KUNSILL MALTI GĦALL-KULTURA U L-ARTI ġ KAP. 444. 1
KAPITOLU 444
ATT DWAR IL-KUNSILL MALTI 
GĦALL-KULTURA U L-ARTI
Biex jipprovdi għat-twaqqif ta’ Kunsill li jkun magħruf bħala l-Kunsill Malti għall-Kultura
u l-Arti biex jinkoraġġixxi u jippromwovi il-kultura f’perspettiva wiesgħa ta’ attività  socjo-
ekonomika, u sabiex jipprovdi dwar affarijiet anċillari ma’ dan jew li għandhom x’jaqsmu
miegħu.
15 ta’ Awissu, 2002
15 ta’ Diċembru, 2002
1 ta’ Jannar, 2003
L-Att V ta’ l-2002.
Arranġament ta’ l-Att
Artikolu
TAQSIMA I Preliminari  1-2
TAQSIMA II Twaqqif, Funzjonijiet u Tmexxija ta’ l-affarijiet tal-
Kunsill
3-12
TAQSIMA III Uffiċjali u Impjegati tal-Kunsill 13-17
TAQSIMA IV Disposizzjonijiet Finanzjarji 18-28
TAQSIMA V Trasferiment ta’ Ċertu Proprjetà  lill-Kunsill 29-31
TAQSIMA VI Mixxellanji 32-33
SKEDI
L-EWWEL SKEDA Lista ta’ Entitajiet tal-Gvern
IT-TIENI SKEDA Lista ta’ Attiv u Entitajiet
2 KAP. 444. ħ KUNSILL MALTI GĦALL-KULTURA U L-ARTI
TAQSIMA I 
PRELIMINARI
Titolu fil-qosor. 1. It-titolu fil-qosor ta’ dan l-Att hu Att dwar il-Kunsill Malti
għall-Kultura u l-Arti.
Tifsir. 2. F’dan l-Att, kemm-il darba ir-rabta tal-kliem ma tkunx
teħtieġ xort’oħra -
"Direttur Esekuttiv" tfisser persuna li tiġi maħtura taħt l-artikolu
5(1);
"impjegat" tfisser persuna impjegata mill-Kunsill;
"Kunsill" tfisser il-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti mwaqqaf
bl-artikolu 3;
"kuntrattur" tfisser persuna li taġixxi konformi ma’ ftehim
magħmul mal-Kunsill jew skond l-artikolu 5(2);
"Ministru’’ tfisser il-Ministru responsabbli għall-Kultura;
"President" tfisser il-President tal-Kunsill u tinkludi, fiċ-
ċirkostanzi msemmija fl-artikolu 3(3), il-Viċi-President jew kull
persuna oħra li tiġi maħtura biex tagħmilha ta’ President;
"preskritt" tfisser kif preskritt b’regolamenti magħmulin mill-
Ministru taħt id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att;
"sena finanzjarja" tfisser perjodu ta’ tnax-il xahar li jtemm fit-30
ta’ Settembru:
Iżda l-ewwel sena finanzjarja tal-Kunsill tibda mad-dħul
fis-seħħ ta’ dan l-Att u ttemm fit-30 ta’ Settembru tas-sena li tiġi
minnufih wara;
"uffiċjal pubbliku" għar-rigward ta’ artikolu 15, għandha l-istess
tifsira bħalma hu mogħti lilha bl-artikolu 124 tal-Kostituzzjoni.
TAQSIMA II 
TWAQQIF, FUNZJONIJIET U TMEXXIJA TA’ L-AFFARIJIET 
TAL-KUNSILL
Twaqqif u għamla 
tal-Kunsill Malti 
għall-Kultura u l-
Arti.
3. (1) Ikun hemm korp, li jkun magħruf bħala l-Kunsill Malti
għall-Kultura u l-Arti, u li jkun magħmul minn President u mhux
inqas minn erba’ u mhux iżjed minn tmien membri oħra. Wieħed
mill-membri jinħatar mill-Ministru responsabbli għal Għawdex.
(2) Il-membri tal-Kunsill jiġu maħtura mill-Ministru għal
żmien tliet snin, imma l-membri li jiġu hekk maħtura jkunu
eliġibbli biex jinħatru mill-ġdid meta jiskadi ż-żmien tagħhom fil-
kariga.
(3) Il-Ministru jista’ jsemmi wieħed mill-membri l-oħra tal-
Kunsill bħala Viċi-President u l-membru hekk imsemmi jkollu l-
poteri kollha u jaqdi l-funzjonijiet kollha ta’ President matul l-
assenza jew l-inkapaċità  tiegħu li jagħmilha ta’ President, jew meta
l-President ikun fuq btala, jew matul kull vakanza fil-kariga ta’
President; u l-Ministru jista’ wkoll, f’kull waħda miċ-ċirkostanzi
hawn qabel imsemmija, jaħtar persuna oħra biex tagħmilha ta’
KUNSILL MALTI GĦALL-KULTURA U L-ARTI ġ KAP. 444. 3
President u f’dak il-każ ikunu japplikaw id-disposizzjonijiet t’hawn
aktar qabel dwar dik il-persuna.
(4) Persuna ma tkunx kwalifikata li jkollha l-kariga bħala
membru tal-Kunsill jekk - 
(a) tkun Ministru, Segretarju Parlamentari jew Membru
tal-Kamra tad-Deputati, jew
(b) tkun Mħallef jew Maġistrat, jew
(ċ) ikollha interess finanzjarju jew xi interess ieħor f’xi
intrapriża jew attività  li x’aktarx taffettwa l-qadi ta’
dmirijietha bħala membru tal-Kunsill:
Iżda l-Ministru jista’ jwarrab l-iskwalifika ta’
persuna taħt dan il-paragrafu jekk dik il-persuna
tiddikjara li jkollha dak l-interess, u dik id-
dikjarazzjoni u t-twarrib ta’ l-iskwalifika jiġu
ppubblikati fil-Gazzetta.
(5) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu, l-kariga
ta’ membru tal-Kunsill issir vakanti - 
(a) meta jiskadi ż-żmien tiegħu fil-kariga, jew
(b) jekk ikun hemm ċirkostanzi illi, li kieku ma kienx
membru tal-Kunsill, kienu jwasslu għall-iskwalifika
tiegħu milli jiġi maħtur bħala tali.
(6) Membru tal-Kunsill jista’ jitneħħa mill-kariga mill-
Ministru jekk, fil-fehma tal-Ministru, dak il-membru ma jkunx
idoneu li jibqa’ fil-kariga jew ma jkunx baqa’ kapaċi li jaqdi
dmirijietu kif imiss bħala membru.
(7) Jekk membru jirriżenja jew jekk il-kariga ta’ membru tal-
Kunsill tkun xort’oħra vakanti jew jekk membru ma jkunx jista’
għal xi raġuni jaqdi l-funzjonijiet tal-kariga tiegħu, il-Ministru
jista’ jaħtar persuna li tkun kwalifikata li tiġi maħtura bħala
membru temporanju tal-Kunsill; u persuna li tiġi hekk maħtura
għandha, bla ħsara għal għad-disposizzjonijiet tas-subartikoli (5) u
(6), ittemm milli tibqa’ membru f’dak is-sens meta tiġi maħtura
persuna biex timla l-vakanza jew, skond ma jista’ jkun il-każ, meta
l-membru li ma kienx kapaċi jaqdi l-funzjonijiet tal-kariga tiegħu
jkompli jwettaq dawk id-dmirijiet.
(8) Membru tal-Kunsill li jkollu xi interess dirett jew indirett
f’xi kuntratt magħmul jew propost li jiġi magħmul mill-Kunsill, li
ma jkunx interess li jiskwalifika lil dak il-membru milli jibqa’
membru, għandu jiżvela x-xorta ta’ l-interess tiegħu fl-ewwel
seduta tal-Kunsill wara li jkun sar jaf bil-fatti relevanti.  Dak il-kxif
għandu mbagħad jiġi reġistrat fil-minuti tal-Kunsill, u l-membru li
jkollu interess kif hawn qabel imsemmi għandu jirtira minn kull
seduta li fiha jiġi diskuss dak il-kuntratt. Tali kxif għandu jitwassal
lill-Ministru mingħajr dewmien. Meta l-interess tal-membru jkun
tali li jiskwalifikah milli jibqa’ membru, huwa għandu jirrapporta l-
fatt minnufih lill-Ministru u jagħti r-riżenja tiegħu.
