GĦAQDIET TAL-PRODUTTURI ġ KAP. 447. 1
KAPITOLU 447
ATT DWAR L-GĦAQDIET TAL-PRODUTTURI
Biex jipprovdi għall-ħolqien ta’ għaqdiet tal-produtturi fis-setturi ta’ l-
agrikoltura u tas-sajd.
6 ta’ Jannar, 2003
L-Att IX ta’ l-2002.
TAQSIMA I
Preliminari
Titolufil-qosor.
Produtturi.
Tifsir.
xort’oħra - 
''assoċjazzjoni bejn il-fergħat interessati'' tfisser assoċjazzjoni
magħmula minn rappreżentanti ta’ l-attivitajiet ekonomiċi li huma
konnessi mal-produzzjoni, in-negozju u l-ipproċessar tal-prodott, u
tista’ tinkludi rappreżentanti ta’ xi waħda jew iżjed minn dawn l-
attivitajiet ekonomiċi;
''Direttur'' tfisser id-Direttur ta’ l-Agrikoltura jew id-Direttur tas-
Sajd, kif ikun il-każ, u sal-limitu ta’ l-awtorità  mogħtija, tinkludi
kull uffiċjal pubbliku awtorizzat mid-Direttur għal hekk bil-miktub
għal xi wieħed mill-għanijiet ta’ dan l-Att;
''fond ta’ l-operat'' tfisser il-kont ta’ l-organizzazzjoni tal-
produtturi bbażat fuq il-kontribuzzjonijiet tal-produtturi u l-
finanzjament mill-Gvern, liema fond ikun użat biss biex jiffinanzja
programmi ta’ l-operat, pjani ta’ azzjoni u irtirar mis-suq;
''irtirar mis-suq'' tfisser it-tneħħija mis-suq ta’ prodotti li jkunu
koperti minn programm ta’ l-operat; u ''irtirati mis-suq'' għandha
tinftiehem skond hekk;
''membru'' tfisser persuna li, flimkien ma’ persuni oħra, tifforma,
toħloq jew tingħaqad ma’ xi organizzazzjoni tal-produtturi;
''Ministru'' tfisser il-Ministru responsabbli għall-Agrikoltura u s-
Sajd;
''miżura'' tfisser l-għadd ta’ azzjonijiet relatati ma’ xulxin li,
flimkien, jilħqu xi waħda jew aktar mill-objettivi skond il-
programm ta’ l-operat;
''organizzazzjoni tal-produtturi'' tfisser organizzazzjoni,
rikonoxxuta mid-Direttur, li tkun korp volontarju, kostitwit
legalment, ta’ produtturi ta’ prodotti partikolari jew ta’ persuni li
jaħdmu fl-industriji ta’ l-agrikoltura u, jew tas-sajd, li jaġixxu
flimkien biex jipproduċu, jaħsdu, jaħżnu, jippakkjaw u, jew iressqu
l-prodotti tagħhom lejn is-swieq;
''persuna mhux imsieħba f’xi organizzazzjoni tal-produtturi''
tfisser produtturi li jipproduċu xi prodotti koperti minn regolamenti
2 KAP. 447. ħ GĦAQDIET TAL-PRODUTTURI
magħmulin taħt l-artikolu 19, iżda li ma jkunux imsieħba fl-ebda
organizzazzjoni ta’produtturi;
''pjan ta’ azzjoni'' tfisser pjan approvat minn organizzazzjoni ta’
produtturi sabiex jintlaħqu l-kriterji għar-rikonoxximent skond
regolamenti magħmulin taħt l-artikolu 19;
''prodott'' tfisser it-tip ta’ prodotti agrikoli u, jew prodotti tas-
sajd koperti b’regolamenti magħmulin taħt l-artikolu 19; u
''produzzjoni'' għandha tinftiehem skond hekk;
''prodotti imwasslin is-suq'' tfisser il-prodotti tal-membri ta’ l-
organizzazzjoni ta’ produtturi li jkunu twasslu fis-suq permezz ta’
l-organizzazzjoni;
''produttur'' tfisser persuna li tkun involuta fix-xogħol ta’ tkabbir
ta’ l-uċuh tar-raba jew ta’ trobbija ta’ l-annimali, jew fix-xogħol ta’
l-industrija tas-sajd;
''programm ta’ l-operat'' tfisser pjan approvat minn
organizzazzjoni ta’ produtturi sabiex jitjieb l-andament ta’ l-
organizzazzjoni fuq medda ta’ żmien b’mod partikulari f’termini
ta’ twassil fis-suq, kwalità  tal-prodott u kondizzjonijiet ambjentali.
