SIGURTÀ  FL-IKEL ġ KAP. 449. 1
KAPITOLU 449
ATT DWAR IS-SIGURTÀ  FL-IKEL
Biex jipprovdi dwar kull ħaġa li għandha x’taqsam mas-sigurtà  fl-ikel u
biex iwaqqaf Kummissjoni għas-Sigurtà  fl-Ikel, biex jintroduċi
disposizzjonijiet ġodda dwar l-infurzar fi ħwejjeġ li għandhom x’jaqsmu
ma’ l-ikel, u biex jirrevoka l-Att dwar Ħwejjeġ ta’ l-Ikel, Mediċinali u Ilma
tax-Xorb.
13 ta’ Settembru, 2002
L-Att XIV ta’ l-2002.
TAQSIMA I
Preliminari
Titolu fil-qosor.
Ikel.
Tifsir.
xort’oħra - 
''additiv'' tfisser kull sustanza li normalment ma tiġix kkunsmata
bħala ikel fih innifsu u ma tiġix normalment użata bħala ingredjent
karatteristiku ta’ l-ikel kemm jekk ikollha valur nutrittiv kemm
jekk le, li ż-żieda tagħha b’intenzjoni għal xi ikel għal għan
teknoloġiku fil-manifattura, proċessar, preparazzjoni, trattament,
ippakkjar, trasport jew ħażna ta’ dak l-ikel tirriżulta, jew x’aktarx
tirriżulta, li dik is-sustanza jew il-prodotti magħmulin minnha jsiru
direttament jew indirettament parti minn dak l-ikel;
Kap. 94.
''awtorità  tas-saħħa'' tfisser l-uffiċjal pubbliku li jkun
responsabbli għas-saħħa pubblika skond l-Ordinanza dwar l-
Organizzazzjoni tad-Dipartiment tas-Saħħa jew kull liġi oħra li
tissostitwiha;
''bejgħ'' għandha titqies bħala riferenza għal bejgħ għall-konsum
mill-bniedem;
''deskrizzjoni'' għal dak li għandu x’jaqsam ma’ l-ikel tinkludi
kull deskrizzjoni ta’ l-oriġini tiegħu jew tal-mod kif jiġi ppakkjat;
"ikel" tfisser kull sustanza jew prodott, kemm jekk ipproċessati,
ipproċessati parzjalment jew mhux ipproċessati, li huma maħsuba,
jew raġonevolment mistennija li jiġu inġeriti mill-bnedmin;
"ikel" tinkludi -
(i) xorb, inkluż ilma tajjeb għax-xorb fi stat likwidu
jew solidu;
(ii) chewing gum u prodotti ta’ kompożizzjoni u użu
bħalu;
(iii) kull sustanza li tiġi intenzjonalment inkorporata
fl-ikel waqt il-manifattura, il-preparazzjoni jew
it-trattament tiegħu; u
(iv) kull sustanza oħra li l-Ministru jista’ jippreskrivi
2 KAP. 449. ħ SIGURTÀ  FL-IKEL
b’regolamenti.
Ilma wżat għall-konsum mill-bniedem għandu jħares kull
kriterju li l-Ministru jista’ jippreskrivi b’regolamenti;
"ikel" ma tinkludix -
(i) annimali jew tjur ħajjin, jew ħut ħajjin li ma
jiġux użati jew maħsuba biex jintużaw għall-
konsum mill-bniedem waqt li jkunu ħajjin;
(ii) għalf jew ħwejjeġ ta’ l-ikel ta’ l-annimali, tjur
jew ħut;
(iii) kosmetiċi;
(iv) sustanzi narkotiċi jew psikotropiċi skond it-
tifsira li hemm fil-Konvenzjoni Singola tal-Ġnus
Magħquda ta’ l-1961 dwar Drogi Narkotiċi u fil-
Konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda ta’ l-1971
dwar Sustanzi Psikotropiċi;
(v) tabakk;
(vi) residwi u kontaminanti; u
(vii) kull sustanza oħra li l-Ministru jista’ jippreskrivi
b’regolamenti;
''ikel introdott ġdid'' tfisser kull ikel li ma jkunx ġie qabel użat
għall-konsum mill-bniedem f’Malta, jew ġie użat biss għal ftit, jew
ikel prodott, preparat jew proċessat b’dak il-mod billi jintużaw
metodi li jipproduċu bidliet sostanzjali fil-valuri ta’ taħlita jew ta’
nutriment ta’ l-ikel, jew fl-użu li għalih dak l-ikel jintuża;
''irradjat'' tfisser trattat f’sorsi ta’ radjazzjoni jonizzanti, inklużi
X-rays, raġġi elettroniċi jew raġġi gamma;
''konsumatur'' tfisser kull persuna naturali jew legali li, mhux fil-
kors ta’ negozju, sengħa jew professjoni, tixtri jew b’mod ieħor
tirċievi ikel jew sorsi ta’ ikel skond it-tifsira mogħtija bid-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att;
''kontroll fuq l-ikel'' tinkludi l-għadd kollu ta’ attivitajiet
regolatorji, ta’ liċenzjar, ta’ infurzar u ta’ prevenzjoni u attivitajiet
oħra li huma mwettqa għall-għanijiet tas-saħħa, sigurtà  ta’ l-ikel u
iġjene, il-valuri kompożizzjonali jew nutrittivi, jew xort’oħra, għal
dak li għandu x’jaqsam mal-preparazzjoni, produzzjoni, proċessar,
bejgħ u provvdiment ta’ ikel jew sorsi ta’ ikel f’Malta, jew li sejrin
jidħlu f’Malta, inkluża l-operazzjoni ta’ kull negozju f’ikel ikun
minn ikun li jkun qed iwettaq dik l-operazzjoni;
''Kummissjoni'' tfisser il-Kummissjoni għas-Sigurtà  fl-Ikel
stabbilita skond l-artikolu 5;
''liċenza'' tfisser kull dokument li jawtorizza maħruġ minn xi enti
jew awtorità  maħtura mill-Gvern għal dak il-għan;
"maħfen" tinkludi kull basket, barmil, gabarrè , pakkett jew
kontenitur ta’ kull xorta, kemm jekk ikun miftuħ jew magħluq;
''materjal li jiġi f’kuntatt'' kull ħaġa jew sustanza li hija maħsuba
li tiġi f’kuntatt ma’ ikel;
''Ministru'' tfisser il-Ministru responsabbli għas-saħħa pubblika;
SIGURTÀ  FL-IKEL ġ KAP. 449. 3
''negozju fl-ikel" tfisser kull operazzjoni, kemm jekk magħmula
għall-profitt jew le u kemm jekk pubblika jew privata, li twettaq xi
waħda mill-attivitajiet li għandhom x’jaqsmu ma’ xi stadju tal-
produzzjoni, l-ipproċessar u d-distribuzzjoni u l-importazzjoni u l-
esportazzjoni ta’ ikel;
''nutrittiv'' tfisser il-valur nuttrittiv; li jittieħed minn nutrijenti
fil-kompożizzjoni ta’ l-ikel; dawn in-nutrijenti jinkludu protejini,
xaħmijiet djetetiċi, karbojdrati, minerali, vitamini, fibri djetetiċi u
nutrijenti oħra b’kontenut enerġetiku;
''operazzjoni kummerċjali'', għal dak li għandu x’jaqsam ma’ ikel
jew materjal li jiġi f’kuntatt ma’ ikel, tfisser kull waħda minn dawn
li ġejjin:
(a) il-bejgħ, il-pussess għal bejgħ, u l-offerta, it-turija u r-
reklamar għall-bejgħ;
(b) il-konsenja, it-tqassim jew li ħaġa tiġi servuta
b’riżultat ta’ bejgħ;
(ċ) il-preparazzjoni għal bejgħ jew il-preżentazzjoni, it-
tikkettjar jew it-tgeżwir għal għanijiet ta’ bejgħ;
(d) il-ħażna jew it-trasport għal għanijiet ta’ bejgħ;
(e) l-importazzjoni jew l-esportazzjoni;
u, għal dak li għandu x’jaqsam ma’ kull sors ta’ ikel, tfisser li
tottjeni ikel minn dak is-sors ta’ ikel għal għanijiet ta’ bejgħ jew
għall-għanijiet konnessi mal-bejgħ;
''persuna li jkollha liċenza'' tfisser kull persuna li tkun lilha
ingħatat liċenza jew kull persuna li taġixxi f’lokha;
''persuna responsabbli'' tfisser il-persuna li tkun responsabbli
għan-negozju ta’ l-ikel, għall-post ta’ l-ikel jew għall-prodott ta’ l-
ikel u, fl-assenza tagħha, tinkludi dak l-impjegat jew dik il-persuna
l-oħra, li tkun l-impjegat jew il-persuna l-aktar anzjani preżenti, li
tkun imqabbda topera n-negojzu ta’ l-ikel jew il-post ta’ l-ikel
f’dak il-ħin; dak l-impjegat jew dik il-persuna l-aktar anzjani jkunu
preżunti li jkunu qed jaġixxu taħt l-awtorità  tal-persuna
responsabbli sakemm il-persuna responsabbli ma tippruvax il-
kuntrarju;
''post awtorizzat'' tfisser kull port, ajruport jew lok ieħor
awtorizzat skond jew taħt ir-regolamenti li jkun użat, jew jista’
jkun użat, għall-importazzjoni jew esportazzjoni ta’ ikel jew sorsi
ta’ ikel, u għal dak li għandu x’jaqsam ma’ ikel f’konsenja
partikolari, tinkludi kull post hekk awtorizzat għall-importazzjoni
ta’ dik il-konsenja;
"post ta’ l-ikel" tfisser kull post użat għall-għanijiet ta’ negozju
ta’ l-ikel, u tinkludi posti, kemm jekk ikunu fis-swieq fil-miftuħ
jew magħluqa, vetturi, kemm jekk ikunu kif ukoll jekk ma jkunux
jiċċaqilqu, u bastimenti inklużi bastimenti tas-sajd;
''preparazzjoni'' tinkludi l-manifattura u kull xorta ta’ trattament
jew tibdil, inkluż l-immanniġġjar, u ''preparazzjoni għall-bejgħ''
tinkludi l-ippakkjar u ''li jiġi preparat għall-bejgħ'' għandha
tinftiehem skond hekk;
4 KAP. 449. ħ SIGURTÀ  FL-IKEL
''qorti'' tfisser dik il-qorti li jkollha ġurisdizzjoni skond il-liġi fuq
kull persuna li tkun akkużata li għamlet reati kontra xi waħda mid-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att;
"reklam" tinkludi kull avviż, ċirkolari, tikketta, ħaġa li tgeżwer
biha, fattura jew dokument jew preżentazzjoni oħra, u kull xandira
jew avviż pubbliku bi preżentazzjoni viżwali jew bis-smigħ jew
bit-tnejn, u "tagħmel reklam" għandha tiftiehem f’dan is-sens;
''sors ta’ ikel'' tfisser kull xitla li tkun qed tikber, annimali, tjur
jew ħut ħajjin li minnhom hu maħsub li jittieħed ikel, kemm jekk
dan isir permezz tal-ħsad, permezz tal-ħlib, il-ġbir ta’ bajd jew
xort’oħra;
''sors ta’ provvista'' għandhom jinkludu kull għajn, bir, tank,
ġiebja, kanal, akwedott, ġibjun u xogħlijiet oħra ta’ l-ilma;
''teknika artifiċjali'' ma tinkludix kull teknika li tinvolvi mhux
aktar minn, jew mhux aktar mill-għajnuna ta’, proċessi ta’
riproduzzjoni li jiġru b’mod naturali, inklużi tekniċi ta’ trobbija
selettiva jew fertilizzazzjoni in vitro;
''tikketta'' tinkludi kull tag, anell jew kullar, isem tal-marka,
trade mark, materja illustrata jew materja deskrittiva oħra fi
kwalunkwe każ, li tkun miktuba, stampata, stensiljata, immarkata,
imbuzzata jew impressa fuq, jew imwaħħla ma’, maħfen ta’ ħaġa
ta’ l-ikel, jew li b’xi mod ieħor tkun kjarament viżibbli mill-
ippakkjar tiegħu;
''tikkettjar'' tinkludi kull kelma, partikolaritajiet, isem tal-marka,
trade mark, materja illustrata jew xbieha li għandha x’taqsam ma’
l-ikel u li tidher fuq l-ippakkjar ta’ l-ikel jew fuq xi dokument,
avviż, tikketta, anell jew kullar li jakkompanja l-ikel;
"uffiċjal awtorizzat" tfisser kull persuna li tkun kwalifikata kif
imiss għas-sodisfazzjon ta’ l-awtorità  tas-saħħa.
(2) Għall-għanijiet ta’ dan l-Att -
(a) il-provvista ta’ ikel, mod ieħor milli permezz ta’
bejgħ, fil-kors ta’ negozju; u
(b) kull ħaġa oħra li ssir in konnessjoni ma’ ikel u li tkun,
minn żmien għal żmien, speċifikata b’regolamenti
magħmula taħt dan l-Att, 
għandha titqies bħala bejgħ ta’ l-ikel, u referenzi għal ''xirjiet'' u
''xiri'' għandhom jitqiesu skond hekk.
Applikabbiltà  ta’ 
dan l-Att.
3. (1) Dan l-Att għandu japplika għall-prodotti kollha ta’ l-
ikel, kemm jekk dawn jiġu prodotti f’Malta, importati f’Malta jew
esportati barra minn Malta, u kemm jekk ikunu maħsuba għal bejgħ
fis-suq lokali jew maħsuba għall-esportazzjoni.