Funzjonijiet tal-
Kunsill.
4. (1) Ikun id-dmir tal-Kunsill li jippromwovi il-kultura ta’
Malta b’kull għamla ta’ espressjoni kreattiva u li jawmenta l-
aċċessibilità  tal-pubbliku għall-arti, u jkabbar il-patrimonju
4 KAP. 444. ħ KUNSILL MALTI GĦALL-KULTURA U L-ARTI
kulturali ta’ Malta kemm fil-pajjiż innifsu u barra mill-pajjiż.
(2) Fil-qadi ta’ dmirijietu, il-Kunsill għandu -
(a) jiżviluppa, jimmotiva u jtejjeb il-konoxxenza u l-
espressjoni tal-kultura u l-arti, u l-aċċessibilità
għalihom;
(b) jissalvagwardja l-iżvilupp dinamiku ta’ dawk il-
fattizzi kulturali, inklużi fattizzi intellettwali,
lingwistiċi u folkloristiċi, li jidentifikaw lill-poplu
Malti;
(ċ) jikkollabora mal-Kunsilli Lokali, organizzazzjonijiet
mhux governattivi u persuni l-oħra għall-promozzjoni
ta’ inizjattivi artistiċi u kulturali f’ambjent li
jirrikonoxxi l-valur ta’ l-kreatività  bħala wieħed
ċentrali għal komunità  matura u b’saħħitha;
(d) jinkoraġġixxi s-sejbien, żvilupp u espressjoni ta’ kull
potenzjal personali artistiku;
(e) jippromwovi l-parteċipazzjoni, l-inklusività , l-
egwaljanza u l-libertà  ta’ l-espressjoni, pluraliżmu u
identità  artistiċi fil-kultura;
(f) jadotta attitudni integrata u koperattiva ma’ persuni,
korpi u organizzazzjonijiet fil-kamp tal-kultura biex
jawmenta u jintensifika l-konoxxenza u l-
apprezzament ta’ attivitajiet kulturali u artistiċi;
(g) jippromwovi u jiżgura l-iżvilupp ta’ skemi edukattivi
li jinkoraġġixxu parteċipazzjoni attiva fi programmi u
attivitajiet kulturali u artistiċi;
(h) jagħti parir lill-Ministru fuq kull politka u strateġiji
kulturali li tinfirex biex tilħaq l-isfera soċjo-kulturali
kollha kemm hi;
(i) joħloq u jimplementa strateġiji li jiżguraw l-identità
tal-Kultura Maltija sew fil pajjiż innifsu sew barra
mill-pajjiż;
(j) jamministra skemi u jerfa’ kull responsabbiltà  oħra
għar-rigward ta’ dawk l-entitajiet artistiċi u kulturali
kif stipulat fl-Att jew hekk kif il-Ministru jista’ minn
żmien għal żmien jippreskrivi;
(k) xort’oħra jagħti pariri lill-Ministru fuq kull ħaġa li
jkollha x’taqsam mad-dmirijiet tiegħu taħt dan l-Att
jew kull Att ieħor.
(3) Il-Kunsill għandu wkoll:
(a) jissorvelja, kostantement iqis u jevalwa kull livell,
xogħol u attività  konnessi ma’ kull ma hu kulturali u
artistiku;
(b) iwettaq studji, riċerka jew investigazzjoni konnessi
ma’ kull ma hu kulturali u artistiku;
(ċ) jipprovdi informazzjoni u joħroġ linji direttivi, lill-
pubbliku u lil entitajiet kulturali, konnessi ma’ kull ma
hu kulturali u artistiku;
KUNSILL MALTI GĦALL-KULTURA U L-ARTI ġ KAP. 444. 5
(d) jagħmel dak kollu li jista’ jkun meħtieġ għall-qadi kif
imiss ta’ dmirijietu taħt dan l-Att, inkluż it-twaqqif ta’
entitajiet u kumitati oħra skond ma jkun meħtieġ bl-
approvazzjoni tal-Ministru;
(e) jaqdi dawk id-dmirijiet l-oħra li jistgħu minn żmien
għal żmien jingħatawlu mill-Ministru.
Tmexxija ta’ l-
affarijiet tal-
Kunsill.
5. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan l-Att, it-
tmexxija ta’ l-affarijiet u l-ħidma tal-Kunsill jaqgħu taħt ir-
responsabbiltà  tal-Kunsill innifsu imma,  salv kif hawn qabel
imsemmi, t-tmexxija esekuttiva tal-Kunsill, l-amministrazzjoni u l-
organizzazzjoni tiegħu u l-kontroll amministrattiv ta’ l-uffiċjali u l-
impjegati tiegħu, jkunu r-responsabbiltà  ta’ Direttur Esekuttiv li
jkollu wkoll dawk il-poteri l-oħra li jistgħu minn żmien għal żmien
ikunu lilu delegati mill-Kunsill.
(2) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) il-
Kunsill jista’ jeserċita dmirijietu permezz ta’ kull wieħed mill-
uffiċjali jew impjegati tiegħu jew permezz ta’ xi entità  jew aġenzija
awtorizzati għaldaqstant, jew permezz ta’ kuntrattur jew xi persuna
oħra li magħhom ikun sar ftehim għall-qadi ta’ xi wieħed jew iktar
minn dawk id-dmirijiet.
(3) Id-Direttur Esekuttiv għandu jattendi kull seduta tal-Kunsill
imma ma jivvotax waqt dawk is-seduti:
Iżda l-Kunsill jista’, jekk iqis li jkun hekk xieraq, jitlob lid-
Direttur Esekuttiv biex ma jattendix għal xi seduta jew parti minn
xi seduta.
(4) Id-Direttur Esekuttiv għandu, bla ħsara għall-kontroll
ġenerali u d-direzzjoni tal-Kunsill, ikun responsabbli għall-
implimentazzjoni ta’ l-għanijiet tal-Kunsill fl-eserċizzju ta’
dmirijietu u mingħajr preġudizzju għall-ġeneralità  ta’ dak imsemmi
hawn aktar qabel huwa għandu -
(a) jassumi kull responsabbiltà  għall-amministrazzjoni u
organizzazzjoni u l-kontroll amministrattiv ta’ l-
uffiċjali u l-impjegati tal-Kunsill u għal dak l-għan,
jassenja lil kull uffiċjal jew impjegat dawk id-dmirijiet
li jistgħu jkunu meħtieġa;
(b) jiżviluppa l-istrateġiji meħtieġa għall-
implimentazzjoni ta’ l-għanijiet tal-Kunsill;
(ċ) jagħti parir lill-Kunsill fuq kull ħaġa li jista’ jirriferilu
jew fuq kull ħaġa li jqis li tkun meħtieġa jew spedjenti; 
(d) jaqdi dawk id-dmirijiet l-oħra li l-Kunsill jista’
jassenjalu minn żmien għal żmien.
Kalendarju ta’ 
avvenimenti.
6. (1) Għall-finijiet ta’ dan l-Att il-Kunsill għandu jiżviluppa,
jippubblika, jsostni u jimplimenta Kalendarju ta’ Avvenimenti li
jkun jiżgura programm kontinwu ta’ avvenimenti kulturali u
artistiċi li jkunu organizzati mill-Kunsill innifsu jew minn korpi,
entitajiet jew persuni oħra ffinanzjati jew issussidjati skond l-
artikolu 7.
(2) Il-Kunsill għandu jinkludi wkoll fil-Kalendarju ta’
6 KAP. 444. ħ KUNSILL MALTI GĦALL-KULTURA U L-ARTI
Avvenimenti dawk il-programmi, inizjattivi u avvenimenti
kulturali u artistiċi prodotti minn entitajiet, għaqdiet jew persuni
oħra apparti dawk imsemmija fis-subartikolu (1), u li fil-fehma tal-
Kunsill jistħoqqilhom ikunu hekk inklużi għall-aħjar promozzjoni
tagħhom.
