PROBATION ġ KAP. 446. 1
KAPITOLU 446
ATT DWAR IL-PROBATION
Biex jipprovdi għall-Probation ta’ Ħatjin, Ordnijiet ta’ Servizz fil-
Komunità  u Ordnijiet ta’ Probation u Servizz.
10 ta’ Marzu, 2003
1 ta’ Ġunju, 2003
L-ATT VII ta’ l-2002, kif emendat bl-Att XXIII ta’ l-2002.
Titolu fil-qosor.
Tifsir.
teħtieġ xort’oħra -
"dikjarata ħatja ta’ reat" tinkludi dikjarazzjonijiet ta’ ħtija mill-
Qorti ta’ l-Appell Kriminali u l-konferma mill-imsemmija qorti ta’
dikjarazzjoni ta’ ħtija mill-qorti ta’ l-ewwel grad jew ta’ sejbien ta’
htija mill-ġuri;
"Dipartiment" tfisser id-Dipartiment għal Servizzi ta’ Probation;
"Direttur" tfisser id-Direttur tas-Servizzi ta’ Probation;
"istituzzjoni" tfisser istituzzjoni approvata mill-Ministru;
"min ikun taħt probation" tfisser min għal xi żmien ikun taħt
sentenza bis-saħħa ta’ ordni ta’ probation, ordni ta’ servizz fil-
komunità  jew ordni ta’ probation u servizz;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għas-servizzi ta’
probation;
"ordni ta’ probation" għandha t-tifsira lilha moghtija bl-artikolu
7;
"ordni ta’ probation u servizz" għandha t-tifsira lilha mogħtija
bl-artikolu 18;
"ordni ta’ servizz fil-komunità " għandha t-tifsir lilha mogħti bl-
artikolu 11;
"perjodu ta’ probation" tfisser il-perjodu li matulu min ikun taħt
probation jitqiegħed, taħt sorveljanza b’ordni ta’ probation, taħt
ordni ta’ servizz fil-komunità  jew ordni ta’ probation u servizz;
"rapport ta’ qabel is-sentenza" tfisser rapport bil-miktub
ippreparat mid-Dipartiment fuq talba tal-qorti qabel ma tingħata s-
sentenza;
"sanzjoni komunitarja" tfisser ordni ta’ probation, ordni ta’
servizz fil-komunità  jew ordni ta’ probation u servizz kif
speċifikati f’dan l-Att;
"uffiċjal ghas-servizz fil-komunità "' huwa uffiċjal tal-probation
li jissorvelja ordnijiet ta’ servizz fil-komunità ;
"uffiċjal tal-probation" tfisser min ikun maħtur bħala uffiċjal tal-
probation taħt dan l-Att.
2 KAP. 446. ħ PROBATION
Dmirijiet tad-
Direttur tas-
Servizzi ta’ 
Probation.
3. (1) Għandu jitwaqqaf Dipartiment tas-Servizzi ta’
Probation li jkun dipartiment tal-Gvern li jitmexxa minn uffiċjal
pubbliku li jissejjah id-Direttur tas-Servizzi ta’ Probation.
(2) Ikun id-dmir tad-Direttur tas-Servizzi ta’ Probation li -
(a) jamministra u jmexxi d-Dipartiment u jorganizza u
jissorvelja s-servizzi ta’ probation;
(b) jagħti direttivi lill-uffiċjali tal-Probation fuq ix-
xogħol tagħhom;
(ċ) jaghti direttivi dwar kif jinżammu records u jiġi
mmaniġġat il-ħin;
(d) jissorvelja lill-uffiċjali tal-probation u perjodikament
jirċievi rapporti bil-fomm jew bil-miktub dwar kull
min ikun taħt probation mingħand l-uffiċjali tal-
probation;
(e) jżomm reġistru ta’ kull min ikun taħt sentenza ta’
sanzjoni komunitarja;
(f) jżomm reġistru ta’ rapporti ta’ qabel is-sentenza li
jintalbu mill-qrati;
(g) jiddeċiedi jekk min ikun taħt probation għandux jiġi
mixli fil-qorti minħabba f’xi ksur ta’ xi kondizzjoni ta’
sanzjoni komunitarja; u
(h) jassenja l-uffiċjali tal-probation lil min ikun taħt
probation u jipprepara rapport ta’ qabel is-sentenza
skond dan l-Att.
(3) Id-Direttur jista’ jiddelega kull wieħed mid-dmirijiet hawn
qabel imsemmija lil xi membru anzjan tal-persunal tiegħu.
Ħatra ta’ uffiċjali 
tal-probation.
4. Il-Ministru ghandu jaħtar għadd suffiċjenti ta’ persuni
kwalifikati bħala uffiċjali tal-probation, li jwettqu taħt id-
direzzjoni ġenerali tad-Direttur id-dmirijiet provduti b’dan l-Att
jew dawk id-dmirijiet l-oħra li jistghu jiġu preskritti b’regolamenti
magħmulin taħt dan l-Attjew b’kull kull liġi oħra jew taħtha.
Bord ta’ 
Sorveljanza.
5. (1) Għandu jitwaqqaf Bord ta’ Sorveljanza magħmul minn
President u żewġ membri oħra li jinħatru mill-Ministru.
(2) Id-dmirijiet tal-Bord ikunu li jirrevedi t-twettiq tas-servizzi
ta’ probation taħt dan l-Att u li jissuġġerixxi kull titjib li jidhirlu, u
li jissorvelja ż-żamma ta’ dixxiplina fis-sanzjonijiet komunitarji.
(3) Il-Bord għandu jagħmel rapport ta’ kull sena lill-Ministeru
responsabbli għas-servizzi ta’ probation dwar il-funzjonament tas-
servizzi ta’ probation mid-Dipartiment. Il-Ministru għandu jibgħat
kopja ta’ dan ir-rapport lill-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet
Soċjali tal-Kamra tad-Deputati.
(4) Il-membri tal-Bord għandhom jibqgħu fil-kariga għal dak
il-perjodu li l-Ministru jista’ jistabbilixxi fil-ħatra tagħhom, u
jerġgħu jkunu eliġibbli għall-ħatra wara tmiem iż-żmien tal-kariga
tagħhom.
(5) Il-Bord għandu jkollu aċċess għar-records kollha tad-
Dipartiment u bla ħsara għal kull ordni li tingħata mill-Ministru,
PROBATION ġ KAP. 446. 3
għandu jirregola l-proċeduri tiegħu nnifsu.
Rapporti ta’ qabel 
is-sentenza.
