LI JIRREGOLA FONDI SPEĊJALIġ K AP. 450.    1
KAPITOLU 450
ATT LI JIRREGOLA FONDI SPEĊJALI
Biex jipprovdi li jiġu regolati l-fondi għal min jirtira.
()*
L-ATT XVII ta’ l-2002, kif emendat bl-Att IX ta’ l-2003.
TAQSIM TA’ L-ATT
*Għadu mhux fis-seħħ.
  Artikoli
Taqsima I Preliminari  1 - 2 
Taqsima II  Ħtiġiet dwar Reġistrazzjoni u Operat 3 - 49
Reġistrazzjoni 3 - 13
Uffiċjali 14 - 30
Ħtiġiet ta’ Fondi għal Skemi dwar Xogħol 31 - 36
Investiment Permess, Self, Spejjeż u
Distribuzzjonijiet
37 - 41
Reklamar u Kxif ta’ Tagħrif 42 - 45
Drittijiet li joħorġu minn Skema 46 - 49
Taqsima III  Disposizzjonijiet Ġenerali 50 - 64
SKEDI
L-Ewwel Skeda
It-Tieni Skeda
  2      KAP. 450. ħ        LI JIRREGOLA FONDI SPEĊJALI
TAQSIMA I
Preliminari
Titolu fil-qosor u 
bidu fis-seħħ.
1. (1) It-titolu fil-qosor ta’ dan l-Att hu l-Att li jirregola
Fondi Speċjali.
 (2) It-Taqsimiet I, II u III ta’ dan l-Att għandhom jibdew
iseħħu f’dik id-data li l-Ministru responsabbli ghall-finanzi jista’
jistabbilixxi b’avviż fil-Gazzetta u dati differenti jistgħu jiġu hekk
stabbiliti għal disposizzjonijiet differenti u għal għanijiet differenti
ta’ dan l-Att.
Tifsir. 2. (1) F’din it-Taqsima u fit-Taqsimiet II u III ta’ dan l-Att u
fl-Iskedi, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma teħtieġx xort’ohra-
"affiljat" dwar persuna (hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejħa "il-
persuna rilevanti") tfisser:
(a) kull persuna li direttament jew indirettament tipposjedi
25% jew iżjed tas-saħħa totali kombinata tal-voti jew
25% jew iżjed tal-valur totali ta’ l-istokk jew ta’ l-
interessi ta’ pussess tal-persuna rilevanti (hawnkekk
iżjed ’il quddiem imsejħa "is-sid");
(b) kull persuna meta l-persuna rilevanti direttament jew
indirettament tipposjedi 25% iżjed tas-saħħa totali
kombinata tal-voti jew 25% jew iżjed tal-valur totali
ta’ l-istokk jew ta’ l-interessi ta’ pussess ta’ dik il-
persuna (hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejħa "is-
sottopersuna);
(ċ) kull żewg persuni jew iktar meta s-sid direttament jew
indirettament, fil-każ ta’ kull persuna tali tipposjedi
25% jew iżjed tas-saħħa totali kombinata tal-voti jew
25% jew iżjed tal-valur totali ta’ l-istokk jew ta’ l-
interessi ta’ pussess ta’ dik il-persuna (kull waħda
minn dawk iż-żewg persuni jew iktar, hawnhekk iżjed
’il quddiem imsejħa "persuna oħt");
(d) kull persuna fejn direttur, jew uffiċjal ta’ persuna
rilevanti, sid, sotto-persuna jew persuna oħt tipposjedi
25% jew iżjed tas-saħħa totali kombinata tal-voti jew
25% jew iżjed tal-valur ta’ l-istokk jew ta’ l-interessi
ta’ pussess ta’ dik il-persuna;
(e) kull persuna li fil-fehma ta’ l-Awtorità  -
(i) tkun taħt il-kontroll de facto jew effettiv ta’
persuna rilevanti; jew
(ii) teżerċita kontroll de facto jew effettiv tal-
persuna rilevanti;
"amministratur ta’ fond għal min jirtira" għandha tiftiehem
skond l-artikolu 17;
"amministratur ta’ skema għal min jirtira" għandha tiftiehem
skond l-artikolu 17;
Kap. 123.
Kap. 372.
"Atti dwar it-Taxxa fuq l-Income" tfisser kollettivament l-Att
dwar it-Taxxa fuq l-Income u l-Att dwar l-Amministrazzjoni tat-
LI JIRREGOLA FONDI SPEĊJALIġ K AP. 450.    3
Taxxa;
"Awtorità " tfisser l-Awtorità  għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta
stabbilita bl-artikolu 3 ta’ l-Att dwar l-Awtorità  għas-Servizzi
Finanzjarji ta’ Malta;
"benefiċjarju" tfisser individwu li jkun se jirċievi ħlasijiet
kurrenti jew futuri taħt skema applikabbli jew pjan barrani għal min
jirtira; u meta rilevanti, il-beni ta’ dak l-individwu;
"benefiċċju għal min jirtira" tfisser pensjoni jew benefiċċji oħra
li jitħallsu lil benefiċjarju meta jirtira, wara invalidità  permanenti
jew mewt;
"direttiva" tfisser direttiva maħruġa mill-Awtorità  skond l-
artikolu 51(3);
"dokument ta’ l-iskema" tfisser il-kuntratt miktub li jipprova
skema reġistrata;
"fond għal min jirtira" tfisser kumpanija stabbilita bl-għan
ewlieni li żżomm u tinvesti l-kontribuzzjonijiet li jsiru fi skema
waħda jew iktar jew fi pjan jew pjanijiet barranin għal min jirtira u
għandha tiftiehem skond l-artikolu 4(2);
"flus anċillari" tfisser flus użati in konnessjoni ma’ skema
reġistrata biex jitħallsu spejjeż, biex jitħallsu benefiċċji għal min
jirtira, u sabiex jitwettqu ħtiġiet simili ta’ l-iskema;
"ħtieġa għall-fondi tekniċi" għandha t-tifsir mogħti bl-artikolu
31;
"invalidità  permanenti" tfisser diżabilità  ta’ natura permanenti
stabbilita b’mod mediku, li kif ċertifikata minn tabib approvat mill-
amministratur ta’ skema għal min jirtira, tkun ġabet lill-impjegat
inkapaċi li jaqdi l-ħtiġiet ta’ l-impieg li jkun qed jagħmel meta
ġabet fuqu dik id-diżabilità ;
"kontributur" tfisser -
(a) l-individwu, fil-każ ta’ skema għal min jirtira fejn il-
kontribuzzjonijiet isiru biss jew f’parti mill-individwu
għall-benefiċċju ta’ l-istess individwu; u
(b) il-prinċipal, fil-każ ta’ skema li għaliha l-
kontribuzzjonijiet isiru biss jew f’parti minn prinċipal
għall-benefiċċju ta’ l-impjegati; u għall-finijiet ta’ dan
l-Att, soċjetà  titqies bħala l-prinċipal ta’ kull wieħed
mis-soċji tagħha, u kumpanija għandha titqies bħala l-
prinċipal ta’ kull wieħed mill-uffiċjali u d-diretturi
tagħha; u "impjegat" u "impieg" għandhom jiftiehmu
f’dan is-sens;
"Kummissarju" tfisser il-Kummissarju tat-Taxxi Interni;
"manager ta’ l-assi" tfisser persuna li tipprovdi servizzi ta’
investiment diskrezzjonarji jew mhux diskrezzjonarji lil fond jew
skema għal min jirtira;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għall-finanzi;
Kap. 370.
"obbligi internazzjonali ta’ Malta" għandha l-istess tifsir kif
mogħti lilha bl-Att dwar is-Servizzi ta’ Investiment;
  4      KAP. 450. ħ        LI JIRREGOLA FONDI SPEĊJALI
"pjan barrani għal min jirtira" tfisser skema jew arranġament in
bona fide, organizzat taħt il-liġijiet ta’ pajjiż barra minn Malta, li
jirregola d-drittijiet u r-responsabbilitajiet tal-partijiet tiegħu, u li
taħtu jsiru ħlasijiet lil benefiċjarji għall-għan ewlieni li jipprovdi
benefiċċji għal min jirtira;
"preskritt" tfisser preskritt b’regolamenti jew b’direttivi
magħmula taħt dan l-Att;
"reklam" tfisser kull għamla ta’ reklamar, sew jekk isir bil-fomm,
bil-miktub jew b’mezzi elettroniċi, u mingħajr preġudizzju ghall-
mod ġeneriku ta’ dak imsemmi qabel, tinkludi reklamar
f’pubblikazzjoni, il-wiri ta’ avviżi, sinjali, tikketti jew biljetti,
permezz ta’ ittri, ċirkolari, prospetti, katologi, listi ta’ prezzijiet
jew dokumenti oħra, bl-esibizzjoni ta’ stampi jew filmati
fotografiċi jew ċinematografi, permezz ta’ xandir bis-smigħ, bit-
televiżjoni jew b’xi mezz ieħor, bit-tqassim ta’ reġistrazzjonijiet
jew b’kull mod ieħor, u riferenzi għal ħruġ ta’ reklam għandhom
jiftiehmu bl-istess mod;
"reġistrazzjoni" dwar skema jew fond għal min jirtira jew dwar
amministratur ta’ fond għal min jirtira, amministratur ta’ skema
għal min jirtira jew manager ta’ l-assi, jew dwar xi ħaġa li għandha
x’taqsam magħhom jew anċillari għalihom, tfisser reġistrazzjoni
taħt dan l-Att, u "reġistru" u "reġistrat" għandhom hekk jiftiehmu;
"servizz ta’ investiment" tfisser kull servizz li jaqgħa taħt it-
Tieni Skeda, meta provdut dwar strument;
"skema" tfisser skema jew arranġament stabbilit b’kuntratt li
jirregola d-drittijiet u r-responsabbiltajiet ta’ l-amministratur ta’ l-
iskema għal min jirtira u l-kontributur għalih, u li taħtu jsiru
ħlasijiet lil benefiċjarji għall-għan ewlieni li jipprovdi benefiċċji
għal min jirtira. Skema jew arranġament ma jikkostitwux skema
taħt dan l-Att jekk ikun jipprovdi:
(a) għall-ħlas ta’ benefiċċju għal min jirtira lil ħames
benefiċjarji jew inqas;
Kap. 403.
(b) biss għall-ħlas ta’ dak li jidħol maċ-ċessjoni jew ma’ l-
għeluq ta’ kuntratt ta’ assigurazzjoni long term li jkun
sar minn kumpanija ta’ assigurazzjoni awtorizzata taħt
l-Att dwar il-Kummerċ ta’ l-Assigurazzjoni; jew
(ċ) għall-bidu ta’ ħlas ta’ benefiċċju għal min jirtira lil
benefiċjarju f’data li tkun qabel dik li fiha l-
benefiċjarju jagħlaq l-eta’ ta’ ħamsin sena, jew wara
dik li fiha l-benefiċjarju jagħlaq l-eta’ ta’ sebgħin
sena, ħlief f’dawk il-każijiet fejn l-iskema jew l-
arranġament jipprovdi li:
(i) il-ħlas isir minħabba l-invalidità  permanenti jew
il-mewt ta’ benefiċjarju; jew 
(ii) il-ħlas isir bil-mezz ta’ somma flus f’daqqa lill-
benefiċjarju mingħajr ma jkun meħtieg il-
kunsens tal-benefiċjarju f’dak l-ammont li l-
Awtorità  tista’ tippreskrivi fil-kaz li l-
benefiċjarju ma jibqax impjegat mal-kontributur
ta’ l-iskema jew ta’ l-arranġament:
LI JIRREGOLA FONDI SPEĊJALIġ K AP. 450.    5
Iżda skema jew arranġament deskritti fil-paragrafi (a) jew
(b) jistgħu b’avviz bil-miktub lill-Awtorità  jagħżlu biex ikunu
jistgħu jiġu konsidrati bhala skema għall-finijiet ta’ dan l-Att;
"skema ta’ benefiċċji definiti" tfisser skema li ma tkunx skema
għal min jirtira b’kontribuzzjoni definita li l-għan ewlieni tagħha
jkun li tipprovdi għall-ħlas ta’ benefiċċji għal min jirtira li jkunu
fissi jew determinabbli;
"skema għal min jirtira b’kontribuzzjoni definita" tfisser skema
li l-għan ewlieni tagħha jkun li tipprovdi għall-ħlas ta’ benefiċċji
għal min jirtira, li jkunu stabbiliti b’riferenza għall-
kontribuzzjonijiet imħallsa f’kull skema bħal dik, il-kumulu ta’
profitti, qligħ jew dħul ieħor, wara li jitnaqqsu l-ispejjeż u t-telf
dwarha;
"skema dwar xogħol" tfisser skema li għaliha l-kontribuzzjonijiet
isiru biss jew f’parti minn prinċipal għall-benefiċċju ta’ l-
impjegati; 
Kap. 370.
Servizzi ta’ Investiment;
"taxxa" tfisser it-Taxxa mposta bl-Atti dwar it-Taxxa fuq l-
Income.
(2) Fit-Taqsimiet I, II u III ta’ dan l-Att u fl-Iskedi u f’kull
regolamenti jew direttivi magħmula taħtu, jekk ikun hemm xi
konflitt bejn it-test Ingliż u t-test Malti, l-Ingliż għandu jipprevali.
TAQSIMA II
ĦTIĠIET DWAR REĠISTRAZZJONI U OPERAT
Projbizzjoni ta’ 
skemi mhux 
reġistrati u fondi 
għal min jirtira 
mhux reġistrati.
3. (1) Ebda persuna ma tista’ tipprovdi jew tippreżenta lilha
nnifisha bħala li tipprovdi skema sitwata f’Malta kemm-il darba
dik l-iskema ma tkunx skema reġistrata li tikkonforma mal-ħtiġiet
ta’ l-artikoli 4(1) u 5.
(2) Ebda persuna ma tista’ taċċetta flus jew xi konsiderazzjoni
oħra mingħand kontributur dwar skema sitwata f’Malta kemm-il
darba dik l-iskema ma tkunx skema reġistrata li tikkonforma mal-
ħtiġiet ta’ l-artikoli 4(1) u 5.
(3) Ebda persuna ma għandha żżomm jew tippreżenta ruħha li
qed iżżomm fond għal min jirtira sitwat f’Malta kemm-il darba dak
il-fond ma jkunx fond reġistrat li jikkonforma mal-ħtiġiet ta’ l-
artikoli 4(2) u 6. 
(4) L-Awtorità  tista’ b’direttivi taħt dan l-artikolu tiddikjara
dawk l-iskemi jew arranġamenti oħra li ssir riferenza għalihom fid-
direttivi li ma jkunux skema għall-finijiet ta’ dan l-Att, jew
tiddikjara li dawk il-fondi li ssir riferenza għalihom fid-direttivi li
ma jkunux għal min jirtira għall-finijiet ta’ dan l-Att.
(5) L-Awtorità  tista’, b’avviż bil-miktub lil xi persuna,
tiddeċiedi li:
(a) attività  taqa’ taħt l-artikoli 17, 18, 19 jew 24, meta
provdut dwar fond għal min jirtira jew dwar skema;
  6      KAP. 450. ħ        LI JIRREGOLA FONDI SPEĊJALI
jew
(b) servizz jaqa’ taħt it-Tieni Skeda; jew
(ċ) għall-finijiet ta’ dan l-Att, xi skema jew arranġament
ieħor jkunu skema sitwata f’Malta, jew fond ikun fond
għal min jirtira sitwat f’Malta,
u bla ħsara għal xi appell li jista’ jsir taħt l-artikolu 54, dwar dik il-
persuna d-deċiżjoni ta’ l-Awtorità  tkun konklussiva għall-finijiet
kollha ta’ dan l-Att sakemm it-Tribunal imsemmi f’dak l-artikolu
ma jiddeċidix xort’oħra.
Skemi u fondi għal 
min jirtira 
għandhom ikunu 
reġistrati.
Emendat:
IX. 2003.120.
4. (1) Skema ma tkunx reġistrata taħt id-disposizzjonijiet ta’
dan Att kemm-il darba d-dokument ta’ l-iskema ma jkollux
kondizzjonijiet u disposizzjonijiet bil-miktub li jgħidu:
(a) li l-għan ewlieni ta’ l-iskema huwa li jipprovdi
benefiċċji għal min jirtira;
(b) li l-kontribuzzjonijiet kollha għall-iskema għandhom
ikunu nvestiti esklużivament f’fond jew fondi għal
min jirtira, ħlief għal flus anċillari;
(ċ) li l-iskema tkun imfassla u mħaddma għall-benefiċċju
esklużiv tal-benefiċjarji speċifikati f’dik l-iskema;
(d) il-mezzi speċifiċi li jkunu se jintużaw biex ikunu
identifikati l-kontributuri ta’ l-iskema kollha, preżenti
u futuri, flimkien ma’ l-obbligi rispettivi tagħhom;
(e) il-mezzi speċifiċi li jkunu se jintużaw biex ikunu
identifikati l-benefiċjarji ta’ l-iskema kollha, preżenti
u futuri, flimkien mal-mezzi speċifiċi li jkunu se
jintużaw sabiex jiġi stabbilit l-ammont tal-benefiċċju
għal min jirtira rispettivi tagħhom, u ż-żmien meta
jitħallsu dawk il-benefiċċji għal min jirtira;
(f) l-isem, l-indirizz u n-numru tat-telefon u l-indirizz ta’
e-mail, jekk ikun hemm, ta’ l-ewwel l-amministratur
ta’ l-iskema għal min jirtira maħtur biex iwettaq il-
ħtiġiet amministrattivi ta’ l-iskema;
(g) ir-regoli jew kriterji oħra li jirregolaw il-valutazzjoni
ta’ l-attiv u tal-passiv ta’ l-iskema u ż-żmien li fih isiru
dawk il-valutazzjonijiet;
(h) ir-regoli li jirregolaw kull kost u l-ispejjeż ammissibbli
li jistgħu jitħallsu mill-iskema;
(i) il-metodu tal-ħatra, tneħħija u bidla ta’ l-amministratur
ta’ l-iskema għal min jirtira u, meta l-każ, tal-manager
ta’ l-assi, ta’ l-uditur, jew ta’ l-attwarju ta’ l-Iskema;
(j) ir-regoli li jirregolaw iċ-ċessjoni, it-terminazzjoni jew,
meta l-każ, it-telf ta’ benefiċċju għal min jirtira;
(k) ir-regoli applikabbli fil-kaz ta’ inabbiltà  jew nuqqas
ta’ kontributur li jissodisfa l-obbligi tiegħu;
(l) ir-regoli li jirregolaw l-emendi għad-dokument ta’ l-
iskema;
(m) iċ-ċirkostanzi li jwasslu għax-xoljiment ta’ l-iskema,
LI JIRREGOLA FONDI SPEĊJALIġ K AP. 450.    7
barra minn dawk iċ-ċirkostanzi stabbiliti bil-liġi; u
(n) li, kemm-il darba ma jkunx preskritt xort’oħra taħt dan
l-Att ma tkun teżisti ebda disposizzjoni statutorja għal
kumpens meta skema jew fond għal min jirtira ma
jkunx jista’ jissodisfa l-passiv tiegħu, u li
reġistrazzjoni ta’ l-iskema jew tal-fond għal min jirtira
ma tkunx konferma mill-Awtorità  tas-sitwazzjoni
finanzjarja ta’ l-iskema jew tal-fond għal min jirtira.