Skemi għall-
allokazzjoni ta’ 
flus jew sussidji lil 
entitajiet kulturali 
u artistiċi.
7. Bil-għan li jkattar l-għanijiet tiegħu, il-Kunsill għandu -
(a) jgħaddi bil-quddiem dawk il-flejjes li jistgħu jiġu
allokati mill-Gvern għat-tmexxija, l-amministrazzjoni
u l-ħtiġiet operattivi ta’ l-entitajiet elenkati fl-Ewwel
Skeda;
(b) jalloka flejjes mogħtija b’donazzjoni lil, jew imqegħda
b’fiduċja għand, il-Kunsill minn xi persuna b’għan
speċifiku jew għall-promozzjoni tal-kultura u l-arti
b’mod ġenerali, u skond dawk il-pattijiet u l-
kondizzjonijiet, jekk ikun hemm, stipulati minn dik il-
persuna:
Iżda meta ma jkun hemm ebda patt jew
kondizzjoni marbuta ma’ l-allokazzjoni ta’ flejjes,
għandhom japplikaw id-disposizzjonijiet tal-paragrafu
(ċ);
(ċ) jamministra skemi preskritti mill-Ministru għall-fini
ta’ ffinanzjar jew issussidjar ta’ l-organizzazzjoni ta’
programmi, inizjattivi u avvenimenti kulturali u
artistiċi prodotti minn kull min ikun, entità  jew
persuna hekk kwalifikati taħt id-disposizzjonijiet ta’
regolamenti adatti li jsiru taħt dan l-Att. 
Twaqqif ta’ korpi 
maqgħuda biex 
jamministraw, 
eċċ., l-attiv 
kulturali.
8. (1) Il-Ministru jista’ b’ordni jistabbilixxi korpi magħquda
li jkollhom personalità  ġuridika distinta biex jamministraw u
jmexxu xi jew kull attiv jew intrapriża li hemm elenkati fit-Tieni
Skeda.
(2) Il-Ministru għandu f’dak l-ordni jistabbilixxi l-
komposizzjoni u l-poteri tal-korpi regolatorji ta’ dawk il-korpi
magħquda u għandu jistabbilixxi regoli dwar il-kontabilità , l-
kontroll finanzjarju u l-verifika ta’ dawk il-korpi kif ukoll ir-regoli
dwar kull ħaġa oħra anċillari għal dan li l-Ministru jista’ fil-fehma
tiegħu iqis li tkun meħtieġa għar-regolamentazzjoni tajba u l-
funzjonament kif imiss ta’ dawk il-korpi.
(3) Il-Ministru jista’ minn żmien għal żmien b’regolamenti
magħmulin taħt dan l-artikolu jemenda jew jissostitwixxi r-regoli
msemmija fis-subartikolu (2).
(4) Il-Ministru jista’ b’ordni bħal dik ineħħi kull attiv jew
intrapriża mill-amministrazzjoni jew it-tmexxija ta’ xi korp
magħqud imwaqqaf taħt dan l-artikolu u jista’ wkoll b’ordni bħal
dak jittrasferixxi dik l-amministrazzjoni jew tmexxija minn korp
magħqud hekk imwaqqaf għal xi korp magħqud ieħor, imma ma
jistax b’ordni bħal dak ixolji xi korp magħqud imwaqqaf taħt dan l-
artikolu.
(5) Il-Ministru jista’ b’avviż fil-Gazzetta jżid mal-lista ta’ attiv
u intrapriżi elenkati fit-Tieni Skeda.
KUNSILL MALTI GĦALL-KULTURA U L-ARTI ġ KAP. 444. 7
(6) Kull ordni bħal dik imsemmija f’dan l-artikolu għandha tiġi
pubblikata fil-Gazzetta malajr kemm jista’ jkun.
Relazzjonijiet bejn 
il-Ministru u l-
Kunsill.
9. (1) Il-Ministru jista’, minn żmien għal żmien jagħti lill-
Kunsill dawk id-direttivi bil-miktub li huwa jista’ jqis meħtieġa,
sakemm tali direttivi ma jkunux inkonsistenti mad-disposizzjonijiet
ta’ dan l-Att, u l-Kunsill għandu, malajr kemm jista’ jkun, jagħti
effett lil dawk id-direttivi kollha u għandu jmexxi l-affarijiet tiegħu
skond dawk id-direttivi.
(2) Il-Kunsill għandu jagħti lill-Ministru faċilitajiet għall-ksib
ta’ informazzjoni dwar il-proprjetà  u l-attivitajiet tiegħu u
jipprovdilu prospetti, kontijiet u kull informazzjoni oħra f’dak ir-
rigward, u jagħtih kull faċilità  għall-verifika ta’ informazzjoni
mogħtija, b’tali mod u f’dawk iż-żminijiet li huwa jista’
raġonevolment jeħtieġ.
(3) Jekk il-Kunsill jonqos milli jħares xi direttiva maħruġa taħt
dan l-artikolu, il-Prim Ministru jista’ jagħmel ordni li jittrasferixxi
lill-Ministru għalkollox jew f’parti minnhom xi funzjonijiet tal-
Kunsill.
Personalità  
ġuridika u 
rappreżentanza tal-
Kunsill.
10. (1) Il-Kunsill ikun korp magħqud b’personalità  legali
distinta u jkun kapaċi, bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-
Att, li jagħmel kuntratti ta’ akkwist, pussess u tneħħija ta’ kull
xorta ta’ proprjetà  għall-finijiet tal-funzjonijiet tiegħu, li jħarrek u
jiġi mħarrek, u li jagħmel dak kollu u li jidħol f’dawk l-
operazzjonijiet kollha hekk kif inhuma inċidentali jew iwasslu
għall-eserċizzju jew il-qadi tal-funzjonijiet tiegħu taħt dan l-Att,
inkluż it-tislif jew is-self ta’ flus.
(2) Ir-rappreżentanza legali tal-Kunsill għandha tvesti
konġuntement fil-President u fid-Direttur Esekuttiv:
Iżda l-Kunsill jista’ jaħtar lil xi wieħed jew aktar mill-
membri jew l-uffiċjali jew l-impjegati tiegħu biex jidhru f’isem u
għan-nom tal-Kunsill fi proċedimenti ġudizzjarji u fuq kull att,
kuntratt, istrument jew dokument ieħor li jkun.
(3) Kull dokument li jkollu l-iskop li jkun istrument magħmul
jew maħruġ mill-Kunsill u ffirmat mill-President, jew maħruġ mid-
Direttur Esekuttiv u ffirmat minnu,  jista’ jinġieb bi prova u
għandu, sakemm ma jiġix ippruvat il-kuntrarju, jitqies bħala
istrument magħmul jew maħruġ mill-Kunsill jew mid-Direttur
Esekuttiv.
Disposizzjonijiet 
dwar proċedimenti 
tal-Kunsill.
11. (1) Is-seduti tal-Kunsill għandhom jitlaqqgħu mill-
President daqstant drabi daqskemm jista’ jkun meħtieġ imma mill-
anqas darba kull xahrejn jew b’inizjattiva tiegħu jew fuq talba ta’
tnejn mill-membri l-oħra.
(2) Nofs l-għadd tal-membri li f’dak iż-żmien ikunu
jikkostitwixxu l-Kunsill jiffurmaw quorum.  Id-deċiżjonijiet jistgħu
jiġu adottati b’maġġoranza sempliċi tal-voti tal-membri preżenti u
li jivvotaw. Il-President, jew fl-assenza tiegħu il-Viċi-President jew
min jiġi maħtur biex jagħmilha ta’ President, ikollu vot inizjali u
fil-każ ta’ egwaljanza ta’ voti, vot deċiżiv. Mingħajr preġudizzju
għall-ħtiġiet l-oħra ta’ dan l-Att, ebda deċiżjoni ma tkun valida
8 KAP. 444. ħ KUNSILL MALTI GĦALL-KULTURA U L-ARTI
jekk ma tkunx mill-anqas appoġġjata minn tliet membri tal-Kunsill.