(2) Dan l-Att għandu wkoll japplika -
(a) dwar kull ikel maħsub li jkun offrut bħala premju jew
rigal, jew li jingħata in konnessjoni ma’ xi divertiment
li għalih jidħol il-pubbliku, kemm bi ħlas jew b’xejn,
bħallikieku l-ikel kien, jew kien ġie, muri għall-bejgħ
minn kull persuna li jkollha x’taqsam ma’ l-
organizzazzjoni tad-divertiment;
SIGURTÀ  FL-IKEL ġ KAP. 449. 5
(b) dwar kull ikel li għall-għanijiet ta’ reklam jew fit-
tmexxija ’l quddiem ta’ kull kummerċ jew negozju,
jiġi offrut bħala premju jew rigal jew jingħata,
bħallikieku l-ikel kien, jew kien ġie, muri għall-bejgħ
mill-persuna li toffri jew li tagħti dak l-ikel; u
(ċ) dwar kull ikel li jiġi muri jew depożitat f’xi post għall-
għan li jiġi offrut jew mogħti kif imfisser fil-paragrafi
(a) u (b), bħallikieku l-ikel kien, jew kien ġie, muri
għall-bejgħ mill-persuna responsabbli rigward il-post,
u f’dan l-artikolu, il-kelma "divertiment" tinkludi kull laqgħa
soċjali, xalar, esibizzjoni, wirja, logħba, sport jew prova ta’ ħila.
Preżunzjonijet.
għall-konsum mill-bniedem għandu, jekk jinbiegħ jew jiġi offrut,
muri, jew miżmum għall-bejgħ, jitqies, sakemm ma jiġix ippruvat
il-kuntrarju, li nbiegħ jew, skond il-każ, li kien maħsub jew li
għandu jiġi maħsub għall-bejgħ, għall-konsum mill-bniedem;
(2) Sakemm ma jiġix ippruvat il-kuntrarju, jitqies li -
(a) kull ikel komunement użat fil-manifattura ta’ ikel
għall-konsum mill-bniedem; u
(b) kull ħaġa jew sustanza komunement użata fil-
manifattura ta’ ikel għal konsum mill-bniedem,
li jkun instab f’post użat għall-preparazzjoni, ħażna jew bejgħ ta’
dak l-ikel jitqies li kien maħsub għall-bejgħ, jew għall-manifattura
ta’ ikel għall-bejgħ, għall-konsum mill-bniedem.
(3) Kull ħaġa jew sustanza li tista’ tintuża fil-kompożizzjoni
jew fil-preparazzjoni ta’ ikel li hu komunement użat għall-konsum
mill-bniedem li tinstab f’post li fih dak l-oġġett jiġi preparat
għandha, sakemm ma jiġix ippruvat il-kuntrarju, titqies li hi
maħsuba biex tintuża għal hekk.
TAQSIMA II
Il-Kummissjoni għas-Sigurtà  fl-Ikel
Il-Kummissjoni 
għas-Sigurtà  fl-
Ikel.
5. (1) Qiegħdha hawnhekk titwaqqaf Kummissjoni għas-
Sigurtà  fl-Ikel li tkun magħmula minn:
(a) chairperson;
(b) l-uffiċjal pubbliku anzjan responsabbli għall-
operazzjonijiet rigward is-saħħa pubblika, nominat
mill-Ministru responsabbli għas-saħħa pubblika;
(ċ) l-uffiċjal pubbliku anzjan responsabbli għall-
operazzjonijiet rigward is-servizzi veterinarji, nominat
mill-Ministru responsabbli għas-servizzi veterinarji;
(d) l-uffiċjal anzjan responsabbli għall-operazzjonijiet
rigward ikel fi ħdan l-Awtorità  Maltija dwar l-
Istandards, nominat miċ-Chairman ta’ dik l-Awtorità ;
(e) l-uffiċjal pubbliku anzjan responsabbli għall-
operazzjonijiet rigward l-affarijiet tal-konsumatur,
nominat mill-Ministru responsabbli għall-affarijiet tal-
konsumatur;
6 KAP. 449. ħ SIGURTÀ  FL-IKEL
(f) l-uffiċjal pubbliku anzjan responsabbli għall-
operazzjonijiet rigward il-promozzjoni tas-saħħa,
nominat mill-Ministru responsabbli għall-promozzjoni
tas-saħħa;
(g) l-uffiċjal pubbliku anzjan responsabbli għall-
operazzjonijiet rigward il-protezzjoni ta’ l-ambjent,
nominat mill-Ministru responsabbli għall-protezzjoni
ta’ l-ambjent; u
(h) l-uffiċjal pubbliku anzjan responsabbli għall-
operazzjonijiet rigward is-saħħa tal-pjanti, nominat
mill-Ministru responsabbli għas-saħħa tal-pjanti.
(2) B’żieda, il-Ministru jista’ wkoll jaħtar mhux iktar minn
tliet membri oħra minn fost persuni li ma għandhom l-ebda interess
la dirett u lanqas indirett f’xi negozju ta’ l-ikel.
(3) Iċ-Chairperson u l-membri l-oħra tal-Kummissjoni,
maħtura mill-Ministru skond is-subartikolu (2), ikunu hekk
maħtura għal perjodu ta’ tliet snin.
(4) Iċ-Chairperson u l-membri l-oħra tal-Kummissjoni
msemmija fis-subartikolu (3) jistgħu jirriżenjaw mill-kariga
tagħhom f’kull żmien billi jagħtu avviż bil-miktub lill-Ministru.
(5) Il-Ministru jista’ f’kull żmien ineħħi ċ-Chairperson u, jew
xi membru maħtur skond is-subartikolu (2) minħabba inkapaċità
fit-twettieq tal-funzjonijiet tagħhom, falliment jew traskuraġni tad-
dmirijiet.
(6) Il-quorum meħtieġ għal-laqgħat tal-Kummissjoni jkun iċ-
Chairperson u mhux inqas minn nofs il-membri l-oħra:
Iżda l-Kummissjoni tista’ taġixxi minkejja kull vakanza
fiha.
(7) Id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni jittieħdu b’maġġoranza
tal-voti tal-membri preżenti fil-laqgħa. Iċ-Chairperson tal-
Kummissjoni jkollu vot oriġinali u, f’każ ta’ voti ndaqs, ukoll t-
tieni vot jew vot deċisiv.
(8) Il-Ministru għandu jaħtar uffiċjal pubbliku f’dipartiment fi
ħdan il-Ministeru tiegħu biex jagħmilha ta’ segretarju tal-
Kummissjoni.
(9) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 9 u d-
disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan l-Att, il-Kummissjoni tista tirregola
l-proċeduri u l-laqgħat tagħha stess b’dak il-mod li jidhrilha xieraq.
Rappreżentanza 
ġuridika u legali.
6. Ir-rappreżentanza ġuridika u legali tal-Kummissjoni tkun
vestita fiċ-Chairperson:
Iżda l-Kummissjoni tista’ taħtar lil xi wieħed jew aktar
mill-membri l-oħra biex jidhru f’isem u għall-Kummissjoni f’kull
proċediment ġudizzjarju, u f’kull att, kuntratt, istrument jew
transazzjoni oħra li tkun.
Funzjonijiet tal-
Kummissjoni.
7. (1) Ikun id-dmir tal-Kummissjoni li timmonitorja,
tikkordina u tirrevedi il-prattiċi, l-oprazzjonijiet u l-attivitajiet
kollha li għandhom x’jaqsmu ma’ l-ikel u għal dan il-għan
għandha:
SIGURTÀ  FL-IKEL ġ KAP. 449. 7
(a) tapplika b’mod effettiv il-prinċipju ta’ prekawzjoni
meta jiġi identifikat jew raġjonevolment suspettat li
jkun hemm riskju għall-konsumatur;
(b) timmonitorja l-infurzar ta’ kull leġislazzjoni,
standards jew prattiċi rilevanti rigward negozji ta’ l-
ikel, postijiet ta’ l-ikel u persuni li joperaw fin-negozju
ta’ l-ikel;
(ċ) tamministra sistema effiċjenti u effettiv għal għassa
rapida, ġbir lura ta’ prodott u tneħħija ta’ prodott biex
tipproteġi l-konsumatur minn kull riskju li jkun ġie
identifikat jew suspettat fi prodotti li jkunu diġà
disponibbli għall-konsumatur;
(d) tagħmel dawk l-affarijiet kollha li jkunu neċessarji
biex tiżgura li l-obbligi internazzjonali li jidħol
għalihom il-Gvern dwar il-ħwejjeġ kollha li għandhom
x’jaqsmu ma’ l-ikel jiġu mħarsa;
(e) tifformula u timplimenta policies u strateġiji li
jkollhom għanijiet li jaħsbu fil-qasir jew fit-tul,
rigward l-affarijiet kollha li għandhom x’jaqsmu ma’ l-
ikel, ikluż l-isviluppar ta’ pjan nazzjonali ta’
sorveljanza u nfurzar dwar is-sigurtà  fl-ikel u biex
tiżgura l-implimentazzjoni effettiva, trasparenti u
komprensiva ta’ dak il-pjan;
(f) tagħti parir lill-Ministru dwar kull ħaġa li għandha
x’taqsam mas-sigurtà  fl-ikel jew fuq talba tal-Ministru
jew, jekk jidhrilha li jkun xieraq, mingħajr talba bħal
din;
(g) tagħmel dawk l-istudji, riċerka jew investigazzjonijiet
dwar kull ħaġa li għandha x’taqsam ma’ l-ikel, u għal
dan il-għan għandha titlob is-sottomissjoni ta’ kull
informazzjoni u tanalizza u tinterpreta kull data jew
informazzjoni sottomessa lilha;
(h) tiżgura li jinżammu records u reġistri xierqa biex jiġi
żgurat li l-persuni responsabbli għal kull prodott ta’ l-
ikel jistgħu jiġu identifikati;
(i) toħroġ dawk il-linji ta’ gwida li jistgħu jkunu meħtieġa
rigward is-sigurtà  fl-ikel;
(j) tikkonsidra u tirrevedi l-effikaċja ta’ prattiċi ta’ sigurtà
fl-ikel li jkunu adottati minn żmien għal żmien, u
tagħmel rapport dwarhom lill-Ministru għall-anqas
darba fis-sena;
(k) teżerċita dawk il-funzjonijiet l-oħra li l-Ministru jista’
jippreskrivi b’regolamenti; u
(l) taqdi dawk id-dmirijiet l-oħra li jistgħu jwasslu għall-
aħjar twettieq tal-funzjonijiet tagħha taħt dan l-Att.
(2) Il-funzjonijiet tal-Kummissjoni jkunu vestiti:
(a) dwar l-iġjene fl-ikel u affarijiet li għandhom x’jaqsmu
mas-saħħa pubblika, fl-uffiċjal pubbliku imsemmi fl-
artikolu 5(1)(b);
8 KAP. 449. ħ SIGURTÀ  FL-IKEL
(b) dwar materji veterinarji u ikel ta’ oriġini mill-
annimali, fl-uffiċjal pubbliku imsemmi fl-artikolu
5(1)(ċ);
(ċ) dwar l-istima ta’ riskji fl-ikel, fl-uffiċjal imsemmi fl-
artikolu 5(1)(d);
(d) dwar ħwejjeġ li għandhom x’jaqsmu mal-protezzjoni
tal-konsumatur, fl-uffiċjal pubbliku imsemmi fl-
artikolu 5(1)(e);
(e) dwar nutriment u affarijiet li għandhom x’jaqsmu mal-
promozzjoni tas-saħħa, fl-uffiċjal pubbliku imsemmi
fl-artikolu 5(1)(f);
(f) dwar organiżmi li jkunu ġew modifikati ġenetikament,
ikel introdott ġdid u ħwejjeġ dwar l-ambjent, fl-
uffiċjal pubbliku imsemmi fl-artikolu 5(1)(g); u
(g) dwar miżuri fitosanitarji u ħwejjeġ li għandhom
x’jaqsmu ma’ ikel ta’ oriġini minn pjanti,fl-uffiċjal
pubbliku imsemmi fl-artikolu 5(1)(h).
(3) Għall-finijiet ta’ din it-Taqsima, "ikel" tinkludi -
(a) kull sustanza użata, li tista’ tiġi użata, jew li hi
maħsuba biex tġi użata fl-ikel jew fix-xorb mill-
bnedmin; u
(b) kull sustanza użata, li tista’ tiġi użata, jew li hi
maħsuba biex tġi użata fl-ikel jew fix-xorb mill-
annimali jew għall-ikel jew għal għanijiet ta’ tisqija ta’
pjanti li jkunu maħsuba għal kollox jew parzjalment
għall-konsum mill-bniedem; u
(ċ) kull sustanza li tidħol fi jew tkun użata fil-
produzzjoni, fit-taħlita jew fil-preparazzjoni tas-
sustanzi msemmija fil-paragrafi (a) u (b).
Setgħa li jiġu 
ppublikati 
twissijiet u 
informazzjoni.
8. (1) Il-Kummissjoni tista’ tagħmel jew toħroġ
dikjarazzjonijiet pubbliċi li jidentifikaw jew jagħtu twissjiet jew
informazzjoni dwar xi waħda mill-affarijiet li ġejjin:
(a) ikel jew sorsi ta’ ikel li jkunu ta’ ħsara għas-saħħa jew
mhux tajbin għall-konsum mill-bniedem;
(b) il-provvista ta’ ikel jew sorsi ta’ ikel, tkun min tkun il-
persuna li tissupplixxi, li huma jew x’aktarx jistgħu
jikkawżaw ħsara għas-saħħa u li huma mhux tajbin
għall-konsum mill-bniedem, u l-persuni mqabbdin
biex jaħdmu fil-provvista ta’ dak l-ikel jew sorsi ta’
ikel;
(ċ) il-prattiċi, li jintużaw rigward xi negozju ta’ l-ikel, li
huma ta’ detriment għall-interessi tal-konsumaturi u,
jew il-persuni li huma mqabbdin bi prattiċi bħal dawk;
(d) kull ħaġa oħra li taffettwa b’mod żvantaġġuż, jew
tista’ taffettwa b’mod żvantaġġuż is-saħħa ta’
konsumaturi rigward ix-xiri jew l-użu ta’ ikel jew sorsi
ta’ ikel.
(2) Meta tagħmel dikjarazzjoni kif imsemmi fis-subartikolu
SIGURTÀ  FL-IKEL ġ KAP. 449. 9
(1), il-Kummissjoni għandha tħares il-prinċipji ta’ konsistenza,
imparzjalità  u oġġettività , u ma għandhiex tagħmel din id-
dikjarazzjoni jekk ma jkunx fl-interess pubbliku li hekk għandu
jsir.