TAQSIMA II
Kostituzzjoni ta’ l-Organizzazzjonijiet tal-Produtturi
Ħolqien ta’ 
organizzazzjonijiet 
tal-produtturi.
3. (1) Organizzazzjonijiet tal-produtturi li jkunu rikonoxxuti
mid-Direttur skond id-disposizzjonijiet ta’ regolamenti magħmulin
skond l-artikolu 19 ikollhom personalità  legali distinta minn dik
tal-membri tagħhom.
(2) Produtturi, li l-prodotti tagħhom jaqgħu taħt xi waħda mill-
kategoriji li, minn żmien għal żmien, jistgħu jiġu preskritti mill-
Ministru f’regolamenti magħmulin taħt l-artikolu 19, jistgħu
jiffurmaw organizzazzjoni tal-produtturi.
Funzjonijiet u 
għanijiet ta’ 
organizzazzjonijiet 
tal-produtturi.
4. Il-funzjonijiet u l-għanijiet ta’ organizzazzjoni tal-
produtturi huma:
(a) li tieħu dawk il-miżuri biex jiġi żgurat li l-produzzjoni
tal-membri tagħha tkun kemm jista’ jkun orjentata lejn
is-swieq;
(b) li tippromwovi t-tqegħid fis-suq tal-prodotti ta’ l-
imseħbin tagħha; u
(ċ) li tippromwovi teknika ta’ produzzjoni li tkun fuq bazi
ambjentali soda u skond linji razjonali.
Rikonoxximent ta’ 
organizzazzjonijiet 
tal-produtturi.
5. Organizzazzjoni tal-produtturi tiġi rikonoxxuta biss għall-
għanijiet ta’ dan l-Att jekk, wara li tapplika għar-rikonoxximent
mid-Direttur skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, tissodisfa l-
ħtiġiet imniżżlin f’regolamenti magħmulin taħt l-artikolu 19.
Sħubija 
f’organizzazzjo-
nijiet tal-
produtturi.
6. (1) Il-membri ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi
għandhom joqogħdu għar-regoli ta’ l-organizzazzjoni li tagħha
jkunu membri, u għandhom -
(a) japplikaw ir-regoli adottati mill-organizzazzjoni tal-
produtturi f’dak li għandu x’jaqsam ma’ rappurtaġġ
GĦAQDIET TAL-PRODUTTURI ġ KAP. 447. 3
dwar il-produzzjoni, il-produzzjoni infisha, is-swieq u
l-ħarsien ta’ l-ambjent;
(b) ikunu mseħbin ma’ waħda biss mill-
organizzazzjonijiet tal-produtturi rigward kull prodott,
iżda jistgħu jkunu mseħbin ma’ organizzazzjonijiet
oħrajn sakemm dawk l-organizzazzjnijiet ma jtellgħux
fis-suq prodotti simili;
(ċ) bla-ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (2),
itellgħu is-suq il-produzzjoni kollha tal-prodott
ikkonċernat, permezz ta’ l-organizzazzjoni tal-
produtturi;
(d) iħallsu dawk il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li hemm
provvediment għalihom fir-regoli ta’ l-organizzazzjoni
tal-produtturi sabiex jiġi stabbilit u jitkattar il-fond ta’
l-operat imsemmi fl-artikolu 9.