6. (1) Il-qorti tista’ tqabbad lid-Dipartiment jipprepara
rapport ta’ qabel is-sentenza, qabel ma tħaddan xi fehma dwar
kemm ikun adatt li xi ħati jingħata sentenza ta’ priġunerija,
sentenza sospiża jew xi miżura oħra permessa mill-liġi fuq wieħed
jew iktar minn dawn l-ordnijiet li ġejjin:
(a) ordni ta’ probation; jew
(b) ordni ta’ sorveljanza b’sentenza sospiża:
Kap. 9.
Iżda, ħlief fil-każ ta’ proċeduri sommarji għal reati li
jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Maġistrati bħala qorti ta’
ġudikatura kriminali taħt l-artikolu 370(1) tal-Kodiċi Kriminali, il-
Qorti għandha dejjem tqabbad li jsir rapport ta’ qabel is-sentenza
qabel ma tittratta ma’ xi ħati taħt it-tmintax-il sena li jkun għamel
reat punibbli bi priġunerija jew qabel ma toħroġ xi ordni ta’ servizz
fil-komunità  jew ordni ta’ probation u servizz.
(2) Ikun id-dmir ta’ uffiċjal tal-probation, li jkun ġie assenjat
biex jipprepara r-rapport ta’ qabel is-sentenza li jistħarreġ, skond
kull direttiva li jingħata mill-qorti, ċ-ċirkostanzi personali u soċjali
tal-ħati bil-għan li jgħin lill-qorti tistabbilixxi l-iktar metodu adatt
kif timxi fil-każ.
(3) Meta persuna tkun ingħatat dikjarazzjoni ta’ ħtija ta’ reat u
l-qorti jkollha l-fehma li għandu jinkiseb tagħrif fuq iċ-ċirkostanzi
jew l-ambjent fid-dar ta’ l-akkużat qabel ma tiddeċiedi kif tittratta
mal-ħati, il-qorti għandha, minkejja dak kollu li hemm fil-Kodiċi
Kriminali, tiddiferixxi l-kawża sabiex ikun jista’ jsir ir-rapport ta’
qabel is-sentenza mid-Dipartiment.
(4) Id-disposizzjonijiet tas-subartikoli ta’ qabel għandhom
japplikaw, mutatis mutandis, għal proċeduri quddiem il-Qorti
Kriminali jew il-Qorti ta’ l-Appell Kriminali.
(5) Meta jsir rapport ta’ qabel is-sentenza lil xi qorti, għandha
tingħata kopja tar-rapport mill-qorti lill-ħati jew lill-avukat jew lill-
prokuratur legali tieghu u lill-prosekuzzjoni:
Iżda jekk il-ħati jollu anqas minn sittax-il sena u ma jkunx
rappreżentat minn avukat jew prokuratur legali, ma jkunx meħtieġ
li kopja tar-rapport tingħata lilu imma għandha tingħata lill-ġenitur
jew lit-tutur tiegħu.
(6) Ħlief sa fejn jiġi ċitat fis-sentenza, rapport ta’ qabel is-
sentenza jiġi kkunsidrat bħala dokument konfidenzjali. Ebda
tagħrif li dan ikun fih ma jista’ jiġi kkumnikat fi kwalunkwe
għamla lil terzi mingħajr il-kunsens ta’ l-akkużat jew tal-qorti. L-
uffiċjal tal-probation għandu jkollu d-dritt ta’ aċċess għall-proċess
relatat mal-proċeduri kriminali u d-dokumenti li hemm fih,
f’ħinijiet raġjonevoli.
Ordni ta’ 
probation.
7. (1) Il-qorti tista’, bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-
subartikolu li ġej, minflok tagħti sentenza dwar il-ħati, tagħmel
ordni ta’ probation, jiġifieri, ordni li tkun teħtieġ lill-ħati li
jitqiegħed taħt is-sorveljanza ta’ uffiċjal tal-probation għal perjodu
li jiġi speċifikat fl-ordni ta’ mhux inqas minn sena u mhux aktar
4 KAP. 446. ħ PROBATION
minn tliet snin.
(2) Kull ordni magħmula skond is-subartikolu (1) għandha biss
issir jekk:
(a) persuna tiġi dikjarata ħatja ta’ reat, li ma jkunx reat
punibbli biss b’multa jew ammenda, u għax ma jkunx
reat li apparti minn kull żjieda fil-piena minħabba f’li
jkun wieħed li jkompli jew f’dikjarazzjonijiet ta’ ħtija
preċedenti, li jkun punibbli bi priġunerija għal żmien
mhux iktar minn seba’ snin; u
(b) il-qorti tkun sodisfatta li s-sorveljanza tal-ħati minn
uffiċjal tal-probation tkun mixtieqa fl-interess li tiġi
assikurata r-rijabilitazzjoni tal-ħati u, jew jiġi protett
il-pubbliku minn xi dannu li jista’ jagħmel il-ħati jew
li jiġi prevenut l-għemil ta’ reati oħra; u
(ċ) fiċ-ċirkostanzi tal-każ, inkluża x-xorta tar-reat u l-
karattru tal-ħati, il-ħruġ ta’ dik l-ordni jkun adatt:
Iżda meta fil-fehma tal-qorti jkunu jeżistu ċirkostanzi, li
għandhom jiġu dikjarati b’mod ċar fl-ordni, li jkunu jimmeritaw li
l-ħati jitqiegħed taħt ordni ta’ probation fil-każ ta’ reat li, minbarra
xi żjieda fil-piena minħabba fit-tkomplija tar-reat jew xi
dikjarazzjoni ta’ ħtija preċedenti, jkun punibbli bi priġunerija għal
żmien li jeċċedi seba’ snin iżda mhux għaxar snin, il-qorti tista’
tagħmel ordni ta’ probation:
B’dana iżda li meta l-Qorti hekk jidhrilha li għandu jsir fl-
aħjar interess ta’ persuna li hija akkużata quddiemha, hija tista’ ,
anke pendenti l-proċeduri kriminali, tagħti ordni provisorju sabiex
l-akkużat jitqiegħed taħt ordni ta’ superviżjoni ta’ uffiċjal ta’
probation taħt dawk il-kondizzjonijiet li l-Qorti jidhrilha xierqa.
(3) Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet tas-subartikoli
li ġejjin ta’ dan l-artikolu, ordni ta’ probation tista’ iktar minn hekk
tkun teħtieġ lill-ħati li jikkonforma matul iż-żmien, kollu jew
f’parti minnu, ta’ probation ma’ dawk il-ħtiġiet li l-qorti, wara li
tqis iċ-ċirkostanzi tal-każ, jidhrilha meħtieġa biex tassikura l-
imġieba tajba tal-ħati jew biex tiġi prevenuta ripetizzjoni mill-ħati
ta’ l-istess reat jew l-għemil ta’ reati oħra, u l-qorti tista’ wkoll
tagħti lill-uffiċjal tal-probation dawk id-direttivi li tista’ tqis bħala
meħtieġa biex tilħaq dawn l-għanijiet.