(3) Il-Gvern, il-Kummissjoni u kull uffiċjal pubbliku li jaġixxi
skond l-istruzzjonijiet jew l-awtorità  tal-Kummissjoni ma jkunux u
ma jsirux responsabbli għal kull att magħmul bona fide skond is-
subartikolu (1); din l-eżenzjoni minn responsabbiltà  għandha tkun
estiża għal kull persuna li tippubblika, tistampa, tirrekordja,
ixxandar, tikkomunika jew tirriproduċi dik l-informazzjoni f’kull
forma tkun li tkun. 
Twettieq tax-
xogħol tal-
Kummissjoni.
Kap. 427.
9. (1) Għall-finijiet ta’ l-artikolu 27(2)(d) ta’ l-Att dwar is-
Sigurezza tal-Prodotti, id-Direttur ta’ Sorveljanza fuq is-Suq
għandu perjodikament jagħti pariri, jissorvelja u jagħmel verifiki
dwar il-funzjonijiet tal-Kummissjoni.
(2) Meta taħt xi liġi oħra, persuna jew awtorità  jkollha s-
setgħa li tieħu xi miżura jew azzjoni li għandha x’taqsam mas-
sigurtà  ta’ l-ikel, dik il-persuna jew dik l-awtorità  għandhom, malli
jieħdu dik il-miżura jew dik l-azzjoni, minnufih jinformaw lill-
Kummissjoni dwar dak it-teħid ta’ miżura jew azzjoni.
(3) Il-Ministru jista’ jagħmel, jemenda u jirrevoka regolamenti
għat-twettiq xieraq tax-xogħol tal-Kummissjoni.
TAQSIMA III
Regolamenti
Setgħa tal-Ministru 
li jagħmel 
regolamenti.
10. (1) Il-Ministru jista’ jagħmel regolamenti -
(a) dwar l-importazzjoni, l-esportazzjoni, il-
preparazzjoni, it-taħlita, ir-reklamar, il-bejgħ, ir-rimi
u, jew il-qirda ta’ ikel maħsub għall-konsum mill-
bniedem, u biex jippreskrivi standards ta’ l-anqas
kwalità , taħlita jew proprjetajiet ta’ dak l-ikel li jkunu
permessi, u bla ħsara għall-ġeneralità  ta’ dak li ntqal
qabel, dawn ir-regolamenti jistgħu partikolarment -
(i) jeħtieġu, jipprojbixxu, jew jirregolaw iż-żieda
ta’ kull additiv jew sustanza speċifikati, taħlita
ta’ additivi jew sustanzi, jew xi sustanza jew
additiv ta’ xi klassi speċifikata, lil xi ikel
maħsub għall-konsum mill-bniedem jew lil xi
klassi ta’ ikel bħal dan, jew l-użu ta’ xi sustanza
bħal din bħala ingredjent fil-preparazzjoni ta’
dak l-ikel;
(ii) jeħtieġu, jipprojbixxu jew jirregolaw l-użu ta’ xi
materjali jew ta’ xi proċess jew trattament fil-
preparazzjoni ta’ xi ikel maħsub għall-konsum
mill-bniedem, jew ta’ xi klassi ta’ ikel bħal dak,
inkluż fil-ħażna ta’ ikel jew f’sorsi ta’ ikel;
(iii) jipprojbixxu jew jirregolaw il-bejgħ, il-pussess
għall-bejgħ jew l-offerta, il-wiri jew irriklamar
għall-bejgħ, ta’ xi sustanza speċifika, jew ta’ xi
sustanza ta’ xi klassi speċifikata, bil-ħsieb li
10 KAP. 449. ħ SIGURTÀ  FL-IKEL
tintuża fil-preparazzjoni ta’ xi ikel maħsub
għall-konsum mill-bniedem, u l-pussess ta’ kull
sustanza bħal din għall-użu fil-preparazzjoni ta’
ikel maħsub għall-bejgħ għall-konsum mill-
bniedem;
(iv) jimponu ħtiġiet jew projbizzjonijiet dwar, u mod
ieħor jirregolaw, it-tikkettjar, l-istampar, l-
immarkar, il-preżentazzjoni jew ir-reklamar ta’
xi ikel maħsub għall-bejgħ għall-konsum mill-
bniedem, u d-deskrizzjonijiet li jistgħu jiġu
mogħtija lil xi ikel bħal dan; u jista’ f’xi
regolamenti magħmulin taħt dan il-paragrafu
jeħtieġ li dawn it-tikketti jkunu bl-ilsien Malti u,
jew bl-ilsien Ingliż;
(v) jipprojbixxu jew jirregolaw il-bejgħ, il-pussess
għall-bejgħ, l-offerta, il-wiri jew ir-reklamar
għall-bejgħ, l-importazzjoni, il-konsenja jew it-
twassil, jew l-esportazzjoni, ta’ xi ikel maħsub
għall-konsum mill-bniedem li ma jħarisx ir-
regolamenti magħmulin taħt dan l-artikolu, jew
li dwaru ikun sar reat kontra xi wieħed minn
dawk ir-regolamenti;
(vi) jipprojbixxu jew jimponu ħtiġiet dwar, jew mod
ieħor jirregolaw is-sorsi tal-provvista ta’ l-ilma
użat fil-preparazzjoni, proċessar, tibdil jew
bejgħ ta’ ikel għall-konsum jew użu mill-
bniedem, kemm jekk ikun jew ma jkunx għall-
għanijiet ta’ xorb;
(vii) jippreskrivu standards ta’ iġjene rigward ikel,
utensili, tagħmir u kull ħaġa oħra użata fil-
manifattura, fil-preparazzjoni, fl-ippriżervar, fl-
ippakkjar, fil-ħażna, fl-immaniġġar, fit-trasport,
fid-distribuzzjoni, fir-rimi, fil-qirda, u fl-ittestjar
ta’ l-ikel;
(viii) jagħtu s-setgħa lill-awtorità  tas-saħħa biex
teħtieġ li kull persuna li tmexxi negozju li
jinkludi l-produzzjoni, l-importazzjoni, l-
esportazzjoni, l-użu jew id-distribuzzjoni ta’ xi
sustanza wżata fil-proċess, preparazzjoni jew
produzzjoni ta’ xi ikel maħsub għall-konsum
mill-bniedem, li tagħti lill-awtorità  tas-saħħa
dawk il-partikolaritajiet li jistgħu jkunu
speċifikati f’dawk ir-regolamenti, li jkollhom
x’jaqsmu mat-taħlita u l-użu ta’ dik is-sutanza;
(b) jiżguraw it-tħaris tal-ħtiġiet ta’ kondizzjonijiet u
prattika ta’ iġjene u ta’ sanità  in konnessjoni mat-
tmexxija ta’ operazzjonijiet kummerċjali għal dak li
għandu x’jaqsam ma’ l-ikel jew sorsi ta’ l-ikel, u bla
ħsara għall-ġeneralità  ta’ dak li intqal qabel, dawk ir-
regolamenti jistgħu partikolarment -
(i) jimponu l-ħtiġiet dwar il-kostruzzjoni, it-
tqassim, id-drenaġġ, it-tagħmir, il-manutenzjoni,
SIGURTÀ  FL-IKEL ġ KAP. 449. 11
l-indafa, il-ventilazzjoni, id-dawl, il-fornitura
ta’ ilma u l-użu ta’ post li fih jew minnu ikel
maħsub għall-konsum mill-bniedem jiġi prodott
jew mibjugħ, jew jiġi offrut, muri, maħżun jew
preparat għall-bejgħ, inklużi kull partijiet ta’
dak il-post li fihom apparat jew utensili
jitnaddfu, jew li fihom iż-żibel jintefa’ jew jiġi
maħżun;
(ii) jimponu l-ħtiġiet dwar il-provvista, il-
manutenzjoni u t-tindif ta’ faċilitajiet sanitarji u
ta’ ħasil li għandhom x’jaqsmu ma’ dak il-post,
ir-rimi ta’ żibel u l-manutenzjoni u t-tindif ta’
apparat, tagħmir, fornituri u utensili wżati f’dak
il-post;
(iii) jipprojbixxu jew jirregolaw il-bejgħ jew ta’ l-
importazzjoni ta’ apparat jew utensili magħmula
għall-użu fil-preparazzjoni ta’ l-ikel maħsub
għall-konsum mill-bniedem u li jkun fihom
materjal speċifiku jew materjal ta’ klassi
speċifika;
(iv) jikkontrollaw jew mod ieħor jirregolaw l-użu ta’
mħafen, u l-ippakkjar jew it-tgeżwir ta’ xi ikel
maħsub għall-bejgħ għall-konsum mill-bniedem
jew ta’ xi ingredjenti tiegħu;
(v) jimponu ħtiġiet dwar l-ilbies li għandu jintlibes
minn persuni f’kull post bħal dak;
(vi) jippreskrivu l-prekawzjonijiet li għandhom
jittieħdu biex l-ikel jitħares minn infezzjoni jew
kontaminazzjoni;
(vii) jirregolaw b’mod ġenerali it-trattament u r-rimi
ta’ kull ikel li ma jkunx tajjeb għall-konsum
mill-bniedem;
(ċ) jiżguraw it-tħaris ta’ kondizzjonijiet iġjeniċi dwar
materjali li jiġu f’kuntatt ma’ ikel li huma maħsuba li
jiġu f’kuntatt ma’ ikel għall-konsum mill-bniedem;
(d) jimponu l-ħtiġiet jew projbizzjonijiet, jew mod ieħor
jirregola t-tikkettjar, l-immarkar jew ir-reklamar tal-
materjali msemmija fil-paragrafu (ċ), u d-
deskrizzjonijiet li jistgħu jiġu applikati għalihom; 
(e) jipprojbixxu jew jirregolaw b’mod ieħor t-tmexxija ta’
operazzjonjiet kummerċjali dwar il-materjali
msemmija fil-paragrafu (ċ);
(f) jipprojbixxu jew jirregolaw t-tmexxija ta’
operazzjonijiet kummerċjali dwar ikel introddot ġdid
jew ingredjenti ta’ ikel ġodda, jew sorsi ta’ ikel li
minnhom maħsub li jittieħed dak l-ikel, ta’ xi klassi kif
jista’ jiġi speċifikat fir-regolamenti; jew
(g) jipprojbixxu jew jirregolaw t-tmexxija ta’ dawk l-
operazzjonijiet dwar ikel ġenetikament modifikat jew
irradjat, jew ikel derivat minn dawk is-sorsi ta’ ikel,
ta’ kull klassi kif jista’ jiġi speċifikat; 
12 KAP. 449. ħ SIGURTÀ  FL-IKEL
(h) jeskludu, f’kull każ, mill-projbizzjoni ta’
importazzjoni jew esportazzjoni ta’ kull ikel jew sors
ta’ ikel li jkun ta’ deskrizzjoni speċifikata skond jew
taħt ir-regolamenti u, f’każ ta’ projbizzjoni ta’
importazzjoni, jiġi importat jew esportat għall-użu
f’dak il-post li jista’ jkun awtorizzat; 
(i) jirregolaw b’mod ġenerali l-ikel, sorsi ta’ l-ikel jew il-
materjali li jiġu f’kuntatt ma’ l-ikel, inklużi l-
projbizzjoni jew ir-regolamentazzjoni tat-tmexxija ta’
operazzjonijiet kummerċjali li għandhom x’jaqsmu
ma’ ikel, sorsi ta’ ikel jew materjali li jiġu f’kuntatt
ma’ ikel, kif jistgħu jidhrulu li jkunu spedjenti jew
neċessarji biex jitħares xi ftehim internazzjonali li
japplika għal Malta;
(j) bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (5),
jipprovdu għall-ħtiġa tar-reġistrazzjoni jew tal-pussess
ta’ liċenza rigward kull post ta’ l-ikel, negozji ta’ l-
ikel u persuni li joperaw f’xi negozju ta’ l-ikel jew li
jkunu responsabbli għal xi post ta’ l-ikel;
(k) jipprovdu għall-ħatra ta’ laboratorji uffiċjali għall-
għanijiet ta’ dan l-Att;
(l) jirregolaw l-affarijiet li għandhom jitqiesu biex jiġi
stabbilit jekk, u f’liema żminijiet, għandhom jiġu
prokurati kampjuni;
(m) jirregolaw il-mod dwar kif għandhom jiġu prokurati
kampjuni, inklużi l-passi li għandhom jittieħdu biex
jiġi żgurat li l-kampjuni prokurati jkunu kampjuni
sewwa u xierqa;
(n) jirregolaw dwar x’għandu jsir minn kampjuni, inkluż,
fejn ikun xieraq, il-qsim tagħhom f’partijiet;
(o) jirregolaw il-persuni li lilhom il-kampjuni jew il-
partijiet tal-kampjuni għandhom jiġu konsenjati u l-
persuni li għandhom iżommuhom; 
(p) jirregolaw il-metodi li għandhom jintużaw fl-analiżi u
fl-eżami ta’ kampjuni, jew fil-klassifikazzjoni jew fl-
evalwazzjoni tar-riżultati ta’ dawk l-analiżi jew l-
eżamijiet; u
(q) jipprovdu biex jingħata seħħ għal kull obbligu jew
ftehim internazzjonal li tiegħu Malta tista’ tkun waħda
mill-partijiet.
(2) Kull partikolarità  jew informazzjoni oħra miksuba mill-
awtorità  tas-saħħa skond xi regolamenti magħmulin skond is-
subartikolu (1)(a)(viii) ma għandhiex tiġi svelata ħlief skond ma
jkun meħtieġ għall-għanijiet ta’ xi regolamenti magħmula skond is-
subrtikolu (1)(a)(i), (ii), (iii) jew (v) jew għall-għanijiet ta’ xi
proċedimenti dwar reat.
(3) Il-kondizzjonijiet u l-ħtiġiet imposti fuq postijiet,
b’regolamenti magħmulin skond is-subartikolu (1)(b), jistgħu jiġu
estiżi għal inġenji tal-baħar, posti, u lokalitajiet oħra kif jista’ jkun
preskritt f’dawk ir-regolamenti.