(2) Fejn l-organizzazzjoni tal-produtturi tawtorizza hekk, u
skond it-termini u l-kondizzjonijiet li jkunu mfassla minnha, il-
membri jistgħu -
(a) jbiegħu parti mill-produzzjoni tagħhom direttament
lill-konsumatur;
(b) itellgħu is-suq, permezz ta’ xi organizzazzjoni tal-
produtturi oħra jew permezz ta’ xi mezz ieħor ta’
tqegħid ta’ prodotti fis-suq, indikat għal dan il-għan
mill-organizzazzjoni tal-produtturi tagħhom,
kwantitajiet ta’ prodotti li jkunu żgħar ħafna meta
jkunu relatati mal-volumi li l-organizzazzjoni tagħhom
ittella’ lejn is-swieq;
(ċ) itellgħu fis-suq, permezz ta’ xi organizzazzjoni tal-
produtturi oħra jew permezz ta’ xi mezz ieħor ta’
tqegħid ta’ prodotti fis-suq, indikat għal dan il-għan
mill-organizzazzjoni tal-produtturi tagħhom, prodotti
li, minħabba l-karatteristiċi tagħhom, normalment ma
jkunux koperti mill-attivitajiet kummerċjali ta’ l-
organizzazzjoni ikkonċernata; u
(d) skond il-proċeduri magħmula mid-Direttur permezz ta’
deroga, jkunu awtorizzati għal perijodi limitati biss u
b’mod li jonqos bil-mod il-mod, u għal ċerti prodotti
partikolari, li jikkonkludu kuntratti diretti ma’
stabbilimenti li jipproċessaw il-prodotti.
Dmirijiet tad-
Direttur.
7. (1) Ikun dmir tad-Direttur li -
(a) jiddeċiedi jekk għandux jingħata rikonoxximent lil
organizzazzjoni tal-produtturi fi żmien tliet xhur wara
li tkun ġiet sottomessa l-applikazzjoni flimkien mad-
dokumenti li jsostnuha li jistgħu jkunu meħtieġa;
(b) jagħmel xogħol ta’ kontroll f’intervalli regolari sabiex
jaċċerta ruħu li l-organizzazzjonijiet tal-produtturi
jissodisfaw il-ħtiġiet għar-rikonoxximent tagħhom, u
jkunu qegħdin joperaw skond il-programm ta’ l-operat
approvat, iwettaq verifika xierqa tal-fondi ta’ l-operat,
u, fil-każ li ma jiġux sodisfatti dawn il-ħtiġiet, li
4 KAP. 447. ħ GĦAQDIET TAL-PRODUTTURI
jimponi il-penalitajiet preskritti u, jew, li jirtira r-
rikonoxximent;
(ċ) jinnotifika lill-Ministru fi żmien xahrejn, dwar kull
deċiżjoni biex jagħti, jirrifjuta jew jirtira r-
rikonoxximent.
(2) Mingħajr preġudizzju għal kull azzjoni oħra li d-Direttur
għandu taħt din il-liġi jew xi liġi oħra, in-nuqqas min-naħa ta’
organizzazzjoni li tiffunzjona skond programm ta’ l-operat
approvat jew li tissottometti l-kotba tagħha għal spezzjon u
verifika, jew li tippermetti li ssir il-verifika tagħhom kif provdut
f’dan l-artikolu, jkun ifisser li l-uffiċjali ta’ dik l-organizzazzjoni
jistgħu jinkorru l-penalitajiet u l-multi amministrattivi li jistgħu
jiġu preskritti.
TAQSIMA III
Tħaddim ta’ Organizzazzjonijiet tal-Produtturi
Tħaddim ta’ 
organizzazzjonijiet 
tal-produtturi.
8. (1) L-organizzazzjonijiet tal-produtturi jkunu regolati
minn dawk ir-regolamenti li jistgħu jiġu preskritti skond l-artikolu
19, u għandhom jiġu mħaddma skond il-programm ta’ l-operat
imsemmi fis-subartikolu (2).
(2) L-organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom
jissottomettu, għall-approvazzjoni tad-Direttur, programmi ta’ l-
operat kull meta jkunu hekk meħtieġa mid-Direttur, u l-ebda tibdil
għal dawk il-programmi ta’ l-operat ma jiġi fis-seħħ mingħajr l-
approvazzjoni minn qabel, bil-miktub, tad-Direttur.
(3) Id-Direttur għandu jagħti l-kunsens tiegħu jew mod ieħor
għal tibdil fi programm ta’ l-operat fi żmien tliet xhur mis-
sottomissjoni, mill-organizzazzjoni konċernata, tat-talba għal dak
it-tibdil.
Fond ta’ l-operat. 9. (1) L-organizzazzjonijiet tal-produtturi li jwaqqfu fond ta’
l-operat, jistgħu japplikaw lid-Direttur, skond id-disposizzjonijiet
ta’ dan l-Att, għal assistenza finanzjarja.