(4) Ordni ta’ probation tista’ tinkludi ħtiġiet li jkunu
jirrigwardaw il-post ta’ residenza tal-ħati:
Iżda -
(a) qabel ma tagħmel ordni li jkun fiha xi ħtieġa bħal
dawk, il-qorti għandha tikkonsidra l-ambjent
domestiku fejn jgħix il-ħati; u
(b) meta l-ordni jkun fiha xi ħtiġiet bħal dawk, il-post fejn
ikollu joqgħod fih min ikun taħt probation għandu
jkun speċifikat fl-ordni. Jekk min ikun taħt probation
ikun meħtieġ li jirrisjedi f’xi istituzzjoni, il-perjodu li
matulu l-ħati jkun meħtieġ li jirrisjedi m’għandux itul
iktar minn tnax-il xahar mid-data ta’ l-ordni.
PROBATION ġ KAP. 446. 5
(5) Mingħajr preġudizzju għall-ġeneralità  tas-subartikolu(2)
meta fil-fehma tal-qorti il-kondizzjoni mentali tal-ħati tkun tali li
teħtieġ u li tista’ tkun suxxettibbli għall-kura, imma ma tkunx tali li
tiġġustifika li jittieħdu xi miżuri jew proċeduri, jew meta l-qorti
tkun sodisfatta li -
(a) l-ħati jkun mogħti għad-droga; u
(b) li jkunu saru jew jistgħu jsiru l-arranġamenti adatti
għall-kura,
ordni ta’ probation tista’ tinkludi l-ħtieġa li l-ħati għandu jagħmel
dik il-kura li ma tkunx għal żmien itwal minn dak ta’ l-ordni jew
taħt id-direttivi ta’ xi persuna kwalifikata għaldaqshekk bil-għan li
titjieb il-kondizzjoni mentali tal-ħati jew bil-għan li l-ħati jinħeles
mill-vizzju tad-droga.
Il-kura tista’ tkun ta’ xi waħda minn dawn ix-xorta li ġejjin:
(ċ) kura bħala pazjent mhux resident f’xi sptar jew
aġenzija jew istituzzjoni oħra adatta;
(d) kura bħala residenti f’xi sptar jew aġenzija jew
istituzzjoni oħra adatta; jew
(e) kura minn jew taħt id-direzzjoni ta’ xi persuna
kwalifikata kif imiss hekk kif jista’ jiġi speċifikat fl-
ordni.
F’tali każ emenda ta’ l-ordni taħt l-artikolu 10 tista’ wkoll
issir fuq rikors li jsir minn persuna kwalifikata kif imiss, flimkien
ma’ l-uffiċjal tal-probation, responsabbli għall-kura tal-ħati.
(6) Meta l-qorti tkun tqis li dik l-ordni tista’ tgħin fir-
rijabilitazzjoni tal-ħati, hija tista’ bħala kondizzjoni fl-ordni tal-
probation tinkludi ordni li għal dak il-perjodu li ma jkunx jeċċedi
sitt ġimgħat min ikun taħt probation għandu, meta ma jkunx
meħtieġ li jkun barra jaħdem jew jistudja, jippreżenta lilu nnifsu u
jibqa’ f’dawk l-istituzzjonijiet residenzjali hekk kif jistgħu jiġu
approvati mill-Ministru għal dak l-għan, b’dan li dik il-ħtieġa tista’
tkun ristretta mill-qorti għas-Sibtijiet u l-vakanzi pubbliċi, u għall-
ħin li jibda wara s-sebgħa ta’ filgħaxija lejliet xi Sibt u btala
pubblika.
(7) Qabel ma tagħmel l-ordni ta’ probation, il-qorti għandha
tfisser lill-ħati, bi kliem li huwa jifhem, x’ikun l-effett ta’ l-ordni
inkluża kull ħtieġa addizzjonali li tkun qed tiġi proposta li
tiddaħħal fl-ordni taħt is-subartikolu (3), is-subartikolu (4), is-
subartikolu (5) jew is-subartikolu (6), u li jekk il-ħati jonqos milli
jikkonforma ruħu magħha jew jagħmel xi reat ieħor, il-ħati jista’
jingħata sentenza għar-reat oriġinali. Jekk il-ħati ma jkollux inqas
minn erbatax-il sena, il-qorti m’għandhiex tagħmel l-ordni kemm-il
darba l-ħati ma jesprimix ir-rieda tiegħu li jikkonforma mal-ħtiġiet
ta’ dik l-ordni.
(8) Il-qorti li tagħmel l-ordni ta’ probation għandha minnufih
tagħti kopji ta’ l-ordni lil min ikun taħt probation, lid-Direttur li
jassenja uffiċjal tal-probation biex ikun responsabbli għas-
sorveljanza ta’ min ikun taħt probation, u lil persuna li tkun
inkarigata minn xi istituzzjoni jew sptar jew post ieħor fejn min
6 KAP. 446. ħ PROBATION
ikun taħt probation ikun meħtieġ mill-ordni li joqgħod. Jekk min
ikun taħt probation ikun minorenni, kopja ta’ l-ordni ta’ probation
għandha wkoll tingħata lill-ġenitur jew lill-persuna fdata bit-
trobbija ta’ min ikun taħt probation, jekk ikun hemm.
Dmirijiet ta’ l-
uffiċjal tal-
probation.
8. (1) Bla ħsara għad-direttivi tal-qorti li tagħmel l-ordni ta’
probation, ikun id-dmir ta’ uffiċjal tal-prohation li -
(a) jaghti parir u jgħin lil min ikun taħt probation;
(b) jżur u jirċievi rapporti mingħand min ikun taħt
probation u professjonisti oħra li jkollhom x’jaqsmu
fil-każ, f’dawk l-intervalli ta’ żmien raġonevoli li
jistgħu jiġu speċifikati fl-ordni ta’ probation, jew, li
jkunu soġġetti għal dik l-ordni, hekk kif id-Direttur
jista’ jqis li jkun xieraq;
(ċ) jippjana, jissorvelja u jgħin lil min ikun taħt probation
biex iwettaq il-kondizzjonijiet ta’ l-ordni ta’
probation;
(d) jiżgura li l-ħati jikkonforma ruħu ma’ kull sanzjoni
komunitarja;
(e) jġiegħel lil min ikun taħt probation jifhem sew id-
dannu li jkun ikkaġuna lill-vittma tad-delitt u lis-
soċjetà ;
(f) jirrapporta lill-qorti bil-fomm jew bil-miktub, mill-
inqas darba kull sitt xhur dwar kull progress tal-
probation;
(g) meta jkun meħtieġ, jgħin lil min ikun taħt probation
f’illi jġib ’il quddiem kull sforz soċjali u edukattiv;
(h) meta jkun meħtieġ, jgħin lill-ħati jsib impieg tajjeb
għalih;
(i) jżomm records dettaljati dwar kull min ikun taħt is-
sorveljanza tiegħu u jkun ingħata sentenza ta’ sanzjoni
komunitarja;
(j) jipprovdi rapporti bil-fomm jew bil-miktub dwar il-
progress magħmul minn kull min ikun taħt probation
lid-Direttur; u
(k) jaġixxi skond l-istruzzjonijiet tad-Direttur meta min
ikun taħt probation jkun ser jiġi mixli fil-qorti wara xi
ksur tal-kondizzjonijiet ta’ xi sanzjoni komunitarja.