SIGURTÀ  FL-IKEL ġ KAP. 449. 13
(4) Għall-finijiet tas-subartikolu (1)(f), (g) u (h), sors ta’ ikel
jitqies li jkun ġie modifikat ġenetikament jekk xi waħda mill-ġeni
jew materjal ieħor ġenetiku fis-sors ta’ l-ikel -
(a) tkun ġiet modifikata permezz ta’ xi teknika artifiċjali;
jew
(b) tintiret jew tkun derivata b’mod ieħor, permezz ta’ kull
kwantità  jew repliki, minn materjal ġenetiku li jkun
ġie hekk modifikat; jew
(ċ) tkun ġiet modifikata permezz ta’ xi mezzi oħra kif
jista’ jiġi preskritt mill-Ministru.
(5) Regolamenti magħmula skond is-subartikolu (1)(j) jistgħu
jipprovdu għas-sospensjoni jew għat-tħassir ta’ kull reġistrazzjoni,
jew għal kollox jew dwar parti minn dak in-negozju li għalih tkun
qed issir l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni, jew li dwaru jkun
hemm reġistrazzjoni, jew għar-rifjut, sospensjoni jew tħassir ta’
kull liċenza jew ta’ applikazzjoni għal liċenza li hemm provdut
għaliha f’dan l-Att- 
(a) meta l-ħtiġiet tar-regolamenti magħmulin skond dan l-
artikolu ma jkunux imħarsa dwar dak in-negozju; jew 
(b) meta l-post, il-vettura, il-posti jew lokal ieħor, jew xi
parti minnu, jkunu xort’oħra mhux xierqa, meta jiġu
konsidrati l-iġjene u b’mod partikolari il-qagħda, il-
kostruzzjoni jew il-kondizzjoni ta’ dak il-post, vettura,
posti jew lokal ieħor, jew xi attivitajiet li jsiru
hemmhekk, għall-użu għall-fini jew għall-finijiet
speċifikati fl-applikazzjoni relattiva, jew kif huma fil-
fatt qed jintużaw, skond il-każ.
(6) Kull persuna li tikser xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’ xi
regolamenti magħmul skond is-subartikolu (1) tkun ħatja ta’ reat.
(7) Fejn skond xi liġi tiġi konferita setgħa lil Ministru biex
jagħmel regolamenti li għandhom x’jaqsmu ma’ l-ikel, din is-
setgħa għandha tiġi eżerċitata suġġetta għall-konsultazzjoni mal-
Ministru.
TAQSIMA IV
Disposizzjonijiet Ġenerali
Reġistrazzjoni ta’ Postijiet ta’ l-Ikel, eċċ
Reġistrazzjoni ta’ 
postijiet ta’ l-ikel, 
eċċ.
11. (1) Ebda persuna ma għandha taħdem f’negozju ta’ l-ikel
sakemm in-negozju u l-post li għandu jiġi użat għal dak il-għan ma
jkunux ġew reġistrati ma’ u, jekk ikun hekk meħtieġ taħt jew skond dan
l-Att, liċenzjati mill-awtorità  tas-saħħa.
(2) L-ebda post ta’ l-ikel li jkun reġistrat għall-użu bħala, jew
jekk ikun hekk meħtieġ taħt jew skond dan l-Att, liċenzjat għall-
għan ta’, xi negozju ta’ l-ikel ma għandhom jintużaw mod ieħor
ħlief għall-għan li għalih jkunu ġew reġistrati jew liċenzjati, u
skond xi termini jew kondizzjonijiet ta’ dik il-liċenza, u skond kull
regolament li japplikja għalihom.
(3) Kull persuna li tikser id-disposizzjonijiet tas-subartikoli
14 KAP. 449. ħ SIGURTÀ  FL-IKEL
(1) jew (2) tkun ħatja ta’ reat kontra dan l-artikolu.
Sigurtà  ta’ Ikel
Ikel imġiegħel isir 
ta’ ħsara għas-
saħħa.
12. (1) Kull persuna li, fil-waqt li topera xi negozju ta’ l-ikel,
xjentement iġġiegħel li ikel, maħsub biex jinbiegħ għal konsum
mill-bniedem, isir ta’ ħsara għas-saħħa b’kull mezz ikun x’ikun
tkun ħatja ta’ reat kontra dan l-artikolu.
(2) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu, jiġi determinat jekk ikel
ikunx ta’ ħsara għas-saħħa billi jiġi stmat mhux biss l-effett li dak
l-ikel ikollu probabilment fuq is-saħħa ta’ persuna li tikkunsmah,
iżda wkoll il-probabiltà  li l-effett kumulattiv ta’ ikel li
sostanzjalment ikun ta’ l-istess kompożizzjoni jkollu fuq is-saħħa
ta’ bniedem li jikkonsmah f’kwantitajiet ordinarji.
Sorveljar fuq is-
sigurtà  ta’ ikel.
13. (1) Kull persuna li taħdem f’xi negozju ta’ l-ikel għandha
tissorvelja fuq is-saħħa ta’ l-ikel kollu li jkun taħt il-kontroll
tagħha, u meta tkun taf, jew għandha raġuni valida li tissuspetta li
xi ikel, sors ta’ ikel jew materjal li jiġi f’kuntatt ma’ ikel jista’
jikkawża ħsara għas-saħħa, għandha minnufih, jew kemm jista’
jkun malajr, tinforma lill-awtorità  tas-saħħa u tieħu kull azzjoni
oħra li l-Ministru jista’ jippreskrivi b’regolamenti.
(2) Kull persuna li tonqos li tħares id-disposizzjonijiet tas-
subartikolu (1) tkun ħatja ta’ reat kontra dan l-artikolu.
Ikel li ma jħarisx 
il-ħtiġiet ta’ 
sigurtà .
14. (1) Kull persuna li -
(a) tbiegħ, toffri, tesponi jew tirreklama għall-bejgħ, jew
ikollha fil-pussess tagħha għall-bejgħ jew għall-
preparazzjoni tal-bejgħ għall-konsum mill-bniedem;
(b) tiddepożita għand, jew tikkonsenja lil, xi persuna oħra,
għall-bejgħ jew għall-preparazzjoni tal-bejgħ, għall-
konsum mill-bniedem; 
(ċ) tqassam bħala kumpens jew xort’oħra jew iġġorr minn
post għall-ieħor, għall-konsum mill-bniedem; 
(d) toffri bħala premju jew rigal, jew tagħti biex jiġi hekk
offrut, 
xi ikel li ma jħarisx il-ħtiġiet ta’ sigurtà  ta’ ikel tkun ħatja ta’ reat
kontra dan l-artikolu.
(2) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu, ikel jitqies li ma jkunx
iħares il-ħtiġiet ta’ sigurtà  ta’ ikel fil-każijiet meta -
(a) ġie magħmul ta’ ħsara għas-saħħa permezz ta’ xi
operazzjoni tkun xi tkun; jew
(b) ma jkunx tajjeb għall-konsum mill-bniedem; jew
(ċ) ikun hekk kontaminat, kemm permezz ta’ xi materja
estranja jew mod ieħor, li ma jkunx raġonevoli li
wieħed jistenna li jintuża għall-konsum mill-bniedem
f’dak l-istat; jew
(d) ġie preparat, maħżun, miżmum, proċessat, depożitat,
trasportat, offrut jew muri għall-bejgħ jew ikun sar
minnu mod ieħor f’kondizzjonijiet mhux sanitarji jew
mhux iġeniċi; jew
SIGURTÀ  FL-IKEL ġ KAP. 449. 15
(e) għandu fih additivi jew dawk il-kwantitajiet jew
taħlitiet li ġew pprojbiti b’regolamenti magħmulin
skond dan l-Att,
u referenzi għal dawn il-ħtiġiet jew għal ikel li jħares dawn il-
ħtiġiet għandhom jinftiehmu skond hekk.
(3) Meta l-ikel ma jħarisx il-ħtiġiet ta’ sigurtà  ta’ ikel ikun
parti minn ammont, lott jew konsenja ta’ ikel ta’ l-istess klassi,
xorta jew deskrizzjoni, ikun preżunt, sakemm ma jiġix ppruvat il-
kuntrarju, li l-ikel kollu f’dak l-ammont, lott jew konsenja ma
jħarisx dawk il-ħtiġiet.
Iġjene personali ta’ 
min imiss l-ikel.
15. (1) Persuni li, fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħhom, jiġu
f’kuntatt, kemm direttament jew indirettament, mal-materjali u
prodotti msemmija fl-artikolu 25(b) sa (f) għandhom ikunu suġġetti
għall-ispezzjon ta’ iġjene imsemmija fl-artikolu 24(ċ).
(2) L-ispezzjoni imsemmija fis-subarikolu (1) għanda ssir għal
finijiet tal-verifika li l-istandards ta’ saħħa li għandhom x’jaqsmu
ma’ indafa personali u ħwejjeġ huma rispettati. Din l-ispezzjoni
tkun mingħajr ħsara għal kull eżami mediku li jista’, minn żmien
għal żmien, ikun meħtieġ skond din il-liġi jew xi liġi oħra.
Protezzjoni tal-Konsumatur.
Projbizzjoni ta’ 
bejgħ ta’ prodotti li 
jixbħu.
16. (1) Ebda persuna ma għandha tipprepara jew tbiegħ,
tippakkja, taħżen, toffri, tesponi, iżżomm jew tagħmel reklam
għall-bejgħ għall-konsum mill-bniedem, xi oġġetti ta’ l-ikel, li
jaqblu ma’ jew jixbħu fl-għamla tagħhom lil xi oġġett ieħor ta’ użu
komuni illi wieħed bi żball jista’ jitfixkilhom miegħu, b’mod li
tikkawża jew tista’ tikkawża riskju ta’ ħsara għas-saħħa.
(2) Kull persuna li tikser id-disposizzjonijiet tas-subartikolu
(1) tkun ħatja ta’ reat kontra dan l-artikolu.
Bejgħ ta’ ikel bi 
preġudizzju għax-
xerrej.
17. (1) Ebda persuna ma għandha tbiegħ, bi preġudizzju għax-
xerrej, xi ikel maħsub għal konsum mill-bniedem li ma jkunx tax-
xorta, sustanza jew kwalità  ta’ ikel mitlub mix-xerrej.
(2) Kull persuna li tikser id-disposizzjonijiet tas-subartikolu
(1) tkun ħatja ta’ reat kontra dan l-artikolu.
(3) F’kull proċedimenti għal-reat taħt dan l-artikolu, l-akkużat
ma jistax jiddefendi ruħu billi jiddikjara li x-xerrej ma ġiex
preġudikat minħabba f’li kien xtara l-oġġett għal analiżi jew eżami.
Tikkettjar, eċċ., ta’ 
ikel.
18. (1) Kull persuna li tagħti, ma’ xi ikel mibjugħ minnha, jew
turi ma’ xi ikel offrut jew muri minnha għall-bejgħ jew li jkollha
fil-pussess tagħha għall-finijiet ta’ bejgħ, xi tikketta, sew jekk
meħmuża jew stampata fuq il-maħfen jew dak li jkunu mgeżwrin
fiha sew jekk le, u kull persuna li tirreklama jew tgħin fir-reklamar
li f’kull wieħed miż-żewġ każijiet -
(a) tiddeskrivi l-ikel b’mod falz; jew
(b) x’aktarx tqarraq dwar ix-xorta, sustanza jew kwalità
ta’ l-ikel, 
tkun ħatja ta’ reat kontra dan l-artikolu:
Iżda, f’kull proċedimenti taħt dan is-subartikolu, l-akkużat
jista’ jiddefendi ruħu billi jipprova li hu aġixxa bid-diliġenza
16 KAP. 449. ħ SIGURTÀ  FL-IKEL
xierqa u li ma kienx jaf, jew u li hu ma setgħax ikun jaf, li r-reklam
kiser dan l-artikolu.
(2) Kull persuna li tbiegħ, jew toffri jew tesponi għall-bejgħ
jew ikollha fil-pussess tagħha għall-finijiet ta’ bejgħ, xi ikel li l-
preżentazzjoni tiegħu x’aktarx tqarraq dwar ix-xorta, is-sustanza
jew il-kwalità  ta’ l-ikel tkun ħatja ta’ reat kontra dan l-artikolu.
(3) F’kull proċedimenti dwar reat kontra xi waħda mid-
disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu, il-fatt li t-tikketta jew ir-riklam
li dwaru ikun allegat li jkun sar ir-reat ikun fihom dikjarazzjoni
eżatta tal-kompożizzjoni ta’ l-ikel ma jwaqqafx lill-Qorti milli ssib
li r-reat ikun sar.
(4) F’dan l-artikolu ir-riferenza għal "bejgħ" għandha
tinftiehem bħala riferenza għall-bejgħ għall-konsum mill-bniedem.
Ikel ippakkjat 
għandu jkollu 
tikketta.
19. (1) Ebda persuna ma għandha tbiegħ, jew toffri jew
tesponi jew tagħmel reklam għall-bejgħ, jew ikollha fil-pussess
tagħha għall-finijiet ta’ bejgħ, xi ikel f’xi maħfen mhux miftuħ
sakemm ma jkunx hemm dik it-tikketta kif jista’ jiġi preskritt
mehmuża jew imwaħħla, jew inkluża, mal-maħfen.
(2) Kull persuna li tikser id-disposizzjonijiet tas-subartikolu
(1) tkun ħatja ta’ reat kontra dan l-artikolu.
Informazzjoni u dokumentazzjoni
Għoti ta’ 
informazzjoni.
20. L-awtorità  tas-saħħa tista’ tordna li kull persuna li tmexxi
negozju ta’ l-ikel tagħtiha, f’dak iż-żmien li jkun speċifikat fid-
direttiva, dik l-informazzjoni li tista’ tiġi verifikata, kif jista’ jkun
speċifikat fid-direttiva, inkluża informazzjoni dwar dawk l-
affarijiet li jistgħu jkunu speċifikati minn żmien għal żmien
b’regolamenti, dwar kull ikel jew sors ta’ ikel li l-persuna li tmexxi
n-negozju jkollha x’taqsam miegħu, u kull persuna li ma tħarisx
ħtieġa bħal dik tkun ħatja ta’ reat kontra dan l-artikolu.
Dokumentazzjoni, 
eċċ., għandha tkun 
bil-miktub.