(2) Il-fond ta’ l-operat imsemmi fis-subartikolu (1) jista’ jiġi
utilizzat, mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi, biex jiġi ffinanzjat
l-irtirar mis-suq ta’ prodotti fil-każijiet biss fejn l-programm ta’ l-
operat ikun ġie approvat mid-Direttur skond l-artikolu 8(2).
(3) Il-Ministru jista’ jagħmel regolamenti biex jiġu stabbiliti l-
kondizzjonijiet li taħthom prodotti li jkunu koperti minn programm
ta’ l-operat jistgħu jiġu rtirati mis-suq, u l-mod kif għandu jsir
disponiment minn dawk il-prodotti.
Promozzjoni u 
kompetittività  tal-
prodotti.
10. Id-Direttur għandu jieħu dawk il-miżuri li jidhirlu xierqa
biex jippromwovi u jtejjeb il-kompetittività  ta’ prodotti elenkati
f’regolamenti magħmulin taħt dan l-Att u maħsuba biex jitqiegħdu
fis-suq mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi.
GĦAQDIET TAL-PRODUTTURI ġ KAP. 447. 5
TAQSIMA IV
Assoċjazzjonijiet bejn il-fergħat interessati
Għarfien ta’ 
assoċjazzjonijiet 
bejn il-fergħat 
interessati.
11. (1) Assoċjazzjonijiet bejn il-fergħat interessati li jkunu
rikonoxxuti mid-Direttur skond id-disposizzjonijiet ta’ regolamenti
magħmulin skond l-artikolu 19 ikollhom personalità  legali distinta
minn dik tal-membri tagħhom.
(2) Id-Direttur għandu, skond ir-regolamenti magħmula taħt l-
artikolu 19 -
(a) jiddeċiedi jekk jagħtix rikonoxximent lil assoċjazzjoni
bejn il-fergħat interessati, fi żmien tliet xhur wara li
tkun saret l-applikazzjoni flimkien mad-dokumenti
rilevanti li jsostnuha kif speċifikat fir-regolamenti
msemmija;
(b) jagħmel verifiki f’intervalli regolari biex jaċċerta ruħu
li l-assoċjazzjonijiet bejn il-fergħat interessati jilħqu t-
termini u l-kondizzjonijiet għal rikonoxximent;
(ċ) jirtira r-rikonoxximent jekk -
(i) it-termini u l-kondizzjonijiet għar-
rikonoxximent speċifikati f’regolamenti
msemmijin f’dan l-artikolu ma jibqgħux
jintlaħqu; jew
(ii) l-assoċjazzjoni bejn il-fergħat interessati
tagħmel xi kontravenzjoni jew tonqos li timxi
ma’ xi regolament preskritt skond dan l-Att;
(d) jinnotifika fi żmien xahrejn lill-Ministru dwar kull
deċiżjoni li jieħu biex jagħti, jirrifjuta jew jirtira r-
rikonoxximent.
(3) Mingħajr preġudizzju għal kull azzjoni oħra li d-Direttur
għandu taħt din il-liġi jew xi liġi oħra, in-nuqqas min-naħa ta’
assoċjazzjoni bejn il-fergħat interessati li tiffunzjona skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att jew ta’ regolamenti magħmulin taħtu,
jkun ifisser li l-uffiċjali ta’ dik l-assoċjazzjoni bejn il-fergħat
interessati jistgħu jinkorru fil-penalitajiet u multi amministrattivi li
jistgħu jiġu preskritti.
TAQSIMA V
Ġenerali
Rapport annwali.
lill-Ministru dwar l-attivitajiet ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi
u assoċjazzjonijiet bejn il-fergħat interessati.
(2) Id-Direttur għandu, darba fis-sena, jippubblika fil-Gazzetta
elenku ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi u assoċjazzjonijiet bejn
il-fergħat interessati reġistrati; id-Direttur għandu wkoll jippublika
fil-Gazzetta kull irtirar ta’ rikonoxximent ta’ organizzazzjonijiet
tal-produtturi u assoċjazzjonijiet bejn il-fergħat interessati, kif
ukoll elenku tal-prodotti, jekk ikun hemm, li jkunu ġew irtirati mis-
suq f’xi żmien jew żminijiet partikolari matul it-tliet xhur
immedjatament qabel dik il-pubblikazzjoni.
6 KAP. 447. ħ GĦAQDIET TAL-PRODUTTURI
Estensjoni tal-
benefiċċji.
