bil-qbil tal-persuna li kontriha tkun ingħatat is-
sentenza;  u
(ċ) dik il-persuna ma tkunx għamlet kontro-talba fil-
proċeduri jew xort’oħra qegħdet lilha nnifisha taħt il-
ġurisdizzjoni ta’ dik il-qorti.
(2) Id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) m’għandhomx ikunu
japplikaw meta l-ftehim imsemmi fil-paragrafu (a) ta’ dak is-
subartikolu kien wieħed illegali, null u li ma jistax jiġi nfurzat u ma
setgħax jiġi esegwit għal raġunijiet mhux attribwibbli għall-ħtija
tal-parti li tagħmel il-proċeduri li fihom tkun ingħatat is-sentenza.
(3) Ebda ħaġa fis-subartikolu (1) m’għandha tolqot ir-
rikonoxximent jew l-infurzar f’Malta ta’ sentenza li tkun meħtieġa
li tiġi hekk rikonoxxuta jew infurzata taħt id-disposizzjonijiet tal-
Konvenzjoni ta’ Lugano ta’ l-1988, bħala li għandha l-forza ta’ liġi
f’Malta.
Domiċilju ta’ 
individwi.
38. (1) Għall-finijiet ta’ din it-Taqsima ta’ dan l-Att,
individwu jitqies li jkun domiċiljat f’Malta jekk, u biss jekk -
(a) huwa jkun residenti f’Malta;  u
(b) ix-xorta u ċ-ċirkostanzi tar-residenza tiegħu jkunu
jindikaw li jkollu konnessjoni sostanzjali ma’ Malta.
(2) Għall-finijiet ta’ din it-Taqsima ta’ dan l-Att, individwu
jitqies li jkun domiċiljat f’xi Stat ieħor li mhux Malta jekk, u biss
jekk-
(a) huwa jkun residenti f’dak l-iStat;  u
(b) ix-xorta u ċ-ċirkostanzi tar-residenza tiegħu jkunu
jindikaw li jkollu konnessjoni sostanzjali ma’ dak l-
iStat.
(3) Fil-każ ta’ individwu li -
(a) jkun residenti f’Malta jew ikun residenti fi Stat li ma
jkunx Malta;  u
(b) kien hekk residenti għall-aħħar sitt xhur jew iktar,
il-ħtiġiet tas-subartikoli (1)(b) u (2)(b) għandhom jitqiesu bħala li
jkun twettqu kemm-il darba ma jiġix ippruvat il-kuntrarju.
12 KAP. 443. ħ  
RATIFIKA TA’ KONVENZJONIJIET 
DWAR PROĊEDURI LEGALI
Domiċilju ta’ korp 
ġuridiku jew 
assoċjazzjoni.
39. (1) Għall-finijiet ta’ din it-Taqsima ta’ dan l-Att, il-lok ta’
ġestjoni ta’ korp ġuridiku jew assoċjazzjoni għandu jitqies bħala d-
domiċilju ta’ dak il-korp ġuridiku jew ta’ dik l-assoċjazzjoni.
(2) Korp ġuridiku jew assoċjazzjoni għandhom jitqiesu bħala li
għandhom il-lok ta’ ġestjoni tagħhom f’Malta jekk, u biss jekk -
(a)  dawn ikunu inkorporati jew iffurmati taħt il-liġi ta’
Malta u jkollhom l-uffiċċju reġistrat tagħhom jew xi
indirizz uffiċjali ieħor tagħhom f’Malta;  jew
(b) il-maniġġ u l-kontroll ċentrali tagħhom jiġi eżerċitat
f’Malta.
(3) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet  tas-subartikolu (4), korp
ġuridiku jew assoċjazzjoni għandhom jitqiesu bħala li għandhom il-
lok ta’ ġestjoni tagħhom fi Stat li ma jkunx Malta jekk, u biss jekk -
(a) kienu inkorporati jew iffurmati taħt il-liġi ta’ dak l-
iStat u jkollhom l-uffiċċju reġistrat tagħhom jew xi
indirizz uffiċjali ieħor tagħhom hemmhekk;  jew
(b) il-maniġġ u l-kontroll ċentrali tagħhom jiġi eżerċitat
f’dak l-iStat.
(4) Korp ġuridiku jew assoċjazzjoni m’għandhomx jitqiesu
bħala li għandhom il-lok ta’ ġestjoni tagħhom fi Stat Kontraenti li
ma jkunx Malta jekk jintwera li l-qrati ta’ dak l-iStat ma jqisuhomx
bħala li għandhom il-lok ta’ ġestjoni tagħhom hemmhekk.
(5) F’dan l-artikolu -
"assoċjazzjoni" tfisser korp mhux korporat ta’ persuni;
"korp ġuridiku" tfisser xi entità  li jkollha personalità  ġuridika
distinta minn dik tal-membri tagħha;
"indirizz uffiċjali", dwar korp ġuridiku jew assoċjazzjoni, tfisser
indirizz li dawn ikunu meħtieġa bil-liġi li jirreġistraw, javżaw jew
iżommu bil-għan li fih jirċievu avviżi jew komuniki oħra:
Iżda meta l-liġi ta’ Malta jew ta’ l-iStat involut ma tkunx
teħtieġ ir-reġistrazzjoni, in-notifikazzjoni jew iż-żamma ta’ xi
indirizz bħal dak, ir-riferenza f’dan l-artikolu għal indirizz uffiċjali
għandha titqies bħallikieku ma saritx.
Id-domiċilju ta’ 
Trusts.
Kap. 331.
40. Għall-finijiet ta’ din it-Taqsima ta’ dan l-Att, trust għandha
titqies bħala li tkun domiċiljata Malta jekk din tkun reġistrata
f’Malta taħt l-Att dwar it-Trusts jew jekk il-liġi Maltija tkun is-
sistema ta’ liġi li magħha t-trust ikollha l-eqreb konnessjoni u dik l-
aktar reali. 
Taqsima VI
Disposizzjonijiet ġenerali
Regolamenti. 41. (1) Il-Ministru jista’ jagħmel regolamenti li bihom
jippreskrivi kull ħaġa li bis-saħħa ta’ dan l-Att tenħtieġ li tiġi
preskritta u ġeneralment għat-twettiq tad-disposizzjonijiet ta’ dan l-
Att.
RATIFIKA TA’ KONVENZJONIJIET 
DWAR PROĊEDURI LEGALI ġ KAP. 443. 13
(2) Mingħajr preġudizzju għall-ġeneralità  tas-subartikolu (1)
jistgħu jsiru regolamenti, b’mod partikolari, sabiex jistabbilixxu il-
kriterji li għandhom jiġu applikati mill-awtorità  ċentrali biex jiġu
determinati l-ispejjeż li jkunu saru minnha skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 14.
(3) Mingħajr preġudizzju għall-ġeneralità  tas-subartikolu (1),
dawk ir-regolamenti jistgħu, mutatis mutandis, ikunu jipprovdu
dwar il-proċedura għal rikorsi quddiem il-qorti taħt xi disposizzjoni
tat-Taqsima V ta’ dan l-Att u dwar id-dokumenti li għandhom
jinġiebu u l-avviżi u l-informazzjoni li għandhom jingħataw f’dak
li għandu x’jaqsam ma’ xi rikors bħal dak.
Konflitt bejn it-
testi.
42. Fl-Ewwel, it-Tieni u r-Raba’ Skedi li jinsabu ma’ dan l-
Att, jekk ikun hemm xi konflitt bejn it-test Ingliż u dak Malti, it-
test Ingliż għandu jipprevali.
Ratifika ta’ 
Konvenzjoni-jiet.
43. Bis-saħħa ta’ dan l-Att, il-Gvern ta’ Malta huwa b’dan
awtorizzat li jirratifika kull jew xi waħda mill-Konvenzjonijiet.
Emendi 
konsegwenzjali.
44. Il-liġijiet fl-Ewwel Kolonna fil-Ħames Skeda li tinsab ma’
dan l-Att għandu jkollhom seħħ skond l-emendi li jidhru
relattivament għalihom fit-Tieni Kolonna ta’ dik l-Iskeda.
14 KAP. 443. ħ  
RATIFIKA TA’ KONVENZJONIJIET 
DWAR PROĊEDURI LEGALI
SKEDI
L-EWWEL SKEDA
(Artikoli 2, 30, 32 u 42)
Taqsima A
IL-KONVENZJONI TA’ L-AJA DWAR IN-NOTIFIKA BARRA MILL-PAJJIŻ 
TA’ DOKUMENTI ĠUDIZZJARJI U ESTRAĠUDIZZJARJI F’AFFARIJIET 
ĊIVILI JEW KUMMERĊJALI
(15 ta’ Novembru, 1965)
L-iStati firmatarji ta’ din il-preżenti Konvenzjoni,
Billi jixtiequ joħolqu mezzi xierqa sabiex jiżguraw li dokumenti ġudizzjarji u
estraġudizzjarji li għandhom jiġu notifikati barra mill-pajjiż jinġiebu għall-
attenzjoni tal-persuna indirizzata fi żmien suffiċjenti,
Billi jixtiequ jtejbu l-organizzazzjoni ta’ assistenza ġudizzjarja reċiproka għal dak
l-għan billi tiġi simplifikata u mħaffa l-proċedura,
Irrisolvew li jikkonkludu Konvenzjoni f’dan is-sens u qablu dwar dawn id-
disposizzjonijiet li ġejjin:
Artikolu 1
Il-preżenti Konvenzjoni għandha tkun tapplika fil-każijiet kollha, f’affarijiet ċivili
jew kummerċjali, meta jkun hemm okkażjoni li jitwassal xi dokument ġudizzjarju
jew estraġudizzjarju għan-notifika barra mill-pajjiż.
Din il-Konvenzjoni m’għandhiex tapplika meta l-indirizz tal-persuna li tkun se
tiġi notifikata bid-dokument ma jkunx wieħed magħruf.
KAPITOLU I
DOKUMENTI ĠUDIZZJARJI
Artikolu 2
Kull Stat Kontraenti għandu jaħtar Awtorità  Ċentrali li jkollha r-responsabbiltà  li
tirċievi talbiet għal notifiki li jiġu minn xi Stat Kontraenti ieħor u li tipproċedi
b’mod konformi mad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 3 sa 6.
Kull Stat għandu jorganizza l-Awtorità  Ċentrali b’mod konformi mal-liġi tiegħu.
Artikolu 3
L-awtorità  jew l-uffiċjal ġudizzjarju kompetenti taħt il-liġi ta’ l-iStat mnejn
joriġinaw id-dokumenti għandu jibgħat lill-Awtorità  Ċentrali ta’ l-iStat indirizzat
talba konformi mal-mudell anness ma’ din il-preżenti Konvenzjoni, mingħajr ebda
ħtieġa ta’ xi leġislazzjoni jew ta’ xi formalità  oħra ekwivalenti.
Id-dokument li għandu jiġi notifikat jew kopja tiegħu għandu jiġi anness mat-
talba.  Sew it-talba sew id-dokument għandhom jingħataw doppji.
Artikolu 4
Jekk l-Awtorità  Ċentrali tqis li t-talba ma tkunx konformi mad-disposizzjonijiet
tal-preżenti Konvenzjoni, hija għandha minnufih tgħarraf lill-applikant u tispeċifika
RATIFIKA TA’ KONVENZJONIJIET 
DWAR PROĊEDURI LEGALI ġ KAP. 443. 15
x’ikunu l-oġġezzjonijiet tagħha għal dik it-talba.
Artikolu 5
L-Awtorità  Ċentrali ta’ l-iStat indirizzat għandha hi nnifisha tinnotifika d-
dokument jew inkella għandha tagħmel arranġamenti biex dan jiġi notifikat minn
aġenzija adattata, jew -
(a) permezz ta’ metodu preskritt bil-liġi lokali tagħha għas-servizz ta’
dokumenti f’azzjonijiet domestiċi lil persuni li jkunu fi ħdan it-territorju lokali,
jew
(b) b’xi metodu partikolari mitlub mill-applikant, kemm-il darba dak
il-metodu ma jkunx wieħed inkompatibbli mal-liġi ta’ l-iStat indirizzat.
Bla ħsara għas-subparagrafu (b) ta’ l-ewwel paragrafu ta’ dan l-Artikolu, id-
dokument jista’ dejjem jiġi notifikat billi jintbagħat lil persuna indirizzata li
taċċettah volontarjament.
Jekk id-dokument għandu jiġi notifikat taħt l-ewwel paragrafu hawn aktar qabel, l-
Awtorità  Ċentrali tista’ titlob li d-dokument jinkiteb jew jiġi tradott fil-lingwa
uffiċjali jew xi waħda mil-lingwi uffiċjali ta’ l-iStat indirizzat.
Dik il-parti tat-talba, fil-formola mehmuża mal-preżenti Konvenzjoni, li jkun fiha
sommarju tad-dokument li jkun se jiġi notifikat, għandha tiġi notifikata flimkien
mad-dokument.
Artikolu 6
L-Awtorità  Ċentrali ta’ l-iStat indirizzat jew kull awtorità  li tista’ tkun ġiet
maħtura għal dak l-għan, għandha timla ċertifikat fl-għamla tal-mudell anness mal-
preżenti Konvenzjoni.
Iċ-ċertifikat għandu jkun fih li d-dokument jkun gie notifikat u għandu jinkludi l-
metodu, il-post u d-data tan-notifika u l-persuna li lilha jkun ingħata d-dokument.
Jekk id-dokument ma jkunx ġie notifikat, iċ-ċertifikat għandu jiddikjara x’ikunu r-
raġunijiet li minħabba fihom ma tkunx saret in-notifika.
L-applikant jista’ jeħtieġ li ċertifikat li ma jkunx tlesta minn Awtorità  Ċentrali jew
minn awtorità  ġudizzjarja għandu jkun kontrosenjat minn xi waħda minn dawn l-
awtoritajiet.
Iċ-ċertifikat għandu jintbagħat direttament lill-applikant.
Artikolu 7
Il-frażijiet komuni fil-mudell anness mal-preżenti Konvenzjoni għandhom fil-
każijiet kollha jinkitbu jew bil-Franċiż jew bl-Ingliż.  Dawn jistgħu wkoll jinkitbu
bil-lingwa uffiċjali, jew b’xi waħda mil-lingwi uffiċjali, ta’ l-iStat mnejn joriġinaw
id-dokumenti.
Il-vojt korrispondenti għandu jimtela jew bil-lingwa ta’ l-iStat indirizzat jew bil-
Franċiż jew bl-Ingliż.
Artikolu 8
Kull Stat Kontraenti jkun ħieles li jagħmel in-notifiki ta’ dokumenti ġudizzjarji lil
persuni li jkunu jinsabu barra mill-pajjiż, mingħajr ma tiġi applikata ebda
kompulsjoni, direttament permezz ta’ l-aġenti diplomatiċi jew konsulari tiegħu.
Kull Stat jista’ jiddikjara li jkun kuntrarju għal dak is-servizz fi ħdan it-territorju
tiegħu, kemm-il darba d-dokument ma jkunx se jiġi notifikat lil ċittadin ta’ l-iStat
16 KAP. 443. ħ  
RATIFIKA TA’ KONVENZJONIJIET 
DWAR PROĊEDURI LEGALI
fejn joriġinaw id-dokumenti.
Artikolu 9
Kull Stat Kontraenti jkun ħieles, b’żieda ma’ dan, li juża kanali konsulari biex
iwassal dokumenti għall-fini ta’ notifika, lil dawk l-awtoritajiet ta’ Stat Kontraenti
ieħor li jkunu msemmija minn dan l-aħħar Stat għal dan l-għan.
Kull Stat Kontraenti jista’, jekk ikun hemm ċirkostanzi eċċezzjonali li jkunu hekk
jeħtieġu, juża kanali diplomatiċi għall-istess fini.
Artikolu 10
Sakemm l-iStat tad-destinazzjoni ma joġġezzjonax, il-preżenti Konvenzjoni
m’għandhiex tinterferixxi -
(a) mal-ħelsien li jintbagħtu dokumenti ġudizzjarji, b’kanali postali,
direttament lil persuni barra mill-pajjiż;
(b) mal-ħelsien ta’ uffiċjali ġudizzjarji, uffiċjali jew persuni
kompetenti oħra ta’ l-iStat ta’ oriġni sabiex dawn jagħmlu n-notifika ta’
dokumenti ġudizzjarji direttament tramite l-uffiċjali ġudizzjarji, l-uffiċjali jew
persuni oħra kompetenti ta’ l-iStat tad-destinazzjoni;
(ċ) mal-ħelsien ta’ persuna interessata fi proċediment ġudizzjarju biex
tagħmel in-notifika ta’ dokumenti ġudizzjarji direttament tramite l-uffiċjali
ġudizzjarji, l-uffiċjali jew il-persuni oħra kompetenti ta’ l-iStat tad-
destinazzjoni.
Artikolu 11
Il-preżenti Konvenzjoni m’għandhiex tipprevjeni xi żewġ Stati Kontraenti jew
iktar milli jaqblu li jippermettu, għall-fini tan-notifika ta’ dokumenti ġudizzjarji,
kanali ta’ trasmissjoni minbarra dawk li hemm provdut dwarhom fl-Artikoli
preċedenti u, b’mod partikolari, l-komunikazzjoni diretta bejn l-awtoritajiet
rispettivi tagħhom.
Artikolu 12
In-notifika ta’ dokumenti ġudizzjarji li joriġinaw fi Stat Kontraenti m’għandhomx
jagħtu lok għal xi ħlas jew rimborż ta’ taxxi jew spejjeż għas-servizzi mogħtija mill-
iStat indirizzat.
L-applikant għandu jħallas jew jirrifondi l-ispejjeż li jitnisslu minn -
(a) l-impieg ta’ uffiċjal ġudizzjarju jew ta’ persuna kompetenti taħt il-
liġi ta’ l-iStat tad-destinazzjoni,
(b) l-użu ta’ xi metodu ta’ servizz partikolari.
Artikolu 13
Meta talba għal notifika tkun konformi mal-pattijiet tal-preżenti Konvenzjoni, l-
iStat indirizzat jista’ jirrofta li jħares dawk il-pattijiet biss jekk dan ikun iqis li dak
it-tħaris ikun jikser is-sovranità  jew is-sigurtà  tiegħu.
Ma jistax jirrofta li jħarishom unikament għaliex, taħt il-liġijiet tiegħu,  l-iStat
ikun qed jippretendi li jkollu ġurisdizzjoni esklusiva fuq il-mertu ta’ l-azzjoni jew li
l-liġijiet tiegħu ma jkunux jippermettu l-azzjoni li fuqha l-applikazzjoni tkun
RATIFIKA TA’ KONVENZJONIJIET 
DWAR PROĊEDURI LEGALI ġ KAP. 443. 17
imsejsa.
L-Awtorità  Ċentrali għandha, fil-każ ta’ rifjut, minnufih tgħarraf lill-applikant u
tiddikjara r-raġunijiet  għal dak ir-rifjut.
Artikolu 14
Id-diffikultajiet li jistgħu jinqalgħu f’dak li għandu x’jaqsam mat-trasmissjoni ta’
dokumenti ġudizzjarji għan-notifika għandhom jiġu rranġati permezz tal-kanali
diplomatiċi.
Artikolu 15
Meta ċitazzjoni jew xi dokument ekwivalenti kellhom jiġu trasmessi barra mill-
pajjiż għall-finijiet tan-notifika, taħt id-disposizzjonijiet tal-preżenti Konvenzjoni, u
l-konvenut ma jkunx deher, m’għandhiex tingħata sentenza qabel ma jiġi stabbilit li -
(a) id-dokument ġie notifikat b’metodu preskritt mil-liġijiet lokali ta’
l-iStat indirizzat għas-servizz ta’ dokumenti f’azzjonijiet domestiċi lil persuni li
jkunu fi ħdan it-territorju tiegħu, jew
(b) id-dokument kien attwalment mogħti lill-konvenut jew imwassal
fir-residenza tiegħu b’xi metodu ieħor li hemm provdut dwaru b’din il-
Konvenzjoni,
u li f’kull wieħed minn dawn il-każijiet in-notifika jew it-twassil saru fi żmien
suffiċjenti sabiex il-konvenut ikun jista’ jagħmel id-difiża tiegħu.
Kull Stat Kontraenti jkun ħieles li jiddikjara li l-imħallef, minkejja l-
provvedimenti ta’ l-ewwel paragrafu ta’ dan l-Artikolu, jista’ jagħti sentenza ukoll
jekk ma jkunu ġew riċevuti ebda riferta tan-notifika jew twassil, jekk kull waħda
minn dawn il-kondizzjonijiet li ġejjin jitwettqu -
(a) id-dokument ikun twassal b’xi wieħed mill-metodi li hemm
provdut dwarhom f’din il-Konvenzjoni,
(b) jkun għadda perjodu ta’ żmien ta’ mhux inqas minn sitt xhur,
meqjus bħala wieħed adegwat mill-imħallef fil-każ partikolari, mid-data tat-
twassil tad-dokument, 
(ċ) ma jkun ġie riċevut ebda ċertifikat ta’ liema xorta jkun, ukoll jekk
ikun sar kull sforz raġonevoli sabiex dan jinkiseb tramite l-awtoritajiet
kompetenti ta’ l-iStat indirizzat.
Minkejja d-disposizzjonijiet tal-paragrafi preċedenti l-imħallef jista’ jordna, f’każ
ta’ urġenza, kull miżura provviżorja jew protettiva.
Artikolu 16
Meta ċitazzjoni jew dokument ekwivalenti kellu jintbagħat barra mill-pajjiż għall-
fini li jiġi notifikat, taħt id-disposizzjonijiet tal-preżenti Konvenzjoni, u tkun
ingħatat sentenza kontra konvenut li jkun baqa’ kontumaċi, l-imħallef ikollu s-setgħa
li jillibera lill-konvenut mill-effetti ta’ l-iskadenza tat-termini għall-appell mis-
sentenza jekk jitwettqu dawn il-kondizzjonijiet li ġejjin -
(a) il-konvenut, bla ebda ħtija min-naħa tiegħu, ma kienx jaf bid-
dokument fi żmien suffiċjenti biex jagħmel id-difiża tiegħu, jew ma kienx jaf
bis-sentenza fi żmien suffiċjenti biex jagħmel appell, u
18 KAP. 443. ħ  
RATIFIKA TA’ KONVENZJONIJIET 
DWAR PROĊEDURI LEGALI
(b) il-konvenut ikun żvela difiża prima facie għall-azzjoni fuq il-
merti.
Rikors għal tali liberazzjoni jista’ jiġi ppreżentat biss fi żmien raġonevoli wara li
l-konvenut ikun sar jaf bis-sentenza.
Kull Stat Kontraenti jista’ jiddikjara li r-rikors ma jkunx ser jintlaħaq jekk dan jiġi
ppreżentat wara l-iskadenza ta’ żmien li jiġi msemmi fid-dikjarazzjoni, iżda li f’ebda
każ m’għandu jkun inqas minn sena wara d-data tas-sentenza.
Dan l-Artikolu m’għandux japplika għal sentenzi li jolqtu l-istatus jew il-kapaċità
ta’ persuni.
KAPITOLU II
DOKUMENTI ESTRAĠUDIZZJARJI
Artikolu 17
Dokumenti estraġudizzjarji li jkunu ġejjin minn awtoritajiet u minn uffiċjali
ġudizzjarji ta’ xi Stat Kontraenti jistgħu jitwasslu għall-fini tan-notifika fi Stat
Kontraenti ieħor bil-metodi u taħt id-disposizzjonijiet tal-preżenti Konvenzjoni.
KAPITOLU III
KLAWSOLI ĠENERALI
Artikolu 18
Kull Stat Kontraenti jista’ jaħtar awtoritajiet oħra b’żieda ma’ l-Awtorità  Ċentrali
u għandu jistabbilixxi sa fejn dawn ikunu kompetenti.
L-applikant għandu, madankollu, f’kull każ, ikollu l-jedd li jindirizza talba
direttament lill-Awtorità  Ċentrali.
Stati Federali jkunu ħielsa li jaħtru aktar minn Awtorità  Ċentrali waħda.
Artikolu 19
Sal-limitu li l-liġi lokali ta’ Stat Kontraenti tkun tippermetti metodi ta’ twassil, li
ma jkunux dawk li hemm provdut dwarhom fl-Artikoli preċedenti, ta’ dokumenti li
jkunu ġejjin minn barra mill-pajjiż, għan-notifika fi ħdan it-territorju tiegħu, il-
preżenti Konvenzjoni m’għandhiex tolqot disposizzjonijiet bħal dawk.
Artikolu 20
Il-preżenti Konvenzjoni m’għandhiex tipprevjeni ftehim bejn xi żewġ Stati
Kontraenti jew iktar li jiddispensaw -
(a) mill-ħtieġa għal kopji doppji ta’ dokumenti trasmessi kif meħtieġ
bit-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 3,
(b) mil-ħtiġiet tal-lingwa tat-tielet paragrafu ta’ l-Artikolu 5 u l-
Artikolu 7,
(ċ) mid-disposizzjonijiet tar-raba’ paragrafu ta’ l-Artikolu 5,
(d) mid-disposizzjonijiet tat-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 12.
RATIFIKA TA’ KONVENZJONIJIET 
DWAR PROĊEDURI LEGALI ġ KAP. 443. 19
Artikolu 21
Kull Stat Kontraenti għandu, fil-waqt tad-depożitu ta’ l-istrument tiegħu ta’
ratifika jew ta’ aċċessjoni, jew f’xi data ulterjuri, jgħarraf lill-Ministeru għall-
Affarijiet Barranin ta’ l-Olanda b’dan li ġej -
(a) il-ħatra ta’ awtoritajiet, konformi ma’ l-Artikoli 2 u 28,
(b) il-ħatra ta’ l-awtorità  kompetenti li timla ċ-ċertifikat skond l-
Artikolu 6,
(ċ) il-ħatra ta’ l-awtorità  kompetenti li tirċievi dokumenti trasmessi
b’kanali konsulari, konformi ma’ l-Artikolu 9.
Kull Stat Kontraenti għandu bl-istess mod jgħarraf lill-Ministru, meta jkun
adattat-
(a) bl-opposizzjoni għall-użu ta’ metodi ta’ twassil konformi ma’ l-
Artikoli 8 u 10,
(b) dikjarazzjonijiet konformi mat-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 15 u t-
tielet paragrafu ta’ l-Artikolu 16,
(ċ) kull modifika tal-ħatriet hawn qabel imsemmija, opposizzjonijiet u
dikjarazzjonijiet.
Artikolu 22
Meta l-Partijiet fil-preżenti Konvenzjoni jkunu wkoll il-Partijiet għal xi waħda
jew iż-żewġ Konvenzjonijiet dwar il-proċedura ċivili ffirmati fl-Aja fis-17 ta’ Lulju
1905, u fl-1 ta’ Marzu 1954, din il-konvenzjoni għandha tieħu post bejniethom ma’
l-Artikoli 1 sa 7 tal-Konvenzjonijiet li saru aktar qabel.
Artikolu 23
Il-preżenti Konvenzjoni m’għandhiex tolqot l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 23 tal-
Konvenzjoni dwar il-proċedura ċivili ffirmata fl-Aja fis-17 ta’ Lulju 1905, jew ta’ l-
Artikolu 24 tal-Konvenzjoni dwar il-proċedura ċivili ffirmata fl-Aja fl-1 ta’ Marzu
1954.
Dawn l-Artikoli għandhom, madankollu, ikunu japplikaw biss jekk jintużaw
metodi ta’ komunikazzjoni li jkunu identiċi ma’ dawk li hemm provdut dwarhom
f’dawn il-Konvenzjonijiet.
Artikolu 24
Kull ftehim supplimentari bejn il-Partijiet għall-Konvenzjonijiet ta’ l-1905 u l-
1954 għandu jitqies bħala li jkun japplika indaqs għall-preżenti Konvenzjoni, kemm-
il darba l-Partijiet ma jkunux ftehmu xort’oħra.
Artikolu 25
Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 22 u 24, il-preżenti
Konvenzjoni m’għandhiex tidderoga mill-Konvenzjonijiet li jkun fihom
disposizzjonijiet fuq l-affarijiet regolati b’din il-Konvenzjoni li għalihom kull Stat
Kontraenti jkun, jew isir, Parti.
Artikolu 26
Il-preżenti Konvenzjoni għandha tkun miftuħa għall-firma mill-iStati
20 KAP. 443. ħ  
RATIFIKA TA’ KONVENZJONIJIET 
DWAR PROĊEDURI LEGALI
rappreżentati fl-Għaxar Sessjoni tal-Konferenza ta’ l-Aja dwar id-Dritt
Internazzjonali Privat.
Din għandha tiġi ratifikata, u l-istrumenti ta’ ratifika għandhom jiġu depożitati
għand il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin ta’ l-Olanda.
Artikolu 27
Il-preżenti Konvenzjoni għandha tibda sseħħ fis-sittin jum wara li jsir id-depożitu
tat-tielet istrument ta’ ratifika imsemmi fit-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 26.
Il-Konvenzjoni għandha tidħol fis-seħħ għal kull Stat firmatarju li
sussegwentement jirratifikaha fis-sittin jum wara d-depożitu ta’ l-istrumenti ta’
ratifika ta’ dak l-iStat.
Artikolu 28
Stat li ma jkunx rappreżentat fl-Għaxar Sessjoni tal-Konferenza ta’ l-Aja dwar id-
Dritt Internazzjonali Privat jista’ jaċċedi għall-preżenti Konvenzjoni wara li din tkun
daħlet fis-seħħ skond l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 27.  L-istrument ta’ aċċessjoni
għandu jiġi depożitat għand il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin ta’ l-Olanda.
Il-Konvenzjoni għandha tidħol fis-seħħ għal dak l-iStat fin-nuqqas ta’ kull
oġġezzjoni minn xi Stat, li jkun irratifika l-Konvenzjoni qabel dak id-depożitu, avżat
lill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin ta’ l-Olanda fi żmien sitt xhur wara d-data
meta dak l-imsemmi Ministeru jkun avżah b’dik l-aċċessjoni.
Fin-nuqqas ta’ kull tali oġġezzjoni, il-Konvenzjoni għandha tidħol fis-seħħ għall-
iStat li jkun qed jaċċedi fl-ewwel jum tax-xahar li jiġi wara l-iskadenza ta’ l-aħħar
mill-perjodi msemmija fil-paragrafu precedenti.
Artikolu 29
Kull Stat jista’, fil-waqt ta’ l-iffirmar, ratifika jew aċċessjoni, jiddikjara li l-
preżenti Konvenzjoni għandha testendi għat-territorji kollha għar-relazzjonijiet
internazzjonali li dwarhom jkun responsabbli, jew għal xi wieħed minnhom jew
iktar.  Dik id-dikjarazzjoni għandha tibda sseħħ fid-data ta’ dħul fis-seħħ tal-
Konvenzjoni għall-iStat involut.