(2) Fond għal min jirtira ma jkunx reġistrat taħt dan l-Att
kemm-il darba ma jissodisfax il-ħtiġiet li ġejjin:
Kap. 386.
(a) il-fond għal min jirtira jkun reġistrat bħala kumpannija
ta’ investiment b’kapital azzjonarju fiss jew bħala
kumpannija ta’ investiment b’kapital azzjonarju
varjabbli taħt l-Att dwar il-Kumpanniji;
(b) il-memorandum ta’ assoċjazzjoni tal-fond għal min
Jirtira jgħid li l-għanijiet tiegħu jkunu limitati għal - 
(i) ir-riċeviment ta’ kontribuzzjonijiet magħmula
minn skema waħda jew iktar, u, jew minn pjan
barrani jew pjanijiet barranin għal min jirtira, u
l-investiment ta’ dawk il-kontribuzzjonijiet u d-
dħul kollu minn dawk il-kontribuzzjonijiet fi
strumenti jew proprjetà  mmobbli bil-għan li
jkun massimizzat id-dħul minn dawk il-
kontribuzzjonijiet;
(ii) il-ħlas ta’ benefiċċji għal min jirtira lill-
benefiċjarji ta’ l-iskemi jew tal-pjanijiet
barranin għal min jirtira li jkunu nvestew f’dak
il-fond għal min jirtira; u
(iii) it-twettiq ta’ kull ħaġa jew funzjoni li għandha
x’taqsam jew li hi anċillari għall-oġġettivi
msemmija fis-sub-paragrafi (i) u (ii); u 
(ċ)  l-isem tal-fond għal min jirtira ikun wieħed li, fil-
fehma ta’ l- Awtorità  ma jkunx li jiżgwida; u
(d) l-uffiċċju prinċipali tal-kumpanija jkun sitwat u operat
f’Malta.
(3) L-assi tal-fond għal min jirtira ma jkunux għall-benefiċċju
ta’ xi investitur fil-fond għal min jirtira, iżda jintużaw
esklusivament sabiex jipprovdu benefiċċji għal min jirtira lill-
benefiċċjarji ta’ l-iskemi jew tal-pjanijiet barranin għal min jirtira
li jkunu nvestew f’dak il-fond għal min jirtira, u sabiex jitħallsu l-
ispejjeż li jistgħu jitħallsu taħt dan l-Att, ta’ dik l-iskema, jew ta’ l-
ispejjeż bona fide tal-pjan barrani għal min jirtira, skond kif
applikabbli.
Kap. 386.
(4) Kemm-il darba ma jkunx provdut xort’oħra taħt dan l-Att,
id-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar il-Kumpanniji għandhom
japplikaw għal fond għal min jirtira.
Kap. 370.
Servizzi ta’ Investiment għal skema jew fond għal min jirtira li
jkunu reġistrati taħt dan l-Att.
  8      KAP. 450. ħ        LI JIRREGOLA FONDI SPEĊJALI
Applikazzjoni 
għar-reġistrazzjoni 
ta’ skema.
5. Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ skema għandha ssir
fil-forma u bil-mod meħtieġ mill-Awtorità  u għandha -
(a) ikun fiha jew ikollha magħha kopja tad-dokument ta’
l-iskema li jkun fih id-dikjarazzjonijiet elenkati fl-
artikolu 4(1);
(b) ikollha magħha dak id-dritt jew dawk id-drittijiet li
jistgħu jiġu preskritti;
(ċ) tispeċifika n-natura ta’ l-iskema;
(d) ikun fiha jew ikollha magħha dik l-informazzjoni u
dawk il-partikolaritajiet l-oħra, li l-Awtorità  tista’
teħtieġ jew kif ikun preskritt; u
(e) ikun fiha l-indirizz f’Malta fejn ikun notifikat l-
applikant b’kull avviż jew dokument ieħor meħtieġ
jew awtorizzat li jkun notifikat lilu b’dan l-Att jew
taħtu jew skond xi liġi oħra.
Applikazzjoni 
għar-reġistrazzjoni 
ta’ fond għal min 
jirtira.
6. Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ fond għal min jirtira
għandha ssir fil-forma u bil-mod meħtieġ mill-Awtorità  u
għandha-
(a) ikun fiha jew ikollha magħha kopja tal-memorandum u
ta’ istatut ta’ assoċjazzjoni tal-fond għal min jirtira li
jissodisfaw il-ħtiġiet ta’ l-artikolu 4(2);
(b) tispeċifika l-isem u l-indirizz u n-numru tat-telefon u l-
indirizz ta’ e-mail, jekk ikun hemm, tal-fond għal min
jirtira, tad-diretturi u ta’ l-amministratur tal-fond għal
min jirtira ta’ dak il-fond;
(ċ) ikollha magħha dak id-dritt jew dawk id-drittijiet li
jistgħu jiġu preskritti;
(d) ikun fiha jew ikollha magħha dik l-informazzjoni u
dawk il-partikolaritajiet l-oħra, li l-Awtorità  tista’
teħtieġ jew kif ikun preskritt;
(e) ikun fiha l-indirizz f’Malta fejn ikun notifikat l-
applikant b’kull avviż jew dokument ieħor meħtieġ
jew awtorizzat li jkun notifikat lilu b’dan l-Att jew
taħtu jew skond xi liġi oħra; u 
(f) ikun fiha deskrizzjoni ġenerali ta’ l-għanijiet ta’ l-
investiment, il-karatteristiċi tar-riskju u tar-ritorn tal-
fond għal min jirtira, kif ukoll tagħrif dwar ix-xorta u
d-diversifikazzjoni ta’ l-assi li jkunu antiċipati fil-
portafol ta’ l-investiment tal-fond għal min jirtira.
Setgħa ta’ l-
Awtorità  li 
tirrifjuta 
reġistrazzjoni ta’ 
skema.
7. (1)  L-Awtorità  tista’ tirreġistra jew tirrifjuta li tirreġistra
skema li għaliha tkun saret applikazzjoni taħt dan l-Att.
(2) L-Awtorità  ma għandix tirreġistra skema kemm-il darba ma
tkunx sodisfatta li-
(a) l-amministratur ta’ l-iskema għal min jirtira jkun
idoneju u xieraq li jipprovdi l-iskema konċernata;
(b) l-amministratur ta’ l-iskema għal min jirtira jkun se
jħares u josserva d-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u ta’
kull regolamenti jew direttivi preskritti taħtu; u 
LI JIRREGOLA FONDI SPEĊJALIġ K AP. 450.    9
(ċ) l-iskema proposta tkun se tħares id-disposizzjonijiet
ta’ dan l-Att u ta’ kull regolamenti jew direttivi
preskritti taħtu.
(3) Meta tirreġistra skema, l-Awtorità  tista’ tissoġġettaha għal
kull kondizzjoni li jidhrilha xierqa, u wara li tkun irreġistratha, l-
Awtorità  tista’ minn żmien għal żmien tvarja jew tirrevoka kull
kondizzjoni hekk imposta jew timponi kondizzjonijiet ġodda.
(4) Meta tkun qed tikkonsidra jekk tirreġistrax xi skema taħt
dan l-Att, l-Awtorità  għandha b’mod partikolari tqis -
(a) il-ħarsien ta’ investituri u tal-pubbliku in ġenerali;
(b) il-ħarsien tar-reputazzjoni ta’ Malta meta jkunu
kkunsidrati l-obbligi internazzjonali ta’ Malta;
(ċ) il-promozzjoni ta’ kompetizzjoni u għażla; u
(d) ir-reputazzjoni u l-idonjetà  ta’ l-amministratur ta’ l-
iskema u ta’ kull parti oħra li jkollha x’taqsam ma’ l-
iskema.
(5) (a) Meta jkunu jeżistu rabtiet mill-qrib bejn applikant u xi
persuna oħra, l-Awtorità  għandha:
(i) tirreġistra skema biss jekk ikun jidhrilha li dawk
ir-rabtiet mill-qrib ma jfixkluhiex milli teżerċita
b’mod effettiv il-funzjonijiet ta’ sorveljanza
tagħha; u
(ii) tirrifjuta li tirreġistra skema jekk tikkunsidra li l-
liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet
amministrattivi ta’ xi pajjiż barra minn Malta li
jiggvernaw persuna waħda jew iżjed li miegħu l-
applikant ikollu rabtiet mill-qrib , jew l-infurzar
tagħhom, ifixklu l-eżerċizzju effettiv tal-
funzjonijiet ta’ sorveljanza tagħha.
(b) L-Awtorità  tista’ minn żmien għal żmien, permezz ta’
direttivi taħt dan l-Att tiddefinixxi ċ-ċirkostanzi fejn
rabtiet mill-qrib għandhom jitqiesu li jeżistu bejn żewġ
persuni jew aktar.
(6) Meta skema, l-amministratur ta’ skema għal min jirtira, il-
manager ta’ l-assi jew persuna oħra responsabbli tikser jew tonqos
li tħares xi waħda mill-kondizzjonjiet imposti f’liċenza maħruġa
taħt dan l-artikolu l-Awtorità  tista’ b’avviż bil-miktub u mingħajr
rikors għal smigħ minn qorti timponi fuq l-iskema, l-amministratur
ta’ skema għal min jirtira, il-manager ta’ l-assi jew persuni oħra,
skond il-każ, penali amministrattiva li ma tistax tkun iżjed minn
erbgħin elf lira.
Setgħa ta’ l-
Awtorità  li 
tirrifjuta 
reġistrazzjoni ta’ 
fond għal min 
jirtira.
8. (1) L-Awtorità  tista’ tirreġistra jew tirrifjuta li tirreġistra
fond għal min jirtira li għaliha tkun saret applikazzjoni taħt dan l-
Att.
(2) L-Awtorità  ma għandhix tirreġistra fond għal min jirtira
kemm-il darba ma tkunx sodisfatta li -
(a) il-promoturi, id-diretturi u l-amministratur tal-fond
għal min jirtira jkunu persuni idoneji u xierqa biex
  10      KAP. 450. ħ        LI JIRREGOLA FONDI SPEĊJALI
joffru l-fond għal min jirtira konċernat;
(b) id-diretturi u l-amministratur tal-fond għal min jirtira
jkun se jħares u josserva d-disposizzjonijiet ta’ dan l-
Att u ta’ kull regolamenti jew direttivi preskritti taħtu;
u
(ċ) il-fond għal min jirtira propost ikun se jħares id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u ta’ kull regolamenti
jew direttivi magħmula taħtu.
(3) Meta tirreġistra fond għal min jirtira, l-Awtorità  tista’
tissoġġettah għal kull kondizzjoni li jidhrilha xierqa, u wara li tkun
irreġistratu, l-Awtorità  tista’, minn żmien għal żmien, tvarja jew
tirrevoka kull kondizzjoni hekk imposta jew timponi
kondizzjonijiet ġodda.
(4) Meta tkun qed tikkonsidra jekk tirreġistrax xi fond għal
min jirtira taħt dan l-Att, l-Awtorità  għandha b’mod partikolari
tqis-
(a) il-ħarsien ta’ investituri u tal-pubbliku in ġenerali;
(b) il-ħarsien tar-reputazzjoni ta’ Malta meta jkunu
kkunsidrati l-obbligi internazzjonali ta’ Malta;
(ċ) il-promozzjoni ta’ kompetizzjoni u għażla; u
(d) ir-reputazzjoni u l-idonjetà  ta’ l-amministratur tal-fond
għal min jirtira u ta’ kull parti oħra li jkollha x’taqsam
mal-fond għal min jirtira.
(5) (a) Meta jkunu jeżistu rabtiet mill-qrib bejn applikant u xi
persuna oħra, l-Awtorità  għandha -
(i) tirreġistra fond għal min jirtira biss jekk ikun
jidhrilha li dawk ir-rabtiet mill-qrib ma
jfixkluhiex milli teżerċita b’mod effettiv il-
funzjonijiet ta’ sorveljanza tagħha; u
(ii) tirrifjuta li tirreġistra fond għal min jirtira jekk
tikkunsidra li l-liġijiet, ir-regolamenti u d-
disposizzjonijiet amministrattivi ta’ xi pajjiż
barra minn Malta li jiggvernaw persuna waħda
jew iżjed li miegħu l-applikant ikollu rabtiet
mill-qrib, jew l-infurzar tagħhom, ifixklu l-
eżerċizzju effettiv tal-funzjonijiet ta’ sorveljanza
tagħha.
(b) L-Awtorità  tista’ minn żmien għal żmien, permezz ta’
direttivi taħt dan l-Att tiddefinixxi ċ-ċirkostanzi fejn
rabtiet mill-qrib għandhom jitqiesu li jeżistu bejn żewġ
persuni jew aktar.
(6) Meta fond għal min jirtira, l-amministratur tal-fond għal
min jirtira, il-manager, segretarju, direttur jew persuna oħra
responsabbli tikser jew tonqos li tħares xi waħda mill-
kondizzjonjiet imposti f’liċenza maħruġa taħt dan l-artikolu l-
Awtorità  tista’ b’avviż bil-miktub u mingħajr rikors għal smigħ
minn qorti timponi fuq il-fond għal min jirtira, l-amministratur tal-
fond għal min jirtira, il-manager, segretarju, direttur jew persuni
oħra, skond il-każ, penali amministrattiva li ma tistax tkun iżjed
LI JIRREGOLA FONDI SPEĊJALIġ K AP. 450.    11
minn erbgħin elf lira.
Ħlas ta’ drittijiet 
perjodiċi.
9. Kull skema u fond għal min jirtira għandhom iħallsu lill-
Awtorità  dawk id-drittijiet perjodiċi u għall-applikazzjoni, u f’dak
iż-żmien, kif jista’ jiġi preskritt.
Tibdil fl-
informazzjoni.
10. Amministratur ta’ skema għal min jirtira jew amministratur
ta’ fond għal min jirtira, jew kull persuna oħra li jkollha r-
responsabbiltà  għall-amministrazzjoni jew maniġġar ta’ kuljum ta’
skema jew fond, għandha tipprovdi lill-Awtorità  bil-
partikolaritajiet ta’ kull tibdil fl-informazzjoni provduta taħt dan l-
Att malli dik il-persuna jew id-delegat tagħha jsir jaf b’dak it-
tibdil.
Setgħa ta’ l-
Awtorità  li tħassar 
jew tissospendi 
reġistrazzjoni ta’ 
skema.
11. Bla ħsara ghal xi disposizzjoni oħra ta’ dan l-Att u ta’ xi
regolamenti jew direttivi magħmula taħtu, l-Awtorità  tista’ tħassar
jew tissospendi r-reġistrazzjoni ta’ skema jekk:
(a) tikkonsidra li l-amministratur ta’ skema għal min
jirtira ma jkunx persuna idoneja u xierqa biex twettaq
il-funzjonijiet meħtieġa minnha dwar l-iskema; jew
(b) tikkonsidra li l-iskema li għaliha tirreferi r-
reġistrazzjoni ma tkunx tħares id-disposizzjonijiet ta’
dan l-Att jew ta’ xi regolamenti u, jew, direttivi
magħmula taħtu, jew li jkun hemm ksur ta’ xi waħda
minn dawk id-disposizzjonijiet, jew ta’ obbligu jew
kondizzjoni li għaliha tkun suġġetta l-iskema jew ir-
reġistrazzjoni tagħha b’dan l-Att jew taħtu; jew
(ċ) informazzjoni li tkun ingħatat lill-Awtorità  minn,
f’isem jew dwar l-iskema tkun falza, mhux preċiża jew
tiżgwida.
Setgħa ta’ l-
Awtorità  li tħassar 
jew tissospendi 
reġistrazzjoni ta’ 
fond għal min 
jirtira.
12. Bla ħsara għal kull disposizzjoni oħra ta’ dan l-Att jew
direttivi magħmula taħtu, l-Awtorità  tista’ tħassar jew tissospendi r-
reġistrazzjoni ta’ fond għal min jirtira, jekk:
(a) tikkonsidra li direttur jew amministratur ta’ fond għal
min jirtira ma jkunx persuna idoneja u xierqa biex
twettaq il-funzjonijiet meħtieġa minnha dwar il-fond
għal min jirtira; jew
(b) tikkonsidra li l-fond għal min jirtira li għalih tirreferi
r-reġistrazzjoni ma jkunx iħares id-disposizzjonijiet ta’
dan l-Att jew ta’ xi regolamenti u, jew direttivi
magħmula taħtu, jew li jkun hemm ksur ta’ xi waħda
minn dawk id-disposizzjonijiet, jew ta’ obbligu jew
kondizzjoni li għaliha jkun suġġett il-fond għal min
jirtira jew ir-reġistrazzjoni tiegħu b’dan l-Att jew
taħtu; jew
(ċ) informazzjoni li tkun ingħatat lill-Awtorità  minn,
f’isem jew dwar il-fond għal min jirtira tkun falza,
mhux preċiża jew tiżgwida.
Avviż dwar 
proposta ta’ rifjut, 
varjazzjoni, tħassir 
jew sospensjoni ta’ 
reġistrazzjoni.
13. (1) Meta l-Awtorità  tipproponi -
(a) li tvarja xi kondizzjoni li tkun suġġetta għaliha
reġistrazzjoni jew li timponi kondizzjoni fuqha; jew
  12      KAP. 450. ħ        LI JIRREGOLA FONDI SPEĊJALI
(b) li tirrifjuta applikazzjoni għal reġistrazzjoni jew li
tħassar jew li tissospendi reġistrazzjoni,
għandha tagħti lill-amministratur ta’ l-iskema għal min jirtira jew
lill-amministratur tal-fond għal min jirtira avviż bil-miktub dwar il-
fehma tagħha li tagħmel hekk, liema avviż għandu jagħti r-
raġunijiet għall-azzjoni proposta.
(2) Kull avviż mogħti taħt is-subartikolu (1) għandu jgħid li
min jirċievi l-avviż jista’, f’dak iż-żmien raġonevoli wara li jiġi
notifikat kif jingħad fl-avviż (li jkun perijodu ta’ mhux inqas minn
tmienja u erbghin siegħa u mhux iktar minn tletin jum), jagħmel
rappreżentazzjonijiet bil-miktub lill-Awtorità  fejn jagħti r-
raġunijiet għaliex id-deċiżjoni proposta ma għandix tittieħed, u l-
Awtorità  għandha tikkonsidra kull rappreżentazzjoni hekk
magħmula qabel ma tasal għal deċiżjoni finali.
(3) L-Awtorità  għandha kemm jista’ jkun malajr tinnotifika d-
deċiżjoni finali tagħha bil-miktub lil kull waħda mill-persuni li
lilhom għandu jingħata avviż taħt is-subartikolu (1).
Diretturi ta’ fond 
għal min jirtira.
14. (1) Kull kumpannija, li tkun ifformata bħala fond għal min
jirtira, għandu jkollha mill-inqas tliet diretturi.