13. (1) L-organizzazzjonijiet tal-produtturi jistgħu
jippermettu li produtturi, li ma jkunux imseħbin f’xi
organizzazzjoni tal-produtturi, jekk dawn il-produtturi ta’ l-aħħar
hekk jitolbu, jirtiraw prodotti mis-suq taħt dawk il-kondizzjonijiet
li jistgħu jiġu preskritti:
Iżda l-kumpens għall-irtirar tal-prodotti, jekk ikun hemm,
li jista’ jitħallas f’forma ta’ għajnuna finanzjarja mid-Direttur lil
dawk il-produtturi għandu jiġi mnaqqas b’massimu ta’ għaxra fil-
mija tal-kumpens imħallas lill-membri ta’ l-organizzazzjoni tal-
produtturi, u sakemm f’dak l-ammont li jitħallas jitqiesu l-ispejjez
ta’ l-irtirar kollha merfugħa minn dawk il-produtturi:
Iżda wkoll il-kumpens ma għandux jingħata meta l-
ammont ta’ prodott irtirat mis-suq ikun ogħla minn perċentaġġ, kif
iffissat minn żmien għal żmien mid-Direttur, ta’ l-ammont totali ta’
prodott li kien ikun mod ieħor imtella’ fis-suq mill-produttur.
(2) L-organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom
jinnotifikaw lid-Direttur dwar kull miżura meħuda skond id-
disposizzjonijiet tas-subartikolu (1).
Kumpens għall-
irtirar mis-suq.
14. (1) Id-Direttur għandu jawtorizza l-ħlas, mill-fond ta’ l-
operat, tal-kumpens għall-irtirar mis-suq, liema kumpens ikun
iffissat skond regolamenti li jistgħu jiġu preskritti taħt l-artikolu
19, lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi jew l-assoċjazzjonijiet
bejn il-fergħat interessati li jkunu rtiraw xi prodotti mis-suq skond
it-termini tad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att jew ta’ xi regolamenti
magħmulin taħtu.
(2) Id-Direttur jista’, f’dawk iċ-ċirkostanzi li jidhirlu xierqa,
jawtorizza l-ħlas tal-kumpens għall-irtirar tal-prodotti mis-suq
ukoll meta l-ammont tal-prodotti rtirati mis-suq ikun ogħla mil-
limitu, li jkun ġie stabbilit mid-Direttur fil-bidu tas-sena biex jiġi
evitat żbilanċ fl-irtirar ta’ prodotti mis-suq, għall-ħlas ta’ kumpens
għall-irtirar ta’ prodotti mis-suq.
(3) Fejn l-organizzazzjonijiet tal-produtturi jew l-
assoċjazzjonijiet bejn il-fergħat interessati ma jkunux kapaċi
jmexxu prodotti irtirati mis-suq lejn xi waħda mid-destinazzjonijiet
imsemmija fl-artikolu 15, il-kumpens għall-irtirar għandu jiġi
mogħti biss jekk isir disponiment mill-prodotti skond dawk l-
istruzzjonijiet li jagħti d-Direttur.
Disponiment tal-
prodotti.
15. Għandu jsir disponiment mill-prodotti li jkunu ġew irtirati
mis-suq skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att jew ta’ regolamenti
magħmulin taħtu kif ġej, kif jiġi stabbilit mid-Direttur:
(a) tqassim b’xejn lil organizzazzjonijiet tal-karità ;
(b) tqassim b’xejn lil istituzzjonijiet penali, sptarijiet u
djar għall-anzjani;
(ċ) użu għal skopijiet oħra barra ta’ l-ikel; jew
(d) użu bħala għalf għall-bhejjem, kemm bħala prodotti
friski kif wkoll wara li jiġu pproċessati mill-fabbriki
tal-ġwież.
Spezzjonijiet għall-
għarrieda.
16. Mingħajr preġudizzju għal kull azzjoni oħra li d-Direttur
jista’ jieħu taħt xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, id-
GĦAQDIET TAL-PRODUTTURI ġ KAP. 447. 7
Direttur jista’ jagħmel spezzjonijiet għall-għarrieda sabiex jiġi
aċċertat li d-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u ta’ kull regolament
magħmul taħtu jiġu applikati u implimentati b’mod xieraq mill-
membri ta’ l-organizzazzjonijiet tal-produtturi u ta’ l-
assoċjazzjonijiet bejn il-fergħat interessati.