(2) Ikun ukoll id-dmir ta’ uffiċjal tal-probation li jistħarreġ,
skond kull direttiva tal-qorti, x’ikunu ċ-ċirkostanzi jew l-ambjent
domestiku ta’ min ikun taħt probation bil-għan li jgħin lill-qorti
tistabbilixxi l-iktar metodu adatt kif tittratta l-każ.
Għażla ta’ uffiċjali 
tal-probation.
9. (1) Id-Direttur għandu wara li jikkonsulta lill-qorti
jassenja uffiċjal tal-probation biex ikun responsabbli għas-
sorveljanza ta’ min ikun taħt probation:
Iżda iktar minn uffiċjal tal-probation wieħed jista’ jiġi
assenjat lil min ikun taħt probation b’mod li kull uffiċjal għal dik
il-persuna waħda jkun jittratta xi aspett partikolari tal-każ hekk kif
PROBATION ġ KAP. 446. 7
jistabbilixxi d-Direttur.
(2) Id-Direttur, meta ċ-ċirkostanzi jkunu jippermettu, għandu
jaħtar uffiċjal tal-probation li jkollu esperjenza dwar kif jittratta
mat-tfal jew żgħażagħ biex jissorveljaw lill-ħati li jkun taħt l-età
ta’ sittax-il sena.
Liberazzjoni u 
emenda ta’ ordni 
ta’ probation.
10. (1) Il-qorti li tkun għamlet l-ordni ta’ probation tista’, fuq
rikors li jsir mid-Direttur jew minn min ikun taħt probation, tħassar
l-ordni.
(2) Il-qorti li tkun għamlet l-ordni ta’ probation tista’, fuq
rikors li jsir wara rapport mill-uffiċjal tal-probation jew fuq rikors
magħmul mid-Direttur jew minn min ikun taħt probation, b’ordni
temenda ordni ta’ probation billi tħassar xi jew kull ħtieġa li jkun
hemm fl-ordni jew billi ddaħħal f’dik l-ordni, jew b’żjieda jew biex
tiġi sostitwita kull tali ħtieġa, kull ħtieġa li tista' tiġi inkluża fl-
ordni li kieku din kienet qed tintgħamel minn dik il-qorti skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 7:
Iżda -
(a) il-qorti m’għandhiex temenda ordni ta’ probation billi
tnaqqas il-perjodu ta’ probation għal inqas minn sena
jew billi ttawwal dak il-perjodu ’l hinn minn tmiem
tliet snin mid-data ta’ l-ordni oriġinali;
(b) meta l-qorti tipproponi li temenda ordni ta’ probation,
xort’oħra milli fuq rikors ta’ min ikun taħt probation,
hija għandha tħarrek lil min ikun taħt probation biex
jidher quddiem il-qorti, u jekk min ikun taħt probation
ikollu mhux inqas minn erbatax-il sena età , il-qorti
m’għandhiex temenda l-ordni ta’ probation sakemm
min ikun taħt probation jesprimi r-rieda tiegħu li
jikkonforma ma’ kull ħtieġa ta’ l-ordni kif emendata.
(3) Meta jsir ordni li jħassar jew jemenda ordni ta’ probation,
id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 7(7) u (8) għandhom mutatis
mutandis japplikaw.
(4) Meta, taħt id-disposizzjonijiet li ġejjin ta’ dan l-Att, min
ikun taħt probation jingħata sentenza għal reat li dwaru jkun
tqiegħed taħt probation, l-ordni ta’ probation għandha ttemm milli
tibqa’ jkollha seħħ. Il-qorti għandha tordna li kopja tas-sentenza
tintbagħat mingħajr ebda dewmien lid-Direttur.
Ordni ta’ servizz 
fil-komunità .
11. (1) Ordni ta’ servizz fil-komunità  tista’ tingħata lil ħati li
jkollu sittax-il sena u fuqhom, li jkun ġie dikjarat ħati ta’ reat li
dwaru, fil-fehma tal-qorti, s-sentenza adatta għandha, ħlief għad-
disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu, tkun waħda ta’ priġunerija. Dak
ir-reat m’għandux ikun punibbli biss b’xi multa jew ammenda u ma
jistax ikun reat, li minbarra minn kull żjieda fil-kastig minħabba
fit-tkomplija jew f’xi dikjarazzjonijiet preċedenti ta’ ħtija, ikun
punibbli bi priġunerija għal żmien iżjed minn seba’ snin u d-
disposizzjonijiet tal-proviso li hemm ma’ l-artikolu 7(2) għandhom
japplikaw mutatis mutandis għal dan is-subartikolu.
(2) Il-qorti tista’, minflok tagħti sentenza ta’ priġunerija lill-
ħati, tordna lill-ħati li jitqiegħed taħt ordni ta’ servizz fil-komunità .
8 KAP. 446. ħ PROBATION
Ordni ta’ servizz fil-komunità  tkun teħtieġ lill-ħati li jagħmel
xogħol bla ħlas għal għadd ta’ siegħat kif speċifikat fl-ordni. F’kull
każ bħal dak ebda ordni m’għandha teħtieġ lill-ħati li jagħmel inqas
minn erbgħin siegħa xogħol jew aktar minn mitejn u erbgħin
siegħa.
(3) Il-qorti m’għandhiex tagħmel ordni ta’ servizz fil-komunità
kemm-il darba dawn il-kondizzjonijiet li ġejjin ma jkunux ġew
imħarsa:
(a) il-qorti tkun sodisfatta, wara li tikkonsidra ċ-
ċirkostanzi tal-ħati u r-rapport ta’ qabel is-sentenza, li
l-ħati jkun adatt li jagħmel xogħol taħt dik l-ordni;
(b) li jistgħu jsiru arranġamenti għal dak ix-xogħol;
(ċ) il-ħati jkun qabel ma’ l-ordni; u
(d) il-ħati jkun iffirma l-formola ta’ ftehim ta’ xogħol ta’
servizz fil-komunità .