21. (1) Kull dokument li jkun meħtieġ jew awtorizzat skond
jew taħt dan l-Att li jingħata jew jiġi notifikat lil xi persuna jista’,
f’kull każ fejn ma jkunx hemm disposizzjoni oħra f’dan l-Att,
jingħata jew jiġi notifikat jew -
(a) billi jiġi konsenjat lil dik il-persuna; jew
(b) fil-każ ta’ xi uffiċjal ta’ l-awtorità  tas-saħħa, billi
jitħalla jew jinbagħat bil-posta indirizzat lilu, fl-
uffiċċju tiegħu; jew
(ċ) fil-każ ta’ kumpannija jew soċjetà  oħra jew enti
korporata oħra, billi jiġi kkonsenjat lil impjegat tal-
kumpannija jew tas-soċjetà  jew ta’ l-enti korporata fl-
uffiċċju reġistrat jew prinċipali ta’ dik il-kumpannija
jew dik is-soċjetà  jew dik l-enti korporata, jew billi
jinbagħat bil-posta indirizzata lilu fl-uffiċċju tiegħu;
jew
(d) fil-każ ta’ xi persuna oħra billi jitħalla jew jintbagħat
bil-posta indirizzata lilu fir-residenza tas-soltu tiegħu
jew dik l-aħħar magħrufa.
(2) Meta d-dokument għandu jingħata jew jiġi notifikat lis-sid
jew lil minn jokkupa xi post u ma jkunx possibbli, wara li jsir tiftix
SIGURTÀ  FL-IKEL ġ KAP. 449. 17
raġonevoli li jinstab l-isem u l-indirizz tal-persuna li lilha għandu
jingħata jew jiġi notifikat, jew jekk il-post ma jkunx okkupat, d-
dokument jitqies li jkun ġie notifikat sewwa jekk kopja tiegħu
titwaħħal ma’ xi parti fil-post li tidher, u avviz dwar dik l-affissjoni
jiġi pubblikat f’għall-anqas gazzetta waħda ta’ kuljum.
Infurzar
Projbizzjoni milli 
jitħaddmu persuni 
b’ċerti 
infezzjonijiet.
22. (1) Ebda persuna ma għanda tiġi mpjegata jew taħdem fi,
jew in konnessjoni ma’, il-preparazzjoni jew il-maniġġ ta’ xi l-ikel
maħsub għall-bejgħ għall-konsum mill-bniedem jekk il-prinċipal
ikun jaf li dik il-persuna tkun, jew, skond il-każ, jekk dik il-persuna
nnifisha tkun taf li tkun, tbati minn, jew tkun carrier ta’, tifojde,
paratifojde jew xi infezzjoni oħra, salmonella jew dissenterija jew
xi infezzjoni stafilokokka jew xi infezzjoni oħra li x’aktarx
tipproduċi avvelenament ta’ l-ikel, jew xi marda oħra li l-Ministru
jista’, b’ordni, jiddikjara li hi marda li għaliha japplika dan l-
artikolu.
(2) Ordni magħmul skond is-subartikolu (1) jista’ jiġi revokat,
mibdul jew sostitwit b’ordni ieħor u jista’ japplika għal kull ikel,
jew għal klassi ta’ ikel, jew xi ikel partikolari, maħsub għall-bejgħ
għall-konsum mill-bniedem.
Projbizzjoni ta’ 
importazzjoni ta’ 
ċertu ikel.
23. Ebda persuna ma tista’ timporta f’Malta xi ikel maħsub
għall-bejgħ għall-konsum mill-bniedem jew għall-preparazzjoni
għall-bejgħ, għall-konsum mill-bniedem li -
(a) ġie magħmul ta’ ħsara għas-saħħa permezz ta’ xi
operazzjoni tkun xi tkun;
(b) jekk jinbiegħ f’Malta, ikun ta’ ksur tad-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att jew ta’ xi regolamenti
magħmula taħtu;
(ċ) jkun mħassar, ħżien jew xort’oħra mhux tajjeb għall-
konsum mill-bniedem; jew
(d) fil-preparazzjoni tiegħu ikun intuża xi ikel kif deskritt
fil-paragrafu (ċ).
Kontroll ta’ ikel.
kontroll ta’ l-ikel ikun magħmul minn waħda jew iżjed mill-
operazzjonijiet li ġejjin:
(a) spezzjon ta’ postijiet ta’ l-ikel;
(b) teħid ta’ kampjuni u analiżi ta’ ikel u, jew sorsi ta’
ikel;
(ċ) spezzjoni ta’ iġjene u kwalifiki ta’ persunal;
(d) eżami ta’ materjal miktub u dokumentat; u
(e) eżami ta’ sistemi ta’ verifika stabbiliti minn negozju
ta’ l-ikel u r-riżultati miksuba permezz ta’ dawk is-
sistemi ta’ verifika.
Suġġett ta’ l-
ispezzjonijiet.
25. Dawn li ġejjin jistgħu jkunu suġġetti għal spezzjon minn
uffiċjal awtorizzat fl-infurzar u fl-esekuzzjoni ta’ dan l-Att:
(a) l-istat u l-użu li jsir minn, fi stadji differenti, tas-sit,
post, uffiċċji, postijiet ta’ negozju u ta’ madwarhom,
makkinarju u tagħmir;
18 KAP. 449. ħ SIGURTÀ  FL-IKEL
(b) materja prima, ingredjenti, għajnuniet teknoloġiċi u
prodotti oħra użati fil-preparazzjoni u fil-produzzjoni
ta’ ħwejjeġ ta’ l-ikel;
(ċ) oġetti nofshom lesti;
(d) oġġetti lesti;
(e) materjali u oġġetti maħsuba li jiġu f’kuntatt ma’
ħwejjeġ ta’ l-ikel;
(f) prodotti u proċessi ta’ ħasil u manutenzjoni, u
pestiċidi;
(g) proċessi użati fil-manifattura jew proċessar ta’ ħwejjeġ
ta’ l-ikel;
(h)  it-tikkettjar u preżentazzjoni ta’ affarijiet ta’ l-ikel; u
(i) metodi li jippreżervaw l-ikel; u
(j) dawk il-ħwejjeġ l-oħra kif jista’ jiġi preskritt
b’regolamenti.
Spezzjonijiet. 26. (1) L-ispezzjonijiet isiru -
(a) regolarment u, jew, kull meta ikun hemm suspett ta’
ksur ta’ xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att
jew ta’ xi regolamenti magħmulin taħtu; u
(b) billi jintużaw mezzi proporzjonati mal-fini li jrid
jintlaħaq,
u għandhom ikopru l-istadji kollha ta’ produzzjoni, manifattura,
importazzjoni, proċessar, ħażna, trasport, distribuzzjoni, kummerċ,
rimi u qirda ta’ ikel.
(2) L-uffiċjal awtorizzat għandu f’kull każ jiddeċiedi liema
stadju jew stadji jidhirlu li jkunu l-aktar xierqa biex jiġu eżaminati
minn dawk imsemmija fis-subartikolu (1).
(3) L-uffiċjal awtorizzat jista’ jkun assistit minn xi persuna
oħra li jidhirlu meħtieġa.
Projbizzjoni tal-
pubblikazzjoni ta’ 
dikjarazzjonijiet 
uffiċjali mingħajr 
permess bil-
miktub.
27. Ħlief bil-permess bil-miktub tal-Kummissjoni jew ta’ l-
awtorità  tas-saħħa, kif ikun il-każ, ebda persuna ma tista’
tippublika jew iġġiegħel li tiġi pubblikata f’kull għamla,
dikjarazzjoni maħsuba biex tippromwovi, jew li tista’ tippromwovi,
l-provvista jew l-użu ta’ ikel, ħwejjeġ ta’ l-ikel, jew servizzi li
għandhom x’jaqsmu ma’ ikel, billi timplika li l-Kummissjoni jew l-
awtorità  tas-saħħa, kif ikun il-każ, tapprova jew ma tapprovax dak
l-użu.
Uffiċjali 
awtorizzati.
28. (1) Kull persuna nominata biex tagħmilha ta’ uffiċjal
awtorizzat skond dan l-Att, għandha tiddikjara u tikkonferma li ma
tkunx taħdem, la direttament u lanqas indirettament, f’xi negozju
ta’ l-ikel.
(2) Uffiċjal awtorizzat jista’ jispezzjona kull ikel maħsub
għall-konsum mill-bniedem, jew li raġonevolment jaħseb li jista’
jkun hekk maħsub, li -
(a) ikun ġie mibjugħ jew ġie offrut jew muri għal bejgħ;
jew
(b) hu, jew kien fil-pussess ta’, jew ġie depożitat ma’ jew
SIGURTÀ  FL-IKEL ġ KAP. 449. 19
konsenjat lil, xi persuna għall-għan ta’ bejgħ jew
preparazzjoni għall-bejgħ; jew
(ċ) ikun qiegħed jiġi konsenjat qabel jew wara li jsir il-
bejgħ għall-konsum mill-bniedem, inkluż meta dan l-
ikel ikun f’xi vettura, 
u d-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 31 għandhom japplikaw fejn,
meta ssir dik l-ispezzjon, l-uffiċjal awtorizzat jidhirlu li xi ikel ma
jħarisx il-ħtiġiet ta’ sigurtà  ta’ ikel.
(3) Uffiċjal awtorizzat jista’ -
(a) jeżamina kull ħaġa li għaliha japplikaw dan l-Att jew
xi regolamenti magħmulin taħtu u jieħu, meta jħallas l-
valur kurrenti fis-suq ta’ dak l-oġġett, jekk ikun hekk
meħtieġ, kampjuni għall-analiżi jew għal eżami
batterjoloġiku jew xi eżami ieħor; u
(b) jaqbad u jneħħi kull ħaġa li dwarha hemm raġuni
valida biex wieħed jissuspetta li hemm ksur jew kien
hemm ksur ta’ xi disposizzjoni ta’ dan l-Att jew ta’ xi
regolamenti magħmulin taħtu.
(4) Fis-subartikolu (3), il-kliem ''kull ħaġa'' tinkludi -
(a) kull ikel, jew kull sustanza li tista’ tiġi użata fit-taħlita
jew fil-preparazzjoni ta’ xi ikel;
(b) kull ħaġa użata jew li tista’ tiġi użata għall-
manifattura, il-preparazzjoni, l-ippreżervar, it-tgeżwir
jew ħażna ta’ dak l-ikel, inkluż materjal li jiġi
f’kuntatt ma’ ikel; u
(ċ) kull tikketta jew materjal ta’ reklamar:
Iżda t-teħid ta’ xi ħaġa skond is-subartikolu (3)(a) għandu,
għall-finijiet ta’ dan l-Att jew ta’ xi regolamenti magħmulin taħtu,
jitqies bħala bejgħ ta’ dik il-ħaġa.
Setgħa ta’ dħul, 
tiftix u qbid.
29. (1) Kull uffiċjal awtorizzat ikollu, meta jipproduċi, jekk
hekk meħtieġ, xi dokument awtentikat kif imiss li juri l-awtorità
tiegħu, id-dritt f’kull ħin raġonevoli li -
(a) jidħol f’kull post ta’ l-ikel sabiex jistabbilixxi jekk
hemmx jew kienx hemm jew x’aktarx ikun hemm xi
ksur ta’ xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att
jew ta’ xi regolamenti magħmulin taħtu;
(b) jidħol f’kull post ta’ l-ikel sabiex jistabbilixxi jekk
hemmx, f’dak il-post, xi xiehda ta’ xi ksur ta’ xi
waħda mid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att;
(ċ) jaħmel kull spezzjoni skond dan l-Att;
(d) jispezzjona kull record, tkun xi tkun il-forma tagħhom,
li għandhom x’jaqsmu man-negozju ta’ l-ikel u, meta
dawn ir-records huma miżmuma permezz ta’
kompjuter -
(i) ikollu aċċess għal u jispezzjona u jivverifika kif
jaħdem kull kompjuter, kull apparat assoċjat jew
materjal li hu jew li kien użat in konnessjoni
mar-records; u
20 KAP. 449. ħ SIGURTÀ  FL-IKEL
(ii) jista’ jeħtieġ li kull persuna li tkun responsabbli
għal, jew mod ieħor tkun konnessa mat-tħaddim
tal-kompjuter, apparat jew materjal tagħtih dik l-
assistenza li jista’ raġonevolment jeħtieġ;
(e) jaħtaf u jżomm kull record li raġonevolment jaħseb li
jista’ jkun meħtieġ bħala xiehda fi proċedimenti skond
id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att jew skond
regolamenti magħmulin taħtu;
(f) fejn ir-records huma miżmuma permezz ta’ kompjuter,
jeħtieġ li r-records jiġu prodotti f’għamla li jistgħu
jittieħdu.
(2) Kull persuna li, meta tkun daħlet f’xi post bis-saħħa ta’ dan
l-artikolu, tiżvela lil xi persuna oħra xi informazzjoni miksuba
minnha f’dak il-post, liema informazzjoni tkun tirrigwarda xi
sigriet kummerċjali, tkun ħatja ta’ reat, sakemm dak l-iżvelar ma
jkunx sar fit-twettiq tad-dmirijiet tagħha.
(3) Id-dħul, għall-finijiet tas-subartikolu (1), ġewwa xi post li
jkun użat biss bħala dar ta’ abitazzjoni jista’ jsir biss jekk ikun
awtorizzat b’mandat iffirmat minn maġistrat jew mill-Avukat
Ġenerali.
(4) Kull mandat hekk maħruġ għandu jibqa’ jseħħ għal
perijodu ta’ mhux iktar minn xahar.
Spezzjon ta’ 
vetturi, eċċ.
30. Uffiċjal awtorizzat li għandu raġuni għaliex jaħseb li xi
vettura jew container ikun fihom xi ikel li hu maħsub għal bejgħ
għall-konsum mill-bniedem jew li jkun qiegħed jiġi kkonsenjat
wara il-bejgħ għall-konsum mill-bniedem, jista’ jeżamina x’ikun
hemm fil-vettura jew fil-maħfen u, għal dak l-għan, jista’ jżomm il-
vettura jew maħfen jekk dan ikun meħtieġ.
Dmirijiet ta’ 
uffiċjali 
awtorizzati.