Spetturi.
uffiċjali tiegħu bħala spetturi għal kull settur, kif jidhirlu xieraq, li
jkunu persuni li jkollhom il-kwalifiki, it-tagħrif tekniku u l-
esperjenza xierqa biex jieħu sehem f’dawk l-ispezzjonijiet, kif
jista’ jkun meħtieġ biex jaċċertaw li l-organizzazzjonijiet tal-
produtturi u l-assoċjazzjonijiet bejn il-fergħat interessati jkunu qed
joperaw skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Att jew ta’ xi regolamenti
magħmulin taħtu.
(2) L-ispetturi għandhom, fil-kors ta’ dawk l-ispezzjonijiet,
isegwu l-istruzzjonijiet li jistgħu jingħataw mid-Direttur taħt dan l-
Att, rigward il-mod, it-tul ta’ żmien u l-metodu ta’ kif isiru l-
ispezzjonijiet, u għandhom josservaw ir-regoli tas-segretezza
professjonali.
Bord ta’ Appelli 
dwar Organizzaz-
zjonijiet tal-
Produtturi.
18. (1) Għandu jkun hemm bord, li jkun magħmul minn dak l-
għadd ta’ diviżjonijiet li l-Ministru jista’ b’ordni fil-Gazzetta
jippreskrivi, li jkun magħruf bħala l-Bord ta’ Appelli dwar
Organizzazzjonijiet tal-Produtturi, hawnhekk iżjed ’il quddiem
imsejjaħ ''il-Bord'', li jkun magħmul mill-Awditur Ġenerali jew ir-
rappreżentant tiegħu, li għandu jippresjedi, żewġ persuni nominati
mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika, u żewġ persuni oħra li huma
intiżi f’materji li għandhom x’jaqsmu ma’ organizzazzjonijiet tal-
produtturi u assoċjazzjonijiet bejn il-fergħat interessati, li kull
waħda minnhom tiġi nominata mill-President li jaġixxi fuq il-parir
tal-Ministru. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (2),
il-Ministru jista’ jagħmel regolamenti biex jirregola d-
distribuzzjoni ta’ l-appelli skond it-tip ta’ appell bejn id-
diviżjonijiet tal-Bord, iżda din id-distribuzzjoni ma għandhiex tkun
speċifika għal xi area ġeografika u l-ebda żewġ diviżjonijiet tal-
Bord ma għandhom jittrattaw l-istess tip ta’ appelli.
Kap. 12.
(2) Membru tal-Bord ikun skwalifikat milli jisma’ appell
f’dawk iċ-ċirkostanzi li jiskwalifikaw imħallef f’kawża ċivili skond
id-disposizzjonijiet tas-Sub-Titolu II tat-Titolu II tat-Tielet Ktieb
tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili; u f’kull każ bħal
dak il-membru jiġi sostitwit minn persuna oħra jew maħtura għal
hekk mill-President li jaġixxi bil-parir tal-Ministru; jew l-appell,
meta jkun hemm iktar minn diviżjoni waħda tal-Bord maħtura,
jista’ jiġi riferit, b’ordni tal-Bord, minn diviżjoni għal oħra tal-
Bord.
(3) Il-membri tal-Bord għandhom jibqgħu fil-kariga għal
żmien tliet snin, u jistgħu jerġgħu jiġu nominati mill-ġdid.
(4) Membru tal-Bord jista’ jitneħħa mill-kariga mill-President
li jaġixxi bil-parir tal-Ministru, minħabba f’negliġenza maġġuri,
konflitt ta’ interess, inkompetenza, jew atti jew ommissjonijiet li
ma jixirqux li jitwettqu minn membru tal-Bord.
(5) Il-Bord ikollu ġurisdizzjoni li jisma’ u jiddeċiedi appelli
magħmula minn min iħossu aggravat b’deċiżjoni tad-Direttur, dwar
8 KAP. 447. ħ GĦAQDIET TAL-PRODUTTURI
l-għoti, r-rifjut jew l-irtirar tar-rikonoxximent ta’ organizzazzjoni
tal-produtturi jew ta’ assoċjazzjoni bejn il-fergħat interessati, jew
ir-rifjut tad-Direttur għall-ħlas ta’ kumpens għall-irtirar ta’ prodotti
mis-suq.