F’kull żmien wara dan, dawk l-estensjonijiet għandhom jiġu avżati lill-Ministeru
għall-Affarijiet Barranin ta’ l-Olanda.
Il-Konvenzjoni għandha tibda sseħħ għat-territorji msemmija f’tali estensjoni fis-
sittin jum wara li jkun ingħata l-avviż imsemmi fil-paragrafu preċedenti.
Artikolu 30
Il-preżenti Konvenzjoni għandha tibqa’ sseħħ għal ħames snin mid-data meta
tidħol fis-seħħ skond l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 27, ukoll għal Stati li jkunu
rratifikawha jew aċċedew għaliha sussegwentement.
Jekk ma kien hemm ebda denunzja, din għandha tiġġedded taċitament kull ħames
snin.
Kull denunzja għandha tiġi avżata lill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin ta’ l-
Olanda mill-inqas sitt xhur qabel tmiem il-perjodu ta’ ħames snin.
Din tista’ tkun limitata għal x’uħud mit-territorji li għalihom tapplika l-
Konvenzjoni.
Id-denunzja għandu jkollha seħħ biss dwar dak l-iStat li jkun ta avviż dwarha.  Il-
Konvenzjoni għandha tibqa’ sseħħ għal kull Stat Kontraenti ieħor.
RATIFIKA TA’ KONVENZJONIJIET 
DWAR PROĊEDURI LEGALI ġ KAP. 443. 21
Artikolu 31
Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin ta’ l-Olanda għandu jagħti avviż lill-iStati
msemmija fl-Artikolu 26, u lill-iStati li jkunu aċċedew skond l-Artikolu 28, dwar
dan li ġej -
(a) il-firem u r-ratifiki msemmija fl-Artikolu 26;
(b) id-data meta l-preżenti Konvenzjoni tidħol fis-seħħ skond l-ewwel
paragrafu ta’ l-Artikolu 27;
(ċ) l-aċċessjonijiet imsemmija fl-Artikolu 28 u d-dati meta dawn
iseħħu;
(d) l-estensjonijiet imsemmija fl-Artikolu 29 u d-dati meta dawn
iseħħu;
(e) il-ħatriet, opposizzjonijiet u dikjarazzjonijiet imsemmija fl-
Artikolu 21;
(f) id-denunzji msemmija fit-tielet paragrafu ta’ l-Artikolu 30.
B’xiehda ta’ dan is-sottofirmati, kif debitament awtorizzati li jagħmlu, iffirmaw
din il-preżenti Konvenzjoni.
Magħmula fl-Aja, fil-15 ta’ Novembru, 1965, fil-lingwa Ingliża u dik Franċiża, iż-
żewġ testi awtentiċi ndaqs, f’kopja unika li għandha tiġi depożitata fl-arkivji tal-
Gvern ta’ l-Olanda, u li tagħha għandha tintbagħat kopja awtentika, permezz tal-
kanali diplomatiċi, lil kull wieħed mill-iStati rappreżentati fl-Għaxar Sessjoni tal-
Konferenza ta’ l-Aja dwar id-Dritt Internazzjonali Privat.
22 KAP. 443. ħ  
RATIFIKA TA’ KONVENZJONIJIET 
DWAR PROĊEDURI LEGALI
FORMOLI
(TALBA U ĊERTIFIKAT)
SOMMARJU TAD-DOKUMENT LI GĦANDU JIĠI NOTIFIKAT
(Annessi li hemm ipprovdut dwarhom fl-Artikoli 3, 5, 6 u 7)
ANNESS MAL-KONVENZJONI
Formoli
TALBA GĦAL NOTIFIKA BARRA MINN MALTA TA’ DOKUMENTI 
ĠUDIZZJARJI JEW ESTRADĠUDIZZJARJI
Konvenzjoni dwar in-Notifika Barra mill-Pajjiż ta’ Dokumenti Ġudizzjarji u 
Estraġudizzjarji f’Affarijiet Ċivili jew Kummerċjali, iffirmata f’L-Aja,
fil-15 ta’ Novembru, 1965
L-applikant hawn taħt iffirmat għandu l-unur li jittrasmetti - b’żewġ kopji - id-
dokumenti hawn iktar ’l isfel elenkati u, b’mod konformi ma’ l-Artikolu 5 tal-
Konvenzjoni hawn aktar qabel imsemmija, jitlob in-notifika ta’ malajr ta’ kopja
waħda minnhom lill-persuna indirizzata, jiġifieri,
(identità  u indirizz)
.........................................................................................................................
.........................................................................................................................
(a) skond il-provvedimenti tas-subparagrafu (a) ta’ l-ewwel paragrafu
ta’ l-Artikolu 5 tal-Konvenzjoni)*.
(b) skond dan il-metodu partikolari li ġej (subparagrafu (b) ta’ l-ewwel
paragrafu ta’ l-artikolu 5)*: ..................................................................
.........................................................................................................................
.........................................................................................................................
(ċ) billi titwassal lill-persuna indirizzata, jekk hija taċċettaha
volontarjament (it-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 5)*.
L-awtorità  hija mitluba li tirritorna jew tara li tiġi ritornata lill-applikant kopja
tad-dokumenti - u ta’ l-annessi* - flimkien ma’ ċertifikat kif hemm provdut fuq in-
naħa ta’ wara.
Lista ta’ dokumenti
.........................................................................................................................
.........................................................................................................................
.........................................................................................................................
.........................................................................................................................
Identità  u indirizz ta' l-applikant Indirizz ta' l-awtorità  li tirċievi
RATIFIKA TA’ KONVENZJONIJIET 
DWAR PROĊEDURI LEGALI ġ KAP. 443. 23
.........................................................................................................................
.........................................................................................................................
.........................................................................................................................
.........................................................................................................................
.........................................................................................................................
Magħmula ġewwa........................, illum....................................
Firma u, jew timbru.
*Ħassar jekk mhux meħtieġ.
24 KAP. 443. ħ  
RATIFIKA TA’ KONVENZJONIJIET 
DWAR PROĊEDURI LEGALI
Taqsima B
KONVENZJONI DWAR IL-ĠBIR TA’ XIEHDA BARRA MILL-PAJJIŻ 
F’AFFARIJIET ĊIVILI JEW KUMMERĊJALI
(18 TA’ MARZU, 1970)
Preambolu
L-iStati firmatarji ta’ din il-preżenti Konvenzjoni,
Billi jixtiequ jiffaċilitaw it-trasmissjoni u l-esekuzzjoni ta’ Ittri Rogatorji u li
jestendu l-mod kif isiru u jitwettqu d-diversi metodi li jintużaw għal dan l-għan,
Billi jixtiequ jtejbu l-koperazzjoni ġudizzjarja reċiproka f’affarijiet ċivili jew
kummerċjali, 
Irrisolvew li jikkonkludu Konvenzjoni f’dan is-sens u qablu dwar dawn id-
disposizzjonijiet li ġejjin:
KAPITOLU 1
ITTRI ROGATORJI
Artikolu 1
F’affarijiet ċivili jew kummerċjali, awtorità  ġudizzjarja ta’ Stat Kontraenti tista’,
skond il-provvedimenti tal-liġi ta’ dak l-iStat, titlob lill-awtorità  kompetenti ta’ xi
Stat Kontraenti ieħor, permezz ta’ Ittra Rogatorja, li tikseb xi xiehda, jew li twettaq
xi att ġudizzjarju ieħor.
Ittra m’għandhiex tintuża biex bis-saħħa tagħha tinkiseb xiehda li ma tkunx
maħsuba biex tintuża fi proċedimenti ġudizzjarji, li jkunu diġà  nbdew jew li jkunu
maħsubin li jinbdew.
Il-frażi "att ġudizzjarju ieħor" ma jkoprix in-notifika ta’ dokumenti ġudizzjarji
jew il-ħruġ ta’ xi proċess li bih jiġu esegwiti jew infurzati sentenzi jew ordnijiet, jew
ordnijiet għal miżuri provviżorji jew protettivi.
Artikolu 2
Stat Kontraenti għandu jinnomina Awtorità  Ċentrali li tkun responsabbli biex
tirċievi Ittri Rogatorji li jkunu ġejjin minn awtorità  ġudizzjarja ta’ xi Stat Kontraenti
ieħor u li din tittrasmettihom lill-awtorità  kompetenti sabiex din tesegwihom.  Kull
Stat għandu jorganizza l-Awtorità  Ċentrali skond il-liġijiet tiegħu.
L-Ittri għandhom jintbagħtu lill-Awtorità  Ċentrali ta’ l-iStat ta’ esekuzzjoni
mingħajr ma dawn ikunu trasmessi tramite xi awtorità  oħra ta’ dak l-iStat.
Artikolu 3
Ittra Rogatorja għandha tispeċifika -
(a) l-awtorità  li tkun qed titlob l-esekuzzjoni tagħha u l-awtorità  li
tkun qed tintalab li tesegwiha, jekk din tkun magħrufa mill-awtorità  li tkun qed
tagħmel it-talba;
(b) l-ismijiet u l-indirizzi tal-partijiet fil-proċedimenti u r-
rappreżentanti tagħhom, jekk ikun hemm;
RATIFIKA TA’ KONVENZJONIJIET 
DWAR PROĊEDURI LEGALI ġ KAP. 443. 25
(ċ) ix-xorta tal-proċedimenti li dwarha tkun meħtieġa x-xiehda,
filwaqt li tingħata l-informazzjoni kollha meħtieġa dwar dan;
(d) ix-xiehda li għandha tinkiseb jew xi att ġudizzjarju ieħor li jkollu
jsir.
Meta jkun hekk adattat, l-Ittra għandha tispeċifika, fost l-oħrajn -
(e) l-ismijiet u l-indirizzi tal-persuni li għandhom jiġu eżaminati;
(f) il-mistoqsijiet li għandhom isiru lil persuni li għandhom jiġu
eżaminati jew dikjarazzjoni tal-mertu li dwaru huma għandhom jiġu eżaminati;
(g) id-dokumenti jew proprjetà  oħra, reali jew personali, li għandha
tiġi spezzjonata;
(h) kull ħtieġa li x-xiehda għandha tingħata b’ġurament jew
b’dikjarazzjoni solenni, u kull forma speċjali li għandha tintuża;
(i) kull metodu speċjali jew proċedura li għandha tiġi segwita taħt l-
Artikolu 9.
Ittra tista’ wkoll issemmi kull informazzjoni meħtieġa għall-applikazzjoni ta’ l-
Artikolu 11.
Ma jkunu meħtieġa ebda legalizzazzjoni jew formalità  oħra simili.
Artikolu 4
Ittra Rogatorja għandha tkun fl-ilsien ta’ l-awtorità  li tkun ġiet mitluba li
tesegwiha jew inkella jkun hemm mehmuża magħha traduzzjoni f’dik il-lingwa.
Madankollu, Stat Kontraenti għandu jaċċetta Ittra sew bl-Ingliż sew bil-Franċiż,
jew traduzzjoni f’xi waħda minn dawn il-lingwi, kemm-il darba dan ma jkunx
għamel ir-riserva awtorizzata taħt l-Artikolu 33.
Meta Stat Kontraenti li jkollu iktar minn lingwa uffiċjali waħda u ma jkunx jista’,
għal raġunijiet ta’ liġi domestika, jaċċetta Ittri f’xi waħda minn dawn il-lingwi għat-
territorju tiegħu kollu kemm hu, dan għandu, permezz ta’ dikjarazzjoni, jispeċifika l-
lingwa li biha l-Ittra jew it-traduzzjoni tagħha għandhom jitfissru għall-esekuzzjoni
fl-oqsma speċifiċi tat-territorju tiegħu.  Fin-nuqqas li jikkonforma ruħu ma’ din id-
dikjarazzjoni, mingħajr ebda skuża ġustifikabbli, l-ispejjeż tat-traduzzjoni fil-lingwa
meħtieġa jġarrabhom il-pajjiż ta’ l-oriġini.
Stat Kontraenti jista’, b’dikjarazzjoni, jispeċifika l-lingwa jew il-lingwi li ma
jkunux dawk imsemmija fil-paragrafi ta’ qabel, li fihom Ittra tista’ tintbagħat lill-
Awtorità  Ċentrali tagħha.
Kull traduzzjoni li tkun mehmuża ma’ xi Ittra għandha tkun awtentikata bħala li
tkun korretta, sew minn uffiċjal diplomatiku sew minn aġent konsulari sew minn
traduttur bil-ġurament sew minn kull persuna oħra hekk awtorizzata fi Stat il-wieħed
jew l-ieħor.
Artikolu 5
Jekk l-Awtorità  Ċentrali tqis li t-talba ma tkunx tħares id-disposizzjonijiet tal-
preżenti Konvenzjoni, din għandha minnufih tgħarraf lill-awtorità  ta’ l-iStat ta’ l-
oriġini li jkun bagħat l-Ittra Rogatorja, filwaqt li tispeċifika x’ikunu l-oġġezzjonijiet
tagħha għall-Ittra.
26 KAP. 443. ħ  
RATIFIKA TA’ KONVENZJONIJIET 
DWAR PROĊEDURI LEGALI
Artikolu 6
Jekk l-awtorità  li lilha tkun ġiet trasmessa Ittra Rogatorja ma tkunx waħda
kompetenti biex tesegwiha, l-Ittra għandha tintbagħat minnufih lill-awtorità  fl-istess
Stat li jkun kompetenti li jesegwiha skond id-disposizzjonijiet tal-liġijiet tiegħu
nnifsu.
Artikolu 7
L-awtorità  li tkun qed tagħmel it-talba għandha, jekk tkun hekk tixtieq, tkun
informata biż-żmien meta, u l-post fejn, ikunu se jsiru l-proċedimenti, sabiex il-
partijiet involuti, u r-rappreżentanti tagħhom, jekk ikollhom, jistgħu jkunu hemm
preżenti.  Din l-informazzjoni għandha tintbagħat direttament lill-partijiet jew lir-
rappreżentanti tagħhom meta l-awtorità  ta’ l-iStat ta’ l-oriġini jkun hekk jitlob.
Artikolu 8
Jista’ Stat Kontraenti jiddikjara li membri tal-persunal ġudizzjarju ta’ l-awtorità  li
tkun qed tagħmel it-talba ta’ xi Stat Kontraenti ieħor jistgħu jkunu preżenti fl-
esekuzzjoni ta’ Ittra Rogatorja.  Tista’ tenħtieġ l-awtorizzazzjoni minn qabel mill-
awtorità  kompetenti imsemmija mill-iStat li jkun qed jagħmel id-dikjarazzjoni.
Artikolu 9
L-awtorità  ġudizzjarja li tesegwixxi Ittra Rogatorja għandha tapplika l-liġi tagħha
nnifisha dwar il-metodi u l-proċeduri li għandhom jiġu segwiti.
Iżda, din għandha timxi skond talba ta’ l-awtorità  li tagħmel it-talba li jiġu segwiti
xi metodu jew proċedura speċjali, kemm-il darba dawn ma jkunux inkompatibbli
mal-liġi domestika ta’ l-iStat ta’ esekuzzjoni jew ikun impossibbli li jitwettqu
minħabba fil-prattika u proċedura domestika tagħha jew minħabba f’diffikultajiet
prattiċi.
Ittra Rogatorja għandha tiġi esegwita malajr kemm jista’ jkun. 
Artikolu 10
Fl-esekuzzjoni ta’ Ittra Rogatorja l-awtorità  li ssirilha t-talba għandha tapplika l-
miżuri ta’ għemil adattati f’dawk il-każijiet u sa l-istess limitu bħalma hemm
provdut dwarhom fil-liġi domestika tagħha għall-esekuzzjoni ta’ ordnijiet maħruġin
mill-awtoritajiet tal-pajjiż tagħha nnifsu jew ta’ talbiet magħmulin minn partijiet fi
proċedimenti domestiċi.
Artikolu 11
Fl-esekuzzjoni ta’ Ittra Rogatorja il-persuna involuta tista’ tirrofta li tagħti x-
xiehda tagħha daqstant kemm ikollha privileġġ jew dmir li tirrofta li tagħti xiehda -
(a) taħt il-liġi ta’ l-iStat fejn tkun qed issir l-esekuzzjoni;  jew
(b) taħt il-liġi ta’ l-iStat ta’ oriġini, u l-privileġġ jew dmir ikun
speċifikat fl-Ittra, jew, fuq talba ta’ l-awtorità  li tkun qed issirilha t-talba, tkun
ġiet xort’oħra konfermata lil dik l-awtorità  mill-awtorità  li tkun qed tagħmel it-
talba.
Jista’ Stat Kontraenti jiddikjara li, b’żieda, ikun se jirrispetta dawk il-privileġġi u
dmirijiet li jkunu jeżistu taħt il-liġi ta’ Stati li ma jkunux l-iStat ta’ l-oriġini u l-iStat
ta’ l-esekuzzjoni, sal-limitu speċifikat f’dik id-dikjarazzjoni. 
Artikolu 12
L-esekuzzjoni ta’ Ittra Rogatorja tista’ tiġi rifjutata biss sal-limitu li -
RATIFIKA TA’ KONVENZJONIJIET 
DWAR PROĊEDURI LEGALI ġ KAP. 443. 27
(a) fl-iStat ta’ esekuzzjoni l-esekuzzjoni ta’ l-Ittra ma jkunx jinkwadra
fil-funzjonijiet tal-ġudizzjarju; jew
(b) l-iStat indirizzat ikun iqis li s-sovranità  jew is-sigurtà  tiegħu se
jkunu preġudikati biha.
L-esekuzzjoni ma tistax tiġi rifjutata biss minħabba f’li taħt il-liġi domestika
tiegħu l-iStat ta’ l-esekuzzjoni jkun qed ivanta ġurisdizzjoni esklusiva fuq il-mertu
ta’ l-azzjoni jew li l-liġi domestika tiegħu ma tkunx tagħti lok għal dritt ta’ azzjoni
dwarha.
Artikolu 13
Id-dokumenti li jkunu jistabbilixxu l-esekuzzjoni ta’ l-Ittra Rogatorja għandhom
jintbagħtu mill-awtorità  li tkun saritilha t-talba lill-awtorità  li tkun qed tagħmel it-
talba permezz ta’ l-istess kanal li jkun ġie użat minn din l-aħħar awtorità  msemmija.
F’kull każ meta l-Ittra ma tkunx ġiet esegwita għalkollox jew f’parti minnha, l-
awtorità  li tkun qed tagħmel it-talba għandha tiġi mgħarrfa minnufih permezz ta’ l-
istess kanal u titgħarraf bir-raġunijiet għal dan.
Artikolu 14
L-esekuzzjoni ta’ l-Ittra Rogatorja m’għandhiex tagħti lok għal xi ħlas lura ta’
taxxi jew spejjeż ta’ liema xorta tkun.
Madankollu, l-iStat ta’ l-esekuzzjoni għandu d-dritt li jeħtieġ lill-iStat ta’ l-oriġini
li jħallas lura d-drittijiet imħallsin lill-periti u lill-interpreti u l-ispejjeż li jsiru bl-użu
ta’ xi proċedura speċjali li tkun intalbet mill-iStat ta’ oriġini taħt l-Artikolu 9,
paragrafu 2.
L-awtorità  li tkun saritilha t-talba li l-liġi tagħha tkun tobbliga lill-partijiet
innifishom li jiksbu x-xiehda, u li ma tkunx tista’ hi nnifisha tesegwixxi l-ittra,
tista’, wara li tkun kisbet il-kunsens ta’ l-awtorità  li tagħmel it-talba, taħtar lil xi
persuna adattata biex tagħmel dan.  Meta l-awtorità  li tkun saritilha t-talba tkun qed
tfittex dan il-kunsens, din għandha tindika x’ikunu l-ispejjeż approssimattivi li kieku
jirriżultaw minn din il-proċedura.  Jekk l-awtorità  li tagħmel it-talba tagħti l-kunsens
tagħha din għandha toħroġ u tħallas kull spejjeż li jsiru;  mingħajr dak il-kunsens l-
awtorità  li tkun qed tagħmel it-talba ma tkunx responsabbli għall-ispejjeż.
KAPITOLU II
ĠBIR TA’ XIEHDA MINN UFFIĊJALI DIPLOMATIĊI, AĠENTI KONSULARI U 
KUMMISSARJI
Artikolu 15
F’affarijiet ċivili jew kummerċjali, uffiċjal diplomatiku jew aġent konsulari ta’
Stat Kontraenti jista’, fit-territorju ta’ xi Stat Kontraenti ieħor u fiż-żona fejn ikun
jeserċita l-funzjonijiet tiegħu, jiġbor ix-xiehda mingħajr ebda għemil taċ-ċittadini ta’
xi Stat li huwa jkun jirrappreżenta b’għajnuna għal proċedimenti mibdijin fil-qrati
ta’ xi Stat li huwa jkun jirrappreżenta.
Jista’ Stat Kontraenti jiddikjara li x-xiehda tista’ tittieħed minn uffiċjal
diplomatiku jew minn aġent konsulari biss jekk il-permess f’dak is-sens jingħata
meta ssir applikazzjoni minnu jew f’ismu lill-awtorità  adattata msemmija mill-iStat
dikjaranti.
28 KAP. 443. ħ  
RATIFIKA TA’ KONVENZJONIJIET 
DWAR PROĊEDURI LEGALI
Artikolu 16
Uffiċjal diplomatiku jew aġent konsulari ta’ Stat Kontraenti jista’, fit-territorju ta’
Stat Kontraenti ieħor u fiż-żona fejn huwa jkun jeserċita l-funzjonijiet tiegħu, ukoll
jiġbor ix-xiehda, mingħajr għemil, ta’ ċittadini ta’ l-iStat fejn huwa jkun jeserċita l-
funzjonijiet tiegħu jew dawk ta’ Stat terz, biex jgħin fi proċedimenti mibdijin fil-
qrati ta’ Stat li huwa jkun jirrappreżenta, jekk -
(a) awtorità  kompetenti msemmija minn dak l-iStat fejn huwa jkun
jeserċita l-funzjonijiet tiegħu tkun tat il-permess tagħha sew b’mod ġenerali jew
fil-każ partikolari,  u
(b) ikun jikkonforma mal-kondizzjonijiet li l-awtorità  kompetenti tkun
speċifikat fil-permess.
Jista’ Stat Kontraenti jiddikjara li xiehda tista’ tinġabar taħt dan l-Artikolu
mingħajr il-permess tagħha mogħti bil-quddiem.
Artikolu 17
F’affarijiet ċivili jew kummerċjali, persuna debitament maħtura bħala
kummissarju għal dak il-fini tista’, mingħajr għemil, tiġbor xiehda fit-territorju ta’
Stat Kontraenti biex jgħin fi proċedimenti mibdijin fil-qrati ta’ xi Stat Kontraenti
ieħor, jekk -
(a) awtorità  kompetenti msemmija minn dak l-iStat fejn tkun se
tinġabar ix-xiehda tkun tat il-permess tagħha sew b’mod ġenerali jew fil-każ
partikolari,  u
(b) ikun jikkonforma mal-kondizzjonijiet li l-awtorità  kompetenti tkun
speċifikat fil-permess.
Jista’ Stat Kontraenti jiddikjara li xiehda tista’ tinġabar taħt dan l-Artikolu
mingħajr il-permess tagħha mogħti bil-quddiem.
Artikolu 18
Jista’ Stat Kontraenti jiddikjara li uffiċjal diplomatiku, aġent konsulari jew
kummissarju li jkun awtorizzat li jiġbor xiehda taħt l-Artikoli 15, 16 jew 17, jista’
japplika għand l-awtorità  kompetenti msemmija mill-iStat li jkun qed jiddikjara għal
għajnuna adattata biex jikseb ix-xiehda bil-għemil.  Id-dikjarazzjoni jista’ jkun fiha
dawk il-kondizzjonijiet li l-iStat li jkun qed jiddikjara jista’ jqis bħala xieraq li
jimponi.
Jekk l-awtorità  tikkonċedi l-applikazzjoni, din għandha tapplika kull miżura ta’
għemil li tista’ tkun adattata u preskritta bil-liġijiet tagħha għall-użu fi proċedimenti
domestiċi.
Artikolu 19
L-awtorità  kompetenti, meta tkun qed tagħti l-permess imsemmi fl-Artikoli 15, 16
jew 17, jew meta tkun qed tikkonċedi l-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 18, tista’
tistipula dawk il-kondizzjonijiet hekk kif tista’ tqis li jkunu xierqa, fost l-oħrajn,
dwar iż-żmien u l-post fejn tkun se tinġabar ix-xiehda.  Bl-istess mod tista’ titlob li
hija tingħata avviż raġonevoli bil-quddiem dwar il-ħin, id-data u l-post tal-ġbir tax-
xiehda; f’dak il-każ, rappreżentant ta’ l-awtorità  jkollu jedd li jkun preżenti fil-ġbir
ta’ dik ix-xiehda.
RATIFIKA TA’ KONVENZJONIJIET 
DWAR PROĊEDURI LEGALI ġ KAP. 443. 29
Artikolu 20
Fil-ġbir ta’ xiehda taħt xi Artikolu ta’ dan il-Kapitolu, il-persuni involuti jistgħu
jkunu rappreżentati legalment.
Artikolu 21
Meta uffiċjal diplomatiku, aġent konsulari jew kummissarju jkun awtorizzat taħt l-
Artikoli 15, 16 jew 17 li jiġbor ix-xiehda -
(a) huwa jista’ jiġbor kull għamla ta’ xiehda li ma tkunx inkompatibbli
mal-liġi ta’ l-iStat fejn tittieħed ix-xiehda jew kuntrarju għal kull permess
konċess skond l-Artikoli t’hawn aktar qabel, u jkollu s-setgħa f’dawk il-limiti li
jamministra ġurament  jew li jirċievi dikjarazzjoni solenni;
(b) talba li ssir lil persuna sabiex din tidher jew tagħti x-xiehda tagħha
għandha, kemm-il darba min jirċeviha ma jkunx ċittadin ta’ l-iStat fejn l-azzjoni
tkun pendenti, tiġi abbozzata fil-lingwa tal-post fejn tinġabar ix-xiehda jew
magħha jkun hemm mehmuża traduzzjoni f’dik il-lingwa;
(ċ) it-talba għandha tgħarraf lill-persuna li hija tista’ tkun legalment
rappreżentata u, f’xi Stat li ma jkunx ippreżenta applikazzjoni taħt l-Artikolu 18,
għandha wkoll tgħarrafha li mhijiex imġiegħla li tidher jew li tagħti xiehda;
(d) ix-xiehda tista’ tinġabar bil-mod provdut bil-liġi li tkun tapplika
għall-qorti fejn l-azzjoni tkun pendenti sakemm dak il-mod ma jkunx projbit bil-
liġi ta’ l-iStat fejn tittieħed ix-xiehda;
(e) persuna li tkun ġiet mitluba tagħti x-xiehda tagħha tista’ tinvoka l-
privileġġi u d-dmirijiet li tirrofta x-xiehda li tinsab fl-Artikolu 11.
Artikolu 22
Il-fatt li jkun falla tentattiv li tittieħed xi xiehda taħt il-proċedura stipulata f’dan
il-Kapitolu, minħabba fir-rifjut ta’ xi persuna li tagħti x-xiehda tagħha, m’għandux
jipprevjeni applikazzjoni milli ssir sussegwentement sabiex tinġabar ix-xiehda skond
il-Kapitolu I.
KAPITOLU III
KLAWŻOLI ĠENERALI
Artikolu 23
Jista’ Stat Kontraenti f’kull waqt tal-firma, ratifika jew aċċessjoni, jiddikjara li ma
jkunx se jesegwixxi Ittri Rogatorji maħruġin bil-għan li jiksbu il-kxif qabel is-smigħ
ta’ xi kawża ta’ dokumenti kif dan hu magħruf f’pajjiżi fejn tapplika il-Common
Law.
Artikolu 24
Jista’ Stat Kontraenti jinnomina awtoritajiet oħra b’żieda ma’ l-Awtorità  Ċentrali
u jista’ jistabbilixxi kemm dawn ikunu kompetenti.  Madankollu, jistgħu Ittri
Rogatorji f’kull każ jintbagħtu lill-Awtorità  Ċentrali.
Ikunu ħielsa Stati Federali li jsemmu iktar minn Awtorità  Ċentrali waħda.
30 KAP. 443. ħ  
RATIFIKA TA’ KONVENZJONIJIET 
DWAR PROĊEDURI LEGALI
Artikolu 25
Jista’ Stat Kontraenti li jkollu iktar minn sistema legali waħda, isemmi l-
awtoritajiet ta’ xi waħda minn dawn is-sistemi, li jkollha kompetenza esklusiva li
tesegwixxi Ittri Rogatorji b’mod konformi ma’ din il-Konvenzjoni.
Artikolu 26
Jista’ Stat Kontraenti, jekk ikun hekk meħtieġ li jagħmel minħabba
f’limitazzjonijiet kostituzzjonali, jitlob ir-rimbors mingħand l-iStat ta’ l-oriġini  ta’
l-ispejjeż u n-nefqiet, li jkollhom x’jaqsmu ma’ l-esekuzzjoni ta’ Ittri Rogatorji,
għan-notifika ta’ proċess meħtieġ biex iġiegħel lil xi persuna tidher u tagħti x-xiehda
tagħha, l-ispejjeż ta’ l-attendenza ta’ dawk il-persuni, u n-nefqa ta’ kull traskrizzjoni
tax-xiehda.
Meta Stat ikun għamel talba li tkun konformi mat-talba t’hawn aktar qabel, kull
Stat Kontraenti ieħor jista’ jitlob minn dak l-iStat ir-rimbors ta’ drittijiet u spejjeż
bħal dawk.
Artikolu 27
Id-disposizzjonijiet tal-konvenzjoni preżenti m’għandhomx jipprevjenu lil xi Stat
Kontraenti milli -
(a) jiddikjara li Ittri Rogatorji jistgħu jiġu trasmessi lill-awtoritajiet
ġudizzjarji tiegħu permezz ta’ kanali li ma jkunux dawk li hemm ipprovdut
dwarhom fl-Artikolu 2;
(b) jippermetti, bil-liġi jew bil-prattika domestika, li xi att li hemm
ipprovdut dwaru f’din il-Konvenzjoni jitwettaq b’kondizzjonijiet inqas
restrittivi;
(ċ) jippermetti, bil-liġi jew il-prattika domestika, metodi ta’ ġbir ta’
xiehda li ma jkunux dawk li hemm provdut dwarhom f’din il-Konvenzjoni.