(4) Qabel ma tagħmel ordni ta’ servizz fil-komunità  għar-
rigward ta’ xi ħati, l-qorti għandha tispjega lill-ħati bi kliem li
jiftiehem sew l-effett ta’ l-ordni u li jekk il-ħati jonqos li
jikkonforma ruħu magħha jew jagħmel xi reat ieħor, il-ħati jkun
jista’ jinghata sentenza għar-reat oriġinali.
(5) Il-qorti li tagħmel l-ordni ta’ servizz fil-komunità  għandha
minnufih tagħti kopji ta’ l-ordni lill-ħati, lid-Direttur, lill-uffiċjal
tas-servizz fil-komunità  assenjat għall-każ mid-Direttur, u lill-
aġenziji u l-awtoritajiet responsabbli għas-sorveljanza ta’ l-ordni
ta’ servizz fil-komunità .
(6) Ikun id-dmir tad-Direttur li jassenja xogħol lil min ikun taħt
probation skond l-ordni ta’ servizz fil-komunità .
Regolament ta’ 
sigħat ta’ xogħol.
12. (1) Meta qorti tagħmel ordnijiet ta’ servizz fil-komunità
għar-rigward ta’ xi żewġ reati jew iktar li tagħhom persuna tkun
ġiet dikjarata ħatja mill-qorti, il-qorti tista’ tordna li s-siegħat ta’
xogħol speċifikati f’xi wieħed minn dawk l-ordnijiet għandhom
ikunu jaqblu fiż-żmien ma’, jew ikunu addizzjonali għal dawk
speċifikati f’xi ordni oħra minn dawk.
(2) Meta qorti tagħmel ordni ta’ servizz fil-komunità  u jkun
hemm fis-seħħ dwar il-ħati filwaqt ta’ l-għemil ta’ dik l-ordni xi
ordni oħra bħal dik (magħmula mill-istess qorti jew minn qorti
differenti) il-qorti li tagħmel l-aħħar ordni tista’ tordna f’dik l-
ordni li s-siegħat ta’ xogħol hemm speċifikati għandhom ikunu
jaqblu fiż-żmien ma’, jew ikunu addizzjonali għal dawk speċifikati
fl-ewwel ordni.
(3) Meta qorti tagħmel ordni ta’ servizz fil-komunità  u jkun
hemm fis-seħħ sentenza ta’ priġunerija jew il-ħati jkun f’detenzjoni
mingħajr garanzija, l-ordni ta’ servizz fil-komunità  għandha tidħol
fis-seħħ wara li l-ħati jintbagħat mill-ħabs, sakemm l-uffiċjal għas-
servizz fil-komunità l i jkun qed jieħu ħsieb il-każ ikun tal-fehma li
l-ħati jkun għadu f’qagħda li jista’ jwettaq xogħol ta’ servizz fil-
komunità . Jekk il-ħati jibqa’ ma jkunx tajjeb biex iwettaq is-servizz
fil-komunità  li jkun meħtieġ minnu, l-uffiċjal għas-servizz fil-
komunità  għandu jibgħat lura l-każ lill-qorti. F’dawk il-każijiet il-
PROBATION ġ KAP. 446. 9
qorti għandha tittratta l-ħati bħallikieku l-ordni ta’ servizz fil-
komunità  qatt ma saret.
Dmirijiet tal-ħati 
taħt ordni ta’ 
servizz fil-
komunità .
13. Ħati li fir-rigward tiegħu ikun hemm ordni ta’ servizz fil-
komunità  fis-seħħ għandu:
(a) jirrapporta lill-awtorità  rilevanti minn żmien għal
żmien skond l-istruzzjonijiet maħruġa mill-uffiċjal
għas-servizz fil-komunità ;
(b) iwettaq b’mod sodisfaċenti għall-għadd ta’ siegħat
speċifikat fl-ordni dak ix-xogħol f’dawk il-ħinijiet
skond ma jista’ jiġi ordnat minn jew f’isem l-awtorità
rilevanti;
(ċ) javża lill-uffiċjal għas-servizz fil-komunità  li l-ħati
jkun meħtieġ li jirraporta lilu taħt dan is-subartikolu
b’kull tibdil fl-indirizz tieghu.
Xogħol ta’ servizz 
fil-komunità .
14. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 10, x-
xogħol li għandu jsir taħt ordni ta’ servizz fil-komunità  għandu
jitwettaq matul il-perjodu ta’ mhux inqas minn tliet xhur u mhux
aktar minn sena li jibda għaddej fid-data ta’ l-ordni imma, sakemm
din ma tiġix revokata, l-ordni għandha tibqa’ sseħħ sakemm il-ħati
jkun ħadem taħt dik l-ordni għall-għadd ta’ siegħat fiha speċifikat.
(2) Ordnijiet mogħtija taħt is-subartikolu (1) m’għandhomx,
daqskemm dan ikun prattiku, jinterferixxu mal-ħinijiet li matulhom
il-ħati jkun normalment jaħdem jew jattendi l-iskola jew xi
stabbiliment edukattiv jew ta’ taħriġ ieħor.
(3) Dak il-ħati li jonqos milli jħares xi ħtieġa li tinsab fl-
artikolu 13, ikun ħati ta’ reat u, mingħajr preġudizzju għat-
tkomplija fis-seħħ ta’ l-ordni ta’ servizz fil-komunità , jista’ jeħel
meta jingħata dikjarazzjoni ta’ ħtija sommarja ammenda ta’ mhux
iżjed minn mitt lira.
Ksur ta’ ordni ta’ 
servizz fil-
komunità .
15. Meta l-ħati jiġi dikjarat ħati ta’ reat taħt l-artikolu 14(3), il-
qorti li tkun ħarġet dik l-ordni, minflok ma twaħħal multa taħt dak
l-artikolu tista’, jew tirrevoka l-ordni jew tirrevokaha u tittrata l-
ħati għar-reat li dwaru kienet saret l-ordni b’kull tali mod li bih il-
ħati seta’ ġie ttrattat għal dak ir-reat li kieku l-ordni ma kienetx
saret.
Estensjoni.
fuq rikors tal-ħati jew tad-Direttur, u jekk il-qorti jkun hekk
jidhrilha li jkun fl-aħjar interess tal-ġustizzja, fil-qies taċ-
ċirkostanzi tal-każ, il-qorti tista’ testendi l-perjodu ta’ sena għal sitt
xhur, sabiex jitwettaq dak is-servizz fil-komunità .
