RIKONOXXIMENT REĊIPROKU TA’ KWALIFIKI ġ KAP. 451. 1
KAPITOLU 451
ATT DWAR IR-RIKONOXXIMENT REĊIPROKU
TA’ KWALIFIKI
Dwar ir-Rikonoxximent Reċiproku ta’ Kwalifiki.
20 ta’ Settembru, 2002
L-ATT XVIII ta’ l-2002.
Titolu fil-qosor.
Rikonoxximent Reċiproku ta’ Kwalifiki.
Tifsir.
teħtieġ xort’oħra -
''Ftehim'' tfisser ftehim bejn gruppi ta’ stati li Malta tkun parti
fihom, li jkun reċiprokament jagħti lil ċittadini ta’ dawk l-istati jew
lid-dipendenti tagħhom id-dritt li jidħlu, joqogħdu u jirrisjedu fi u
jitilqu mill-pajjiż ta’ dak l-istat, li jiċċaqilqu liberament ġewwa
dawk l-istati għal dak iż-żmien skond ma jista’ jiġi stabbilit fil-
ftehim u li jaħdmu jew jistabbilixxu, jipprovdu jew jirċievu servizzi
hemmhekk; u ''Stat li jkollu Ftehim'' u ''ċittadin ta’ Stat li jkollu
Ftehim'' għandhom jiftiehmu skond hekk; u meta l-istat ikun parti
għal ftehim bħal dak soġġett għal kull modifika u adattament,
ċittadin ta’ Stat li jkollu Ftehim għandu jkun soġġett għal dawk il-
modifiki jew adattamenti li jistgħu jiġu ordnati;
''applikant'' tfisser persuna minn Stat li jkollu Ftehim li tapplika
għand awtorità  nominata sabiex tkun awtorizzata teżerċita
professjoni regolata f’Malta;
''applikazzjoni'' tfisser talba li ssir minn applikant;
''awtorità  kompetenti'', dwar -
(a) xi dokument, ċertifikat, diploma jew kwalifika jew
attestament ta’ livell ta’ kompetenza; jew
(b) perijodu ta’ esperjenza professjonali u vokazzjonali,
tfisser l-awtorità , korp jew persuna fi Stat li jkollu Ftehim
awtorizzata taħt il-leġislazzjoni jew prattika stabbilita ta’ dak l-
Istat li għandha toħroġ, tagħti jew tirrikonoxxi tali dokument,
ċertifikat, diploma jew kwalifika, jew attestament ta’ livell ta’
kompetenza jew tiċċertifika perijodu ta’ esperjenza professjonali u
vokazzjonali;
''awtorità  nominata'' tfisser korp jew awtorità  li tagħti, liċenza,
permess jew warrant f’Malta nominata biex tagħmel ir-
rikonoxximent reċiproku ta’ kwalifiki dwar professjoni regolata
jew attività  professjonali regolata kif inhi elenkata fl-Iskeda jew li
jistgħu jiġu stabbiliti b’regolamenti minn żmien għal żmien;
''diploma'' tinkludi kull grad, diploma, ċertifikat, testimonjanza
ta’ kompetenza, jew prova oħra bħal dawk ta’ kwalifiki formali jew
ta’ edukazzjoni u taħriġ mogħtija minn awtorità  kompetenti fi Stat
li jkollu Ftehim, nominata skond il-liġi ta’ dak l-istat;
2 KAP. 451. ħ RIKONOXXIMENT REĊIPROKU TA’ KWALIFIKI
''Ministru'' kemm-il darba ma jiġix speċifikat xort’oħra, tfisser il-
Ministru responsabbli għall-edukazzjoni;
''prattika'' dwar xi professjoni regolata, tinkludi -
(a) li tibda teżerċita jew l-eżerċizzju tal-professjoni,
kemm bħala persuna li taħdem għal rasha jew bħala
persuna impjegata; u
(b) id-dritt li tuża, filwaqt ta’ dak l-eżerċizzju, titolu jew
ittri indikattivi professjonali, jew it-tgawdija ta’ xi
status speċjali li jikkorrispondi għal diploma, mogħtija
minn awtorità  nominata għal dik il-professjoni;
''esperjenza professjonali'' tfisser l-eżerċizzju attwali u leġittimu
tal-professjoni jew attività  professjonali inkwistjoni fi Stat li jkollu
Ftehim;
''professjoni regolata u attività  professjonali regolata'' tfisser
dawk il-professjonijiet regolati u attivitajiet professjonali elenkati
fl-Iskeda.
Prattika ta’ 
professjoni 
regolata.