(2) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u għall-
iskema applikabbli, tkun ir-responsabbiltà  tal-bord tad-diretturi jew
direttament jew permezz ta’ manager ta’ l-assi li tinvesti l-flus
kollha u kull attiv ieħor riċevuti mill-fond għal min jirtira skond il-
memorandum ta’ l-assoċjazzjoni tiegħu.
Ħatra ta’ 
amministratur ta’ 
fond għal min 
jirtira.
15. (1) Kull fond għal min jirtira għandu jkollu amministratur
tal-fond għal min Jirtira biex jaqdi dawk id-dmirijiet mogħtija lil
dawk l-amministraturi taħt dan l-Att jew taħt xi liġi oħra.
(2) Ikun id-dmir tad-diretturi tal-fond għal min jirtira li jaħtru
amministratur tal-fond għal min jirtira, u dawk id-diretturi
jkollhom is-setgħa li jneħħu l-amministratur tal-fond għal min
jirtira fid-diskrezzjoni tagħhom.
(3) Meta l-post ta’ amministratur tal-fond għal min jiritra isir
vakant, id-diretturi tal-fond għal min jirtira għandhom, fi żmien
erbatax-il jum mid-data tal-vakanza, jaħtru persuna oħra biex timla
l-post.
(4) Meta d-diretturi jonqsu li jimlew dik il-vakanza fiż-żmien
ta’ erbatax-il jum kif jingħad hawn fuq, l-Awtorità  tista’, fuq
applikazzjoni li ssir minn xi wieħed mid-diretturi jew minn
kontributur jew benefiċjarju, taħtar persuna biex timla dik il-
vakanza hi stess.
(5) Matul kull perijodu fejn ma jkunx hemm amministratur tal-
fond għal min jirtira u matul kull perijodu ta’ inkapaċità  ta’ l-
amministratur tal-fond għal min jirtira, kull uffiċjal tal-fond għal
min jirtira hekk awtorizzat b’mod ġenerali jew speċifiku mid-
diretturi għandu jaqdi l-funzjonijiet ta’ l-amministratur tal-fond
għal min jirtira.
Ħatra ta’ 
amministratur ta’ 
skema għal min 
jirtira.
16. (1) Kull skema għandu jkollha amministratur ta’ l-iskema
għal min jirtira biex jaqdi dawk id-dmirijiet mogħtija lil dawk l-
amministraturi taħt dan l-Att jew taħt xi liġi oħra.
LI JIRREGOLA FONDI SPEĊJALIġ K AP. 450.    13
(2) Ikun id-dmir tal-kontributuri ta’ l-iskema li jaħtru
amministratur ta’ skema għal min jirtira, u dawk il-kontributuri
jkollhom is-setgħa li jneħħu l-amministratur ta’ skema għal min
Jirtira fid-diskrezzjoni tagħhom.
(3) Meta l-post ta’ amministratur ta’ skema għal min jirtira jsir
vakanti, il-kontributuri ta’ l-iskema għandhom, fi żmien erbatax-il
jum mid-data tal-vakanza, jaħtru persuna oħra biex timla l-post.
(4) Meta l-kontributuri jonqsu li jimlew dik il-vakanza fiż-
żmien ta’ erbatax-il jum kif jingħad qabel, l-Awtorità  tista’, fuq
applikazzjoni li ssir minn xi wieħed mill-kontributuri jew
benefiċjarji, taħtar persuna oħra biex timla dik il-vakanza hi stess.
(5) Matul kull żmien fejn ma jkunx hemm amministratur ta’
skema għal min jirtira u matul kull perijodu ta’ inkapaċità  ta’ l-
amministratur ta’ skema għal min jirtira kull uffiċjal ta’ l-iskema
hekk awtorizzat b’mod ġenerali jew speċifiku mill-kontributuri
għandu jaqdi l-funzjonijiet ta’ l-amministratur ta’ skema għal min
jirtira.
Reġistrazzjoni ta’ 
amministraturi ta’ 
fond għal min 
jirtira u ta’ 
amministraturi ta’ 
skema għal min 
jirtira.
17. (1) Ebda persuna ma għandha tipprovdi fond jew skema
għal min jirtira bis-servizzi amministrattivi deskritti fl-artikoli 18 u
19, kemm-il darba dik il-persuna ma tkunx reġistrata taħt dan l-Att
biex taġixxi bħala amministratur ta’ fond għal min jirtira jew
amministratur ta’ skema għal min jirtira, skond il-każ.
(2) Ebda persuna ma tkun reġistrata bħala amministratur ta’
fond għal min jirtira jew amministratur ta’ skema għal min jirtira
taħt dan l-Att kemm-il darba -
(a) dik il-persuna ma tkunx kumpanija li topera f’Malta
li- 
(i) ikollha l-uffiċċju prinċipali tagħha f’Malta, jew
(ii) fil-każ ta’ kumpannija li l-uffiċċju prinċipali
tagħha jkun barra minn Malta, tkun stabbilita
f’pajjiż li fil-fehma ta’ l-Awtorità  tkun suġġetta
għal livell adegwat ta’ superviżjoni regolatorja;
Kap. 370.
(b) fil-każ biss ta’ amministratur ta’ fond għal min jirtira
dik il-persuna tkun fil-pussess ta’ liċenza xierqa taħt l-
Att dwar is- Servizzi ta’ Investiment jew kif jista’ jiġi
xort’oħra preskritt.
(3) L-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ amministratur ta’
fond għal min jirtira jew ta’ amministratur ta’ skema għal min
jirtira għandha ssir fil-forma u bil-mod kif jista’ jiġi preskritt, u
għandha -
(a) tispeċifika l-isem, l-indirizz u n-numru tat-telefon u l-
indirizz ta’ e-mail, jekk ikun hemm, ta’ l-
amministratur tal-fond għal min jirtira jew ta’ l-
amministratur ta’ skema għal min jirtira, skond il-kaz;
(b) ikollha magħha dawk id-drittijiet li jistgħu jiġu
preskritti;
(ċ)  ikun fiha jew ikollha magħha dik l-informazzjoni u
dawk il-partikolaritajiet l-oħra, li l-Awtorità  tista’
  14      KAP. 450. ħ        LI JIRREGOLA FONDI SPEĊJALI
teħtieġ jew kif ikun preskritt;
(d) ikun fiha l-indirizz f’Malta fejn ikun notifikat l-
applikant b’kull avviż jew dokument meħtieġ jew
awtorizzat li jkun notifikat lilu b’dan l-Att jew taħtu
jew skond xi liġi oħra; u
(f) tispeċifika n-natura tan-negozju ta’ l-applikant u l-
esperjenza rilevanti tiegħu.
Kap. 370.
(4) L-Awtorità  tista’ tipprovdi għar-reġistrazzjoni awtomatika
ta’ amministraturi ta’ fond għal min jirtira jew ta’ amministraturi
ta’ skema għal min jirtira li diġà  jkollhom fil-pussess tagħhom
liċenza għal servizzi ta’ investiment valida skond kif imfisser fl-Att
dwar is-Servizzi ta’ Investiment jew li diġà  jkunu reġistrati taħt dik
il-liġi l-oħra kif l-Awtorità  tista’ tispeċifika.
(5) Ir-reġistrazzjoni ta’ amministratur ta’ fond għal min jirtira
jew ta’ amminstratur ta’ skema għal min jirtira, tista’ tkun suġġetta
għal dawk il-kondizzjonijiet li l-Awtorità  jidhrilha xierqa, u wara r-
reġistrazzjoni l-Awtorità  tista’, minn żmien għal żmien, tvarja jew
tirrevoka kull kondizzjoni hekk imposta jew timponi
kondizzjonijiet ġodda.
(6) Meta amministratur ta’ fond għal min jirtira jew
amministratur ta’ skema għal min jirtira jikser jew jonqos li jħares
xi waħda mill-kondizzjonijiet imposti taħt dan l-artikolu, l-
Awtorità  tista’ mingħajr rikors għal smigħ quddiem qorti, timponi
penali amministrattiva li ma tistax teċċedi erbgħin elf lira.
Dmirijiet ta’ 
amministratur ta’ 
fond għal min 
jirtira.
18. (1) L-amministratur ta’ fond għal min jirtira għandu jaqdi
d-dmirijiet kollha li għandhom x’jaqsmu ma’ l-operat ordinarju jew
ta’ kuljum tal-fond għal min jirtira, inkluż, u mhux limitat għal, dan
li ġej:
(a) jirċievi l-attiv ta’ investituri eliġibbli, u jżomm jew
jagħmel arranġamenti għall-kustodja ta’ dak l-attiv;
(b) jiżgura li l-fond għal min jirtira jirċievi l-ħlasijiet
kollha dovuti lilu bl-ammonti dovuti u fil-ħin;
(ċ) jiżgura li l-income u d-dħul kollu riċevuti mill-fond
għal min jirtira jkunu applikati skond il-memorandum
u l-istatut ta’ assoċjazzjoni tal-fond għal min jirtira;
(d) jiżgura li l-ħruġ kollu jsir skond il-memorandum u l-
istatut ta’ assoċjazzjoni;
(e) iżomm records preċiżi dwar il-valur nett ta’ l-assi tal-
fond għal min jirtira skond dan l-Att, il-memorandum
u l-istatut ta’ assoċjazzjoni;
(f) iżomm records preċiżi dwar l-investituri tal-fond għal
min jirtira;
(g) iħares il-ħtiġiet kollha statutorji u ħtiġiet oħra tal-fond
għal min jirtira, magħduda dawk li jolqtu l-kxif ta’
informazzjoni, operazzjonijiet finanzjarji ammissibbli
u t-tħejjija ta’ kull verifika finanzjarja;
(h) iħares kull ħtiġiet ta’ l-Atti dwar it-Taxxa fuq l-Income
biex ikun jista’ jikkwalifika għal eżenzjoni mit-taxxa
LI JIRREGOLA FONDI SPEĊJALIġ K AP. 450.    15
jew approvazzjoni tat-taxxa;
(i) jiżgura li l-istruzzjonijiet u d-deċiżjonijiet kollha tal-
fond għal min jirtira jkunu konformi mal-liġi u mal-
memorandum u l-istatut ta’ assoċjazzjoni; u 
(j) jipprovdi jew jagħmel l-arranġamenti kollha meħtieġa
għas-servizzi ta’ konteġġi jew servizzi oħra.
(2) Amministratur ta’ fond għal min jirtira għandu jaġixxi fl-
aħjar interessi tal-fond għal min jirtira u ma jistax juża l-assi tal-
fond għal min jirtira għalih stess jew għal għanijiet oħra.
(3) Ikun id-dmir ta’ l-amministratur tal-fond għal min jirtira li
b’xi mod ikollu jew direttament jew indirettament, interess f’xi
operazzjoni jew operazzjoni proposta li tolqot il-fond għal min
jirtira, li immedjatament jiddikjara x-xorta ta’ l-interess tiegħu lill-
bord tad-diretturi tal-fond għal min jirtira.
Dmirijiet ta’ 
amministratur ta’ 
skema għal min 
jirtira.
19. (1) L-amministratur ta’ skema għal min jirtira għandu
jaqdi d-dmirijiet kollha li għandhom x’jaqsmu ma’ l-operat
ordinarju jew ta’ kuljum ta’ l-iskema, inkluż u mhux limitat għal
dan li ġej:
(a) jinvesti l-kontribuzzjonijiet kollha għall-fond għal min
jirtira skond il-kondizzjonijiet tad-dokument ta’ l-
iskema;
(b) jiżgura li l-iskema tirċievi l-ħlasijiet kollha dovuti
lilha minn xi kontributur jew fond għal min jirtira bl-
ammonti dovuti u fil-ħin;
(ċ) jiżgura li l-income u d-dħul kollu riċevuti mill-iskema
jkunu applikati skond il-kondizzjonijiet tad-dokument
ta’ l-iskema;
(d) jiżgura li l-ħruġ kollu jsir skond id-dokument ta’ l-
iskema;
(e) iżomm records preċiżi dwar il-valur nett ta’ l-iskema
skond dan l-att u d-dokumemnt ta’ l-iskema;
(f) jiżgura li, dwar skema għal min jirtira b’benefiċċju
definit, l-iskema tissodisfa l-ħtieġa għal fondi tekniċi
f’kull intervall preskritt;
(g) jiżgura li, dwar skema għal min jirtira
b’kontribuzzjoni definita, kull attiv ta’ l-Iskema li
jeċċedi l-passiv kurrenti, jew li dwar skema għal min
jirtira b’beneficcji definit, il-passiv li jirrappreżenta l-
obbligi ta’ ħlas futur lil benefiċjarji, ma għandux
jitħallas lil xi parti li ma tkunx benefiċjarju ta’ l-
iskema, ħlief b’dak il-mod li jista’ jiġi preskritt;
(h) jiżgura li l-interessi fl-ishma ta’ fond għal min jirtira
jew f’fondi miżmuma għall-benefiċċju ta’ individwu li
għandu jirċievi ħlasijiet taħt dik l-iskema, għandhom,
meta dak l-individwu jirtira, ikollu invalidità
permanenti jew imut, ikunu mifdija jew xort’ohra
likwidati mill-iskema minn dak il-fond għal min jirtira
u l-valur ta’ dak il-fidi għandu jitqiegħed għad-
disposizzjoni tal-benefiċjarju jew kif provdut fid-
  16      KAP. 450. ħ        LI JIRREGOLA FONDI SPEĊJALI
dokument ta’ l-iskema;
(i) iżomm records preċiżi dwar il-kontributuri u l-
benefiċjari ta’ l-iskema;
(j) iħares il-ħtiġiet kollha statutorji u ħtiġiet oħra ta’ l-
iskema, magħduda dawk li jolqtu l-kxif ta’
informazzjoni, transazzjonijiet finanzjarji ammissibbli
u t-tħejja ta’ kull verifka finanzjarja;
(k) iħares kull ħtiġiet ta’ l-Atti dwar it-Taxxa fuq l-Income
biex ikun jista’ jikkwalifika għal eżenzjoni mit-taxxa
jew approvazzjoni tat-taxxa;
(l) jiżgura li l-istruzzjonijiet u d-deċiżjonijiet kollha li
għandhom x’jaqsmu ma’ l-iskema jkunu konformi
mal-liġi u mad-dokument ta’ l-iskema; u
(m) jagħmel l-arranġamenti kollha meħtieġa għas-servizzi
ta’ konteġġi, ta’ attwarju jew servizzi oħra.
(2) Amminsitratur ta’ skema għal min jirtira għandu jaġixxi fl-
aħjar interessi ta’ l-iskema u ma jistax juża l-assi ta’ l-iskema
għalih stess jew għal għanijiet oħra.
(3) Ikun id-dmir ta’ amministratur ta’ skema għal min jirtira li
b’xi mod ikollu, sew direttament jew indirettament, intesss f’xi
operazzjoni jew operazzjoni proposta li tolqot l-iskema, li
immedjatament jiddikjara x-xorta ta’ l-interess tiegħu lill-
kontributuri ta’ l-iskema, jew lir-rappreżentant maħtur tagħhom.
Rimunerazzjoni ta’ 
amministratur ta’ 
fond għal min 
jirtira jew ta’ 
amministratur ta’ 
skema għal min 
jirtira.
20. (1) Ir-rimunerazzjoni li għandha titħallas lil amministratur
ta’ fond għal min jirtira jew ta’ amministratur ta’ skema għal min
jirtira għandha tiġi stabbilita b’kuntratt bil-miktub bejn dik il-
persuna u l-fond jew l-iskema għal min jirtira, kif applikabbli, u
tkun approvata mill-bord tad-diretturi tal-fond għal min jirtira jew
b’maġġoranza skond il-valur tal-kontribuzzjonijiet fid-data
rilevanti fl-iskema, tal-kontributur ta’ l-iskema, skond il-każ, u
għandha tingħata fir-rapport annwali tal-fond għal min jirtira jew
ta’ l-iskema.
(2) Għall-fini ta’ dan l-artikolu "rimunerazzjoni" tinkludi
somom li jitħallsu dwar spejjeż.
(3) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu għandhom japplikaw
dwar benefiċċji f’korrispettiv kif ukoll ħlasijiet bi flus, u dwar kull
benefiċċju b’korrispettiv, riferenzi għall-ammont tiegħu għandhom
jittieħdu bħala riferenzi għall-valur tiegħu stmat bi flus. Ix-xorta ta’
kull benefiċċju bħal dak għandha wkoll tingħata.
Tneħħija ta’ l-
amministratur ta’ 
fond għal min 
jirtira jew ta’ l-
amministratur ta’ 
skema għal min 
jirtira.
21. (1) Bla ħsara għal kull ħtiġiet li jistgħu jiġu preskritti, il-
bord tad-diretturi ta’ fond għal min jirtira jista’ jibdel lill-
amministratur tal-fond għal min jirtira b’amministratur tal-fond
għal min jirtira ġdid.
(2) Bla ħsara għal kull ħtiġiet li jistgħu jiġu preskritti,
maġġoranza skond il-valur tal-kontribuzzjonijiet fid-data fl-iskema
tal-kontributur ta’ l-iskema tista’ f’kull żmien tibdel lill-
amministratur ta’ l-iskema għal min jirtira b’amministratur ta’ l-
iskema għal min jirtira ġdid skond id-dokument ta’ l-iskema
rilevanti.
LI JIRREGOLA FONDI SPEĊJALIġ K AP. 450.    17
(3) Ikun id-dmir ta’ l-amministratur li jinbidel li jikkopera bis-
sħiħ ma’ l-amministratur tal-fond għal min jirtira jew ma’ l-
amministratur ta’ l-iskema għal min jirtira l-ġdid, sabiex ikun
żgurat trasferiment ta’ dmirijiet b’mod xieraq, ordnat u komplet, u
li jieħu l-miżuri kollha raġonevoli u prattiċi biex jinżammu u jkunu
mħarsa l-interessi tal-fond għal min jirtira u l-benefiċjarji.
Responsabbiltà  ta’ 
l-amministratur ta’ 
fond għal min 
jirtira jew ta’ l-
amministratur ta’ 
skema għal min 
jirtira.
22.  Fil-qadi tad-dmirijiet tagħhom, u bla ħsara ta’
responsabbiltà  għal danni taħt xi liġi oħra, l-amministratur tal-fond
għal min jirtira u l-amministratur ta’ skema għal min jirtira jkunu
responsabbli għal kull telf jew danni li jirriżultaw minħabba xi
frodi, nuqqas bir-rieda jew negliġenza min-naħa tagħhom.
Regolamentazzjoni 
ta’ l-amministratur 
ta’ fond għal min 
jirtira jew ta’ l-
amministratur ta’ 
skema għal min 
jirtira.
23. (1) L-Awtorità  jkollha s-setgħa li tivverifika u tinvestiga
amministratur ta’ fond għal min jirtira jew lill-amministratur ta’
skema għal min jirtira jew lil kull parti oħra li tipprovdi servizzi lil-
fond għal min jirtira.