(3) Il-Kunsill jista’ minn żmien għal żmien jistieden persuna
tattendi għal xi seduta waħda jew aktar tiegħu sabiex tipprovdi
parir espert dwar xi ħaġa li jista’ jkun qed jiddiskuti:
Iżda dik il-persuna għandha tkun mistiedna biss għal għadd
limitat ta’ seduti u f’dak li għandu x’jaqsam ma’ xi suġġett
speċifiku u sakemm ukoll li ma tivvotax f’dawk is-seduti.
(4) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att il-Kunsill
jista’ jirregola l-proċedura tiegħu nnifsu.
(5) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet t’hawn aktar qabel ta’ dan
l-artikolu, ebda att jew proċediment tal-Kunsill m’għandu jkun
invalidat unikament minħabba fl-eżistenza ta’ xi vakanza fost il-
membri.
(6) Kull att magħmul minn persuna li taġixxi bonafidi bħala
membru tal-Kunsill ikun validu bħallikieku kien membru minkejja
li wara kellu jiġi skopert xi difett fil-ħatra jew kwalifiki tiegħu.
M’għandu jiġi indagat ebda att jew proċediment tal-Kunsill abbażi
tal-ksur, minn xi membru, tad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 3(8).
Forum Nazzjonali. 12. (1) Il-Ministru għandu, darba kull sentejn, ilaqqa’ Forum
Nazzjonali għall-Kultura u l-Arti, fejn jistieden il-parteċipazzjoni
fih tal-Kunsill u ta’ l-uffiċjali tal-Kunsill, dipartimenti u entitajiet
oħra tal-Gvern, rappreżentanti tal-Kunsilli Lokali, għaqdiet mhux
governattivi u dawk volontarji, istituzzjonjiet edukattivi, kulturali u
artistiċi sew pubbliċi sew privati, kif ukoll rappreżentanti tas-
setturi turistiċi, kummerċjali u tal-mezzi ta’ komunikazzjoni
awdjo-visivi, u kull parti oħra li turi bil-miktub lill-Ministru li
għandha interess.
(2) Il-Forum għandu jiddiskuti l-politika nazzjonali dwar il-
kultura u l-arti kif tkun fis-seħħ minn żmien għal żmien, kif ukoll l-
istat tal-kultura u l-arti b’mod ġenerali wara li jisma’ rapport
dwarhom li jkun imħejji mid-Direttur Eżekuttiv.
(3) Il-Ministru għandu jirregola l-proċeduri tal-Forum u jaħtar
il-President tiegħu.
(4) Il-proċeduri tal-Forum għandhom ikunu ppubblikati u jiġu
mibgħuta lill-Ministru.
(5) Il-Ministru għandu jagħti avviż pubbliku bil-quddiem mill-
anqas xahar qabel ma jiltaqa’ l-Forum.
TAQSIMA III 
UFFIĊJALI U IMPJEGATI TAL-KUNSILL
Ħatriet tal-
persunal.
13. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-Kostituzzjoni u ta’
kull liġi oħra applikabbli għal dan, u mingħajr preġudizzju għad-
disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan l-Att, il-ħatra ta’ uffiċjali u
impjegati oħra tal-Kunsill għandha ssir mill-Kunsill. Il-pattijiet u l-
kondizzjonijiet ta’ impieg għandhom jiġu stabbiliti mill-Kunsill bi
ftehim mal-Ministru.
(2) Id-Direttur Esekuttiv għandu jiġi maħtur mill-Kunsill bi
KUNSILL MALTI GĦALL-KULTURA U L-ARTI ġ KAP. 444. 9
ftehim mal-Ministru għal perjodu ta’ tliet snin u dak il-perjodu
jista’ jittawwal għal perjodi ulterjuri ta’ tliet snin soġġett għal
twettiq sodisfaċenti:
Iżda l-ewwel Direttur Esekuttiv għandu jiġi maħtur mill-
Ministru għal perjodu ta’ erba’ snin.
Il-ħatriet ikunu 
skond il-
funzjonijiet tal-
Kunsill.
14. Il-Kunsill għandu jaħtar u jimpjega, b’dik ir-
rimunerazzjoni u b’dawk il-pattijiet u l-kondizzjonijiet hekk kif
jista’ skond l-artikolu 13 jistabbilixxi, lil dawk l-uffiċjali u
impjegati tal-Kunsill li jistgħu minn żmien għal żmien ikunu
meħtieġa għall-qadi kif imiss u effiċjenti tal-funzjonijiet tal-
Kunsill.
Inkarigu ta’ 
uffiċjali pubbliċi 
għal xogħol mal-
Kunsill.
15. (1) Il-Prim Ministru jista’, fuq talba tal-Kunsill, minn
żmien għal żmien jordna li uffiċjal pubbliku jitqabbad jagħmel
xogħol mal-Kunsill f’dik il-kapaċità  u b’seħħ minn dik id-data li
jistgħu jkunu speċifikati fl-ordni.
(2) Il-perjodu li matulu ordni kif hawn qabel imsemmija tkun
tapplika għal xi uffiċjal li jkun speċifikat fiha, għandu, kemm-il
darba l-uffiċjal ma jirtirax mis-servizz pubbliku, jew xort’oħra
jtemm milli jibqa’ fil-kariga f’data li tiġi qabel, jew inkella għax
tiġi speċifikata data differenti fl-ordni, jtemm mal-ġrajja ta’ xi
avveniment minn dawn li ġejjin, jiġifieri jekk:
(a) dak l-uffiċjal jaċċetta offerta ta’ trasferiment għas-
servizz tal-Kunsill u impieg permanenti miegħu
konformi ma’ l-artikolu 16; jew
(b) il-Prim Ministru jirrevoka ordni magħmula minnu taħt
dan l-artikolu għar-rigward ta’ dak l-uffiċjal.
(3) Meta ordni kif hawn qabel imsemmija tiġi revokata mill-
Prim Ministru għar-rigward ta’ xi uffiċjal, il-Prim Ministru jista’,
b’ordni ulterjuri, jqabbad lil dak l-uffiċjal jagħmel xogħol mal-
Kunsill f’dik il-kapaċità  u b’seħħ minn dik id-data li jistgħu jkunu
speċifikati fl-ordni ulterjuri u d-disposizzjonijiet tas-subartikolu
(2) għandhom, malli jiġri dan, ikunu japplikaw għall-perjodu għal
kemm iddum dik l-ordni ulterjuri għar-rigward ta’ dak l-uffiċjal.
Status ta’ uffiċjali 
pubbliċi inkarigati 
jagħmlu xogħol 
mal-Kunsill.
16. (1) Meta uffiċjal pubbliku jitqabbad jagħmel xogħol mal-
Kunsill taħt xi disposizzjoni ta’ l-artikolu 15, dak l-uffiċjal għandu,
matul il-perjodu li fih dik l-ordni jkollha effett għar-rigward tiegħu,
jkun taħt l-awtorità  amministrattiva u l-kontroll tal-Kunsill imma
huwa għandu għal kull għan u fini ieħor jibqa’ u jkun ikkunsidrat u
ttrattat bħala uffiċjal pubbliku.
(2) Mingħajr preġudizzju għall-ġeneralità  t’hawn aktar qabel,
uffiċjal li jitqabbad jagħmel xogħol kif hawn qabel imsemmi -
(a) m’għandux matul il-perjodu li matulu huwa jkun hekk
imqabbad -
(i) ikun prekluż milli japplika għal trasferiment f’xi
dipartiment tal-Gvern skond il-pattijiet u l-
kondizzjonijiet ta’ servizz marbuta mal-ħatra
taħt il-Gvern li kellu fid-data li fiha huwa hekk
jitqabbad jagħmel ix-xogħol; jew
10 KAP. 444. ħ KUNSILL MALTI GĦALL-KULTURA U L-ARTI
(ii) ikun hekk impjegat li r-rimunerazzjoni u l-
kondizzjonijiet ta’ servizz tiegħu ikunu inqas
favorevoli minn dawk li jkunu marbutin mal-
ħatra taħt il-Gvern u li jkun qed igawdi fid-data
hawn qabel imsemmija jew li kieku kienu jkunu
marbuta ma’ dik il-ħatra, matul dak il-perjodu, li
kieku dak l-uffiċjal ma kienx ġie mqabbad
jagħmel xogħol mal-Kunsill; u
Kap. 93.