(6) Id-deċiżjonijiet tal-Bord ikunu finali ħlief dwar punti ta’
liġi deċiżi mill-Bord li minnhom ikun hemm appell lill-Qorti ta’ l-
Appell (Kompetenza Inferjuri).
(7) Il-Bord jista’ jeħtieġ li dipartiment jew aġenzija tal-Gvern
jagħti lill-Bord dik l-informazzjoni jew dak il-parir li l-Bord iqis li
hu meħtieġ għall-qadi xieraq tal-funzjonijiet tiegħu.
Kap. 12.
(8) Appelli lill-Qorti ta’ l-Appell (Kompetenza Inferjuri) minn
deċiżjonijiet tal-Bord kif provdut fis-subartikolu (6) għandhom
isiru mhux aktar tard minn għaxart ijiem minn dak inhar tad-
deċiżjoni; u dawn l-appelli għandhom jiġu regolati minn regoli tal-
qrati magħmula bis-saħħa ta’ l-artikolu 29 tal-Kodiċi ta’
Organizzazjoni u Proċedura Ċivili.
Regolamenti. 19. (1) Il-Ministru jista’ jagħmel regolamenti għall-aħjar
twettiq tad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att.
(2) Mingħajr preġudizzju għall-ġeneralità  tas-subartikolu (1),
ir-regolamenti jistgħu jipprovdu għal:
(a) il-kriterji li għandhom jintużaw għar-rikonoxximent
ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi u
assoċjazzjonijiet bejn il-fergħat interessati, inklużi n-
numru minimu ta’ membri u l-volum minimu ta’
prodotti li jitqiegħdu fis-suq li huma meħtieġa għar-
rikonoxximent;
(b) il-kategoriji ta’ prodotti li jikkwalifikaw għall-
formazzjoni u rikonoxximent ta’ organizzazzjonijiet
tal-produtturi u assoċjazzjonijiet bejn il-fergħat
interessati; u l-kategoriji ta’ mistier relatati li
jikkwalifikaw għall-formazzjoni ta’ assoċjazzjonijiet
bejn il-fergħat interessati;
(ċ) il-kondizzjonijiet li taħthom organizzazzjoni tal-
produtturi jew assoċjazzjoni bejn il-fergħat interessati
titqies li tirrappreżenta settur jew area speċifika;
(d) ir-regoli li jirregolaw it-tmexxija u l-operat ta’
organizzazzjonijiet tal-produtturi u assoċjazzjonijiet
bejn il-fergħat interessati;
(e) l-informazzjoni li organizzazzjonijiet tal-produtturi
huma mistennija li jiġbru u jibagħtu meta hekk
mitluba, u l-pieni u l-multi amministrattivi li ma
għandhomx ikunu iżjed minn elf lira, li jiġu stabbiliti
f’każijiet ta’ dewmien mhux ġustifikat jew negliġenza
sistematika fit-twettiq xieraq ta’ dawn ix-xogħlijiet;
(f) il-kontenut ta’ programmi ta’ l-operat, u r-regoli li
jirregolaw l-allokazzjoni ta’ għajnuna finanzjarja lil
fondi ta’ l-operat;
(g) il-proporzjon mill-fond ta’ l-operat li tista’ tintuża
biex jiġi ffinanzjat l-irtirar ta’ prodotti mis-suq;
GĦAQDIET TAL-PRODUTTURI ġ KAP. 447. 9
(h) il-proċedura għat-twaqqif, għall-amministrazzjoni u
għall-ispezzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet tal-
produtturi;
(i) il-miżuri li jistgħu jittieħdu mid-Direttur biex jtejjeb
il-kompetittività  tal-prodotti u l-promozzjoni tagħhom;
(j) id-deċiżjoni dwar l-ammont li għandu jitħallas bħala
kumpens għall-irtirar ta’ prodott partikolari; u
(k) il-pieni u l-multi amministrattivi, li ma għandhomx
jkunu iżjed minn elf lira, li jistgħu jiġu imposti fuq
organizzazzjonijiet tal-produtturi u, jew
assoċjazzjonijiet bejn il-fergħat interessati li ma
jissodisfawx id-dmirijiet tagħhom jew jiksru id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att.