(2) L-Awtorità  tista’ f’kull żmien tħassar jew tissospendi r-
reġistrazzjoni ta’ l-amministratur ta’ fond għal min jirtira jew ta’ l-
amministratur ta’ skema għal min jirtira jekk - 
(a) l-Awtorità  tikkunsidra li dik il-persuna ma tkunx iktar
xierqa u idoneja li taqdi l-funzjoni meħtieġa minnha
dwar il-fond jew l-iskema għal min jirtira; jew
(b) ikun ingħata tagħrif lill-Awtorità  mill-amministratur
jew f’ismu li jkun falz, mhux preċiż jew jiżgwida.
(3)  L-Awtorità  għandha, fl-eżerċizzju tas-setgħat tagħha taħt
is-subartikolu (2), tikkunsidra l-ħwejjeġ kollha rilevanti u taġixxi
fl-aħjar interess tal-benefiċjarji.
Reġistrazzjoni ta’ 
managers ta’ assi.
24. (1)  Ebda persuna ma tista’ tipprovdi jew tippreżenta lilha
nnifisha li tipprovdi servizzi ta’ maniġġar ta’ investimenti
diskrezzjonarji jew mhux diskrezzjonarji li jikkostitwixxu servizzi
ta’ investiment lil xi fond jew skema għal min jirtira, kemm-il
darba dik il-persuna ma tkunx reġistrata bħala manager ta’ l-assi
skond dan l-Att.
(2) Persuna ma tkunx reġistrata bħala manager ta’ l-assi taħt
id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att kemm-il darba ma tkunx
kumpannija -
Kap. 370.
(a) li topera f’Malta u jkollha fil-pussess tagħha l-liċenza
xierqa taħt l-Att dwar is-Servizzi ta’ Investiment jew
kif jista’ jiġi preskritt; jew
(b) fil-kaz ta’ kumpanija li topera barra minn Malta, tkun
stabbilita f’pajjiż fejn fil-fehma ta’ l-Awtorità  l-
kumpannija tkun suġġetta għal livell adegwat ta’
superviżjoni regolatorja.
(3) L-applikazzjoni għal reġistrazzjoni bħala manager ta’ l-
assi għandha ssir fil-forma u bil-mod meħtieġ mill-Awtorità  u
għandha -
(a) tispeċifika l-isem u l-indirizz u n-numru tat-telefon u l-
indirizz ta’ e mail, jekk il-każ tal-manager ta’ l-assi;
(b) ikollha magħha dawk id-drittijiet li jistgħu jiġu
  18      KAP. 450. ħ        LI JIRREGOLA FONDI SPEĊJALI
preskritti;
(ċ) ikun fiha jew ikollha magħha dak it-tagħrif l-ieħor jew
dawk il-partikolaritajiet l-oħra li l-Awtorità  tista’
teħtieġ jew kif jista’ jiġi preskritt; u
(d) tispeċifika x-xorta tan-negozju ta’ l-applikant u l-
esperjenza rilevanti tiegħu.
Kap. 370.
(4) L-Awtorità  tista’ tipprovdi għar-reġistrazzjoni awtomatika
ta’ managers ta’ l-assi jekk diġà  jkollhom fil-pussess tagħhom
liċenza għal servizzi ta’ investiment valida taħt l-Att dwar is-
Servizzi ta’ Investiment jew diġa’ jkunu reġistrati taħt dik il-liġi l-
oħra kif l-Awtorità  tista’ tispeċifika.
(5) Manager ta’ l-assi jista’ jiġi reġistrat mill-Awtorità  suġġett
għal dawk il-kondizzjonijiet li l-Awtorità  jidhrilha xierqa, u wara r-
reġistrazzjoni l-Awtorità  tista’, minn żmien għal żmien, tvarja jew
tirrevoka kull kondizzjoni hekk imposta jew timponi
kondizzjonijiet ġodda.
(6) Meta manager ta’ l-assi jikser jew jonqos li jħares xi
waħda mill-kondizzjonijiet imposti taħt dan l-artikolu, l-Awtorità
tista’ mingħajr rikors għal smigħ quddiem qorti, timponi penali
amministrattiva li ma tistax teċċedi erbgħin elf lira.
Rimunerazzjoni ta’ 
manager ta’ l-assi.
25. (1) Ir-rimunerzzjoni li għandha titħallas lil manager ta’ l-
assi ta’ fond għal min jirtira għandha tiġi stabbilita b’kuntratt bil-
miktub bejn il-fond għal min jirtira u l-manager ta’ l-assi, tkun
approvata mill-bord tad-diretturi, u għandha tingħata fir-rapport
annwali tal-fond għal min jirtira.
(2) Ir-rimunerazzjoni li għandha titħallas lil Manager ta’ l-assi
ta’ skema għandha tiġi stabbilità  b’kuntratt bil-miktub bejn l-
amministratur ta’ l-iskema għal min jirtira f’isem l-iskema u l-
manager ta’ l-assi, u għandha tingħata fir-rapport annwali ta’ l-
iskema.
(3) Għall-fini ta’ dan l-artikolu "rimunerazzjoni" tinkludi
somom li jitħallsu dwar spejjeż.
(4) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu għandhom japplikaw
dwar benefiċċji b’korrispettiv, kif ukoll ħlasijiet bi flus, u dwar kull
benefiċċju b’korrispettiv, riferenzi għall-ammont tiegħu għandhom
jittieħdu bħala riferenza għall-valur tiegħu stmat bi flus. Ix-xorta
ta’ kull benefiċċju bħal dak għandha wkoll tingħata.
Tneħħija ta’ 
manager ta’ l-assi.
26. (1) Bla ħsara għal kull ħtiġiet li jistgħu jiġu preskritti, u
għal kull kondizzjonijiet u disposizzjonijiet tad-dokument ta’ l-
iskema, il-bord tad-diretturi ta’ fond għal min jirtira jew
b’maġġoranza skond il-valur tal-kontribuzzjonijiet fid-data fl-
iskema tal-kontributuri ta’ l-iskema għal min jirtira jista’ jibdel lill-
manager ta’ l-assi b’manager ta’ l-assi ġdid f’kull żmien.
(2) Ikun id-dmir tal-manager ta’ l-assi li jinbidel li jikkopera
bis-sħiħ mal-manager ta’ l-assi l-ġdid, jew jekk ma jkunx maħtur
manager ta’ l-assi ieħor, ma’ l-amministratur, sabiex ikun żgurat
trasferiment tad-dmirijiet b’mod xieraq, ordnat u komplet, u li jieħu
l-miżuri kollha raġonevoli u prattiċi biex jinżammu u jkunu mħarsa
l-interessi tal-fond jew l-iskema għal min jirtira, tal-kontributuri u
LI JIRREGOLA FONDI SPEĊJALIġ K AP. 450.    19
tal-benefiċjarji.
Dmirijiet ta’ 
manager ta’ l-assi.
27. (1)  Manager ta’ l-assi jkun responsabbli għas-servizzi ta’
investiment kollha li jkun ftiehem li jipprovdi lill-fond jew l-
iskema għal min jirtira li tkun ħatritu.
(2) Manager ta’ l-assi għandu jaġixxi fl-aħjar interessi tal-fond
jew l-iskema għal min jirtira li taħtru u ma jistax juża l-assi tal-
fond għal min jirtira jew ta’ l-iskema, skond il-każ, għalih stess jew
għal għanijiet oħra.
(3) Ikun id-dmir tal-manager ta’ l-assi li b’xi mod ikollu, sew
direttament jew indirettament, interess f’xi operazzjoni jew
operazzjoni proposta li tolqot il-fond għal min jirtira jew ta’ l-
iskema, skond il-każ, li immedjatament jiddikjara x-xorta ta’ l-
interess tiegħu lill-bord tad-diretturi tal-fond għal min jirtira jew
lill-kontributuri ta’ l-iskema.
Responsabbiltà  ta’ 
manager ta’ l-assi.
28. Fil-qadi tad-dmirijiet tiegħu, u bla ħsara ta’ responsabbiltà
għal danni taħt xi liġi oħra, il-manager ta’ l-assi jkun responsabbli
għal kull telf jew danni li jirriżultaw minħabba xi frodi, nuqqas bir-
rieda jew negliġenza min-naħa tal-manager ta’ l-assi.
Awdituri u attwarji.
min jirtira jkollu d-dmir li jirrapporta minnufih lill-Awtorità  kull
fatt jew deċiżjoni li jsir jaf bih fil-kariga tiegħu ta’ awditur jew
attwarju ta’ dak il-fond jew ta’ l- skema għal min jirtira li -
(a) jista’ jwassal għal kwalifika serja ta’, jew rifjut li
joħroġ, ir-rapport ta’ l-awditur jew ta’ l-attwarju ta’
dak il-fond jew ta’ dik l-iskema għal min jirtira; jew
(b) jikkostitwixxi jew x’aktarx jikkostitwixxi ksur
materjali tal-ħtiġiet legali jew regolatorji applikabbli
għal fond għal min jirtira jew għal skema f’dan l-Att
jew taħtu; jew
(ċ) ifixkel b’mod serju l-abbiltà  tal-fond għal min jirtira
jew ta’ l-iskema li tonora l-obbligi li jkollha kurrenti u
futuri; jew
(d) jirreferi dwar kull ħaġa kif jista’ jiġi preskritt.
(2) Awditur jew attwarju ta’ skema jew ta’ fond għal min
jirtira għandu jirrapporta lill-Awtorità  kull fatt jew deċiżjoni kif
speċifikat fis-subartikolu (1) ta’ kull persuna li jkollha rabtiet mill-
qrib ma’ dik l-iskema jew il-fond għal min jirtira kif imfisser fl-
artikoli 7 u 8, jew li jsir jaf bih fil-kapaċità  tiegħu ta’ awditur jew
attwarju ta’ skema jew ta’ fond għal min jirtira jew tal-persuna li
jkollha dawk ir-rabtiet mill-qrib.
(3) Il-ħwejjeġ li jistgħu jiġu preskritti għall-fini tas-
subartikolu (1)(d) jistgħu jinkludi ħwejjeġ li għandhom x’jaqsmu
ma’ persuni jew entitajiet barra minn fond jew skema għal min
jirtira, magħduda iżda mhux limitati għall-amministratur ta’ fond
jew skema għal min jirtira, jew għall-manager ta’ l-assi.
(4) Kull skema għal min jirtira b’benefiċċju definit, li tkun
skema dwar xogħol, barra minn waħda li taqa’ taħt klassi jew
deskrizzjoni kif jista’ jkun preskritt, għandha taħtar awditur u
attwarju.
  20      KAP. 450. ħ        LI JIRREGOLA FONDI SPEĊJALI
Kap. 386. (5) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar il-
Kumpanniji l-Awtorità  tista’ b’direttiva -
(a) tippreskrivi l-klassi ta’ persuni li jistgħu jaġixxu bħala
awdituri jew attwarji ta’ fond jew skema għal min
jirtira; jew
(b) tipprovdi li l-persuni li jistgħu hekk jaġixxu għandhom
ikunu -
(i) persuni li jkollhom dawk il-kwalifiki jew
esperjenza kif jista’ jiġi preskritt; jew
(ii) dik il-klassi jew dawk il-klassijiet l-oħra ta’
persuni li jkunu approvati mill-Awtorità .
Kap. 386. (6) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar il-
Kumpanniji, l-Awtorità  tista’ b’direttivi tipprovdi dwar -
(a) il-ħatra, ir-riżenja u t-tneħħija ta’ awdituri u attwarji
ta’ fond jew ta’ skema għal min jirtira;
(b) id-dmir ta’ amministratur ta’ fond jew ta’ skema għal
min jirtira li jagħti tagħrif lil, u li jqiegħed dokumenti
għad-dispozizzjoni ta’, l-awdituri jew l-attwarji ta’
fond jew ta’ skema għal min jirtira.
Dmir li jirrapporta. 30. (1) Jekk direttur ta’ fond għal min jirtira, amministratur
ta’ fond għal min jirtira jew amministratur ta’ skema għal min
jirtira, jew il-manager ta’ l-assi, awditur jew attwarju ta’ xi skema
jew fond għal min jirtira jaf, jemmen jew b’xi mod jissuspetta li -
(a) xi dmir rilevanti għall-amministrazzjoni ta’ l-iskema
jew ta’ fond għal min jirtira mpost b’xi liġi fuq xi
persuna li tkun qed taġixxi relattivament ma’ l-iskema
jew mal-fond għal min jirtira ma jkunx twettaq jew ma
jkunx qiegħed jitwettaq, u
(b) in-nuqqas ta’ dak it-twettiq x’aktarx ikun ta’ sinifikat
materjali għall-qadi ta’ l-Awtorità  ta’ xi wieħed mill-
funzjonijiet tagħha,
dan għandu minnufih jagħmel rapport bil-miktub dwar dan lill-
Awtorità .
(2) Direttur ta’ fond għal min jirtira, amministratur ta’ fond
għal min jirtira jew amministratur ta’ skema għal min jirtira, jew il-
manager ta’ l-assi, l-awditur jew l-attwarju ta’ skema għal min
jirtira jew fond għal min jirtira ma għandux jitqies li ma wettaqx
dmirijietu sempliċiment għax ikun ta xi tagħrif jew opinjoni f’xi
rapport bil-miktub magħmul taħt dan l-artikolu jew taħt l-artikolu
52.
Kap. 9.
Kap. 12.
Kap. 377.
(3) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 642(1) tal-
Kodici Kriminali u ta’ l-artikolu 588(1) tal-Kodiċi ta’
Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili, ebda dmir, inkluż id-dmir taħt
l-Att dwar Segretezza Professjonali, li għalih tkun suġġetta persuna
ma jitqiesx li ma jkunx twettaq sempliċement minħabba xi tagħrif
jew opinjoni f’xi rapport magħmul minn dik il-persuna taħt dan l-
artikolu jew taħt l-artikolu 52.
(4) Kull persuna li tonqos li tħares is-subartikolu (1) tkun ħatja
LI JIRREGOLA FONDI SPEĊJALIġ K AP. 450.    21
ta’ reat.
(5) Jekk ikun jidher lill-Awtorità  li direttur ta’ fond għal min
jirtira, amministratur ta’ fond għal min jirtira jew amministratur ta’
skema għal min jirtira, jew il-manager ta’ l-assi, l-awdituri jew l-
attwarji ta’ skema jew ta’ fond għal min jirtira jkun naqas li jħares
is-subartikolu (1), l-Awtorità  tista’ b’avviż bil-miktub, flimkien
mar-raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha, tiskwalifikah milli jkun id-
direttur, amministratur tal-fond għal min jirtira jew amministratur
ta’ l-iskema għal min jirtira, jew il-manager ta’ l-assi, l-awditur
jew l-attwarju ta’ l-iskema jew tal-fond għal min jirtira speċifikat
fl-avviż.
(6) Avviż taħt is-subartikolu (5) jista’ jispeċifika l-iskema jew
il-fond għal min jirtira li għalih jirreferi n-nuqqas, skemi jew fondi
għal min jirtira li jaqgħu taħt xi klassi jew deskrizzjoni ta’ skemi
jew fondi għal min jirtira, jew l-iskemi jew fondi għal min jirtira
kollha.
(7) L-Awtorità  tista’, fuq l-applikazzjoni ta’ xi persuna
skwalifikata taħt dan l-artikolu, li tissodisfa lill-Awtorità  li tkun se
tħares dawk is-subartikoli, b’avviż bil-miktub tirrevoka l-
iskwalifika; dik ir-revoka ma tkunx retrospettiva.
(8) Direttur ta’ fond għal min jirtira, amminstratur ta’ fond
għal min jirtira, jew manager ta’ l-assi, awditur jew attwarju ta’
skema jew ta’ fond għal min jirtira li jkun skwalifikat taħt dan l-
artikolu, filwaqt li jkun hekk skwalifikat, għandu jieqaf milli
jkompli bħala direttur ta’ fond għal min jirtira, amministratur ta’
fond għal min jirtira jew ammintratur ta’ skema għal min jirtira,
jew il-manager ta’ l-assi, l-awditur jew l-attwarju ta’ l-iskema jew
tal-fond għal min jirtira speċifikat fl-avviż ta’ l-iskwalifika.
(9) Persuna li, fil-waqt li tkun skwalifikata taħt dan l-artikolu,
turi li qed taġixxi bħala direttur ta’ fond għal min jirtira,
amministratur ta’ fond għal min jirtira jew amministratur ta’ skema
għal min jirtira, jew bħala manager ta’ l-assi, l-awditur jew l-
attwarju ta’ skema jew fond għal min jirtira speċifikat fl-avviż ta’ l-
iskwalifika tkun ħatja ta’ reat.
Ħtieġa għal fondi 
tekniċi.
31. (1) Kull skema għal min jirtira b’benefiċċju definit li tkun
skema dwar xogħol, barra minn waħda li taqa’ taħt klassi jew
deskrizzjoni kif jista’ jiġi preskritt, tkun suġġetta għal ħtieġa (f’dan
l-Att imsejħa "ħtieġa għal fondi tekniċi") li l-valur ta’ l-assi ta’ l-
iskema ma jkunux -
(a) inqas minn dak l-ammont; lanqas
(b) ogħla minn dak l-ammont,
kif jista’ jiġi preskritt.
(2) L-amministratur ta’ skema għal min jirtira għandu jikseb
f’dak il-perjodu li jista’ jiġi preskritt valutazzjoni attwarja
mingħand l-attwarju ta’ l-iskema u wara, jikseb dik il-valutazzjoni
f’dawk l-intervalli kif jista’ jiġi preskritt.
(3) L-amministratur ta’ skema għal min jirtira għandu f’dawk
l-okkażjonijiet jew dati li jistgħu jkunu preskritti jew fi żmien
dawk il-perijodi jew intervalli li jistgħu jkunu preskritti jikseb
  22      KAP. 450. ħ        LI JIRREGOLA FONDI SPEĊJALI
ċertifikat imħejji mill-attwarju ta’ l-iskema -
(i) li jgħid jekk fil-fehma tiegħu il-
kontribuzzjonijiet li jkunu jitħallsu fl-iskema
jkunux adegwati jew le sabiex ikun żgurat li l-
ħtieġa għal fondi tekniċi tkompli tkun sodisfatta
matul il-perijodu preskritt jew, jekk jidhrilu li
dak inhar ma tkunx sodisfatta, jekk fil-fehma
tiegħu ma tkunx se tiġi sodisfatta jew le sat-
tmiem ta’ dak il-perijodu, u
(ii) li jindika kull tibdil rilevanti li jkun sar minn
meta tkun tħejjiet l-aħħar valutazzjoni attwarja.
(4) L-amministratur ta’ l-iskema għal min jirtira għandu jikseb
valutazzjoni fiż-żmien imsemmi fis-subartikolu (2) fil-każ li:
(i) l-attwarju jiddikjara fiċ-ċertifikat imsemmi fis-
subartikolu (3) li fil-fehma tiegħu il-
kontribuzzjonjiet li jkunu jitħallsu fl-iskema
għal min jirtira ma jkunux adegwati sabiex ikun
żgurat li l-ħtieġa għal fondi tekniċi tkompli tkun
sodisfatta matul il-perijodu preskritt jew, jekk
jidhrilhu li dak inhar ma tkunx sodisfatta, jekk
fil-fehma tiegħu tkunx se tiġi sodisfatta sat-
tmiem ta’ dak il-perijodu; jew
(ii) f’dawk iċ-ċirkostanzi li jistgħu jiġu preskritti.