Taħrik tal-ħati.
għandha tħarrek lill-hati biex jidher quddiemha u, jekk il-ħati
jonqos milli jidher skond dik it-taħrika il-qorti tista’ tordna li l-ħati
jinġieb quddiemha taħt arrest.
Ordni ta’ probation 
u servizz.
18. Il-qorti tista’, minflok ma tagħti sentenza ta’ priġunerija
lill-ħati, tordna lill-ħati li jitqiegħed taħt ordni ta’ probation u
servizz. Ordni ta’ probation u servizz tkun teħtieġ lill-ħati li
jitqiegħed taħt is-sorveljanza ta’ probation kif speċifikat fl-artikolu
7 u li jaqdi ordni ta’ servizz fil-komunità , kif speċifikat fl-artikolu
10 KAP. 446. ħ PROBATION
11. Madankollu, dik l-ordni m’għandhiex teħtieġ lill-ħati li jwettaq
inqas minn erbgħin siegħa xogħol jew iktar minn mitt siegħa
b’żjieda ma’ kull għadd ta’ siegħat ta’ xogħol li jkunu għad iridu
jinħadmu taħt xi ordni ta’ servizz fil-komunità  preċedenti.
Dmirijiet tal-ħati 
taħt ordni ta’ 
probation u 
servizz.
19. Dak il-ħati li dwaru jkun hemm fis-seħħ ordni ta’ probation
u servizz għandu:
(a) jirrapporta lill-uffiċjal tal-probation lilu assenjat mid-
Direttur minn żmien għal żmien skond l-istruzzjonijiet
maħruġa mill-uffiċjal tal-probation;
(b) jirrapporta lill-awtorità  rilevanti minn żmien għal
żmien skond l-istruzzjonijiet maħruġa mill-uffiċjal
għas-servizz fil-komunità ;
(ċ) jwettaq b’mod sodisfaċenti għall-għadd ta' siegħat
speċifikati fl-ordni dak ix-xogħol f’dawk il-ħinijiet
skond ma jiġi ordnat minn jew f’isem l-awtorità
rilevanti;
(d) javża lill-uffiċjal għas-servizz fil-komunità  li l-ħati
jkun meħtieġ li jirrapporta lilu taħt dan is-subartikolu
b’kull bdil fl-indirizz tiegħu.
Regoli li 
japplikaw.
20. Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att li japplikaw għall-
ordnijiet ta’ probation u l-ordni ta’ servizz fil-komunità  għandhom
japplikaw għal ordnijiet ta’ probation u servizz.
Ksur ta’ 
kondizzjonijiet.
21. (1) Jekk f’xi waqt matul il-perjodu ta’ probation il-qorti li
tkun għamlet l-ordni tkun tal-fehma li min ikun taħt probation ikun
naqas li jħares xi waħda mill-ħtiġiet ta’ l-ordni, il-qorti tista’
toħroġ taħrika li fiha titlob lil min ikun taħt probation biex jidher
quddiem dik il-qorti fil-post u l-ħin hemm speċifikati, jew tista’,
jekk iċ-ċirkostanzi jkunu hekk jeħtieġu, toħroġ mandat għall-arrest
ta’ min ikun taħt probation:
Iżda ħlief meta n-nuqqas allegat jinġieb għall-attenzjoni
tal-qorti f’rapport mill-uffiċjal tal-probation, m’għandhom
jinħarġu ebda tali taħrika jew mandat -
(a) mill-qorti Kriminali, jew mill-Qorti ta’ l-Appell
Kriminali ħlief meta tingħata informazzjoni bil-miktub
li tiġi ppreżentata mill-Avukat Ġenerali;
(b) mill-Qorti tal-Maġistrati (Malta), l-Qorti tal-Maġistrati
(Għawdex) jew il-Qorti tal-Minorenni, ħlief meta
tingħata informazzjoni bil-miktub u li tkun konfermata
b'ġurament.
F’kull każ l-informazzjoni għandha tiġi ppreżentata fi
żmien tliet xhur minn nuqqas allegat minn min ikun taħt probation.
(2) Jekk jiġi ppruvat għas-sodisfazzjon tal-qorti, li min ikun
taħt probation jkun naqas milli jħares xi ħtieġa ta’ ordni ta’
sanzjoni fil-komunità , dik il-qorti tista’ mingħajr preġudizzju għat-
tkomplija tas-sanzjoni, twaħħal il-ħati ammenda ta’ mhux iżjed
minn mitt lira, jew tista’ tittratta ma’ min ikun taħt probation, għar-
reat li dwaru tkun saret is-sanzjoni komunitarja, b’kull mod kif il-
qorti tista’ tittratta lill-ħati li kieku kien għadu kemm ġie dikjarat
ħati minn jew quddiem dik il-qorti għal dak ir-reat.
PROBATION ġ KAP. 446. 11
(3) Ammenda li tiġi imposta taħt dan l-artikolu dwar xi nuqqas
ta’ ħarsien ma’ kull ħtieġa ta’ ordni ta’ probation għandha titqies
għall-finijiet ta’ kull liġi, imma salv id-disposizzjonijict ta’ l-
artikolu 22(1), bħala somma aġġudikata li titħallas wara
dikjarazzjoni ta’ ħtija.
Liberazzjoni 
assoluta jew 
kondizzjonata.
22. (1) Meta qorti li fiha persuna tiġi dikjarata ħatja ta’ reat (li
ma jkunx reat punibbli biss b’multa jew ammenda) u li ma jkunx
reat li minbarra żjieda fil-piena minħabba fit-tkomplija jew
dikjarazzjonijiet preċedenti ta’ ħtija, ikun punibbli bi priġunerija
għal żmien iktar minn seba’ snin) jkollha l-fehma li, fil-qies taċ-
ċirkostanzi tal-każ, inkluża x-xorta tar-reat u l-karattru tal-ħati, ma
jkunx spedjenti li twaħħal piena u dik l-ordni ta’ probation, ordni
ta’ servizz fil-komunità  jew ordni ta’ probation u servizz ma
jkunux adatti, l-qorti tista’ tagħmel ordni li biha tillibera lill-ħati
għalkollox, jew, jekk il-qorti tkun hekk taħsibha, billi tillibera lill-
ħati bla ħsara għall-kondizzjoni li ma jagħmel ebda reat matul dak
il-perjodu, li ma jkunx iżjed minn tliet snin mid-data ta’ l-ordni,
skond ma jiġi speċifikat fl-istess ordni. Id-disposizzjonijiet tal-
proviso li hemm ma’ l-artikolu 7(2) għandhom mutatis mutandis
japplikaw għal dan is-subartikolu.
