PATRIMONJU KULTURALI ġ KAP. 445. 1
KAPITOLU 445
ATT DWAR IL-PATRIMONJU KULTURALI
Biex jipprovdi minflok l-Att dwar il-Protezzjoni ta’ l-Antikitajiet, Kap. 54, għas-
sovrintendenza, konservazzjoni u amministrazzjoni tal-patrimonju kulturali f’Malta u dwar
ħwejjeġ ancillari għal dan jew li għandhom x’jaqsmu ma’ dan.
3 ta’ Mejju, 2002
15 ta’ Awissu, 2002
1 ta’ Jannar, 2003
L-ATT VI ta’ l-2002, kif emendat bl-Att XVIII ta’ l-2002.
Arranġament ta’ l-Att
Artikolu
TAQSIMA I Preliminari 1-3
TAQSIMA II Prinċipji u Dmirijiet Ġenerali 4-6
TAQSIMA III Kostituzzjoni, Kompożizzjoni u Funzjonijiet ta’ l-
Entitajiet
7-16
TAQSIMA IV Disposizzjonijiet Amministrattivi u dwar il-Persunal 17-19
TAQSIMA V Disposizzjonijiet Finanzjarji 20-30
TAQSIMA VI Professjonisti fil-Konservazzjoni 31-39
TAQSIMA VII Poteri Speċjali ta’ l-Istat 40-51
TAQSIMA VIII Patrimonju Kulturali Reliġjuż 52
TAQSIMA IX Reati 53-54
TAQSIMA X Regolamenti 55
TAQSIMA XI Mixxellanji 56-57
SKEDA Rata ta’ Dazju ta’ Esportazzjoni
2 KAP. 445. ħ PATRIMONJU KULTURALI
TAQSIMA I 
PRELIMINARI
Titolu fil-qosor u 
bidu fis-seħħ.
1. It-titolu fil-qosor ta’ dan l-Att hu Att dwar il-Patrimonju
Kulturali.
Tifsir. 2. F’dan l-Att, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma tkunx
teħtieġ xort’oħra:
"Aġenzija" tfisser l-Aġenzija Operattiva mwaqqfa taħt l-artikolu
8;
"avviż ta’ sospensjoni" għandha t-tifsira mogħtija lilha bl-
artikolu 46;
Kap. 356. "Awtorità  ta’ l-Ippjanar" tfisser l-Awtorità  mwaqqfa taħt l-Att
dwar l-Ippjanar ta’ l-Iżvilupp;
"Ċentru" tfisser iċ-Ċentru Malti għar-Restawr imsemmi fl-
artikolu 10;
"detentur" tfisser min ikollu fiżikament għandu oġġett kulturali
f’isem terzi;
"dritt ta’ preferenza" tfisser il-jedd mogħti lis-Sovrintendent bi u
skond l-artikolu 40;
"Entitajiet" tfisser is-Sovrintendenza, l-Aġenzija, iċ-Ċentru, il-
Kumitat u l-Fond, u Entità  għandha tiftiehem skond hekk;
"esplorazzjoni" tfisser attività  fuq l-art u fl-ibħra territorjali jew
fiż-żona kontigwa, magħmula bil-għan li tiskopri informazzjoni
ġdida li tirrigwarda l-patrimonju kulturali, u li tista’ tirriżulta fis-
sejbien ta’ oġġetti mobbli jew immobbli ta’ valur għall-patrimonju
kulturali li għadhom mhux dokumentati fl-inventarju nazzjonali ta’
proprjetà  kulturali;
"Fond" tfisser il-Fond dwar il-Patrimonju Kulturali mwaqqaf bl-
artikolu 16;
"Forum" tfisser il-Forum Nazzjonali għall-Patrimonju Kulturali
mwaqqaf fl-artikolu 15;
"funzjoni" tinkludi kull responsabbiltà , poter u dmir;
Kap. 226. "ibħra territorjali" għandha t-tifsira mogħtija lilha fl-Att dwar l-
Ibħra Territorjali u ż-Żona Kontigwa, u tinkludi l-ibħra kollha li
jinsabu bejn il-linji bażi hemm imsemmija u l-kosta;
"investigazzjoni" tfisser kull attività  għall-fini li tinkiseb u tiġi
reġistrata informazzjoni li jkollha x’taqsam mal-patrimonju
kulturali u tinkludi kull xogħol għall-finijiet li jiġu identifikati,
skoperti, skavati, mikxufa, rkuprati u mneħħija kull oġġett jew
materjal li jkunu sitwati fi, fuq jew taħt xi proprjetà  kulturali;
"jikkoordina" tfisser l-iskambju ta’ veduti bil-fomm jew bil-
miktub, qabel ma tittieħed xi deċiżjoni jew titwettaq xi azzjoni, bil-
għan li jiġu evitati konflitti, ħela u żbalji jew sabiex jinsab rimedju
għalihom;
"konservatur-restawratur" tfisser persuna kwalifikata
professjonalment li tkun detentur ta’ warrant taħt dan l-Att;
PATRIMONJU KULTURALI ġ KAP. 445. 3
"konservazzjoni" tfisser attività  meħtieġa biex kemm jista’ jkun
tkabbar ir-reżistenza jew tnaqqas id-deterjorament ta’ proprjetà
kulturali, u tinkludi l-eżami, ttestjar, kkurar, reġistrazzjoni u
preservazzjoni ta’ kull tali proprjetà  kulturali jew xi parti minnha;
"konservazzjoni integrata" tfisser dik il-firxa sħiħa ta’ miżuri li
għandhom l-iskop li jassiguraw it-tkomplija ġejjiena tal-patrimonju
kulturali, li dan jinżamm hekk li jagħmel parti minn ambjent adatt,
sew jekk magħmul mill-bniedem sew jekk naturali, l-utilizzazzjoni
tiegħu u l-adattament tiegħu għall-ħtiġiet tas-soċjetà . Dak l-għan
għandu jinkiseb permezz ta’ l-għoti ta’ ħajja mill-ġdid u ta’ l-
integrazzjoni tal-patrimonju kulturali fi ħdan l-ambjent fiżiku tas-
soċjetà  tal-lum u bl-assenjazzjoni ta’ funzjoni soċjali għal dak il-
patrimonju kulturali li jkun kompatibbli mad-dinjità  tiegħu u mal-
qagħda li jkollu;
"il-Kumitat" tfisser il-Kumitat ta’ Garanzija mwaqqaf bl-artikolu
14;
Kap. 363.
il-Kunsilli Lokali;
"kurazija" u "att ta’ kurazija" għandu jkollhom it-tifsira
rispettivament mogħtija lilhom fl-artikolu 48;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għall-patrimonju
kulturali, u tinkludi, fil-limitu ta’ kull awtorità  mogħtija, kull min
ikun speċifikament awtorizzat mill-Ministru għal xi wieħed mill-
għanijiet ta’ dan l-Att;
"missjoni" tfisser l-għan u l-iskop ta’ organizzazzjoni;
"mużew" tfisser istituzzjoni permanenti fis-servizz ta’ soċjetà  u
ta’ l-iżvilupp tagħha, u miftuħa għall-pubbliku, li takkwista, tiġbor,
tikkonserva, tagħmel riċerka, tiddokumenta, tikkomunika u
tesibixxi għall-fini ta’ studju, edukazzoni u tgawdija tal-patrimonju
kulturali u informazzjoni assoċjata ta’ l-umanità  u ta’ l-ambjent
relattiv għall-benefiċċju pubbliku;
"ordni ta’ konservazzjoni u protezzjoni" għandu jkollha t-tifsira
mogħtija lilha fl-artikolu 47;
"patrimonju kulturali" tfisser oġġetti mobbli jew immobbli ta’
importanza artistika, arkitettonika, storika, arkeoloġika,
etnografika, paleontoloġika u ġeologika u tinkludi informazzjoni
jew data relattivi għall-patrimonju kulturali li jappartjeni lil Malta
jew lil xi pajjiż ieħor. Dan jinkludi wkoll siti jew depożiti
arkeoloġiċi, paleontoloġiċi jew ġeoloġiċi, paesaġġ, gruppi ta’ bini,
kif ukoll kollezzjonijiet xjentifiċi, kollezzjonijiet ta’ oġġetti
artistiċi, manuskritti, kotba, materjal ippubblikat, arkivji, materjal
awdjo-viżiv u riproduzzjonijiet ta’ xi waħda minn dawn hawn qabel
imsemmija, jew kollezzjonijiet ta’ valur storiku, kif ukoll assi
kulturali intanġibbli li jinkludi l-arti, it-tradizzjonjiet, id-drawwa u
l-ħiliet li jintużaw fl-arti dimostrattiva, fl-arti applikata u fl-
artiġġjanat u assi intanġibbli oħra li għandhom valur storiku,
artistiku jew etnografiku;
"preskritt" tfisser preskritt taħt dan l-Att;
"proprjetà  kulturali" tfisser proprjetà  mobbli jew immobbli li
4 KAP. 445. ħ PATRIMONJU KULTURALI
tagħmel parti mill-patrimonju kulturali;
"pussessur" tfisser min fiżikament ikollu l-oġġett kulturali
f’ismu proprju;
"restawr" tfisser attività  ta’ speċjalizzazzjoni għolja għall-
konservazzjoni ta’ l-integrità  tal-patrimonju kulturali, li toħroġ il-
valuri u ttejjeb il-mod kif jinqara l-istat, il-forma u d-disinn
oriġinali, fil-parametri ta’ materjal li jkun għadu jeżisti. Dik l-
attività  għandha tkun imsejsa fuq proċess kritiku u storiku ta’
valutazzjoni u mhux fuq konġettura;
"sena finanzjarja" tfisser il-perjodu ta’ tnax-il xahar li jtemm fit-
tletin jum ta’ Settembru ta’ kull sena:
Iżda l-ewwel sena finanzjarja għar-rigward ta’ xi Entità
tkun tikkonsisti fil-perjodu li jibda għaddej fid-data tad-dħul fis-
seħħ ta’ l-artikoli relattivi ta’ dan l-Att li jkunu jirreferu għal dik l-
Entità , u li jtemm fit-tletin jum ta’ Settembru tas-sena ta’ wara;
"sid" dwar proprjetà  kulturali tinkludi directus dominus,  sub
directus dominus, enfitewta, sub-enfitewta, min ikollu l-proprjetà
nuda u użufruttwarju;
"sorveljanza" tfisser attività  mis-Sovrintendenza li tkun tinkludi
attività  li jkollha x’taqsam mal-kontroll, direzzjoni, sorveljar,
regolament,  investigazzjoni u reġistrar tal-patrimonju kulturali, u
tinkludi kull attività  li jkollha x’taqsam ma’ dan;
"Sovrintendenza" tfisser is-Sovrintendenza tal-Patrimonju
Kulturali mwaqqfa bl-artikolu 7 u "Sovrintendent" tfisser is-
Sovrintendent tal-Patrimonju Kulturali msemmi fl-istess l-artikolu;
"uffiċjal" u "impjegat" tinkludi uffiċjal pubbliku mqabbad jaqdi
dmirijiet f’xi Entità , Kumitat jew korp imwaqqaf taħt dan l-Att;
"uffiċjal pubbliku" għandha l-istess tifsira mogħtija lilha bl-
artikolu 124 tal-Kostituzzjoni;
"warrant" tfisser warrant li jingħata skond it-Taqsima VI ta’ dan
l-Att, u detentur ta’ warrant għandha tiftiehem skond hekk;
Kap. 226. "żona kontigwa" għandha t-tifsira kif mogħtija lilha bl-Att dwar
l-Ibħra Territorjali u ż-Żona Kontigwa;
Kap. 356. "żvilupp" għandha t-tifsira mogħtija lilha fl-Att dwar l-Ippjanar
ta’ l-Iżvilupp.
Oġġetti li dwarhom 
japplikaw id-
disposizzjonijiet 
ta’ dan l-Att.
3. Għall-finijiet ta’ dan l-Att, oġġett ma jitqiesx li jkun
jagħmel parti mill-patrimonju kulturali kemm-il darba dan ma
jkunx eżista f’Malta, inklużi l-ibħra territorjali tagħha, jew f’xi
pajjiż ieħor, għal ħamsin sena, jew kemm-il darba ma jkunx oġġett
ta’ valur kulturali, artistiku, storiku, etnografiku, xjentifiku jew
industrijali, ukoll jekk kontemporanju, li għandu jiġi preservat.
TAQSIMA  II
PRINĊIPJI U DMIRIJIET ĠENERALI
Prinċipji u 
dmirijiet.
4. (1) Id-disposizzjonijiet tas-subartikoli li ġejjin ta’ dan l-
artikolu u ta’ l-artikoli l-oħra ta’ din it-Taqsima m’għandhomx
ikunu esegwibbli f’xi qorti tal-ġustizzja, madankollu l-prinċipji li
PATRIMONJU KULTURALI ġ KAP. 445. 5
jinsabu fiha huma fondamentali għall-protezzjoni tal-patrimonju
kulturali u tkun il-mira ta’ l-Istat li japplikhom u li jiggwida ruħu
bihom.
(2) Kull ċittadin ta’ Malta kif ukoll kull min ikun preżenti
f’Malta għandu jkollu d-dmir li jipproteġi l-patrimonju kulturali kif
ukoll id-dritt li jibbenefika minn dan il-patrimonju kulturali
permezz tat-tagħlim u tat-tgawdija. Il-patrimonju kulturali huwa
assi ta’ valur spiritwali, kulturali, soċjali u ekonomiku li ma jistax
jiġi mibdul, u l-protezzjoni u l-promozzjoni tiegħu huma
indispensabbli għal ħajja bilanċjata u kompluta.
(3) L-Istat Malti jkollu d-dmir jistabbilixxi u jżomm strutturi
amministrattivi u regolatorji ta’ sovrintendenza sabiex jiżgura li
dan il-patrimonju ikun protett u konservat, kif ukoll jaħseb għal
dawk l-istrutturi l-oħra li jkunu meħtieġa għall-amministrazzjoni
tal-kura, espożizzjoni u apprezzament ta’ dan il-patrimonju.
(4) Id-dmir li tipproteġi jinkludi d-dmir li tiddokumenta,
tikkonserva, tagħmel manutenzjoni, tirrestawra u jinkludi d-dmir
ta’ intervent meta jitqies li jkun hekk meħtieġ, inklużi f’ċirkostanzi
ta’ użu mhux kif imiss, nuqqas ta’ konservazzjoni jew
applikazzjoni ta’ metodi ta’ konservazzjoni mhux kif għandhom
ikunu. Dak id-dmir li tipproteġi jinkludi wkoll id-dmir ta’
inkoraġġiment ta’ l-użu sostenibbli u ż-żamma fi stat tajjeb tar-
riżorsa ta’ patrimonju kulturali, skond il-prinċipji ta’
konservazzjoni integrata, inkluż:
(a) l-inkoraġġiment ta’ l-integrazzjoni ta’ pratki ta’
konservazzjoni u ta’ tmexxija għar-rigward tal-
patrimonju kulturali f’kull livell ta’ gvern, gvern
lokali, is-settur privat u tal-volontarjat;
(b) l-aċċertament li l-konservazzjoni, it-tmexxija u
inizjattivi oħra li jolqtu l-patrimonju kulturali jkunu
jqisu kull politika ta’ inklużjoni soċjali;
(ċ) l-aċċertament li l-konservazzjoni, l-ippjanar ta’ l-art u
inizjattivi oħra li jkunu jolqtu nħawi ta’ patrimonju
kulturali jkunu jqisu n-nisġa soċjali ta’ komunitajiet
eżistenti u jkunu jħabirku biex itejbu l-kondizzjonijiet
ta’ għajxien għal kull livell tas-soċjetà . Dawk l-
inizjattivi għandhom jiżguraw, fejn ikun possibbli, li
ma jwasslux għal bidliet negattivi fin-nisġa soċjali tal-
popolazzjoni ta’ xi lokalità , tkun liema tkun, fejn isir
xi intervent;
(d) il-promozzjoni ta’ għarfien pubbliku dwar ir-rikkezza
u l-firxa ta’ patrimonju kulturali bħala parti intrinsika
mill-ambjent tal-bniedem, u tal-bżonn li ssir ħidma
biex ma jitbaxxewx dawk l-istess assi ta’ patrimonju
kulturali li fuqhom tkun tiddependi l-kwalità  ta’ dak l-
istess ambjent, kif ukoll tar-raġunijiet kulturali,
ekonomiċi u soċjali li jkunu jiġġustifikaw il-
protezzjoni relattiva;
(e) il-konsiderazzjoni ta’ problemi speċjali tal-
konservazzjoni, manutenzjoni u tmexxija tal-
patrimonju kulturali f’politika dwar dak kollu li
6 KAP. 445. ħ PATRIMONJU KULTURALI
jirrigwarda t-tniġġis ta’ l-ambjent;
(f) il-promozzjoni ta’ politika fiskali u finanzjarja li
tinkoraġġixxi sidien ta’ patrimonju kulturali li jżommu
fi stat tajjeb, jikkonservaw, jipproteġu u jagħmlu użu
kif imiss ta’ dik il-proprjetà .