Kap. 58.
(b) ikollu jedd li s-servizz tiegħu mal-Kunsill jiġi
kkunsidrat bħala servizz mal-Gvern għall-finijiet ta’
pensjoni, gratwità , jew benefiċċju taħt l-Ordinanza
dwar il-Pensjonijiet u l-Att dwar il-Pensjoni tar-Romol
u l-Orfni, u ta’ kull dritt jew privileġġ ieħor li kien
ikollu jedd għalih, u jkun responsabbli għal dak kollu
li jista’ jkun responsabbli għalih, li kieku ma jkunx ġie
mqabbad jagħmel xogħol mal-Kunsill.
(3) Meta ssir applikazzjoni kif hemm provdut fis-subartikolu
(2)(a)(i) għandha tingħatalha l-istess konsiderazzjoni bħallikieku l-
applikant ma kienx ġie mqabbad jagħmel servizz mal-Kunsill.
(4) Il-Kunsill għandu jħallas lill-Gvern dawk il-
kontribuzzjonijiet li jistgħu minn żmien għal żmien jiġu stabbiliti
mill-Ministru responsabbli għall-finanzi dwar in-nefqa ta’ kull
pensjoni u gratwità  li jista’ jaqla’ uffiċjal li jiġi mqabbad jagħmel
xogħol mal-Kunsill kif hawn qabel imsemmi matul l-perjodu li fih
ikun qed jagħmel dak ix-xogħol.
Offerta ta’ impieg 
permanenti mal-
Kunsill lil uffiċjali 
pubbliċi inkarigati 
jagġmlu xogħol 
mal-Kunsill.
17. (1) Il-Kunsill jista’, bl-approvazzjoni tal-Prim Ministru,
joffri lil uffiċjal li jkun imqabbad jagħmel xogħol mal-Kunsill taħt
id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 15, impieg permanenti mal-
Kunsill b’dik ir-rimunerazzjoni u b’dawk il-pattijiet u l-
kondizzjonijiet li ma jkunux inqas favorevoli minn dawk li dak l-
uffiċjal ikun qed igawdi fid-data ta’ dik l-offerta.
(2) Il-pattijiet u l-kondizzjonijiet kompriżi f’xi offerta
magħmula kif hawn qabel imsemmi m’għandhomx jitqiesu li jkunu
inqas favorevoli unikament għaliex dawn ma jkunux f’kull rigward
identiċi ma’ jew aħjar minn dawk li l-uffiċjal involut ikun qed
igawdi fid-data ta’ dik l-offerta, jekk dawk il-pattijiet u l-
kondizzjonijiet, meħudin ilkoll flimkien, ikunu fil-fehma tal-Prim
Ministru joffru benefiċċji sostanzjalment ekwivalenti jew aħjar.
Kap. 93.
Kap. 58.
(3) Kull uffiċjal pubbliku li jaċċetta impieg permanenti li jiġi
offert lilu mal-Kunsill, taħt id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1)
għandu, għall-finijiet kollha li ma jkunux dawk ta’ l-Ordinanza
dwar il-Pensjonijiet u l-Att dwar il-Pensjonijiet tar-Romol u l-
Orfni, u bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (6), itemm
milli jibqa’ fis-servizz mal-Gvern u jidħol fis-servizz mal-Kunsill
fid-data minn meta jaċċetta, u għall-finijiet ta’ dik l-Ordinanza u ta’
dak l-Att, daqskemm dawn ikunu applikabbli għalih, servizz mal-
Kunsill għandu jitqies bħala servizz mal-Gvern fil-parametri tat-
tifsiriet relattivi rispettivament.
(4) Kull uffiċjal bħal dak hawn qabel imsemmi li, minnufih
qabel ma jaċċetta impieg permanenti mal-Kunsill kellu jedd għal
benefiċċju taħt l-Att dwar il-Pensjoni tar-Romol u l-Orfni, jkompli
KUNSILL MALTI GĦALL-KULTURA U L-ARTI ġ KAP. 444. 11
jkollu dak il-jedd għal benefiċċju taħt dak l-Att għal kull fini
bħallikieku s-servizz tiegħu mal-Kunsill kien servizz mal-Gvern.
(5) Il-Kunsill għandu jħallas lill-Gvern dawk il-
kontribuzzjonijiet li jistgħu minn żmien għal żmien jiġu stabbiliti
mill-Ministru responsabbli għall-finanzi dwar in-nefqa ta’
pensjonijiet u gratwitajiet li jaqla’ uffiċjal li jkun aċċetta impieg
permanenti mal-Kunsill kif hawn qabel imsemmi matul l-perjodu li
jibda għaddej mid-data minn meta dak l-uffiċjal ikun aċċetta.
(6) (a) Għall-għanijiet ta’ l-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet, l-
emolumenti pensjonabbli ta’ dak l-uffiċjal pubbliku
meta jirtira għandhom jitqiesu li jkunu l-emolumenti
pensjonabbli li jitħallsu lil xi uffiċjal fis-servizz tal-
Gvern fi grad u f’livell inkrementali li jikkorrispondi
għall-kariga li jkollu l-uffiċjal meta jirtira minn mal-
Kunsill.
(b) Il-klassifikazzjoni msemmija fil-paragrafu (a) għandha
ssir minn bord li jkun magħmul minn President li jiġi
maħtur mill-Ministru responsabbli għall-finanzi u
minn żewġ membri oħra, wieħed li jiġi maħtur mill-
Ministru responsabbli ċentralment għall-politka dwar
il-persunal fis-servizz pubbliku u l-ieħor li jiġi maħtur
mill-Kunsill. Il-klassifikazzjoni għandha tkun bla
ħsara għall-approvazzjoni finali tal-Ministru
responsabbli għall-finanzi.
(ċ) Dik il-klassifikazzjoni għandha ssir fi żmien tliet xhur
mill-aġġustament tas-salarji ta’ l-impjegati li jkunu fis-
servizz tal-Gvern u, jew, ta’ impjegati tal-Kunsill.
(d) Ebda kariga ma tkun klassifikata fi grad ogħla minn
dak ta’ Grad 3 fis-servizz tal-Gvern jew dak il-grad
ieħor ogħla li l-Ministru responsabbli għall-finanzi
jista’ minn żmien għal żmien b’avviż fil-Gazzetta
jistabbilixxi.
(e) Mingħajr preġudizzju għall-artikolu 113 tal-
Kostituzzjoni, ħadd ma jista’, wara li ssir
klassifikazzjoni kif hawn qabel imsemmija, jkollu jedd
għal drittijiet taħt l-imsemmija Ordinanza dwar il-
Pensjonijiet, li jkunu inqas favorevoli minn dawk li
kien ikollu jedd għalihom qabel dik il-klassifikazzjoni.
TAQSIMA IV 
DISPOSIZZJONIJIET FINANZJARJI
Il-Kunsill joħroġ 
in-nefqa mid-dħul.
18. (1) Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet li ġejjin
ta’ dan l-artikolu, il-Kunsill għandu hekk imexxi l-affarijiet tiegħu
li n-nefqa meħtieġa għall-qadi kif imiss ta’ dmirijietu għandha,
skond kemm ikun prattiku, ssir mid-dħul li jagħmel.
(2) Għal dan l-għan il-Kunsill għandu jiġbor kull dritt, rata u
pagament ieħor preskritti b’dan l-Att jew taħtu.