(5) Minkejja d-disposizzjonijiet tas-subartikolu (4) l-
amministratur ta’ l-iskema għal min jirtira ma jkunx meħtieġ li
jitlob valutazzjoni attwarja jekk -
(a) fil-fehma ta’ l-attwarju ta’ l-iskema, il-valur ta’ l-assi
ta’ l-iskema ma jkunx inqas mill-ammont preskritt
għall-fini tas-subartikolu (1)(a); u 
(b) mid-data li fiha l-attwarju jkun iffirma ċ-ċertifikat
imsemmi f’dak is-subartikolu, l-iskeda tal-ħlas ta’ l-
iskema tkun ġiet riveduta skond l-artikolu 33(3).
(6) Jekk l-amministratur ta’ skema għal min jirtira jikseb
valutazzjoni taħt is-subartikolu (4), dan għandu jagħmel hekk -
(a) fil-kaz ta’ valutazzjoni meħtieġa bis-sub-paragrafu (i)
tiegħu, fiż-żmien sitt xhur kalkolati mid-data taċ-
ċertifikat ta’ l-attwarju, u
(b) f’kull każ ieħor, f’dak iż-żmien li jista’ jiġi preskritt. 
(7) Valutazzjoni jew ċertifikat għandu jitħejja b’dak il-mod,
jagħti dak it-tagħrif u jkun fih dawk id-dikjarazzjonijiet kif jista’
jiġi preskritt.
Skeda ta’ ħlasijiet 
ta’ skemi dwar 
xogħol.
32. L-amministratur ta’ skema għal min jirtira ta’ kull skema
dwar xogħol, barra minn waħda li taqa’ taħt dik il-klassi jew
deskrizzjoni kif jista’ jiġi preskritt għandu jħejji, jżomm u minn
żmien għal żmien jirrevedi skeda (hawnhekk iżjed ’il quddiem u fl-
artikolu 31 imsejħa skeda ta’ ħlasijiet) li turi -
(a) ir-rati ta’ kontribuzzjonijiet li għandhom jitħallsu fl-
iskema minn jew f’isem il-prinċipal u, meta
LI JIRREGOLA FONDI SPEĊJALIġ K AP. 450.    23
applikabbli, minn xi kontributuri oħra ta’ l-iskema;
(b) id-dati li fihom jew qabilhom għandhom jitħallsu; u
(ċ) kull ħaġa oħra kif jista’ jiġi preskritt.
Skedi ta’ ħlasijiet 
għal skemi għal 
min jirtira 
b’benefiċċju 
definit dwar 
xogħol.
33. (1) Dan l-artikolu japplika għal kull skema għal min jirtira
b’benefiċċju definit, li tkun skema dwar xogħol, barra minn waħda
li taqa’ taħt dik il-klassi jew deskrizzjoni kif jista’ jiġi preskritt.
(2) L-iskeda ta’ ħlasijiet għandha titħejja qabel it-tmiem ta’
dak il-perijodu hekk kif jista’ jiġi preskritt li jkun kalkolat mid-data
ta’ l-ewwel valutazzjoni attwarja ta’ l-iskema, u wara tkun riveduta
qabel it-tmiem ta’ dak il-perijodu li jista’ jiġi preskritt kalkolat
mid-data tal-firma ta’ kull valutazzjoni attwarja sussegwenti.
(3) Meta minn żmien għal żmien, dawk ir-reviżjonijiet ikunu
maqbula bejn l-amministratur tal-fond għal min jirtira u l-prinċipal,
u meta applikabbli, kull kontributur ieħor għall-iskema, u kull
reviżjoni bħal dik fir-rati tal-kontribuzzjonijiet tkun ċertifikata
mill-attwarju ta’ l-iskema li tissodisfa l-ħtiġiet ta’ dan Att, jew kif
jista’ jigi preskritt jew fiċ-ċirkostanzi msemmija fis-subartikolu
(4)(b), l-iskeda tal-ħlasijiet tista’ tiġi riveduta.
(4) Il-ħwejjeġ li jkunu jinsabu fl-iskeda tal-ħlasijiet kif
riveduta għandhom ikunu:
(a) ħwejjeġ li jkunu ġew maqbula qabel bejn l-
amministratur ta’ l-iskema għal min jirtira u l-
prinċipal, u meta applikabbli, kull kontributur ieħor
għall-iskema; jew
(b) meta ma jkun intlaħaq ebda qbil bħal dak:
(i) ir-rati ta’ kontribuzzjonijiet stabbiliti mill-
amministratur tal-fond għal min jirtira u l-
attwarju ta’ l-iskema u ċertifikati mill-attwarju
ta’ l-iskema, li jkunu dawk ir-rati li fil-fehma
tagħhom ikunu adegwati sabiex ikun żgurat li l-
ħtieġa ta’ fondi tekniċi tkompli tkun sodisfatta
matul il-perijodu preskritt jew jekk jidhrilhom li
dak inhar ma tkunx sodisfatta, dawk li jkunu
adegwati biex tkun sodisfatta sat-tmiem ta’ dak
il-perijodu, u
(ii) kull ħwejjeġ oħra stabbiliti mill-amministratur
ta’ l-iskema għal min jirtira u l-attwarju ta’ l-
iskema.
(5) Qbil għall-finijiet tas-subartikolu (4)(a) għandu jsir matul
dak il-perijodu li jista’ jiġi preskritt li jibda mal-firma tal-
valutazzjoni attwarja ta’ l-iskema li tkun l-aħħar preċedenti.
(6) L-attwarju ma għandux jiċċertifika l-Iskeda tal-ħlasijiet-
(i) li jidhirlu li l-ħtieġa ta’ fondi tekniċi tkun
sodisfatta, kemm-il darba ma jkunx tal-fehma li
r-rati jkunu adegwati sabiex ikun żgurat li l-
ħtieġa tibqa’ tkun sodisfatta matul il-perijodu
preskritt, u
(ii) f’kull każ ieħor kemm-il darba ma jkunx tal-
  24      KAP. 450. ħ        LI JIRREGOLA FONDI SPEĊJALI
fehma li r-rati huma adegwati sabiex ikun żgurat
li l-ħtieġa tkun sodisfatta sa l-aħħar ta’ dak il-
perijodu.
(7) L-Awtorità  tista’ testendi jew terġa’ testendi, il-perijodu
msemmi fis-subartikolu (2), u meta tirrifjuta li testendi jew terġa
testendi dak il-perijodu, għandha tagħti avviż bil-miktub tar-rifjut
flimkien ma’ dikjarazzjoni tar-raġunijiet għad-deċiżjonijiet tagħha.
Ħlas ta’ 
kontribuzzjonijiet.
34.  (1) Ħlief f’dawk iċ-ċirkostanzi kif jista’ jiġi preskritt, l-
amministratur ta’ skema għal min jirtira, l-amministratur ta’ skema
għal min jirtira u attwarju ta’ kull skema dwar xogħol, barra minn
waħda li taqa’ taħt xi klassi jew deskrizzjoni kif jista’ jiġi preskritt,
għandhom, meta xi ammonti li għandhom jitħallsu minn
kontributur jew kontributuri ta’ l-iskema jew f’isimihom skond l-
iskeda tal-ħlasijiet ma jkunux tħallsu fid-data jew sad-data li jkunu
dovuti, jagħtu avviż ta’ dak il-fatt lill-Awtorità  u lill-benefiċjarji
f’dak iż-żmien li jista’ jigi preskritt.
(2) (a) Meta l-amministratur ta’ skema għal min jiritra jkun
irid jieħu passi legali biex jiġbor dejn dovut minn
kontributur dwar xi kontribuzzjoni, dan jista’ jagħmel
dikjarazzjoni bil-ġurament quddiem ir-reġistratur tal-
qrati, imħallef jew maġistrat fejn għandu jiddikjara x-
xorta tad-dejn u l-isem tad-debitur u jikkonferma li d-
dejn ikun dovut.
(b) Id-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu (a) għandha
tiġi notifikata lill-kontributur bil-mezz ta’ att
ġudizzjarju u dan jkollu effett ta’ sentenza finali tal-
qorti kompetenti kemm-il darba l-kontributur, fi żmien
għoxrin jum minn meta jkun notifikat b’dik id-
dikjarazzjoni ma jopponix it-talba billi jippreżenta
rikors fejn jitlob lill-qorti biex tiddikjara li t-talba ma
tkunx fondata.
(ċ) Ir-rikors ippreżentat skond il-paragrafu (b) għandu
jkun notifikat lill-amministratur ta’ l-iskema għal min
jirtira li jkollu jedd li jippreżenta risposta fi żmien
għoxrin jum. Il-qorti tappunta r-rikors għas-smigħ fid-
data meta jagħlaq dak il-perijodu.
(d) Fil-każ ta’ nota urġenti il-qorti tista’, fuq rikors ta’
amministratur ta’ skema għal min jirtira jew tal-
kontributur tqassar kull perijodu ta’ żmien provdut
għalihom f’dan is-subartikolu bil-mezz ta’ digriet
notifikat lill-partijiet l-oħra.
(e) Kull titolu eżekuttiv li jinkiseb skond il-paragrafi ta’
qabel dan is-subartikolu fin-nuqqas ta’ oppożizzjoni
min-naħa tal-kontributur għandu jkun revokat jekk fuq
talba b’ċitazzjoni li tkun ippreżentata mill-kontributur
fi żmien għoxrin jum minn meta jkun notifikat l-ewwel
darba b’mandat eżekuttiv ibbażat fuq dak it-titolu jew
ta’ xi att ġudizzjarju ieħor fejn issir riferenza għall-
imsemmi titolu, l-qorti tkun sodisfatta li l-kontributur
ma kienx jaf bin-notifika tad-dikjarazzjoni msemmija
fil-paragrafu (a) matul iż-żmien li matulu setgħa
LI JIRREGOLA FONDI SPEĊJALIġ K AP. 450.    25
jopponi għaliha u li t-talba li jkun hemm fl-imsemmija
dikjarazzjoni ma tkunx fondata fuq il-merti.
(f) Ebda oppożizzjoni ħlief dik provduta fil-paragrafu (e)
ma għandha twaqqaf il-ħruġ jew l-eżekuzzjoni ta’ xi
att eżekuttiv miksub taħtu jew il-ħlas mid-dħul ta’ xi
mandat jew bejgħ b’irkant li jsir bis-saħħa tiegħu.
(3) Fil-każ ta’ skema dwar xogħol, barra minn waħda li taqa’
taħt dik il-klassi jew deskrizzjoni kif jista’ jiġi preskritt, kull
ammonti li għandhom jitħallsu mill-kontributur skond l-iskeda tal-
ħlas għandhom jitħallsu fid-data jew qabel id-data li fiha jkunu
dovuti. Kull kontributur li jonqos li jagħmel il-ħlas fid-data jew
sad-data li fiha jkun dovut ikun ħati ta’ reat.
(4) Meta fil-każ ta’ skema għal min jirtira b’benefiċċju definit,
li tkun skema dwar xogħol, barra minn waħda li taqa’ taħt dik il-
klassi jew deskrizzjoni kif jista’ jiġi preskritt, ikun jidher lill-
amministratur ta’ l-iskema għal min jirtira jew lill-l-attwarju ta’ l-
iskema, fit-tmiem ta’ dak il-perijodu kif jista’ jiġi preskritt, li l-
ħtieġa ta’ fondi tekniċi ma tkunx sodisfatta, dak l-amministratur ta’
l-iskema għal min jirtira jew dak l-attwarju ta’ l-iskema, skond il-
każ, għandu jagħti avviż lill-Awtorità  ta’ dak il-fatt flimkien ma’
dak it-tagħrif kif jista’ jiġi preskritt dwar in-nuqqas li tkun
sodisfatta dik il-ħtieġa.
Provvediment 
nieqes fi skema 
għal min jirtira 
b’benefiċċju dwar 
xogħol.
35. (1) Dan l-artikolu japplika għal kull skema għal min jirtira
b’benefiċċju definit li tkun skema dwar xogħol, barra minn waħda
li tkun taqa’ taħt dik il-klassi jew deskrizzjoni kif jista’ jiġi
preskritt.
(2) Meta valutazzjoni attwarja turi li, fid-data effettiva tal-
valutazzjoni, il-valur ta’ l-assi ta’ l-iskema jkun inqas mill-ammont
preskritt għall-finijiet ta’ l-artikolu 31(1)(a) (id-differenza murija
fil-valutazzjoni hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejħa "l-ammont
nieqes"), il-prinċipal għandu -
(i) billi jagħmel ħlas xieraq lill-amministratur ta’ l-
iskema għal min jirtira, jew
(ii) b’xi mod ieħor kif jista’ jiġi preskritt,
jiżgura żieda fil-valur ta’ l-assi ta’ l-iskema li, flimkien ma’ kull
kontribuzzjonijiet imħallsa, ma jkunx inqas mill-ammont nieqes.
(3) Iż-żieda meħtieġa f’dak il-valur għandha tkun żgurata -
(a) qabel it-tmiem ta’ dak il-perijodu kif jista’ jiġi preskrit
kalkolat mid-data tal-valulazzjoni, jew
(b) jekk il-valutazzjoni attwarja kienet miksuba minħabba
dikjarazzjoni f’ċertifikat kif imsemmi fl-artikolu
31(3), qabel it-tmiem tal-perijodu preskritt kalkolat
mid-data taċ-ċertifikat.
(4) Ħlief f’dawk iċ-ċirkostanzi li jistgħu jiġu preskritti, jekk il-
prinċipal imsemmi fis-subartikolu (2) jonqos li jiżgura ż-żieda fil-
valur meħtieġ qabel it-tmiem tal-perijodu applikabbli taħt is-
subartikolu (3), l-amministratur ta’ l-iskema għal min jirtira għandu
fi żmien tletin jum ikkalkolati mit-tmiem ta’ dak il-perjodu, jagħti
avviż bil-miktub ta’ dak il-fatt lill-Awtorità  u lill-benefiċjarji ta’ l-
  26      KAP. 450. ħ        LI JIRREGOLA FONDI SPEĊJALI
iskema.
(5) Ħlief f’dawk iċ-ċirkostanzi kif jista’ jiġi preskritt jekk il-
prinċipal imsemmi fis-subartikolu (2) jonqos li jiżgura ż-żieda fil-
valur meħtieġa qabel it-tmiem tal-perijodu applikabbli taħt is-
subartikolu (3), f’dan il-każ dik il-parti ta’ l-ammont nieqes li, f’xi
żmien sussegwenti, ma tkunx sodisfatta b’żieda fil-valur magħmula
taħt is-subartikolu (2) jew xort’oħra b’kontribuzzjonijiet magħmula
qabel it-tmiem ta’ dak il-perijodu, tista’ tinġabar mill-
amministratur ta’ skema għal min jirtira u d-disposizzjonijiet ta’ l-
artikolu 34(2) għandhom mutatis mutandis japplikaw dwar kull
dejn bħal dak.
(6) L-Awtorità  tista’ testendi, jew terġa testendi, il-perijodu
msemmi fis-subartikolu (3), u meta tirrifjuta li testendi, jew terġa’
testendi dak il-perijodu, għandha tagħti avviż bil-miktub tar-rifjut
flimkien ma’ dikjarazzjoni tar-raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha. 
Provvediment iżjed 
fi skema għal min 
jirtira b’benefiċċju 
dwar xogħol.
36. (1) Dan l-artikolu japplika għal kull skema għal min jirtira
b’benefiċċju definit, li tkun skema dwar xogħol, barra minn waħda
li tkun taqa’ taħt dik il-klassi jew deskrizzjoni kif jista’ jiġi
prekritt.
(2)  Meta valutazzjoni attwarja turi li, fid-data effettiva tal-
valutazzjoni, il-valur ta’ l-assi ta’ l-iskema jkun iżjed mill-ammont
preskritt għall-finijiet ta’ l-artikolu 31(1)(b) (id-differenza murija
fil-valutazzjoni hawnwhekk iżjed ’il quddiem imsejħa "l-eċċess"),
l-Awtorità  tista’ toħroġ direttiva lill-prinċipal u lill-amministratur
ta’ l-iskema għal min jirtira, biex jieħu dawk il-passi b’dak il-
metodu li jiġi approvat mill-Awtorità  biex jiżguraw it-tnaqqis
xieraq fil-valur ta’ l-assi ta’ l-iskema.
(3) It-tnaqqis meħtieġ f’dak il-valur għandu jiġi żgurat qabel
it-tmiem ta’ dak il-perijodu kif jista’ jiġi speċifikat fid-direttiva.
(4) Jekk il-prinċipal u l-amministratur ta’ l-iskema għal min
jirtira jonqsu li jiżguraw it-tnaqqis meħtieġ fil-valur qabel it-tmiem
tal-perijodu applikabbli taħt is-subartikolu (3), l-amministratur ta’
l-iskema għal min jirtira għandu fi żmien tletin jum kalkolati mit-
tmiem ta’ dak il-perijodu jagħti avviż bil-miktub ta’ dak il-fatt lill-
Awtorità  u lill-benefiċjarji ta’ l-iskema.
(5) L-Awtorità  tista’ testendi, jew terġa’ testendi l-perijodu
msemmi fis-subartikolu (3), u meta tirrifjuta li testendi jew terġa’
testendi l-perijodu għandha tagħti avviż bil-miktub tar-rifjut
flimkien ma’ dikjarazzjoni tar-raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha.
Skema tista’ 
tinvesti f’fond għal 
min jirtira.
37. Skema tista’ tinvesti biss f’fond jew f’fondi għal min
jirtira li jissodisfaw il-ħtiġiet ta’ dan l-Att.
Investimenti 
permessi ta’ fond 
għal min jirtira u 
setgħat għal self.
38. (1) Fond għal min jirtira għandu jissodisfa dawk il-ħtiġiet
li jistgħu jiġu preskritti dwar l-investiment, l-amministrazzjoni u l-
valutazzjoni ta’ l-assi tiegħu u l-limitu safejn fond għal min jirtira
jista’ jissellef flus.
(2) Fond għal min jirtira għandu jħares direttivi magħmula
mill-Awtorità  sabiex jiżgura li -
(a) ebda parti, jew mhux iktar minn proporzjon
LI JIRREGOLA FONDI SPEĊJALIġ K AP. 450.    27
speċifikata, tar-riżorsi ta’ l-iskema, ma għandha tiġi
nvestita fi strument jew fi proprjetà  immobbli ta’ dik
il-klassi jew deskrizzjoni kif jista’ jiġi speċifikat fid-
direttiva;
(b) li l-istrumenti jew proprjetà  immobbli ta’ xi klassi jew
deskrizzjoni speċifikata kollha jew proporzjon
speċifikata minnhom, li jifformaw parti mir-riżorsi ta’
l-iskema għandhom jinfdew qabel it-tmiem ta’ dak il-
perijodu li jista’ jiġi speċifikat fid-direttiva; 
(ċ) l-allokazzjoni ta’ l-assi ta’ l-iskema bejn varji
investimenti jkunu diversifikati b’dak il-mod kif jista’
jiġi preskritt; u
(d) il-fond għal min jirtira għandu jikseb f’kull sena
fiskali għall-anqas disgħin fil-mija tad-dħul gross
minn dividendi, kera jew ħlasijiet ta’ mgħax dwar l-
istrumenti jew il-proprjetà  immobbli, jew minn qligħ
mill-bejgħ jew disponiment ta’ dawk l-istrumenti jew
proprjetà  immobbli, jew minn dħul ieħor miksub dwar
in-negozju tiegħu ta’ nvestiment f’dawk l-istrumenti
jew proprjetà  immobbli.