(5) Id-dmir li tagħmel aċċessibbli jinkludi d-dmir li tesibbixxi,
tagħmel riċerka, tirrendi aċċessibbli għal riċerka, studju u tgawdija,
il-patrimonju kulturali u li jinġieb ’il quddiem l-għarfien, l-
apprezzament u l-konoxxenza ta’ dan il-patrimonju fil-parametri
tal-prinċipju ta’ inklużjoni soċjali. Il-jedd ta’ aċċess għal u
benefiċċju minn dan il-patrimonju kulturali ma jappartjenix
unikament għall-ġenerazzjoni preżenti. Kull ġenerazzjoni jkollha
d-dmir li tipproteġi dan il-patrimonju u li tagħmlu aċċessibbli għal
ġenerazzjonijiet fil-ġejjieni u għall-umanità  kollha.
Kondizzjonijiet. 5. Fit-twettiq ta’ dmirijietu l-Istat jista’ jiddelega kull dmir
minn dawk stipulati fl-artikolu 4 lil Entitajiet li jkunu diġà  jeżistu,
jew lil entitajiet oħra pubbliċi jew mhux statali li jistgħu jkunu
mwaqqfa għal dak l-iskop, iżda l-Istat għandu:
(a) jippubblika l-kondizzjonijiet li taħthom dik id-delega
tkun mogħtija;
(b) jirriserva l-proprjetà  pubblika ta’ dak kollu li
jitqiegħed f’fedekommess b’dik id-delega;
(ċ) jirriserva l-jedd ta’ sovrintendenza.
Prjorità  lill-
patrimonju 
kulturali.
6. Il-protezzjoni u l-promozzjoni tal-patrimonju kulturali u l-
aċċessibilità  għalih għandhom jingħataw prjorità  għolja ħafna meta
tkun qed tiġi deċiża xi tkun il-politika pubblika f’kull qasam ta’
attività  f’Malta.
TAQSIMA  III
KOSTITUZZJONI, KOMPOŻIZZJONI U FUNZJONIJIET 
TA’ L-ENTITAJIET
Sovrintendenza. 7. (1) Ikun hemm Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali,
taħt ir-responsabbiltà  u l-amministrazzjoni tas-Sovrintendent tal-
Patrimonju Kulturali. Il-missjoni tas-Sovrintendenza tkun li
twettaq id-dmirijiet ta’ l-Istat dwar il-protezzjoni tal-patrimonju
kulturali u l-aċċessibilità  għalih, kif imfisser f’dan l-Att.
Personalità  
ġuridika u 
rappreżentanza 
legali.
(2) Is-Sovrintendenza tkun korp magħqud li jkollu personalità
ġuridika distinta u li tkun tista’, bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’
dan l-Att, tagħmel kuntratti, tikseb, iżżomm u tiddisponi minn kull
xorta ta’ proprjetà  għall-finijiet tal-funzjonijiet tagħha, jew li
tħarrek jew li tiġi mħarrka, u li tagħmel dawk l-affarijiet kollha u li
tagħmel dawk l-operazzjonijiet kollha li huma inċidentali jew li
jwasslu għall-eserċizzju jew it-twettiq tal-funzjonijiet tagħha taħt
dan l-Att.
(3) Ir-rappreżentanza legali u ġudizzjarja tas-Sovrintendenza
tvesti fis-Sovrintendent iżda s-Sovrintendent jista’ jaħtar lil xi
ħadd, inkluż xi uffiċjal jew impjegat wieħed jew iktar tas-
Sovrintendenza, biex jidher f’isimha u għaliha f’kull proċediment
PATRIMONJU KULTURALI ġ KAP. 445. 7
ġudizzjarju u fuq kull att, kuntratt, istrument jew dokument ieħor
ta’ liema xorta jkun.
Ħatra ta’ 
Sovrintendent.
(4) Is-Sovrintendent jinħatar mill-Ministru għal perjodu ta’
mhux iżjed minn ħames snin taħt dawk il-pattijiet u kondizzjonijiet
kif stabbilit fl-ittra tal-ħatra tiegħu. Meta jagħlqilha ż-żmien tal-
kariga persuna tista’ terġa tinħatar għal perjodu jew perjodi
ulterjuri.
Funzjonijiet u 
dmirijiet tas-
Sovrintendenza.
(5) Tkun il-funzjoni tas-Sovrintendenza:
(a) li tistabbilixxi, taġġorna, tamministra u, meta jidhrilha
xieraq, tippubblika, jew tiżgura li ssir il-kompilazzjoni
ta’, inventarju nazzjonali ta’ dik il-proprjetà  kulturali
li tkun tappartjeni:
(i) lill-Istat jew istituzzjonijiet ta’ l-Istat,
(ii) lill-Knisja Kattolika u lil denominazzjonijiet
reliġjużi oħra,
(iii) lil Fondazzjonijiet stabbiliti f’dawn il-gżejjer,
(iv) lil persuni fiżiċi u ġuridiċi meta l-proprjetà
kulturali tkun saret aċċessibbli għall-pubbliku,
jew meta  dawk il-persuni jkunu taw il-kunsens
tagħhom għal dak l-għan;
(b) li twettaq sorveljanza fuq il-protezzjoni,
konservazzjoni, restawr, manutenzjoni, esibizzjoni u
aċċessibilità  ta’ proprjetà  kulturali;
(ċ) li tippromwovi riċerka fil-qasam tal-patrimonju
kulturali u li tagħmel skavi u investigazzjonijiet oħra li
jistgħu jkunu meħtieġa sabiex jiġu skoperti, jingħataw
attenzjoni u jkunu apprezzati oġġetti jew aspetti tal-
patrimonju kulturali;
(d) li tawtorizza skavi, kif ukoll li tissorvelja l-iskavi
b’hekk li tiżgura li dawk l-iskavi, id-dokumentazzjoni
tagħhom u l-esibizzjoni tar-riżultati relattivi jkunu
skond metodi xjentifiċi u li tintuża l-aħjar teknoloġija
possibbli;
(e) li tiżgura li tinżamm u tiġi arkivjata dokumentazzjoni
adegwata dwar l-iskavar, l-esplorazzjoni u t-tfittxija
għall-antikitajiet, il-konservazzjoni ta’ proprjetà
kulturali u skoperti li jirriżultaw minn stimi ta’ l-
impatt fuq l-ambjent;
(f) li tippromwovi u tassigura l-aħjar politika, livelli u
pratka għall-konservazzjoni u l-preżentazzjoni ta’
artefatti, kollezzjonijiet, mużewijiet, bini, monumenti
u siti;
(g) li tagħti parir u tikkoordina flimkien ma’ l-Awtorità  ta’
l-Ippjanar kull azzjoni għas-salvagwardja tal-
patrimonju kulturali meta jkunu qegħdin jiġu
kkunsidrati applikazzjonijiet għal xi permessi ta’ l-
ippjanar li jkollhom x’jaqsmu ma’ żvilupp li jkun
jolqot oġġetti, siti, bini jew paesaġġ li jagħmlu parti
mill-patrimonju  kulturali;
8 KAP. 445. ħ PATRIMONJU KULTURALI
(h) li tagħti parir lill-Ministru dwar il-koperazzjoni ma’
gvernijiet u organizzazzjonijiet internazzjonali oħra
fil-qasam tal-protezzjoni tal-patrimonju kulturali;
Kap. 88.
(i) wara li tikkonsulta lill-Kumitat, li tagħti parir lill-
Ministru dwar il-ħtieġa li jiġu infurzati xogħlijiet
urġenti ta’ tiswija jew konservazzjoni skond l-artikolu
42, kif ukoll dwar il-ħtieġa għall-akkwist mġiegħel ta’
siti jew bini mill-Gvern skond l-Ordinanza dwar l-
Akkwist ta’ Artijiet għal Skopijiet Pubbliċi, għall-
aħjar protezzjoni tal-patrimonju kulturali;
(j) b’mod ġenerali biex tagħti pariri lill-Ministru fuq kull
kwistjoni għar-rigward tal-patrimonju kulturali u l-
proprjetà  kulturali;
(k) biex taqdi kull funzjoni oħra bħal dawk taħt din il-liġi
jew kull liġi oħra kif ukoll dawk il-funzjonijiet l-oħra
kollha li l-Ministru jista’ minn żmien għal żmien
jassenjalha.
Aġenzija 
operattiva.
8. (1) Ikun hemm aġenzija operattiva hawnhekk iżjed ’il
quddiem f’dan l-Att imsemmija l-Aġenzija li tkun magħrufa bħala
"Patrimonju Malta". Il-missjoni ta’ l-Aġenzija tkun li tiżgura li
dawk l-elementi tal-patrimonju kulturali fdati lilha jkunu protetti u
jisru aċċessibbli għall-pubbliku, kif provdut f’dan l-Att.
(2) L-Aġenzija tkun korp magħqud li jkollu personalità
ġuridika distinta u tkun tista’, bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’
dan l-Att, tagħmel kuntratti, takkwista, iżżomm u tneħħi kull xorta
ta’ proprjetà  għall-finijiet tal-funzjonijiet tagħha, jew li tħarrek u
tiġi mħarrka, u li tagħmel dawk l-affarijiet kollha kif ukoll dawk l-
operazzjonijiet li huma inċidentali jew li jwasslu għall-eserċizzju
jew it-twettiq tal-funzjonijiet tagħha taħt dan l-Att.
Rappreżentanza 
legali u 
ġudizzjarja.
(3) Ir-rappreżentanza legali u ġudizzjarja ta’ l-Aġenzija tvesti
fil-President, iżda l-President jista’ jaħtar lill-Uffiċjal Ewlieni
Esekuttiv jew xi wieħed jew iktar mill-uffiċjali jew impjegati ta’ l-
Aġenzija, biex jidher f’isimha u għaliha f’kull proċediment
ġudizzjarju u fuq kull att, kuntratt, istrument jew dokument ieħor
ta’ liema xorta jkun.
Funzjonijiet ta’ l-
Aġenzija.
(4) Tkun il-funzjoni ta’ l-Aġenzija:
(a) li tiżgura li mużewijiet, kollezzjonijiet, siti, bini u
proprjetà , mobbli jew immobbli, li jifformaw parti
mill-patrimonju kulturali,  li jkunu proprjetà  tagħha
jew inkella amministrati minnha, jkunu konservati,
restawrati, amministrati, immexxija, operati, imqegħda
fis-suq, studjati u ppreżentati għall-esibizzjoni, bl-
aħjar mod possibbli;
(b) li takkwista bi proprjetà  jew bħala oġġetti fdati
f’idejha, kollezzjonijiet ta’ oġġetti, siti, bini, għall-
mużewijiet, kollezzjonijiet, siti u bini;
(ċ) li twettaq, f’kull każ taħt is-sorveljanza tas-
Sovrintendent, jew tikkummissjona r-restawr jew
konservazzjoni, ta’ proprjetà  kulturali li tkun proprjetà
jew xort’oħra miżmuma jew amministrata minnha;
PATRIMONJU KULTURALI ġ KAP. 445. 9
(d) li tikkoordina ma’ l-Awtorità  dwar it-Turiżmu ta’
Malta, ma’ l-Awtorità  ta’ l-Ippjanar u ma’ korpi oħra
involuti, miżuri li jitqiesu meħtieġa sabiex oġġetti, siti
u bini ta’ patrimonju kulturali jkunu protetti u jsiru
aċċessibbli permezz ta’ kull konservazzjoni,
manutenzjoni, restawr, esibizzjoni u promozzjoni
meħtieġa;
(e) li tippromwovi konoxxenza, edukazzjoni,
apprezzament u tgawdija pubblika tal-patrimonju
kulturali;
(f) b’koordinament mas-Sovrintendenza tikkonsulta mal-
kunsilli lokali fil-ħarsien tal-patrimonju kulturali fil-
lokalità  tagħhom; u 
(g) li twettaq dawk il-funzjonijiet l-oħra li l-Ministru jista’
minn żmien għal żmien jassenjalha.
(5) (a) Bil-għan li jiġu żgurati l-aħjar konservazzjoni, restawr,
tmexxija, amministrazzjoni, marketing, esibizzjoni,
preżentazzjoni jew studju ta’ xi qasam partikolari tal-
patrimonju kulturali, l-Aġenzija tista’, bl-
approvazzjoni bil-miktub tal-Ministru, u
f’konsultazzjoni mas-Sovrintendent, jew tiddelega l-
funzjonijiet tagħha lil xi enti eżistenti jew lil xi enti li
għad trid tiġi mwaqqfa, sew pubblika sew privata, jew
lil xi soċjetà  msieħba magħha, kif ikun meħtieġ, u
f’kull każ taħt dawk il-kondizzjonijiet kif stabbiliti
mis-Sovrintendent u approvati u ppubblikati mill-
Ministru fil-Gazzetta, b’dana però  illi fejn id-delega
fuq imsemmija tkun tikkonsisti f’att ta’ kurazija
għandhom jiġu segwiti d-disposizzjoniijiet ta’ l-
artikolu 48.
(b) L-Aġenzija tista’, meta jkun adatt, twettaq ukoll il-
funzjonijiet tagħha direttament permezz tar-riżorsi
tagħha nnifisha.
(6) L-Aġenzija għandha tagħti lis-Sovrintendent kull
informazzjoni li huwa jista’ jeħtieġ sabiex ikun jista’ jwettaq il-
funzjonijiet tiegħu taħt dan l-Att.
Bord tad-Diretturi.
magħmul minn mhux inqas minn ħames membri u mhux iktar minn
disa’ membri, li wieħed minnhom ikun il-President, ieħor il-Viċi
President, u ieħor nominat mill-Ministru responsabbli għal
Għawdex.
(2) Il-membri tal-Bord jinħatru mill-Ministru għal perjodu ta’
mhux inqas minn tliet snin imma mhux iżjed minn ħames snin kif
jista’ jkun deċiż fl-ittra tal-ħatra tagħhom. Membri tal-Bord
jistgħu, meta jiskadi ż-żmien tal-kariga tagħhom, jerġgħu jiġu
maħtura.
(3) Il-funzjonijiet tal-Bord ikunu:
(a) li jiddeċiedi l-politka u l-istrateġija ta’ l-Aġenzija;
(b) li jimpjega u jmexxi r-riżorsi umani meħtieġa biex
10 KAP. 445. ħ PATRIMONJU KULTURALI
jikseb il-miri ta’ l-Aġenzija;
(ċ) li jiżgura l-amministrazzjoni finanzjarja xierqa ta’ l-
Aġenzija;
(d) li jiżgura l-kollaborazzjoni mal-korpi lokali u barranin
li tkun meħtieġa sabiex jinkisbu l-miri ta’ l-Aġenzija.
(4) Il-Bord għandu jaħtar Uffiċjal Ewlieni Esekuttiv li jkun
responsabbli lejn il-President u l-Bord u li jkun maħtur għal
perjodu ta’ mhux inqas minn tliet snin taħt dawk il-pattijiet u
kundizzjonijiet kif stabbiliti fl-ittra tal-ħatra tiegħu. Meta
jagħlqilha ż-żmien tal-kariga, persuna tista’ terġa tinħatar għal
perjodu jew perjodi ulterjuri.
(5) Is-seduti tal-Bord jitlaqqgħu mill-President, sew fuq
inizjattiva tiegħu sew fuq talba ta’ xi tnejn mill-membri l-oħra.
(6) Nofs l-għadd ta’ membri li f’dak il-waqt jikkostitwixxu l-
Bord jagħmlu quorum.   Id-deċiżjonijiet ikunu adottati waqt seduta
li fiha jkun hemm quorum b’maġġoranza sempliċi tal-membri
presenti u votanti.   Il-President għandu jkollu vot bħal kulħadd u,
f’każ ta’ voti ndaqs, vot deċiżiv.
(7) Membru li jkollu xi interess dirett jew indirett f’xi kuntratt
jew f’xi azzjoni oħra magħmulin jew proposti li jsiru mill-
Aġenzija, meta jkun hemm tali interess, għandu jiżvela ix-xorta ta’
l-interess tiegħu fl-ewwel seduta tal-Bord wara li jkun sar jaf bil-
fatti rilevanti.   Dak il-kxif għandu jitniżżel fil-minuti tas-seduta, u
tali membru għandu jirtira minn seduta filwaqt li dik il-kwistjoni
tkun qegħda tiġi diskussa jew deċiża mill-Bord.
(8) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, il-Bord jista’
jirregola l-proċeduri tiegħu nnifsu.
(9) Dokument li jġiegħlek taħseb li jkun istrument magħmul
jew maħruġ mill-Aġenzija u ffirmat mill-President f’isimha għandu
jiġi riċevut bi prova u għandu, sakemm ma tinġiebx prova
kuntrarja, jitqies bħala istrument magħmul jew maħruġ mill-
Aġenzija.