(2) Ordni li tkun tillibera lil persuna bla ħsara ghal tali
kondizzjoni kif hawn qabel mgħarrfa hija f’dan l-Att imsemmija
bħala "ordni għal liberazzjoni kondizzjonata" u l-perjodu speċifikat
f’tali ordni bħala "il-perjodu ta’ liberazzjoni kondizzjonata".
(3) Qabel ma tagħmel ordni għal liberazzjoni kondizzjonata, il-
qorti għandha tfisser lill-ħati bi kliem li jiftiehem sew li jekk il-ħati
jagħmel xi reat ieħor matul il-perjodu ta’ liberazzjoni
kondizzjonata, il-ħati jkun jista’ jingħata sentenza ghar-reat
oriġinali.
(4) Meta, taħt id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, persuna
kondizzjonalment liberata tingħata sentenza għar-reat li dwaru tkun
saret l-ordni għal liberazzjoni kondizzjonata, dik l-ordni għandha
ttemm milli jkollha seħħ.
Dikjarazzjonita’ 
ħtija wara ordni.
23. (1) Jekk persuna li fil-każ tagħha jkunu saru xi sanzjoni
komunitarja jew ordni għal liberazzjoni kondizzjonata,
sussegwentement tinħareġ fir-rigward tagħha dikjarazzjoni ta’ ħtija
minn jew quddiem xi qorti dwar reat li jkun sar matul il-perjodu ta’
probation jew matul il-perjodu ta’ liberazzjoni kondizzjonata, il-
qorti -
(a) jekk tkun l-istess qorti li tkun għamlet l-ordni ta’
probation, l-ordni ta’ servizz fil-komunità , l-ordni ta’
probation u servizz jew l-ordni għal liberazzjoni
kondizzjonata, tista’ tittratta lil dik il-persuna għar-
reat li dwaru tkun saret dik l-ordni b’kull mod li tista’
tittratta lill-ħati li kieku kien għadu kemm ġie dikjarat
ħati minn jew quddiem dik il-qorti għal dak ir-reat;
(b) jekk tkun qorti differenti, ghandha tibgħat lil dik il-
persuna quddiem il-qorti li tkun għamlet l-ordni ta’
probation, l-ordni ta’ servizz fil-komunità , l-ordni ta’
probation u servizz jew l-ordni għal liberazzjoni
12 KAP. 446. ħ PROBATION
kondizzjonata u dik il-qorti għandha kemm jista’ jkun
malajr, tara li dik il-persuna tinġieb quddiemha, u meta
tinġieb prova għas-sodisfazzjon tagħha tad-
dikjarazzjoni ta’ ħtija dwar ir-reat ulterjuri, tista’
tittratta lil dik il-persuna għar-reat li dwaru tkun saret
l-ordni b’kull mod li setgħet tittratta lill-ħati li kieku
kien għadu kemm ġie dikjarat ħati minnha jew
quddiemħa ta’ dak ir-reat.
(2) Bla ħsara għad-disposizzjoni tas-subartikolu (3), meta
persuna tiġi ttrattata għar-reat li dwaru tkun tqegħdet taħt probation
b’ordni ta’ servizz fil-komunità , jew b’ordni ta’ probation u servizz
jew tkun ġiet kondizzjonalment liberata, jew il-qorti ma tkunx tista’
tqieghed lill-ħati taħt sanzjoni komunitarja jew tagħmel ordni kif
provdut fl-artikolu 22(1).
(3) Is-subartikolu (2) m’ghandux japplika meta r-’eat magħmul
matul il-perjodu ta’ probation jew matul il-perjodu ta' liberazzjoni
kondizzjonata u li dwaru l-persuna sussegwentement tiġi dikjarata
ħatja, jkun kontravvenzjoni jew ikun delitt ta’ omiċidju
involuntarju, jew offiża involontarja fuq il-persuna, jew ħsara
involontarja fuq il-proprjetà .
(4) Għall-fini tas-subartikolu (1) -
(a) il-Qorti tal-Maġistrati (Malta), il-Qorti tal-Maġistrati
(Għawdex) u l-Qorti tal-Minorenni għandhom jitqiesu
bħala l-istess qorti;
(b) il-Qorti ta’ l-Appell Kriminali meta tkun qegħda taqta’
appelli minn sentenzi tal-Qrati tal-Maġistrati (Malta),
il-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) u l-Qorti tal-
Minorenni għandu jitqies li jkun qorti differenti mill-
Qorti ta’ l-Appell Kriminali fid-determinazzjoni ta’
appelli ghal deċiżjonijiet tal-Qorti Kriminali.
Ħlas ta’ danni.
Kap. 9.
24. (1) Meta Qorti tagħmel ordni ta’ probation, ordni ta’
servizz fil-komunità , ordni ta’ probation u servizz, ordni għal
liberazzjoni kondizzjonata jew meta tillibera lil xi ħati għalkollox
tista’, mingħajr preġudizzju għall-poter li għandha dwar l-ispejjeż
taħt l-artikoli 380 u 533 tal-Kodiċi Kriminali, tordna lill-ħati
jħallas dawk id-danni għal xi feriment jew b’kumpens għal xi
telfien hekk kif il-qorti jkun jidhrilha li jkun l-aktar raġonevoli.
(2) Ordni għall-ħlas ta’ danni jew kumpens kif hawn qabel
imsemmi tista’ tiġi infurzata bl-istess mod bħallikieku din kienet
ingħatat f’azzjoni ċivili bejn il-ħati u l-persuna lil min id-danni jew
il-kumpens jiġu ordnati li għandhom jitħallsu:
Iżda ebda naħa f’dan l-artikolu m’għandha tidderoga mid-
dritt ta’ dik il-persuna li tkopri kull ammont ieħor li jifdal b’xi
mezz ieħor mingħand il-ħati jew mingħand xi persuna oħra li tista’
tkun responsabbli għall-istess ħlas.
Effetti ta’ sanzjoni 
komunitarja u 
liberazzjoni.