(3) Kull eċċess ta’ dħul fuq in-nefqa għandu, bla ħsara għal
dawk l-ordnijiet li l-Ministru, wara konsultazzjoni mal-Ministru
12 KAP. 444. ħ KUNSILL MALTI GĦALL-KULTURA U L-ARTI
responsabbli għall-finanzi, jista’ minn żmien għal żmien jagħti, jiġi
applikat mill-Kunsill għall-formazzjoni ta’ fondi ta’ riserva li
jintużaw għall-finijiet tal-Kunsill; u mingħajr preġudizzju għall-
ġeneralità  tal-poteri mogħtija lill-Ministru b’dan is-subartikolu,
kull ordni mogħtija mill-Ministru kif hawn qabel imsemmi tista’
tordna t-trasferiment lill-Gvern, jew l-applikazzjoni b’tali mod kif
jista’ jkun speċifikat fl-ordni, ta’ parti mid-drittijiet, rati u
pagamenti oħra li jinġabru skond is-subartikolu (2) jew ta’ dak l-
eċċess kif hawn qabel imsemmi.
(4) Il-flus tal-Kunsill li ma jkunux minnufih meħtieġa biex
minnhom tinħareġ in-nefqa jistgħu jiġu investiti b’dak il-mod li
jista’ minn żmien għal żmien ikun approvat mill-Ministru.
Għotjiet bil-
quddiem mill-
Gvern.
19. Il-Ministru responsabbli għall-finanzi jista’, wara
konsultazzjoni mal-Ministru, jagħmel għotjiet bil-quddiem lill-
Kunsill ta’ dawk l-ammonti li jista’ jaqbel li jkunu meħtieġa mill-
Kunsill sabiex iwettaq id-dmirijiet tiegħu taħt dan l-Att, u jista’
jagħmel dawk l-għotjiet bil-quddiem b’dawk il-pattijiet u l-
kondizzjonijiet li huwa jista’, wara konsultazzjoni kif hawn qabel
imsemmi, jqis li jkunu adatti. Kull tali għoti bil-quddiem jista’ jsir
mill-Ministru responsabbli għall-finanzi mill-Fond Konsolidat, u
mingħajr ebda approprjazzjoni ulterjuri minbarra dan l-Att, b’ordni
ffirmata minnu li tkun tawtorizza lill-Accountant General jagħti
dawk il-flus bil-quddiem.
Allokazzjoni ta’ 
flejjes lil entitajiet 
kulturali u artistiċi.
20. (1) Il-Kunsill għandu wkoll jirċievi mingħand il-Gvern
minn ġol-Fond Konsolidat dawk l-ammonti li jistgħu jkunu
meħtieġa għall-allokazzjoni ta’ flus skond l-artikolu 7.
(2) Mingħajr preġudizzju għal kull disposizzjoni oħra ta’ dan l-
Att, il-Ministru jista’ jagħti lill-Kunsill direttivi dwar l-
applikazzjoni ta’ dawk l-ammonti msemmija fis-subartikolu (1).
Il-Kunsill jista’ 
jissellef jew 
jiffinanzja kapital.
21. (1) Għall-fini li jwettaq xi wieħed mid-dmirijiet tiegħu
taħt dan l-Att, il-Kunsill jista’, bl-approvazzjoni bil-miktub tal-
Ministru li tingħata wara konsultazzjoni mal-Ministru responsabbli
għall-finanzi, jissellef jew jiġġenera flus b’tali mod, minn dik il-
persuna, korp jew awtorità , u taħt dawk il-pattijiet u l-
kondizzjonijiet li l-Ministru jista’, wara konsultazzjoni kif hawn
qabel imsemmi, japprova bil-miktub.
(2) Il-Kunsill jista’ wkoll, minn żmien għal żmien, jissellef,
b’overdraft jew xort’oħra, dawk l-ammonti li jista’ jkun jeħtieġ
biex jagħmel dmirijietu taħt dan l-Att:
Iżda għal kull ammont ta’ iżjed minn ħamsin elf lira, tkun
meħtieġa l-approvazzjoni tal-Ministru bil-miktub.
Self mingħand il-
Gvern.
22. (1) Il-Ministru responsabbli għall-finanzi jista’, għal kull
ħtieġa tal-Kunsill ta’ xorta kapitali, jikkuntratta jew jiġġenera kull
self, jew jinkorri passiv, għal dawk il-perjodi u b’dawk il-pattijiet u
l-kondizzjonijiet li huwa jista’ jqis adatti; u kull ammont dovut
dwar jew f’dak li għandu x’jaqsam ma’ xi self jew passiv bħal dak
għandu jkun nefqa fuq il-Fond Konsolidat.
(2) Għandu kemm jista’ jkun malajr jingħata avviż lill-Kamra
tad-Deputati dwar kull self, passiv jew għotjiet bil-quddiem bħal
KUNSILL MALTI GĦALL-KULTURA U L-ARTI ġ KAP. 444. 13
dawk magħmulin jew imġarrba taħt id-disposizzjonijiet t’hawn
aktar qabel ta’ dan l-artikolu.
(3) Sakemm jiġi ġġenerat dak is-self kif hemm imsemmi fis-
subartikolu (1), jew għall-fini li l-Kunsill jiġi pprovdut b’kapital
attiv, il-Ministru responsabbli għall-finanzi jista’, b’ordni li ġġib il-
firma tiegħu, u mingħajr ebda approprjazzjoni ulterjuri li ma tkunx
dan l-Att, jawtorizza lill-Accountant General jagħmel għotjiet bil-
quddiem lill-Kunsill mit-Treasury Clearance Fund taħt dawk il-
pattijiet li jistgħu jkunu speċifikati mill-Ministru meta jkun
qiegħed jagħmilhom.
(4) Ir-rikavat ta’ self iġġenerat għall-finijiet li jsiru għotjiet bil-
quddiem lill-Kunsill, u l-flejjes l-oħra kollha li għandhom
jingħataw lill-Kunsill taħt dan l-artikolu, għandhom jitħallsu ġo
fond imwaqqaf proprju għal dak l-għan u li jkun magħruf bħala
"Fond ta’ Self tal-Kunsill Nazzjonali għall-Kultura u l-Arti".
(5) Dawk l-ammonti li jiġu riċevuti mill-Accountant General
mingħand il-Kunsill dwar flus li jingħataw bil-quddiem lill-Kunsill
taħt is-subartikolu (3) għandhom jitħallsu, għal dawk li jkunu
ammonti riċevuti bħala ħlas lura fit-Treasury Clearance Fund, u
għal dawk li jkunu ammonti riċevuti bħala mgħax fil-Fond
Konsolidat.
Estimi tal-Kunsill.
jippreżenta lill-Ministru, pjan kummerċjali għat-tliet snin
finanzjarji li jmiss flimkien ma’ l-estimi ta’ l-infiq u d-dħul kapitali
u rikorrenti għas-sena li jmiss:
Iżda l-estimi għall-ewwel sena finanzjarja tal-Kunsill
għandhom jiġu ppreparati u adottati f’dak iż-żmien li l-Ministru
jista’ jispeċifika b’avviż bil-miktub lill-Kunsill.
(2) Fit-tħejjija ta’ dawk l-estimi l-Kunsill għandu jikkunsidra
kull fond u flejjes oħra li jistgħu jkunu dovuti jitħallsu lilu mill-
Fond Konsolidat matul is-sena finanzjarja relevanti, kemm bis-
saħħa ta’ dan l-Att jew ta’ xi Att ta’ approprjazzjoni, jew ta’ xi liġi
oħra; u l-Kunsill għandu hekk iħejji dawk l-estimi b’mod li jiżgura
li d-dħul kollu kemm hu tal-Kunsill ikun mill-anqas biżżejjed biex
minnu jitħallsu l-ammonti kollha ta’ flus li jinħarġu kif imiss mill-
kont tad-dħul tiegħu inklużi, imma mingħajr preġudizzju għall-
ġeneralità  ta’ dik l-espressjoni, d-deprezzament.
(3) L-estimi għandhom isiru b’dak il-mod u għandu jkun fihom
dik l-informazzjoni u dawk il-paraguni ma’ snin preċedenti hekk
kif il-Ministru responsabbli għall-finanzi jista’ jordna.
(4) Għandha minnufih tintbagħat kopja ta’ l-estimi mill-
Kunsill, malli dawn jiġu adottati, lill-Ministru u lill-Ministru
responsabbli għall-finanzi.