31. (1) Jekk uffiċjal awtorizzat jidhirlu, kemm waqt spezzjon
jew mod ieħor, li xi ikel ma jkunx tajjeb għall-konsum mill-
bniedem, jew x’aktarx jagħmel ħsara, avvelenament ta’ ikel jew xi
mard li jittieħed mill-bnedmin, l-uffiċjal awtorizzat jista’ jew -
(a) javża lill-persuna liċenzjata, manager jew xi persuna
oħra li tkun responsabbli għall-post ta’ l-ikel f’dan il-
ħin, illi sakemm l-avviż ma jiġix irtirat, l-ikel jew xi
parti speċifikata tiegħu -
(i) ma għandux jintuża għall-konsum mill-bniedem;
u
(ii) ma għandux jiġi mneħħi jew ma għandux jiġi
mneħħi jekk mhux għal xi post speċifikat fl-
avviż; u, jew
(iii) ma għandux jinbiegħ jew jinqered jew isir mod
ieħor minnu, kemm jekk ikun ġie mneħħi għal
dawk l-għanijiet u kemm jekk le; jew
(b) jista’ jaqbad dak l-ikel, jew kampjun tiegħu, biex jiġi
prodott bħala xieħda f’kull qorti; jew
(ċ) meta ma jkunx jeħtieġ li jiġi prodott bħala xiehda kif
intqal qabel, bil-kunsens u għas-spejjeż tal-persuna
responsabbli, jista’ jeqred l-ikel.
SIGURTÀ  FL-IKEL ġ KAP. 449. 21
(2) Kull persuna li xjentement tikser il-ħtiġiet ta’ avviż mogħti
skond is-subartikolu (1) tkun ħatja ta’ reat.
(3) Meta l-uffiċjal awtorizzat iwettaq s-setgħat mogħtija skond
is-subartikolu (1) hu għandu fi żmien raġonevoli, jiddetermina jekk
dak l-ikel iħarisx il-ħtiġiet dwar sigurtà  ta’ ikel jew le, u -
(a) jekk dak l-ikel jitqies bħala li hu tajjeb għall-konsum
mill-bniedem, għandu minnufih jirtira l-avviż u
jippermetti r-rilaxx ta’ l-ikel mill-post fejn ikun
maħżun skond it-termini ta’ l-avviż; jew
(b) jekk dak l-ikel jitqies mhuwiex tajjeb għall-konsum
mill-bniedem, għandu jaqbad dak l-ikel, jew kampjun
tiegħu, biex l-istess jiġi prodott bħala xhieda f’kull
qorti.
(4) Meta uffiċjal awtorizzat iwettaq is-setgħat mogħtija lilu
skond is-subartikolu (1) jew (3), għandu jinforma lill-persuna
responsabbli għall-ikel bil-ħsieb tiegħu li l-ikel isir minnu skond
ma tiddeċiedi l-qorti, u għandu jagħti r-raġunijiet għal hekk u kull
pesuna li, skond is-subartikolu (1) jew (3), jistgħu jittieħdu
proċedimenti kontriha għar-rigward ta’ dak l-ikel ikollha d-dritt li
tinstema’ u li ssejjaħ xhieda.
(5) Jekk il-qorti jidhirlha, skond dik ix-xiehda li tkun meqjusa
xierqa fiċ-ċirkostanzi li xi ikel li tkun qed tittratta dwaru skond dan
l-artikolu, ma iħarisx il-ħtiġiet ta’ sigurtà  ta’ ikel, il-qorti għandha
tikkundanna l-ikel u tordna li jiġi meqrud jew isir minnu b’tali mod
li ma jkunx jista’ jintuża għall-konsum mill-bniedem.
(6) Il-qorti għandha wkoll, wara rikors mill-awtorità  tas-saħħa,
tordna lill-persuna li tkun instabet ħatja ta’ reat biex tħallas lill-
awtorità  tas-saħħa l-ispejjeż li tkun ħallset għall-prosekuzzjoni
dwar ir-reat, inkluża kull spezzjon li tkun wasslet għal dik il-
prosekuzzjoni u kull eżami li jkun sar għall-għan ta’ dik l-
ispezzjon.
Tfixkil u xkiel. 
(a) intenzjolament tfixkel jew tikkawża t-tfixkil lil xi
persuna fil-qadi ta’ dmirijietha skond dan l-Att; jew
(b) mingħajr kawża raġonevoli, tonqos li tagħti lil xi
persuna fil-qadi ta’ dmirijietha skond dan l-Att, dik l-
għajnuna jew l-informazzjoni li tkun meħtieġa li tagħti
taħt jew skond dan l-Att,
tkun ħatja ta’ reat kontra dan l-artikolu.
(2) Kull persuna li, fit-tħaris intenzjonat ta’ xi disposizzjoni
ta’ dan l-Att -
(a) tagħti informazzjoni li tkun taf li hi falza jew qarrieqa
f’partikolarità  sostanzjali; jew
(b) b’traskuraġni tagħti informazzjoni li tkun falza jew
qarrieqa f’partikolarità  sostanzjali, 
tkun ħatja ta’ reat kontra dan l-artikolu.
(3) Ebda ħaġa fis-subartikolu (2) ma għandha tinftiehem li
persuna teħtieġ li tirrispondi xi mistoqsija jew tagħti xi
22 KAP. 449. ħ SIGURTÀ  FL-IKEL
informazzjoni jekk, billi tagħmel hekk, tinkrimina lilha nnifisha.
Avviżi u Ordnijiet
Avviż ta’ titjib. 33. (1) Jekk uffiċjal awtorizzat ikollu raġuni biżżejjed biex
jaħseb li l-persuna responsabbli għal negozju ta’ l-ikel jew post ta’
l-ikel ma tkunx qed tħares xi regolamenti li għalihom japplika dan
l-artikolu, l-uffiċjal jista’, permezz ta’ avviż bil-miktub, hawnhekk
iżjed ’l qudddiem f’dan l-Att imsejjaħ ''avviż ta’ titjib'', li jiġi
notifikat lil dik il-persuna, fejn -
(a) jiddikjara r-raġunijiet ta’ l-uffiċjal għaliex jaħseb li l-
persuna mhix tħares ir-regolamenti;
(b) jispeċifika l-materji li jikkostitwixxu n-nuqqas ta’
tħaris mill-persuna; 
(ċ) jispeċifika l-miżuri li, fil-fehma ta’ l-uffiċjal, il-
persuna għandha tieħu biex tiżgura tħaris; u
(d) jeħtieġ lill-persuna biex tieħu dawk il-miżuri, jew
miżuri li huma għall-inqas bħalhom, fi żmien dak il-
perjodu li jista’ jiġi speċifikat fl-avviż ta’ titjib.
(2) Kull persuna li tonqos milli tħares avviż ta’ titjib tkun ħatja
ta’ reat kontra dan l-artikolu.
(3) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu għandhom japplikaw
għal kull regolament li jista’ jsir taħt dan l-Att biex -
(a) jeħtieġ, jipprojbixxi jew jiġi regolat l-użu ta’ xi
proċess jew trattament fil-preparazzjoni ta’ l-ikel; jew
(b) jiġi żgurat it-tħaris ta’ kondizzjonijiet u prattiċi
iġjeniċi għal dak li għandu x’jaqsam mat-twettiq ta’
operazzjonijiet kummerċjali għar-rigward ta’ ikel jew
sorsi ta’ ikel; jew
(ċ) jipprovdi għall-protezzjoni tal-konsumatur, il-kwalità
ta’ l-ikel jew l-għoti ta’ informazzjoni pubblika dwar
l-ikel, prodotti ta’ l-ikel jew l-użu li għalih jista’
jitqiegħed dak l-ikel jew dawk il-prodotti ta’ l-ikel. 
Il-qorti tista’ 
timponi 
projbizzjoni 
xierqa.
34. (1) Jekk il-persuna responsabbli ta’ negozju ta’ l-ikel
tinstab ħatja ta’ reat kontra xi regolamenti li għalihom japplika dan
l-artikolu, u jekk il-qorti, li minnha l-persuna responsabbli tkun
instabet ħatja, tkun sodisfatta li tkun teżisti kondizzjoni ta’ riskju
għas-saħħa rigward dak in-negozju, il-qorti tista’ b’ordni timponi l-
projbizzjoni xierqa msemmija fis-subartikolu (3).
(2) Fil-verifika jekk tkunx teżisti kondizzjoni ta’ riskju għas-
saħħa rigward xi negozju ta’ l-ikel, il-qorti għandha teżamina jekk
xi waħda minn dawn il-kondizzjonijiet li ġejjin jinvolvu riskju ta’
ħsara għas-saħħa jiġifieri -
(a) l-użu, għall-għanijiet tan-negozju ta’ xi proċess jew
trattament;
(b) il-kostruzzjoni ta’ xi post użat għall-għanijiet tan-
negozju, jew l-użu, għal dawk l-għanijiet, ta’ xi
tagħmir;
(ċ) l-istat jew il-kondizzjoni ta’ kull post jew tagħmir użat
għall-għanijiet tan-negozju; u
SIGURTÀ  FL-IKEL ġ KAP. 449. 23
(d) l-aġir jew il-prattika ta’ kull persuna impjegata f’dak
in-negozju.
(3) Il-projbizzjonijiet xierqa li jista’ jkunu imposti huma -
(a) f’każ li jaqa’ taħt is-subartikolu (2)(a), projbizzjoni
mill-użu tal-proċess jew trattament għall-għanijiet tan-
negozju; 
(b) f’każ li jaqa’ taħt is-subartikolu (2)(b), projbizzjoni
mill-użu tal-post jew tagħmir għall-għanijiet tan-
negozju jew xi negozju ieħor ta’ l-ikel ta’ l-istess
klassi jew deskrizzjoni;
(ċ) f’każ li jaqa’ taħt is-subartikolu (2)(ċ), projbizzjoni
mill-użu tal-post jew tat-tagħmir għall-għanijiet ta’ xi
negozju ta’ l-ikel; 
(d) f’każ li jaqa’ taħt is-subartikolu (2)(d), projbizzjoni
milli jitkompla l-aġir jew il-prattika in kwistjoni.
(4) Jekk il-persuna responsabbli għal negozju ta’ l-ikel tinstab
ħatja ta’ reat kontra regolamenti kif imfisser fl-artikolu 33(3)(b), u
l-qorti li minnha l-persuna responsabbli tkun instabet ħatja
jidhirlha li jkun hekk xieraq fiċ-ċirkostanzi tal-każ, il-qorti tista’
b’ordni, timponi projbizzjoni fuq il-persuna responsabbli milli
tipparteċipa fl-amministrazzjoni ta’ xi negozju ta’ l-ikel, jew xi
negozju ta’ l-ikel ta’ klassi, xorta jew deskrizzjoni, kif jista’ jkun
imfisser fl-ordni, għal kull perjodu li jista’ jiġi speċifikat fl-ordni,
liema perjodu ma għandux ikun ta’ inqas minn sitt xhur.
(5) Meta jsir ordni skond is-subartikolu (1) jew (4), hawnhekk
iżjed ’il quddiem imsejjaħ ''ordni ta’ projbizzjoni'', l-awtorità  tas-
saħħa għandha, mill-aktar fis possibbli - 
(a) tinnotifika kopja ta’ l-ordni ta’ projbizzjoni lil persuna
responsabbli għal dak in-negozu; u
(b) fil-każ ta’ ordni skond is-subartikolu (1), twaħħal
kopja ta’ l-ordni ta’ projbizzjoni f’post fejn jidher
f’dak il-post użat għall-għanijiet tan-negozju, kif
jidhrilha xieraq, 
u kull persuna li xjentement ma tħarisx ordni bħal dan tkun ħatja ta’
reat kontra dan l-artikolu.
(6) Ordni ta’ projbizzjoni għandu jieqaf mis-seħħ -
(a) fil-każ ta’ ordni mogħti skond is-subartikolu (1), mal-
ħruġ, mill-awtorità  tas-saħħa, taċ-ċertifikat li juri li l-
awtorità  tas-saħħa tkun sodisfatta li l-persuna
responsabbli tkun ħadet miżuri suffiċjenti biex tiżgura
li l-kondizzjoni ta’ riskju għas-saħħa ma tkunx teżisti
aktar rigward dak in-negozju; u
(b) fil-każ ta’ ordni mogħti skond is-subartikolu (4), meta
l-qorti tagħti ordni skond hekk.
(7) L-awtorità  tas-saħħa għandha toħroġ ċertifikat skond is-
subarikolu (6)(a) fi żmien tliet ġranet tax-xogħol minn meta tkun
sodisfatta li l-miżuri hemmhekk imsemmija jkunu ttieħdu; u meta
ssir applikazzjoni mill-persuna responsabbli għal ċertifikat bħal
24 KAP. 449. ħ SIGURTÀ  FL-IKEL
dak, l-awtorità  tas-saħħa għandha - 
(a) tiddeċiedi, mill-aktar fis possibbli u f’kull każ mhux
aktar tard minn erbatax-il ġurnata wara li ssir
applikazzjoni bħal dik, jekk hiex sodisfatta jew le; u
(b) jekk tiddeċiedi li mhiex sodisfatta, tagħti avviż lil
persuna responsabbli bir-raġunijiet għal dik id-
deċiżjoni.
(8) Il-qorti għandha tagħti ordni skond is-subartikolu (6)(b)
jekk, wara li ssir applikazzjoni mill-persuna responsabbli, il-qorti
jidhirlha li jkun xieraq li tagħmel hekk wara li tqis iċ-ċirkostanzi
kollha tal-każ, inkluż partikolarment l-aġir tal-persuna responsabbli
minn meta jkun ingħata l-ordni, iżda ebda applikazzjoni ma tiġi
kkunsidrata jekk issir-
(a) qabel ma jgħaddu sitt xhur minn meta jkun ingħata
ordni ta’ projbizzjoni; jew
(b) fi żmien tliet xhur minn meta l-persuna responsabbli
tkun għamlet applikazzjoni preċedenti għal ordni bħal
dak.
(9) Kull persuna li tikser xi ordni ta’ projbizzjoni tkun ħatja ta’
reat kontra dan l-artikolu.