25. (1) Bla ħsara għal dak hawn iktar ’il quddiem provdut,
dikjarazzjoni ta’ ħtija dwar xi reat li dwaru ssir ordni taħt dan l-Att
li bih il-ħati jitqiegħed taħt sanzjoni komunitarja jew li tkun
tillibera lill-ħati għal kollox jew kondizzjonalment għandha titqies
PROBATION ġ KAP. 446. 13
bħala li ma tkunx dikjarazzjoni ta’ ħtija għal ebda fini li jkun,
minbarra -
(a) l-finijiet tal-proċeduri li fihom issir l-ordni u ta’ kull
proċedura sussegwenti li tista’ tittieħed kontra l-ħati
taħt id-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-Att, u
(b) fil-każ ta’ uffiċjal pubbliku, l-finijiet jew kull
proċedura dixxiplinari li tista’ tittieħed kontra, jew
kull punizzjoni dixxiplinari li tista’ tiġi imposta fuq
dak l-uffiċjal pubbliku b’konsegwenza ta’ xi tali
dikjarazzjoni ta’ ħtija jew ta’ xi wieħed mill-fatti li
jikkostitwixxu r-reat:
Iżda meta ħati, li jkollu mhux inqas minn tmintax-il sena
età  fiż-żmien tad-dikjarazzjoni ta’ ħtija ta’ reat li dwaru jitqiegħed
taħt sanzjoni komunitarja jew jiġi kondizzjonalment liberat kif
hawn qabel imsemmi, sussegwentement jingħata sentenza għal dak
ir-reat, id-disposizzjonijiet ta’ dan is-subartikolu għandhom
itemmu japplikaw għal dik id-dikjarazzjoni ta’ ħtija.
(2) Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’
dan l-artikolu, id-dikjarazzjoni ta’ ħtija ta’ ħati li jitqiegħed taħt
probation, fuq ordni ta’ servizz fil-komunità , fuq ordni ta’
probation u servizz jew li jiġi liberat għal kollox jew
kondizzjonalment kif hawn qabel imsemmi għandha f’kull każ tiġi
mwarrba għall-finijiet ta’ kull liġi li timponi jew tawtorizza xi
interdizzjoni, skwalifika, disabilità  jew xi piena oħra fuq persuni
b’dikjarazzjoni ta’ ħtija.
(3) Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 7(1), ta’ l-artikolu 11(2),
ta’ l-artikolu 18, u ta’ l-artikolu 23(1) u (2) m’għandhom jolqtu -
(a) ebda dritt li dak il-ħati jista’ jkollu kif hawn qabel
imsemmi li jappella mid-dikjarazzjoni ta’ ħtija jew
iserrah fuqha minkejja kull proċediment sussegwenti
għall-istess fatt;
(b) li xi proprjetà  tiġi vestita mill-ġdid jew ristawrata
b’konsegwenza tad-dikjarazzjoni ta’ ħtija ta’ xi ħati
bħal dak;
Kap. 9.
ta’ kull disposizzjoni oħra ta’ dak il-Kodiċi jew ta’
kull liġi oħra li tolqot il-konfiska ta’ xi proprjetà  jew
iż-żamma tagħha mir-reġistratur ta’ xi qorti jew minn
xi uffiċjal ieħor awtorizzat bil-liġi li jaqbad jew
iżomm xi proprjetà  konnessa ma’ proċedimenti
kriminali;
(d) l-għemil ta’ xi ordni taħt l-artikolu 377 tal-Kodiċi
Kriminali jew taħt id-disposizzjonijiet jew kull liġi
oħra li tkun teħtieġ jew tawtorizza l-għemil ta’ kull
ordni għat-tneħħija ta’ xi ngombru jew inkonvenjenza
jew għat-twettiq tal-liġi mill-ħati jew mill-Pulizija bi
spejjeż tal-ħati;
(e) ir-responsabbiltà  ta’ tali ħati kif imsemmi qabel li jkun
meħtieġ mill-qorti li jagħmel tajjeb huwa nnifsu jew li
jsib garanzija skond l-artikoli 249, 383 u 384 tal-
14 KAP. 446. ħ PROBATION
Kodiċi Kriminali;
(f) l-għemil ta’ kull ordni mill-qorti dwar il-ħlas ta’ l-
ispejjeż taħt l-artikoli 380 u 533 tal-Kodiċi Kriminali;
(g) it-tħaddim ta’ l-artikolu 35(3), (5) u (6) tal-Kodiċi
Kriminali;
(h) id-dritt ta’ kull parti interessata li ġġib meta jkun hekk
adatt fi proċeduri kriminali jew ċivili, provi li juru li
persuna tkun ġiet liberata għalkollox jew
kondizzjonalment kif hawn qabel imsemmi jew li
dwarha tkun saret sanzjoni komunitarja, li tkun parti
fil-proċeduri jew li tinġieb bħala xhud, tkun ġiet
dikjarata ħatja ta’ reat, sakemm dik il-prova titqies
mill-qorti li tkun rilevanti.
Regolamenti. 26. Il-Ministru jista’ jagħmel regolamenti li -
(a) jippreskrivu l-kwalifiki għall-ħatra ta’ l-uffiċjali tal-
probation;
(b) jippreskrivu d-dmirijiet tad-Direttur;
(ċ) jippreskrivu kull dmir ta’ l-uffiċjali tal-probation
b’żjieda ma’ dawk li hemm provdut dwarhom b’dan l-
Att;
(d) jippreskrivu kull għamla ta’ record li għandu jinżamm
mill-uffiċjali tal-probation taħt dan l-Att;
(e) jipprovdu għal regolamenti dwar it-twettiq ta’ xogħol
taħt l-ordnijiet ta’ servizz fil-komunità ;
(f) jillimitaw l-għadd ta’ sigħat ta’ xogħol li għandhom
jitwettqu taħt dak l-ordni ta’ kuljum;
(g) jipprovdu għall-kalkolu ta’ ħin maħdum taħt dawk l-
ordnijiet;
(h) jirregolaw id-dixxiplina fi, u kull ħaġa oħra li
tirrigwarda l-istituzzjonijiet residenzjali approvati
mill-Ministru għall-finijiet ta’ l-artikolu 7(6); u
(i) ġeneralment għall-aħjar twettiq tal-finijiet u d-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att.
Regoli tal-qorti.
Kap. 12.
27. Il-Bord imsemmi fl-artikolu 29 tal-Kodiċi ta’
Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili jista’, skond id-
disposizzjonijiet ta’ dak l-artikolu, jagħmel Regoli tal-Qrati li
jkunu jirregolaw kull affari li kien hemm jew proċediment li ttieħed
taħt dan l-Att u jippreskrivu l-formoli li għandhom jintużaw għal
dawk l-affarijiet jew proċedimenti u d-drittijiet li ghandhom
jitħallsu dwarhom.
Disposizzjoni 
transitorja.
Kap. 152.
28. Id-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar il-Probation ta’ Ħatjin
(imħassar b’dan l-Att) għandhom ikomplu japplikaw għal kull
ordni jew liberazzjoni kondizzjonata maħruġa taħt id-
disposizzjonijiet ta’ dak l-Att qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan l-
artikolu.