Artikolu 28
Il-preżenti Konvenzjoni m’għandhiex tipprevjeni ftehim bejn xi żewġ Stati
Kontraenti jew iktar li jidderogaw mill-provvedimenti -
(a) ta’ l-Artikolu 2 dwar il-metodi kif jittrasmettu l-Ittri Rogatorji;
(b) ta’ l-Artikolu 4 dwar il-lingwi li jistgħu jintużaw;
(ċ) ta’ l-Artikolu 8 dwar il-preżenza ta’ persunal ġudizzjarju fl-
esekuzzjoni ta’ Ittri;
(d) ta’ l-Artikolu 11 dwar il-privileġġi u d-dmirijiet ta’ xhieda li
jirrifjutaw li jagħtu x-xiehda tagħhom;
(e) ta’ l-Artikolu 13 dwar il-metodi li jreġġgħu lura Ittri esegwiti lill-
awtorità  li tkun għamlet it-talba;
(f) ta’ l-Artikolu 14 dwar id-drittijiet u l-ispejjeż;
(g) tal-Kapitolu II.
RATIFIKA TA’ KONVENZJONIJIET 
DWAR PROĊEDURI LEGALI ġ KAP. 443. 31
Artikolu 29
Bejn il-Partijiet għall-din il-Konvenzjoni, li huma wkoll Partijiet għal xi waħda
mill-Konvenzjonijiet jew iż-żewġ Konvenzjonijiet fuq il-Proċedura Ċivili ffirmati
fl-Aja fis-17 ta’ Lulju 1905 u l-1 ta’ Marzu 1954, din il-Konvenzjoni għandha tidħol
minflok l-Artikoli 8 -16 tal-Konvenzjonijiet ta’ qabel.
Artikolu 30
Il-preżenti Konvenzjoni m’għandhiex tolqot l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 23 tal-
Konvenzjoni ta’ l-1905, jew ta’ l-Artikolu 24 tal-Konvenzjoni ta’ l-1954.
Artikolu 31
Kull Ftehim Supplimentari bejn il-Partijiet għall-Konvenzjonijiet ta’ l-1905 u l-
1954 għandu jitqies bħala li hu applikabbli bl-istess mod indaqs għall-preżenti
Konvenzjoni kemm-il darba l-Partijiet ma jkunux ftehmu xort’oħra.
Artikolu 32
Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 29 u 31, il-preżenti
Konvenzjoni m’għandhiex tidderoga minn konvenzjonijiet li jkun fihom
disposizzjonijiet fuq l-affarijiet koperti b’din il-Konvenzjoni li fihom Stat
Kontraenti jkun, jew ikun ser isir Parti.
Artikolu 33
Jista’ Stat, fil-waqt tal-firma, ratifika jew aċċessjoni, jeskludi, għalkollox jew biss
f’parti, l-applikazzjoni tad-disposizzjonijiet tal-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu 4 u tal-
Kapitolu II.  M’għandha titħalla li ssir ebda riserva oħra.
Jista’ kull Stat Kontraenti f’kull waqt li jkun jirtira xi riserva li jkun għamel;  ir-
riserva ttemm milli jibqa’ jkollha seħħ fis-sittin jum wara n-notifika ta’ l-irtirar.
Meta jkun Stat għamel riserva, kull Stat ieħor li jkun milqut minnha jista’ japplika
l-istess regola kontra l-iStat li jkun qed jagħmel ir-riserva.
Artikolu 34
Jista’ Stat f’kull waqt jirtira jew jimmodifika dikjarazzjoni.
Artikolu 35
Għandu Stat Kontraenti, fil-waqt tad-depożitu ta’ l-istrument ta’ ratifika jew
aċċessjoni, jew f’data li tiġi wara, jgħarraf lill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin ta’
l-Olanda bit-tismija ta’ l-awtoritajiet, skond ma hemm fl-Artikoli 2, 8, 24 u 25.
Għandu bl-istess mod Stat Kontraenti jgħarraf lill-Ministeru, meta jkollu hekk
isir, b’dan li ġej -
(a) it-tismija ta’ l-awtoritajiet li lilhom għandu jingħata avviż, li jista’
jkun meħtieġ il-permess tagħhom, u li tista’ tiġi invokata l-għajnuna tagħhom fit-
teħid ta’ xiehda minn uffiċjali diplomatiċi u aġenti konsulari, skond l-Artikoli
15, 16 u 18 rispettivament;
(b) it-tismija ta’ l-awtoritajiet li l-permess tagħhom jista’ jkun meħtieġ
fit-teħid ta’ xiehda minn kummissarji skond l-Artikolu 17 u ta’ dawk li jistgħu
jikkonċedu l-għajnuna li hemm provdut dwarha fl-Artikolu 18;
(ċ) dikjarazzjonijiet skond l-Artikoli 4, 8, 11, 15, 16, 17, 18, 23 u 27;
(d) kull irtirar jew modifika tat-tismijiet u dikjarazzjonijiet t’hawn
32 KAP. 443. ħ  
RATIFIKA TA’ KONVENZJONIJIET 
DWAR PROĊEDURI LEGALI
aktar qabel;
(e) l-irtirar ta’ kull riserva.
Artikolu 36
Kull diffikultà  li tista’ titnissel bejn Stat Kontraenti u ieħor jew oħrajn f’dak li
għandu x’jaqsam mat-tħaddim ta’ din il-Konvenzjoni għandu jiġi rranġat permezz
tal-kanali diplomatiċi.
Artikolu 37
Il-preżenti Konvenzjoni għandha tinfetaħ għall-firma ta’ l-iStati rappreżentati fil-
Ħdax-il Sessjoni tal-Konferenza ta’ l-Aja fuq id-Dritt Internazzjonali Privat.
Għandha tiġi ratifikata u l-istrumenti ta’ ratifika għandhom jiġu depożitati għand
il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin ta’ l-Olanda.
Artikolu 38
Il-preżenti Konvenzjoni għandha tibda sseħħ fis-sittin jum wara d-depożitu tat-
tielet istrument ta’ ratifika msemmi fit-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 37.
Il-Konvenzjoni għandha tibda sseħħ għal kull Stat firmatarju li jirratifika wara fis-
sittin jum wara d-depożitu ta’ l-istrument ta’ ratifika tiegħu. 
Artikolu 39
Stat li ma jkunx rappreżentat fil-Ħdax-il Sessjoni tal-konferenza ta’ l-Aja fuq id-
Dritt Internazzjonali Privat li jkun Membru ta’ din il-Konferenza jew tan-
Nazzjonijiet Uniti jew ta’ xi aġenzija speċjalizzata ta’ dik l-Organizzazzjoni, jew
Parti fl-iStatut tal-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja, jista’ jaċċedi għall-preżenti
Konvenzjoni wara li din tkun daħlet fis-seħħ skond ma hemm fl-ewwel paragrafu ta’
l-Artikolu 38.
L-istrument ta’ aċċessjoni għandu jkun depożitat għand il-Ministeru għall-
Affarijiet barranin ta’ l-Olanda.
Il-Konvenzjoni għandha tibda sseħħ għal Stat li jkun qed jaċċedi għaliha fis-sittin
jum wara d-depożitu ta’ l-istrument ta’ aċċessjoni tiegħu.
L-aċċessjoni jkollha seħħ biss dwar ir-relazzjonijiet bejn l-iStat li jkun qed jaċċedi
u dawk l-iStati Kontraenti li jkunu ddikjaraw li jaċċettaw l-aċċessjoni.  Dik id-
dikjarazzjoni għandha tiġi depożitata għand il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin ta’
l-Olanda; dan il-Ministeru għandu jibgħat, permezz ta’ kanali diplomatiċi, kopja
awtentikata lil kull wieħed mill-iStati Kontraenti.
Il-Konvenzjoni tidħol fis-seħħ bejn l-iStat li jkun qed jaċċedi u l-iStat li jkun
iddikjara li jkun aċċetta l-aċċessjoni fis-sittin jum wara d-depożitu tad-dikjarazzjoni
ta’ aċċettazzjoni.
Artikolu 40
Stat jista’, fil-waqt tal-firma, ratifika jew aċċessjoni, jiddikjara li l-preżenti
Konvenzjoni għandha testendi għat-territorji kollha li huwa jkun responsabbli għar-
relazzjonijiet internazzjonali tagħhom, jew għal xi wieħed jew iktar minnhom.  Dik
id-dikjarazzjoni għandha tibda sseħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Konvenzjoni
għall-iStat involut.
F’kull waqt wara dan, dawk l-estensjonijiet għandhom jiġu avżati lill-Ministeru
għall-Affarijiet Barranin ta’ l-Olanda.
Il-Konvenzjoni għandha tibda sseħħ għat-territorji msemmija f’dik l-estensjoni
RATIFIKA TA’ KONVENZJONIJIET 
DWAR PROĊEDURI LEGALI ġ KAP. 443. 33
fis-sittin jum wara li jingħata l-avviż indikat fil-paragrafu preċedenti.
Artikolu 41
Il-preżenti Konvenzjoni għandha tibqa’ fis-seħħ għal ħames snin mid-data meta
tidħol fis-seħħ skond l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 38, ukoll għal Stati li jkunu
irratifikawha jew aċċedew għaliha wara.
Jekk ma jkun hemm ebda denunzja, din għandha tiġġedded b’mod taċitu kull
ħames snin.
Denunzja għandha tiġi avżata lill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin ta’ l-Olanda
mill-inqas sitt xhur qabel tmiem il-perjodu ta’ ħames snin.
Tista’ tkun limitata biss għal x’uħud mit-territorji li għalihom tkun tapplika l-
Konvenzjoni.
Id-denunzja tibda sseħħ biss dwar l-iStat li jkun ta avviż dwarha. Il-Konvenzjoni
għandha tibqa’ sseħħ għal kull Stat Kontraenti ieħor.
Artikolu 42
Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin ta’ l-Olanda għandu jagħti avviż lill-iStati
msemmija fl-Artikolu 37, u lill-iStati li jkunu aċċedew skond l-Artikolu 39, b’dan li
ġej -
(a) il-firem u r-ratifika msemmija fl-Artikolu 37;
(b) id-data meta l-preżenti Konvenzjoni tibda sseħħ skond l-ewwel
paragrafu ta’ l-Artikolu 38;
(ċ) kull aċċessjoni msemmija fl-Artikolu 39 u d-dati meta dawn
iseħħu;
(d) l-estensjonijiet imsemmija fl-Artikolu 40 u d-dati meta dawn
jibdew iseħħu;
(e) it-tismijiet, riservi u dikjarazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 33 u
35;
(f) id-denunzji msemmija fit-tielet paragrafu ta’ l-Artikolu 41.
B’xiehda ta’ dan is-sottofirmatarji, hekk kif debitament awtorizzati jagħmlu dan,
iffirmaw din il-preżenti Konvenzjoni.
Magħmula L-Aja, fit-18 ta’ Marzu, 1970, fil-lingwa Ingliża u dik Franċiża, iż-
żewġ testi awtentiċi ndaqs, f’kopja unika li għandha tiġi depożitata fl-arkivji tal-
Gvern ta’ l-Olanda, u li tagħha għandha tintbagħat kopja awtentikata, permezz tal-
kanal diplomatiku, lil kull wieħed mill-iStati rappreżentati fil-Ħdax-il Sessjoni tal-
Konferenza ta’ L-Aja fuq id-Dritt Internazzjonali Privat.
34 KAP. 443. ħ  
RATIFIKA TA’ KONVENZJONIJIET 
DWAR PROĊEDURI LEGALI
Taqsima Ċ
IL-KONVENZJONI TA’ L-AJA DWAR L-AĊĊESS INTERNAZZJONALI 
GHALL-ĠUSTIZZJA 
(25 TA’ OTTUBRU, 1980)
L-iStati firmatarji f’din il-Konvenzjoni,
Billi jixtiequ jiffaċilitaw l-aċċess internazzjonali għall-ġustizzja,
Irrisolvew li jagħmlu Konvenzjoni għal dan l-għan u qablu fuq dawn id-
disposizzjonijiet li ġejjin -
KAPITOLU I
GĦAJNUNA LEGALI
Artikolu 1
Iċ-ċittadini ta’ xi Stat Kontraenti u persuni li soltu jkunu residenti f’xi Stat
Kontraenti jkollhom jedd għall-għajnuna legali għal proċedimenti fil-qorti
f’affarijiet ċivili u kummerċjali f’kull Stat Kontraenti bl-istess kondizzjonijiet
bħallikieku huma nfushom kienu ċittadini ta’ dak l-iStat u soltu residenti fih.
Dawk il-persuni li ma japplikax għalihom il-paragrafu 1, iżda li qabel kellhom ir-
residenza tas-soltu tagħhom fi Stat Kontraenti li fih ikunu se jinbdew jew diġà
nbdew proċedimenti tal-qorti, għandhom madankollu jkollhom jedd għall-għajnuna
legali kif provdut fil-paragrafu 1 jekk ir-raġuni għall-azzjoni tkun tnisslet mir-
residenza tagħhom tas-soltu li kellhom qabel f’dak l-iStat.
Fi Stati fejn l-għajnuna legali tkun provduta f’affarijiet amministrattivi, soċjali
jew fiskali, id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu għandhom ikunu japplikaw għall-
każijiet li jinġiebu quddiem il-qrati jew tribunali kompetenti f’dawk l-affarijiet.
Artikolu 2
L-Artikolu 1 għandu japplika għal parir legali sakemm il-persuna li tkun qed
tfittex dak il-parir tkun preżenti fl-iStat fejn ikun qed jitfittex li jinkiseb dak il-parir.
Artikolu 3
Kull Stat Kontraenti għandu jsemmi Awtorità  Ċentrali li tirċievi, u tieħu azzjoni
dwar, applikazzjonijiet għall-għajnuna legali li jiġu ppreżentati taħt din il-
Konvenzjoni.
Stati Federali u Stati li jkollhom iktar  minn sistema legali waħda jistgħu jsemmu
iktar minn Awtorità  Ċentrali waħda.  Jekk l-Awtorità  Ċentrali li lilha tiġi ppreżentata
applikazzjoni ma tkunx kompetenti li tittrattaha, din għandha tibgħat l-applikazzjoni
lil dik l-Awtorità  Ċentrali oħra li tkun fl-istess Stat Kontraenti u li tkun kompetenti li
tittrataha.
Artikolu 4
Kull Stat Kontraenti għandu jsemmi xi awtorità  trasmittenti waħda jew iktar għall-
fini tat-twassil ta’ applikazzjonijiet għall-għajnuna legali lill-Awtorità  Ċentrali
adattata fl-iStat fejn tkun qegħda ssirlu t-talba.
Applikazzjonijiet għall-għajnuna legali għandhom jiġu trasmessi, mingħajr l-
intervent ta’ ebda awtorità  oħra, fl-għamla tal-mudell anness ma’ din il-
Konvenzjoni.
RATIFIKA TA’ KONVENZJONIJIET 
DWAR PROĊEDURI LEGALI ġ KAP. 443. 35
Ebda ħaġa f’dan l-Artikolu m’għandha tipprevjeni applikazzjoni milli tiġi
ppreżentata permezz tal-kanali diplomatiċi.
Artikolu 5
Meta l-applikant għall-għajnuna legali ma jkunx preżenti fl-iStat fejn tkun qegħda
ssirlu t-talba, huwa jista’ jippreżenta t-talba tiegħu lil xi awtorità  trasmittenti fl-iStat
Kontraenti fejn ikollu r-residenza tas-soltu tiegħu, mingħajr preġudizzji għal kull
mezz ieħor li jista’ jkollu kif jippreżenta l-applikazzjoni tiegħu lill-awtorità
kompetenti fl-iStat li jkun qed jagħmel it-talba.
L-applikazzjoni għandha tkun fl-għamla tal-mudell anness ma’ din il-Konvenzjoni
u għandu jkun hemm mehmuż magħha kull dokument meħtieġ, mingħajr preġudizzju
għad-dritt ta’ l-iStat fejn tkun qegħda ssirlu t-talba li jitlob għal iktar informazzjoni
jew dokumenti f’każijiet li jkunu hekk xierqa.
Jista’ Stat Kontraenti jiddikjara li l-Awtorità  Ċentrali tiegħu li tkun qed tirċievi,
tkun se taċċetta applikazzjonijiet ippreżentati minn kanali jew b’metodi oħra.
Artikolu 6
L-awtorità  trasmittenti għandha tgħin lill-applikant f’illi jiżgura li l-applikazzjoni
jkollha mehmuż magħha kull informazzjoni u dokument minnha magħruf bħala li
jkun meħtieġ sabiex tkun tista’ titqies l-applikazzjoni.  Għandha tiżgura li l-ħtiġiet
formali jiġu mħarsa.
Jekk l-awtorità  trasmittenti jkun jidhrilha li l-applikazzjoni tkun manifestament
infondata, din tista’ tirrofta li tittrasmetti l-applikazzjoni.
Għandha tgħin lill-applikant f’illi jikseb mingħajr ebda ħlas traduzzjoni tad-
dokumenti meta dik l-għajnuna tkun waħda adatta.
Għandha twieġeb għal kull informazzjoni ulterjuri mill-Awtorità  Ċentrali li tkun
qed tirċievi fl-iStat fejn tkun qegħda ssirlu t-talba.
Artikolu 7
L-applikazzjoni, id-dokumenti b’appoġġ u kull komunikazzjoni b’risposta għal
talbiet għal iktar informazzjoni għandhom ikunu fil-lingwa uffiċjali jew f’xi waħda
mil-lingwi uffiċjali ta’ l-iStat fejn tkun qegħda ssirlu t-talba jew ikollha mehmuż
magħha traduzzjoni f’xi waħda minn dawk il-lingwi.
Madankollu, meta fl-iStat li jkun qed jagħmel it-talba ma jkunx prattikabbli li
tinkiseb traduzzjoni fil-lingwa ta’ l-iStat fejn tkun qegħda ssirlu t-talba, dan l-aħħar
Stat għandu jaċċetta d-dokumenti jew bl-Ingliż jew bil-Franċiż, jew inkella d-
dokumenti għandu jkollhom mehmuż magħhom traduzzjoni f’xi waħda minn dawk
il-lingwi.
Komunikazzjonijiet li jkunu ġejjin mill-Awtorità  Ċentrali li tkun qed tirċievi
jistgħu jiġu abbozzati fil-lingwa uffiċjali jew f’xi waħda mill-lingwi uffiċjali ta’ l-
iStat fejn tkun qegħda ssirlu t-talba jew bl-Ingliż jew bil-Franċiż.  Madankolu, meta
l-applikazzjoni mibgħuta mill-awtorità  trasmittenti tkun jew bl-Ingliż jew bil-
Franċiż, jew ikun hemm mehmuż magħha traduzzjoni f’xi waħda minn dawk il-
lingwi, komunikazzjonijiet li jkunu ġejjin mill-Awtorità  Ċentrali li tkun qed tirċievi
għandhom ukoll ikunu f’xi waħda minn dawk il-lingwi.
L-ispiża tat-traduzzjoni li titnissel mill-applikazzjoni tal-paragrafi preċedenti
għandha tiġġarrab mill-iStat li jkun qed jagħmel it-talba, b’dan illi traduzzjonijiet
magħmulin fl-iStat fejn tkun qegħda ssirlu t-talba m’għandhom jagħtu lok għal ebda
talba ta’ rimbors minn dak l-iStat.
36 KAP. 443. ħ  
RATIFIKA TA’ KONVENZJONIJIET 
DWAR PROĊEDURI LEGALI
Artikolu 8
L-Awtorità  Ċentrali li tkun qed tirċievi għandha taqta’ l-applikazzjoni jew inkella
għandha tieħu dawk il-passi li jistgħu jkunu meħtieġa sabiex tikseb dak li tkun
iddeċidiet minn awtorità  kompetenti fl-iStat fejn tkun qegħda ssir it-talba.
L-Awtorità  Ċentrali li tkun qed tirċievi għandha tittrasmetti talbiet għal iktar
informazzjoni lill-awtorità  trasmittenti u għandha tgħarrafha b’kull diffikultà  li
jkollha x’taqsam ma’ l-eżami ta’ l-applikazzjoni u tad-deċiżjoni meħuda.
Artikolu 9
Meta l-applikant għall-għajnuna legali ma jkunx joqgħod fi Stat Kontraenti, huwa
jista’ jippreżenta l-applikazzjoni tiegħu permezz ta’ kanali konsulari, mingħajr
preġudizzju għal kull mezz ieħor disponibbli għalih li jippreżenta l-applikazzjoni
tiegħu lill-awtorità  kompetenti fl-iStat fejn tkun qegħda ssirlu t-talba.
Jista’ Stat Kontraenti jiddikjara li l-Awtorità  Ċentrali tiegħu li tkun qed tirċievi,
tkun se jaċċetta applikazzjonijiet ippreżentati permess ta’ kanali jew metodi oħra.
Artikolu 10
Kull dokument mibgħut taħt dan il-Kapitolu għandu jkun eżenti mil-
legalizzazzjoni jew minn xi formalità  oħra bħal dik.
Artikolu 11
M’għandhom isiru ebda spejjeż għat-trasmissjoni, twassil jew deċiżjoni dwar
applikazzjonijiet għall-għajnuna legali taħt dan il-Kapitolu.
Artikolu 12
L-applikazzjonijiet għall-għajnuna legali għandhom jiġu ttrattati b’mod mill-iktar
spedittiv.
Artikolu 13
Meta tkun ġiet konċessa l-għajnuna legali skond ma hemm fl-Artikolu 1, in-
notifika ta’ dokumenti f’xi Stat Kontraenti ieħor skond il-proċedimenti tal-persuna li
tkun qed tingħata l-għajnuna legali, m’għandha tagħti lok għal ebda spejjeż minkejja
kif fil-fatt issir in-notifika.  L-istess ħaġa tapplika għal Ittri Rogatorji u rapporti ta’
inkjesta soċjali, ħlief għal drittijiet li jitħallsu lil periti u interpreti.
Meta persuna tkun irċeviet għajnuna legali skond ma hemm fl-Artikolu 1 għal
proċedimenti fi Stat Kontraenti u tkun ingħatat deċiżjoni f’dawk il-proċedimenti,
hija tkun, mingħajr ebda investigazzjoni oħra dwar iċ-ċirkostanzi tagħha, intitolata
għall-għajnuna legali f’kull Stat Kontraenti ieħor li fih tfittex li tassigura r-
rikonoxximent jew l-infurzar ta’ dik id-deċiżjoni.
KAPITOLU II
GARANZIJA GĦALL-ISPEJJEŻ U INFURZAR TA’ ORDNIJIET
GĦALL-ISPEJJEŻ
Artikolu 14
Ebda garanzija, bond jew depożitu ta’ liema xorta tkun ma tista’ tenħtieġ,
minħabba biss taċ-ċittadinanza barranija tagħhom jew għaliex ma jkunux domiċiljati
jew residenti fl-iStat fejn jinbdew il-proċedimenti, mingħand persuni (inklużi
persuni legali) li soltu jkunu residenti fi Stat Kontraenti u li jkunu atturi jew partijiet
li jintervjenu fi proċedimenti quddiem il-qrati jew tribunali ta’ xi Stat Kontraenti
ieħor.
RATIFIKA TA’ KONVENZJONIJIET 
DWAR PROĊEDURI LEGALI ġ KAP. 443. 37
L-istess regola għandha tkun tapplika għal xi ħlas li jkun dovut mingħand l-atturi
jew il-partijiet li jintervjenu bħala garanzija għall-ispejjeż tal-qorti.
Artikolu 15
Ordni għall-ħlas ta’ l-ispejjeż u n-nefqiet ta’ proċedimenti, li jsiru f’xi Stat
Kontraenti kontra xi persuna eżenti mill-ħtiġiet dwar il-garanzija, bond, depożitu
jew ħlas bis-saħħa ta’ l-Artikolu 14 jew tal-liġi ta’ l-iStat fejn il-proċedimenti jkunu
inbdew, għandu, meta ssir l-applikazzjoni tal-persuna li jkollha jedd għall-benefiċċju
ta’ l-ordni, jkun jista’ jiġi infurzat mingħajr ebda ħlas f’xi Stat Kontraenti ieħor.
Artikolu 16
Kull Stat Kontraenti għandu jsemmi xi waħda jew iktar mill-awtoritajiet
trasmittenti għall-fini li jintbagħtu lill-Awtorità  Ċentrali adatta fl-iStat fejn tkun
qegħda ssir it-talba applikazzjonijiet sabiex dawk l-ordnijiet li għalihom japplika l-
Artikolu 15 ikunu jistgħu jiġu infurzati.
Kull Stat Kontraenti għandu jinnomina Awtorità  Ċentrali sabiex din tirċievi dawk
l-applikazzjonijiet u tieħu l-passi meħtieġa biex tiżgura li tintlaħaq deċiżjoni finali
dwarhom.
Stati Federali u Stati li jkollhom iktar minn sistema legali waħda jistgħu
jinnominaw iktar minn Awtorità  Ċentrali waħda.  Jekk l-Awtorità  Ċentrali li lilha
tiġi ppreżentata applikazzjoni ma tkunx kompetenti li tittratta dwarha, din għandha
tibgħat l-applikazzjoni lil dik l-Awtorità  Ċentrali oħra fl-l-iStat fejn tkun qegħda ssir
it-talba, li tkun kompetenti tittrattaha.
Applikazzjonijiet taħt dan l-Artikolu għandhom jiġu trasmessi mingħajr l-
intervent ta’ xi awtorità  oħra, mingħajr preġudizzju għal applikazzjoni li tiġi
trasmessa permezz ta’ kanali diplomatiċi.
Ebda ħaġa f’dan l-Artikolu m’għandha tipprevjeni applikazzjonijiet milli jsiru
direttament mill-persuna intitolata għall-benefiċċju ta’ l-ordni kemm-il darba l-iStat
fejn tkun qegħda ssir it-talba jkun iddikjara li ma jkunx se jaċċetta applikazzjonijiet
magħmula b’dan il-mod.
Artikolu 17
Kull applikazzjoni taħt l-Artikolu 15 għandha tkun imsieħba minn -
(a) vera kopja tal-parti relevanti tad-deċiżjoni li tkun turi l-ismijiet u l-
kapaċitajiet legali tal-partijiet u ta’ l-ordni għall-ħlas ta’ l-ispejjeż jew in-nefqiet;
(b) kull dokument meħtieġ sabiex tinġieb prova li d-deċiżjoni ma
tkunx għadha iktar suġġetta għall-forom ordinarji ta’ reviżjoni fl-iStat ta’ oriġini
u li jkun jista’ jiġi infurzat hemmhekk;
(ċ) traduzzjoni, awtentikata bħala waħda vera, tad-dokumenti hawn
aktar qabel imsemmija fil-lingwa ta’ l-iStat fejn tkun qegħda ssir it-talba, jekk
dawn ma jkunux diġà  f’dik il-lingwa.
L-applikazzjoni għandha tiġi deċiża mingħajr ma ssir ebda seduta dwarha u l-
awtorità  kompetenti fl-iStat fejn tkun qegħda ssir it-talba għandha tasal biss li
teżamina jekk id-dokumenti meħtieġa jkunux ġew prodotti jew le.  Jekk tiġi hekk
mitluba tagħmel mill-applikant, dik l-awtorità  għandha tistabbilixxi l-ammont ta’ l-
ispejjeż tal-konferma bil-ġurament jew dikjarazzjoni solenni, t-traduzzjoni u l-
awtentikazzjoni, liema spejjeż jitqiesu bħala spejjeż u nefqiet tal-proċedimenti.  Ma
jkunu meħtieġa ebda legalizzazzjoni jew xi formalità  bħalha.
38 KAP. 443. ħ  
RATIFIKA TA’ KONVENZJONIJIET 
DWAR PROĊEDURI LEGALI
M’għandu jkun hemm ebda dritt ta’ appell kontra d-deċiżjoni ta’ l-awtorità
kompetenti ħlief skond il-liġi ta’ l-iStat fejn tkun qegħda ssir it-talba.
KAPITOLU III
KOPJI TA’ REĠISTRAZZJONIJIET U DEĊIŻJONIJIET
Artikolu 18
Iċ-ċittadini ta’ xi Stat Kontraenti u persuni soltu residenti f’xi Stat Kontraenti
jistgħu jiksbu f’xi Stat Kontraenti ieħor, bl-istess pattijiet u kondizzjonijiet bħal
ċittadini tiegħu, kopji ta’, jew estratti minn reġistrazzjonijiet f’reġistri pubbliċi u
deċiżjonijiet li jkunu jirrigwardaw affarijiet ċivili jew kummerċjali u jistgħu
ikollhom dawk id-dokumenti legalizzati, fejn ikun meħtieġ.
KAPITOLU IV
DETENZJONI FIŻIKA U SAFE CONDUCT
Artikolu 19
L-arrest u d-detenzjoni, sew bħala mezz ta’ infurzar jew biss bħala miżura
kawtelatorja, m’għandhomx, f’affarijiet ċivili jew kummerċjali, jiġu wżati kontra
ċittadini ta’ xi Stat Kontraenti jew persuni li soltu jkunu residenti fi Stat Kontraenti
f’ċirkostanzi fejn ma jkunux jistgħu jiġu wżati kontra ċittadini ta’ l-iStat li jkun qed
jarresta jew jiddetjeni.  Kull fatt li jista’ jingħad minn ċittadin li soltu jkun resident
f’dak l-iStat biex jikseb ir-rilaxx mill-arrest jew mid-detenzjoni jista’ jingħad bl-
istess effett minn ċittadin ta’ Stat Kontraenti jew minn persuna li soltu tkun residenti
fi Stat Kontraenti ukoll jekk il-fatt jkun ġara barra mill-pajjiż.
Artikolu 20
Persuna li tkun ċittadin ta’, jew li tkun soltu toqgħod fi Stat Kontraenti u li tkun
imsejħa b’isimha minn xi qorti jew tribunal fi Stat Kontraenti ieħor, jew minn xi
parti bil-permess tal-qorti jew tat-tribunal, sabiex jidher bħala xhud jew perit fi
proċedimenti f’dak l-iStat ma tkun tista’ ssir ebda prosekuzzjoni jew detenzjoni fir-
rigward tagħha, jew tiġi assoġġettata għal xi restrizzjoni oħra dwar il-libertà
personali tagħha, fit-territorju ta’ dak l-iStat dwar xi att jew sejbien ta’ ħtija li jkunu
ġraw qabel ma hija tkun waslet f’dak l-iStat.
L-immunità  li hemm provdut dwarha fil-paragrafu preċedenti għandha tibda sebat
ijiem qabel id-data stabbilita għas-smigħ tax-xhud jew perit u għandha ttemm meta
x-xhud jew perit għalkemm kellu opportunità , għal perjodu ta’ sebat ijiem
konsekuttivi mid-data meta jkun ġie mgħarraf mill-awtoritajiet ġudizzjarji li l-
preżenza tiegħu ma tkunx aktar meħtieġa, li jitlaq ikun madankollu baqa’ fit-
territorju, jew għalkemm ikun telaq minnu, jkun reġa’ lura hemmhekk
volontarjament.