(3) Bla ħsara għall-ġeneralità  tas-subartikolu (1), fond għal
min jirtira għandu jħares dawk ir-restrizzjonijiet li jistgħu jiġu
mposti taħt dan l-Att, dwar il-proporzjon tar-riżorsi tiegħu li f’xi
żmien tista’ tiġi nvestita fi, jew f’kull deskrizzjoni ta’, investimenti
relatati mal-kontributur, kif imfisser fis-subartikolu (4).
(4) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu -
(a) "investimenti relatati mal-kontributur" tfisser -
(i) bla ħsara għal xi eżenzjoni taħt l-artikolu 50(1),
kull strument maħruġ mill-kontributur jew
affiljat tal-kontributur;
(ii) proprjetà  immobbli li tkun okkupata jew użata
minn, jew miżmuma taħt xi titolu jkun li jkun
minn, il-kontributur jew affiljat tal-kontributur;
(iii) self lill-kontributur jew lil affiljat tal-
kontributur;
(b) kull somom dovuti u li għandhom jitħallsu minn
persuna lill-fond għal min jirtira u li jibqgħu mhux
imħallsa għandhom, sal-limitu li jkunu hekk mhux
imħallsa, jitqiesu għall-finijiet ta’ dan l-artikolu bħala
self mogħti lil dik il-persuna mill-fond għal min jirtira.
Ħlas ta’ spejjeż tal-
fond għal min 
jirtira u spejjeż ta’ 
l-iskema.
39.  Fondi u skemi għal min jirtira għandhom jissodisfaw dawk
il-ħtiġiet kollha kif jista’ jiġi preskritt dwar l-użu tal-flus u l-assi l-
oħra ta’ l-iskema -
(a) biex jitħallsu spejjeż amministrattivi;
(b) biex titħallas xi kummissjoni; jew
(ċ) b’kull mod ieħor li ma tirriżultax fl-għoti ta’ benefiċċji
għal min jirtira lil jew dwar benefiċjarji.
  28      KAP. 450. ħ        LI JIRREGOLA FONDI SPEĊJALI
Distribuzzjonijiet 
minn skema għal 
min jirtira 
b’benefiċċju 
definit.
40. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet li ġejjin, u ta’ kull
regolamenti jew direttivi magħmula għall-fini ta’ dan l-artikolu,
skema għal min jirtira b’benefiċċju definit għandha tiddistribwixxi
lill-benefiċjarji dawk l-ammonti u f’dawk iż-żmienijiet speċifikati
fid-dokument ta’ l-iskema applikabbli.
(2) Sal-limitu li jkun konsistenti ma’ l-iskema applikabbli,
skema għal min jirtira b’benefiċċju definit tista’ wkoll tissodisfa l-
obbligi tagħha lil benefiċjarju ta’ dik l-iskema jekk -
Kap. 403.
(a) toħroġ kuntratt ta’ vitalizju jew polza ta’
assigurazzjoni jew numru ta’ dawk il-kuntratti jew
poloz, ma’ kumpannija ta’ l-assigurazzjoni li tkun
tmexxi kummerċ ta’ l-assigurazzjoni fit-tul u hekk
awtorizzata skond l-Att dwar il-Kummerċ ta’ l-
Assigurazzjoni (jew, fil-kaz ta’ benefiċjarju residenti
barra minn Malta, ma’ kumpanija bona fide li tmexxi
kummerċ ta’ assigurazzjoni fit-tul barra minn Malta);
u
(b) tittrasferixxi l-benefiċċju ta’ dik il-polza jew dawk il-
poloz jew dak il-kuntratt jew dawk il-kuntratti lil dak
il-benefiċjarju:
Iżda polza ta’ assigurazzjoni jew kuntratt ta’ vitalizju jkun
biss xieraq għall-finijiet ta’ dan l-artikolu jekk -
(a) ma jistax jiġi assenjat jew mifdi bil-kondizzjonijiet li
jissodisfaw dawk il-ħtiġiet li jistgħu jiġu preskritti;
(b) l-ammont assigurat bil-polza ma jistax ikun kommutat
ħlief bil-kondizzjonijiet li jissodisfaw il-ħtiġiet ta’ dik
l-iskema; u
(ċ) ma jissodisfax il-ħtiġiet l-oħra kollha kif jista’ jigi
preskritt b’xi regolamenti jew direttivi għall-fini ta’
dan l-artikolu.
Tħaris ta’ ħtiġiet 
dwar it-taxxa.
41. Fond jew skema għal min jirtira għandhom iħarsu l-ħtiġiet
kollha li jkunu stabbiliti minn żmien għal żmien mill-Kummissarju.
Reklami ta’ skemi. 42. (1) L-Awtorità  tista’ tagħmel direttivi dwar il-forma u l-
kontenut ta’ reklami u kull attività  promozzjonali oħra kif jista’ jiġi
preskritt dwar skemi jew fondi.
(2) Ir-reklami kollha dwar skema jew fond għal min jirtira
għandhom, kemm-il darba ma jkunx preskritt xort’oħra, ikollhom
dikjarazzjoni li ma hemm ebda disposizzjoni statutorja għal
kumpens fil-każ li skema jew fond għal min jirtira ma jkunx jista’
jissodisfa l-obbligi tiegħu, u li r-reġistrazzjoni ta’ l-iskema jew tal-
fond għal min jirtira ma tkunx konferma mill-Awtorità  tas-
sitwazzjoni finanzjarja ta’ l-iskema jew tal-fond għal min jirtira.
Kxif ta’ tagħrif 
dwar fond għal min 
jirtira.
43. (1) Fond għal min jirtira għandu, mhux iktar tard minn
tliet xhur wara l-egħluq tas-sena finanzjarja tiegħu, jew f’kull
żmien ieħor kif jista’ jiġi preskritt, jibgħat kopja tad-dokumenti
imniżżla fis-subartikolu (2) lil kull wieħed minn dawn il-persuni:
(a) lil kull pjan barrani għal min jirtira li jinvesti f’dak il-
fond għal min jirtira;
LI JIRREGOLA FONDI SPEĊJALIġ K AP. 450.    29
(b) lil kull amministratur ta’ skema għal min jirtira ta’
skema li tinvesti f’dak il-fond għal min jirtira;
(ċ) lill-Awtorità  u lill-Kummissarju; u
(d) lil kull persuna oħra kif l-Awtorità  tista’ tippreskrivi.
(2) Dwar kull fond għal min jirtira, id-dokumenti li għalihom
japplika s-subartikolu (1) huma -
(a) il-kontijiet verifikati tiegħu;
(b) ir-rapport annwali tiegħu, skond il-ħtiġiet fl-Ewwel
Skeda; u
(ċ) rapport tad-diretturi li jipprovdi dak it-tagħrif li jkun
biżżejjed sabiex il-persuni msemmija fis-subartikolu
(1) jkunu jistgħu jagħmlu ġudizzju nformat fuq l-
iżvilupp amministrattiv, l-operat u l-qagħda finanzjarja
tal-fond għal min jirtira.
(3) Dwar kull ħaġa oħra r-rapport annwali tal-kontijiet u tad-
diretturi ta’ fond għal min jirtira għandhom jitħejjew skond id-
disposizzjonijiet applikabbli b’mod ġenerali għal kumpanniji
sakemm ma jkunux inkonsistenti mad-disposizzjonijiet tas-
subartikoli ta’ qabel ta’ dan l-artikolu u ta’ l-Ewwel Skeda.
(4) L-Awtorità  tista’ b’direttiva tispeċifika ħtiġiet addizzjonali
dwar li l-persuni msemmija fis-subartikolu (1), jew uħud minnhom,
jinżammu nformati b’kull tibdil dwar, jew żidiet mal-pattijiet u d-
disposizzjonijiet -
(a) ta’ l-amministrazzjoni u l-finanzi ta’ fond għal min
jirtira;
(b) tad-drittijiet u l-obbligi li jinqalgħu jew li jistgħu
jinqalgħu dwar fond għal min jirtira; u
(ċ) ta’ kull ħaġa oħra li tkun tidher lill-Awtorità  li tkun
rilevanti ta’ fondi għal min jirtira b’mod ġenerali jew
għal fondi għal min jirtira li jkunu tad-diskrezzjoni li
taħthom jaqgħa l-fond għal min jirtira konċernat.
(5) Id-direttiva tista’ tiddistingwi bejn -
(a) każijiet fejn l-informazzjoni għandha tingħata fil-kors
normali; u
(b) każijiet fejn l-informazzjoni jkollha bżonn tingħata
biss fuq talba jew f’dawk iċ-ċirkostanzi l-oħra kif
jista’ jiġi preskritt. 
(6) L-Awtorità  tista’ b’direttiva tipprovdi dwar il-forma u
kontenut ta’ kull dokument kif imsemmi f’dan l-artikolu.
Kxif ta’ 
partikolaritajiet ta’ 
skema għal min 
jirtira.
44. (1) L-Awtorità  tista’ tagħmel direttivi li jeħtieġu lill-
amministratur ta’ skema għal min jirtira li jissottometti lill-
Awtorità  u li jippubblika jew iqiegħed għad-disposizzjoni tal-
benefiċjarji dokument li jkun fih tagħrif dwar l-iskema u li
jissodisfa dawk il-ħtiġiet li jistgħu jiġu preskritti.
(2) Direttivi jistgħu wkoll jeħtieġu lill-amministratur ta’
skema għal min jirtira li jissottometti u jippubblika u jqiegħed
għad-disposizzjoni partikolaritajiet riveduti jew partikolaritajiet
  30      KAP. 450. ħ        LI JIRREGOLA FONDI SPEĊJALI
oħra dwar l-iskema jekk -
(a) ikun hemm tibdil sinifikanti li jolqot xi ħaġa li tkun
tinsab f’dawk il-partikolaritajiet li qabel kienu
pubblikati jew tqiegħdu għad-disposizzjoni kif jista’
jiġi preskritt; jew 
(b) tinqala’ xi ħaġa ġdida sinifikanti kif jista’ jiġi
preskritt.
Kontijiet annwali 
ta’ skemi dwar 
xogħol.
45. (1) L-amministratur ta’ skema għal min jirtira ta’ skema
dwar xogħol, barra minn waħda li taqa’ f’dik il-klassi jew
deskrizzjoni kif jista’ jiġi preskritt, għandu jipproduċi kopja tal-
kontijiet annwali ta’ l-iskema lill-Awtorità  mhux iktar tard minn
tliet xhur wara l-egħluq tas-sena finanzjarja tagħha, jew f’kull
żmien ieħor li jista’ jiġi preskritt.
(2) Dawk id-dikjarazzjonijiet, rapporti, ċertifikati u
informazzjoni li jkunu meħtieġa b’regolamenti magħmula taħt dan
l-Att, jew li skond xi liġi oħra huma meħtieġa li jkunu annessi jew
mehmuża mal-kontijiet annwali għal xi skop għandhom ikunu
prodotti lill-Awtorità  fl-istess żmien li jkunu sottomessi l-kontijiet
annwali.
(3) L-Awtorità  tista’ teżenta bil-miktub skema speċifikata fl-
eżenzjoni, minn kull disposizzjoni li tkun tinsab f’regolamenti
magħmula taħt dan l-Att dwar kontijiet.
(4) F’dan l-artikolu, kontijiet annwali tfisser il-kontijiet ta’ l-
iskema kif preskritt taħt dan l-Att.
Dokument ta’ l-
iskema bħala 
ftehim li jorbot.
46. (1) Skema kif miktuba fid-dokument ta’ l-iskema
għandha, meta tkun mikxufa lil benefiċjarju, tkun torbot lill-
benefiċjarju, kemm-il darba dak il-benefiċjarju ma jinnotifikax lill-
amministratur ta’ l-iskema għal min jirtira bl-oppożizzjoni tiegħu
bil-miktub għaliha fi żmien xahrejn minn meta jirċievi d-dokument
ta’ l-iskema.
(2) Benefiċjarju li hu nnifsu ma jkunx ukoll kontributur ma
jibqax benefiċjarju ta’ l-iskema jekk jopponi għal dokument ta’ l-
iskema li ma jkunx inaqqaslu l-benefiċċji dovuti lilu taħt l-iskema.
Skemi mhux 
reġistrati ma 
jkunux jistgħu jiġu 
nfurzati.
47. (1) Skema li ma tkunx reġistrata skond dan l-Att ma tkunx
tista’ tiġi nfurzata kontra kontributur li jkun ukoll benefiċjarju; u
dak il-kontributur ikollu l-jedd li jiġbor lura kull flus imħallsa, jew
proprjetà  oħra trasferita minnu taħt l-iskema, jew meta dik il-
proprjetà  ma tkunx tista’ hekk tinġabar lura, dak il-kontributur
ikollu l-jedd li minflokha jieħu l-valur tagħha fiż-żmien tal-ftehim,
flimkien ma’ kumpens għal kull telf li jkun ġarrab minħabba dak il-
ħlas jew dak it-trasferiment jew in-nuqqas li jiġbor lura l-proprjetà
trasferita u kull profitti li jkunu akkumulaw minħabba li dawk il-
flus jew proprjetà  oħra jkunu ġew trasferiti minnu.
(2) Id-disposizzjoni tas-subartikolu (1) ma tolqotx xi
responsabbiltà  li xi persuna jista’ jkollha barra minn dan l-artikolu.
Trasferabbiltà  ta’ 
drittijiet u obbligi.
48. Regolamenti jew direttivi jistgħu jippreskrivu ċ-ċirkostanzi
li fihom u l-kondizzjonijiet li taħthom -
(a) benefiċjarju jista’ jittrasferixxi drittijiet akkumulati
LI JIRREGOLA FONDI SPEĊJALIġ K AP. 450.    31
minn skema għal oħra; u
(b) skema tista’ tittrasferixxi l-obbligi attribwiti għaliha lil
skema oħra; u
(ċ) skema tista’ tipprovdi għall-ħlas ta’ benefiċċju għal
min jirtira f’forma ta’ somma sħiħa minflok vitalizju;
u
(d) kontributur jista’ jittrasferixxi, jiddisponi minn jew
jiċċarġja l-interess tiegħu fi skema.
Assenjazzjoni jew 
irbit ta’ l-assi ta’ 
fond għal min 
jirtira.
49. (1) Il-kredituri ta’ kontributur ma jistgħux jinfurzaw id-
drittijiet tagħhom fuq l-interessi ta’ kontributur fl-iskema; lanqas
ma jistgħu dawk il-kredituri jorbtu jew jissuġġettaw dak l-interess
għal xi mandat kawtelatorju jew eżekuttiv:
Kap. 16.
Iżda ebda ħaġa f’dan is-subartikolu ma għandha tiċħad lil
xi kreditur ta’ dak il-kontributur minn xi drittijiet mogħtija lil
kreditur taħt l-artikolu 1144 tal-Kodiċi Ċivili.
(2) Ħlief kif jista’ jiġi preskritt taħt dan l-Att, kull ftehim li
jagħmel kontributur biex jittrasferixxi, jiddisponi jew jorbot l-
interessi tiegħu fl-Iskema jkun bla effett.
TAQSIMA III
DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI
Setgħa tal-
Ministru.
Emendat:
IX. 2003.121.
50. (1) Il-Ministru jista’ fuq il-parir ta’ l-Awtorità , jagħmel
regolamenti biex jagħtu effett lid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, u
bla ħsara għall-ġeneralità  ta’ dak li ntqal qabel jista’ b’dawk ir-
regolamenti, b’mod partikolari, jagħmel kull ħaġa minn dan li ġej:
(a) jestendi jew jirrestrinġi t-tifsiriet ta’ "kontributur".