(10) Id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (4) għandhom
japplikaw rigward il-manager ta’ negozju ta’ l-ikel bl-istess mod
kif japplikaw rigward il-persuna responsabbli għal dak in-negozju;
u kull riferenza fis-subartikolu (5) jew (8) għall-persuna
responsabbli għan-negozju, jew għall-persuna responsabbli,
għandha tinftiehem skond hekk; għall-finijiet ta’ dan is-
subartikolu, ''manager'', rigward negozju ta’ l-ikel, tfisser kull
persuna li tkun ġiet fdata mill-persuna responsabbli bit-tmexxija ta’
kuljum tan-negozju, jew xi parti minnu.
Pubblikazzjoni ta’ 
kopja ta’ ordni ta’ 
projbizzjoni.
35. (1) L-awtorità  tas-saħħa tista’ tippubblika jew iġġiegħel li
tiġi ppubblikata kopja ta’ l-ordni mogħti skond l-artikolu 34(4) fil-
ġurnali lokali kemm fl-ilsien Malti kif ukoll fl-ilsien Ingliż.
(2) Meta tieħu deċiżjoni skond is-subartikolu (1), l-awtorità
tas-saħħa għandha tħares il-prinċipji ta’ imparzjalità  u oġġettività . 
(3) Il-Gvern, l-awtorità  tas-saħħa u kull uffiċjal pubbliku li
jaġixxi skond l-istruzzjonijiet jew l-awtorità  ta’ l-awtorità  tas-
saħħa ma jkunx u ma jistawx isiru responsabbli għal xi għemil li
jkun sar bona fide skond is-subartikolu (1); l-eżenzjoni mir-
responsabbiltà  għandha tkun estiża għal kull persuna li tippubblika,
tistampa, tirrekordja, ixxandar, tikkomunika jew tirriproduċi dik l-
informazzjoni f’kull għamla.
Ordnijiet ta’ 
projbizzjoni ta’ 
emerġenza.
36. (1) Meta l-awtorità  tas-saħħa tkun sodisfatta li tkun teżisti
kondizzjoni ta’ riskju għas-saħħa għar-rigward ta’ xi negozju ta’ l-
ikel, hi tista’, permezz ta’ ordni notifikat lill-persuna responsabbli
ta’ dak in-negozju, hawnhekk il’ quddiem f’dan l-Att imsejjaħ
''ordni ta’ projbizzjoni ta’ emerġenza'', timponi l-projbizzjoni
skond dan l-artikolu. 
(2) Kull persuna li tikser ordni ta’ projbizzjoni ta’ emerġenza
tkun ħatja ta’ reat kontra dan l-artikolu.
SIGURTÀ  FL-IKEL ġ KAP. 449. 25
(3) Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 34(2) u (3) għandhom,
mutatis mutandis, japplikaw għar-rigward ta’ ordnijiet ta’
projbizzjoni ta’ emerġenza taħt dan l-artikolu bħallikieku riferenza
għall-qorti f’dawk is-subartikoli kienet riferenza għall-awtorità  tas-
saħħa, u bħallikieku r-riferenza fl-artikolu 34(2) għal riskju ta’
ħsara kienet riferenza għal riskju imminenti ta’ ħsara.
(4) Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 34(10) għandhom,
mutatis mutandis, japplikaw dwar ordni ta’ projbizzjoni ta’
emerġenza.
(5) Malajr kemm jista’ jkun, wara li jkun sar ordni ta’
projbizzjoni ta’ emerġenza, l-awtorità  tas-saħħa għandha -
(a) tinnotifika kopja ta’ l-ordni lill-persuna responsabbli
tan-negozju; u
(b) twaħħal kopja ta’ l-ordni f’post fejn jidher fil-post użat
għall-għanijiet ta’ dak in-negozju kif jidhrilha xieraq,
u kull persuna li xjentement ma tħarisx dak l-avviż, jew b’xi mod
ieħor tgħarraq, tħassar, tgħatti, teqred jew tneħħi l-imsemmija
kopja ta’ dak l-avviż, tkun ħatja ta’ reat kontra dan l-artikolu.
(6) Ordni ta’ projbizzjoni ta’ emerġenza għandha tieqaf mis-
seħħ bil-ħruġ ta’ ċertifikat mill-awtorità  tas-saħħa li hija sodisfatta
li l-persuna responsabbli tkun ħadet miżuri suffiċjenti biex
tassikura illi dak ir-riskju għas-saħħa ma għadux jeżisti għar-
rigward in-negozju.
(7) L-awtorità  tas-saħħa għandha toħroġ ċertifikat skond is-
subartikolu (6) fi żmien tliet ijiem li hija tkun sodisfatt li l-miżuri
msemmija ttieħdu; u fuq applikazzjoni mill-persuna responsabbli
għal dak iċ-ċertifikat, l-awtorità  tas-saħħa għandha -
(a) tiddetermina, mill-aktar fis possibbli u f’kull każ
mhux iktar tard minn għaxart ijiem wara dik l-
applikazzjoni, jekk tkunx hekk sodisfatta jew le; u
(b) jekk tiddetermina li ma tkunx hekk sodisfatta, tavża
lill-persuna responsabbli bir-raġunijiet għal dik id-
deċiżjoni.
(8) (a) Kull persuna li tħoss ruħha aggravata b’ordni ta’
projbizzjoni ta’ emerġenza mogħti lilha tista’, fi żmien
ħmistax-il ġurnata minn meta jsir l-ordni, b’rikors
notifikat lill-awtorità  tas-saħħa, tappella kontra dak l-
ordni lill-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili u, jekk il-qorti,
wara li tappunta r-rikors għas-smigħ u wara li teżamina
dik ix-xiehda li tista’ tiġi prodotta mill-partijiet -
(i) tkun sodisfatta li r-riskju imminenti għas-saħħa
jeżisti skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu
34(2), il-qorti għandha tiċħad l-appel u
tikkonferma l-ordni;
(ii) ma tkunx sodisfatta li r-riskju imminenti għas-
saħħa jeżisti skond id-disposizzjonijiet ta’ l-
artikolu 34(2), il-qorti tista’ tordna lill-awtorità
tas-saħħa biex tħallas lill-persuna li tkun
għamlet ir-rikors somma raġonevoli bħala
26 KAP. 449. ħ SIGURTÀ  FL-IKEL
kumpens għal kull telf li tkun bagħtiet b’riżultat
tat-tħaris ta’ l-ordni.
(b) L-awtorità  tas-saħħa għandha tippreżenta risposta
għar-rikors f’dak iż-żmien, li ma jkunx inqas minn
erbgħa u għoxrin siegħa, kif il-qorti tiddeċiedi.
Nuqqas ta’ tħaris 
ta’ ordni ta’ 
projbizzjoni ta’ 
emerġenza.
37. (1) Jekk ma jittieħdux dawk il-passi jew azzjoni oħra
skond l-artikolu 34(2) kif jiġi applikat bl-artikolu 36(3), li
għandhom jittieħdu bħala riżultat ta’ ordni ta’ projbizzjoni ta’
emerġenza, fiż-żmien speċifikat fl-ordni, l-awtorità  tas-saħħa tista’
tidħol ġewwa l-post li għalih jirreferi l-ordni ta’ projbizzjoni ta’
emerġenza u tieħu dawk il-passi, inkluż l-egħluq tal-post jew kull
azzjoni oħra kif jista’ jenħtieġ fiċ-ċirkostanzi.
Kap. 319.
(2) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-Kapitolu IV tal-
Kostituzzjoni u ta’ l-Att dwar il-Konvenzjoni Ewropea, minkejja d-
disposizzjonijiet ta’ kull liġi oħra, l-ebda mandat kawtelatorju jew
ordni ieħor ma għandu jinħareġ jew isir minn xi qorti li jwaqqaf l-
awtorità  tas-saħħa mill-eżerċizzju ta’ xi waħda mis-setgħat
mogħtija lilha bl-artikolu 36 u bis-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu.
(3) L-ispejjeż kollha li jkunu saru mill-awtorità  tas-saħħa biex
twettaq ordni ta’ projbizzjoni ta’ emerġenza skond l-artikolu 36,
skond is-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu, għandhom jinġabru lura
mill-awtorità  tas-saħħa bħala dejn ċivili mill-persuna responsabbli
tan-negozju li għalih jirreferixxi l-ordni ta’ projbizzjoni ta’
emerġenza.
Ordni ta’ kontroll 
ta’ emerġenza.
38. (1) Jekk l-awtorità  tas-saħħa jidhrilha li t-tmexxija ta’
operazzjonijiet kummerċjali fir-rigward ta’ ikel, sorsi ta’ ikel jew
materjali li jiġi f’kuntatt ma’ ikel ta’ xi klassi jew deskrizzjoni
tinvolvi, jew tista’ tinvolvi riskju imminenti ta’ ħsara għas-saħħa,
hija tista’, b’ordni imsejjaħ bħala ''ordni ta’ kontroll ta’
emerġenza'', u suġġett għal kull kondizzjoni li jidhrilha xieraq li
timponi, tipprojbixxi t-tmexxija ta’ dawk l-operazzjonijiet għar-
rigward ta’ ikel, sorsi ta’ ikel jew materjali li jiġu f’kuntatt ma’ ikel
ta’ dik il-klassi jew deskrizzjoni.
(2) Kull persuna li xjentement tikser ordni ta’ kontroll ta’
emerġenza tkun ħatja ta’ reat kontra dan l-artikolu.
(3) L-awtorità  tas-saħħa tista’ tagħti l-kunsens tagħha bil-
miktub, kemm mingħajr kondizzjoni kif ukoll suġġett għal xi
kondizzjoni jew kondizzjonijiet li jidhrilha xierqa, biex issir, f’dak
il-każ li jista’ jiġi speċifkat fil-kunsens, xi ħaġa li mod ieħor tkun
ġiet projbita b’ordni ta’ kontroll ta’ emerġenza.
(4) Persuna akkużata b’reat kontra s-subartikolu (2) tista’
tiddefendi ruħha billi turi li l-kunsens kien ingħata biex isir att li
għalih tkun mixlija skond is-subartikolu (3) u li kull kondizzjoni li
għaliha l-kunsens kien soġġett kienet ġiet imħarsa.
(5) L-awtorità  tas-saħħa tista’ -
(a) tagħti ordnijiet li jidhrilha meħtieġa jew spedjenti biex
tevita t-tmexxija ta’ operazzjonijiet kummerċjali
rigward xi ikel, sorsi ta’ ikel jew materjal li jiġi
f’kuntatt ma’ ikel li hi jkollha raġuni xierqa biex
taħseb, li jkunu ikel, sorsi ta’ ikel jew materjali li jiġu
SIGURTÀ  FL-IKEL ġ KAP. 449. 27
f’kuntatt ma’ l-ikel li dwarhom japplika ordni ta’
kontroll ta’ emerġenza; u
(b) tagħmel kull ħaġa li jidhrilha neċessarja jew spedjenti
għal dak l-għan.
(6) Kull persuna li xjentement tikser xi ordni taħt dan l-
artikolu tkun ħatja ta’ reat.
(7) Il-qorti għandha wkoll, wara rikors mill-awtorità  tas-saħħa,
tordna lill-persuna li tkun instabet ħatja ta’ reat biex tħallas lill-
awtorità  tas-saħħa l-ispejjeż li tkun ħallset għall-prosekuzzjoni
dwar ir-reat, inkluża kull spezzjon li tkun wasslet għal dik il-
prosekuzzjoni u kull eżami li jkun sar għall-għan ta’ dik l-
ispezzjon.
Garanziji.
taħdem f’xi negozju ta’ ikel tkun aġixxiet b’xi kondotta li
tikkostitwixxi reat skond l-artikoli 11 sa 14 u l-artikoli 16 sa 19, l-
awtorità  tas-saħħa tista’, fid-diskrezzjoni tagħha, minflok ma tibda
proċedimenti kontra dik il-persuna, twissi dik il-persuna bil-miktub
u titlob mingħandha garanzija bil-miktub li tieqaf mill-kondotta
speċifikata fil-garanzija għal dak il-perjodu li jkun miftiehem bejn
il-partijiet konċernati, u, mingħajr ħsara għas-subartikolu (3), meta
tingħata dik il-garanzija, ma jittieħdu ebda proċedimenti oħra
rigward dak ir-reat.
(2) L-awtorità  tas-saħħa għandha żżomm reġistru ta’ garanziji
magħmulin skond is-subartikolu (1) liema reġistru għandu jinżamm
f’uffiċċju speċifikat mill-awtorità  tas-saħħa, u jista’ jiġi spezzjonat
minn kull persuna f’dawk il-ħinijiet li jiġu stabbiliti mill-awtorità
tas-saħħa.
(3) Kull persuna li tikser xi garanzija magħmula skond is-
subartikolu (1) tkun ħatja ta’ reat kontra dan l-artikolu.
Difiżi
Għemil ta’ reat bl-
ommissjoni ta’ 
persuna oħra.
40. Meta l-fatti li, bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-
artikolu 41, jistgħu jikkostitwixxu l-għemil ta’ reat, minn xi
persuna, kontra xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’ din it-Taqsima
jew ta’ xi regolamenti maħruġa taħt l-artikolu 10, jkunu b’riżultat
ta’ xi att jew ommissjoni ta’ xi persuna oħra, dik il-persuna l-oħra
tkun ħatja tar-reat; u persuna tista’ tiġi mixlija u misjuba ħatja ta’
reat permezz ta’ dan l-artikolu kemm jekk ikunu ittieħdu
proċedimenti kontra l-persuna l-ewwel imsemmija u kemm jekk le. 
Diliġenza xierqa.
proċedimenti għal offiża kontra xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’
qabel ta’ din it-Taqsima jew ta’ xi regolamenti maħruġa taħt l-
artikolu 10, persuna li tkun akkużata tista’ tiddefendi ruħha billi
tipprova li tkun ħadet il-prekawzjonijiet kollha raġonevoli u li tkun
eżerċitat id-diliġenża kollha xierqa biex tevita li jsir ir-reat minnha
jew mill-persuna taħt il-kontroll tagħha.