KAPITOLU V
DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 21
Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 22, ebda ħaġa f’din il-
konvenzjoni m’għandha tiftiehem bħala li tillimita xi drittijiet dwar affarijiet
regolati b’din il-Konvenzjoni li jistgħu jingħataw lil xi persuna taħt il-liġi ta’ xi Stat
RATIFIKA TA’ KONVENZJONIJIET 
DWAR PROĊEDURI LEGALI ġ KAP. 443. 39
Kontraenti jew taħt xi konvenzjoni oħra li tagħha tkun, jew tista’ ssir parti.
Artikolu 22
Bejn il-Partijiet f’din il-Konvenzjoni li jkunu wkoll Partijiet għal xi Konvenzjoni
waħda jew aktar fuq il-proċedura ċivili ffirmata ġewwa L-Aja fis-17 ta’ Lulju 1905 u
l-1 ta’ Marzu 1954, din il-Konvenzjoni għandha tissostitwixxi l-Artikoli 17 sa 24 tal-
Konvenzjoni ta’ l-1905 jew l-Artikoli 17 sa 26 tal-Konvenzjoni ta’ l-1954 ukoll jekk
tkun intgħamlet ir-riserva li hemm provdut dwarha taħt il-paragrafu 2 (ċ) ta’ l-
Artikolu 28 ta’ din il-Konvenzjoni.
Artikolu 23
Kull ftehim supplimentari bejn il-Partijiet fil-Konvenzjonijiet ta’ l-1905 u l-1954
għandu jitqies bħala li japplika ndaqs għall-preżenti Konvenzjoni, sal-limitu li dawn
ikunu kompatibbli magħha, kemm-il darba l-partijiet ma jiftehmux xort’oħra.
Artikolu 24
Jista’ Stat Kontraenti jispeċifika b’dikjarazzjoni il-lingwa jew lingwi li ma jkunux
dawk imsemmija fl-Artikoli 7 u 17 li bihom dokumenti li jintbagħtu lill-Awtorità
Ċentrali tagħha jistgħu jiġu abbozzati jew tradotti.
Artikolu 25
Meta Stat Kontraenti jkollu iktar minn lingwa uffiċjali waħda u ma jkunx jista’,
minħabba f’raġunijiet ta’ liġi domestika, jaċċetta għat-territorju kollu tiegħu
dokumenti msemmija fl-Artikoli 7 u 17 abbozzati f’xi waħda minn dawk il-lingwi,
dan għandu permezz ta’ dikjarazzjoni jispeċifika l-lingwa li biha dawk id-dokumenti
jew traduzzjonijiet tagħhom għandhom jiġu abbozzati sabiex jiġu mogħtija fil-
partijiet speċifikati tat-territorju tiegħu.
Artikolu 26
Jekk Stat Kontraenti ikollu xi żewġ oqsma territorjali jew iktar li fihom ikunu
japplikaw sistemi ta’ liġi differenti dwar affarijiet li jissemmew f’din il-
Konvenzjoni, dan jista’ filwaqt tal-firma, ratifika, aċċettazzjoni, approvazzjoni jew
aċċessjoni, jiddikjara li din il-Konvenzjoni għandha tkun testendi għall-oqsma
territorjali kollha tagħha jew għal xi qasam wieħed jew iktar minnhom biss u jista’
jimmodifika dik id-dikjarazzjoni billi jippreżenta dikjarazzjoni oħra f’kull żmien li
jkun.
Dikjarazzjoni bħal dik għandha tiġi avżata lill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin
tar-Renju ta’ l-Olanda u għandu jkun fiha b’mod ċar liema jkunu dawk l-oqsma
territorjali li l-Konvenzjoni tkun tapplika għalihom.
Artikolu 27
Meta Stat Kontraenti jkollu sistema ta’ gvern li taħtha s-setgħat esekuttivi,
ġudizzjarji u leġislattivi jkunu mifruxa bejn awtoritajiet ċentrali u dawk oħrajn fi
ħdan dak l-istess Stat, il-firma jew ir-ratifika, aċċettazzjoni jew approvazzjoni jew
aċċessjoni tiegħu għal din il-Konvenzjoni, jew li jagħmel xi dikjarazzjoni taħt l-
Artikolu 26, m’għandu jkollhom ebda implikazzjoni dwar id-distribuzzjoni
domestika tas-setgħat fi ħdan dak l-iStat.
Artikolu 28
Jista’ Stat Kontraenti, fil-waqt tal-firma, ratifika, aċċettazzjoni, approvazzjoni jew
aċċessjoni, jirriserva d-dritt li jeskludi l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 1 fil-każ ta’
persuni li ma jkunux ċittadini ta’ Stat Kontraenti iżda li jkollhom ir-residenza
tagħhom tas-soltu fi Stat Kontraenti li ma jkunx l-iStat li jkun qed jagħmel ir-riserva
jew li qabel kellhom ir-residenza tagħhom tas-soltu fl-iStat li jkun qed jagħmel ir-
40 KAP. 443. ħ  
RATIFIKA TA’ KONVENZJONIJIET 
DWAR PROĊEDURI LEGALI
riserva, jekk ma jkunx hemm reċiproċità  għat-trattament bejn l-iStat li jkun qed
jagħmel ir-riserva u l-iStat li tiegħu jkunu ċittadini l-applikanti għall-għajnuna
legali.
Jista’ Stat Kontraenti, fil-waqt tal-firma, ratifika, aċċettazzjoni, approvazzjoni jew
aċċessjoni, jirriserva d-dritt li jeskludi -
(a) l-użu ta’ l-Ingliż jew tal-Franċiż, jew tat-tnejn, taħt il-paragrafu 2
ta’ l-Artikolu 7;
(b) l-applikazzjoni tal-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu 13;
(ċ) l-applikazzjoni tal-Kapitolu II;
(d) l-applikazzjoni ta’ l-artikolu 20.
Meta Stat ikun għamel riserva -
(e) taħt il-paragrafu 2 (a) ta’ dan l-Artikolu, bl-esklużjoni ta’ l-użu ta’
kemm l-Ingliż kemm il-Franċiż, kull Stat ieħor li jintlaqat b’dan jista’ japplika l-
istess regola kontra l-iStat li jkun qed jagħmel ir-riserva;
(f) taħt il-paragrafu 2 (b) ta’ dan l-Artikolu, kull Stat ieħor jista’
jirrofta li japplika l-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu 13 għal persuni li jkunu ċittadini
ta’ l-iStat li jkun qed jagħmel ir-riserva, jew li soltu jkunu residenti fih;
(g) taħt il-paragrafu 2 (ċ) ta’ dan l-Artikolu, kull Stat ieħor jista’
jirrofta li japplika l-Kapitolu II lil persuni li jkunu ċittadini ta’ l-iStat li jkun qed
jagħmel ir-riserva, jew li soltu jkunu residenti fih.
M’għandha tkun permessa ebda riserva oħra.
Jista’ Stat Kontraenti f’kull waqt jirtira riserva li jkun għamel.  Dan l-irtirar
għandu jiġi avżat lill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin tar-Renju ta’ l-Olanda.  Ir-
riserva għandha ttemm milli tibqa’ sseħħ fl-ewwel jum tat-tielet xahar kalendarju
wara li jingħata dak l-avviż.
Artikolu 29
Kull Stat Kontraenti għandu, filwaqt li jkun qed isir id-depożitu ta’ l-istrument
tiegħu ta’ ratifika jew aċċessjoni, jew f’xi data ulterjuri, jgħarraf lill-Ministeru għall-
Affarijiet Barranin tar-Renju ta’ l-Olanda bin-nomina ta’ awtoritajiet skond ma
hemm fl-Artikoli 3, 4 u 16.
Dan għandu bl-istess mod jgħarraf lill-Ministeru, fejn hekk xieraq, b’dan li ġej -
(a) id-dikjarazzjonijiet li jsiru konformi ma’ l-Artikoli 5, 9, 16, 24, 25,
26 u 33;
(b) kull irtirar jew modifika tan-nomini u dikjarazzjonijiet hawn aktar
qabel indikati;
(ċ) l-irtirar ta’ kull riserva.
RATIFIKA TA’ KONVENZJONIJIET 
DWAR PROĊEDURI LEGALI ġ KAP. 443. 41
Artikolu 30
Il-formoli mudell annessi ma’ din il-Konvenzjoni jistgħu jiġu emendati
b’deċiżjoni tal-Kummissjoni Speċjali li titlaqqa’ mis-Segretarju Ġenerali tal-
Konferenza ta’ L-Aja li għaliha għandhom jiġu mistiedna kull Stat Kontraenti u kull
Stat Membru.  Avviż dwar il-proposta li jiġu emendati l-formoli għandu jkun inkluż
fl-aġenda tal-laqgħa.
Emendi adottati minn maġġoranza ta’ Stati Kontraenti preżenti u votanti fil-
Kummissjoni Speċjali għandhom jibdew iseħħu għall-iStati Kontraenti kollha fl-
ewwel jum tas-seba’ xahar kalendarju li jiġi wara d-data li dawn ikunu ġew imwassla
mis-Segretarju Ġenerali lill-iStati Kontraenti kollha.
Matul il-perjodu li hemm provdut dwaru fil-paragrafu 2, Stat Kontraenti jista’
b’avviż li jagħti bil-miktub lill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin tar-Renju ta’ l-
Olanda jagħmel riserva dwar l-emenda.  Parti li tkun qed tagħmel dik ir-riserva
għandha sakemm tiġi irtirata dik ir-riserva tiġi trattata bħala Stat li mhux Parti fil-
preżenti Konvenzjoni għar-rigward ta’ dik l-emenda.
KAPITOLU IV
KLAWŻOLI FINALI
Artikolu 31
Il-Konvenzjoni tkun miftuħa għall-firma ta’ l-iStati li kienu Membri tal-
Konferenza ta’ l-Aja fuq id-Dritt Internazzjonali Privat filwaqt ta’ l-Erbatax-il
Sessjoni tagħha u ta’ Stati mhux-Membri li kienu mistiedna sabiex jipparteċipaw fit-
tħejjija tagħha.
Din għandha tiġi ratifikata, aċċettata jew approvata u l-istrumenti ta’ ratifika,
aċċettazzjoni jew approvazzjoni għandhom jiġu depożitati għand il-Ministeru għall-
Affarijiet Barranin tar-Renju ta’ l-Olanda.
Artikolu 32
Kull Stat ieħor jista’ jaċċedi għall-Konvenzjoni.
L-istrument ta’ aċċessjoni jiġi depożitat għand il-Ministeru għall-Affarijiet
Barranin tar-Renju ta’ l-Olanda.
Dik l-aċċessjoni għandu jkollha seħħ biss dwar ir-relazzjonijiet bejn l-iStat li jkun
qed jaċċedi u kull Stat Kontraenti li ma jkunx qajjem xi oġġezzjoni għall-aċċessjoni
tiegħu matul it-tnax-il xahar wara li jkun wasal l-avviż imsemmi fis-subparagrafu 2
ta’ l-Artikolu 36.  Dik l-oġġezzjoni tista’ wkoll titqajjem mill-iStati Membri fil-waqt
li huma jkunu qegħdin jirratifikaw, jaċċettaw jew japprovaw il-Konvenzjoni wara
aċċessjoni.  Oġġezzjoni bħal dik għandha tiġi avżata lill-Ministeru għall-Affarijiet
Barranin tar-Renju ta’ l-Olanda.
Artikolu 33
Stat jista’, filwaqt tal-firma, ratifika, aċċettazzjoni, approvazzjoni jew aċċessjoni,
jiddikjara li l-Konvenzjoni għandha testendi għat-territorji kollha għar-relazzjonijiet
internazzjonali li dwarhom ikun responsabbli, jew għal xi wieħed minnhom jew
iktar.  Dik id-dikjarazzjoni għandha tibda sseħħ filwaqt li l-Konvenzjoni tidħol fis-
seħħ għal dak l-iStat.
Dik id-dikjarazzjoni, kif ukoll kull estensjoni li tiġi wara, għandha tkun avżata
lill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin tar-Renju ta’ l-Olanda.
42 KAP. 443. ħ  
RATIFIKA TA’ KONVENZJONIJIET 
DWAR PROĊEDURI LEGALI
Artikolu 34
Il-Konvenzjoni għandha tibda sseħħ fl-ewwel jum tat-tielet xahar kalendarju wara
d-depożitu tat-tielet istrument ta’ ratifika, aċċettazzjoni, approvazzjoni jew
aċċessjoni msemmija fl-Artikoli 31 u 32.
Malli jsir dan, il-Konvenzjoni għandha tibda sseħħ -
(1) għal kull Stat li jkun qed jirratifika, jaċċetta, japprova jew jaċċedi
għaliha sussegwentement, fl-ewwel jum tat-tielet xahar kalendarju wara d-
depożitu ta’ l-istrument ta’ ratifika, aċċettazzjoni, approvazzjoni jew aċċessjoni
tiegħu;
(2) għal kull territorju jew qasam territorjali li għalih il-Konvenzjoni
tkun ġiet estiża skond ma hemm fl-Artikolu 26 jew 33, fl-ewwel jum tat-tielet
xahar kalendarju wara li jkun ingħata l-avviż imsemmi f’dak l-Artikolu.
Artikolu 35
Il-Konvenzjoni għandha tibqa’ sseħħ għal ħames snin mid-data meta tidħol fis-
seħħ skond l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 34 ukoll għal dawk l-iStati li jkunu
sussegwentement irratifikawha, aċċettawha, approvawha jew aċċedew għaliha.
Jekk ma tkun saret ebda denunzja għaliha, din għandha tiġġedded taċitament kull
ħames snin.
Kull denunzja għandha tiġi avżata lill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin tar-
Renju ta’ l-Olanda, mill-inqas sitt xhur qabel l-iskadenza tal-perjodu ta’ ħames snin.
Din tista’ tkun limitata għal dawk it-territorji jew oqsma territorjali li l-Konvenzjoni
tkun tapplika għalihom.
Id-denunzja għandu jkollha seħħ biss dwar dak l-iStat li jkun ta avviż dwarha.  Il-
Konvenzjoni għandha tibqa’ sseħħ għall-iStati Kontraenti l-oħra.
Artikolu 36
Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin tar-Renju ta’ l-Olanda għandu javża lill-
iStati Membri tal-Konferenza, u l-iStati li jkunu aċċedew skond l-Artikolu 32, b’dan
li ġej -
(1) il-firem u r-ratifiki, aċċettazjonijiet u approvazzjonijiet imsemmija
fl-Artikolu 31;
(2) l-aċċessjonijiet u l-oġġezzjonijiet li jsiru għall-aċċessjonijiet
imsemmija fl-Artikolu 32;
(3) id-data meta l-Konvenzjoni tidħol fis-seħħ skond l-Artikolu 34;
(4) id-dikjarazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 26 u 33;
(5) kull riserva u irtirar imsemmija fl-Artikoli 28 u 30;
(6) l-informazzjoni mwassla taħt l-Artikolu 29;
(7) id-denunzji msemmija fl-Artikolu 35.
B’xiehda ta’ dan is-sottofirmatarji, li ġew debitament awtorizzati jagħmlu dan,
iffirmaw din il-Konvenzjoni.
RATIFIKA TA’ KONVENZJONIJIET 
DWAR PROĊEDURI LEGALI ġ KAP. 443. 43
Magħmul fl-Aja fil- 25 ta’ Ottubru, 1980, fil-lingwa Ingliża u dik Franċiża, iż-
żewġ testi awtentiċi ndaqs, f’kopja unika li se tiġi depożitata fl-arkivji tal-Gvern tar-
Renju ta’ l-Olanda u li tagħha kopja awtentikata għandha tintbagħat, permezz ta’
kanali diplomatiċi, lil kull wieħed mill-iStati Membri tal-konferenza ta’ L-Aja fuq
id-Dritt Internazzjonali Privat fid-data ta’ l-Erbatax-il Sessjoni tagħha u lil kull Stat
ieħor li jkun ipparteċipa fit-tħejjija ta’ din il-Konvenzjoni f’din is-Sessjoni. 
ANNESS MAL-KONVENZJONI
Formola għat-trasmissjoni ta’ applikazzjoni għall-għajnuna legali
Konvenzjoni dwar l-Aċċess Internazzjonali għall-ġustizzja,
iffirmata fl-Aja fil-25 ta’ Ottubru, 1980.
L-awtorità  trasmittenti hawn taħt iffirmata għandha l-unur li tittrasmetti lill
Awtorità  Ċentrali li qed tirċievi l-applikazzjoni hawn mehmuża għall-għajnuna
legali u l-anness magħha (dikjarazzjoni li tirrigwarda ċ-ċirkostanzi finanzjarji ta’ l-
applikant), għall-fini tal-Kapitolu I tal-Konvenzjoni hawn aktar qabel imsemmija.
Rimarki li jirrigwardaw l-applikazzjoni u d-dikjarazzjoni, jekk ikun hemm:
Rimarki oħra, jekk ikun hemm:
Magħmula fi ....................................... illum...................................... .
Firma u/jew timbru
FORMOLA MEHMUŻA MAL-KONVENZJONI
Applikazzjoni għall-għajnuna legali
Konvenzjoni dwar l-Aċċess Internazzjonali għall-ġustizzja,
iffirmata fl-Aja fil-25 ta’ Ottubru, 1980.
1. Isem u indirizz ta’ l-applikant għall-għajnuna legali.
2. Qorti jew tribunal fejn il-proċedimenti kienu nbdew jew ikunu se jinbdew
(jekk dawn ikunu magħrufa)
3. (a) Kull mertu tal-proċedimenti;  l-ammont tat-talba, jekk dan ikun japplika
(b)Jekk ikun japplika, elenku ta’ dokumenti ta’ appoġġ li jkollhom x’jaqsmu
ma’ proċedimenti mibdijin jew maħsubin*
(ċ)Isem u indirizz tal-parti li tkun kontra*
4. Data jew skadenza li jkollha x’taqsam ma’ proċedimenti b’konsegwenzi
legali għall-applikant, li jeħtieġu trattament mgħaġġel ta’ l-applikazzjoni*
5. Kull informazzjoni oħra rilevanti*
6. Magħmula fi ......................., illum............................ .
Identità  u indirizz
ta' l-awtorità  
trasmittenti
Indirizz ta' l-
Awtorità  Ċentrali
li qed tirċievi
44 KAP. 443. ħ  
RATIFIKA TA’ KONVENZJONIJIET 
DWAR PROĊEDURI LEGALI
7. Firma ta’ l-applikant
*Ħassar jekk mhux meħtieġ.
Anness ma’ l-applikazzjoni għall-għajnuna legali
Dikjarazzjoni li tirrigwarda ċ-ċirkostanzi finanzjarji ta’ l-applikant
I Qagħda personali
8. kunjom (ta’ xbubitha, jekk dan japplika)
9. l-ewwel isem jew ismijiet
10. data u post tat-twelid
11. ċittadinanza
12. (a) residenza tas-soltu (data meta bdiet tapplika din ir-residenza)
(b)residenza tas-soltu ta’ qabel (data meta bdiet tapplika u temmet din ir-
residenza)
13. stat ċivili (ġuvni jew xebba, miżżewweġ jew miżżewġa, armel jew armla,
divorzjat jew divorzjata, separat jew separata)
14. kunjom u l-ewwel isem jew ismijiet tal-konjuġi
15. kunjomijiet, l-ewwel ismijiet u dati tat-twelid ta’ ulied li jiddipendu mill-
applikant
16. persuni oħra li jiddipendu mill-applikant
17. informazzjoni supplimentari li tirrigwarda s-sitwazzjoni familjari
II Ċirkostanzi finanzjarji
18. tip ta’ xogħol
19. isem u indirizz ta’ min iħaddem jew tal-post fejn isir ix-xogħol
20. qligħ ta' l-applikant tal-konjuġi tal-persuni li 
jiddependu 
mill-applikant
(a) salarju (inkluż kull
korrispettiv)
(b) pensjonijiet,
pensjonijiet għal
disabilità , alimenti,
allowances,
annwalitajiet
(ċ) benefiċċju għad-
disimpieg
(d) qliegħ minn tipi ta'
xogħol li ma jkunux
b'salarju
RATIFIKA TA’ KONVENZJONIJIET 
DWAR PROĊEDURI LEGALI ġ KAP. 443. 45
24. taxxa fuq l-income u kontribuzzjonijiet tas-sigurtà  nazzjonali għas-sena ta’
qabel
25. rimarki ta’ l-applikant
26. jekk dan ikun japplika, elenku ta’ dokumenti mehmuża
27. Is-sottoskritt, billi jaf għalkollox dwar il-penalitajiet ikkontemplati mil-liġi
għal min jagħmel dikjarazzjoni falza, qiegħed jiddikjara li d-dikjarazzjoni hawn
aktar qabel hi waħda sħiħa u korretta. 
28. Magħmul fi .................................. (post)
(e) qliegħ minn titoli ta'
sigurtà  u flus li
mhumiex investiti
jew b'xi mod
marbutin
(f) qliegħ minn
proprjetà  ta' beni
immobbli
(g) għejjun oħra ta'
qliegħ
21. proprjetà  ta' beni
immobbli
ta' l-applikant tal-konjuġi tal-persuni li 
jiddependu 
mill-applikant
(jekk jogħġbok iddikjara
kull valur u obbli-
gazzjoni)
22. attiv ieħor ta' l-applikant tal-konjuġi tal-persuni li 
jiddependu 
mill-applikant
(titoli ta' sigurtà , qsim
ta' profitti,
pretensjonijiet, kontijiet
f'banek, kapital
kummerċjali, eċċ.) 
23. djun u obbligi
finanzjarji oħra
ta' l-applikant tal-konjuġi tal-persuni li 
jiddependu 
mill-applikant
(a) self (iddikjara x-
xorta, l-bilanċ li jrid
jitħallas u l-ħlasijiet
ta' kull sena jew
xahar)
(b) obbligi ta'
manteniment
(iddikjara xi ħlas
isir ta' kull xahar)
(ċ) kera tad-dar (inklużi
l-ispejjeż għat-
tisħin, elettriku,
gass u ilma)
(d) obbligi rikorrenti
oħra
46 KAP. 443. ħ  
RATIFIKA TA’ KONVENZJONIJIET 
DWAR PROĊEDURI LEGALI
29. fil-jum .......................................... (data)
30. ...................................................... (firma ta’ l-applikant)
RATIFIKA TA’ KONVENZJONIJIET 
DWAR PROĊEDURI LEGALI ġ KAP. 443. 47
Taqsima D
IL-KONVENZJONI TA’ LUGANO FUQ IL-ĠURISDIZZJONI 
U L-INFURZAR TA’ SENTENZI F’AFFARIJIET 
ĊIVILI U KUMMERĊJALI 
(16 ta’ Settembru, 1988)
Preambolu
L-iStati Kontraenti Għolja għal din il-Konvenzjoni,
Ħerqana li jsaħħu fit-territorji tagħhom il-protezzjoni legali ta’ persuni hemmhekk
stabbiliti,
Filwaqt li Jqisu li hu meħtieġ għall-fini li tiġi stabbilita l-ġurisdizzjoni
internazzjonali tal-qrati tagħhom, li jiffaċilitaw ir-rikonoxximent u li jintroduċu
proċedura spedittiva biex jiżguraw l-infurzar ta’ sentenzi tal-qrati, istrumenti
awtentiċi u kull ftehim fil-qrati li jagħlaq kwistjonijiet,
Konxji minn kull rabta li teżisti bejniethom, li ġew sanzjonati fil-qasam
ekonomiku minn kull ftehim ta’ kummerċ ħieles magħmul bejn Il-Komunità
Ekonomika Ewropea (EEC) u l-iStati membri ta’ l-Assoċjazzjoni Ewropea għall-
Kummerċ Ħieles (EFTA),
Filwaqt li Jqisu l-Konvenzjoni ta’ Brussell tas-27 ta’ Settembru 1968 dwar il-
ġurisdizzjoni u l-infurzar ta’ sentenzi tal-qrati f’affarijiet ċivili u kummerċjali, kif
emendata bil-Konvenzjonijiet ta’ Aċċessjoni taħt kull tkabbir suċċessiv tal-
Komunitajiet Ewropej,
Persważi li l-estensjoni tal-prinċipji ta’ dik il-Konvenzjoni għall-iStati partijiet
għal dan l-istrument se jsaħħu l-ko-operazzjoni legali u ekonomika fl-Ewropa,
Xewqana li jiżguraw li jkun hemm interpretazzjoni kemm jista’ jkun uniformi ta’
dan l-istrument,
Iddeċidew f’dan l-ispirtu li jagħmlu din il-Konvenzjoni u Qablu kif ġej:
TITOLU I
Skop
Artikolu 1
Din il-Konvenzjoni għandha tkun tapplika f’affarijiet ċivili u kummerċjali tkun
liema tkun ix-xorta tal-qorti jew tat-tribunal.  Din m’għandhiex testendi, b’mod
partikolari, għad-dħul tal-gvern, għad-dwana jew għal affarijiet amministrattivi.
Il-Konvenzjoni ma tapplikax għal -
1. l-istatus jew il-kapaċità  legali ta’ persuni naturali, drittijiet dwar
proprjetà  li jitnisslu minn relazzjoni matrimonjali, testmenti u suċċessjonijiet;
2. falliment, proċedimenti li jkollhom x’jaqsmu max-xoljiment ta’
kumpanniji jew persuni ġuridiċi oħra insolventi, arranġamenti ġudizzjarji,
komposizzjonijiet u proċedimenti bħal dawn;
3. sigurtà  soċjali;
48 KAP. 443. ħ  
RATIFIKA TA’ KONVENZJONIJIET 
DWAR PROĊEDURI LEGALI
4. arbitraġġ.
TITOLU II
Gurisdizzjoni
Sezzjoni 1 - Provvedimenti ġenerali
Artikolu 2
Bla ħsara għall-provvedimenti ta’ din il-Konvenzjoni, persuni domiċiljati fi Stat
Kontraenti għandhom, tkun liema tkun iċ-ċittadinanza tagħhom, jitħarrku fil-qrati ta’
dak l-iStat.
Persuni li ma jkunux ċittadini ta’ l-iStat fejn ikunu domiċiljati għandhom jiġu
regolati bir-regoli ta’ ġurisdizzjoni li jkunu japplikaw għal ċittadini ta’ dak l-iStat. 
Artikolu 3
Persuni domiċiljati fi Stat Kontraenti jistgħu jitħarrku fil-qrati ta’ xi Stat
Kontraenti ieħor biss bis-saħħa tar-regoli stabbiliti fl-Artikoli 2 sa 6 ta’ dan it-
Titolu.
B’mod partikolari dawn id-disposizzjonijiet li ġejjin m’għandhomx ikunu
japplikaw kontrihom:
- fil-Belġju: Artikolu 15 tal-kodiċi ċivili (Code civil - Burgerlijk
Wetboek) u Artikolu 638 tal-kodiċi ġudizzjarju (Code judiciaire - Gerechtelijk
Wetboek),
- fid-Danimarka: Artikolu 246 (2) u (3) tal-liġi fuq il-proċedura
ċivili (Lov om rettens pleje),
- fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja: Artikolu 23 tal-kodiċi ta’
proċedura ċivili (Zivilprozessordnung),
- fil-Greċja: Artikolu 40 tal-kodiċi ta’ proċedura ċivili (test Grieg),
- fi Franza: Artikoli 14 u 15 tal-kodiċi ċivili (Code civil),
- fl-Irlanda: ir-regoli li bis-saħħa tagħhom il-ġurisdizzjoni tissejjes
fuq id-dokument li bih jinbdew il-proċedimenti notifikat lill-konvenut matul il-
preżenza temporanja tiegħu fl-Irlanda,
- fl-Islanda: Artikolu 77 ta’ l-Att dwar il-Proċedimenti Ċivili (test
Islandiż),
- fl-Italja: Artikoli 2 u 4, Nri 1 u 2 tal-kodiċi ta’ proċedura ċivili
(Codice di procedura civile),
- fil-Lussemburgu: Artikoli 14 u 15 tal-kodiċi ċivili (Code civil),
- fl-Olanda: Artikoli 126 (3) u 127 tal-kodiċi ta’ proċedura ċivili
(Wetboek van Burgerlijke Rechtsvordering), 
- fin-Norveġja: Artikolu 32 ta’ l-Att dwar il-Proċedimenti Ċivili
RATIFIKA TA’ KONVENZJONIJIET 
DWAR PROĊEDURI LEGALI ġ KAP. 443. 49
(tvistemå lsloven),
- fl-Awstrija: Artikolu 99 tal-Liġi fuq il-ġurisdizzjoni tal-Qrati
(Jurisdiktionsnorm),
- fil-Portugall: Artikoli 65 (1) (c), 65 (2) u 65A (c) tal-kodiċi ta’
proċedura ċivili (Codigo de Processo Civil) u Artikolu 11 tal-kodiċi ta’
proċedura tax-xogħol (Codigo de Processo de Trabalho),
- fl-Isvizzera: le for du lieu du sequestre/Gerichtsstand des
Arrestortes/foro del luogo del sequestro fil-kuntest tat-tifsira ta’ Artikolu 4 ta’
loi federale sur le droit international prive/Bundesgesetz uber das internationale
Privatrecht/legge federale sul diritto internazionale privato,
- fil-Finlandja: it-tieni, it-tielet u r-raba’ sentenzi ta’ Artikolu 1 tal-
Kapitolu 10 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili (test Finlandiż),
- fl-Isvezja: l-ewwel sentenza ta’ Artikolu 3 tal-Kapitolu 10 tal-
Kodiċi ta’ Proċedura ġudizzjarja (Rattegå ngsbalken),
- fir-Renju Unit: ir-regoli li jippermettu l-ġurisdizzjoni li tissejjes
fuq:
(a) id-dokument li bih jinbdew il-proċedimenti notifikat lill-
konvenut matul il-preżenza temporanja tiegħu fir-Renju Unit;  jew
(b) li jkun hemm fir-Renju Unit proprjetà  li tkun tappartjeni
lill-konvenut;  jew
(ċ) il-qbid mill-attur ta’ proprjetà  li tkun tinsab fir-Renju
Unit.
Artikolu 4
Meta l-konvenut ma jkunx domiċiljat fi Stat Kontraenti, il-ġurisdizzjoni tal-qrati
ta’ kull Stat Kontraenti għandha, bla ħsara għall-provvedimenti ta’ l-Artikolu 16, tiġi
stabbilita bil-liġi ta’ dak l-iStat.
Kontra tali konvenut, persuna domiċiljata fi Stat Kontraenti tista’, tkun liema tkun
iċ-ċittadinanza tiegħu, tiddisponi ruħha f’dak l-iStat mir-regoli ta’ ġurisdizzjoni li
jkunu hemmhekk iseħħu, u b’mod partikolari dawk speċifikati fit-tieni paragrafu ta’
l-Artikolu 3, bl-istess mod bħal ċittadini ta’ dak l-iStat.