(5) Il-Ministru għandu ma’ l-ewwel opportunità  li jkollu, u
mhux aktar tard minn sitt ġimgħat wara li jkun irċieva kopja ta’ l-
estimi mingħand il-Kunsill, japprovhom b’xi emendi jew mingħajr
ebda emenda, wara konsultazzjoni mal-Ministru responsabbli
għall-finanzi.
14 KAP. 444. ħ KUNSILL MALTI GĦALL-KULTURA U L-ARTI
In-nefqa tkun 
skond l-estimi 
approvati.
24. (1) M’għandha ssir jew tiġġarrab ebda nefqa mill-Kunsill
kemm-il darba din ma tkunx ġiet approvata mill-Ministru kif
provdut fl-artikolu 22.
(2) Ħlief għal flus iġġenerati mill-Kunsill innifsu jew li jiġu
riċevuti minn sorsi mhux Statali, il-Kunsill għandu jibqa’ fil-
parametri tan-nefqa kapitali u rikorrenti lilu allokati mill-Ministru
kif awtorizzati mill-Ministru responsabbli għall-finanzi.
(3) Minkejja d-disposizzjonijiet tas-subartikoli (1) u (2) -
(a) sakemm jiskadu sitt xhur mill-bidu ta’ xi sena
finanzjarja, jew sakemm ikun hemm l-approvazzjoni
ta’ l-estimi għal dik is-sena mill-Ministru, skond liema
data tiġi l-ewwel, il-Kunsill jista’ jagħmel jew iġarrab
nefqa għall-qadi ta’ dmirijietu taħt dan l-Att li
b’kollox ma tkunx iżjed minn nofs l-ammont approvat
mill-Ministru għas-sena finanzjarja ta’ qabel;
(b) in-nefqa approvata dwar xi kap jew sotto-kap ta’ l-
estimi tista’, bl-approvazzjoni tal-Ministru mogħtija
wara konsultazzjoni mal-Ministru responsabbli għall-
finanzi, ssir jew tiġġarrab dwar xi kap jew sotto-kap
ieħor ta’ l-estimi;
(ċ) dwar l-ewwel sena finanzjarja, il-Kunsill jista’
jagħmel jew iġarrab in-nefqa li b’kollox ma tkunx
iżjed minn dawk l-ammonti li l-Ministru responsabbli
għall-finanzi jista’, wara konsultazzjoni mal-Ministru,
jippermetti;
(d) jekk dwar xi sena finanzjarja jirriżulta li l-ammont
approvat mill-Ministru ma jkunx biżżejjed jew tkun
qamet il-ħtieġa għal nefqa għal xi fini mhux provdut
dwarha fl-estimi, il-Kunsill jista’ jadotta estimi
supplimentari għall-approvazzjoni tal-Ministru, u
f’kull każ bħal dak id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att li
japplikaw għall-estimi għandhom, kemm jista’ jkun
malajr, ikunu japplikaw għall-estimi supplementari.
Pubblikazzjoni ta’ 
estimi approvati.
25. L-estimi u l-estimi supplementari kollha tal-Kunsill
approvati mill-Ministru għandhom, kemm jista’ jkun malajr,
jitqegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra.
Kontijiet u 
verifika.
26. (1) Il-Kunsill għandu jiżgura li jinżammu kif imiss
kontijiet u records oħra li jirrigwadaw it-tħaddim tiegħu u l-
operazzjonijiet li jagħmel, u għandu jiżgura li tiġi ppreparata
dikjarazzjoni relattiva ta’ kontijiet ta’ kull tliet xhur u dikjarazzjoni
oħra dwar kull sena finanzjarja.
(2) Il-kontijiet tal-Kunsill għandhom ikunu verifikati minn
awditur jew awdituri li jiġu maħtura mill-Kunsill u approvati mill-
Ministru:
Iżda l-Ministru responsabbli għall-finanzi jista’, wara
konsultazzjoni mal-Ministru, jeħtieġ li l-kotba u l-kontijiet tal-
Kunsill jiġu verifikati jew eżaminati mill-Awditur Ġenerali li
jkollu għal dak l-għan is-setgħa li jagħmel dik il-verifika fiżika u
kull aċċertament ieħor li jista’ jqis li jkunu meħtieġa.
KUNSILL MALTI GĦALL-KULTURA U L-ARTI ġ KAP. 444. 15
(3) Il-Kunsill għandu, fuq talba tal-Ministru jew tal-Ministru
responsabbli għall-finanzi, jippreżenta rapporti u kontijiet dwar l-
amministazzjoni skond ma jiġi ordnat. Il-Kunsill għandu jara li
kopja tad-dikjarazzjoni tal-kontijiet verifikata kif imiss tintbagħat
lill-Ministru u lill-Ministru responsabbli għall-finanzi flimkien ma’
kopja ta’ kull rapport magħmul mill-awdituri fuq dik id-
dikjarazzjoni jew fuq il-kontijiet tal-Kunsill.
Kuntratti ta’ 
proovista jew ta’ 
xogħol.
27. (1) Il-Kunsill m’għandux, ħlief bl-approvazzjoni tal-
Ministru mogħtija għal raġunijiet speċjali u wara konsultazzjoni
mal-Ministru responsabbli għall-finanzi, jagħti jew jagħmel xi
kuntratt għall-provvista ta’ oġġetti jew ta’ materjal jew għall-
esekuzzjoni ta’ xogħlijiet, jew għall-għoti ta’ servizzi, lil jew għall-
benefiċċju tal-Kunsill, li jkun stmat mill-Kunsill li jeċċedi valur ta’
tliet elef lira, jew kull ammont ieħor li l-Ministru responsabbli
għall-finanzi jista’ b’regolamenti jippreskrivi, ħlief wara li jkun ġie
ppubblikat avviż ta’ l-intenzjoni tal-Kunsill li jagħmel il-kuntratt u
jkunu nħarġu offerti kompetittivi.
L.S.174.02
(2) Il-Kunsill għandu jsegwi l-proċeduri ta’ akkwist kif regolati
bir-Regolamenti dwar Akkwisti li jsiru mis-Servizz Pubbliku, jew
kull emenda relattiva.
Rapport annwali.
tmiem kull sena finanzjarja, jibgħat lill-Ministru kopja tad-
dikjarazzjoni verifikata tal-kontijiet tiegħu, kopja tar-rapport
magħmul mill-awditur jew l-awdituri dwar dik id-dikjarazzjoni jew
fuq il-kontijiet tal-Kunsill, flimkien ma’ rapport li ġeneralment
ikun jittratta dwar l-attivitajiet tal-Kunsill matul dik is-sena
finanzjarja u li  jkun fih dik l-informazzjoni konnessa mal-
proċedimenti u l-politika tal-Kunsill. Il-Ministru għandu jara li
kopja ta’ kull tali rapport titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra u li tiġi
ppreżentata lill-Ministru responsabbli għall-finanzi u lill-Awditur
Ġenerali kemm jista’ jkun malajr.
TAQSIMA V
TRASFERIMENT TA’ ĊERTU PROPRJETÀ  LILL-KUNSILL
Trasferiment ta’ 
attiv lill-Kunsill.
29. (1) Il-proprjetà  u l-intrapriżi proprjetà  tal-Gvern u minnu
użati minnufih qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din it-Taqsima ta’
dan l-Att, kif ukoll minnu użati għat-tħaddim tal-funzjonijiet li
b’dan l-Att qegħdin jiġu trasferiti lil jew vestiti fil-Kunsill,
għandhom, fid-data hawn qabel imsemmija, bis-saħħa ta’ dan l-Att
u mingħajr ebda assikurazzjoni oħra, jkunu trasferiti lil u jiġu
vestiti fil-Kunsill jew fil-korp magħqud jew entità  kif indikat mill-
Ministru li bih kienu miżmuma mill-Gvern minnufih qabel dik id-
data. Id-disposizzjonijiet ta’ dan is-subartikolu m’għandhomx
japplikaw għal proprjetà  immobbli.