Ċentru Malti għar-
Restawr.
10. (1) (a) Iċ-Ċentru Malti għar-Restawr imwaqqaf mill-
Ministru responsabbli għall-Edukazzjoni flimkien
ma’ l-Università  ta’ Malta qiegħed b’dan jerġa’
jiġi mwaqqaf u rikostitwit bħala korp magħqud
b’personalità  ġuridika distinta li jista’, bla ħsara
għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, jagħmel
kuntratti, jikseb, iżomm u jiddisponi minn kull
xorta ta’ proprjetà  għall-finijiet tal-funzjonijiet
tiegħu, li jħarrek u jiġi mħarrek, u li jagħmel dawk
l-affarijiet kollha u li jagħmel dawk l-
operazzjonijiet li jkunu inċidentali jew li jwasslu
għall-eserċizzju jew it-twettiq tal-funzjonijiet
tiegħu taħt dan l-Att.
(b) Il-missjoni taċ-Ċentru hi li dan isir ċentru ta’
eċċellenza għat-tagħlim, taħriġ, riċerka u prattika
tal-konservazzjoni, restawr, manutenzjoni,
tmexxija u preżentazzjoni tal-patrimonju kulturali,
PATRIMONJU KULTURALI ġ KAP. 445. 11
u biex jipprovdi servizzi u konsultazzjoni, dwar il-
konservazzjoni u restawr skond ma jista’ jkun
meħtieġ minn korpi oħra, kemm pubbliċi u kemm
privati.
(2) Ir-rappreżentanza legali u ġuridika taċ-Ċentru tvesti fil-
President, iżda l-President jista’ jaħtar lid-Direttur jew lil xi wieħed
jew iktar mill-uffiċjali jew impjegati taċ-Ċentru, biex jidher
f’isimha u għaliha f’kull proċediment ġudizzjarju u fuq kull att,
kuntratt, istrument jew dokument ieħor ta’ liema xorta jkun.
(3) Iċ-Ċentru jkun regolat minn Bord ta’ Gvernaturi (hawnhekk
iżjed ’il quddiem f’dan l-artikolu msejjaħ il-Bord) magħmul minn
mhux inqas minn ħames u mhux iktar minn disa’ membri, li jkun
magħmul kif ġej:
(i) President u membru wieħed ieħor li jinħatar
mill-Kunsill ta’ l-Università  ta’ Malta;
(ii) żewġ membri li jinħatru mill-Ministru;
(iii) membru li jinħatar mill-Ministru responsabbli
għall-ambjent;
(iv) sa erba’ membri nominati mill-Bord, minn fost l-
istituzzjonijiet li jikkoperaw maċ-Ċentru, u
maħtura mill-Ministru flimkien ma’ l-Università
ta’ Malta.
Il-President u l-membri tal-Bord, għandhom jinħatru jew
jintgħażlu, skond il-każ, għal perjodu ta’ tliet snin li jiġġedded għal
perjodi oħra ta’ tliet snin kull wieħed.
(4) Il-funzjonijiet tal-Bord ikunu -
(a) li jiddeċiedi l-politka u l-istrateġija taċ-Ċentru;
(b) li jimpjega u jmexxi ir-riżorsi umani meħtieġa biex
jinkisbu l-miri taċ-Ċentru;
(ċ) li jiżgura l-amministrazzjoni finanzjarja xierqa taċ-
Ċentru;
(d) li jiżgura kollaborazzjoni ma’ korpi lokali u barranin,
meħtieġa biex jinkisbu l-miri taċ-Ċentru.
(5) Il-Bord għandu jaħtar Direttur taċ-Ċentru li jkun l-Uffiċjal
Ewlieni Esekuttiv taċ-Ċentru u li jkun responsabbli lejn il-
President u l-Bord.
(6) Is-seduti tal-Bord jitlaqqgħu mill-President kemm
b’inizjattiva tiegħu kemm fuq talba ta’ xi tnejn mill-membri l-oħra.
(7) Tliet membri tal-Bord jagħmlu quorum fis-seduti tiegħu.
Id-deċiżjonijiet ikunu adottati waqt seduta li fiha jkun hemm
quorum b’maġġoranza sempliċi tal-membri presenti u votanti.  Il-
President, jew persuna oħra li tkun qed tippresjedi s-seduta, għandu
jkollhom vot bħal kulħadd u, f’każ ta’ voti ndaqs, vot deċiżiv.
(8) Membru li jkollu xi interess dirett jew indirett f’xi kuntratt
jew f’xi azzjoni oħra magħmula jew proposta li ssir miċ-Ċentru,
għandu jiżvela x-xorta ta’ l-interess tiegħu fl-ewwel seduta tal-
Bord wara li jkun sar jaf bil-fatti rilevanti. Dak il-kxif għandu
jitniżżel fil-minuti tas-seduta u tali membru għandu jirtira minn
12 KAP. 445. ħ PATRIMONJU KULTURALI
seduta waqt li dak il-kuntratt ikun qiegħed jiġi diskuss jew deċiż
mill-Bord.
(9) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u għal dawk
il-proċeduri li jistgħu jiġu preskritti, il-Bord jista’ jirregola l-
proċeduri tiegħu nnifsu.
(10) Dokument li jġiegħlek taħseb li jkun istrument magħmul
jew maħruġ miċ-Ċentru u ffirmat mill-President f’ismu jista’
jinġieb bi prova u għandu, sakemm ma tinġiebx prova kuntrarja,
jitqies bħala istrument magħmul jew maħruġ miċ-Ċentru.
Funzjonijiet taċ-
Ċentru.
11. Il-miri u l-funzjonijiet taċ-Ċentru jkunu:
(a) li jagħmilha ta’ aġenzija nazzjonali għall-
konsultazzjoni sew għall-pubbliku sew għal setturi
privati fuq kull kwistjoni li għandha x’taqsam mal-
konservazzjoni u r-restawr;
(b) li jagħti pariri, wara konsultazzjoni mas-
Sovrintendenza, lill-Gvern dwar politika ta’
konservazzjoni u restawr li tkun tkopri l-gżejjer ta’
Malta u jidentifika l-prijoritajiet u l-bżonnijiet
speċjali;
(ċ) li jagħti pariri u jirranġa għar-restawr barra minn
Malta ta’ dawk l-artefatti li ma jistgħux jiġu restawrati
lokalment;
(d) li jidħol għal proġetti ta’ konservazzjoni f’Malta u
barra mill-pajjiż u jipprovdi servizzi ta’
amministrazzjoni għal proġetti ta’ konservazzjoni u
restawr lil klijenti fis-settur kemm pubbliku kemm
privat sew f’Malta sew barra l-pajjiż;
(e) li jistabbilixxi u jmantni kull sistema meħtieġa,
speċjalment databases dwar il-konservazzjoni,
meħtieġa għall-organizzazzjoni, ppjanar,
koordinament, kontroll, sorveljar u b’mod ġenerali li
jidħol għal proġetti ta’ restawr;
(f) li jagħmel riċerka u jiżviluppa metodoloġija ta’
amministrazzjoni ta’ proġetti ta’ restawr;
(g) li jistabbilixxi u jmantni laboratorji xjentifiċi
djanjostiċi;
(h) li jistabbilixxi u jmantni dipartiment ta’
dokumentazzjoni fejn tiġi fdata d-dokumentazzjoni
xjentifika ta’ proġetti ta’ konservazzjoni;
(i) li jippromwovi, jistabbilixxi, u jmantni faċilitajiet ta’
tagħlim għat-taħriġ ta’ studenti sa livelli professjonali
rikonoxxuti internazzjonalment fl-arti u x-xjenzi tal-
konservazzjoni u r-restawr;
(j) li jippromwovi u jikkoordina l-kisba ta’ taħriġ
interdixxiplinari f’livelli professjonali, tekniċi u
artiġjanali  f’kull aspett ta’ konservazzjoni u restawr;
L.S.343.26
(k) li jippromwovi u jorganizza l-attivitajiet ta’ tagħlim u
ċertifikazzjoni tiegħu fil-parametri tar-Regolamenti
PATRIMONJU KULTURALI ġ KAP. 445. 13
dwar Kwalifiki Professjonali u Vokazzjonali ta’ Malta,
b’mod li jippermettu progrediment minn livelli
vokazzjonali għal dawk professjonali; u
(l) li jidentifika ħiliet meħtieġa fis-settur kollu tal-
patrimonju kulturali u l-mezzi kif dawn il-ħiliet jistgħu
jkunu żviluppati, waqt li jinkoraġġixxi u jgħin ukoll
żvilupp professjonali kontinwu għal dawk il-persuni li
jaħdmu f’kull qasam tas-settur.
Strateġija 
Nazzjonali dwar il-
Patrimonju 
Kulturali.
12. (1) Il-Ministru għandu jipprepara dokument ta’ politika li
jkun jagħti ħjiel fuq Strateġija Nazzjonali għall-Patrimonju
Kulturali. Fit-tħejjija ta’ dak id-dokument il-Ministru għandu
jikkonsulta l-Entitajiet kollha mwaqqfa taħt dan l-Att u dawk l-
aġenziji l-oħra, sew pubbliċi sew xort’oħra, li l-Ministru jista’ jqis
li għandhom jiġu kkonsultati. Il-Ministru għandu jpoġġi dan id-
dokument fuq il-Mejda tal-Kamra hekk kif ikun lest, u l-Kamra
għandha tiddedika seduta waħda għad-diskussjoni.
(2) Il-Ministru għandu jirrevedi dik l-istrateġija kull meta jista’
jkun meħtieġ, u f’kull każ iżda mhux inqas minn darba kull ħames
snin:
Iżda l-ewwel Dokument ta’ Strateġija għandu jiġi abbozzat
fi żmien tnax-il xahar mid-dħul fis-seħħ ta’ dan l-Att.
Relazzjonijiet mal-
Ministru.
(3) Fl-eserċizzju tal-funzjonijiet tagħhom taħt dan l-Att, is-
Sovrintendenza, l-Aġenzija u ċ-Ċentru għandhom:
(a) jagħtu effett, kemm jista’ jkun malajr, lil xi ordni, li
ma tkunx inkonsistenti ma’ xi disposizzjoni ta’ dan l-
Att li l-Ministru jista’ jagħti lis-Sovrintendenza, l-
Aġenzija u ċ-Ċentru Malti għar-Restawr dwar il-
politka li għandha tiġi segwita minnhom fit-twettiq tal-
funzjonijiet, u dwar kull ħaġa li l-Ministru jkun
jidhirlu li taffettwa l-patrimonju kulturali;
(b) jipprovdu lill-Ministru faċilitajiet għall-ksib ta’
informazzjoni għar-rigward tal-proprjetà  u l-attivitajiet
tas-Sovrintendenza, l-Aġenzija u ċ-Ċentru u għal dan
l-għan is-Sovrintendenza, l-Aġenzija u ċ-Ċentru
għandhom kull wieħed jgħaddi lill-Ministru prospetti,
kontijiet u kull informazzjoni oħra dwar il-funzjonijiet
tagħhom, u jipprovdu faċilitajiet għall-verifika ta’ kull
informazzjoni mogħtija, b’dak il-mod u f’dawk il-
perjodi li l-Ministru jista’ jeħtieġ.
Eżenzjoni minn xi 
taxxi.
13. Is-Sovrintendenza, l-Aġenzija u ċ-Ċentru jkunu eżenti mir-
responsabbiltà  li jħallsu kull taxxa, minbarra d-dazju tad-dwana
jew tas-sisa, jew taxxa fuq l-income jew fuq id-dokumenti li f’dak
il-waqt ikunu fis-seħħ f’Malta.
Il-Kumitat ta’ 
Garanzija.
14. (1) Ikun hemm Kumitat ta’ Garanzija, li jkun magħmul
hekk:
(a) President li jkun maħtur mill-Ministru;
(b) persuna maħtura mill-Ministru responsabbli għat-
turismu;
14 KAP. 445. ħ PATRIMONJU KULTURALI
(ċ) persuna maħtura mill-Minstru responsabbli għall-
ambjent;
(d) persuna maħtura mill-Ministru responsabbli għal
Għawdex;
(e) is-Sovrintendent ex officio;
(f) il-President ta’ l-Aġenzija ex officio;
(g) il-President taċ-Ċentru ex officio;
(h) iċ-Chairman ta’ l-Awtorità  ta’ l-Ippjanar ex officio;
(i) membru tal-Kummissjoni għall-Patrimonju Kulturali
Kattoliku msemmija fl-artikolu 52 li jinħatar mill-
awtorità  ekklesjastika lokali kompetenti;
(j) tliet persuni oħra maħtura mill-Ministru minn fost
persuni li jaħdmu fil-qasam tal-patrimonju kulturali u
f’organizzazzjonijiet mhux governattivi ddedikati
għall-patrimonju kulturali u persuna oħra attiva fil-
qasam kummerċjali.
(2) Il-President tal-Kumitat u l-membri msemmija fis-
subartikolu (1)(i) jinħatru għal perjodu ta’ tliet snin u jistgħu
jerġgħu jiġu maħtura għal iktar perjodi kull wieħed ta’ tliet snin.
(3) Il-Kumitat jiltaqa’ ta’ l-inqas darba kull xahrejn. Is-seduti
jitlaqqgħu mill-President kemm b’inizjattiva tiegħu kemm fuq talba
ta’ xi tlieta mill-membri l-oħra.
(4) Ħames membri jagħmlu quorum u d-deċiżjonijiet ikunu
adottati b’maġġoranza sempliċi tal-membri kollha tal-Kumitat. Il-
President għandu jkollu vot bħal kulħadd u f’każ ta’ voti ndaqs, vot
deċiżiv.
(5) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u għal dawk
il-proċeduri li jistgħu jiġu preskritti, l-Kumitat għandu jirregola l-
proċeduri tiegħu nnifsu.
Funzjonijiet tal-
Kumitat.
(6) Il-Kumitat għandu:
(a) mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-
Att, jikkoordina l-Entitajiet imwaqqfa taħt l-artikoli 7,
8 u 10;
(b) jiżgura li jkun hemm, u jiffaċilita l-kollaborazzjoni
bejn l-aġenziji differenti li jkollhom responsabbiltà
diretta jew indiretta għall-protezzjoni u l-
amministrazzjoni tas-settur tal-patrimonju kulturali;
(ċ) jagħti pariri lill-Gvern fuq l-Istrateġija Nazzjonali
għall-Patrimonju Kulturali, u sussegwentement
jissorvelja u jsegwi l-implimentazzjoni ta’ l-istrateġija
kif adottata mill-Gvern u skond id-direzzjoni tal-
Ministru;
(d) jiġbed l-attenzjoni tal-Gvern jew ta’ xi organizzazzjoni
jew persuna dwar xi azzjoni urġenti li tista’ tkun
meħtieġa fil-qasam tal-patrimonju kulturali;
(e) jiltaqa’ regolarment u jikkonsulta, mill-inqas, kull
erba’ xhur, ma’ l-organizzazzjonijiet mhux
governattivi li jkunu qegħdin joperaw fil-qasam tal-
PATRIMONJU KULTURALI ġ KAP. 445. 15
patrimonju kulturali u ma’ dawk li joperaw fis-settur
kummerċjali;
(f) jagħti pariri lill-Ministru fuq kull ħaġa li toriġina mid-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u fuq kull ħaġa oħra li
tiġi lilu riferita mill-Ministru.
(7) Membru li jkollu xi interess dirett jew indirett f’xi kuntratt
jew f’xi azzjoni oħra magħmula jew proposta li ssir mill-Kumitat,
għandu jiżvela x-xorta ta’ l-interess tiegħu fl-ewwel seduta tal-
Kumitat wara li jkun sar jaf bil-fatti rilevanti. Dawk il-kxif għandu
jitniżżel fil-minuti tas-seduta u tali membru għandu jirtira mis-
seduta waqt li dak il-kuntratt jew azzjoni tkun qed tiġi diskussa jew
deċiża mill-Kumitat.
Fond dwar il-
Patrimonju 
Kulturali.
15. (1) Ikun hemm Fond li jkun magħruf bħala l-Fond dwar il-
Patrimonju Kulturali, li jkunu korp magħqud b’personalità  ġuridika
distinta, u li jirċievi u jamministra l-ammonti ta’ flus kollha
mogħtija taħt id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att jew ta’ xi Att ieħor,
kif ukoll flejjes oħra jew oġġetti oħra mobbli jew immobbli li
jistgħu jiġu mogħtijin b’rigal minn sorsi mhux governattivi.
(2) Il-Fond ikun amministrat mill-Kumitat ta’ Garanzija.
(3) L-ammonti ta’ flus fil-Fond jistgħu unikament jintużaw
għal skopijiet ta’ riċerka, konservazzjoni jew restawr tal-
patrimonju kulturali.
(4) Għandha tiġi ppreżentata lill-Ministru dikjarazzjoni
annwali ta’ l-amministrazzjoni tal-Fond li titqiegħed minnu fuq il-
Mejda tal-Kamra.