Sezzjoni 2 - Ġurisdizzjoni Speċjali
Artikolu 5
Persuna domiċiljata fi Stat Kontraenti tista’, fi Stat Kontraenti ieħor tiġi mħarrka:
1. dwar affarijiet li jkunu jirrigwardaw xi kuntratt, fil-qrati tal-post
fejn ikollha titwettaq l-obbligazzjoni in kwistjoni;  dwar affarijiet li jkunu
jirrigwardaw kuntratti ta’ impieg individwali, dan il-post ikun dak fejn l-
impjegat soltu jwettaq ix-xogħol tiegħu, jew jekk l-impjegat ma jkunx soltu
jwettaq ix-xogħol tiegħu f’xi pajjiż wieħed biss, dan il-post għandu jkun il-post
tan-negozju li permezz tiegħu huwa ġie ingaġġat;
50 KAP. 443. ħ  
RATIFIKA TA’ KONVENZJONIJIET 
DWAR PROĊEDURI LEGALI
2. dwar affarijiet li jkunu jirrigwardaw il-manteniment, fil-qrati tal-
post fejn il-kreditur tal-manteniment ikun domiċiljat jew soltu residenti jew, jekk
il-kwistjoni tkun anċillari għal proċedimenti li jirrigwardaw l-istatus ta’ xi
persuna, fil-qorti li, skond il-liġi relattiva, jkollha ġurisdizzjoni li quddiema jsiru
dawk il-proċedimenti, kemm-il darba dik il-ġurisdizzjoni ma tkunx unikament
imsejsa fuq iċ-ċittadinanza ta’ xi waħda minn dawk il-partijiet;
3. dwar affarijiet li jkunu jirrigwardaw tort, delitt jew kważi delitt,
fil-qrati tal-post fejn tkun ġrat il-ġrajja dannuża;
4. dwar xi talba ċivili għad-danni jew għar-restituzzjoni li tkun
imsejsa fuq xi att li jagħti lok għal proċedimenti kriminali, fil-qorti li tkun qed
tisma’ dawk il-proċedimenti, sal-limitu li dik il-qorti jkollha ġurisdizzjoni taħt il-
liġi relattiva li tisma’ proċedimenti ċivili;
5. dwar xi tilwima li toriġina mit-tħaddim ta’ xi fergħa, aġenzija jew
stabbiliment ieħor, fil-qrati tal-post fejn il-fergħa, aġenzija jew stabbiliment
ieħor jkunu jinsabu;
6. fil-kapaċità  tiegħu ta’ settlor, trustee jew benefiċjarju ta’ trust
oriġinata bl-operat ta’ xi statut, jew b’istrument miktub, jew oriġinat bil-fomm u
li għalih ikun hemm xiehda bil-miktub, fil-qrati ta’ l-iStat Kontraenti fejn it-trust
ikun domiċiljat;
7. dwar xi tilwima li tkun tolqot il-ħlas ta’ rimunerazzjoni mitluba
għas-salvataġġ ta’ xi tagħbija jew merkanzija, fil-qorti li taħt l-awtorità  tagħha l-
merkanzija jew it-tagħbija in kwistjoni:
(a)  jkunu ġew arrestati sabiex jiżguraw li jsir dak il-ħlas,
jew
(b) setgħu ġew hekk arrestati, imma tkun ingħatat garanzija
permezz ta’ bail jew xi garanzija oħra;  iżda dan il-provvediment għandu
jkun japplika biss jekk jiġi vantat li l-konvenut ikollu xi interess fit-
tagħbija jew fil-merkanzija jew li kellu xi interess bħal dak fil-waqt tas-
salvataġġ. 
Artikolu 6
Persuna domiċiljata fi Stat Kontraenti tista’ wkoll tiġi mħarrka:
1. meta din tkun waħda minn għadd ta’ konvenuti, fil-qrati tal-post
fejn xi waħda minnhom tkun domiċiljata;
2. bħala terza parti f’azzjoni dwar xi garanzija jew garanti jew f’xi
proċedimenti oħra dwar terzi, fil-qorti li tkun qed tisma’ l-proċedimenti
originali, kemm-il darba dawn ma jkunux ġew istitwiti unikament bl-iskop li
jneħħuha mill-ġurisdizzjoni tal-qorti li kieku kienet tkun kompetenti fil-każ
tagħha;
3. dwar kontro-talba li toriġina mill-istess kuntratt jew fatti li fuqhom
kienet imsejsa t-talba oriġinali, fil-qorti fejn it-talba oriġinali tkun għadha
RATIFIKA TA’ KONVENZJONIJIET 
DWAR PROĊEDURI LEGALI ġ KAP. 443. 51
pendenti;
4. fi kwistjonijiet li jkollhom x’jaqsmu ma’ kuntratt, jekk l-azzjoni
tkun tista’ tiġi kombinata ma’ azzjoni kontra l-istess konvenut fi kwistjonijiet li
jkollhom x’jaqsmu ma’ jeddijiet in rem dwar proprjetà  immobbli, fil-qorti ta’ l-
iStat Kontraenti fejn tkun tinsab il-proprjetà .
Artikolu 6A
Meta bis-saħħa ta’ din il-Konvenzjoni xi qorti ta’ Stat Kontraenti jkollha
ġurisdizzjoni f’azzjonijiet li jkollhom x’jaqsmu mar-responsabbiltà  li toriġina mill-
użu jew mit-tħaddim ta’ bastiment, il-qorti, jew kull qorti oħra sostitwita għal dak l-
għan mil-liġi domestika ta’ dak l-iStat, jkollha wkoll ġurisdizzjoni fuq talbiet għal-
limitazzjoni ta’ dik ir-responsabbiltà .
Sezzjoni 3 - Ġurisdizzjoni fi kwistjonijiet li jirrigwardaw l-assigurazzjoni
Artikolu 7
Fi kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ l-assigurazzjoni, il-ġurisdizzjoni
għandha tiġi stabbilita b’din is-Sezzjoni, mingħajr preġudizzju għad-
disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 4 u 5(5).
Artikolu 8
Assiguratur li jkun domiċiljat fi Stat Kontraenti jista’ jiġi mħarrek:
1.  fil-qrati ta’ l-iStat fejn ikun domiċiljat, jew
2. f’xi Stat Kontraenti ieħor, fil-qrati tal-post fejn id-detentur tal-
polza jkun domiċiljat, jew
3. jekk ikun ko-assiguratur, fil-qrati ta’ Stat Kontraenti fejn il-
proċedimenti jsiru kontra l-ewwel assiguratur.
Assiguratur li ma jkunx domiċiljat fi Stat Kontraenti iżda li jkollu xi fergħa,
aġenzija jew stabbiliment ieħor f’xi wieħed mill-iStati Kontraenti għandu,
f’tilwimiet li joriġinaw mill-operazzjonijiet tal-fergħa, aġenzija jew stabbiliment,
jitqies bħala li jkun domiċiljat f’dak l-iStat.
Artikolu 9
Għar-rigward ta’ l-assigurazzjoni dwar ir-responsabbiltà  jew l-assigurazzjoni tal-
proprjetà  immobbli, l-assiguratur jista’ iktar minn hekk jiġi mħarrek fil-qrati tal-post
fejn tkun saret il-ġrajja dannuża.  L-istess japplika jekk proprjetà  sew mobbli sew
immobbli jkunu koperti bl-istess polza ta’ assigurazzjoni u t-tnejn li huma jintlaqtu
ħażin bl-istess kontinġenza. 
Artikolu 10
Għar-rigward ta’ l-assigurazzjoni dwar ir-responsabbiltà , l-assiguratur jista’
wkoll, jekk il-liġi tal-qorti tkun tippermetti dan, jiddaħħal fi proċedimenti li l-parti
offiża tkun għamlet kontra l-assigurat.
Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 7, 8 u 9 għandhom japplikaw għal azzjonijiet li
jinġiebu mill-parti offiża direttament kontra l-assiguratur, meta dawk l-azzjonijiet
diretti jkunu permessi.
Jekk il-liġi li tirregola dawk l-azzjonijiet diretti tkun tipprovdi li d-detentur tal-
polza jew l-assigurat jistgħu jiddaħħlu bħala parti fl-azzjoni, l-istess qorti għandu
52 KAP. 443. ħ  
RATIFIKA TA’ KONVENZJONIJIET 
DWAR PROĊEDURI LEGALI
jkollha ġurisdizzjoni fuqhom.
Artikolu 11
Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet tat-tielet paragrafu ta’ l-Artikolu 10,
assiguratur jista’ jibda proċeduri biss fil-qrati ta’ l-iStat Kontraenti fejn il-konvenut
jkollu d-domiċilju tiegħu, irrispettivament minn jekk huwa jkunx id-detentur tal-
polza, l-assigurat jew il-benfiċjarju.
Id-disposizzjonijiet ta’ din is-Sezzjoni m’għandhomx jolqtu d-dritt li titressaq
kontro-talba fil-qorti fejn, skond is-Sezzjoni, it-talba oriġinali tkun għadha pendenti.
Artikolu 12
Id-disposizzjonijiet ta’ din is-Sezzjoni jistgħu jitwarrbu biss billi jkun hemm
ftehim dwar il-ġurisdizzjoni:
1. li jsir wara li tinqala’ t-tilwima, jew
2. li jkun jippermetti lid-detentur tal-polza, lill-assigurat jew lill-
benefiċjarju li jibdew proċeduri fi qrati li ma jkunux dawk indikati f’din is-
Sezzjoni, jew
3. li jsir bejn detentur ta’ polza u assiguratur, li t-tnejn li huma jkunu
fil-waqt meta jsir il-kuntratt domiċiljati jew abitwalment residenti fl-istess Stat
Kontraenti, u li jkollu l-effett li jikkonferixxi ġurisdizzjoni fuq il-qrati ta’ dak l-
iStat ukoll jekk il-ġrajja dannuża kellha tiġri barra mill-pajjiż, sakemm dak il-
ftehim ma jkunx imur kontra l-liġi ta’ dak l-iStat, jew
4. li jsir ma’ detentur ta’ polza li ma jkunx domiċiljat fi Stat
Kontraenti, ħlief sakemm l-assigurazzjoni tkun tabilfors jew ikollha x’taqsam
ma’ proprjetà  immobbiljari fi Stat Kontraenti, jew
5. li jkollu x’jaqsam ma’ kuntratt ta’ l-assigurazzjoni sakemm dan
ikun ikopri xi riskju wieħed jew iktar minn dawk stipultati fl-Artikolu 12A.
Artikolu 12A
Dawn li ġejjin huma r-riskji msemmija fl-Artikolu 12(5):
1. xi telfien jew ħsara lil:
(a) bastimenti li jbaħħru fil-baħar il-kbir, stallazzjonijiet
sitwati ’l barra mix-xtut jew fil-baħar il-kbir, jew inġenji ta’ l-ajru, li jiġi
kaġunat minn perikli li jkollhom x’jaqsmu ma’ l-użu tagħhom għal finijiet
kummerċjali,
(b) oġġetti li jkunu qed jinġarru li ma jkunux valiġġi tal-
passiġġieri meta dak il-ġarr ikun jikkonsisti fi trasport, jew jinkludi
trasport, minn dawk il-bastimenti jew inġenji ta’ l-ajru;
2. kull responsabbiltà , ħlief għall-feriment fil-persuna tal-passiġġieri
jew telfien jew ħsara fil-valiġġa tagħhom:
(a) li toriġina mill-użu jew it-tħaddim ta’ bastimenti,
stallazzjonijiet jew inġenji ta’ l-ajru kif imsemmija f’(1)(a) hawn aktar
RATIFIKA TA’ KONVENZJONIJIET 
DWAR PROĊEDURI LEGALI ġ KAP. 443. 53
qabel sakemm il-liġi ta’ l-iStat Kontraenti fejn dawk l-inġenji ta’ l-ajru
jkunu reġistrati ma tkunx tipprojbixxi milli jsir xi ftehim fuq il-
ġurisdizzjoni dwar l-assigurazzjoni ta’ dawk ir-riskji,
(b) għal telfien jew ħsara kaġunata minn oġġetti li jkunu qed
jinġarru kif deskritti f’(1)(b) hawn aktar qabel;
3. kull telfien finanzjarju konness ma’ l-użu jew it-tħaddim ta’
bastimenti, stallazzjonijiet jew inġenji ta’ l-ajru kif imsemmija f’(1)(a) hawn
aktar qabel, partikolarment it-telfien ta’ merkanzija għall-ġarr jew kiri permezz
ta’ charter;
4. kull riskju jew interess konness ma’ xi wieħed minn dawk
imsemmija f’(1) sa (3) hawn aktar qabel.
Sezzjoni 4 - Ġurisdizzjoni fuq kuntratti ta’ konsumaturi
Artikolu 13
Fi proċeduri li jirrigwardaw kuntratt li jkun sar minn persuna għal fini li jista’
jitqies bħala li joħroġ ’il barra min-negozju jew il-professjoni tagħha, hawnhekk
iżjed ’il quddiem imsejjaħ il-konsumatur, il-ġurisdizzjoni għandha tiġi stabbilita
b’din is-Sezzjoni, mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 4 u
5(5), jekk dan ikun:
1. kuntratt għall-bejgħ ta’ oġġetti b’pattijiet ta’ kreditu li jitħallas
b’rati, jew
2. kuntratt għal self li jitħallas b’rati, jew għal kull għamla oħra ta’
kreditu, li jsir biex jiffinanzja l-bejgħ ta’ oġġetti, jew
3. kull kuntratt ieħor għall-provvista ta’ oġġetti jew kuntratt għall-
provvista ta’ servizzi, u
(a) fl-iStat fejn il-konsumatur ikollu d-domiċilju tiegħu, l-
għemil tal-kuntratt kien preċedut bi stedina speċifika lilu indirizzata jew
permezz ta’ reklamar, u
(b) il-konsumatur jkun ħa f’dak l-iStat il-passi meħtieġa
sabiex isir dak il-kuntratt.
Meta konsumatur jagħmel kuntratt ma’ xi parti li ma jkollhiex id-domiċilju tagħha
fi Stat Kontraenti iżda li jkollha fergħa, aġenzija jew stabbiliment ieħor f’xi Stat
Kontraenti wieħed li jkun, dik il-parti għandha, meta jinqalgħu tilwimiet dwar it-
tħaddim tal-fergħa, aġenzija jew stabbiliment, titqies bħala li jkollha d-domiċilju
tagħha f’dak l-iStat.
Din is-Sezzjoni m’għandhiex tkun tapplika għal kuntratti ta’ trasport.
Artikolu 14
Konsumatur jista’ jibda proċeduri kontra l-parti l-oħra f’kuntratt sew fil-qrati ta’ l-
iStat Kontraenti li fih dik il-parti jkollha d-domiċilju tagħha sew fil-qorti ta’ l-iStat
Kontraenti fejn il-konsumatur ikollu d-domiċilju tiegħu.
Jistgħu jinġiebu proċeduri kontra konsumatur mill-parti l-oħra fil-kuntratt biss fil-
54 KAP. 443. ħ  
RATIFIKA TA’ KONVENZJONIJIET 
DWAR PROĊEDURI LEGALI
qrati ta’ l-iStat Kontraenti fejn il-konsumatur ikollu d-domiċilju tiegħu.
Dawn id-disposizzjonijiet m’għandhomx jolqtu d-dritt li tinġieb kontrotalba fil-
qorti fejn, skond din is-Sezzjoni, tkun pendenti t-talba oriġinali.
Artikolu 15
Id-disposizzjonijiet ta’ din is-Sezzjoni jistgħu biss ma jitwettqux meta jkun hemm
ftehim f’dan is-sens:
1. li jsir wara li tkun oriġinat it-tilwima, jew
2. li jkun jippermetti lill-konsumatur li jibda proċeduri fi qrati li ma
jkunux dawk indikati f’din is-Sezzjoni, jew
3. li jkun sar mill-konsumatur u mill-parti l-oħra fil-kuntratt, li t-tnejn
li huma jkunu fil-waqt ta’ l-għemil tal-kuntratt domiċiljati jew abitwalment
residenti fl-istess Stat Kontraenti, u li jkun jagħti ġurisdizzjoni lill-qrati ta’ dak l-
iStat, sakemm dak il-ftehim ma jkunx imur kontra l-liġi ta’ dak l-iStat.
Sezzjoni 5 - Ġurisdizzjoni esklużiva
Artikolu 16
Dawn il-qrati li ġejjin għandu jkollhom ġurisdizzjoni esklużiva, ikun x’ikun id-
domiċilju:
1. (a)fi proċeduri li jkollhom b’għan tagħhom id-drittijiet in rem tal-proprjetà
immobbli jew l-użu jew kiri ta’ proprjetà  immobbli, il-qrati ta’ Stat Kontraenti fejn
tkun sitwata l-proprjetà ;
(b)madankollu, fi proċeduri li jkollhom b’għan tagħhom l-użu jew kiri ta’
proprjetà  immobbli li jsiru għal użu privat temporanju għal perjodu massimu ta’ sitt
xhur konsekuttivi, il-qrati ta’ l-iStat Kontraenti fejn il-konvenut ikollu d-domiċilju
tiegħu għandu jkollhom ukoll ġurisdizzjoni, sakemm il-kerrej jew l-okkupant ikun
persuna naturali u la parti lanqas l-oħra ma jkollha d-domiċilju tagħha fl-iStat
Kontraenti fejn tkun sitwata l-proprjetà ;
2. fi proċeduri li jkollhom b’objettiv il-validità  tat-twaqqif, in-nullità  jew ix-
xoljiment ta’ kumpanniji jew ta’ persuni legali oħra jew ta’ assoċjazzjonijiet ta’
persuni naturali jew legali, jew id-deċiżjonijiet ta’ l-organi tagħhom, il-qrati ta’ l-
iStat Kontraenti fejn il-kumpannija, persuna legali jew assoċjazzjoni jkollha s-sede
tagħha;
3. fi proċeduri li jkollhom b’objettiv il-validità  ta’ kitbiet f’reġistri pubbliċi, il-
qrati ta’ l-iStat Kontraenti fejn jinżamm ir-reġistru;
4. fi proċeduri li jkollhom x’jaqsmu mar-reġistrazzjoni jew il-validità  ta’
privattivi, trademarks, disinni jew drittijiet simili oħra li jkunu meħtieġa li jiġu
depożitati jew reġistrati, il-qrati ta’ l-iStat Kontraenti fejn tkun saret applikazzjoni
għad-depożitu jew għar-reġistrazzjoni, jew fejn dawn ikunu ġraw jew ikunu taħt il-
pattijiet ta’ konvenzjoni internazzjonali li titqies li tkun ġrat;
5. fi proċeduri li jkollhom x’jaqsmu ma’ l-infurzar ta’ sentenzi, il-qrati ta’ l-
iStat Kontraenti fejn tkun ġiet infurzata jew ikollha tiġi infurzata sentenza.
Sezzjoni 6 - Proroga ta’ ġurisdizzjoni
Artikolu 17
1. Jekk il-partijiet, li wieħed jew iktar minnhom ikun domiċiljat fi Stat
RATIFIKA TA’ KONVENZJONIJIET 
DWAR PROĊEDURI LEGALI ġ KAP. 443. 55
Kontraenti, jkunu ftehmu li xi qorti jew li l-qrati ta’ xi Stat Kontraenti għandu
jkollhom ġurisdizzjoni biex isolvu xi tilwimiet li jkunu oriġinaw jew li jistgħu
joriġinaw f’dak li għandu x’jaqsam ma’ xi relazzjoni legali partikolari, dik il-qorti
jew dawk il-qrati għandu jkollhom ġurisdizzjoni esklużiva.  Dak il-ftehim li jkun
jikkonferixxi ġurisdizzjoni għandu jkun jew:
(a) bil-miktub jew li tinġieb prova dwaru bil-miktub, jew
(b) f’għamla li tkun taqbel ma’ kull parattika li l-partijiet ikunu
stabbilew bejniethom, jew
(ċ) f’kummerċ jew negozju internazzjonali, f’għamla li tkun taqbel
ma’ xi użanza li l-partijiet ikunu jafu biha jew kien imisshom jafu biha u li
f’kummerċ jew negozju bħal dak tkun magħrufa sew lil, u osservata regolarment
minn, partijiet f’kuntratti tat-tip involut fil-kummerċ jew negozju partikolari
konċernat.
Meta dak il-ftehim isir minn partijiet, li ebda waħda minnhom ma jkollha d-
domiċilju tagħha fi Stat Kontraenti, il-qrati ta’ kull Stat Kontraenti ieħor m’għandu
jkollhom ebda ġurisdizzjoni fuq it-tilwimiet tagħhom kemm-il darba l-qorti jew il-
qrati magħżula ma jkunux irroftaw il-ġurisdizzjoni.
2. Il-qorti jew il-qrati ta’ Stat Kontraenti li fuqhom istrument ta’ trust ikun ta
ġurisdizzjoni għandu jkollhom ġurisdizzjoni esklużiva f’kull proċeduri li jsiru kontra
settlor, trustee jew benefiċjarju, jekk ikunu involuti r-relazzjonijiet bejn dawn il-
persuni jew id-drittijiet jew l-obbligazzjonijiet tagħhom taħt it-trust.  
3. Ftehim jew disposizzjoni ta’ istrument ta’ trust li jkunu jagħtu ġurisdizzjoni
m’għandu jkollhom ebda forza legali jekk dawn ikunu jmorru kontra d-
disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 12 jew 15, jew jekk il-qrati li l-ġurisdizzjoni tagħhom
jkollhom intenzjoni li jeskludu jkollhom ġurisdizzjoni esklużiva bis-saħħa ta’ l-
Artikolu 16.
4. Jekk ftehim li jagħti ġurisdizzjoni jkun sar għall-benefiċċju ta’ biss waħda
mill-partijiet, dik il-parti għandha żżomm id-dritt li tibda proċeduri f’xi qorti oħra li
tkun u li jkollha ġurisdizzjoni bis-saħħa ta’ din il-Konvenzjoni.
5. F’dak li għandu x’jaqsam ma’ kuntratti individwali ta’ impieg ftehim li
jagħti ġurisdizzjoni għandu jkollu saħħa legali biss jekk dan isir wara li tkun oriġinat
it-tilwima.
Artikolu 18
Minbarra ġurisdizzjoni li tinkiseb minn disposizzjonijiet oħra ta’ din il-
Konvenzjoni, qorti ta’ Stat Kontraenti li quddiemha jidher konvenut, għandu jkollha
ġurisdizzjoni.  Din ir-regola m’għandhiex tapplika meta dik id-dehra tkun saret
unikament sabiex tiġi kontestata l-ġurisdizzjoni, jew fejn qorti oħra jkollha
ġurisdizzjoni esklużiva bis-saħħa ta’ l-Artikolu 16.
Sezzjoni 7 - Eżami dwar il-ġurisdizzjoni u l-ammissibilità
Artikolu 19
Meta qorti ta’ Stat Kontraenti tkun qed tieħu konjizzjoni ta’ talba li jkollha
prinċipalment x’taqsam ma’ xi ħaġa li dwarha l-qrati ta’ Stat Kontraenti ieħor
jkollhom ġurisdizzjoni esklużiva bis-saħħa ta’ l-Artikolu 16, hija għandha tiddikjara
minn jeddha li m’għandha ebda ġurisdizzjoni.
56 KAP. 443. ħ  
RATIFIKA TA’ KONVENZJONIJIET 
DWAR PROĊEDURI LEGALI
Artikolu 20
Meta konvenut domiċiljat fi Stat Kontraenti wieħed jitħarrek fil-qorti ta’ Stat
Kontraenti ieħor u ma jidhirx quddiemha meta jkun dovut, il-qorti għandha
tiddikjara minn jeddha li m’għandhiex ġurisdizzjoni sakemm il-ġurisdizzjoni tagħha
ma toriġinax mid-disposizzjonijiet  ta’ din il-Konvenzjoni.
Il-qorti għandha twaqqaf il-proċeduri sakemm ma jidhirx li l-konvenut kien kapaċi
jirċievi d-dokument li jibda l-proċeduri jew xi dokument ekwivalenti biżżejjed fil-
ħin sabiex ikun jista’ jagħmel arranġamenti dwar id-difiża tiegħu, jew li jkunu
ttieħdu l-passi kollha meħtieġa għal dan l-iskop.
Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu ta’ qabel dan għandhom jiġu sostitwiti b’dawk
ta’ l-Artikolu 15 tal-Konvenzjoni ta’ L-Aja tal-15 ta’ Novembru ta’ l-1965 fuq in-
notifika barra mill-pajjiż ta’ kull dokument ġudizzjarju jew estraġudizzjarju
f’affarijiet ċivili jew kummerċjali, jekk id-dokument li jkun jibda l-proċeduri jew
avviż dwar dan kellu jiġi trasmess barra mill-pajjiż skond dik il-Konvenzjoni.
Sezzjoni 8 - Lis Pendens - azzjonijiet relatati
Artikolu 21
Meta proċeduri li jkunu jinvolvu l-istess kawża ta’ azzjoni u bejn l-istess partijiet
jinġiebu fil-qrati ta’ Stati Kontraenti differenti, kull qorti li ma tkunx il-qorti li l-
ewwel tittratta l-każ għandha minn jeddha twaqqaf il-proċeduri sa dak iż-żmien meta
tiġi stabbilita l-ġurisdizzjoni tal-qorti li l-ewwel tittratta l-każ.
Meta tiġi stabbilita l-ġurisdizzjoni tal-qorti li l-ewwel tittratta l-każ, kull qorti
oħra li ma tkunx il-qorti li l-ewwel tittratta l-każ għandha tirrofta l-ġurisdizzjoni
favur dik il-qorti. 
Artikolu 22
Meta jinġiebu azzjonijiet relatati fil-qrati ta’ Stati Kontraenti differenti, kull qorti
li ma tkunx il-qorti li l-ewwel tittratta l-każ tista’, filwaqt li l-azzjonijiet ikunu
għadhom pendenti fl-ewwel istanza, twaqqaf il-proċeduri tagħha.
Qorti li ma tkunx il-qorti li l-ewwel tittratta l-każ tista’ wkoll, meta jsir rikors
minn xi waħda mill-partijiet, tirrofta l-ġurisdizzjoni jekk il-liġi ta’ dik il-qorti tkun
tippermetti l-konsolidazzjoni ta’ azzjonijiet relatati u l-qorti li l-ewwel tittratta l-każ
ikollha ġurisdizzjoni fuq iż-żewġ azzjonijiet li jkunu.
Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, azzjonijiet jitqiesu li jkunu relatati meta dawn
ikun marbutin ma’ xulxin daqshekk mill-qrib li jkun spedjenti li dawn jinstemgħu u
jiġu ttrattati flimkien sabiex jiġi evitat kull riskju ta’ sentenzi li ma jaqblux ma’
xulxin minħabba fi proċeduri separati.
Artikolu 23
Meta azzjonijiet jokkorru fil-kuntest ta’ ġurisdizzjoni esklużiva ta’ diversi qrati,
kull qorti li ma tkunx il-qorti li l-ewwel tittratta l-każ għandha tirrofta l-
ġurisdizzjoni favur dik il-qorti.
Sezzjoni 9 - Miżuri proviżorji, inklużi dawk protettivi
Artikolu 24
Jista’ jsir rikors quddiem il-qrati ta’ Stat Kontraenti għal dawk il-miżuri
proviżorji, inklużi dawk protettivi, li jistgħu jkunu disponibbli taħt il-liġi ta’ dak l-
iStat, ukoll jekk, taħt din il-Konvenzjoni, il-qrati ta’ xi Stat Kontraenti ieħor
ikollhom ġurisdizzjoni dwar is-sustanza tal-mertu.
RATIFIKA TA’ KONVENZJONIJIET 
DWAR PROĊEDURI LEGALI ġ KAP. 443. 57
TITOLU III
Għarfien u Infurzar
Artikolu 25
Għall-finijiet ta’ din il-Konvenzjoni, sentenza tfisser sentenza mogħtija minn qorti
jew tribunal ta’ Stat Kontraenti, tissejjaħ b’liema mod ikun dik is-sentenza, inkluż
digriet, ordni, deċiżjoni jew mandat, kif ukoll kif jiġu stabbiliti l-ispejjeż jew in-
nefqiet minn xi uffiċjal tal-qorti.
Sezzjoni 1 - Għarfien
Artikolu 26
Sentenza mogħtija fi Stat Kontraenti għandu jkollha għarfien fl-iStati Kontraenti
l-oħra mingħajr il-ħtieġa ta’ ebda proċedura speċjali.
Parti interessata li tqajjem il-kwistjoni ta’ l-għarfien ta’ sentenza bħala l-kwistjoni
prinċipali f’tilwima tista’, skond il-proċeduri li hemm ipprovdut dwarhom fis-
Sezzjonijiet 2 u 3 ta’ dan it-Titolu, tapplika għal deċiżjoni li s-sentenza tingħata
għarfien.
Jekk l-eżitu tal-proċeduri f’xi qorti ta’ Stat Kontraenti jkun jiddependi fuq li tiġi
stabbilita xi kwistjoni inċidentali ta’ għarfien, dik il-qorti għandu jkollha
ġurisdizzjoni fuq dik il-kwistjoni.
Artikolu 27
Sentenza ma tingħatax għarfien:
1. jekk dak l-għarfien ikun imur kontra l-public policy fl-iStat fejn
ikun qed jintalab l-għarfien;
2. meta din tkun ingħatat minħabba f’xi kontumaċja, jekk il-konvenut
ma jkunx ġie debitament notifikat bid-dokument li jkun beda l-proċeduri jew
b’xi dokument ekwivalenti fi żmien biżżejjed sabiex huwa jkun jista’ jħejji d-
difiża tiegħu;
3. jekk is-sentenza ma tkunx taqbel ma’ xi sentenza mogħtija
f’tilwima bejn l-istess partijiet fl-iStat fejn ikun qed jintalab l-għarfien;
4. jekk il-qorti ta’ l-ewwel Stat, sabiex tasal għas-sentenza tagħha,
tkun iddeċidiet xi kwistjoni preliminari li tolqot l-istatus jew il-kapaċità  legali ta’
persuni naturali, jeddijiet dwar il-proprjetà  li jitnisslu minn relazzjoni
matrimonjali, testmenti jew suċċessjoni b’xi mod li jikkonfliġġi ma’ xi regola
tad-dritt internazzjonali privat ta’ l-iStat fejn ikun qiegħed jintalab l-għarfien,
kemm-il darba l-istess riżultat ma jkunx intlaħaq bl-applikazzjoni tar-regoli tad-
dritt internazzjonali privat ta’ dak l-iStat;
5. jekk is-sentenza ma tkunx taqbel ma’ xi sentenza mogħtija qabel
f’xi Stat Mhux-Kontraenti għar-rigward ta’ l-istess kawża ta’ azzjoni u bejn l-
istess partijiet, sakemm din l-aħħar sentenza tkun twettaq il-kondizzjonijiet
meħtieġa għall-għarfien tagħha fl-iStat indirizzat.