(2) Mingħajr ħsara għall-ġeneralità  tas-subarikolu (1), persuna
mixlija b’reat kontra l-artikolu 14, jew 17, jew 18 li -
(a) ma tkunx ippreparat l-ikel li dwaru r-reat ikun ġie
allegatament magħmul; jew
28 KAP. 449. ħ SIGURTÀ  FL-IKEL
(b) ma tkunx importat l-ikel f’Malta,
titqies li tkun iddefendiet ruħha skond kif provdut f’dak is-
subartikolu jekk tissodisfa l-ħtiġiet tas-subartikolu (3).
(3) Persuna titqies li tkun issodisfat il-ħtiġiet ta’ dan is-
subartikolu jekk tipprova -
(a) li l-għemil tar-reat kien dovut għal xi att jew
ommissjoni ta’ persuna oħra li ma kienitx taħt il-
kontroll tagħha, jew fuq dipendenza għal
informazzjoni provduta minn persuna oħra;
(b) li tkun għamlet dawk il-verifiki kollha neċessarji fuq l-
ikel in kwistjoni li kienu raġonevoli, fiċ-ċirkostanzi
kollha u li kien raġonevoli fiċ-ċirkostanzi li dik il-
persuna tiddependi mill-verifiki magħmulin mill-
persuna li tkun ipprovdiet l-ikel lilha;
(ċ) li l-bejgħ jew il-bejgħ maħsub, li kien jikkonsisti fir-
reat li jkun qed jiġi allegat, ma kienx bejgħ jew bejgħ
maħsub, taħt isimha jew il-marka tagħha; u
(d) li ma kenitx taf, u ma kellha ebda raġuni tissuspetta
fil-ħin ta’ l-għemil tar-reat allegat li l-aġir tagħha jew
l-ommissjoni tagħha tkun tikkostitwixxi reat kontra d-
disposizzjoni rilevanti.
(4) Il-persuna mixlija ma tkunx tista’, mingħajr il-permess tal-
qorti, tuża d-difiża imsemmija fis-subartikolu (3) jekk dik id-difiża
tinvolvi l-allegazzjoni li l-għemil tar-reat kien dovut għal xi att jew
ommissjoni ta’ persuna oħra jew dipendenza fuq informazzjoni
provduta minn persuna oħra, sakemm, wara li tinqara l-akkuża fil-
qorti u mhux aktar tard minn erbgħa u għoxrin siegħa wara,
tippreżenta nota fil-qorti biex tiġi notifikata lill-prosekutur li jkun
fiha informazzjoni, li kienet f’dak il-ħin fil-pussess tagħha, li
tidentifika jew li tgħin fl-identifikazzjoni tal-persuna l-oħra.
(5) (a) Fil-proċedimenti għal reat kontra xi waħda mid-
disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ din it-Taqsima, li
għandhom x’jaqsmu mar-reklamar għall-bejgħ ta’ xi
ikel, il-persuna mixlija tista’ tiddefendi ruħha billi
tipprova -
(i) li hi persuna li n-negozju tagħha huwa li
tippubblika jew tirranġa għall-pubblikazzjoni ta’
rekami; u
(ii) li hi rċeviet ir-reklam fil-kors ordinarju tan-
negozju u li, minkejja li tkun osservat il-linji ta’
gwida magħmulin skond il-paragrafu (b), ma
kienitx taf u ma kellha ebda raġuni biex
tissuspetta li l-pubblikazzjoni ta’ dak ir-reklam
kienet tfisser reat kontra dik id-disposizzjoni.
(b) Il-Ministru jista’ b’regolamenti jipprovdi għall-ħruġ u
l-għoti ta’ linji ta’ gwida lill-persuni li jaħdmu fin-
negozju msemmi fil-paragrafu (a), u partikolarment
biex tiġi evitata l-publikazzjoni tar-reklami li ma
jħarsux dan l-Att.
SIGURTÀ  FL-IKEL ġ KAP. 449. 29
TAQSIMA V
Proċedimenti kriminali
Bidu ta’ 
proċedimenti 
kriminali.
42. (1) Meta jkun hemm raġuni biżżejjed biex wieħed jaħseb
li xi persuna tkun kisret xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’ dan l-
Att jew ta’ xi regolamenti magħmula bis-saħħa tiegħu, il-Pulizija
għandha, fuq ir-rapport ta’ l-awtorità  tas-saħħa, tibda proċedimenti
kriminali kontra l-ħati quddiem il-qorti kompetenti.
(2) Meta l-proċedimenti jkunu nbdew mill-Pulizija għal reat
kontra dan l-Att, l-awtorità  tas-saħħa jew kull uffiċjal, avukat jew
prokuratur legali inkarigati mill-awtorità  tas-saħħa jistgħu,
minkejja kull liġi li tgħid mod ieħor, iġibu l-akkuża quddiem il-
Qorti tal-Maġistrati, jġibu l-provi u jmexxu l-prosekuzzjoni
minflok il-Pulizija.
(3) Id-dikjarazzjoni bil-ġurament ta’ kull uffiċjal, avukat jew
prokuratur legali fis-sens li jkun ġie inkarigat skond kif provdut fis-
subartikolu (2) tkun prova finali tal-fatt, jekk l-akkużat jitlob il-
prova tiegħu.
Reati u pieni.
meta jinsab ħati, multa ta’ mhux inqas minn mitejn lira u mhux
iżjed minn elf lira jew priġunerija għal żmien ta’ mhux aktar minn
sitt xhur jew dik il-multa u priġunerija flimkien.
(2) Kull min jinsab ħati għat-tieni darba u għad-drabi ta’ wara,
jeħel, meta jinsab ħati, multa ta’ mhux inqas minn elf lira u mhux
iżjed minn elfejn lira jew priġunerija għal żmien ta’ mhux inqas
minn sena u mhux aktar minn sentejn jew dik il-multa u priġunerija
flimkien.
(3) Kull min jinsab ħati ta’ xi reat ieħor kontra dan l-Att jeħel -
(a) meta jinsab ħati għall-ewwel darba, multa ta’ mhux
inqas minn mitejn lira u mhux iżjed minn elfejn lira
jew priġunerija għal żmien ta’ mhux aktar minn
sentejn jew dik il-multa u priġunerija flimkien;
(b) meta jinsab ħati drabi oħra, multa ta’ mhux inqas minn
ħames mitt lira u mhux iżjed minn ħamest elef lira jew
priġunerija għal żmien ta’ mhux aktar minn erba’ snin
jew dik il-multa u priġunerija flimkien.
Sospensjoni jew 
taħsir ta’ liċenzi.
44. Meta xi persuna tkun misjuba ħatja ta’ reat, minbarra reat
kontra d-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 31, il-qorti tista’ tordna s-
sospensjoni jew it-taħsir ta’ kull liċenza jew liċenzi f’isem il-
persuna akkużata jew il-post li jkun s-suġġett tal-proċedimenti.
Min jinsab ħati 
għandu jħares il-
liġijiet u r-
regolamenti.
45. Meta persuna tinsab ħatja ta’ reat kontra dan l-Att, il-qorti
għandha, meta jkun meħtieġ, barra li tagħti l-piena, tordna lill-ħati
li jneħħi kull inkonvenjent li jinqala’ mir-reat jew, jekk iċ-
ċirkostanzi hekk jeħtieġu, li jħares il-liġi, f’kull każ f’dak iż-żmien
li jista’ jiġi stabbilit mill-qorti għal dak l-għan, u, f’każ ta’ nuqqas
ta’ tħaris ta’ xi ordni bħal dak, hu jeħel multa oħra ta’ mhux iżjed
minn ħamsin lira għal kull ġurnata ta’ nuqqas ta’ tħaris wara li
jgħaddi ż-żmien stabbilit kif intqal qabel.
30 KAP. 449. ħ SIGURTÀ  FL-IKEL
Konfiska ta’ ikel 
rigward każijiet fil-
qorti.
46. Meta reat kontra xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’ dan l-
Att jew xi regolamenti magħmula bis-saħħa tiegħu jiġi ppruvat li
jkun sar, il-qorti għandha tordna l-konfiska u l-qirda ta’ l-ikel li
għalih ikun jirreferi r-reat.
Ħlas ta’ kumpens 
ordnat mill-qorti.
47. Meta persuna tkun akkużata b’reat kontra xi disposizzjoni
ta’ dan l-Att iżda tinsab mhux ħatja ta’ dak ir-reat, il-qorti tista’,
jekk jidhrilha xieraq skond iċ-ċirkostanzi tal-każ, tordna lill-Gvern,
kif rappreżentat mill-awtorità  tas-saħħa, li jħallas lil dik il-persuna
ammont stabbilit mill-qorti bħala kumpens għal xi ħsara li tkun
saret fl-oġġetti maqbuda jew f’xi parti minnhom, bl-eżami jew bl-
analisi msemmi fl-artikolu 10(1)(k) sa (p).
Meta garanzija 
tista’ tinġieb bħala 
difiża.
48. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu,
f’kull proċedimenti dwar reat skond dan l-Att jew skond
regolamenti magħmula bis-saħħa tiegħu, li jkun reat li jikkonsisti
fil-bejgħ, jew offerta, wiri jew reklam għall-bejgħ, jew li jkollu fil-
pussess tiegħu għall-bejgħ, xi oġġett jew sustanza, l-akkużat ikun
jista’ jiddefendi ruħu billi jipprova -
(a) li hu jkun xtrah bħala oġġett jew sustanza li tista’
legalment tinbiegħ jew xort’oħra trattata kif intqal
qabel, jew, skond il-każ, li tkun tista’ tiġi hekk
mibjugħa jew trattata taħt l-isem jew id-deskrizzjoni
jew għall-għan li bih jew li għalih ikun biegħha jew
ittratta biha, u b’garanzija bil-miktub f’dak is-sens;
(b) li hu ma kellu ebda raġuni li jaħseb, fiż-żmien ta’ l-
egħmil tar-reat allegat, li kien xort’oħra; u
(ċ) li kienet, fiż-żmien ta’ l-egħmil tar-reat allegat, fl-
istess stat bħal meta kien xtraha.
(2) Meta l-akkużat f’xi proċedimenti bħal dawk ikun impjegat
jew aġent tal-persuna li tkun xtrat l-oġġett jew is-sustanza taħt
garanzija, hu jkollu dritt li japplika d-disposizzjonijiet ta’ dan l-
artikolu bl-istess mod kif min iħaddmu jew il-prinċipal tiegħu kien
ikollu dritt jagħmel li kieku kien l-akkużat.
(3) Meta l-akkużat f’xi proċedimenti bħal dawk ikun ġie
liberat bis-saħħa tad-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-artikolu,
jistgħu jinbdew proċedimenti ġodda kontra l-persuna li tkun
allegata li għamlet il-garanzija li l-akkużat fil-proċedimenti
oriġinali kien qagħad fuqha.
(4) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu u ta’ l-artikolu 49, isem jew
deskrizzjoni mniżżla f’fattura għandhom jitqiesu li huma garanzija
bil-miktub li l-oġġett jew is-sustanza li għaliha jirreferu tista’
tinbiegħ jew xort’oħra tiġi trattata taħt dak l-isem jew dik id-
deskrizzjoni.
Garanzija qarrieqa. 49. (1) Akkużat li, f’xi proċedimenti skond dan l-Att,
volontarjament japplika għal xi oġġett jew sustanza garanzija
mogħtija dwar xi oġġett ieħor jew sustanza oħra jkun ħati ta’ reat
kontra dan l-Att.
(2) Persuna li, dwar xi oġġett jew sustanza, li dwarhom tista’
teċċepixxi garanzija skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 48,
tagħti lix-xerrej garanzija falza bil-miktub, tkun ħatja ta’ reat
kontra dan l-Att, kemm-il darba ma tipprovax li tkun tat il-
SIGURTÀ  FL-IKEL ġ KAP. 449. 31
garanzija iktar minn sena qabel jew dak il-perjodu itwal li dwaru
tkun ingħatat il-garanzija qabel ma l-fatti li jikkostitwixxu r-reat
kienu ġraw.
L-uffiċjali 
prosekuturi jistgħu 
jissejħu bħala 
xhieda.
50. (1) Kull wieħed mill-uffiċjali msemmija fl-artikolu 42(2)
jista’ jissejjaħ bħala xhud fuq it-talba ta’ l-akkużat.
(2) Meta, iżda, ix-xiehda ta’ dak l-uffiċjal tkun mitluba mill-
Pulizija, l-imsemmi uffiċjal għandu jinstema’ qabel ma jibda d-
dmirijiet ta’ uffiċjal prosekutur, kemm-il darba l-ħtieġa tax-xiehda
tiegħu ma tinqalax aktar tard fil-proċedimenti.
TAQSIMA VI
Mixxellanji
Ikel li jiġi ċedut 
volontarjament 
biex jinqered. 
51. Meta xi ikel ikun ġie maqbud skond id-disposizzjonijiet ta’
dan l-Att, u s-sid tiegħu jagħti l-kunsens bil-miktub biex dak l-ikel
jinqered, l-awtorità  tas-saħħa tista’, wara li tieħu dawk il-kampjuni
li jistgħu jenħtieġu biex jiġi ppruvat ir-reat, tordna li l-imsemmi
ikel jinqered, mingħajr preġudizzju għat-teħid ta’ xi proċedimenti
kontra l-persuna responsabbli għar-reat.
Tħassir u riżerva.
Kap. 231.
52. (1) Kull regolament jew ordni magħmula, jew kull liċenza
mogħtija, skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar Ħwejjeġ ta’ l-
Ikel, Mediċinali u Ilma tax-Xorb qabel it-tħassir tiegħu b’dan l-Att,
għandhom, sakemm ma jkunux inkonsistenti mad-disposizzjonijiet
ta’ dan l-Att, jew ta’ xi regolamenti magħmulin taħtu, jibqgħu
jsseħħu u jkollhom effett bħallikieku kienu saru jew ġew mogħtija
taħt id-disposizzjonijiet relativi ta’ dan l-Att.
(2) Kull proċediment legali mibdi taħt l-Att dwar Ħwejjeġ ta’
l-Ikel, Mediċinali u Ilma tax-Xorb qabel it-tħassir tiegħu għandu
jitkompla bħallikieku dawk il-proċedimenti kienu ġew mibdija taħt
dan l-Att.