Forum nazzjonali.
Nazzjonali għall-Patrimonju Kulturali fejn jistieden il-
parteċipazzjoni fiha tas-Sovrintendenza, l-Aġenzija, iċ-Ċentru, l-
Kumitat, il-Kummissjoni għall-Patrimonju Kulturali Kattoliku, l-
Kummissjonijiet għall-Patrimonju Kulturali Reliġjuż, jekk ikun
hemm, dipartimenti u entitajiet oħra tal-Gvern, is-Sindki ta’ kull
Kunsill Lokali jew organizzazzjonijiet mhux governattivi li jkunu
qegħdin jirrappreżentawhom li jkunu reġistrati mas-Sovrintendenza
bħala organizzazzjonijiet li għandhom bħala skop il-protezzjoni tal-
patrimonju kulturali, l-Università  ta’ Malta, istituzzjonijiet
edukattivi oħra, speċjalisti, konsulenti, rappreżentanti tas-settur
kummerċjali, u kull parti oħra li turi lill-Ministru bil-miktub li
għandha interess.
(2) Il-President tal-Forum jinħatar mill-Ministru.
(3) Il-Forum jiddiskuti l-istat tal-patrimonju kulturali b’mod
ġenerali wara li jisma rapport dwaru li jitħejja mis-Sovrintendent.
(4) Il-Ministru għandu jirregola l-proċeduri tal-Forum.
(5) Il-proċeduri tal-Forum għandhom ikunu ppubblikati u
mibgħuta lill-Ministru u lill-Kumitat ta’ Garanzija;
(6) Il-Ministru għandu jagħti avviż pubbliku bil-quddiem xahar
qabel ma jiltaqa’ l-Forum.
16 KAP. 445. ħ PATRIMONJU KULTURALI
TAQSIMA IV
DISPOSIZZJONIJIET AMMINISTRATTIVI
U DWAR IL-PERSUNAL
Ħatriet ta’ 
persunal.
17. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-Kostituzzjoni u ta’
kull liġi oħra inkluż dan l-Att li tapplika dwar dan, il-ħatra ta’
uffiċjali u ta’ impjegati oħra ta’ Entitajiet għandha ssir mis-
Sovrintendent fil-każ tas-Sovrintendenza, mill-President tal-Bord
ta’ Diretturi fil-każ ta’ l-Aġenzija, mill-President tal-Bord ta’
Gvernaturi fil-każ taċ-Ċentru, u mill-President tal-Kumitat fil-każ
tal-Kumitat jew tal-Fond. Il-pattijiet u l-kondizzjonijiet ta’ l-
impieg għandhom ikunu deċiżi minn kull Entità  bl-approvazzjoni
tal-Ministru.
Ħatrqa u 
funzjonijiet ta’ l-
uffiċjali u l-
impjegati.
(2) Kull Entità  għandha taħtar u timpjega, b’dik ir-
rimunerazzjoni u b’dawk il-pattijiet u l-kondizzjonijiet bħalma
tista’ skond subartikolu (1) tiddeċiedi, lil dawk l-uffiċjali u
impjegati li jistgħu minn żmien għal żmien ikunu meħtieġa għat-
twettiq kif dovut u effiċjenti tal-funzjonijiet tagħha.
Trasferiment ta’ 
uffiċjali pubbliċi.
18. (1) Il-Prim Ministru jista’, fuq talba ta’ xi Entità , minn
żmien għal żmien jordna li uffiċjal pubbliku jiġi mqabbad jaqdi
dmirijiet ma’ l-Entità  f’dik il-kariga u minn dik id-data li tista’
tkun speċifikata fl-ordni.
(2) Il-perjodu li matulu ordni kif hawn aktar qabel imsemmi
għandu japplika għal xi uffiċjal speċifikat fiha għandu, kemm-il
darba l-uffiċjal ma jirtirax mis-servizz pubbliku, jew jekk xort’oħra
jtemm milli jibqa’ fil-kariga f’data li tiġi qabel, jkun dak li jista’
jiġi speċifikat fl-ordni, kemm-il darba l-ordni ma tiġix revokata
qabel mill-Prim Ministru.
Status ta’ uffiċjali 
pubbliċi.
(3) Meta xi uffiċjal jiġi mqabbad jaqdi dmirijiet ma’ xi Entità
skond dan l-Artikolu, dak l-uffiċjal għandu fiż-żmien li matulu dak
l- ordni ikollu effett dwaru, jkun taħt l-awtorità  amministrattiva u l-
kontroll ta’ l-Entità  imma għal kull skop ieħor għandu jibqa’ u
jitqies u jkun ittrattat bħala uffiċjal pubbliku.
(4) Mingħajr preġudizzju għall-ġeneralità  ta’ dak hawn qabel
imsemmi, uffiċjal pubbliku mqabbad jaqdi dmirijiet kif hawn aktar
qabel imsemmija -
(a) m’għandux filwaqt li dak l-uffiċjal ikun hekk
imqabbad jagħmel -
(i) ikun prekluż milli japplika għal trasferiment
għal xi dipartiment tal-Gvern skond il-pattijiet u
l-kondizzjonijiet ta’ servizz marbuta mal-ħatra
mal-Gvern li dak l-uffiċjal pubbliku kellu f’data
meta jkun ġie mqabbad jaqdi dmirijiet; jew
(ii) ikun hekk impjegat li r-rimunerazzjoni u l-
kondizzjonijiet ta’ servizz jkunu inqas
favorevoli minn dawk marbuta mal-ħatra mal-
Gvern li kellu dak l-uffiċjal pubbliku fid-data
meta jkun ġie mqabbad jaqdi dmirijiet kif hawn
aktar qabel imsemmi jew li kienu jkunu marbuta
ma’ dik il-ħatra, matul il-perjodu msemmi, li
PATRIMONJU KULTURALI ġ KAP. 445. 17
kieku dak l-uffiċjal ma jkunx ġie mqabbad jaqdi
dmirijiet ma’ l-Entità ; u 
Kap. 93.
Kap. 58.
(b) ikollu jedd li jkollu s-servizz tiegħu ma’ l-Entità
meqjus bħala servizz mal-Gvern għall iskop ta’ kull
pensjoni, gratwità  jew benefiċċju taħt l-Ordinanza
dwar il-Pensjonijiet, u l-Att dwar il-Pensjonijiet lil
Nisa Romol u Tfal Iltiema, u ta’ kull dritt jew
privileġġ ieħor li dak l-uffiċjal pubbliku jkun intitolat
għalih, u jkun responsabbli għal dak kollu li jkun
responsabbli għalih, ħlief għall-fatt li jkun qiegħed jigi
mqabbad jaqdi dmirijiet ma’ l-Entità .
(5) Meta ssir applikazzjoni kif hemm provdut fis-subartikolu
(4)(a)(i), għandha tingħata l-istess konsiderazzjoni għal dan
daqslikieku l-applikant ma kienx ġie mqabbad jaqdi dmirijiet ma’ l-
Entità .
(6) Kull Entità  għandha tħallas lill-Gvern, fejn dan japplika,
dawk il-kontribuzzjonijiet li jistgħu minn żmien għal żmien jiġu
deċiżi mill-Ministru responsabbli għall-finanzi dwar in-nefqa tal-
pensjonijiet u gratwitajiet li jinqalgħu minn uffiċjal imqabbad jaqdi
dmirijiet ma’ dawk l-Entitajiet kif hawn aktar qabel imsemmija
matul il-perjodu li fih dak l-uffiċjal ikun hekk imqabbad jagħmel.
Offerti ta’ impieg 
permanenti lil 
uffiċjali pubbliċi 
mqabbda jaqdu 
dmirijiet ma’ l-
Entitajiet.
19. (1) Kull Entità  tista’, bl-approvazzjoni tal-Prim Ministru,
toffri lil xi uffiċjal mqabbad jaqdi dmirijiet ma’ dawk l- Entitajiet
taħt xi disposizzjoni ta’ l-artikolu 18 impieg permanenti magħha
b’dik ir-rimunerazzjoni u b’dawk il-pattijiet u l-kondizzjonijiet li
ma jkunux inqas favorevoli minn dawk gawduti minn dak l-uffiċjal
fid-data ta’ dik l-offerta.
(2) Il-pattijiet u l-kondizzjonijiet li jkun hemm f’xi offerta
magħmula kif hawn aktar qabel imsemmi m’għandhomx ikunu
hekk li jitqiesu li jkunu inqas favorevoli għaliex biss ma jkunux
f’kull rigward identiċi ma’ jew superjuri għal dawk gawduti mill-
uffiċjal involut fid-data ta’ dik l-offerta, jekk dawk il-pattijiet u l-
kondizzjonijiet, kollha flimkien, fil-fehma tal-Prim Ministru jkunu
joffru benefiċċji sostanzjalment ekwivalenti jew ikbar.
Kap. 93.
Kap. 58.
(3) Kull uffiċjal li jaċċetta impieg permanenti ma’ xi Entità ,
taħt id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1), għandu għall-finijiet
kollha li ma jkunx dawk ta’ l-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet, u l-
Att dwar il-Pensjonijiet lil Nisa Romol u Tfal Iltiema, jitqies li jkun
temm li jkun fis-servizz tal-Gvern u li jkun daħal għas-servizz ma’
l-Entità  fid-data ta’ dik l-aċċettazzjoni u għall-finijiet ta’ l-
imsemmija Ordinanza u ta’ l-imsemmi Att, sakemm dawn
japplikaw għal dak l-uffiċjal, servizz ma’ dik l-Entità  għandu
jitqies li jkun servizz mal-Gvern fil-parametri tat-tifsiriet tagħhom
rispettivament.
(4) Kull tali uffiċjal kif hawn aktar qabel imsemmi li minnufih
qabel ma jaċċetta impieg permanenti ma’ l-Entità  kellu jedd li
jibbenefika taħt l-Att dwar il-Pensjonijiet lil Nisa Romol u Tfal
Iltiema, għandu jibqa’ hekk intitolat li jibbenefika kif hawn iktar
qabel indikat għal kull fini bħallikieku s-servizz ma’ l-Entitajiet
kien servizz mal-Gvern.
18 KAP. 445. ħ PATRIMONJU KULTURALI
(5) Kull Entità  għandha tħallas lill-Gvern dawk il-
kontribuzzjonijiet li jistgħu minn żmien għal żmien ikunu deċiżi
mill-Ministru responsabbli għall-finanzi dwar in-nefqa ta’
pensjonijiet u gratwitajiet li jinqalgħu minn uffiċjal li jkun aċċetta
impieg permanenti magħha kif hawn aktar qabel imsemmi matul il-
perjodu li jibda għaddej fid-data meta dak l-uffiċjal jaċċetta.
(6) (a) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu l-karigi u gradi ta’
salarji ma’ l-Entitajiet għandhom ikun kklassifikati fil-
gradi li l-aktar jikkorrispondu fil-viċin u livelli
inkrimentali fis-servizz mal-Gvern ta’ Malta
b’riferenza għal job description, kapaċitajiet,
responsabbiltajiet u fatturi oħra analogi.
(b) Il-klassifikazzjoni msemmija fil-paragrafu (a) għandha
ssir mill-Bord magħmul minn President  maħtur mill-
Ministru responsabbli għall-finanzi u żewġ membri
oħra, wieħed maħtur mill-Ministeru responsabbli
ċentralment għall-politka dwar il-persunal fis-servizz
pubbliku u l-ieħor maħtur mill-Entità  rilevanti. Il-
klassifikazzjoni tkun bla ħsara għall-approvazzjoni
finali tal-Ministru responsabbli għall-finanzi.
(ċ) Dik il-klassifika għandha ssir fi żmien tliet xhur minn
kull aġġustament ta’ salarji ta’ l-impjegati fis-servizz
tal-Gvern, u, jew , ta’ l-impjegati ta’ xi Entità .
(d) Ebda kariga m’għandha tkun ikklassifikata fi grad
ogħla minn dak ta’ grad 3 fis-servizz tal-Gvern jew dak
il-grad ieħor li l-Ministru responsabbli għall-finanzi
jista’ minn żmien għal żmien b’avviż fil-Gazzetta
jiddeċiedi.
(e) Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet ta’ l-
artikolu 113 tal-Kostituzzjoni, ħadd ma jista’,
minħabba fi klassifikazzjoni kif hawn aktar qabel
imsemmi, jkun intitolat għal drittijiet taħt l-imsemmija
Ordinanza dwar il-Pensjonijiet li jkunu inqas
favorevoli minn dawk li dwarhom dik il-persuna kienet
tkun intitolata qabel dik il-klassifikazzjoni.
TAQSIMA V
DISPOSIZZJONIJIET FINANZJARJI
L-Entitajiet iħallsu 
l-infieq mid-dħul.
20. (1) Mingħajr preġudizzju għal dawn id-disposizzjonijiet li
ġejjin ta’ dan l-artikolu, l-Entitajiet għandhom hekk imexxu l-
affarijiet tagħhom li n-nefqa meħtieġa għat-twettiq adatt tal-
funzjonijiet tagħhom għandha, skond kemm ikun prattiku, titħallas
mid-dħul tagħhom.
(2) Għal dak l-għan kull Entità  għandha tiġbor dawk id-
drittijiet, rati u ħlasijiet oħra preskritti jew li jitqiesu li jkun
preskritti minn jew taħt dan l-Att jew kull liġi oħra.
(3) Kull Entità  għandha wkoll titħallas mingħand il-Gvern
mill-Fond Konsolidat dawk l-ammonti ta’ flus li l-Kamra tista’
minn żmien għal żmien tawtorizza li għandhom jiġu approprjati
PATRIMONJU KULTURALI ġ KAP. 445. 19
biex minnhom jitħallsu l-ispejjeż ta’ xi xogħlijiet speċifikati sabiex
dawn jitkomplew jew xort’oħra jsiru minnha, li jkunu xogħlijiet ta’
infrastruttura jew ta’ xorta kapitali simili, jew biex minnhom
titħallas kull spiża li jista’ jkollha u li ma tkunx tista’ tħallas mid-
dħul tagħha.
(4) Kull eċċess ta’ dħul fuq l-infieq għandu, bla ħsara għal
dawk id-direttivi li l-Ministru, wara li jikkonsulta lill-Ministru
responsabbli għall-finanzi, jista’ minn żmien għal żmien jagħti,
jkun applikat minn kull Entità  għal kull formazzjoni ta’ fondi ta’
riserva li jiġu użati għall-finijiet tagħha, u mingħajr preġudizzju
għall-ġeneralità  tal-poteri mogħtija lill-Ministru b’dan is-
subartikolu, kull ordni mogħtija mill-Ministru kif hawn aktar qabel
imsemmi tista’ tordna t-trasferiment lill-Gvern, jew l-applikazzjoni
b’dak il-mod kif jista’ jkun speċifikat fl-ordni, ta’ xi parti  tad-
drittijiet, rati u ħlasijiet oħra miġbura skond subartikolu (2) jew xi
eċċess bħal dak kif hawn aktar qabel imsemmi.
(5) Il-fondi ta’ xi Entità  li ma jkunux minnufih meħtieġa biex
minnhom issir in-nefqa jistgħu jkunu investiti b’dak il-mod li jista’
minn żmien għal żmien ikun approvat mill-Ministru.
Poter ta’ self ta’ 
kapital.
21. (1) Għall-finijiet ta’ kull ħtieġa ta’ xorta kapitali, Entità
tista’, bl-approvazzjoni bil-miktub tal-Ministru f’konsultazzjoni
mal-Ministru responsabbli għall-finanzi, tissellef jew tikseb flus
b’dak il-mod, mingħand dik il-persuna, korp jew awtorità , u taħt
dawk il-pattijiet u kondizzjonijiet li l-Ministru, wara konsultazzjoni
kif hawn aktar qabel imsemmi, jista’ japprova bil-miktub.
(2) Entità  tista’ wkoll minn żmien għal żmien tissellef,
b’overdraft jew xort’oħra, dawk l-ammonti li tista’ teħtieġ għat-
twettiq tal-funzjonijiet tagħha taħt dan l-Att:
Iżda għal kull ammont li jeċċedi l-ħamsin elf lira, tenħtieġ
l-approvazzjoni tal-Ministru bil-miktub.
Flus li jingħataw 
bil-quddiem mill-
Gvern.
22. Il-Ministru responsabbli għall-finanzi jista’, wara li
jikkonsulta lill-Ministru, jgħaddi flus bil-quddiem lil xi Entità  ta’
dawk l-ammonti li l-Ministru responsabbli għall-finanzi jista’
jaqbel li jkunu meħtieġa minn dik l-Entità  għat-twettiq ta’ xi
funzjoni tagħha taħt dan l-Att, u jista’ jgħaddi dawk il-flus bil-
quddiem b’dawk il-pattijiet u kondizzjonijiet li l-Ministru
responsabbli għall-finanzi jista’, wara konsultazzjoni kif hawn
aktar qabel imsemmi, jidhirlu li jkun xieraq.   Kull flus hekk
mgħoddija bil-quddiem jistgħu jiġu ordnati mill-Ministru
responsabbli għall-finanzi mill-Fond Konsolidat, u mingħajr ebda
approprjazzjoni ulterjuri ħlief għal dan l-Att, b’warrant, li
jawtorizza lill-Accountant General li jgħaddi dawk il-flus bil-
quddiem.