Artikolu 28
Iktar minn hekk, sentenza m’għandhiex tingħata għarfien jekk din tkun
58 KAP. 443. ħ  
RATIFIKA TA’ KONVENZJONIJIET 
DWAR PROĊEDURI LEGALI
tikkonfliġġi mad-disposizzjonijiet tat-Taqsimiet 3, 4 jew 5 tat-Titolu II jew f’xi każ
li hemm ipprovdut dwaru fl-Artikolu 59.
Sentenza tista’ iktar u iktar tinċaħad milli tingħata għarfien f’xi każ minn dawk
ikkontemplati fl-Artikolu 54B(3) jew 57(4).
Fl-eżami tagħha tar-raġunijiet għall-ġurisdizzjoni msemmija fil-paragrafi ta’ qabel
dan, il-qorti jew awtorità  li quddiemha jsir ir-rikors għandha tkun marbuta bir-
riżultanzi tal-mertu li fuqhom il-qorti ta’ l-ewwel Stat tkun sejset il-ġurisdizzjoni
tagħha.
Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-ewwel u t-tieni paragrafi, il-ġurisdizzjoni
tal-qorti ta’ l-ewwel Stat ma tistax tiġi riveduta;  il-prova tal-public policy
imsemmija fl-Artikolu 27(1) ma tistax tiġi applikata għar-regoli dwar il-
ġurisdizzjoni.
Artikolu 29
Taħt ebda ċirkostanza ma tista’ sentenza barranija tiġi riveduta dwar is-sustanza
tagħha.
Artikolu 30
Qorti ta’ Stat Kontraenti li fih jintalab li jingħata għarfien lil xi sentenza mogħtija
fi Stat Kontraenti ieħor tista’ twaqqaf il-proċeduri jekk ikun sar appell kif soltu jsir
minn dik is-sentenza.
Qorti ta’ Stat Kontraenti li fih jintalab li jingħata għarfien lil xi sentenza mogħtija
fl-Irlanda jew fir-Renju Unit tista’ twaqqaf il-proċeduri jekk l-eżekuzzjoni tkun ġiet
sospiża fl-ewwel Stat għax ikun sar appell.
Sezzjoni 2 - Eżekuzzjoni
Artikolu 31
Sentenza li tingħata fi Stat Kontraenti u li tkun eżegwibbli f’dak l-iStat għandha
tiġi eżegwita fi Stat Kontraenti ieħor meta, wara li jsir rikors minn kull parti li jista’
jkollha interess, din tiġi dikjarata li tista’ tiġi hemm eżegwita.
Iżda, fir-Renju Unit, tali sentenza għandha tiġi eżegwita fl-Ingilterra u Wales, fl-
Iskozja, jew fl-Irlanda tan-Nord meta, wara li jsir rikors minn kull parti li jista’
jkollha interess, din tkun ġiet reġistrata sabiex tiġi eżegwita f’dik il-parti tar-Renju
Unit.
Artikolu 32
1. Ir-rikors għandu jsir quddiem:
- fil-Belġju, tribunal de premiere instance jew rechtbank van eerste
aanleg,
- fid-Danimarka, byret, 
- fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, l-imħallef li jippresjedi l-
awla tal- Landgericht,
- fil-Greċja, (test grieg),
- fi Spanja, Juzgado de Primera Instancia,
- fi Franza, l-imħallef li jippresjedi fit-tribunal de grande instance,
RATIFIKA TA’ KONVENZJONIJIET 
DWAR PROĊEDURI LEGALI ġ KAP. 443. 59
- fl-Irlanda, High Court,
- fl-Islanda, heradsdomari,
- fl-Italja, corte d’appello,
- fil-Lussemburgu, l-imħallef li jippresjedi fit-tribunal
d’arrondissement,
- fl-Olanda, l-imħallef li jippresjedi fl- arrondissementsrechtbank,
- fin-Norveġja,  herredsrett jew byrett as namsrett,
- fl-Awstrija, Landesgericht jew Kreisgericht,
- fil-Portugall, Tribunal Judicial de Circulo,
- fl-Isvizzera:
(a) dwar sentenzi li jkunu jordnaw li jsir il-ħlas ta’ xi
somma flus, quddiem juge de la mainlevee / Rechtsoffnungs - richter /
giudice competente a pronunciare sul rigetto dell’opposizione, fil-kuntest
tal-proċedura regolata bl-Artikolu 80 u 81 tal- loi federale sur la poursuite
pour dettes et la faillite / Bundesgesetz uber Schuldbetreibung und
Konkurs / Legge federale sulla esecuzione e sul fallimento,
(b) dwar sentenzi li jkunu jordnaw li jsir xi twettiq minbarra
l-ħlas ta’ xi somma flus, quddiem juge cantonal d’exequatur competent /
zustandiger kantonaler Vollstreckungsrichter / giudice cantonale
competente a pronunciare l’exequatur,
- fil-Finlandja, ulosotonhaltija / overexekutor
- fl-Isvezja, Svea hovratt,
- fir-Renju Unit:
(a) fl-Ingilterra u Wales, High Court of Justice, jew fil-każ
ta’ sentenza dwar manteniment, Magistrates' Court li titwassallu mis-
Secretary of State;
(b) fl-Iskozja, Court of Session, jew fil-każ ta’ sentenza
dwar manteniment, Sheriff Court li titwassallu mis-Secretary of State;
(ċ) fl-Irlanda tan-Nord, High Court of Justice, u fil-każ ta’
sentenza dwar manteniment, Magistrates' Court li titwassallu mis-
Secretary of State;
2. Il-ġurisdizzjoni tal-qrati lokali għandha tiġi stabbilita billi ssir referenza
għall-post tad-domiċilju tal-parti li tkun qed tintalab l-eżekuzzjoni kontriha.  Jekk
dik il-parti ma jkollhiex id-domiċilju tagħha fl-iStat fejn tkun qed tintalab dik l-
eżekuzzjoni, il-ġurisdizzjoni tiġi stabbilita billi ssir referenza għall-post ta’ l-
eżekuzzjoni.
60 KAP. 443. ħ  
RATIFIKA TA’ KONVENZJONIJIET 
DWAR PROĊEDURI LEGALI
Artikolu 33
Il-proċedura għall-għemil ta’ l-applikazzjoni għandha tkun regolata mil-liġi ta’ l-
iStat fejn tkun qed tintalab l-eżekuzzjoni.
L-applikant għandu jagħti indirizz għan-notifika tal-proċeduri fil-limiti ta’ l-area
ta’ ġurisdizzjoni tal-qorti fejn ikun sar ir-rikors.  Madankollu, jekk il-liġi ta’ l-iStat
fejn tkun qed tintalab l-eżekuzzjoni ma tkunx tipprovdi għall-għoti ta’ tali indirizz,
ir-rikorrent għandu jaħtar rappreżentant ad litem.
Id-dokumenti msemmija fl-Artikoli 46 u 47 għandhom jinthemżu mar-rikors.
Artikolu 34
Il-qorti fejn isir ir-rikors għandha tagħti d-deċiżjoni tagħha mingħajr ebda
dewmien;  dik il-parti li kontriha tintalab l-eżekuzzjoni ma jkollhiex jedd f’dan l-
istadju tal-proċeduri li tagħmel xi sottomissjonijiet dwar ir-rikors.
Ir-rikors jista’ jiġi miċħud biss għal xi waħda mir-raġunijiet speċifikati fl-Artikoli
27 u 28.
Sentenza barranija ma tista’ taħt ebda ċirkostanza tkun riveduta dwar is-sustanza
tagħha.
Artikolu 35
L-uffiċjal tal-qorti idoneu għandu mingħajr dewmien jgħarraf lir-rikorrent bid-
deċiżjoni mogħtija abbażi tar-rikors tiegħu skond il-proċedura stipulata bil-liġi ta’ l-
iStat fejn tintalab l-eżekuzzjoni. 
Artikolu 36
Jekk l-eżekuzzjoni tiġi awtorizzata, il-parti li kontriha tintalab l-eżekuzzjoni tista’
tappella kontra d-deċiżjoni fi żmien xahar min-notifika tagħha.
Jekk dik il-parti tkun domiċiljata fi Stat Kontraenti ieħor li ma jkunx dak fejn tkun
ingħatat id-deċiżjoni li tawtorizza l-eżekuzzjoni, iż-żmien għall-appell ikun ta’
xahrejn u għandu jibda għaddej mid-data tan-notifika, sew jekk din issir lilu
personalment sew jekk fir-residenza tiegħu.  Dan iż-żmien ma jistax jittawwal
minħabba fid-distanza.
Artikolu 37
1. Appell mid-deċiżjoni li tkun tawtorizza l-eżekuzzjoni għandu jsir skond ir-
regoli li jirregolaw il-proċedura fi kwistjonijiet kontenzjużi, quddiem:
- fil-Belġju, tribunal de premiere instance or rechtbank van eerste
aanleg,
- fid-Danimarka, landsret,
- fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, Oberlandesgericht,
- fil-Greċja, (test grieg),
- fi Spanja,  Audiencia Provincial,
- fi Franza, cour d’appel,
- fl-Irlanda, High Court,
RATIFIKA TA’ KONVENZJONIJIET 
DWAR PROĊEDURI LEGALI ġ KAP. 443. 61
- fl-Islanda, heradsdomari,
- fl-Italja, corte d’appello,
- fil-Lussemburgu, Cour superieure de justice li toqgħod bħala qorti
ta’ l-appelli ċivili,
- fl-Olanda, arrondissementsrechtbank,
- fin-Norveġja, lagmannsrett,
- fl-Awstrija, Landesgericht jew Kreisgericht,
- fil-Portugall, Tribunal da Relacao,
- fl-Isvizzera, tribunal cantonal / Kantonsgericht / tribunale
cantonale,
- fil-Finlandja, hovioikeus / hovratt,
- fl-Isvezja, Svea hovratt,
- fir-Renju Unit:
(a) fl-Ingilterra u Wales, High Court of Justice, jew fil-każ
ta’ sentenza ta’ manteniment, Magistrates’ Court,
(b) fl-Iskozja, Court of Session, jew fil-każ ta’ sentenza ta’
manteniment, Sheriff Court,
(ċ) fl-Irlanda tan-Nord, High Court of Justice, jew fil-każ
ta’ sentenza ta’ manteniment, Magistrates’ Court.
2. Is-sentenza li tingħata fl-appell tista’ tkun biss ikkontestata permezz ta’:
- fil-Belġju, Greċja, Spanja, Franza, Italja, Lussemburgu u Olanda,
appell fil-kassazzjoni,
- fid-Danimarka, appell lil hø jesteret, bil-permess tal-Ministru tal-
ġustizzja,
- fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, Rechtsbeschwerde,
- fl-Irlanda, appeal on Court,
- fl-Islanda, appell lil Haestirettur,
- fin-Norve;ja, appell (kjæremål   jew anke) lil Hoyesteretts
Kjæremålsutvalg  jew Hoyesterett,
- fl-Awstrija, fil-każ ta’ appell, Revisionsrekurs u, fil-każ ta’
proċeduri ta’ opposizzjoni, Berufung bil-possibilità  ta’  Reviżjoni,
62 KAP. 443. ħ  
RATIFIKA TA’ KONVENZJONIJIET 
DWAR PROĊEDURI LEGALI
- fil-Portugall, b’appell fuq punt ta’ dritt,
- fl-Isvizzera,  recours de droit public devant le tribunal federal /
staatsrechtliche Beschwerde beim Bundes gericht / ricorso di diritto pubblico
davanti al tribunale federale,
- fil-Finlandja, appell lil korkein oikeus / hogsta domstolen,
- fl-Isvezja, appell lil hogsta domstolen,
- fir-Renju Unit, b’appell uniku ulterjuri dwar punt ta’ dritt.
Artikolu 38
Il-qorti li fiha jsir l-appell taħt l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 37 tista’, meta
jsirilha rikors mill-appellant, twaqqaf il-proċeduri jekk ikun sar appell ordinarju
mis-sentenza fl-ewwel Stat jew inkella jekk iż-żmien għal dak l-appell ikun għadu
ma skadiex;  f’dan l-aħħar każ, il-qorti tista’ tispeċifika iż-żmien li fih jista’ jsir dak
l-appell.
Meta s-sentenza tkun ingħatat fl-Irlanda jew fir-Renju Unit, kull għamla ta’ appell
disponibbli fl-ewwel Stat għandha tiġi ttrattata bħala appell ordinarju għall-finijiet
ta’ l-ewwel paragrafu.
Il-qorti tista’ wkoll tagħmel l-infurzar kondizzjonali fuq l-għoti ta’ dik is-sigurtà  li
tiġi minnha stabbilita.
Artikolu 39
Matul iż-żmien speċifikat għal appell konformi ma’ l-Artikolu 36 u sakemm xi tali
appell jkun ġie stabbilit, ma tista’ tittieħed ebda miżura ta’ infurzar ħlief miżuri
protettivi li jittieħdu dwar il-proprjetà  tal-parti li kontriha jkun qed jintalab l-
infurzar.
Id-deċiżjoni li tawtorizza l-infurzar għandha timplika wkoll s-setgħa li tipproċedi
għal miżuri protettivi bħal dawk.
Artikolu 40
1. Jekk ir-rikors għall-infurzar jiġi miċħud, ir-rikorrent jista’ jappella quddiem:
- fil-Belġju, cour d’appel jew hof van beroep,
- fid-Danimarka, landsret,
- fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, Oberlandesgericht,
- fil-Greċja, (test grieg)
- fi Spanja, Audiencia Provincial,
- fi Franza, cour d’appel,
- fl-Irlanda, High Court,
- fl-Islanda, heradsdomari,
- fl-Italja, corte d’appello,
RATIFIKA TA’ KONVENZJONIJIET 
DWAR PROĊEDURI LEGALI ġ KAP. 443. 63
- fil-Lussemburgu, Cour superieure de justice li joqgħod bħala qorti
ta’ l-appelli ċivili,
- fl-Olanda, gerechtshof,
- fin-Norveġja, lagmannsrett,
- fl-Awstrija, Landesgericht jew Kreisgericht,
- fil-Portugall, Tribunal da Relacao,
- fl-Isvizzera, tribunal  cantonal / Kantonsgericht / tribunale
cantonale,
- fil-Finlandja, hovioikeus / hovratt,
- fl-Isvezja, Svea hovratt,
- fir-Renju Unit:
(a) fl-Ingilterra u Wales, High Court of Justice, jew fil-każ
ta’ sentenza dwar manteniment, Magistrates’ Court,
(b) fl-Iskozja, Court of Session, jew fil-każ ta’ sentenza
dwar manteniment, Sheriff Court,
(ċ) fl-Irlanda tan-Nord, High Court of Justice, jew fil-każ
ta’ sentenza dwar manteniment, Magistrates’ Court.
2. Il-parti li kontriha jintalab l-infurzar għandha titħarrek biex tidher quddiem
il-qorti ta’ l-appell.  Jekk tonqos milli tidher, japplikaw id-disposizzjonijiet tat-tieni
u t-tielet paragrafi ta’ l-Artikolu 20 ukoll meta dik il-persuna ma jkollha domiċilju
f’ebda wieħed mill-iStati Kontraenti.
Article 41
Sentenza li tingħata f’appell li jaqa’ taħt l-Artikolu 40 tista’ biss tiġi kkontestata
permezz ta’:
- fil-Belġju, Greċja, Spanja, Franza, Italja, Lussemburgu u Olanda,
appell fil-kassazzjoni,
- fid-Danimarka, appell lil højesteret  bil-permess tal-Ministru tal-
ġustizzja,
- fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, Rechtsbeschwerde,
- fl-Irlanda, appell fuq punt ta’ dritt lil Supreme Court,
- fl-Islanda, appell lil Haestirettur,
- fin-Norveġja, appell (kjæremål  jew anke) lil Hoyesteretts
Kjæremålsutvalg  jew Hoyesterett,
- fl-Awstrija, Revisionsrekurs,
64 KAP. 443. ħ  
RATIFIKA TA’ KONVENZJONIJIET 
DWAR PROĊEDURI LEGALI
- fil-Portugall, appell fuq punt ta’ dritt,
- fl-Isvizzera, recurs de droit public devant le tribunal federal /
staatsrechtliche Beschwerde beim Bundesgericht / ricorso di diritto pubblico
davanti al tribunale federale,
- fil-Finlandja, appell lil korkein oikeus / hogsta domstolen,
- fl-Isvezja, appell lil hogsta domstolen,
- fir-Renju Unit, appell uniku ulterjuri fuq punt ta’ dritt.
Artikolu 42
Meta sentenza barranija tkun ingħatat għar-rigward ta’ diversi kwistjonijiet u ma
jkunx jista’ jiġi awtorizzat l-infurzar għalihom kollha, il-qorti għandha tawtorizza l-
infurzar għal xi kwistjoni waħda jew iktar minnhom.
Rikorrent jista’ jitlob l-infurzar parzjali ta’ sentenza.
Artikolu 43
Sentenza barranija li tkun tordna xi ħlas perjodiku bħala piena tkun tista’ tiġi
esegwita fl-iStat fejn ikun qed jintalab l-infurzar biss jekk l-ammont tal-ħlas ikun ġie
finalment stabbilit mill-qrati ta’ l-ewwel Stat.
Artikolu 44
Rikorrent li jkun fl-ewwel Stat ibbenefika minn għajnuna legali sħiħa jew parzjali
jew minn eżenzjoni mill-infieq jew l-ispejjeż, ikollu jedd, fil-proċeduri li hemm
provdut dwarhom fl-Artikoli 32 sa 35, jibbenefika mill-aktar għajnuniet legali
favorevoli jew mill-eżenzjoni l-iktar estensiva mill-infieq jew l-ispejjeż li jkun
hemm provdut dwarhom bil-liġi ta’ l-iStat indirizzat.
Madankollu, rikorrent li jitlob l-infurzar ta’ deċiżjoni mogħtija minn awtorità
amministrattiva fid-Danimarka jew fl-Islanda dwar ordni ta’ manteniment jista’, fl-
iStat indirizzat, jitlob il-benefiċċji msemmija fl-ewwel paragrafu jekk huwa
jippreżenta dikjarazzjoni rispettivament mingħand il-Ministeru tal-ġustizzja tad-
Danimarka jew il-Ministeru tal-ġustizzja ta’ l-Islanda fis-sens li huwa jkun
jadempixxi l-ħtiġiet ekonomiċi biex jikkwalifika għall-għoti ta’ għajnuna legali
sħiħa jew parzjali jew eżenzjoni mill-infieq jew l-ispejjeż.
Artikolu 45
Ebda sigurtà , bond jew depożitu, jissemma kif jissemma, m’għandhom jenħtieġu
minn xi parti li fi Stat Kontraenti wieħed tapplika għall-infurzar ta’ sentenza
mogħtija fi Stat Kontraenti ieħor minħabba f’li jkun ċittadin barrani jew li ma
jkollux id-domiċilju tiegħu jew ma jkunx residenti fl-iStat fejn jintalab l-infurzar.
Sezzjoni 3 - Provvedimenti komuni
Artikolu 46
Parti li tkun qegħda tfittex għarfien jew li tkun qegħda tapplika għall-infurzar ta’
sentenza għandha tipproduċi:
1. kopja tas-sentenza li tkun tissodisfa l-kondizzjonijiet meħtieġa
biex tistabbilixxi l-awtentiċità  tas-sentenza;
2. fil-każ ta’ sentenza mogħtija fil-kontumaċja tal-parti, kopja
RATIFIKA TA’ KONVENZJONIJIET 
DWAR PROĊEDURI LEGALI ġ KAP. 443. 65
oriġinali jew vera kopja ċertifikata tad-dokument li jistabbilixxi li l-parti li kienet
kontumaċi kienet ġiet notifikata bid-dokument li permezz tiegħu jkunu inbdew
il-proċeduri jew b’dokument ekwivalenti.
Artikolu 47
Parti li tapplika għall-infurzar għandha wkoll tipproduċi:
1. dokumenti li jistabbilixxu li, skond il-liġi ta’ l-ewwel Stat, is-
sentenza tkun eżegwibbli u li tkun ġiet notifikata;
2. meta jkun hekk meħtieġ, dokument li jkun juri li r-rikorrent ikun
qed jirċievi għajnuna legali fl-ewwel Stat.
Artikolu 48
Jekk id-dokumenti speċifikati fl-Artikolu 46(2) u fl-Artikolu 47(2) ma jiġux
prodotti, il-qorti tista’ tispeċifika żmien għall-produzzjoni tagħhom, tista’ taċċetta
dokumenti ekwivalenti jew, jekk hekk tqis li jkollha biżżejjed tagħrif quddiemha,
tiddispensa milli dawn jiġu prodotti.
Jekk il-qorti tkun hekk teħtieġ, għandha tiġi prodotta traduzzjoni tad-dokument;
dik it-traduzzjoni għandha tiġi ċertifikata minn persuna awtorizzata għaldaqshekk
f’xi wieħed mill-iStati Kontraenti.
Artikolu 49
M’għandha tenħtieġ ebda leġislazzjoni jew xi formalità  simili oħra għar-rigward
tad-dokumenti msemmija fl-Artikoli 46 jew 47 jew fit-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu
48, jew dwar xi dokument li jkun jaħtar rappreżentant ad litem.
TITOLU IV
Istrumenti Awtentiċi u Arranġamenti fil-Qorti
Artikolu 50
Dokument li jkun ġie formalment abbozzat jew reġistrat bħala istrument awtentiku
u li jkun eżekwibbli f’xi Stat Kontraenti wieħed għandu, fi Stat Kontraenti ieħor, jiġi
dikjarat bħala wieħed hemmhekk eżegwibbli, meta jsir rikors li jintgħamel skond il-
proċeduri li hemm provdut dwar dan fl-Artikolu 31 u oħrajn li jiġu wara.  Ir-rikors
jista’ jinċaħad biss jekk l-infurzar ta’ l-istrument ikun imur kontra il-public policy
ta’ l-iStat indirizzat.
L-istrument prodott għandu jkun jissodisfa l-kondizzjonijiet meħtieġa sabiex tiġi
stabbilita l-awtentiċità  tiegħu fl-ewwel Stat.
Il-provvedimenti tas-Sezzjoni 3 tat-Titolu III għandhom japplikaw kif dovut.
Artikolu 51
Arranġament li jkun ġie approvat mil-qorti filwaqt li jkunu qed isiru proċeduri u li
jkun eżegwibbli fl-iStat fejn ikun sar għandu jkun eżegwibbli fl-iStat indirizzat taħt
l-istess kondizzjonijiet bħal dawk ta’ istrumenti awtentiċi.
66 KAP. 443. ħ  
RATIFIKA TA’ KONVENZJONIJIET 
DWAR PROĊEDURI LEGALI
TITOLU V
Provvedimenti ġenerali
Artikolu 52
Sabiex jiġi stabbilit jekk parti tkunx domiċiljata fl-iStat Kontraenti li l-qrati tiegħu
jkunu qegħdin jieħdu konjizzjoni ta’ xi kwistjoni, il-qorti għandha tapplika l-liġi
interna tagħha.
Jekk parti ma tkunx domiċiljata fl-iStat li l-qrati tiegħu jkunu qegħdin jieħdu
konjizzjoni tal-kwistjoni, għaldaqstant, sabiex jiġi stabbilit jekk il-parti tkunx
domiċiljata f’xi Stat Kontraenti ieħor, il-qorti għandha tapplika l-liġi ta’ dak l-iStat.
Artikolu 53
Għall-finijiet ta’ din il-Konvenzjoni, is-sede ta’ kumpannija jew ta’ xi persuna
ġuridika oħra jew ta’ assoċjazzjoni ta’ persuni naturali jew legali għandha tiġi stmata
daqslikieku kienet id-domiċilju relattiv.  Madankollu, sabiex tiġi stabbilita dik is-
sede, il-qorti għandha tapplika r-regoli tagħha tad-dritt internazzjonali privat.
Sabiex jiġi stabbilit jekk trust tkunx domiċiljata fl-iStat Kontraenti li jkollu l-qrati
tiegħu qed jieħdu konjizzjoni tal-kwistjoni, il-qorti għandha tapplika r-regoli tagħha
tad-dritt internazzjonali privat.
TITOLU VI
Provvedimenti Transnazzjonali
Artikolu 54
Id-disposizzjonijiet ta’ din il-Konvenzjoni għandhom biss japplikaw għal
proċeduri legali mibdijin u għal dokumenti formalment abbozzati jew reġistrati
bħala istrumenti awtentiċi wara li din tidħol fis-seħħ fl-ewwel Stat u, meta jkun qed
jintalab l-għarfien jew l-infurzar ta’ sentenza jew ta’ istrument awtentiku, fl-iStat
indirizzat.
Madankollu, sentenzi li jingħataw wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din il-
konvenzjoni bejn l-ewwel Stat u l-iStat indirizzat fi proċeduri mibdijin qabel dik id-
data għandhom ikunu rikonoxxuti u infurzati skond id-disposizzjonijiet tat-Titolu III
jekk il-ġurisdizzjoni kienet imsejsa fuq regoli li kienu jaqblu ma’ dawk li hemm
provdut dwarhom jew fit-Titolu II ta’ din il-Konvenzjoni jew f’xi konvenzjoni
magħmula bejn l-ewwel Stat u l-iStat indirizzat li kienet fis-seħħ meta kienu nbdew
l-proċeduri.
Jekk il-partijiet f’tilwima li tkun tolqot xi kuntratt ikunu ftehmu bil-miktub qabel
id-dħul fis-seħħ ta’ din il-Konvenzjoni li l-kuntratt kellu jiġi regolat bil-liġi ta’ l-
Irlanda jew ta’ xi parti mir-Renju Unit, il-qrati ta’ l-Irlanda jew ta’ dik il-parti mir-
Renju Unit għandhom iżommu d-dritt li jeżerċitaw il-ġurisdizzjoni fit-tilwima.
Artikolu 54A
Għal perjodu ta’ tliet snin minn meta din il-Konvenzjoni tidħol fis-seħħ għar-
rigward tad-Danimarka, Greċja, Irlanda, Islanda, Norveġja, Finlandja u Svezja,
rispettivament, il-ġurisdizzjoni fi kwistjonijiet marittimi għandha tiġi stabbilita
f’dawn l-iStati mhux biss skond id-disposizzjonijiet tat-Titolu II, iżda wkoll skond
id-disposizzjonijiet tal-paragrafi 1 sa 7 li ġejjin.  Madankollu, mad-dħul fis-seħħ tal-
Konvenzjoni Internazzjonali li tirrigwarda l-arrest ta’ bastimenti li jbaħħru, iffirmata
fi Brussell fl-10 ta’ Mejju 1952, għal xi wieħed minn dawn l-iStati, dawn id-
RATIFIKA TA’ KONVENZJONIJIET 
DWAR PROĊEDURI LEGALI ġ KAP. 443. 67
disposizzjonijiet għandhom itemmu milli jibqa’ jkollhom seħħ għal dak l-iStat.
1. Persuna li jkollha d-domiċilju tagħha fi Stat Kontraenti tista’ titħarrek fil-
qrati ta’ xi wieħed mill-iStati hawn aktar qabel imsemmija għar-rigward ta’ xi talba
marittima jekk il-bastiment li t-talba tkun tirrigwardah jew kull bastiment ieħor li
jkun proprjetà  tagħha jkun ġie arrestat bi proċedimenti ġudizzjarji fi ħdan it-
territorju ta’ l-aħħar Stat imsemmi sabiex tiġi assigurata t-talba, jew ikun seta’ ġie
hekk arrestat hemmhekk iżda jkun ingħata rahan jew xi sigurtà  oħra, u jew:
(a) il-pretendent ikun domiċiljat f’dan l-aħħar Stat, jew
(b) il-pretensjoni tkun oriġinat f’dan l-aħħar Stat, jew
(ċ) il-pretensjoni tkun tolqot il-vjaġġ li matulu jkun sar jew seta’ sar l-
arrest, jew
(d) il-pretensjoni toriġina minn xi kolliżjoni jew minħabba f’xi ħsara
kaġunata minn bastiment wieħed lill-ieħor jew lil xi merkanzija jew persuni
abbord xi wieħed minn dawk il-bastimenti, jew bl-eżekuzzjoni jew bin-nuqqas
ta’ eżekuzzjoni ta’ manuvra jew bin-nuqqas ta’ osservanza tar-regolamenti, jew
(e) il-pretensjoni tkun għal salvataġġ, jew
(f) il-pretensjoni tkun għar-rigward ta’ mortgage jew l-ipoteka tal-
bastiment arrestat.
2. Pretendent jista’ jarresta jew il-bastiment partikolari li lilu tkun tolqot il-
pretensjoni marittima, jew kull bastiment ieħor li jkun proprjetà  tal-persuna li kienet,
filwaqt meta tkun oriġinat il-pretensjoni marittima, sid-il bastiment partikolari.
Madankollu, huwa l-bastiment partikolari biss li lilu tirrigwarda l-pretensjoni
marittima li jista’ jiġi arrestat għar-rigward tal-pretensjonijiet marittimi stipulati
f’(5)(o), (p) jew (q) ta’ dan l-Artikolu.
3. Il-bastimenti għandhom jitqiesu li jkunu jappartjenu lill-istess sid meta l-
ishma kollha fihom jkunu l-proprjetà  ta’ l-istess persuna jew persuni.
4. Meta fil-każ ta’ charter by demise ta’ bastiment ikun in-nolleġġatur waħdu
responsabbli dwar xi pretensjoni marittima li tkun tirrigwarda lil dak il-bastiment, il-
pretendent jista’ jarresta lil dak il-bastiment jew kull bastiment ieħor li jkun il-
proprjetà  tan-nolleġġatur, iżda ebda bastiment ieħor li jkun il-proprjetà  tas-sid ma
jkun jista’ jiġi arrestat minħabba f’dik il-pretensjoni.  L-istess ħaġa għandha tapplika
għal kull każ fejn persuna li ma tkunx is-sid ta’ bastiment tkun responsabbli għal xi
pretensjoni marittima li tkun tolqot lil dak il-bastiment.