"benefiċjarju". "skema għal min jirtira b’benefiċċju
definit", "skema għal min jirtira b’kontribuzzjoni
definita", "strument", "servizz ta’ investiment",
"skema dwar xogħol", " pjan barrani għal min jirtira",
"benefiċċju għal min jirtira", "fond għal min jirtira",
jew "skema", li jinsabu fl-artikolu 2 għal dik il-klassi
ta’ persuni, skemi, strumenti, servizzi, pjanijiet jew
benefiċċji kif il-Ministru jidhirlu xieraq; u jemenda l-
Iskedi li jinsabu ma’ dan l-Att;
(b) jirregola fondi għal min jirtira u skemi għal min jirtira,
kif ukoll dawk is-servizzi provduti u l-attivitajiet
immexxija flimkien magħhom jew relatati għalihom;
jistabbilixxi l-kwalifiki u kriterji oħra ta’ eliġibilità
meħtieġa biex wieħed jaġixxi ta’ Kustodju ta’ Fond
għal min Jirtira, jipprovdi dwar il-ħlas ta’ dawk id-
drittijiet u ħlasijiet oħra kif jista’ jiġi preskritt,
jipprovdi dwar is-setgħat ta’ l-Awtorità  fir-rigward
tagħhom, inkluża l-impożizzjoni ta’ penali
amministrattivi jew miżuri oħra u l-appelli minnhom
lit-Tribunal għal Servizzi Finanzjarji, u jipprovdi dwar
il-ħruġ ta’ Direttivi li jistabbilixxu ħtiġiet oħra fir-
rigward ta’ l-imġieba jew l-attivitajiet tagħhom; u
jipprovdi għal kull ħaġa li jidhirlu spedjenti u jista’
  32      KAP. 450. ħ        LI JIRREGOLA FONDI SPEĊJALI
b’mod partikolari jagħti drittijiet lill-pubbliku dwar
dawk il-fondi u skemi u jirregola l-eżerċizzju
tagħhom;
(ċ) jistabilixxi jew jagħmel arranġamenti għall-kumpens
ta’ benefiċjarji f’każijiet fejn fond għal min jirtira jew
skema għal min jirtira ma tkunx tista’ tissoddisfa
talbiet dwar xi obbligi li tkun daħlet għalihom
b’konnessjoni ma’ skema għal min jirtira;
(d) jirregola l-format, il-kontenut jew emendi għal
dokument ta’ skema;
(e) jippreskrivi ċ-ċirkostanzi li fihom awdituri jew
attwarji jkunu obbligati li jagħtu informazzjoni lill-
Awtorità  skond l-artikolu 29 u jista’ b’mod partikolari
jżid iċ-ċirkostanzi meta awdituri jew attwarji jkunu
obbligati li jirrapportaw lill-Awtorità  u jippresskrivi ċ-
ċirkostanzi jew klassijiet tagħhom li jkunu eżentati
mid-disposizzjonijiet ta’ l-imsemmi artikolu 29; u
jippreskrivi r-regoli li jirregolaw il-kxif ta’
informazzjoni minn awdituri jew attwarji, u
jistabbilixxi l-proċeduri ta’ superviżjoni u dixxiplina
għal awdituri jew attwarji dwar id-dmirijiet tagħhom;
(f) jeżenta lil xi persuna, skema, fond għal min jirtira, jew
reklami minn xi waħda jew iżjed mid-disposizzjonijiet
ta’ dan l-Att u taħt dawk il-kondizzjonijiet kif jista’
jiġi preskritt;
(g) jirregola l-provvediment minn xi fond wieħed għal
min jirtira ta’ portafolli ta’ investiment separati,
jirregola l-investiment f’xi fond wieħed għal min
jirtira ta’ skemi separati, jipprovdi għal kull ħaġa li
jidhirlu spedjenti, inkluża r-regolamentazzjoni tal-
kontenut tal-memorandum u l-istatut ta’ assoċjazzjoni
ta’ dawk il-fondi għal min jirtira, u għas-separazzjoni
ta’ l-assi ta’ xi skema minn xi skema oħra, ir-
regolamentazzjoni tal-mod u l-forma li bihom fond
għal min jirtira jista’ joħloq u joħroġ ishma, u l-
proċediment ta’ kull ħaġa konsegwenzjali għalihom
jew inċidentali jew konnessa magħhom;
(h) jeħtieġ li jinżammu u jkunu mantnuti dawk ir-records
dwar l-operazzjonijiet u l-pożizzjoni finanzjarja ta’
pjan barrani għal min jirtira, skema jew fond għal min
jirtira, u għaż-żamma ta’ records f’Malta u għall-
ispezzjoni ta’ dawk ir-records;
(i) jeħtieġ it-tħejjija u l-preżentazzjoni ta’ rapporti
perjodiċi u rapporti oħra minn pjan barrani għal min
jirtira, skema jew fond għal min jirtira, lill-Awtorità  u
lil kull persuna oħra kif l-imsemmi Ministru jista’
jippreskrivi;
(j) jeħtieġ lil pjan barrani għal min jirtira, skema jew fond
għal min jirtira -
(i) li jikseb fiż-żminijiet preskritti jew fil-każ ta’
LI JIRREGOLA FONDI SPEĊJALIġ K AP. 450.    33
ġrajjiet preskritti dik l-informazzjoni u dawk id-
dokumenti kif jista’ jiġi preskritt;
(ii) li jagħti dik l-informazzjoni u kopja ta’ dawk id-
dokumenti lill-Awtorità  u, jew, lil dawk il-
persuni kif jista’ jiġi preskritt; f’dik il-forma,
b’dak il-mod u fiż-żmien preskritti;
(k) jirrestrinġi jew xort’oħra jirregola l-mod li bih skema
għal min jirtira b’benefiċċju definit jista’ jittratta dwar
fondi żejda;
(l) jipprovdi għall-kontenut, format u verifika tal-kontijiet
annwali ta’ pjan barrani għal min jirtira, skema jew
fond għal min jirtira;
(m) jirregola l-ħlas (magħdud iż-żmien li jsir), xorta u
ammont ta’ benefiċċji li jistgħu jew li ma jistgħux
jitħallsu lil benefiċjarji;
(n) jirregola l-mod li bih l-ammont jew il-valur ta’ l-attiv
jew tal-passiv ta’ skema għandu jiġi stabbilit, kalkolat
u, jew, verifikat, u jistabbilixxi l-attiv u l-passiv li
għandu jittieħed kont tagħhom għal dan l-għan;
(o) jippreskrivi kull ħaġa li għandha jew li tista’ tiġi
preskritta; u
(p) jipprovdi għal kull ħaġa oħra inċidentali jew konnessa
magħhom.
(2) Ir-regolamenti magħmula taħt dan l-artikolu jistgħu wkoll
jipprovdu sabiex tingħata s-setgħa lil benefiċjarju, kontributur, u
b’mod ġenerali lil kull persuna oħra li tkun daħlet, jew offriet li
tidħol, fi skema, li jħassru l-ftehim jew jirtiraw l-offerta f’dak iż-
żmien u b’dak il-mod kif jista’ jiġi preskritt, u b’mod partikolari,
iżda bla ħsara għall-ġeneralità  ta’ dak li ntqal qabel, jipprovdi -
(a) għall-ħtieġa ta’ notifika ta’ avviż dwar id-drittijiet
eżerċitabbli taħt dawk ir-regolamenti; 
(b) għar-restituzzjoni ta’ proprjeta’ u l-egħmil jew ġbir
lura ta’ ħlasijiet fejn dawk id-drittijiet huma eżerċitati;
jew
(ċ) għal dawk il-ħwejjeġ l-oħra li huma inċidentali għal,
jew konnessi ma’, xi ħaġa ta’ hawn fuq.
(3) Ir-regolamenti magħmula taħt dan l-artikolu, jistgħu jsiru
suġġetti għal dawk l-eżenzjonijiet jew kondizzjonijiet li jistgħu
jkunu speċifikati fihom, jistgħu jipprovdu b’mod differenti għal
każijiet, ċirkostanzi jew għanijiet differenti u jistgħu jagħtu lill-
Awtorità  dawk is-setgħat għal adattament ta’ dawk ir-regolamenti
kif jista’ jiġi speċifikat fihom.
(4) Regolamenti magħmula taħt dan l-artikolu jistgħu
jipprovdu li xi kontravenzjoni jew nuqqas ta’ tħaris tagħhom
jikkostitwixxi reat u li xi persuna ħatja ta’ dak ir-reat tista’ teħel,
meta tinsab ħatja piena li tista’ tiġi preskritta, liema piena ma
għandhix tkun iktar minn multa ta’ erbgħin elf lira jew priġunerija
għal żmien ta’ mhux iżjed minn sena, jew dik il-multa u priġunerija
flimkien.
  34      KAP. 450. ħ        LI JIRREGOLA FONDI SPEĊJALI
Setgħat ta’ l-
Awtorità .
51. (1) L-amministrazzjoni ta’ dan l-Att hi vestita fl-Awtorità .
L-Awtorità  għandha taqdi dawk il-funzjonijiet l-oħra li l-Ministru
jidhirlu xierqa dwar it-tħaddim ta’ dan l-Att.
(2) L-Awtorità  jkollha s-setgħa li taqdi dawk il-funzjonijiet
mogħtija lilha b’dan l-Att jew taħtu u li tiżgura li l-provdiment ta’
skemi għal min jirtira u fondi għal min jirtira jkunu konformi ma’
dan l-Att u ma’ kull regolamenti magħmula bis-saħħa tiegħu, ma’
kull direttiva magħmula mill-Awtorità  bis-saħħa ta’ dan l-Att, u
mal-kondizzjonijiet speċifikati f’xi reġistrazzjoni ta’ skema.
(3) L-Awtorità  tista’ tagħmel, temenda jew tirrevoka direttivi
skond kif ikun meħtieġ sabiex tagħti effett lil kull disposizzjoni ta’
dan l-Att jew xi regolamenti magħmula bis-saħħa tiegħu. Dawk id-
direttivi, emendi u revoki jistgħu jirreferu għal klassi partikolari ta’
persuni jew għal sitwazzjonijiet jew għal persuni u sitwazzjonijiet
b’mod ġenerali.
(4) Id-direttivi kollha u kull emendi u revoki tagħhom
għandhom ikunu komunikati uffiċjalment lill-persuni konċernati u
għandhom jinżammu miftuħa għall-ispezzjon mill-pubbliku fl-
uffiċċji kollha ta’ l-Awtorità  f’kull ħin matul il-ħinijiet tax-xogħol
normali ta’ l-Awtorità .
Kap. 370.
(5) L-Awtorità  għandha s-setgħat assenjati lill-awtorità
kompetenti taħt l-artikoli 15 u 16 ta’ l-Att dwar is-Servizzi ta’
Investiment, mutatis mutandis.
(6) L-Awtorità  tista’ teżerċita s-setgħat li ġejjin fuq talba ta’
jew bl-iskop li tassisti awtorità  regolatorja barranija:
(a) is-setgħa li timponi, tirrevoka jew tvarja
kondizzjonijiet tar-reġistrazzjoni ta’ skema jew ta’
fond għal min jirtira magħmula skond il-
provvedimenti ta’ l-artikoli 7(3) u 8(3);
(b) is-setgħa li tikkanċella jew li tissospendi reġistrazzjoni
skond l-artikoli 11 u 12;
(ċ) is-setgħa li tikseb informazzjoni skond l-artikolu 52;
(d) is-setgħa li taħtar spetturi skond l-artikolu 53;
(e) is-setgħa li jinħarġu direttivi skond is-subartikolu (5)
ta’ dan l-artikolu;
(f) is-setgħa għal dħul skond is-subartikolu (5) ta’ dan l-
artikolu;
(g) is-setgħa li tgħaddi lill-awtorità  regolatorja barranija
informazzjoni li jkollha l-Awtorità , sew jekk b’riżultat
ta’ l-eżerċizzju ta’ xi waħda mis-setgħat imsemmija
hawn fuq sew jekk le.
(7) L-Awtorità  għandha teżerċita s-setgħat mogħtija b’dan l-
artikolu:
(a) meta l-assistenza hija mitluba minn awtorità
regolatorja barranija fl-eżerċizzju ta’ waħda jew aktar
mill-funzjonijiet regolatorji tagħha;
(b) meta jkun meħtieġ skond it-termini ta’ l-obbligi
internazzjonali ta’ Malta;
LI JIRREGOLA FONDI SPEĊJALIġ K AP. 450.    35
(ċ) meta jkun hekk meħtieġ skond it-termini ta’ l-
obbligazzjonijiet assunti fi trattati bilaterali jew
multilaterali għal bdil ta’ informazzjoni u għal forom
oħra ta’ kollaborazzjoni ma’ awtoritajiet regolatorji
barranin inklużi talbiet li jsiru taħt Memorandum of
Understanding konkluż mill-Awtorità .
Setgħa ta’ l-
Awtorità  li tikseb 
informazzjoni.
52. (1) L-Awtorità  tista’, b’avviż bil-miktub, teħtieġ -
(i) lil xi kontributur, amministratur ta’ skema għal
min jirtira, amministratur ta’ fond għal min
jirtira jew manager ta’ l-assi, li jidher li jkun
jew li jkun qed jipprovdi, skema għal min jirtira,
pjan barrani għal min jirtira jew fond għal min
jirtira, jew li jidher li jkun jew ikun qed iwettaq
attivitajiet dwar skema għal min jirtira, pjan
barrani għal min jirtira jew fond għal min jirtira;
jew
(ii) lil xi kontributur, amministratur ta’ skema għal
min jirtira, amministratur ta’ fond għal min
jirtira, jew manager ta’ l-assi li jkun ħareġ, jew
li jkun deher li ħareġ reklam li jaqa’ taħt id-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 42; jew
(iii) lil xi kontributur, amministratur ta’ skema għal
min jirtira, amministratur ta’ fond għal min
jirtira, jew manager ta’ l-assi li jidher li jkollu
fil-pussess tiegħu nformazzjoni rilevanti;
li jagħmel kull ħaġa jew xi ħaġa minn dan li ġej:
(a) li jagħti lill-Awtorità , f’dak iż-żmien u post u f’dik il-
forma li tista’ tispeċifika, dik l-informazzjoni u
dokumentazzjoni li tista’ teħtieġ dwar kull skema għal
min jirtira jew reklam bħal dak;
(b) li jagħti lill-Awtorità  kull informazzjoni jew
dokumentazzjoni awtentikata b’dak il-mod li tista’
tispeċifika; jew
(ċ) li jidher quddiem l-Awtorità  jew quddiem persuna oħra
maħtura minnha, f’dak il-ħin u f’dak il-post li tista’
tispeċifika, biex iwieġeb għall-mistoqsijiet u jipprovdi
dik l-informazzjoni u dokumentazzjoni dwar kull
servizz, skema jew reklam bħal dawk.
(2) L-Awtorità  tista’ tieħu u żżomm kopji ta’ kull dokument
mogħtija jew provduti taħt dan l-artikolu.
(3) Meta l-Awtorità  tkun ħatret persuna taħt is-subartikolu
(1)(ċ), dik il-persuna jkollha, sabiex twettaq il-funzjonijiet tagħha
skond il-ħatra, is-setgħat kollha mogħtija lill-Awtorità  taħt dan l-
artikolu u kull ħaġa li dik il-persuna teħtieġ għandha titqies u
għandu jkollha l-istess forza u effett daqslikieku kienet ħtieġa ta’ l-
Awtorità .
Ħatra ta’ spetturi.
spedjenti, taħtar spettur jew spetturi biex jinvestigaw u jippaportaw
fuq l-affarijiet ta’ kull persuna, skema, pjan barrani għal min jirtira
  36      KAP. 450. ħ        LI JIRREGOLA FONDI SPEĊJALI
jew fond għal min jirtira msemmija fl-artikolu 52(1)(i) sa (iii).
(2) Spettur maħtur taħt is-subartikolu (1) -
(a) jista’ wkoll, jekk jidhirlu xieraq jew spedjenti għall-
finijiet ta’ l-istħarriġ, jinvestiga l-affarijiet ta’ kull
persuna, skema, pjan għal min jirtira jew fond għal
min jirtira msemmija fis-subartikolu (1);
(b) ikollu u jista’ jeżerċita s-setgħat kollha mogħtija lill-
Awtorità  bl-artikolu 51, u kull ħaġa li jeħtieġ għandha
titqies u għandu jkollha l-istess forza u effett
daqslikieku kienet ħtieġa ta’ l-Awtorità ; u 
(ċ) jista’ u jekk ordnat mill-Awtorità  għandu, jagħmel
rapporti interim u mal-konklużjoni ta’ l-istħarriġ
tiegħu jagħmel rapport finali lill-Awtorità .
(3) L-Awtorità  jkollha s-setgħa li tordna li l-ispejjeż kollha,
jew inċidentali ma’, l-istħarriġ magħmul taħt dan l-artikolu
jitħallsu mill-persuna, skema jew fond għal min jirtira konċernat.
Appelli.
Kap. 330.
54. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu,
jista’ jsir appell taħt it-Tribunal stabbilit taħt l-artikolu 21 ta’ l-Att
dwar l-Awtorità  għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta dwar:
(a) kull deċiżjoni skond l-artikolu 3(5);
(b) kull rifjut, varjazzjoni, kanċellament jew sospensjoni
ta’ reġistrazzjoni taħt l-artikolu 7, 8, 11 jew 12;
(ċ) kull deċiżjoni taħt l-artikolu 13(3), jew kull direttiva
mogħtija taħt l-artikolu 51(6)(e);
(d) kull deċiżjoni li ssir dikjarazzjoni pubblika, taħt id-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 59, dwar imġieba ħażina
ta’ persuna; jew
(e) kull penali amministrattiva dwar infrazzjonijiet kif
jistgħu jiġu preskritti taħt l-artikolu 7, 8, 17 u 24.
(2) Appell taħt dan l-artikolu jista’ jsir biss fuq il-bażi ta’
waħda mir-raġunijiet li ġejjin:
(a) li l-Awtorità  tkun applikat mod ħażin xi waħda mid-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att; jew
(b) li d-deċiżjoni jew direttiva ta’ l-Awtorità
tikkostitwixxi abbuż ta’ diskrezzjoni u tkun
manifestement mhux ġusta; iżda d-diskrezzjoni ta’ l-
Awtorità  ma tistax, sakemm tkun ġiet eżerċitata b’mod
xieraq, tiġi mistħarrġa mit-Tribunal.
(3) Appell magħmul taħt dan l-artikolu ma għandux
jissospendi l-operat ta’ xi deċiżjoni jew direttiva li minnha jsir
appell:
Iżda deċiżjoni li titħassar reġistrazzjoni ma tibdix isseħħ
qabel ma jgħaddi ż-żmien li fih jista’ jsir appell taħt dan l-artikolu
u, jekk isir appell f’dak iż-żmien, id-deċiżjoni tibda sseħħ mid-data
tad-deċiżjoni tat-Tribunal li jiċħad l-appell jew id-data li fiha jkun
abbandunat l-appell:
Iżda wkoll deċiżjoni li tinħareġ dikjarazzjoni dwar l-
LI JIRREGOLA FONDI SPEĊJALIġ K AP. 450.    37
imġieba ħażina ta’ persuna ma għandhix tiġi pubblikata qabel ma
jgħaddi ż-żmien li fih jista’ jsir appell taħt dan l-artikolu u, jekk isir
appell f’dak iż-żmien, id-dikjarazzjoni ma tkunx pubblikata qabel
id-data tad-deċiżjoni tat-Tribunal li jiċħad l-appell jew id-data li
fiha jkun abbandunat l-appell.
Kap. 330.
għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta għandhom, sakemm xi waħda
minnhom ma tkunx inkompattibbli mad-disposizzjonijiet ta’ dan l-
artikolu, japplikaw għal appelli magħmula lit-Tribunal taħt dan l-
Att.
Setgħat tal-qorti.
Ċivili, Prim’Awla, il-qorti tkun sodisfatta li -
(a) ikun hemm probabbiltà  raġonevoli li persuna tkun se
tikser xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att jew
ta’ xi regolamenti jew direttivi magħmula taħtu, jew
tkun se tikser jew tonqos li tħares xi kondizzjoni,
obbligu, ħtieġa, regolament, direttiva, jew ordni
magħmul jew mogħti taħt xi waħda mid-
disposizzjonjiiet ta’ dan l-Att; jew
(b) li persuna tkun kisret xi disposizzjoni bħal dik jew
tkun kisret jew naqset li tħares xi kondizzjoni, obbligu,
ħtieġa, regolament, direttiva, jew ordni u li jistgħu
jittieħdu passi biex il-ksur jew nuqqas ta’ tħaris ikun
rimedjat,
il-qorti tista’ tagħti dawk l-ordnijiet li jidhrilha xierqa biex twaqqaf
il-ksur jew, skond il-kaz, li teħtieġ lill-persuna msemmija fil-
paragrafu (a) jew (b), jew lil xi persuna oħra li fil-fehma tal-qorti
kienet xjentement konċernata fil-ksur, biex tieħu dawk il-passi li l-
qorti tista’ tordna.
(2) Jekk, fuq rikors magħmul taħt is-subartikolu (1), il-qorti
tkun sodisfatta li persuna tkun parti f’xi operazzjoni bi ksur ta’ xi
waħda mid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, il-qorti tista’ tordna li
dik il-persuna jew kull persuna li fil-fehma tal-qorti tkun
xjentement konċernata fil-ksur biex tieħu dawk il-passi li l-qorti
tista’ tordna biex il-partijiet jerġgħu lura għall-pożizzjoni fejn
kienu qabel ma tkun saret l-operazzjoni.