(2) L-użu u l-amministrazzjoni ta’ l-attiv immobbli minn żmien
għal żmien speċifikati f’ordni magħmula mill-Ministru
responsabbli għall-artijiet f’konsultazzjoni mal-Ministru u
ppubblikata fil-Gazzetta (hawn iżjed ’il quddiem imsejjaħ "l-attiv
immobbli") li jkun attiv immobbli li minnufih qabel id-dħul fis-
seħħ ta’ din it-Taqsima ta’ dan l-Att kien proprjetà  tal-Gvern u
16 KAP. 444. ħ KUNSILL MALTI GĦALL-KULTURA U L-ARTI
minnu użati għat-tħaddim tal-funzjonijiet li b’dan l-Att qegħdin
jiġu trasferiti lil jew vestiti fil-Kunsill, għandhom, b’seħħ minn dik
il-ġurnata li tista’ tkun speċifikata f’xi ordni bħal dik u bis-saħħa
ta’ dan l-Att u mingħajr ebda assigurazzjoni oħra, jkunu vestiti fil-
Kunsill jew fil-korp magħqud jew entità  li jkunu hekk imsemmija
f’dik l-ordni magħmula mill-imsemmi Ministru.
(3) It-trasferiment u l-vestiment hawn qabel imsemmija
għandhom jestendu għal dik il-proprjetà  u dawk l-intrapriżi kollha
kemm huma u, mingħajr preġudizzju għall-ġeneralità  hawn qabel
imsemmija, għandhom jinkludu kull impjant, tagħmir, apparat,
strument, vettura, inġenju, bini, struttura, stallazzjoni, art, triq,
xogħol, ħażna u proprjetà  oħra, mobbli jew immobbli, attiv, setgħa,
jedd u privileġġ u kull ħaġa meħtieġa jew anċillari għal dawn, li
jkunu qegħdin jinżammu jew jiġu gawduti f’konnessjoni magħhom
jew li jkunu jappartjenu għalihom, kif ukoll kull obbligazzjoni li
taffettwa jew tkun konnessa ma’ xi proprjetà  jew intrapriżi hawn
qabel imsemmija jew xi ħaġ’oħra fihom inkluża kif hawn qabel
imsemmija.
(4) Kull trasferiment ta’ proprjetà , kemm mobbli kemm
immobbli, għandu jkun suġġett għal dawk il-pattijiet u l-
kondizzjonijiet kollha li l-Ministru jista’ jqis meħtieġa sabiex
jiżgura li dik il-proprjetà  tkun esklużivament użata għal finijiet
kulturali u artistiċi jew għal finijiet anċillari għal dan.
Kif jiftiehmu 
liġijiet, eċċ.
30. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, kull liġi,
regola, regolament, ordni, sentenza, digriet, lodi, att, titolu,
kuntratt, ftehim, istrument, dokument, mandat u arranġament ieħor,
li jkun jeżisti minnufih qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din it-
Taqsima ta’ dan l-Att li jaffettwa jew ikun konness ma’ xi waħda
mill-proprjetajiet jew intrapriżi trasferiti lill-Kunsill b’dan l-Att
jew taħtu, jkollu kull seħħ u effett kontra jew favur il-Kunsill, u
għandu jkun fis-seħħ liberament u effettivament, bħallikieku
minflok il-Gvern jew l-awtorità  tal-Gvern, kien hemm imsemmi
jew kien hemm parti fih il-Kunsill, u hekk ukoll fis-sostituzzjoni
tal-Gvern jew l-awtorità  tal-Gvern.
Disposizzjonijiet 
transitorji.
31. (1) Meta xi ħaġa tkun inbdiet minn jew taħt l-awtorità  tal-
Gvern qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din it-Taqsima ta’ dan l-
Att u dik il-ħaġa jkollha x’taqsam ma’ xi proprjetajiet jew intrapriżi
jew xi dritt jew responsabbiltà  trasferiti lill-Kunsill bi jew taħt dan
l-Att, dik il-ħaġa tista tkompli titwettaq u tiġi mitmuma mill-
Kunsill jew kif awtorizzat minnu.
(2) Meta minnufih qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din it-Taqsima ta’
dan l-Att, ikun għad hemm proċedimenti legali pendenti li fihom il-
Gvern ikun jew ikollu titolu li jkun parti, u dawk il-proċedimenti
jkollhom x’jaqsmu ma’ xi proprjetajiet jew intrapriżi, jew ma’ xi
dritt jew responsabbiltà  trasferiti lill-Kunsill bi jew taħt dan l-Att,
il-Kunsill għandu, sa mid-data hawn qabel imsemmija, jiġi
sostitwit f’dawk il-proċedimenti għall-Gvern, jew għandu jsir parti
fihom bl-istess mod kif seta’ ġie sostitwit il-Gvern, u dawk il-
proċedimenti m’għandhom qatt jittiefsu minħabba f’dik is-
sostituzzjoni.
(3) Il-Ministru jista’ b’ordni jagħmel dawk il-provvedimenti
KUNSILL MALTI GĦALL-KULTURA U L-ARTI ġ KAP. 444. 17
inċidentali, konsegwenzjali u supplementali li huwa jista’ jqis
meħtieġa jew spedjenti għall-fini li jiddetermina, kif imiss, l-attiv
trasferit lill-Kunsill b’dan l-Att u jiżgura u jagħti kull effett lit-
trasferiment ta’ proprjetà  jew intrapriża jew lil kull dritt jew
responsabbiltà  lill-Kunsill b’dan l-Att u jagħmel dawk l-ordnijiet li
jistgħu jkunu meħtieġa sabiex jagħmel kull poter u dmir
eserċitabbli mill-Gvern għar-rigward ta’ xi proprjetà  jew intrapriża
trasferiti eserċitabbli minn jew f’isem il-Kunsill.
TAQSIMA VI
MIXXELLANJI
Persuni li jitqiesu 
bħala uffiċjali 
pubbliċi.
Kap. 9.
32. Il-membri tal-Kunsill, il-membri u l-uffiċjali u l-impjegati
kollha tal-Kunsill għandhom jitqiesu li huma uffiċjali pubbliċi fil-
parametri tat-tifsira fil-Kodiċi Kriminali.
Setgħa li jsiru 
regolamenti.
33. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (2), il-
Ministru jista’, wara konsultazzjoni mal-Kunsill, jagħmel
regolamenti dwar xi funzjoni tal-Kunsill u dwar kull ma hemm
preskritt taħt dan l-Att.
(2) Il-Ministru jista’ wkoll permezz ta’ regolament jemenda l-
Iskedi li jinsabu ma’ dan l-Att.
(3) Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet tas-subartikoli
(1) u (2), il-Ministru jista’ wkoll jagħmel regolamenti dwar:
(a) proċeduri amministrattivi u organizzattivi li għandhom
jiġu segwiti mill-Kunsill, mid-Direttur Esekuttiv u
minn kull entità  imsemmija f’xi waħda mill-Iskedi ta’
dan l-Att;
(b) skemi għall-fini ta’ finanzjament jew sussidjar ta’
programmi, inizjattivi u avvenimenti kulturali u
artistiċi;
(ċ) kull ħaġa li għandha x’taqsam ma’ l-uffiċjali u l-
impjegati tal-Kunsill;
(d) kull ħaġa li għandha x’taqsam ma’ l-infiq u d-dħul tal-
Kunsill, l-estimi u l-kontijiet tiegħu, u l-verifika
tagħhom.
L-EWWEL SKEDA
(Artikolu 7)
Lista ta’ Entitajiet tal-Gvern
1. Fondazzjoni Partrimonju Malti
2. Soċjetà  ta’ l-Arti, Manifattura u Kummerċ
3. Teatru Manoel (Kumitat ta’ Tmexxija)
4. Dar il-Mediterran għall-Konferenzi
5. Orkestra Nazzjonali
18 KAP. 444. ħ KUNSILL MALTI GĦALL-KULTURA U L-ARTI
6. Ċentru għall-Kreattività  fil-Kavallier ta’ San Ġakbu
IT-TIENI SKEDA
(Artikolu 8)
Lista ta’ Attiv u Entitajiet
1. It-Teatru Manoel (Kumitat ta’ Tmexxija)
2. Dar il-Mediterran għall-Konferenzi 