5. Il-frażi "pretensjoni marittima" tfisser pretensjoni li tkun toriġina minn xi
partita waħda jew iktar minn dawn li ġejjin:
(a) danni kaġunati minn xi bastiment jew f’kolliżjoni jew xort’oħra;
(b) telfien ta’ ħajja jew feriment personali kaġunat minn xi bastiment
jew li jiġru f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-attività  abbord xi bastiment;
(ċ) is-salvataġġ;
(d) ftehim dwar l-użu jew il-kiri ta’ kull bastiment sew permezz ta’
charterparty jew xort’oħra;
68 KAP. 443. ħ  
RATIFIKA TA’ KONVENZJONIJIET 
DWAR PROĊEDURI LEGALI
(e) ftehim dwar il-ġarr ta’ merkanzija fuq bastiment sew permezz ta’
charterparty jew xort’oħra;
(f) it-telfien jew il-ħsara li ssir lill-merkanzija inkluża l-valiġġa li
tinġarr fuq kull bastiment;
(g) avarija ġenerali;
(h) kambju marittimu fuq bastiment;
(i) irmonk;
(j) pilutaġġ;
(k) oġġetti u materjal kull fejn dawn jiġu provvisti lil bastiment għat-
tħaddim jew manutenzjoni tiegħu;
(l) kostruzzjoni, tiswija jew tgħammir ta’ xi bastiment jew spejjeż u
ħlasijiet għall-użu tal-moll;
(m) il-pagi tal-kaptani, uffiċjali jew ekwipaġġ;
(n) ħruġ ta’ flus li jsir mill-kaptan, inkluż kull ħruġ li jsir minn
spedituri, nolleġġaturi jew aġenti għal xi bastiment jew is-sid tiegħu;
(o) xi tilwima fuq il-jedd dwar xi bastiment jew il-proprjetà  tiegħu;
(p) tilwim bejn ko-proprjetarji ta’ xi bastiment dwar il-proprjetà ,
pussess, ingaġġ jew qliegħ ta’ dak il-bastiment;
(q) il-mortgage jew ipoteka ta’ bastiment.
6. Fid-Danimarka, il-frażi "arrest" għandha titqies dwar il-pretensjonijiet
marittimi msemmija f’(5)(o) u (p) ta’ dan l-Artikolu, bħala li tinkludi "forbud", meta
dik tkun l-unika proċedura permessa dwar tali pretensjoni taħt l-Artikoli 646 sa 653
tal-liġi dwar il-proċedura ċivili (lov om rettens pleje).
7. Fl-Islanda, il-frażi "arrest" għandha titqies, dwar il-pretensjonijiet marittimi
msemmija f’(5)(o) u (p) ta’ dan l-Artikolu, bħala li tinkludi logbann, meta dik tkun l-
unika proċedura permessa dwar tali pretensjoni taħt il-Kapitolu III tal-liġi fuq l-
arrest u l-inibizzjoni (log um kyrrsetningu og logbann).
TITOLU VII
Relazzjoni mal-Konvenzjoni ta’ Brussell u ma’ Konvenzjonijiet Oħra
Artikolu 54B
1. Din il-Konvenzjoni m’għandhiex tkun ta’ preġudizzju għal kif l-iStati
Membri tal-Komunitajiet Ewropej japplikaw il-Konvenzjoni dwar il-ġurisdizzjoni u
l-Infurzar ta’ Sentenzi fi Kwistjonijiet Ċivili u Kummerċjali, iffirmata fi Brussell
fis-27 ta’ Settembru 1968 u tal-Protokoll dwar l-interpretazzjoni ta’ dik il-
Konvenzjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja, iffirmat f’Lussemburgu fit-3 ta’ Ġunju 1971,
kif emendat mill-Konvenzjonijiet ta’ Aċċessjoni għal dik il-Konvenzjoni u għal dak
RATIFIKA TA’ KONVENZJONIJIET 
DWAR PROĊEDURI LEGALI ġ KAP. 443. 69
il-Protokoll mill-iStati li aċċedew għall-Komunitajiet Ewropej, liema
Konvenzjonijiet kollha u Protokoll qegħdin hawn iktar ’il quddiem jissemmew bħala
"il-Konvenzjoni ta’ Brussell".
2. Madankollu, il-Konvenzjoni għandha f’kull każ tiġi applikata:
(a) fi kwistjonijiet ta’ ġurisdizzjoni, meta l-konvenut ikollu d-
domiċilju tiegħu fit-territorju ta’ Stat Kontraenti li ma jkunx membru tal-
Komunitajiet Ewropej, jew meta l-Artikoli 16 jew 17 ta’ din il-Konvenzjoni
jkunu jagħtu ġurisdizzjoni lill-qrati ta’ dak l-iStat Kontraenti;
(b) dwar lis pendens jew azzjonijiet relatati kif hemm provdut fl-
Artikoli 21 u 22, meta jinbdew proċeduri fi Stat Kontraenti li ma jkunx membru
tal-Komunitajiet Ewropej u fi Stat Kontraenti li jkun membru tal-Komunitajiet
Ewropej;
(ċ) fi kwistjonijiet ta’ għarfien u infurzar, meta sew l-ewwel Stat sew
l-iStat indirizzat ma jkunx membru tal-Komunitajiet Ewropej.
3. B’żieda mar-raġunijiet li hemm provdut dwarhom fit-Titolu III, l-għarfien
jew l-infurzar jistgħu jiġu miċħuda jekk ir-raġuni tal-ġurisdizzjoni li fuqu tkun
issejset is-sentenza jkun jiddiferixxi minn dak li jirriżulta minn din il-Konvenzjoni u
l-għarfien jew l-infurzar jintalbu kontra xi parti li jkollha d-domiċilju tagħha fi Stat
Kontraenti li ma jkunx membru tal-Komunitajiet Ewropej, kemm-il darba s-sentenza
tkun tista’ xort’oħra tiġi rikonoxxuta jew infurzata taħt xi treġija ta’ dritt fl-iStat
indirizzat. 
Artikolu 55
Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tat-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 54 u ta’ l-
Artikolu 56, din il-Konvenzjoni għandha, għal dawk l-iStati li huma partijiet fiha,
tisboq lil dawn il-konvenzjonijiet li ġejjin li jkunu saru bejn xi tnejn jew aktar
minnhom:
- il-Konvenzjoni bejn il-Konfederazzjoni Elvetika u Franza fuq il-
ġurisdizzjoni u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili, ffirmata f’Pariġi fil-
15 ta’ Ġunju 1869,
- it-Trattat bejn il-Konfederazzjoni Elvetika u Spanja fuq l-infurzar
reċiproku ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali, ffirmata f’Madrid
fid-19 ta’ Novembru 1896,
- il-Konvenzjoni bejn il-Konfederazzjoni Elvetika u r-Reich Tedesk
fuq ir-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi u deċiżjonijiet ta’ l-arbitraġġ,
ffirmata f’Berna fit-2 ta’ Novembru 1929, 
- il-Konvenzjoni bejn id-Danimarka, Finlandja, Islanda, Norveġja u
Svezja fuq ir-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi, ffirmata f’Kopenħagen fis-
16 ta’ Marzu 1932,
- il-Konvenzjoni bejn il-Konfederazzjoni Elvetika u l-Italja fuq ir-
rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi, ffirmata f’Ruma fit-3 ta’ Jannar 1933,
- il-Konvenzjoni bejn l-Isvezja u l-Konfederazzjoni Elvetika fuq ir-
70 KAP. 443. ħ  
RATIFIKA TA’ KONVENZJONIJIET 
DWAR PROĊEDURI LEGALI
rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi u deċiżjonijiet arbitrali ffirmata fi
Stokkolma fil-15 ta’ Jannar 1936,
- il-Konvenzjoni bejn ir-Renju tal-Belġju u l-Awstrija fuq ir-
rikonoxximent u l-infurzar reċiproku ta’ sentenzi u istrumenti awtentiċi li
jirrigwardaw obbligazzjonijiet ta’ manteniment, iffirmata fi Vjenna fil-25 ta’
Ottubru 1957,
- il-Konvenzjoni bejn il-Konfederazzjoni Elvetika u l-Belġju fuq ir-
rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi u deċiżjonijiet ta’ l-arbitraġġ, iffirmata
f’Berna fid-29 ta’ April 1959,
- il-Konvenzjoni bejn ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u l-
Awstrija fuq ir-rikonoxximent u l-infurzar reċiproku ta’ sentenzi, arranġamenti u
istrumenti awtentiċi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali, ffirmata fi Vjenna fis-6
ta’ Ġunju 1959,
- il-Konvenzjoni bejn ir-Renju tal-Belġju u l-Awstrija fuq ir-
rikonoxximent u l-infurzar reċiproku ta’ sentenzi, deċiżjonijiet arbitrali u
istrumenti awtentiċi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali, ffirmata fi Vjenna fis-
16 ta’ Ġunju 1959,
- il-Konvenzjoni bejn l-Awstrija u l-Konfederazzjoni Elvetika fuq
ir-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi, ffirmata f’Berna fis-16 ta’ Diċembru
1960,
- il-Konvenzjoni bejn in-Norveġja u r-Renju Unit li tipprovdi għar-
rikonoxximent u l-infurzar reċiproku ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili, ffirmata
f’Londra fit-12 ta’ Ġunju 1961,
- il-Konvenzjoni bejn ir-Renju Unit u l-Awstrija li tipprovdi għar-
rikonoxximent u l-infurzar reċiproku ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u
kummerċjali, ffirmata fi Vjenna fl-14 ta’ Lulju 1961, bi Protokoll li jemenda
ffirmat f’Londra fis-6 ta’ Marzu 1970,
- il-Konvenzjoni bejn ir-Renju ta’ l-Olanda u l-Awstrija fuq ir-
rikonoxximent u l-infurzar reċiproku ta’ sentenzi u ta’ istrumenti awtentiċi fi
kwistjonijiet ċivili u kummerċjali, ffirmata f’L-Aja fis-6 ta’ Frar 1963,
- il-Konvenzjoni bejn Franza u l-Awstrija fuq ir-rikonoxximent u l-
infurzar ta’ sentenzi u istrumenti awtentiċi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali,
ffirmata fi Vjenna fil-15 ta’ Lulju 1966,
- il-Konvenzjoni bejn il-Lussemburgu u l-Awstrija fuq ir-
rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi u istrumenti awtentiċi fi kwistjonijiet
ċivili u kummerċjali, ffirmata f’Lussemburgu fid-29 ta’ Lulju 1971,
- il-Konvenzjoni bejn l-Italja u l-Awstrija fuq ir-rikonoxximent u l-
infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali, ta’ arranġamenti
ġudizzjarji u ta’ istrumenti awtentiċi, ffirmata f’Ruma fis-16 ta’ Novembru 1971,
RATIFIKA TA’ KONVENZJONIJIET 
DWAR PROĊEDURI LEGALI ġ KAP. 443. 71
- il-Konvenzjoni bejn in-Norveġja u r-Repubblika Federali tal-
Ġermanja fuq ir-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi u dokumenti eżegwibbli,
fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali, ffirmata f’Oslo fis-17 ta’ Ġunju 1977,
- il-Konvenzjoni bejn id-Danimarka, Finlandja, Islanda, Norveġja u
Svezja fuq ir-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili,
ffirmata f’Kopenħagen fil-11 ta’ Ottubru 1977,
- il-Konvenzjoni bejn l-Awstrija u Svezja fuq ir-rikonoxximent u l-
infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili, ffirmata fi Stokkolma fis-16 ta’
Settembru 1982,
- il-Konvenzjoni bejn l-Awstrija u Spanja fuq ir-rikonoxximent u l-
infurzar ta’ sentenzi, arranġamenti u istrumenti awtentiċi eżegwibbli fi
kwistjonijiet ċivili u kummerċjali, ffirmata fi Vjenna fis-17 ta’ Frar 1984,
- il-Konvenzjoni bejn in-Norveġja u l-Awstrija fuq ir-rikonoxximent
u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili, firmata fi Vjenna fil-21 ta’ Mejju
1984, u
- il-Konvenzjoni bejn il-Finlandja u l-Awstrija fuq ir-rikonoxximent
u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili, ffirmata fi Vjenna fis-17 ta’
Novembru 1986.
Artikolu 56
It-Trattat u l-konvenzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 55 għandhom jibqgħu
ikollhom effett għar-rigward ta’ dawk l-affarijiet li din il-Konvenzjoni ma tapplikax
għalihom.
Dawn għandhom jibqgħu ikollhom effett għar-rigward ta’ sentenzi li jingħataw u
dokumenti formalment abbozzati jew reġistrati bħala istrumenti awtentiċi qabel id-
dħul fis-seħħ ta’ din il-Konvenzjoni.
Artikolu 57
1. Din il-konvenzjoni m’għandhiex tolqot lil xi konvenzjonijiet li tagħhom l-
iStati Kontraenti huma jew għad ikunu partijiet u li għar-rigward ta’ affarijiet
partikolari, jirregolaw il-ġurisdizzjoni jew ir-rikonoxximent jew l-infurzar ta’
sentenzi.
2. Din il-Konvenzjoni m’għandhiex tipprevjeni lil xi qorti ta’ Stat Kontraenti li
jkun parti f’xi konvenzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu milli jassumi ġurisdizzjoni
skond ma jkun hemm f’dik il-konvenzjoni, ukoll meta l-konvenut ikollu d-domiċilju
tiegħu fi Stat Kontraenti li ma jkunx parti f’dik il-konvenzjoni.  Il-qorti li tkun qed
tieħu konjizzjoni ta’ l-azzjoni għandha, f’kull każ, tapplika l-Artikolu 20 ta’ din il-
Konvenzjoni.
3. Sentenzi li jingħataw fi Stat Kontraenti minn xi qorti b’eżerċizzju ta’
ġurisdizzjoni provdut dwarha f’xi konvenzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu
għandhom jiġu rikonoxxuti u infurzati fl-iStati Kontraenti l-oħra skond it-Titolu III
ta’ din il-Konvenzjoni.
4. B’żieda mar-raġunijiet li hemm provdut dwarhom fit-Titolu III, ir-
rikonoxximent jew l-infurzar jista’ jiġi rifjutat jekk l-iStat indirizzat ma jkunx parti
kontraenti għal xi konvenzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu u l-persuna li kontriha
jintalab ir-rikonoxximent jew l-infurzar ikollha d-domiċilju tagħha f’dak l-iStat,
72 KAP. 443. ħ  
RATIFIKA TA’ KONVENZJONIJIET 
DWAR PROĊEDURI LEGALI
kemm-il darba s-sentenzi jistgħu xort’oħra jkunu rikonoxxuti jew infurzati taħt xi
regolament ġuridiku li jkun fl-iStat indirizzat.
5. Meta konvenzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu li għaliha sew l-ewwel Stat
sew l-iStat indirizzat ikunu partijiet tkun tistipula kondizzjonijiet għar-
rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi, dawk il-kondizzjonijiet għandhom ikunu
japplikaw. F’kull każ, jistgħu jiġu applikati l-provvedimenti ta’ din il-Konvenzjoni li
jolqtu l-proċedura għar-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi.
Artikolu 58
(Xejn)
Artikolu 59
Din il-Konvenzjoni m’għandhiex tipprevjeni lil Stat Kontraenti milli jassumi
f’konvenzjoni dwar ir-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi, obbligazzjoni lejn
Stat terz biex dan ma jirrikonoxxix is-sentenzi mogħtija fi Stati Kontraenti oħra
kontra konvenuti li jkollhom id-domiċilju tagħhom jew li jkunu abitwalment
residenti fit-tielet Stat fejn, fil-każijiet li hemm provdut dwarhom fl-Artikolu 4, is-
sentenza tista’ tkun biss imsejsa fuq motivazzjoni ta’ ġurisdizzjoni speċifikata fit-
tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 3.
Madankollu, Stat Kontraenti ma jistax jassumi obbligazzjoni lejn Stat terz biex
dan ma jirrikonoxxix sentenza mogħtija fi Stat Kontraenti ieħor minn qorti li tibbaża
l-ġurisdizzjoni tagħha fuq il-preżenza fi ħdan dak l-iStat ta’ proprjetà  li tkun
tappartjeni lill-konvenut, jew il-qbid mill-attur ta’ proprjetà  li tkun tinsab
hemmhekk:
1. jekk l-azzjoni li tinġieb biex tasserixxi jew tiddikjara jeddijiet proprjetarji
jew possessorji f’dik il-proprjetà , tkun qed titlob li tikseb l-awtorità  li tiddisponi
minnha, jew tkun toriġina minn xi kwistjoni oħra li tkun tirrigwarda lil dik il-
proprjetà , jew
2. jekk il-proprjetà  tkun tikkostitwixxi l-garanzija għal dejn li jkun jifforma l-
mertu ta’ l-azzjoni.
TITOLU VIII
Disposizzjonijiet Finali
Artikolu 60
Dawn li ġejjin jistgħu jkunu partijiet f’din il-Konvenzjoni:
(a) Stati li, fil-waqt meta tinfetaħ din il-Konvenzjoni għall-firma,
jkunu membri tal-Komunitajiet Ewropej jew ta’ l-Assoċjazzjoni Ewropea għall-
Kummerċ Ħieles (EFTA);
(b) Stati li, wara l-ftuħ ta’ din il-Konvenzjoni għall-firma, isiru
membri tal-Komunitajiet Ewropej jew ta’ l-Assoċjazzjoni Ewropea għall-
Kummerċ Ħieles;
(ċ) Stati li jkunu mistiedna jaċċedu skond l-Artikolu 62 (1) (b).
Artikolu 61
1. Din il-Konvenzjoni għandha tinfetaħ għall-firma mill-iStati membri tal-
Komunitajiet Ewropej jew ta’ l-Assoċjazzjoni Ewropea għall-Kummerċ Ħieles.
RATIFIKA TA’ KONVENZJONIJIET 
DWAR PROĊEDURI LEGALI ġ KAP. 443. 73
2. Il-Konvenzjoni għandha titqiegħed għar-ratifika mill-iStati firmatarji.  L-
istrumenti ta’ ratifika għandhom jiġu depożitati għand il-Kunsill Federali Elvetiku.
3. Il-Konvenzjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tat-tielet xahar li jiġi
minnufih wara d-data meta żewġ Stati, li minnhom wieħed ikun membru tal-
Komunitajiet Ewropej u l-ieħor membru ta’ l-Assoċjazzjoni Ewropea għall-
Kummerċ Ħieles, jiddepożitaw l-istrumenti ta’ ratifika tagħhom.
4. Il-Konvenzjoni għandha tibda sseħħ għar-rigward ta’ kull Stat firmatarju
ieħor fl-ewwel jum tat-tielet xahar li jiġi minnufih wara d-depożitu ta’ l-istrument ta’
ratifika tiegħu. 
Artikolu 62
1. Wara li tidħol fis-seħħ din il-Konvenzjoni tinfetaħ sabiex ikunu jistgħu
jaċċedu għaliha:
(a) l-iStati msemmija fl-Artikolu 60 (b),
(b) Stati oħra li jkunu ġew mistiedna biex jaċċedu wara talba li ssir
minn wieħed mill-iStati Kontraenti lill-iStat depożitarju.  L-iStat depożitarju
għandu jistieden lill-iStat involut sabiex dan jaċċedi biss jekk, wara li jkun
ikkomunika l-kontenut kollu tal-komunikazzjonijiet li dan l-iStat ikun bi ħsiebu
jagħmel skond l-Artikolu 63, ikun kiseb il-ftehim unanimu ta’ l-iStati firmatarji
u ta’ l-iStati Kontraenti msemmija fl-Artikolu 60 (a) u (b).
2. Jekk Stat li jkun qiegħed jaċċedi jkun jixtieq jissupplixxi dettalji għall-
finijiet tal-Protokoll Nru. 1, għandhom isiru negozjati għal dak l-iskop.  Għandha
titlaqqa’ konferenza bil-għan li fiha jsiru negozjati mill-Kunsill Federali Elvetiku.
3. Għar-rigward ta’ Stat li jkun qiegħed jaċċedi, il-Konvenzjoni għandu jkollha
seħħ fl-ewwel jum tat-tielet xahar li jiġi minnufih wara d-depożitu ta’ l-istrument ta’
aċċessjoni tiegħu.
4. Madankollu, għar-rigward ta’ Stat li jkun qed jaċċedi kif imsemmi fil-
paragrafu 1 (a) jew (b), il-Konvenzjoni għandha sseħħ biss f’relazzjonijiet bejn l-
iStat li jkun qed jaċċedi u l-iStati Kontraenti li ma jkunu għamlu ebda oġġezzjoni
għall-aċċessjoni qabel l-ewwel jum tat-tielet xahar li jiġi minnufih wara d-depożitu
ta’ l-istrument ta’ aċċessjoni.
Artikolu 63
Kull Stat li jkun qed jaċċedi għandu, meta jkun qiegħed jiddepożita l-istrument ta’
aċċessjoni tiegħu, jikkomunika l-informazzjoni meħtieġa għall-applikazzjoni ta’ l-
Artikoli 3, 32, 37, 40, 41 u 55 ta’ din il-Konvenzjoni u jissupplixxi, jekk ikunu
meħtieġa, id-dettalji preskritti matul in-negozjati għall-finijiet tal-Protokoll Nru. 1.
Artikolu 64
1. Din il-Konvenzjoni hi konkluża għal perjodu inizjali ta’ ħames snin mid-
data meta tidħol fis-seħħ skond l-Artikolu 61 (3), ukoll fil-każ ta’ dawk l-iStati li
jirratifikawha jew li jaċċedu għaliha wara dik id-data.
2. Fi tmiem il-perjodu inizjali ta’ ħames snin, il-Konvenzjoni għandha tiġi
awtomatikament imġedda minn sena għal sena.
3. Ma’ l-iskadenza tal-perjodu inizjali ta’ ħames snin, kull Stat Kontraenti
jista’, f’kull żmien, jiddenunzja l-Konvenzjoni billi jibgħat avviż ta’ notifika lill-
Kunsill Federali Elvetiku. 
4. Id-denunzja għandha tibda sseħħ fi tmiem is-sena kalendarja li tiġi minnufih
74 KAP. 443. ħ  
RATIFIKA TA’ KONVENZJONIJIET 
DWAR PROĊEDURI LEGALI
wara l-iskadenza ta’ perjodu ta’ sitt xhur mid-data meta lill-Kunsill Federali
Elvetiku jasallu l-avviż ta’ notifika ta’ denunzja.
Artikolu 65
Dawn li ġejjin jinsabu annessi ma’ din il-Konvenzjoni:
- Protokoll Nru. 1, dwar ċerti kwistjonijiet ta’ ġurisdizzjoni,
proċedura u infurzar,
- Protokoll Nru. 2, dwar l-interpretazzjoni uniformi tal-
Konvenzjoni,
- Protokoll Nru. 3, dwar l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 57. 
Dawn il-Protokolli għandhom jiffurmaw parti integrali mill-Konvenzjoni.
Artikolu 66
Kull Stat Kontraenti jista’ jitlob ir-reviżjoni ta’ din il-Konvenzjoni.  Għal dak l-
għan, il-Kunsill Federali Elvetiku għandu joħroġ stediniet għal konferenza ta’
reviżjoni fi żmien sitt xhur mid-data tat-talba għal reviżjoni.
Artikolu 67
Il-Kunsill Federali Elvetiku għandu javża lill-iStati rappreżentati fil-Konferenza
Diplomatika ta’ Lugano u lill-iStati li jkunu aċċedew żmien wara għall-Konvenzjoni
dwar:
(a) id-depożitu ta’ kull istrument ta’ ratifika jew ta’ aċċessjoni,
(b) id-dati tad-dħul fis-seħħ ta’ din il-Konvenzjoni għar-rigward ta’ l-
iStati Kontraenti,
(ċ) kull denunzja riċevuta skond ma hemm fl-Artikolu 64,
(d) kull dikjarazzjoni riċevuta skond ma hemm fl-Artikolu Ia ta’
Protokoll Nru. 1,
(e) kull dikjarazzjoni riċevuta skond ma hemm fl-Artikolu Ib ta’
Protokoll Nru. 1,
(f) kull dikjarazzjoni riċevuta skond ma hemm fl-Artikolu IV ta’
Protokoll Nru. 1,
(d) kull komunikazzjoni magħmula skond ma hemm fl-Artikolu VI ta’
Protokoll Nru. 1.
Artikolu 68
Din il-Konvenzjoni, abbozzata f’oriġinal wieħed fl-ilsien Daniż, Olandiż, Ingliż,
Finlandiż, Franċiż, Ġermaniż, Grieg, Islandiż, Irlandiż, Taljan, Norveġiż, Portugiż,
Spanjol u Svediż, kull wieħed mill-erbatax il-test huwa daqsinsew awtentiku,
għandhom jiġu depożitati fl-arkivji tal-Kunsill Federali Elvetiku.  Il-Kunsill Federali
Elvetiku għandu jibgħat kopja ċertifikata lill-Gvern ta’ kull Stat rappreżentat fil-
Konferenza Diplomatika ta’ Lugano u lill-Gvern ta’ kull Stat li jkun qed jaċċedi. 
RATIFIKA TA’ KONVENZJONIJIET 
DWAR PROĊEDURI LEGALI ġ KAP. 443. 75
Protokoll Nru. 1 dwar 
Ċerti Kwistjonijiet ta’ Ġurisdizzjoni, Proċedura u Infurzar
Il-Partijiet Kontraenti Għolja ftiehmu fuq dawn il-provvedimenti, li għandhom
jiġu annessi mal-Konvenzjoni:
Artikolu I
Kull persuna li jkollha domiċilju fil-Lussemburgu li titħarrek f’xi qorti ta’ xi Stat
Kontraenti ieħor skond ma hemm fl-Artikolu 5 (1) tista’ tirrifjuta li tissottometti
ruħha għall-ġurisdizzjoni ta’ dik il-qorti.  Jekk il-konvenut ma jidhirx quddiemha, il-
qorti għandha tiddikjara minn jeddha li ma għandhiex ġurisdizzjoni.
Ftehim li jkun jikkonferixxi ġurisdizzjoni, fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 17, ikun
validu għar-rigward ta’ persuna li jkollha d-domiċilju tagħha fil-Lussemburgu biss
jekk dik il-persuna tkun espressament u speċifikament hekk qablet.
Artikolu Ia
1. L-Isvizzera tirriserva d-dritt li tiddikjara, fil-waqt li tiddepożita l-istrument
ta’ ratifika tagħha, li sentenza mogħtija f’xi Stat Kontraenti ieħor m’għandha la tiġi
rikonoxxuta lanqas infurzata fl-Isvizzera jekk ikun hemm dawn il-kondizzjonijiet li
ġejjin:
(a) il-ġurisdizzjoni tal-qorti li tkun tat is-sentenza tkun ibbażata biss
fuq l-Artikolu 5 (1) ta’ din il-Konvenzjoni, u
(b) il-konvenut kellu d-domiċilju tiegħu fl-Isvizzera fil-waqt meta
jkunu inbdew il-proċedimenti;  għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, kumpannija jew
persuna ġuridika oħra titqies bħala li jkollha d-domiċilju tagħha fl-Isvizzera jekk
hija jkollha s-sede reġistrat tagħha u ċ-ċentru effettiv ta’ attivitajiet fl-Isvizzera,
u
(ċ) il-konvenut jagħmel oġġezzjoni dwar ir-rikonoxximent jew l-
infurzar tas-sentenza fl-Isvizzera, sakemm huwa ma jkunx irrinunzja għall-
benefiċċju tad-dikjarazzjoni prevista taħt dan il-paragrafu.
2. Din ir-riserva m’għandhiex tapplika daqstant li fil-waqt li jkunu qed jintalbu
r-rikonoxximent jew l-infurzar, tkun ingħatat deroga mill-Artikolu 59 tal-
Kostituzzjoni Federali Elvetika.  Il-Gvern Elvetiku għandu jwassal tali derogi lill-
iStati firmatarji u lill-iStati li jkunu qegħdin jaċċedu.
3. Din ir-riserva għandha ttemm milli tibqa’ sseħħ fil-31 ta’ Diċembru 1999.  
Ir-riserva tista’ tiġi rtirata f’kull waqt.
Artikolu Ib
Kull Stat Kontraenti jista’, permezz ta’ dikjarazzjoni li ssir filwaqt ta’ l-iffirmar
jew tad-depożitu ta’ l-istrument ta’ ratifika jew ta’ aċċessjoni tiegħu, tirriserva d-
dritt, minkejja d-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 28, li ma tirrikonoxxix u ma
tinfurzax sentenzi mogħtija fl-iStati Kontraenti l-oħra jekk il-ġurisdizzjoni tal-qorti
ta’ l-ewwel Stat tkun imsejsa, skond ma hemm fl-Artikolu 16 (1) (b), esklużivament
fuq id-domiċilju tal-konvenut fl-ewwel Stat, u l-proprjetà  tkun tinsab fit-territorju
ta’ l-iStat li jkun għamel ir-riserva.
Artikolu II
Mingħajr preġudizzju għal provvedimenti iktar favorevoli ta’ liġijiet nazzjonali,
persuni li jkollhom id-domiċilju tagħhom fi Stat Kontraenti li jkunu qegħdin jiġu
76 KAP. 443. ħ  
RATIFIKA TA’ KONVENZJONIJIET 
DWAR PROĊEDURI LEGALI
mixlija fil-qrati kriminali ta’ xi Stat Kontraenti ieħor li ma jkunux ċittadini tiegħu
dwar xi reat li ma jkunx sar intenzjonalment, jistgħu jidhru biex jiddefenduhom
persuni kwalifikati għaldaqshekk, ukoll jekk il-mixlija ma jkunux personalment
preżenti.
Madankollu, il-qorti li tkun qed tieħu konjizzjoni tal-kwistjoni tista’ tordna li
persuna tidher fiżikament;  jekk persuna tonqos milli tidher, sentenza mogħtija fl-
azzjoni ċivili mingħajr ma l-persuna involuta kellha l-opportunità  li tagħmel
arranġamenti għad-difiża tagħha, tista’ ma tiġix rikonoxxuta jew infurzata fl-iStati
Kontraenti l-oħra.
Artikolu III
Fi proċedimenti għall-ħruġ ta’ ordni ta’ infurzar, ma jista’ jinġabar ebda ħlas,
dazju jew dritt kalkulat b’riferenza għall-valur tal-kwistjoni involuta fl-iStat fejn
ikun qed jintalab l-infurzar.
Artikolu IV
Dokumenti ġudizzjarji u estraġudizzjarji abbozzati fi Stat Kontraenti wieħed li
jkollhom jiġu notifikati lil persuni fi Stat Kontraenti ieħor għandhom jintbagħtu
skond il-proċeduri stipulati f’kull konvenzjoni u ftehim konklużi bejn l-iStati
Kontraenti.
Kemm-il darba l-iStat fejn ikollha ssir in-notifika ma joġġezzjonax permezz ta’
dikjarazzjoni lill-Kunsill Federali Elvetiku, dawk id-dokumenti jistgħu wkoll
jintbagħtu mill-uffiċjali pubbliċi idoneji ta’ l-iStat fejn ikun ġie abbozzat id-
dokument direttament lill-uffiċjali pubbliċi idoneji ta’ l-iStat fejn il-persuna
indirizzata tkun tista’ tinsab.  F’dan il-każ l-uffiċjal ta’ l-ewwel Stat għandu jibgħat
kopja tad-dokument lill-uffiċjal ta’ l-iStat fejn issir l-applikazzjoni dwar min ikun
kompetenti li jwassalha lill-persuna indirizzata.  Id-dokument għandu jintbagħat bil-
mod kif speċifikat bil-liġi ta’ l-iStat fejn issir l-applikazzjoni.  Dan it-twassil għandu
jiġi reġistrat b’ċertifikat li jintbagħat direttament lill-uffiċjal ta’ l-ewwel Stat.