Tislif mingħand il-
Gvern.
23. (1) Il-Ministru responsabbli għall-finanzi jista’, għal kull
ħtieġa ta’ xorta kapitali ta’ xi Entità , jikkuntratta jew jagħmel flus
disponibbli, jew jidħol f’passiv,  għal dawk il-perjodi u b’dawk il-
pattijiet u kondizzjonijiet li l-Ministru responsabbli għall-finanzi
jista’ jqis li jkunu xierqa; u kull ammont dovut dwar jew
f’konnessjoni ma’ xi tali self jew passività  jkun nefqa fuq il-Fond
Konsolidat.
20 KAP. 445. ħ PATRIMONJU KULTURALI
(2) Avviż dwar kull self, passività  jew flus li jingħataw bil-
quddiem, li jsiru jew jiġu magħmulin taħt id-disposizzjonijiet tas-
subartikolu (1) għandhom jiġu mogħtija mill-Ministru lill-Kamra
kemm jista’ jkun malajr.
(3) Sakemm isir disponibbli xi self bħal dak imsemmi fis-
subartikolu (1), jew bil-għan li Entità  tiġi pprovduta b’kapital attiv,
il-Ministru responsabbli għall-finanzi jista’, b’ordni, u mingħajr
ebda approprjazzjoni ulterjuri ħlief għal dan l-Att, jawtorizza lill-
Accountant General li jgħaddilha flus bil-quddiem mit-Treasury
Clearance Fund taħt dawk il-pattijiet li jistgħu jkunu speċifikati
mill-Ministru malli dan isir.
(4) Ir-rikavat ta’ xi self li jsir disponibbli għall-finijiet li
jingħataw flus bil-quddiem lil xi Entità  u kull ammont ta’ flus ieħor
li jkun se jingħadda lil xi Entità  taħt dan l-artikolu, għandu jitħallas
lil dak il-Fond.
(5) Ammonti ta’ flus  li l-Accountant General jirċievi
mingħand xi Entità  dwar flus li jingħatawlha bil-quddiem taħt
subartikolu (3) għandhom jitħallsu, dwar xi ammonti li jiġu riċevuti
bħala ħlas lura fit-Treasury Clearance Fund u, dwar ammonti li
jiġu riċevuti bħala mgħax fil-Fond Konsolidat.
Estimi ta’ l-
Entitajiet.
24. (1) Kull Entità  għandha tara li tiġi mħejjija f’kull sena
finanzjarja, u m’għandhiex iktar tard minn tmien ġimgħat qabel
tmiem kull sena finanzjarja tadotta, estimi tad-dħul u nfieq tagħha
għas-sena finanzjarja li tiġi minnufih wara:
Iżda l-estimi ta’ xi Entità  għall-ewwel sena finanzjarja
tagħha għandu jitħejja u jiġi adottat f’dak iż-żmien li l-Ministru
jista’ b’avviż bil-miktub jispeċifika lill-Entità .
(2) Fit-tħejjija ta’ dawk l-estimi, Entità  għandha tqis kull fond
u flus oħra li jistgħu jkunu dovuti li jitħallsu lilha mill-Fond
Konsolidat matul is-sena finanzjarja rilevanti, jew bis-saħħa ta’ dan
l-Att jew ta’ Att ta’ approprjazzjoni jew ta’ kull liġi oħra;  u
għandha hekk tħejji dawl l-estimi b’mod li tiżgura li kull dħul totali
tagħha jkun mill-inqas suffiċjenti biex minnu jinħarġu l-ammonti
ta’ flus kollha li għandhom jitħallsu kif dovut fil-kont tad-dħul
tagħha inklużi, imma mingħajr preġudizzju għall-ġeneralità  ta’ dik
il-frażi, id-deprezzament.
(3) L-estimi għandhom isiru f’dawk is-suriet u jkun fihom dik
l-informazzjoni u dawk il-paraguni ma’ l-estimi ta’ qabel hekk kif
il-Ministru jista’ jordna.
(4) Kopja ta’ l-estimi għandha, meta dawn jiġu adottati minn
Entità , jintbagħtu minnufih mill-Entità  lill-Ministru u lill-Ministru
responsabbli għall-finanzi.
(5) Il-Ministru għandu, ma’ l-ewwel opportunità  li jkollu u
mhux iktar tard minn sitt ġimgħat wara li jkun irċieva kopja ta’ l-
estimi ta’ l-Entitajiet, jew, jekk jiġri li l-Kamra ma tkunx qegħda
f’sessjoni, fi żmien sitt ġimgħat mill-bidu tas-sessjoni li tiġi
minnufih wara, jara li dawk l-estimi li jkun qiegħed quddiem il-
Kamra flimkien ma’ mozzjoni li l-Kamra tapprova dawk l-estimi.
M’għandhiex tingħata iktar minn seduta waħda biex isir dibattitu
fil-Kamra dwar dik il-mozzjoni u sew il-mozzjoni sew l-
PATRIMONJU KULTURALI ġ KAP. 445. 21
approvazzjoni ta’ l-estimi mill-Kamra jista’ jkun fihom jew ma
jkunx fihom emendi għall-estimi.
In-nefqa skond l-
estimi approvati.
25. (1) M’għandha ssir jew tiġġarrab ebda nefqa minn Entità
kemm-il darba din ma tkunx ġiet approvata mill-Kamra kif provdut
fl-artikolu 24.
(2) Minkejja d-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) -
(a) sa l-iskadenza ta’ sitt xhur mill-bidu ta’ xi sena
finanzjarja, jew sakemm issir l-approvazzjoni ta’ l-
estimi għal dik is-sena mill-Kamra, skond liema data
tiġi l-ewwel, Entità  tista’ tagħmel jew iġġarrab in-
nefqa għat-twettiq tal-funzjonijiet tagħha taħt dan l-
Att f’ammont li b’kollox ikun ta’ mhux iżjed minn
nofs l-ammont approvat għas-sena finanzjarja li tiġi
minnufih qabel;
(b) in-nefqa approvata għar-rigward ta’ xi kap jew sotto-
kap ta’ l-estimi tista’, bl-approvazzjoni tal-Ministru,
tiġġarrab dwar xi kap jew sotto-kap ieħor ta’ l-estimi;
(ċ) dwar l-ewwel sena finanzjarja, Entità  tista’ tagħmel
jew iġġarrab in-nefqa sakemm l-approvazzjoni ta’ l-
estimi għal dik is-sena mill-Kamra f’dak li ammont li
b’kollox ma ikun ta’ mhux iżjed minn kemm il-
Ministru responsabbli għall-finanzi jista’, wara li
jikkonsulta lill-Ministru, jippermetti;
(d) jekk dwar xi sena finanzjarja jinsab li l-ammont
approvat mill-Kamra ma jkunx suffiċjenti, jew jekk
tqum neċessità  li ssir nefqa għal xi għand li ma jkunx
hemm provdut dwarha fl-estimi, Entità  tista’ tadotta
estimi supplementari għall-approvazzjoni tal-Kamra u
sakemm tingħata dik l-approvazzjoni, dik l-Entità
tista’ f’ċirkostanzi speċjali u bl-approvazzjoni tal-
Ministru, iġġarrab in-nefqa relattiva jew parti minnha
kif dak il-Ministru jista’ hekk japprova, u f’kull każ
bħal dak id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att li japplikaw
għall-estimi għandhom, skond kemm ikun prattiku,
japplikaw għall-estimi supplimentari.
Publikazzjoni ta’ l-
estimi approvati.
26. Kull estimi u estimi supplementari approvati mill-Kamra
għandhom, kemm jista’ jkun malajr, jiġu ppubblikati fil-Gazzetta .
Kontijiet u 
verifika.
27. (1) Kull Entità  għandha tara li jinżammu kotba ta’
kontijiet u reġistrazzjonijiet oħra kif imiss dwar l-operazzjonijiet
tagħha u għandu jara li titħejja dikjarazzjoni ta’ kontijiet dwar kull
sena finanzjarja.
(2) Il-kontijiet ta’ kull Entità  għandhom ikun verifikati minn
awditur jew awdituri li jinħatru minnha u li jkunu approvati mill-
Ministru:
Iżda l-Ministru responsabbli għall-finanzi jista’ jeħtieġ li l-
kotba u reġistrazzjonijiet oħra ta’ xi Entità  jiġu verifikati jew
eżaminati mill-Awditur Ġenerali li għal dan l-għan ikollu poter li
jagħmel diki il-verifika fiżika u kull verifika oħra, u jista’ jkun
jeħtieġ dik l-informazzjoni, hekk kif l-Awditur Ġenerali jista’ jqis
22 KAP. 445. ħ PATRIMONJU KULTURALI
li tkun meħtieġa.
(3) Wara tmiem kull sena finanzjarja, fl-istess ħin li kopja ta’ l-
estimi ta’ xi Entità  tintbagħat lill-Ministru taħt l-artikolu 24, l-
Entità  għandha tara li kopja tad-dikjarazzjoni ta’ kontijiet
verifikata kif imiss tkun mibgħuta lill-Ministru u lill-Ministru
responsabbli għall-finanzi flimkien mal-kopja ta’ kull rapport
magħmul mill-awditur jew awdituri dwar dik id-dikjarazzjoni jew
dwar il-kontijiet ta’ l-Entità .
(4) Il-Ministru għandu jara li kopja ta’ kull dikjarazzjoni u
rapport bħal dawk jitqegħdu quddiem il-Kamra flimkien mal-
mozzjoni li titqiegħed quddiem il-Kamra taħt l-artikolu 24(5).
Depożitu ta’ kull 
dħul u ħlas mill-
Entitajiet.
28. (1) Il-flejjes kollha ta’ xi Entità  għandhom jitqegħdu
f’bank jew banek li jinħatru bankiera minnha.   Dawk il-flejjes
għandhom, skond kemm ikun prattiku, jitqegħdu fil-banek minn
jum għall-ieħor, ħlief għal dak l-ammont li l-Entità  tista’ teħtieġ li
żżomm biex tħallas minnha nefqiet żgħar u ta’ minnufih.
(2) Il-ħlasijiet kollha li jsiru mill-fondi ta’ kull Entità , ħlief
għal nefqiet żgħar ta’ mhux iżjed minn dak l-ammont li jista’ jkun
iffissat minn kull Entità  rispettiva bl-approvazzjoni tal-Ministru,
għandhom isiru minn dak l-uffiċjal jew uffiċjali ta’ dik l-Entità  li
jistgħu jiġu maħtura jew imsemmija għal dak l-iskop.
(3) Ċekkijiet li jirrigwardaw u rtirat ta’ flejjes minn xi kont tal-
bank ta’ xi Entità  għandhom ikunu ffirmati minn dak l-uffiċjal ta’
dik l-Entità  li jista’ jiġi  maħtur jew imsemmi minn dik l-Entità
għal dak l-għan u għandu jġib il-kontrofirma tal-membru jew
uffiċjal awtorizzat ta’ dik l-Entità  kif jista’ jkun awtorizzat minn
dik l-Entità  għal dak l-għan.
(4) Kull Entità  għandha wkoll tipprovdi dwar -
(a) il-mod li bih u l-uffiċjal jew uffiċjali li għandhom
jawtorizzaw jew japprovaw il-ħlasijiet;
(b) it-titolu ta’ xi kont li jinżamm fil-bank jew banek fejn
għandhom jitħallsu l-flejjes tagħha, u t-trasferiment ta’
fondi minn kont għall-ieħor;
(ċ) il-metodu li għandu jiġi adottat biex isiru ħlasijiet
mill-fond tagħha; u
(d) b’mod ġenerali għar-rigward ta’ kull ħaġa li hija
rilevanti għaż-żamma kif imiss u l-kontroll tal-
kontijiet, kotba u records oħra u l-kontroll tal-finanzi
tagħha.
Kuntratti ta’ 
provvista u ta’ 
xogħlijiet.
29. Entità  m’għandhix tidħol f’xi kuntratt għall-provvista ta’
oġġetti jew materjal jew għall-esekuzzjoni ta’ xogħol jew għall-
għoti ta’ servizzi lil jew għall-benefiċċju ta’ l-Entità , li hija tistma
li jkun jinvolvi nefqa ta’ iżjed minn tliet elef lira, ħlief wara li
tagħti avviż dwar l-intenzjoni li jkollha li tagħmel dak il-kuntratt
ikun ġie ppubblikat u jkunu nħarġu sejħiet għal offerti kompetittivi.
Rapport annwali. 30. Kull Entità  għandha, mhux iktar tard minn sitt ġimgħat
wara tmiem kull sena finanzjarja, tagħmel u tgħaddi lill-Ministru u
lill-Ministru responsabbli għall-finanzi rapport li jkun jittratta
PATRIMONJU KULTURALI ġ KAP. 445. 23
b’mod ġenerali dwar l-attivitajiet tagħha matul dik is-sena
finanzjarja u li jkun fih dik l-informazzjoni għar-rigward tal-
proċedimenti u l-politka tagħha hekk kif xi wieħed mill-imsemmija
Ministri jista’ minn żmien għal żmien jeħtieġ.   Il-Ministru għandu
jara li kopja ta’ rapport bħal dak jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra
flimkien ma’ l-estimi kif provduti dwar dan fl-artikolu 24.
TAQSIMA VI
PROFESSJONISTI FIL-KONSERVAZZJONI
Kwalifiki għall-
warrant.
31. (1) Ħadd ma għandu jeserċita l-professjoni ta’
konservatur-restawratur kemm-il darba ma jkunx id-detentur ta’
warrant taħt l-artikolu 33.
(2) Persuna ma tikkwalifikax għall-għoti ta’ warrant kemm-il
darba - 
(a) ma tkunx ċittadin ta’ Malta jew xort’oħra jkollha
permess li taħdem f’Malta taħt xi liġi oħra;
(b) ma jkollhiex kondotta tajba;
(ċ) ma jkollhiex kapaċità  legali sħiħa; u
(d) ma tissodisfax lill-Bord li - 
(i) ikollha kwalifiki akkademiċi miksuba wara t-
tkomplija b’suċċess ta’ kors ta’ studju ta’ durata
ta’ mill-anqas tliet snin full-time jew durata
ekwivalenti part-time f’università  jew
istituzzjoni akkademika kif tista’ tkun
rikonoxxuta mill-Bord imsemmi fl-artikolu 34, u
li jkun kors li jkun fih dawk is-suġġetti
prinċipali fil-qasam tal-konservazzjoni u restawr
li l-Ministru jista jippreskrivi;
(ii) għal perjodu ta’ mhux inqas minn sentejn wara li
tikseb il-kwalifiki akkademiċi msemmija fis-
subparagrafu (i), tkun tħarġet f’Malta taħt is-
superviżjoni ta’ xi detentur ta’ warrant
prattikanti, skond dawk il-linji direttivi li l-
Ministru jista’ jippreskrivi:
Iżda meta l-kwalifiki akkademiċi
imsemmija fis-subparagrafu (i) ikunu miksuba
wara korsijiet akkademiċi full-time ta’ durata
b’kollox ta’ mill-anqas sitt snin, u li jikkontjenu
dak il-livell ta’ taħriġ prattiku kif jista’ jiġi
approvat mill-Bord, il-kondizzjoni għal taħriġ
taħt superviżjoni titqies li tkun ġiet imwettqa:
Iżda wkoll, bl-approvazzjoni ta’ l-
imsemmi Bord dak it-taħriġ jista’, għal perjodu
ta’ mhux iżjed minn sena, fl-imsemmi perjodu
ta’ sentejn, isir f’xi Stat barra minn Malta ma’ xi
professjonist f’dixxiplini relatati li jkun
kwalifikat kif imiss biex jeserċita f’dak l-Istat;
(iii) tkun ġiet eżaminata u approvata kif imiss mill-
Bord f’eżami jew eżamijiet għal dak l-iskop,
24 KAP. 445. ħ PATRIMONJU KULTURALI
hekk kif il-Ministru jista’ jippreskrivi:
Iżda l-Bord jista’ jeżenta lil xi persuna li
tkun kisbet il-kwalifiki akkademiċi mill-
Università  ta’ Malta jew minn xi Università  jew
istituzzjoni akkademika oħra bħal dik approvata
mill-imsemmi Bord, sew mill-eżami kollu jew l-
eżamijiet kollha sew minn xi parti minnu jew
minnhom.
Ċirkostanzi 
speċjali.
32. Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 31, persuna tista’
tingħata warrant jekk ikollha:
(a) il-kwalifiki elenkati fl-artikolu 31(2)(a), (b) u (ċ) u
tkun, qabel l-ewwel ta’ Jannar, 2000, pprattikat ta’
konservatur-restawratur  f’Malta jew barra minn Malta
għal perjodu ta’ mhux inqas minn ħmistax-il sena, u
jkollha fil-fehma tal-Bord imsemmi fl-artikolu 34 il-
kompetenza u l-abbiltà  akkademika meħtieġa;  jew 
(b) il-kwalifiki elenkati fl-artikolu 31(2)(a), (b), (ċ) u
(d)(ii) u (iii) u jkollha kwalifiki akkademiċi li tkun
kisbet wara kors kif imsemmi fil-paragrafu (d)(i) iżda
li ma kienx fih dawk is-suġġetti prinċipali minimi
kollha fil-qasam tal-konservazzjoni u restawr kif
imsemmija fl-istess subparagrafu iżda tkun għaddiet
b’suċċess mill-provi li l-Bord imsemmi fl-artikolu 34
jista’ jqis meħtieġa skond il-każ biex jagħmel tajjeb
għal dak in-nuqqas.
Warrant ta’ 
prattika bħala 
konservatur 
professjonali.
33. (1)  Il-warrant biex persuna tipprattika l-professjoni ta’
konservatur-restawratur jingħata mill-Ministru bir-
rakkomandazzjoni tal-Bord imsemmi fl-artikolu 34 lil kull min
jissodisfa l-ħtiġiet ta’ l-artikoli 31 jew 32.
(2) Detentur ta’ warrant jista’ juża t-titolu Konservatur-
Restawratur flimkien ma’ ismu.
Regolamenti dwar 
rikonoxximent 
reċiproku ta’ 
kwalifiki.
Miżjud:
XVIII. 2002.10.
Kap. 450.
33A.  Il-Ministru jista’ jagħmel regolamenti biex iġib fis-seħħ id-
disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar ir-Rikonoxximent Reċiproku ta’
Kwalifiki u r-regolamenti kollha magħmulin taħtu, dwar ir-
rikonoxximent reċiproku ta’ kwalifiki ta’ konservatur-restawratur.
Bord tal-Warrant 
tar-Restawraturi.
34. (1) Ikun hemm Bord, li jkun magħruf bħala Bord tal-
Warrant tar-Restawraturi (hawnhekk iżjed ’il quddiem f’dan l-
artikolu imsemmi l-Bord) li jkun magħmul minn:
(a) President li jkun  maħtur mill-Ministru minn fost
persuni li jkunu jew kienu kwalifikati li jkunu maħtura
mħallfin f’Malta;
(b) żewġ membri maħtura mill-Ministru minn fost persuni
li fil-fehma tiegħu għandhom it-tagħrif u l-esperjenza
meħtieġa u li wieħed minnhom ikun minn fost il-
membri akkademiċi ta’ l-istaff ta’ l-Università  ta’
Malta u l-ieħor minn fost persuni akkreditati taħt dan
l-Att;
PATRIMONJU KULTURALI ġ KAP. 445. 25
(ċ) is-Sovrintendent jew rappreżentant tiegħu;
(d) membru appuntat mill-Bord tal-Gvernaturi taċ-Ċentru
minn fost persuni li fil-fehma ta’ l-istess Bord tal-
Gvernaturi jkollhom it-tagħrif u l-esperjenza meħtieġa.
(2) Il-President jiġi maħtur għal żmien tliet snin u taħt dawk il-
kondizzjonijiet li jistgħu jiġu stipulati fl-ittra tal-ħatra tiegħu.
(3) Il-membri l-maħtura l-oħra tal-Bord għandhom jibqgħu fil-
kariga għal żmien sentejn, u taħt dawk il-kondizzjonijiet li jistgħu
jiġu stipulati fl-ittra tal-ħatra tagħhom.
(4) Meta jkun hemm xi vakanza fil-Bord, il-Ministru għandu
kemm jista’ jkun malajr, fil-każ tal-President, jew membru  maħtur
minnu, jaħtar lil xi persuna oħra biex timla dik il-vakanza; fil-każ
ta’ membru  maħtur  miċ-Ċentru, jitlob liċ-Ċentru jaħtar lil xi
persuna oħra biex timla dik il-vakanza.
(5) L-għadd ta’ membri meħtieġa biex jagħmlu quorum ikun ta’
tlieta, imma, sakemm ikun hemm quorum, il-Bord jista’ jaġixxi
minkejja kull vakanza fost il-membri tiegħu.
(6) Il-Ministru jista’ wkoll jiddelega uffiċjal pubbliku biex
jagħmilha ta’ segretarju tal-Bord, u dak is-segretarju ma jkollux
vot.
(7) Ħlief kif hawn aktar qabel imsemmi, il-Bord jista’ jagħmel
ir-regoli tiegħu nnifsu u xort’oħra jirregola l-proċedura tiegħu
nnifsu.
(8) Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu, għal perjodu
ta’ sena mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din it-Taqsima ta’ dan l-Att,
l-ewwel Bord li jkun maħtur ikun magħmul minn:
(a) President li jkun  maħtur mill-Ministru minn fost
persuni li jkunu jew li kienu kwalifikati li jkunu
maħtura mħallfin f’Malta;  u 
(b) żewġ persuni oħra, maħtura mill-Ministru u li ma
jkunux huma nfushom persuni li għad japplikaw għal
warrant, u li fil-fehma tiegħu ikollhom il-kompetenza
li jiflu l-ewwel applikanti għall-warrant.
Funzjonijiet tal-
Bord.
35. (1) Il-funzjonijiet tal-Bord huma li -
(a) jikkonsidra applikazzjonijiet għall-ħruġ ta’ warrant, u
li jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu dwar dan
lill-Ministru;
(b) jorganizza u jirregola, u jiddeċiedi talbiet għal
eżenzjonijiet mill-eżami għal warrant professjonali
skond l-artikoli 31 u 32;
(ċ) jirregola l-kondizzjonijiet ta’ taħriġ prattiku barra
mill-pajjiż skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 31;
(d) japprova universitajiet jew istituzzjonijiet akkademiċi
skond l-artikolu 31;
(e) jorganizza u jirregola kull prova li tidhirlu xierqa u l-
perjodi ta’ taħriġ prattiku, kif provdut dwarhom fl-
artikolu 32;
26 KAP. 445. ħ PATRIMONJU KULTURALI
(f) biex jikkonsidra u jiddetermina applikazzjonijiet minn
detenturi ta’ warrant, professjonisti oħra u persuni
oħra fil-qasam ta’ konservazzjoni u restawr biex jiġu
akkreditati biex ikunu jistgħu jagħmlu xogħlijiet,
interventi u proċeduri partikolari in konnessjoni ma’
proprjetà  kulturali, u biex tagħti jew tiċħad dik l-
akkreditazzjoni;
(g) biex jirrediġi kodiċi ta’ etika u linji gwida għal
prattika għal detenturi ta’ warrant u persuni
akkreditati taħt dan l-artikolu;
(h) jinkoraġġixxi inizjattivi li jassiguraw programm ta’
taħriġ u żvilupp professjonali kontinwu għad-detenturi
ta’ warrant u persuni akkreditati taħt dan l-artikolu; u
(i) jagħti parir lill-Ministru f’dak li għandu x’jaqsam ma’
kull ħaġa għar-rigward tal-professjoni ta’ Konservatur-
Restawratur u ta’ l-akkreditazzjoni.
(2) Fl-eserċizzju tal-funzjonijiet tiegħu l-Bord jista’ wkoll
jikkonsulta lil dawk il-persuni li jistgħu jitqiesu xierqa u jista’
wkoll jaħtar kumitati, li l-president tagħhom ikun membru tal-
Bord, għat-twettiq ta’ dawk id-dmirijiet jew xogħol ieħor li l-Bord
jista’ jassenjalhom.
(3) Il-Bord għandu jżomm reġistru ta’ detenturi ta’ warrant u
għandu, mhux aktar tard minn tliet xhur wara tmiem kull sena,
jippubblika fil-Gazzetta lista ta’ persuni li, fil-31 ta’ Diċembru ta’
dik is-sena, kienu reġistrati bħala detenturi ta’ warrant maħruġ taħt
dan l-Att.
(4) Il-Bord għandu jżomm reġistru ta’ persuni akkreditati taħt
dan l-artikolu u jindika dwar kull persuna reġistrata fih, ix-xogħol,
interventi jew proċeduri li għalih dik il-persuna tkun akkreditata, u
għandu mhux aktar tard minn tliet xhur wara tmiem kull sena
jippubblika fil-Gazzetta lista ta’ persuni li, fil-31 ta’ Diċembru ta’
dik is-sena, kienu akkreditati u jindika dwar kull persuna x-xogħol,
interventi jew proċeduri li għalihom ikun akkreditat.
(5) Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 36 sa 38 għandhom
japplikaw mutatis mutandis dwar akkreditazzjoni taħt dan l-
artikolu kif japplikaw dwar warrant, u għandhom japplikaw
mutatis mutandis dwar persuna akkreditata kif japplikaw dwar
detentur ta’ warrant.
Sospensjoni jew 
revoka ta’ warrant.
36. (1) Il-Ministru jista’, b’ordni bil-miktub, jissospendi,
jirrevoka jew iħassar warrant jekk id-detentur ta’ warrant:
(a) ikun instab ħati, wara inkjesta mill-Bord imsemmi fl-
artikolu 34 ta’ dawn l-atti jew ommissjonijiet li ġejjin:
(i) diżonestà , mġieba ħażina jew negliġenza gravi
fl-eserċizzju tal-professjoni tiegħu;
(ii) mġieba li tmur kontra l-kodiċi ta’ etika u linji
gwida ta’ prattika li hemm provvediment
dwarhom fl-artikolu 35(1)(g);
(iii) nuqqas milli jħares ir-regolamenti dwar il-livelli
jew il-prattika professjonali;  jew
PATRIMONJU KULTURALI ġ KAP. 445. 27
(iv) nuqqas milli jħares xi kondizzjoni marbuta ma’
warrant maħruġ taħt id-disposizzjonijiet ta’ l-
artikolu 38, jew 
(b) ikun instab ħati minn qorti kompetenti ta’ reat taħt id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att jew ta’ regolamenti
magħmulin taħtu; jew
(ċ) ikun instab ħati minn qorti kompetenti ta’ xi reat li
jolqot il-fiduċja pubblika jew frodi jew li jkun
xjentement irċieva proprjetà  miksuba minn serq jew
frodi.
Kap. 12.
(2) Deċiżjoni tal-Bord taħt is-subartikolu (1)(a) ikun jista’ jsir
appell minnha quddiem il-Qorti ta’ l-Appell magħmul kif provdut
fl-artikolu 41(6) tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili.
(3) Il-Ministru responsabbli għall-ġustizzja jista’ jagħmel
regolamenti li jippreskrivu d-drittijiet li għandhom jitħallsu fir-
reġistru tal-qorti f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-appelli taħt dan l-
artikolu:
Iżda sakemm iż-żmien li jiġu hekk preskritti d-drittijiet
mill-Ministru responsabbli għall-ġustizzja, d-drittijiet li jitħallsu
dwar xi appell lil dik il-qorti jkunu dawk li japplikaw għall-Qorti
tal-Maġistrati (Malta).
(4) Il-Bord imwaqqaf taħt l-artikolu 29 tal-Kodiċi ta’
Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili għandu jagħmel regoli li jkunu
jistabbilixxu kif għandhom ikunu dawk l-appelli, t-terminu li fih
għandhom jiġu ppreżentati u b’mod ġenerali kull ħaġa ohra għar-
rigward ta’ dawk l-appelli.
Effetti ta’ revoka 
jew sospensjoni ta’ 
warrant.
37. Meta warrant taħt dan l-Att jiġi irtirat, sospiż jew revokat,
il-persuna li lilha jkun inħareġ dak il-warrant m’għandhiex tibqa’
detentur ta’ dak il-warrant, jew tkun sospiża mill-eserċizzju tal-
professjoni tagħha skond il-każ u għandha ttemm milli tibqa’ tuża
t-titolu Konservatur-Restawratur.
Il-Ministru jista’ 
joħroġ warrant 
ġdid.
38. Il-Ministru, li jaġixxi bir-rakkomandazzjoni tal-Bord
imsemmi fl-artikolu 34 jista’, wara li tgħaddi sena mid-data tar-
revoka jew tneħħija ta’ warrant, joħroġ warrant ġdid bla ħsara għal
dawk il-kondizzjonijiet li l-Ministru bir-rakkomandazzjoni tal-
Bord jista’ jqis li jkunu meħtieġa.
Tekniku ta’ 
Konservazzjoni.
39. (1) Il-Bord imsemmi fl-artikolu 34 għandu jżomm reġistru
bid-dettalji ta’ kull persuna li taħdem taħt is-surperviżjoni ta’
detentur ta’ warrant u li tkun persuna li għandha taħriġ u
esperjenza fi proċessi speċifiċi ta’ konservazzjoni jew li għandha
esperjenza f’aspetti speċifiċi ta’ konservazzjoni preventiva u li
jkollha ċertifikat ta’ tekniku ta’ konservazzjoni miksub taħt
regolamenti li jistabbilixxu standards u livelli dwar kwalifiki
professjonali u vokazzjonali.
(2) Għall-finijiet ta’ dan l-Att -
(a) persuna m’għandhiex titqies li tipprattika l-professjoni
ta’ konservatur-restawratur jekk hija tagħmilha ta’
impjegat ta’, jew assistent ma’, u taħt is-superviżjoni
ta’ detentur ta’ warrant u ma jippreżenta ebda
28 KAP. 445. ħ PATRIMONJU KULTURALI
ċertifikazzjoni ta’ xorta li turi li jkun konservatur-
restawratur;
(b) sa dak il-limitu li jista’ jiġi preskritt, ħadd m’għandu
jitqies li jeserċita l-professjoni ta’ detentur ta’ warrant
jekk ikun f’tali impieg jew ikollu jew jaġixxi f’dik il-
kariga jew iwettaq biss dak ix-xogħol, servizzi, atti
jew funzjonijiet li jistgħu jiġu preskritti;
L.S.343.26
(ċ) konservatur-restawratur għandu madankollu jagħmel
mill-aħjar biex jiżgura li kull assistent impjegat
miegħu jew imqabbad minnu għandu jkun temm
b’suċċess taħriġ sa dawk il-livelli li huma jew jistgħu
jkunu preskritti fir-Regolamenti dwar Kwalifiki
Professjonali u Vokazzjonali ta’ Malta.
TAQSIMA VII
POTERI SPEĊJALI TA’  L-ISTAT
Dritt ta’ 
preferenza.
40. (1) Fil-każ ta’ bejgħ, esportazzjoni, skambju, konċessjoni
enfitewtika jew self ta’ xi oġġett ta’ proprjetà  kulturali s-
Sovrintendent għandu jkollu l-jedd, bl-approvazzjoni tal-Ministru
f’konsultazzjoni mal-Kumitat li jakkwista dawk l-istess oġġetti, bi
preferenza fuq l-oħrajn kollha u b’kondizzjonijiet indaqs inkluż il-
ħlas ta’ korrispettiv bħal dak li soltu jsir bejn il-partijiet:
Iżda fil-każ ta’ l-esportazzjoni ta’ xi oħġett ta’ proprjetà
kulturali il-Gvern għandu jakkwista dawk l-oġġetti b’titolu ta’
bejgħ.
(2) Dan id-dritt ta’ preferenza jista’ jkun eserċitat mhux iktar
tard minn xahrejn minn meta jiġi riċevut l-avviż ta’ tali  bejgħ,
esportazzjoni, skambju, trasferiment jew self  minn kull parti
involuta, jew mid-data meta s-Sovrintendent isir jaf b’tali bejgħ,
esportazzjoni, skambju, trasferiment jew self, skond liema jiġi l-
ewwel.
(3) Fl-eserċizzju tal-jedd ta’ preferenza, meta l-korrispettiv tat-
trasferiment ma jkunx jista’ jiġi xort’oħra stabbilit il-valur tal-
proprjetà  kulturali inkwistjoni għandu jkun stabbilit skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 55.
Kontroll ta’ l-
esportazzjoni u ri-
esportazzjoni.
41. (1) Ħadd ma jista’ jesporta jew jerġa’ jesporta proprjetà
kulturali mingħajr il-permess bil-miktub tas-Sovrintendent.
(2) L-esportazzjoni u esportazzjoni mill-ġdid, meta permessi
għandhom ikunu bla ħsara għall-ħlas tad-dazju ad valorem kif
stipulat fl-Iskeda li tinsab ma’ dan l-Att u għandha tkun bla ħsara
għal dawk il-kondizzjonijiet l-oħra li jistgħu jkunu imposti mis-
Sovrintendent.
(3) Permess għall-esportazzjoni u esportazzjoni mill-ġdid tista’
tingħata għal żmien limitat u mingħajr il-ħlas tad-dazju msemmi
fis-subartikolu (2) għal skop ta’ restawr, esibizzjoni jew studju.  Is-
Sovrintendent jista’, meta jkun qed jagħti tali  permess jimponi
garanziji għar-ritorn tal-proprjetà  kulturali li tiġi hekk esportata
jew esportata mill-ġdid f’dak l-ammont li jiġi stabbilit mis-
Sovrintendent.
