AMMINISTRAZZJONI TA’ ARTIJIET ġ KAP. 448. 1
KAPITOLU 448
ATT DWAR L-AMMINISTRAZZJONI TA’ ARTIJIET
Biex jipprovdi dwar l-amministrazzjoni ta’ artijiet.
5 ta’ Marzu, 2003
L-ATT XI ta’ l-2002.
Titolu fil-qosor.
Amministrazzjoni ta’ Artijiet.
Tifsir.
ma teħtieġx xort’oħra, il-kelma "art" tinkludi kull ħaġa immobbli
kif ukoll kull dritt reali fuq l-immobbli.
Art li tiġi vestita 
fil-Gvern.
3. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan l-Att,
b’effett mill-bidu fis-seħħ ta’ dan l-Att, kull art li tappartjeni lill-
fondazzjonijiet u amministrazzjonijiet, amministrati mill-Gvern
separatament mill-amministrazzjoni ta’ art oħra li tappartjeni lill-
Gvern, qed tiġi vestita fil-Gvern u l-Gvern għandu jittratta u
jamministra dik l-art li qed tiġi hekk vestita bis-saħħa ta’ dan l-Att
bl-istess mod bħal kull art oħra li tappartjeni lill-Gvern bi proprjetà
assoluta u jista’ jneħħi dik l-art skond hekk, u b’effett minn dak il-
bidu fis-seħħ kull passiv ta’ jew li jsir dovut f’dak li għandu
x’jaqsam ma’ dik l-amministrazzjoni jsir passiv tal-Gvern jew lilu
dovut bis-saħħa ta’ dan l-Att, u kull ħlas li jsir hekk dovut mill-
Gvern ikun addebitat lill-Fond Konsolidat mingħajr
approprjazzjoni oħra barra dan l-Att. 
Effett fuq l-
enfitewsi, eċċ.
4. Mingħajr preġudizzju għal xi konsolidazzjoni tad-dirett
dominju ma’ l-utili dominju li ssir meta l-art tiġi vestita kif provdut
fl-artikolu 3, id-disposizzjonijiet ta’ dak l-artikolu ma jolqtu ebda
enfitewsi jew kirja mogħtija dwar dik l-art jew xi servitù  li għalih
xi art bħal dik tista’ tkun suġġetta, u kull enfitewsi jew kirja bħal
dawk għandhom, għall-finijiet kollha, jitqiesu li ngħataw mill-
Gvern u għandu jsir minnhom skond hekk. 
Obbligazzjonijiet 
marbutin ma’ art li 
tiġi vestita fil-
Gvern.
5. B’effett mill-bidu fis-seħħ ta’ dan l-Att, kull piż jew
gravami li għalih xi art bħal dik imsemmija fl-artikolu 3 ta’ dan l-
Att tista’, qabel il-bidu fis-seħħ ta’ dan l-Att, tkun suġġetta, u kull
ħlas ieħor jew għemil ieħor li, qabel l-imsemmija data, ikun dovut
dwar xi attiv bħal dak, għandu, bis-saħħa ta’ dan l-Att, jieqaf milli
jkun piż jew gravami fuq, jew ħlas jew għemil dovut dwar xi art
bħal dik, u kull somma jew oġġett jew għemil ieħor li, kieku ma
kienx għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu, kienu jkunu dovuti
li jitħallsu jew li jsiru minnufih qabel il-bidu fis-seħħ ta’ l-Att,
għandhom, minn dak il-bidu fis-seħħ, ikunu dovuti li jitħallsu jew
li jsiru mill-Gvern, u kull ħlas hekk dovut ikun addebitat lill-Fond
Konsolidat mingħajr approprjazzjoni oħra barra dan l-Att.
Talbiet.
qegħda tiġi vestita fil-Gvern kif imsemmi f’dan l-Att ikollu dritt li
jaċċedi, permezz ta’ ċitazzjoni li ssir kontra l-Gvern fil-Prim’Awla
tal-Qorti Ċivili, sabiex jiġi stabbilit l-interess tiegħu f’dik l-art jew
fuqha u l-ammont ta’ kull kumpens li jista’ jkollu jedd għalih u
2 KAP. 448. ħ AMMINISTRAZZJONI TA’ ARTIJIET
għall-ħlas ta’ dak il-kumpens.
(2) Jista’ jsir appell fil-Qorti ta’ l-Appell minn kull deċiżjoni
tal-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili.
(3) Ma tista’ tiġi ppreżentata ebda azzjoni taħt dan l-artikolu
wara l-iskadenza ta’ sitt xhur minn meta dan l-Att jibda jseħħ.
Kap. 358. (4) Id-disposizzjonijiet kollha tal-Ftehim inkorporat fl-Att
dwar Proprjetà  ta’ Entijiet Ekklesjastiċi, għandhom japplikaw dwar
kull art li minnufih qabel il-bidu fis-seħħ ta’ dan l-Att kienet
tappartjeni lil xi fondazzjoni jew amministrazzjoni li fir-rigward
tagħha japplika dan l-Att u li, kieku ma kienx għall-Ftehim fuq
imsemmi, xi enti ekklesjastiku jkun jista’ jivvanta xi dritt għall-
kumpens dwarha, u l-Uffiċċju Konġunt u l-Kumitat ta’ Kontroll
imwaqqfa bl-istess Ftehim għandhom ikomplu jkollhom dwar l-art
imsemmija f’dan is-subartikolu l-istess funzjonijiet bħalma
għandhom dwar kull art oħra msemmija fil-ftehim jew li dwarha
jkun japplika dak il-Ftehim.