Artikolu V
Il-ġurisdizzjoni speċifikata fl-Artikoli 6 (2) u 10 f’azzjonijiet dwar xi pleġġ jew
garanzija jew f’xi proċedimenti oħra li jirrigwardaw terzi ma tistax issir riferenza
għaliha fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, fi Spanja, fl-Awstrija u fl-Isvizzera.
Kull persuna li jkollha d-domiċilju tagħha fi Stat Kontraenti ieħor tista’ tiġi mħarrka
fil-qrati:
- tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja, skond ma hemm fl-Artikoli
68, 72, 73 u 74 tal-kodiċi ta’ proċedura ċivili (Zivilprozessordnung) li
jirrigwardaw l-avviżi lil terzi;
- ta’ Spanja, skond ma hemm fl-Artikolu 1482 tal-kodiċi ċivili;
- ta’ l-Awstrija, skond ma hemm fl-Artikolu 21 tal-kodiċi ta’
proċedura ċivili (Zivilprozessordnung) li jirrigwardaw l-avviżi lil terzi;
- ta’ l-Isvizzera, skond ma hemm fid-disposizzjonijiet adatti, li
jirrigwardaw avviżi lil terzi, tal-kodiċijiet kantonali ta’ proċedura ċivili.
Sentenzi mogħtija fl-iStati Kontraenti l-oħra bis-saħħa ta’ l-Artikolu 6 (2) jew l-
Artikolu 10 għandhom jiġu rikonoxxuti u infurzati fir-Repubblika Federali tal-
Ġermanja, fi Spanja, fl-Awstrija u fl-Isvizzera skond it-Titolu III.  Kull effett li
sentenzi mogħtija f’dawn l-iStati jista’ jkollhom fuq terzi bl-applikazzjoni tal-
RATIFIKA TA’ KONVENZJONIJIET 
DWAR PROĊEDURI LEGALI ġ KAP. 443. 77
provvedimenti li hemm fil-paragrafu preċedenti għandhom ukoll ikunu rikonoxxuti
fl-iStati Kontraenti l-oħra. 
Artikolu Va
Fi kwistjonijiet li jirrigwardaw il-manteniment, il-frażi ‘qorti’ tinkludi lill-
awtoritajiet amministrattivi tad-Danimarka, Islanda u Norveġja.
Fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali, il-frażi ‘qorti’ tinkludi lil ulosotonhaltija /
overexekutor tal-Finlandja.
Artikolu Vb
Fi proċeduri li jkunu jinvolvu xi tilwima bejn il-kaptan u xi membru ta’ l-
ekwipaġġ ta’ bastiment li jbaħħar li jkun reġistrat  fid-Danimarka, fil-Greċja, fl-
Irlanda, fl-Islanda, fin-Norveġja, fil-Portugall jew fl-Isvezja dwar ir-rimunerazzjoni
jew xi kondizzjonijiet oħra tas-servizz, qorti fi Stat Kontraenti għandha tistabbilixxi
jekk l-uffiċjal diplomatiku jew konsulari responsabbli għall-bastiment ikunx ġie
notifikat bit-tilwima.  Il-qorti għandha twaqqaf il-proċedimenti sakemm huwa ma
jkunx ġie notifikat.  Il-qorti għandha minn jeddha tiddeklina l-ġurisdizzjoni jekk l-
uffiċjal, wara li jkun ġie debitament notifikat, ikun eżerċita s-setgħat lilu mogħtija
fil-kwistjoni b’konvenzjoni konsulari, jew fin-nuqqas ta’ tali konvenzjoni jkun
għamel, fiż-żmien permess, xi oġġezzjoni għall-eżerċizzju ta’ dik il-ġurisdizzjoni.
Artikolu Vc
(Xejn)
Artikolu Vd
Mingħajr preġudizzju għall-ġurisdizzjoni tal-Uffiċċju tal-Privattivi Ewropew taħt
il-Konvenzjoni dwar l-għoti ta’ privattivi Ewropej, iffirmata fi Munich fil-5 ta’
Ottubru 1973, il-qrati ta’ kull Stat Kontraenti għandu jkollhom ġurisdizzjoni
esklużiva, bla ma jitqies id-domiċilju, fi proċedimenti li jirrigwardaw ir-
reġistrazzjoni jew il-validità  ta’ xi privattiva Ewropea mogħtija għal dak l-iStat li ma
tkunx privattiva tal-Komunità  bis-saħħa tal-provvediment ta’ l-Artikolu 86 tal-
Konvenzjoni għall-privattiva Ewropea għas-suq komuni, iffirmata f’Lussemburgu
fil-15 ta’ Diċembru 1975.
Artikolu VI
L-iStati Kontraenti għandhom jikkomunikaw lill-Kunsill Federali Elvetiku it-test
ta’ kull provvediment tal-liġijiet tagħhom li jkunu jemendaw sew dawk il-
provvedimenti tal-liġijiet tagħhom imsemmija fil-Konvenzjoni sew il-listi ta’ qrati
speċifikati fis-Sezzjoni 2 tat-Titolu III.
Protokoll Nru. 2 dwar
l-Interpretazzjoni Uniformi tal-Konvenzjoni
Preambolu
- Il-Partijiet Kontraenti Għolja,
- Filwaqt li jqisu l-Artikolu 65 ta’ din il-Konvenzjoni,
- Filwaqt li jikkunsidraw ir-rabta sostanzjali bejn din il-Konvenzjoni u l-
Konvenzjoni ta’ Brussell,
78 KAP. 443. ħ  
RATIFIKA TA’ KONVENZJONIJIET 
DWAR PROĊEDURI LEGALI
- Filwaqt li jikkunsidraw li l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej
bis-saħħa tal-Protokoll tat-3 ta’ Ġunju 1971 għandha ġurisdizzjoni li tiddeċiedi fuq
l-interpretazzjoni tal-provvedimenti tal-Konvenzjoni ta’ Brussell,
- Għaliex huma konsapevoli tad-deċiżjonijiet mogħtija mill-Qorti tal-
Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej fuq l-interpretazzjoni tal-Konvenzjoni ta’
Brussell sal-waqt tal-firma ta’ din il-Konvenzjoni,
- Filwaqt li jikkunsidraw li n-negozjati li wasslu għall-għemil tal-
Konvenzjoni kienu msejsa fuq il-Konvenzjoni ta’ Brussell fil-kuntest ta’ dawn id-
deċiżjonijiet;
- Filwaqt li jixtiequ jipprevjenu, b’kull rispett għall-indipendenza tal-qrati,
interpretazzjonijiet diverġenti u li jaslu għal interpretazzjoni kemm jista’ jkun
uniformi tal-provvedimenti tal-Konvenzjoni, u ta’ dawn il-provvedimenti u dawk
tal-Konvenzjoni ta’ Brussell li huma sostanazjalment riprodotti f’din il-
Konvenzjoni,
Ftiehmu kif ġej: 
Artikolu 1
Il-qrati ta’ kull Stat Kontraenti għandhom, meta jkunu qed japplikaw u
jinterpretaw il-provvedimenti tal-Konvenzjoni, jagħtu kas kif dovut tal-prinċipji
stipulati b’deċiżjonijiet rilevanti mogħtija minn qrati ta’ l-iStati Kontraenti l-oħra
dwar il-provvedimenti ta’ din il-Konvenzjoni.
Artikolu 2
1. Il-Partijiet Kontraenti jaqblu li jistabbilixxu sistema ta’ skambju ta’
informazzjoni li tirrigwarda sentenzi mogħtijin bis-saħħa ta’ din il-Konvenzjoni kif
ukoll sentenzi rilevanti taħt il-Konvenzjoni ta’ Brussell.  Din is-sistema
tikkomprendi:
- it-trasmissjoni lil korp ċentrali mill-awtoritajiet kompetenti ta’
sentenzi mogħtijin minn qrati ta’ istanza finali u mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-
Komunitajiet Ewropej, kif ukoll ta’ sentenzi ta’ ċertu importanza partikolari li
jkunu daħlu f’ġudikat u li jkunu ngħataw bis-saħħa ta’ din il-Konvenzjoni jew
tal-Konvenzjoni ta’ Brussell;
- il-klassifikazzjoni  ta’ dawn is-sentenzi mill-korp ċentrali inkluż,
skond kemm ikun meħtieġ, l-abbozzar u l-pubblikazzjoni ta’ traduzzjonijiet u
sommarji;
- il-komunikazzjoni mill-korp ċentrali tad-dokumenti rilevanti lill-
awtoritajiet nazzjonali kompetenti ta’ kull Stat firmatarju u li jkun qed jaċċedi
għall-Konvenzjoni u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej. 
2. Il-korp ċentrali hu r-Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet
Ewropej.
Artikolu 3
1. Għandu jitwaqqaf Kumitat permanenti għall-finijiet ta’ dan il-Protokoll.
2. Il-Kumitat ikun magħmul minn rappreżentanti li jinħatru minn kull Stat
firmatarju u li jkun qed jaċċedi.
3. Il-Komunitajiet Ewropej (Kummissjoni, Qorti tal-Ġustizzja, u Segretarjat
Ġenerali tal-Kunsill) u l-Assoċjazzjoni Ewropea għall-Kummerċ Ħieles, jistgħu
RATIFIKA TA’ KONVENZJONIJIET 
DWAR PROĊEDURI LEGALI ġ KAP. 443. 79
jattendu għal-laqgħa bħala osservaturi.
Artikolu 4
1. Fuq it-talba ta’ Parti Kontraenti, id-depożitarju tal-Konvenzjoni għandu
jlaqqa’ seduti tal-Kumitat bil-għan li jiskambja fehmiet dwar it-tħaddim tal-
Konvenzjoni u b’mod partikolari dwar
- l-iżvilupp tal-ġurisprudenza kif din tkun komunikata taħt l-ewwel
paragrafu l-ewwel subinċiż ta’ l-Artikolu 2,
- l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 57 tal-Konvenzjoni.
2. Il-Kumitat, fil-kuntest ta’ dawn l-iskambji, jista’ wkoll jeżamina kemm isir
sew jekk tinbeda fuq xi suġġett partikolari reviżjoni tal-Konvenzjoni u tagħmel
rakkomandazzjonijiet dwar dan.
Protokoll Nru. 3 dwar
l-Applikazzjoni ta’ l-Artikolu 57
Il-Partijiet Kontraenti Għolja ftiehmu kif ġej:
1. Għall-finijiet tal-Konvenzjoni, dawk il-provvedimenti li, għar-rigward ta’
kwistjonijiet partikolari, jirregolaw il-ġurisdizzjoni jew ir-rikonoxximent jew l-
infurzar ta’ sentenzi u li jkunu jew se jkunu kontenuti fl-atti ta’ l-Istituzzjonijiet tal-
Komunitajiet Ewropej għandhom jiġu ttrattati bl-istess mod bħalma jkunu l-
konvenzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 57.
2. Jekk xi Stat Kontraenti wieħed ikun tal-fehma li provvediment kontenut f’xi
att ta’ l-Istituzzjonijiet tal-Komunitajiet Ewropej ma jkunx kompatibbli mal-
Konvenzjoni, l-iStati Kontraenti għandhom jikkonsidraw kemm jista’ jkun malajr li
jemendaw il-Konvenzjoni skond ma hemm fl-Artikolu 66, mingħajr preġudizzju
għall-proċedura stabbilita bil-Protokoll Nru. 2.
Dikjarazzjoni mir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta’ l-iStati Firmatarji għall-
Konvenzjoni ta’ Lugano li huma Membri tal-Komunitajiet Ewropej fuq il-Protokoll
Nru. 3 dwar l-Applikazzjoni ta’ l-Artikolu 57 tal-Konvenzjoni
Mal-firma tal-Konvenzjoni dwar il-ġurisdizzjoni u l-infurzar ta’ sentenzi fi
kwistjonijiet ċivili u kummerċjali magħmula f’Lugano fis-16 ta’ Settembru 1988,
Ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta’ l-istati membri tal-Komunitajiet Ewropej,
Filwaqt li jqisu l-obbligazzjonijiet li huma daħlu fihom għar-rigward ta’ l-istati
membri ta’ l-Assoċjazzjoni Ewropea għall-Kummerċ Ħieles,
Ħerqanin li ma jippreġudikawx l-unità  tas-sistema legali mwaqqfa bil-
Konvenzjoni, 
Jiddikjaraw li se jieħdu l-miżuri kollha li jistgħu jieħdu biex meta jkunu qegħdin
jiġu abbozzati l-atti tal-Komunità  msemmija fil-paragrafu 1 tal-Protokoll Nru. 2
dwar l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 57, jiżguraw li jkun hemm rispett għar-regoli tal-
ġurisdizzjoni u rikonoxximent u infurzar ta’ sentenzi stabbiliti bil-Konvenzjoni.
80 KAP. 443. ħ  
RATIFIKA TA’ KONVENZJONIJIET 
DWAR PROĊEDURI LEGALI
Dikjarazzjoni mir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta’ l-iStati Firmatarji għall-
Konvenzjoni ta’ Lugano li huma Membri tal-Komunitajiet Ewropej
Mal-firma tal-Konvenzjoni dwar il-ġurisdizzjoni u l-infurzar ta’ sentenzi fi
kwistjonijiet ċivili u kummerċjali magħmula f’Lugano fis-16 ta’ Settembru 1988
Ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta’ l-istati membri tal-Komunitajiet Ewropej
Jiddikjaraw li jqisu bħala adatta li l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej,
meta din tkun qed tinterpreta il-Konvenzjoni ta’ Brussell, għandha tagħti kas sew
għad-deċiżjonijiet li jkunu jinsabu fil-ġurisprudenza tal-Konvenzjoni ta’ Lugano.
Dikjarazzjoni mir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta’ l-iStati Firmatarji tal-
Konvenzjoni ta’ Lugano li huma Membri tal-Assoċjazzjoni Ewropea għall-Kummerċ
Ħieles
Mal-firma tal-Konvenzjoni dwar il-ġurisdizzjoni u l-infurzar ta’ sentenzi fi
kwistjonijiet ċivili u kummerċjali magħmula f’Lugano fis-16 ta’ Settembru 1988,
Ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta’ l-istati membri ta’ l-Assoċjazzjoni Ewropea
għall-Kummerċ Ħieles
Jiddikjaraw li huma jqisu bħala ħaġa sew li meta l-qrati tagħhom jinterpretaw il-
Konvenzjoni ta’ Lugano, dawn għandhom jagħtu kas sew tad-deċiżjonijiet kontenuti
fil-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej u tal-qrati ta’ l-
iStati Membri tal-Komunitajiet Ewropej għar-rigward tal-provvedimenti tal-
Konvenzjoni ta’ Brussel li huma sostanzjalment riprodotti fil-Konvenzjoni ta’
Lugano.
RATIFIKA TA’ KONVENZJONIJIET 
DWAR PROĊEDURI LEGALI ġ KAP. 443. 81
IT-TIENI SKEDA
Dikjarazzjonijiet u Opposizzjonijiet
(Artikoli 5, 8, 21 u 42)
1. Il-Gvern ta’ Malta jiddikjara, skond ma hemm fl-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni
dwar in-Notifika Barra mill-Pajjiż ta’ Dokumenti Ġudizzjarji u Estraġudizzjarji
f’Affarijiet Ċivili jew Kummerċjali (L-Aja, 1965) li jinsab oppost għan-notifika ta’
dokumenti fit-territorju ta’ Malta li jsir direttament mill-aġenti diplomatiċi jew
konsulari ta’ xi Stat Kontraenti ieħor, skond l-ewwel paragrafu ta’ l-imsemmi
Artikolu 8, ħlief meta jkun iċ-ċittadin ta’ l-iStat Kontraenti li jagħmel dik in-
notifika.
2. Il-Gvern ta’ Malta jiddikjara, skond ma hemm fl-Artikolu 10 tal-
Konvenzjoni dwar in-Notifika Barra mill-Pajjiż ta’ Dokumenti Ġudizzjarji u
Estraġudizzjarji f’Affarijiet Ċivili jew Kummerċjali (L-Aja, 1965) li jinsab oppost
għall-użu mill-iStati Kontraenti l-oħra ta’ xi wieħed mill-metodi ta’ trasmissjoni u
notifika ta’ dokumenti msemmija fl-imsemmi Artikolu 10 fit-territorju tiegħu.
82 KAP. 443. ħ  
RATIFIKA TA’ KONVENZJONIJIET 
DWAR PROĊEDURI LEGALI
IT-TIELET SKEDA 
(Artikoli 10, 12 u 13)
Taqsima A
TALBA GĦAN-NOTIFIKA BARRA MILL-PAJJIŻ TA’ DOKUMENTI 
ĠUDIZZJARJI JEW ESTRAĠUDIZZJARJI LI JKUNU ORIĠINAW BARRA 
MINN MALTA
Konvenzjoni dwar in-Notifika Barra mill-Pajjiż ta’ Dokumenti Ġudizzjarji u 
Estraġudizzjarji f’Affarijiet Ċivili jew Kummerċjali, li kienet iffirmata fl-Aja
fil-15 ta’ Novembru, 1965.
L-applikant hawn taħt iffirmat għandu l-unur jittrasmetti żewġ kopji tad-
dokumenti hawn taħt elenkati u, skond ma hemm fl-Artikolu 5 tal-Konvenzjoni fuq
imsemmija, qiegħed jitlob in-notifika kemm jista’ jkun malajr ta’ kopja waħda
minnhom lill-persuna indirizzata, jiġifieri
(identità  u indirizz)
.........................................................................................................................
.........................................................................................................................
(a) skond id-disposizzjonijiet tas-subparagrafu (a) ta’ l-ewwel
paragrafu ta’ l-Artikolu 5 tal-Konvenzjoni*.
(b) skond il-metodu partikolari li ġej (subparagrafu (b) ta’ l-ewwel
paragrafu ta’ l-Artikolu 5)*: ............................................................................
.................................................................................................................
(ċ) bil-kunsinna lill-persuna indirizzata, jekk taċċetta volontarjament
(it-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 5)*.
L-awtorità  hija mitluba li tirritorna jew li tara li jiġu ritornati lill-applikant kopja
tad-dokumenti - u ta’ l-annessi* - flimkien ma’ ċertifikat  li jinsab fuq wara.
Elenku ta’ dokumenti
.........................................................................................................................
.........................................................................................................................
.........................................................................................................................
.........................................................................................................................
Magħmula fi......................., illum...........................
Firma u/jew timbru.
* Ħassar jekk mhux meħtieġ.
Identità  u indirizz ta' l-applikant Indirizz ta' l-awtorità  li tirċievi
RATIFIKA TA’ KONVENZJONIJIET 
DWAR PROĊEDURI LEGALI ġ KAP. 443. 83
Taqsima B
TALBA GĦAL NOTIFIKA BARRA L-PAJJIŻ TA’ DOKUMENTI ĠUDIZZJARJI 
JEW ESTRAĠUDIZZJARJI LI JORIĠINAW F’MALTA
Talba għal Notifika Barra l-Pajjiż ta’ Dokumenti Ġudizzjarji jew Estraġudizzjarji
L-applikant sottoskritt għandu l-unur li jittrasmetti żewġ kopji  tad-dokumenti
hawn taħt elenkati u, skond ma hemm fl-Artikolu 12 ta’ l-Att ta’ l-2001 dwar ir-
Ratifika ta’ Konvenzjonijiet dwar Proċeduri Legali, qiegħed jitlob li ssir in-notifika
kemm jista’ jkun malajr ta’ kopja waħda minnhom lill-persuna indirizzata, jiġifieri
(identità  u indirizz)
.........................................................................................................................
.........................................................................................................................
(a) skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 12 ta’ l-Att *.
(b) skond dan il-metodu partikolari li ġej *.
.........................................................................................................................
.........................................................................................................................
L-awtorità  hi mitluba li tirritorna jew li tara li tiġi ritornata lill-applikant kopja
tad-dokumenti - u ta’ l-annessi* - flimkien ma’ ċertifikat li jinsab fuq wara.
Elenku ta’ dokumenti
.........................................................................................................................
.........................................................................................................................
Magħmul fi ........................, illum ....................
Firma u/jew timbru
* Ħassar jekk mhux meħtieġ.
Identità  u indirizz ta' l-applikant Indirizz ta' l-awtorità  li tirċievi
(Jekk it-talba u d-dokumenti mhumiex fl-ilsien Ingliż, għandhom jintehmżu
magħhom żewġ traduzzjonijiet ċertifikati tagħhom fl-ilsien Ingliż.)
84 KAP. 443. ħ  
RATIFIKA TA’ KONVENZJONIJIET 
DWAR PROĊEDURI LEGALI
Fuq wara tat-talba
ĊERTIFIKAT
(Artikolu 13)
L-awtorità  sottoskritta għandha l-unur li tiċċertifika, skond l-artikolu 13 ta’ l-Att,  
(1) li d-dokument ikun ġie notifikat*
- illum (data)
.........................................................................................................................
- fi (post, triq, numru)
.........................................................................................................................
.........................................................................................................................
- f’wieħed minn dawn il-metodi li ġejjin:
(a) skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 12 ta’ l-Att*.
(b) skond dan il-metodu partikolari li ġej*:
.........................................................................................................................
.........................................................................................................................
Id-dokumenti msemmija fit-talba ġew ikkunsinnati lil:
- (identità  u deskrizzjoni ta’ persuna)
.......................................................................................................
.................................................................................................................
- qrubija jew relazzjoni ma’ l-indirizzat (familja, negozju jew
xort’oħra):
.......................................................................................................
.................................................................................................................
(2) li d-dokument ma ġiex notifkat, minħabba f’dawn il-fatti li ġejjin*.
.........................................................................................................................
.........................................................................................................................
.........................................................................................................................
Skond ma hemm fl-artikolu 14 ta’ l-Att, l-applikant huwa mitlub iħallas jew
jirrifondi l-ispejjeż u l-ħlasijiet imniżżlin fid-dikjarazzjoni hawn annessa.
Annessi
Dokumenti ritornati:
.........................................................................................................................
RATIFIKA TA’ KONVENZJONIJIET 
DWAR PROĊEDURI LEGALI ġ KAP. 443. 85
.........................................................................................................................
.........................................................................................................................
F’każijiet adatti, id-dokumenti li juru li saret in-notifika:
.........................................................................................................................
.........................................................................................................................
Magħmul fi......................., illum ....................
Firma u/jew timbru
* Ħassar jekk mhux meħtieġ.
Sommarju tad-Dokument li għandu jiġi Notifikat
(Artikolu 12(2))
Isem u indirizz ta’ l-awtorità /uffiċjal/persuna li jagħmlu t-talba:
.........................................................................................................................
.........................................................................................................................
Partikolaritajiet tal-partijiet*:
.........................................................................................................................
.........................................................................................................................
Dokument Ġudizzjarju**
Xorta u skop tad-dokument:
.........................................................................................................................
.........................................................................................................................
Xorta u skop tal-proċedimenti u, meta jkun hekk meħtieġ, l-ammont kontestat:
.........................................................................................................................
.........................................................................................................................
Data meta u post fejn persuna għandha tidher**:
.........................................................................................................................
.........................................................................................................................
Il-Qorti li tkun tat is-sentenza**:
.........................................................................................................................
.........................................................................................................................
Data tas-sentenza**:
.........................................................................................................................
Termini ta’ żmien dikjarati fid-dokument**:
.........................................................................................................................
86 KAP. 443. ħ  
RATIFIKA TA’ KONVENZJONIJIET 
DWAR PROĊEDURI LEGALI
Dokument Estraġudizzjarju**
Xorta u skop tad-dokument:
.........................................................................................................................
.........................................................................................................................
Termini ta’ żmien dikjarati fid-dokument**:
.........................................................................................................................
.........................................................................................................................
* Jekk ikun hekk meħtieġ, l-identità  u l-indirizz tal-persuna interessata fit-
twassil tad-dokument.
** Ħassar jekk mhux meħtieġ.
 
RATIFIKA TA’ KONVENZJONIJIET 
DWAR PROĊEDURI LEGALI ġ KAP. 443. 87
IR-RABA’ SKEDA
(Artikoli 22 u 42)
Riserva
Il-Gvern ta’ Malta jiddikjara, skond ma hemm fl-Artikolu 28 tal-Konvenzjoni
dwar l-Aċċess Internazzjonali għall-Ġustizzja (L-Aja, 1980), li jeskludi l-
applikazzjoni ta’ l-Artikolu 1 ta’ dik il-Konvenzjoni fil-każ ta’ persuni li ma jkunux
ċittadini ta’ xi Stat Kontraenti iżda li jkollhom ir-residenza tas-soltu tagħhom fi Stat
Kontraenti li ma jkunx Malta jew li qabel kellhom ir-residenza tas-soltu tagħhom
f’Malta, jekk ma jkun hemm ebda reċiproċità  ta’ trattament bejn Malta u l-iStat li
tiegħu l-applikanti għall-għajnuna legali jkunu ċittadini.
88 KAP. 443. ħ  
RATIFIKA TA’ KONVENZJONIJIET 
DWAR PROĊEDURI LEGALI
IL-ĦAMES SKEDA 
(Artikolu 44)
Emendi konsegwenzjali 
L-Ewwel Kolonna It-Tieni Kolonna
1. Regoli tal-Qorti
magħmulin bin-Not. tal-
Gvern 381 ta’ l-1911
konsolidati f’L.S.12.02
Ir-Regola 3 u l-Formola 3 fl-Iskeda tar-Regoli
għandhom jitħassru.
2. Regoli tal-Qorti
magħmulin bin-Not. tal-
Gvern 423 ta’ l-1930 -
konsolidati f’L.S.12.02
Minflok ir-regola 5 għandha tidħol din ir-regola li
ġejja:
''5. Meta ssir talba għall-applikazzjoni ta’ xi metodu
speċjali ta’ proċedura, il-Qorti ta’ l-Appell għandha tordna
li dan il-metodu ta’ proċedura għandu jiġi segwit, kemm-il
darba dan ma jkunx inkompatibbli mal-liġi interna ta’ l-iStat
ta’ esekuzzjoni jew ikun impossibbli li jitwettaq minħabba
fil-prattika u proċedura interna jew minħabba f’diffikultajiet
prattiċi.''.    
3. Kodiċi ta’ Organizzaz-
zjoni u Proċedura Ċivili -
Kap. 12.
(a) fl-artikolu 742(2), minflok il-kliem ''Il-
ġurisdizzjoni tal-qrati'', għandhom jidħlu l-kliem ''Salv kif
xort’oħra espressament provdut bil-liġi, u b’mod partikolari
bit-Taqsima V ta’ l-Att ta’ l-2001 dwar ir-Ratifika ta’
Konvenzjonijiet dwar Proċeduri Legali, il-ġurisdizzjoni tal-
qrati'';
(b) fl-artikolu 743(1), minflok il-kliem ''Jaqa' wkoll
taħt il-ġurisdizzjoni'', għandhom jidħlu l-kliem ''Bla ħsara
għad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (3), jaqa' wkoll taħt
il-ġurisdizzjoni'';
(ċ) fl-artikolu 743, minnufih wara s-subartikolu (2)
tiegħu, għandu jidħol dan is-subartikolu ġdid li ġej:
 ''(3) F’dawk il-każijiet regolati bit-Taqsima V ta’ l-Att
ta’ l-2001 dwar ir-Ratifika ta’ Konvenzjonijiet dwar
Proċeduri Legali, id-disposizzjonijiet ta’ dak l-Att
għandhom ikunu applikabbli''; u
(d) l-artikolu 826 għandu jitħassar u minfloku jidħol
dan l-artikolu ġdid li ġej:
''826. Salv id-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar l-
Esekuzzjoni Reċiproka ta' Sentenzi ta' Tribunali Ingliżi, ta'
l-Att dwar is-Sekwestru u l-Kustodja tal-Minuri, u l-Att ta’
l-2001 dwar ir-Ratifika ta’ Konvenzjonijiet dwar Proċeduri
Legali, u ta’ kull liġi oħra speċjali li tipprovdi b’mod
speċjali għal sentenzi partikolari li jinħarġu minn
ġurisdizzjonijiet partikolari, sentenza mogħtija minn qorti
kompetenti barra minn Malta u li tkun tikkostitwixxi res
judicata tista’ tiġi infurzata minn qorti kompetenti f’Malta,
bl-istess mod bħalma jkunu sentenzi mogħtija f’Malta, wara
li ssir ċitazzjoni li jkun fiha talba li jiġi ordnat l-infurzar ta’
dik is-sentenza.''.
RATIFIKA TA’ KONVENZJONIJIET 
DWAR PROĊEDURI LEGALI ġ KAP. 443. 89
4. Att dwar l-Affarijiet  tal-
Konsumatur - Kap. 378.
(a) Fl-artikolu 16(1), minflok il-kliem
''rispettivament.'', għandhom jidħlu l-kliem "rispettivament,
b'ġurisdizzjoni  li jisimgħu u jiddeċiedu talbiet skond id-
disposizzjonijiet relevanti tat-Taqsima V ta' l-Att ta’ l-2001
dwar ir-Ratifika ta' Konvenzjonijiet dwar Proċeduri Legali,
id-disposizzjonijiet ta' l-artikolu 742(1) tal-Kodiċi ta'
Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili, sakemm din tkun
tapplika, u dawn id-disposizzjonijiet li ġejjin ta' dan l-
artikolu.'';  u
(b) minnufih wara s-subartikolu (5) ta' l-imsemmi
artikolu 16, għandhom jiżdiedu dawn is-subartikoli ġodda li
ġejjin:
''(6) Meta l-operazzjoni li għaliha tkun tirreferi t-talba
ssir bejn persuna li jkollha d-domiċilju tagħha f'Malta u
persuna li jkollha d-domiċilju tagħha barra minn Malta, u l-
ġurisdizzjoni tat-tribunali rispettivi f'Malta u Għawdex ma
tkunx tista' tiġi aċċertata skond is-subartikoli preċedenti ta'
dan l-artikolu, il-ġurisdizzjoni għandha tvesti fit-Tribunal
għal Talbiet Konsumaturi (Malta).
 (7) Għall-finijiet tas-subartikolu (6), il-frażi ''jkollha
d-domiċilju tagħha'' għandha tiftiehem skond it-tifsira
mogħtija lill-frażi fl-Att ta’ l-2001 dwar ir-Ratifika ta'
Konvenzjonijiet dwar Proċeduri Legali.''.