(3) Jekk, fuq rikors magħmul taħt is-subartikolu (1), il-qorti
tkun ukoll sodisfatta li -
 (a) profitti jkunu saru minn xi persuna bħala riżultat tal-
ksur; jew
(b) azzjonist, kontributur jew benefiċjarju jkun ġarrab xi
telf jew b’xi mod ieħor kellu effett negattiv bħala
riżultat ta’ dak il-ksur,
il-qorti tista’ tordna lill-persuna responsabbli għall-ksur li tħallas
fil-qorti dik is-somma li jidhrilha li tkun ġusta meta tikkonsidra l-
limitu tal-profitt, telf jew effett negattiv kif intqal qabel, u tordna li
dik is-somma titħallas kif tordna l-qorti lill-persuni li jkunu parti fl-
operażżjonijiet li b’riżultat tagħom il-profitt ikun sar jew it-telf jew
l-effett negattiv iġġarrab kif intqal qabel. 
  38      KAP. 450. ħ        LI JIRREGOLA FONDI SPEĊJALI
(4) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu l-qorti tista’ tordna l-
produzzjoni minn xi persuna ta’ dawk il-kontijiet u l-provdiment
ta’ dik l-informazzjoni, u awtentikati b’dak il-mod, kif il-qorti
jidhrilha xierqa.
(5) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu ikunu bla hsara għal
xi dritt ta’ xi persuna aggravata li tibda proċedimenti direttament
dwar xi dritt li dik il-persuna xort’oħra jkollha indipendentement
mill-Awtorità.
Kap. 12. (6) (a) Il-Bord imwaqqaf bl-artiklu 29 tal-Kodiċi ta’
Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili jista’ jagħmel
regoli dwar proċeduri fil-Qorti Ċivili, Prim’Awla, taħt
dan l-artikolu.
(b) Il-Ministru responsabbli għall-ġustizzja jista’
b’regolamenti taħt dan il-paragrafu jistabbilixxi d-
drittijiet li għandhom jitħallsu fir-reġistru tal-Qorti
għar-rigward tal-preżentata ta’ atti ġudizzjarji
f’konnessjoni ma’ proċeduri taħt dan l-artikolu:
Iżda sakemm dawk id-drittijiet ikunu ġew hekk
stabbiliti, għandhom japplikaw id-drittijiet li hemm fl-
Iskeda A li tinsab mal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u
Proċedura Ċivili.
Reati. 56. (1) Kull persuna li tikser jew tonqos li tħares xi wahda
mid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, jew tikser jew tonqos li tħares
xi kondizzjoni, obbligu, ħtieġa, regolament, direttiva jew ordni
magħmul jew mogħti taħt xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’ dan l-
Att, tkun ħatja ta’ reat.
(2) Kull persuna li għall-finijiet jew skond xi waħda mid-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att jew ta’ xi regolamenti magħmula bis-
saħħa tiegħu, jew ta’ xi kondizzjoni, obbligu, ħtieġa jew ordni
magħmul jew mogħti kif intqal qabel, tagħti xi informazzjoni jew
tagħmel dikjarazzjoni li tkun taf li m’hijiex preċiża jew tkun falza
jew li tiżgwida f’xi ħaġa materjali, jew bi traskuraġni tagħti
informazzjoni jew tagħmel dikjarazzjoni li m’hijiex preċiża, jew
tkun falza jew li tiżgwida f’xi ħaġa materjali, tkun ħatja ta’ reat.
(3) Kull persuna li xjentement issir parti fit-tmexxija ta’ xi
Fond jew skema għal min jirtira bil-ħsieb li tiddefrodi, tkun ħatja
ta’ reat.
(4) Kull persuna li b’xi dikjarazzjoni, wegħda jew tbassir li
tkun taf li jkun jiżgwida, falz jew qarrieqi, jew b’xi ħabi diżonest
ta’ fatti materjali, jew bi traskuraġni tagħmel (b’mod diżonest jew
xort’oħra) xi dikjarazzjoni, wegħda jew tbassir li jkun jiżgwida,
falz jew qarrieqi, iħajjar jew jipprova jħajjar lil xi persuna oħra
biex tidħol jew toffri li tidħol f’xi fond jew skema għal min jirtira,
tkun ħatja ta’ reat.
(5) Kull persuna li bil-ħsieb li tevita li tinqabad bl-eghmil ta’
reat taħt dan l-Att tneħħi, tiddistruġġi, taħbi jew b’mod frodulenti
tibdel xi ktieb, dokument jew karta oħra, tkun ħatja ta’ reat.
(6) Kull persuna li bir-rieda tfixkel lil persuna fl-eżerċizzju
tad-drittijiet mogħtija b’dan l-Att tkun ħatja ta’ reat.
LI JIRREGOLA FONDI SPEĊJALIġ K AP. 450.    39
Pieni.
56 għandha, sakemm ma tkunx preskritta piena oħra, teħel, meta
tinsab ħatja multa ta’ mhux izjed minn mitejn elf lira jew
priġunerija għal żmien ta’ mhux izjed minn erba’ snin, jew dik il-
multa u priġunerija flimkien.
Proċedimenti 
kriminali.
58. (1) Ebda proċedimenti għal reat taħt dan l-Att ma jistgħu
jinbdew mingħajr il-kunsens ta’ l-Avukat Ġenerali.
(2) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att ma jolqtux xi
responsabbiltà  kriminali li xi persuna jista’ jkollha taħt xi liġi oħra.
Dikjarazzjoni 
pubblika dwar 
imġieba ħażina.
59. (1) Jekk ikun jidher lill-Awtorità  li persuna li tkun jew
kienet tipprovdi jew li tidher li tkun jew li kienet tipprovdi, skema
għal min jirtira tkun kisret xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’ dan l-
Att jew ta’ xi regolamenti magħmula bis-saħħa tiegħu jew tkun
kisret jew naqset li tħares xi kondizzjoni, obbligu, ħtieġa, direttiva
jew ordni magħmul jew mogħti taħt xi wahda mid-disposizzjonijiet
ta’ dan l-Att, l-Awtorità  tista’ tippubblika dikjarazzjoni f’dan is-
sens.
(2)  Qabel ma tippubblika dikjarazzjoni taħt is-subartikolu (1),
l-Awtorità  tista’ tagħti lill-persuna konċernata avviż bil-miktub tad-
dikjarazzjoni proposta u tar-raġunijiet għaliex ikun propost li tkun
pubblikata d-dikjarazzjoni.
(3) Meta r-raġunijiet mogħtija fl-avviż jirrelataw
speċifikament għal ħwejjeġ li:
(a) jirreferu għal persuna identifikata fl-avviż barra mill-
persuna li tkun is-suġġett ta’ l-avviż; u 
(b) jkunu fil-fehma ta’ l-Awtorità  ta’ preġudizzju lil dik il-
persuna f’xi kariga jew impieg,
l-Awtorità  għandha, sakemm ma jdhrilhiex li ma jkunx prattikabbli
li hekk tagħmel, tinnotifika kopja ta’ l-avviż ukoll lil dik il-persuna
l-oħra.
(4) Avviż notifikat lil persuna skond id-disposizzjonijiet ta’
dan l-artikolu għandu jagħti l-partikolaritajiet tad-dritt tal-persuna
għal appell taħt l-artikolu 54 u tad-disposizzjonijiet tas-subartikolu
(5) ta’ dan l-artikolu.
(5) Bla ħsara għad-disposizzjonjiet ta’ l-artikolu 54(4), malli
jagħlaq xahar mid-data tan-notifika ta’ l-avviż taħt is-subartikolu
(2), jew kopja ta’ l-avviż taħt is-subartikolu (3), skond liema tkun l-
aħħar data, l-Awtorità  tista’ tippubblika d-dikjarazzjoni proposta u,
wara l-pubblikazzjoni, għandha tibgħat kopja lil dik il-persuna u lil
kull persuna oħra li lilha tkun notifikata kopja ta’ l-avviż taħt is-
subartikolu (3).
Konfidenzjalità .
informazzjoni miksuba minn xi persuna għall-finijiet ta’, jew
skond, xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att jew ta’ xi
regolamenti jew direttivi magħmula bis-saħħa tiegħu jew fil-qadi
ta’ xi funzjonijiet taħt xi waħda mill-imsemmija disposizzjonijiet,
għandha titqies bħala konfidenzjali u protetta bid-dmir tas-sigriet
professjonali, u ma tistax tkun mikxufa li xi persuna barra minn
persuna li b’mod leġittimu tista’ tikseb dik l-informazzjoni għall-
  40      KAP. 450. ħ        LI JIRREGOLA FONDI SPEĊJALI
finijiet ta’ jew skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, ħlief fil-każ
li jingħata l-kunsens tal-persuna li minn għandha tkun inkisbet l-
informazzjoni kemm-il darba dik l-informazzjoni tirrelata biss
dwar dik il-persuna.
(2) Id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) ma għandhomx
jipprekludu l-kxif ta’ informazzjoni:
(a) bil-ħsieb li jinbdew, jew xort’oħra għall-finijiet ta’,
proċedimenti kriminali jew xi proċedimenti mill-
Awtorità  quddiem xi qorti taħt dan l-Att;
(b) bil-ħsieb li l-Awtorità  tkun tista’, jew tingħata l-
għajnuna biex taqdi jew twettaq xi waħda mill-
funzjonijiet tagħha taħt dan l-Att;
(ċ) li tkun tqegħdet għad-disposizzjoni tal-pubbliku billi
tkun inkixfet f’xi ċirkostanzi li fihom, jew għal xi
raġuni li għaliha, il-kxif ma jkunx prekluz b’dan l-
artikolu;
(d) f’sommarju jew kollezzjoni ta’ informazzjoni
msawwra b’dak il-mod li l-identità  ta’ xi persuna li
dwarha tirrelata l-informazzjoni ma tkunx tista’ tiġi
aċċertata;
(e) lil awditur jew attwarju meta dan il-kxif jgħin lill-
awditur jew lill-attwarju fil-qadi tal-funzjonijiet tiegħu
taħt l-artikolu 29;
Kap. 345.
(f) lill-Bank Ċentrali ta’ Malta jew lill-awtorità  dwar l-
elenku taħt l-Att dwar is-Swieq Finanzjarji, meta din l-
informazzjoni tkun meħtieġa mill-Bank jew mill-
awtorità  dwar l-elenku fit-twettiq tal-funzjonijiet
rispettivi tagħhom skond il-liġi;
(g) b’risposta għal talba minn, jew bil-għan li tingħata
għajnuna lil, awtorità  regolatorja barranija skond l-
artikolu 51;
(h) lil dawk l-awtoritajiet l-oħra lokali jew barranin
regolatorji, ġudizzjarji jew b’setgħa li jinfurzaw meta
dan il-kxif huwa meħtieġ jew mitlub sabiex ikunu
segwiti problemi regolatorji serji jew l-
identifikazzjoni, prevenzjoni jew prosekuzzjoni ta’
reati kriminali;
(i) fi proċeduri ċivili jew kummerċjali dwar il-falliment
jew l-istralċ tabilfors ta’ skema jew fond għal min
jirtira sakemm din l-informazzjoni ma tikkonċernax
terzi persuni involuti fi sforzi sabiex tiġi salvata din l-
iskema jew fond għal min jirtira, u lil dawk il-korpi
barranin responsabbli għal-likwidazzjoni ta’ falliment
ta’ persuna detentur ta’ liċenza jew ta’ awtorizzazzjoni
ekwivalenti maħruġa minn awtorità  regolatorja
barranija jew għal xi proċeduri oħra bħal dawn.
Esklużjoni ta’ 
responsabbiltà .
61. L-Awtorità  u kull uffiċjal jew impjegat ta’ l-Awtorità , u
kull persuna oħra maħtura biex taqdi funzjoni taħt dan l-Att, jew
taħt xi regolament u, jew direttiva magħmula bis-saħħa tiegħu, jew
LI JIRREGOLA FONDI SPEĊJALIġ K AP. 450.    41
taħt ordni magħmul jew mogħti taħt xi waħda mid-disposizzjonijiet
ta’ dan l-Att, ma jkunux suġġetti għal danni għal xi ħaġa li jkunu
għamlu jew li naqsu milli jagħmlu fil-qadi jew f’dak li jidher li
jkun il-qadi ta’ xi funzjonijiet taħt dan l-Att, jew ta’ xi regolament
u, jew direttiva magħmula bis-saħħa tiegħu, sakemm l-għemil jew
in-nuqqas tiegħu ma jintweriex li jkun sar jew li naqas milli jsir
f’mala fede.
Avviżi.
Att, jew xi regolamenti jew direttivi magħmula bis-saħħa tiegħu,
għandu jitqies li jkun mogħti jew ġie notifikat b’mod xieraq lil
persuna jekk:-
(a) ikun ġie konsenjat lilha; jew
(b) ikun tħalla fl-indirizz mogħti minnha lill-Awtorità , jew
fl-aħħar indirizz magħruf tagħha; jew
(ċ) ikun intbagħat bil-posta, e-mail jew bit-telefax f’xi
wiehed mill-imsemmija indirizzi; jew
(d) fil-każ ta’ korp ta’ persuni, sew korporat jew le, jew
ta’ skema jew ta’ fond għal min jirtira, jekk ikun
ingħata jew ġie notifikat b’xi wieħed mill-modi
imsemmija qabel lil skema jew amministratur ta’ fond
għal min jirtira, segretarju, skrivan, manager,
fiduċjarju jew l-ekwivalenti tagħhom, jew lil xi
kontributur jew lil xi direttur jew membru tal-korp
amministrattiv jew ta’ rappreżentant maħtur.
Applikabilita ta’ l-
Att dwar il-
Kontroll fuq il-
Kambju.
Kap. 233.
63. L-Att dwar il-Kontroll fuq il-Kambju ma għandux japplika
għal operazzjonijiet li jitwettqu minn skema jew fondi għal min
jirtira ma’ persuni jew entitajiet li ma jkunux residenti f’Malta
għall-finijiet ta’ l-imsemmi Att.
Setgħa tal-Ministru 
li jagħmel 
arranġamenti 
transitorji.
64. Il-Ministru jista’ fuq il-parir ta’ l-Awtorità , b’regolamenti
jagħmel disposizzjonijiet transitorji dwar dawk il-persuni li, fid-
data effettiva ta’ dan l-Att, kienu qed jipprovdu skema jew fond
għal min jirtira, jew dwar kumpanniji li skond dan l-Att għandhom
ikunu konvertiti f’fondi għal min jirtira, u, bla ħsara għall-
ġeneralità  ta’ dak li ntqal qabel, jista’, b’dawk ir-regolamenti,
b’mod partikolari -
(a) jippreskrivi perijodu li fih dawk il-persuni għandhom
japplikaw għal reġistrazzjoni taħt dan l-Att; u
(b) jippermetti li dik il-persuna tkompli twettaq l-
attivitajiet ta’ skema jew fond għal min jirtira inkluż
il-ħruġ jew il-ħolqien ta’ unitajiet, sal-limitu li dawk l-
attivitajiet ikunu f’dak iż-żmien qed jitwettqu,
sakemm l-iskema jew il-fond għal min jirtira jkun
reġistrat jew ir-reġistrazzjoni tiegħu tkun rifjutata jew
sakemm jiskadi ż-żmien provdut f’dawk ir-
regolamenti, skond liema tkun l-ewwel data, u bil-
kondizzjoni li dik il-persuna tkun applikat għal
reġistrazzjoni skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att
fiż-żmien imsemmi fil-paragrafu (a).
  42      KAP. 450. ħ        LI JIRREGOLA FONDI SPEĊJALI
L-EWWEL SKEDA
(Artikolu 43(3))
Informazzjoni li għandha tingħata fir-rapport annwali
ta’ fondi reġistrati għal min jirtira
Dikjarazzjoni ta’ attiv u passiv:
Attiv:
- Proprjetà  immobbli
- Titoli trasferibbli;
- Strumenti ta’ dejn;
- Titoli oħra;
- Bilanċi f’bank;
- Attiv ieħor; u
- Total ta’ l-attiv.
Passiv:
- Self;
- Ammonti oħra li jkollhom jitħallsu; u
- Total tal-passiv.
Valur ta’ l-attiv nett
Numru ta’ azzjonijiet maħruġa
Valur ta’ l-attiv nett kull azzjoni
Deskrizzjoni tal-Portfolio:
- Titoli trasferibbli elenkati f’borża uffiċjali;
- Titoli trasferibbli negozjati f’suq organizzat ieħor;
- Titoli trasferibbli oħrajn;
- Strumenti ta’ kreditu; u
Dikjarazzjoni ta’ l-iżviluppi prinċipali li jkunu seħħew fil-kompożizzjoni tal-
portfolio matul il-perijodu li għalih qed issir riferenza.
Dikjarazzjoni ta’ tibdil fl-attiv u l-passiv tal-fond għal min jirtira matul il-
perijodu li għalih qed issir riferenza, inklużi dawn li ġejjin:
Dħul:
- Dħul minn investiment;
- Dħul ieħor; u
- Total tad-dħul.
Ħlasijiet:
- Ħlasijiet għal konsulent ta’ amministrazzjoni u investiment;
- Ħlasijiet tad-depożitarji;
- Taxxi;
- Ħlasijiet oħra; u
LI JIRREGOLA FONDI SPEĊJALIġ K AP. 450.    43
- Total tal-ħlasijiet.
Dħul minn investiment nett:
- Apprezzament jew deprezzament ta’ investimenti;
- Tibdil fil-kont "kapitali"; u
- Kull tibdil ieħor li jeffettwa l-attiv u l-obbligi ta’ fond għal min jirtira.
Tabella komparattiva li tkopri l-aħħar tliet snin finanzjarji (jekk applikabbli) u
inklużi, għal kull sena finanzjarja, fi tmiem is-sena finanzjarja:
- It-total tal-valur ta’ l-attiv nett; u
- Il-valur ta’ l-attiv nett kull azzjoni.
Dettalji, bil-kategorija ta’ l-operazzjonijiet li jkunu saru mill-fond tal-pensjoni,
fuq derivattivi finanzjarji (e.g. options, futures, swaps), ta’ l-ammont riżultanti ta’ l-
obbligi fid-data ta’ l-aħħar tas-sena.
Sommarju tat-tħaris mill-fond mad-disposizzjonijiet tiegħu u mal-liġi.
Sommarju tat-tħaris mill-fond mal-memorandum ta’ assoċjazzjoni u mal-liġi.
Regoli Speċifici għal Multiple Compartment Retirement Funds.
Ir-rapporti finanzjarji ta’ multiple compartment pension funds għandu jkollhom
informazzjoni separata fuq kull kompartament, kif ukoll informazzjoni konsolidata
fuq il-kompartamenti kollha.
IT-TIENI SKEDA
(Artikolu 2)
1. Xiri, bejgħ, sottoskrizzjoni jew underwriting ta’ strumenti.
2. L-għoti jew offerta għall-għoti lil fond jew skema għal min jirtira:
- pariri fuq il-muniti li huma jixtru, ibiegħu, jissottoskrivu jew underwriting
ta’ strumenti, jew li jeżerċitaw xi dritt mogħti minn strument biex
jakkwistaw, jiddisponu, underwrite jew jikkonvertu strument; jew
- pariri dwar skema ta’ investiment kollettiv jew arranġament li jinvolvi
strument
3. Amministrazzjoni ta’ Investimenti.