PATRIMONJU KULTURALI ġ KAP. 445. 29
(4) Il-valur ta’ l-oġġetti għall-finijiet tal-ħlas tad-dazju
msemmi fis-subartikolu (2) jiġi stabbilit minn espert wieħed jew
iktar maħtura bi qbil bejn il-Ministru u l-esportatur jew, fin-nuqqas
ta’ qbil, mill-Qorti ta’ l-Appell (Ġurisdizzjoni Inferjuri) fuq it-talba
ta’ l-esportatur, li ssir b’rikors.  In-nefqa tal-valutazzjoni għandha
titħallas mill-esportatur.
(5) Minflok il-ħlas ta’ dazju, l-esportatur jista’, bil-kunsens
tas-Sovrintendent, jagħti lill-Gvern bħala datio in solutum, xi
oġġett wieħed jew aktar ta’ valur ekwivalenti għad-dazju dovut.
(6) Il-Gvern jista’ jakkwista kull oġġett li jkun propost li jiġi
esportat, b’dak il-prezz li jista’ jiġi stabbilit bil-mod stipulat f’dan
l-artikolu fi żmien xahrejn minn meta ssir il-valutazzjoni msemmija
f’dan l-artikolu u wara li jingħata avviż ta’ l-esportazzjoni intiża
lis-Sovrintendent. L-ispejjeż kollha li għandhom x’jaqsmu mal-
valutazzjoni għandhom, f’dawk il-każijiet, jitħallsu mill-Gvern.
Tiswija u restawr 
mill-Gvern.
42. Is-Sovrintendent jista’, wara li jikkonsulta lill-Kumitat,
b’avviż jgħarraf lil kull min ikun is-sid, detentur jew pussessur ta’
proprjetà  kulturali li dik il-proprjetà  kulturali, tkun teħtieġ tiswija
jew restawr urġenti u għandu f’dak l-avviż jistabbilixxi terminu li
fih għandhom isiru tali tiswija jew restawr, u fin-nuqqas li jsir dan,
is-Sovrintendent, jista’ jagħmel dawk ix-xogħlijiet bi spejjeż ta’
dik il-persuna.
Dritt esklużiv 
għall-iskavar.
43. (1) Skavi u esplorazzjonijiet arkeoloġiċi jew
paleontoloġiċi fuq l-art, kif ukoll fl-ibħra territorjali jew fiż-żona
kontigwa ta’ Malta jistgħu jsiru biss mis-Sovrintendent, jew bil-
permess bil-miktub tas-Sovrintendent u skond kull kondizzjoni
annessa miegħu.
Iżda bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 45(4), is-
Sovrintendent jista’ jagħmel, jew jordna li jsiru, skavi għall-finijiet
ta’ dan l-Att f’kull parti ta’ Malta, kull meta dawn l-iskavi huma
meħtieġa u skond regolamenti maħruġa bis-saħħa ta’ l-artikolu
55(d).
(2) Kull min, ukoll jekk aċċidentalment, jiskopri xi oġġett, sit
jew bini li dwarhom japplika dan l-Att skond ma hemm fl-artikolu
3, għandu minnufih jgħarraf lis-Sovrintendent, iżomm l-oġġett
misjub in situ, u m’għandux għal perjodu ta’ sitt ijiem tax-xogħol
wara li jgħarraf lis-Sovrintendent ikompli għaddej b’xogħol fuq il-
post fejn ikun ġie skopert l-oġġett ta’ proprjetà  kulturali.
(3) Is-Sovrintendent għandu jispezzjona l-post fejn tkun saret l-
iskoperta matul dawk is-sitt ijiem tax-xogħol u jista’ jordna lil min
ikun responsabbli li ma jagħmilx iktar xogħol fuq il-post jew f’xi
parti minnu billi jagħtih avviż biex jieqaf mix-xogħol.
(4) Kull min wara li jingħata avviż biex jieqaf mix-xogħol
isofri danni minħabba fil-waqfien tax-xogħlijiet għandu jkollu d-
dritt li jiġi kkumpensat għal dawk id-danni mis-Sovrintendent.
Kap. 88.
(5) Fi żmien tliet xhur minn xi avviż biex jitwaqqfu x-
xogħlijiet il-Gvern għandu jibda proċeduri biex jikseb is-sit skond
l-Ordinanza dwar l-Akkwist ta’ Artijiet għal Skopijiet Pubbliċi, jew
inkella s-Sovrintendent għandu jillibera s-sit. Malli jinbdew il-
proċedimenti li jakkwista s-sit kif hawn aktar qabel imsemmi ma
30 KAP. 445. ħ PATRIMONJU KULTURALI
jkun dovut ebda kumpens ieħor skond is-subartikolu (4).
(6) Kull oġġett mobbli li jifforma parti mill-patrimonju
kulturali li jiġi skopert x’imkien Malta,  fl-ibħra territorjali tagħha,
u fiż-żona kontigwa sew jekk jinsab fi skavi awtorizzati jew illegali
jew waqt esplorazzjoni jew aċċidentalment filwaqt li jkun qed isir
xi xogħol sew b’kull mod ieħor ikun jappartjenti lill-Istat.
(7) Kull record oriġinali jew kopja sħiħa dwar il-progress ta’ l-
iskavar jew l-esplorazzjoni, jekk dawn isiru skond dan l-artikolu
jew xort’oħra, għandu jingħata lis-Sovrintendent minn min ikun
responsabbli għal dak l-iskavar jew dik l-esplorazzjoni. 
Permess għal 
żvilupp u proprjetà  
kulturali.
Kap. 356.
44. (1) Is-Sovrintendent jista’ jirrikmanda għal skedar lill-
Awtorità  ta’ l-Ippjanar tali siti u bini li jkun iqis li għandhom ikunu
skedati fl-ambitu tat-tifsira ta’ l-Att dwar l-Ippjanar ta’ l-Iżvilupp.
(2) Is-Sovrintendent għandu jagħmel użu mil-lista tal-proprjetà
skedata għall-fini ta’ l-inventarju taħt l-artikolu 7(5).
Permess għall-
interventi 
f’proprjetà  
kulturali.
(3) Ebda persuna ma għandha tagħmel interventi f’dik il-
proprjetà  kulturali jew klassi ta’ proprjetà  kulturali mingħajr ma
jkollha minn qabel permess għaldaqshekk mis-Sovrintendnet kif
jista’ jiġi preskritt f’regolamenti maħruġa taħt dan l-Att.
(4) Qabel ma jiddetermina applikazzjoni taħt is-subartikolu (3)
is-Sovrintendent jista’ jitlob dik l-informazzjoni inkluż ir-riżultati
ta’ dawk l-eżami, analiżi jew spezzjoni minn dawk il-persuni
akkreditati taħt dan l-Att għal dak il-għan kif jista’ jiġi mitlub mis-
Sovrintendent, u dik ir-riċerka fuq l-istorja, kompożizzjoni
provenjenza jew aspetti oħra tal-proprjetà  kulturali relevanti kif hu
jista’ jikkonsidra meħtieġa għal dak l-għan.
(5) Ma’ l-għoti ta’ permess bħal dak is-Sovrintendent jista’
jimponi dawk il-kundizzjonijiet li jista’ jidhirlu xierqa, inkluż bla
preġudizzju għall-ġeneralità  ta’ dan qabel li x-xogħol jew xi parti
minnu għandu jiġi mwettaq skond dak il-protokoll kif jista’ jkun
preskritt jew anness mal-permess, li x-xogħol u l-fażijiet diversi
tiegħu jiġu fotografati jew xort’oħra dokumentati jew rekordjati, li
jingħata lis-Sovrintendent rapport fuq ix-xogħol f’dawk iż-
żminijiet kif imsemmi fil-permess, u li x-xogħol jew dik il-parti
minnu kif jista’ jiġi msemmi fil-permess isir, minn jew taħt is-
superviżjoni kif jingħad fil-permess, ta’ dak id-detentur ta’ warrant,
professjonist jew persuna akkreditata taħt dan l-Att għal dak ix-
xogħol.
Setgħa ta’ dħul u 
ta’ spezzjon.
45. (1) Kull uffiċjal jew impjegat tas-Sovrintendenza
awtorizzat bil-miktub kif imiss mis-Sovrintendent jista’ jidħol f’xi
area, proprjetà , sit taħt investigazzjoni jew bini jekk is-
Sovrintendent iqis li jkun meħtieġ li jsir dan fit-twettiq ta’ xi
funzjoni taħt dan l-Att jew jekk ikun iqis li jkun hemm raġunijiet
validi biex jissusspetta li jkun sar jew se jsir xi reat kontra dan l-Att
jew kontra xi regolament, kondizzjoni ta’ liċenza jew
kondizzjonijiet magħmula taħthom.
(2) Meta d-dħul isir għall-fini ta’ spezzjon jew
dokumentazzjoni, s-Sovrintendent għandu jinnotifika avviż bil-
miktub lill-okkupant ta’ proprjetà  kulturali li huwa jkun bi ħsiebu
PATRIMONJU KULTURALI ġ KAP. 445. 31
jidħol, u malli dan l-uffiċjal jew impjegat awtorizzat kif hawn aktar
qabel imsemmi għandu jitħalla jidħol f’dik il-proprjetà  kulturali
fejn ikunu qed isiru tali konservazzjoni, restawr jew żvilupp.
(3) Is-Sovrintendent għandu jara li ssir spezzjoni f’każijiet
meta jsiru rapporti ta’ skoperti ta’ proprjetà  kulturali sabiex tiġi
stabbilita il-ħtieġa ta’ preservazzjoni jew xogħlijiet ta’ skavar.
(4) Is-Sovrintendent għandu jkollu l-jedd jidħol u jokkupa
proprjetà  kulturali sabiex hemm jagħmel skavi arkeoloġiċi iżda:
(a) għandu jiġi notifikat avviż bil-miktub lill-okkupant
jew lis-sid tal-proprjetà  kulturali inkwistjoni mill-
inqas tliet ijiem qabel ma jinbdew dawk l-iskavi;
(b) iż-żmien għal kemm iddum l-okkupazzjoni għandu jiġi
dikjarat fl-avviż, u għandu jingħata avviż ieħor ta’
mill-inqas tliet ijiem ta’ kull estensjoni taż-żmien ta’ l-
okkupazzjoni;
(ċ) is-sidien jew l-okkupant ta’  proprjetà  kulturali
okkupata skond dan l-artikolu għandu jkollhom jedd
għal kumpens għal kull telf ta’ profitt, danni mġarrba
matul l-iskavi arkeoloġiċi jew it-tqegħid ta’ arei
skavati lura għal li kienu.
(5) Dawk l-iskoperti li jsiru matul żmien ta’ okkupazzjoni mis-
Sovrintendent ikunu proprjetà  tal-Gvern.
(6) Bil-għan li jeserċita kull dritt li għandu taħt dan l-artikolu
is-Sovrintendent jista’ jitlob l-għajnuna tal-Pulizija.
Avviżi ta’ 
sospensjoni.
46. (1) Meta jkun qed isir xi żvilupp jew xogħol ieħor dwar
proprjetà  kulturali bi ksur ta’ xi disposizzjoni ta’ dan l-Att, jew
persuna li jkollha liċenza biex tagħmel skavi arkeoloġiċi taħt dan l-
Att ma tkunx konformi ma’ xi kondizzjoni marbuta ma’ dik il-
liċenza, is-Sovrintendent jista’ jinnotifika avviż ta’ sospensjoni lis-
sid, il-pussessur jew id-detentur tal-proprjetà  kulturali jew lil kull
persuna oħra li tkun qed twettaq ix-xogħlijiet ta’ żvilupp jew
skavar u malli dan, il-persuna notifikata bl-ordni għandha
tissospendi kull attività  f’dak li għandu x’jaqsam max-xogħol ta’
żvilupp jew l-iskavar.
(2) Is-Sovrintendent jista’ jirrevoka kull tali Avviż ta’
Sospensjoni sew b’mod assolut sew kif soġġett għal dawk il-
kondizzjonijiet li s-Sovrintendent iqis li jkunu xierqa.
Ordni ta’ 
konservazzjoni u 
protezzjoni.
47. (1) Is-Sovrintendent jista’ fil-każ ta’ xi ksur ta’ xi
disposizzjoni ta’ dan l-Att jew ta’ regolamenti magħmulin taħtu
jinnotifika ordni ta’ konservazzjoni u protezzjoni lis-sid jew
okkupant jew pussessur ta’ proprjetà  kulturali, li tkun teħtieġ tali
azzjoni bħalma tista’ tkun speċifikata fl-avviż, inkluż li ma
jitkompliex isir dak li jkun qed isir jew jitwettaq, li għandha
tittieħed f’dak iż-żmien li jista’ jkun speċifikat fl-ordni.
(2) Meta azzjoni meħtieġa li tittieħed minn ordni ta’
konservazzjoni u protezzjoni ma tkunx ittieħdet fiż-żmien
speċifikat fl-Ordni, is-Sovrintendent għandu jkollu l-jedd jidħol
ġol-proprjetà  kulturali u jista’ għal dak l-għan jitlob l-għajnuna tal-
Korp tal-Pulizija u jieħu l-azzjoni meħtieġa,  fejn dan japplika
32 KAP. 445. ħ PATRIMONJU KULTURALI
għas-spejjeż tas-sid jew ta’ l-okkupant jew tal-pussessur.
Kap. 319. (3) Salvi d-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 46 tal-Kostituzzjoni
jew ta’ l-artikolu 4 ta’ l-Att dwar il-Konvenzjoni Ewropea, ebda
mandat kawtelatorju ma jista’ jinħareġ  minn xi qorti li tkun
iżżomm lis-Sovrintendent milli joħroġ Ordni taħt dan l-artikolu jew
milli jagħmel xi ħaġa li jkun awtorizzat jagħmel b’dan l-artikolu.  
Kurazija. 48. (1) Is-Sovrintendent jista’ bl-awtorità  bil-miktub tal-
Ministru, bi ftehim mal-Ministru responsabbli għall-artijiet,
jagħmel permezz ta’ att pubbliku, att ta’ kurazija ma’ kunsill lokali
jew ma’ organizzazzjoni mhux governattiva li bih il-kustodja u l-
amministrazzjoni ta’ proprjetà  kulturali immobbli tiġi mgħoddija
għal għand il-Kunsill Lokali jew organizzazzjoni mhux
governattiva, skond il-każ u skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att
u ta’ tali  regolamenti li jistgħu jiġu preskritti u skond dawk il-
kondizzjonijiet li ma jkunux inkonsistenti magħhom kif jista’ jkun
hemm f’dak l-att.  Kull att ta’ kurazija għandu jiddikjara għal
kemm żmien dan ikun qiegħed isir, liema terminu ta’ żmien jiġi
stabbilit mis-Sovrintendent kull każ għalih, wara li jiġu konsidrati
bir-reqqa l-possibilità  li dan jiġi attwat u l-iskala ta’ kull proposta.
(2) Il-Ministru għandu, madankollu, fi żmien erba’ ġimgħat
wara l-pubblikazzjoni ta’ l-att, jew inkella jekk il-Kamra ma tkunx
qegħda f’sessjoni, fi żmien erba’ ġimgħat mid-data meta  l-Kamra
terġa’ tiltaqa’, jqiegħed kopja ta’ l-att fuq il-Mejda tal-Kamra, u l-
att ta’ kurazija jkun soġġett għall-kondizzjoni li jekk fuq mozzjoni
intavolata mhux iktar tard minn tmienja u għoxrin ġurnata wara t-
tqegħid fuq il-Mejda tal-Kamra ta’ kopja ta’ l-att ta’ kurazija, il-
Kamra tirrisolvi li l-att ta’ kurazija għandu jkun rexiss, l-att għandu
jkun awtomatikament rexiss malli tgħaddi r-risoluzzjoni.
(3) Qabel ma jawtorizza lis-Sovrintendent jagħmel att ta’
kurazija l-Ministeru għandu jara xi tkun il-fehma tal-Kumitat dwar
il-kondizzjonijiet li għandhom ikunu inklużi fl-att ta’ kurazija;
dawk il-kondizzjonijiet għandhom b’mod partikolari jittrattaw dan
li ġej:
(a) il-miżuri protettivi li għandhom jittieħdu sabiex tiġi
mħarsa l-proprjetà  kulturali soġġetta għall-att ta’
kurazija; u
(b) il-pjan ta’ konservazzjoni u amministrazzjoni li
għandu x’jaqsam mal-proprjetà  kulturali, u l-
arranġamenti organizzattivi, operattivi u finanzjarji
konnessi ma’ dan, u r-riżorsi organizzattivi, operattivi
u finanzjarji li jkunu mogħtijin għaldaqstant.
(4) Att ta’ kurazija m’għandu jkun ta’ ebda preġudizzju għall-
poteri ta’ xi Entità  taħt dan l-Att għar-rigward tal-proprjetà
kulturali soġġetta għall-att ta’ kurazija.
(5) Il-proprjetà  kulturali soġġetta għall-att ta’ kurazija għandha
tibqa’ proprjetà  tal-Gvern.
(6) Il-Ministru jista’, wara li jikkonsulta lis-Sovrintendent u
lill-Kumitat, f’kull waqt b’Ordni fil-Gazzetta jirrexxindi att ta’
kurazija jekk xi kondizzjoni stipulata fih jew xi d-disposizzjoni ta’
dan l-Att jew ta’ regolamenti magħmulin taħtu ma jkunux imħarsa
PATRIMONJU KULTURALI ġ KAP. 445. 33
mill-parti l-oħra.
(7) Mhux iktar tard minn sitt ġimgħat wara kull anniversarju
ta’ xi att ta’ kurazija, il-parti li fil-kustodja tagħha titqiegħed il-
proprjetà  kulturali għandha tibgħat lill-Ministru, lis-Sovrintendent
u lill-Kumitat rapport ta’ l-attivitajiet tagħha dwar il-proprjetà
kulturali u dwar kif tkun esegwiet l-att ta’ kurazija matul is-sena ta’
qabel. Il-kopja ta’ dak ir-rapport għandu jitqiegħed fuq il-Mejda
tal-Kamra mill-Ministru.
(8) Il-Ministru jista’ jagħmel regolamenti li jkunu b’mod
ġenerali jippreskrivu regoli dwar il-kurazija.
Konvenzjonijiet 
internazzjonali, 
eċċ.
49. Il-poteri u d-dmirijiet taħt dan l-Att għandhom ikunu
eserċitati b’mod konformi ma’ kull konvenzjoni, trattat, qbil jew
istrument internazzjonali li jirrigwardaw l-użu u l-konservazzjoni
kif imiss ta’ proprjetà  kulturali nazzjonali jew tad-dinja li Malta
tista’ tkun parti fihom.
Treġġigħ lura ta’ 
proprjetà  kulturali 
misruqa u esportata 
kontra l-liġi.
50. (1) Il-Gvern qiegħed b’dan jiġi awtorizzat jirratifika u jsir
parti fil-Unidroit Convention on Stolen or Illegally Exported
Cultural Objects (Rome, June 1995).
(2) Il-Ministru jista’, wara li jikkonsulta lill-Kumitat,
b’regolamenti jippreskrivi regoli li jagħtu seħħ għal xi jew kull
disposizzjoni tal-Konvenzjoni msemmija u d-disposizzjonijiet ta’
regolamenti bħal dawk għandu jkollhom seħħ minkejja l-
provvedimenti ta’ kull liġi oħra li tkun tgħid il-kuntrarju.
Dritt ta’ appell.
Sovrintendent taħt l-artikoli 40 sa 42, 46 u 47 jkollha dritt ta’
appell kif jista’ jiġi preskritt taħt l-artikolu 55. Appell m’għandux,
ħlief kif jista’ jiġi preskritt, jissospendi d-deċiżjoni appellata.
TAQSIMA VIII
PATRIMONJU KULTURALI RELIĠJUŻ
Disposizzjonijiet 
dwar patrimonju 
kulturali reliġjuż.
52. (1) Bla ħsara għal xi liġi oħra li tista’ tkun fis-seħħ, u sa
dak iż-żmien li jista’ jkun hemm ftehim bejn l-awtoritajiet
kompetenti ċivili u dawk ekklesjastiċi, proprjetà  kulturali li tkun
tappartjeni lill-Knisja Kattolika inkluż lill-Ordnijiet Reliġjużi
Kattoliċi u intiża jew użata għal finijiet reliġjużi għandha taqa’ taħt
ir-regolament u s-sovrintendenza esklużivi tal-Kummissjoni għall-
Patrimonju Kulturali Kattoliku li tkun maħtura kull sentjen mill-
President tal-Konferenza Episkopali Maltija, u tkun magħmula
minn mhux inqas minn ħames esperti li wieħed minnhom għandu
jkun hekk maħtur wara konsultazzjoni mal-Ministru.
(2) Proprjetà  kulturali li tkun tappartjeni lil u hi intiża jew
użata għal finijiet reliġjużi ta’ xi denominazzjoni oħra apparti dik
imsemmija fis-subartikolu (1) tista’ titqiegħed mill-awtorità
reliġjuża rilevanti u kompetenti taħt ir-regolament u s-
sovrintendenza esklużivi ta’ kummissjoni għall-patrimonju
kulturali reliġjuż. Kull tali kummissjoni għall-patrimonju kulturali
reliġjuż għandha tinħatar kull sentejn mill-awtorità  reliġjuża
rilevanti u kompetenti, u tkun magħmula minn tliet esperti li
wieħed minnhom għandu jkun hekk maħtur wara konsultazzjoni
34 KAP. 445. ħ PATRIMONJU KULTURALI
mal-Ministru.
(3) Il-kummissjonijiet msemmija fis-subartikoli (1) u (2)
għandu jkollhom l-istess poteri u dmirijiet għar-rigward tal-
proprjetà  kulturali taħt is-sovrintendenza tagħhom daqskemm
ikollu s-Sovrintendent, u għandhom jagħtu rapport dwar il-ħidma
tagħhom lill-Forum:
Iżda meta tali kummissjonijiet ma jkunux ġew hekk
maħtura, ir-regolament u s-sovrintendenza tal-proprjetà  kulturali li
taqa’ taħt il-kompetenza tagħhom tkun tvesti fis-Sovrintendent.
(4) Il-Ministru, wara konsultazzjoni sħiħa mal-President tal-
Konferenza Episkopali Maltija msemmi fis-subartikolu (1) jew ma’
l-awtorità  reliġjuża rilevanti u kompetenti msemmija fis-
subartikolu (2), jista’ jagħmel regolamenti biex jirregola s-setgħat
u d-dmirjiet ta’, u l-proċeduri u l-prattika li għandhom jiġu segwiti
mill-kummissjonijiet imsemmija fis-subartikoli (1) u (2).
TAQSIMA IX
REATI
Ħsara volontarja 
jew qerda ta’ ċertu 
proprjetà .
53. (1) Kull min:
(a) xjentement, jew b’negliġenza, nuqqas ta’ ħila jew ta’
osservanza ta’ regolamenti jikkaġuna dannu lil jew
jeqred proprjetà  kulturali sew jekk tali  proprjetà
kulturali tkun sew jekk ma tkunx reġistrata f’xi
inventarju skond dan l-Att, u kemm jekk is-sid ta’ tali
proprjetà  ta’ patrimonju kulturali jkun il-persuna li
tkun ikkaġunat il-ħsara jew il-qerda, kemm dik il-
persuna tkun qegħda tamministraha b’mod leġittimu;
(b) jagħmel xi attività  jew inkella jaġixxi bi ksur tad-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att jew ta’ regolamenti
magħmulin taħtu jew tal-kondizzjonijiet ta’ liċenza
jew permess maħruġ taħt dan l-Att jew jonqos milli
jagħmel xi ħaġa li jkun meħtieġ li jagħmel taħt dan l-
Att, regolament jew liċenza; jew
(ċ) jagħmilha ta’ konservatur-restawratur meta  ma
jkollux warrant taħt it-Taqsima VI ta’ dan l-Att; jew
(d) jonqos milli jimxi skond xi avviż ta’ sospensjoni
maħruġ skond l-artikolu 46 jew skond ordni ta’
konservazzjoni jew protezzjoni magħmul skond l-
artikolu 47; jew 
(e) jirċievi jew jiddetjeni proprjetà  kulturali filwaqt li
jkun jaf li din tkun tneħħiet illegalment f’Malta jew li
tkun ġiet illegalment esportata minn xi pajjiż ieħor;
jew 
(f) jimpedixxi, jostakola, jimmolestja jew jindaħal lil, jew
jittanta jimpedixxi, jostakola, jimmolestja jew jindaħal
lil xi uffiċjal jew impjegat tas-Sovrintendenza, jew ta’
l-Aġenzija, jew taċ-Ċentru, jew tal-Kumitat jew lil xi
uffiċjal tal-pulizija, fl- esekuzzjoni tad-dmirijiet li
hemm provdut dwarhom f’dan l-Att, jew jonqos milli
PATRIMONJU KULTURALI ġ KAP. 445. 35
jħares xi ordni leġittima minn xi tali uffiċjal jew
impjegat jew uffiċjal tal-pulizija kif hawn aktar qabel
imsemmija, jew xjentement jagħti lil dak l-uffiċjali
jew impjegat informazzjoni qarrieqa jew jittraskura
jew jiċħad milli jagħti informazzjoni meħtieġa minn
jew taħt dan l-Att; jew 
(g) jagħmel dikjarazzjoni għal kull fini ta’ dan l-Att li
tkun falza, qarrieqa jew mhux korretta f’xi aspett
materjali,
ikun ħati ta’ reat kontra dan l-Att u jeħel, meta jinsab ħati, multa ta’
mhux anqas minn 500 lira u ta’ mhux iżjed minn 50,000 liri, jew
priġunerija għal żmien mhux iżjed minn sitt snin, jew dik il-multa u
priġunerija flimkien:
Iżda, bla ħsara għall-ogħla multa hawn aktar qabel
imsemmija, l-inqas multa li ħati jista’ jeħel taħt dan l-artikolu
m’għandhiex tkun inqas mill-valur ta’ xi xogħol meħtieġ biex
jirrimedja l-effetti tar-reat.
(2) Ir-responsabbiltà  ta’ ħati taħt subartikolu (1) għandha tkun
mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà  tal-ħati li jħallas lis-
Sovrintendent kull nefqa li ssir għar-reintegrazzjoni, jew ir-restawr
tal-proprjetà  kulturali minħabba fl-għemil tar-reat, jew li jħallas
ġol-Fond il-valur tal-proprjetà  kulturali meqruda jew danneġġata
meta dik il-proprjetà  ma tkun tista’ la tiġi reintegrata u lanqas
restawrata. Dak il-ħlas jista’ jinġabar permezz ta’ kawża ċivili li
ssir mis-Sovrintendent kontra l-ħati jew l-eredi tiegħu.
(3) Il-Qorti għandha, minbarra li tagħti l-piena msemmija f’dan
l-artikolu, tordna lill-persuni misjubin ħatja li jneħħu dak kollu li
jkun qed jikkaġuna r-reat u li jreġġgħu lura għal li kienet kull ħaġa
li tkun saret mingħajr ebda permess meħtieġ taħt dan l-Att jew biex
iħares il-kondizzjonijiet imposti f’tali permess, skond il-każ, fi
żmien suffiċjenti għal dak l-iskop u f’kull każ ta’ mhux iżjed minn
tliet xhur mid-data tas-sentenza u, jekk il-ħati jonqos milli jħares xi
ordni bħal dik f’dak iż-żmien li jiġi hekk stabbilit, jista’ jeħel ukoll
multa ta’ mhux inqas minn ħamsa u għoxrin lira u mhux iżjed minn
ħamsin lira, kif il-qorti tista’ tistabbilixxi, għal kull ġurnata li
jkompli n-nuqqas wara li jiskadi ż-żmien imsemmi.
Poteri ta’ 
prosekuzzjoni u ta’ 
assistenza lill-
Pulizija u lil 
uffiċjali oħra.
54. (1) Fi prosekuzzjonijiet għal reati kontra dan l-Att jew
kontra regolamenti taħt dan l-Att, uffiċjali tas-Sovrintendenza
għandu jkollhom il-jedd jassistu lill-pulizija, u li jagħmluha ta’
prosekuturi fil-Qorti tal-Magistrati.
(2) Uffiċjali tas-Sovrintendenza jistgħu jassistu lill-Pulizija,
lid-Dwana jew kull korp ieħor tal-Gvern, meta dawn ikunu qegħdin
jeserċitaw poteri mogħtija taħt kull liġi oħra,  fl-eserċizzju ta’ kull
poter biex jipprevjenu l-kummissjoni ta’ reat kontra dan l-Att jew
biex ikollhom disponibbli provi li jirrigwardaw xi reat bħal dak.
36 KAP. 445. ħ PATRIMONJU KULTURALI
TAQSIMA X
REGOLAMENTI
Poteri li jsiru 
regolamenti.
55. Il-Ministru jista’ jagħmel regolamenti biex jagħti seħħ lil
kull disposizzjoni ta’ dan l-Att, jew biex jirregola jew xort’oħra
jipprovdi dwar kull ħaġa għar-rigward ta’ l-attivitajiet li jaffettwaw
il-proprjetà  kulturali, u tista’ b’mod partikolari, imma mingħajr
preġudizzju għall-ġeneralità  ta’ dak hawn qabel imsemmi, jagħmel
regolamenti għal kull għan minn dawn li ġejjin:
(a) biex jiġi stabbilit kull dritt u ħlas li jistgħu ikollhom
jinġabru minn jew taħt, jew għas-servizzi mogħtija
konformi mad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att;
(b) biex jigi żgurat l-aħjar twettiq tal-funzjonijiet ta’ l-
Entitajiet;
(ċ) biex tigi regolata l-ħatra ta’ uffiċjali u impjegati ma’
kull Entità ;
(d) biex jiġi regolat kull skavar u esplorazzjoni;
(e) biex jiġu stabbiliti linji direttivi għall-aħjar pratka ta’
konservazzjoni u ta’ restawr;
(f) biex jiġi pprovdut dwar kull formola jew proċedura li
jistgħu jkunu meħtieġa jew spedjenti u li dwarhom ma
jkun hemm ebda proċedura speċifika li tinsab f’dan l-
Att;
(g) biex jiġi regolat l-bejgħ ta’, u l-kummerċ fi proprjetà
kulturali;
(h) biex jigi regolat ċ-ċaqlieq ta’ proprjetà  kulturali;
(i) biex jiġu preskritti regoli li jagħtu seħħ lil kull
konvenzjoni internazzjonali li tirrigwarda l-
protezzjoni tal-patrimonju kulturali, ratifikata mill-
Gvern ta’ Malta; jew biex ikun hemm konformità  ma’
kull obbligi internazzjonali li fiha jidħol il-Gvern ta’
Malta dwar il-patrimonju;
(j) meta ma jkunx xort’oħra pprovdut f’dan l-Att, biex
jiġu preskritti regoli li jirregolaw is-setgħat u d-
dmirijiet ta’, u l-proċeduri li għandhom jiġu segwiti
minn, dik l-enti, kummissjoni, kumitat jew bord
imwaqqfa f’dan l-Att jew taħtu;
(k) biex jistabblilixxi u jippubblika r-rekwiżiti għall-
akkreditazzjoni kif stabbilit mill-artikolu 35;
(l) biex jiġu stabbiliti l-parametri li fihom, u t-tipi ta’
proprjetà  kulturali li dwarhom, għandhom jiġu
eżerċitati l-poteri taħt l-artikoli 40 u 41;
(m) biex jagħtu lill-persuni li jħossuhom aggravati minn xi
eżerċizzju tal-poteri skond id-disposizzjoni ta’ l-
artikoli 40 sa 42, 46 u 47 mezz biex jikkontestaw dak
l-eżerċizzju u biex jottjenu rimedju jekk ikollhom
raġun;
(n) biex jiġi stabbilit bord ta’ appell u biex jirregola kull
PATRIMONJU KULTURALI ġ KAP. 445. 37
proċedura dwar l-istess, għat-twettiq ta’ dak preskritt
fil-paragrafu preċedenti;
(o) biex jipprovdi dwar il-forma u proċedura dwar
applikazzjonijiet u għoti ta’ permessi għall-interventi
fi proprjetà  kulturali taħt l-artikolu 44, u biex jipprovdi
dwar appelli mid-deċiżjoni tas-Sovrintendent dwar l-
istess;
(p) biex tigi preskritta kull ħaġa oħra li tista’ jew li
għandha tkun preskritta taħt dan l-Att.
TAQSIMA XI
MIXXELLANJI
Riserva.
Protezzjoni ta’ l-Antikitajiet, revokat b’dan l-Att, għandhom
jibqgħu iseħħu u jkollhom effett bħallikieku magħmulin taħt dan l-
Att, u jistgħu jiġu emendati jew imħassra skond hekk, u d-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att għandhom japplikaw għal kull ksur
ta’ dawk ir-regolamenti bħallikieku jkunu saru taħt dan l-Att.
SKEDA
(Artikolu 41)
RATA TA’ DAZJU TA’ ESPORTAZZJONI
Valur ta’ l-oġġett Dazju ta’ 
Esportazzjoni
Fuq l-ewwel Lm 100 jew parti minnhom 10 fil-mija.
Fuq it-tieni Lm 100 jew parti minnhom 20 fil-mija.
Fuq it-tielet Lm 100 jew parti minnhom 30 fil-mija.
Fuq ir-raba’ Lm 100 jew parti minnhom 40 fil-mija.
Fuq kull valur ieħor 50 fil-mija.