3.* Dan l-Att japplika għall-professjonijiet u l-attivitajiet
professjonali elenkati fl-Iskeda, b’dan li ebda applikant ma jkollu
jedd jeżerċita professjoni regolata jew attività  professjonali
regolata kemm-il darba ma jwettaqx il-kondizzjonijiet biex jibda
jeżerċita jew iwettaq l-eżerċizzju ta’ dik il-professjoni jew attività
skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att jew ta’ xi liġi elenkata fl-
Iskeda.
Deċiżjoni ta’ 
awtoritajiet 
nominati.
4.* Awtorità  nominata dwar professjoni regolata għandha
tikkonsidra applikazzjoni malajr daqs kemm jista’ jkun
raġonevolment prattikabbli, u għandha tavża lill-applikant bid-
deċiżjoni tagħha flimkien mar-raġunijiet li tkun imsejsa fuqhom fi
żmien erba’ xhur mill-wasla tad-dokumenti rilevanti kollha.
Koordinatur għal 
rikonoxximent 
reċiproku.
5.* (1)  Il-Ministru għandu jinnomina persuna li tkun magħrufa
bħala Koordinatur għal Rikonoxximent Reċiproku sabiex
tikkoordina l-attivitajiet ta’ l-awtoritajiet nominati f’Malta u
tippromwovi applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Att.
(2)  Awtoritajiet nominati f’Malta għandhom jissupplixxu lill-
Koordinatur għal Rikonoxximent Reċiproku, b’kull informazzjoni
mitluba li huwa jista’ jkun raġonevolment jeħtieġ għall-finijiet ta’
dmirijietu taħt dan l-Att.
Ċentru Malti għal 
rikonoxximent ta’ 
kwalifiki u ta’ 
informazzjoni.
6.  (1) Il-Ministru għandu jwaqqaf ċentru li jkun magħruf
bħala ċ-Ċentru Malti għal rikonoxximent ta’ kwalifiki u ta’
informazzjoni.
(2) Il-funzjonijiet ta’ dan iċ-Ċentru jinkludu:
(a) l-evalwazzjoni ta’ diplomi;
(b) l-għoti ta’ għajnuna lill-awtoritajiet nominati,
istituzzjonijiet ta’ tagħlim u individwi, korpi li jkunu
kontroparti u partijiet oħra interessati fl-analiżi
komparattiva u evalwazzjoni ta’ kwalifiki;
(ċ) il-ġbir u t-tixrid ta’ informazzjoni li jkollha x’taqsam
*fis-seħħ mill-1 ta’ Mejju, 2004.
RIKONOXXIMENT REĊIPROKU TA’ KWALIFIKI ġ KAP. 451. 3
ma’ kwalifiki professjonali u vokazzjonali;
(d) il-promozzjoni ta’ rikonoxximent ta’ kwalifiki Maltin
barra mill-pajjiż;
(e) l-infurzar u l-faċilitazzjoni ta’ l-applikazzjoni ta’ l-
artikoli dwar il-komparabbiltà  ta’ kwalifiki fl-
edukazzjoni għolja, professjonali u vokazzjonali;
(f) il-faċilitazzjoni ta’ mobbiltà  akkademika; u
(g) il-promozzjoni ta’ trasparenza ta’ kwalifiki.
Dritt ta’ appell.* (1) Ikun hemm Bord, li jkollu dak l-għadd ta’ diviżjonijiet
daqskemm il-Ministru jista’ b’ordni fil-Gazzetta jippreskrivi, li
jkun magħruf bħala l-Bord ta’ l-Appelli dwar ir-Rikonoxximent
Reċiproku ta’ Kwalifiki, hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejjaħ ’’il-
Bord’’, u dak il-Bord ikun magħmul minn chairperson u żewġ
membri oħra li jinħatru mill-Prim Ministru minn fost persuni ta’
integrità  magħrufa li jidhirlu li jkunu kwalifikati minħabba f’li
kellhom esperjenza, u wrew kapaċità , f’affarijiet meqjusa adatti
għal dak l-għan.
(2) Il-Ministru jista’ jagħmel regolamenti biex jirregolaw it-
tqassim ta’ tipi ta’ appelli fost id-diviżjonijiet tal-Bord, iżda ebda
żewġ diviżjonijiet tal-Bord ma għandhom ikunu jittrattaw l-istess
tip ta’ appelli.
Kap. 12.
(3) Membru tal-Bord għandu jastjeni u jista’ jiġi rikużat
f’dawk iċ-ċirkostanzi li kieku jiskwalifikaw lil imħallef skond is-
Sub-Titolu II tat-Titolu II tat-Tielet Ktieb tal-Kodiċi ta’
Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili; u meta jiġri dan jew il-membru
jiġi sostitwit b’xi persuna oħra maħtura għal dak l-għan mill-Prim
Ministru bil-parir tal-Ministru, jew l-appell, meta jkun hemm iktar
minn diviżjoni waħda tal-Bord tiffunzjona, jista’ jiġi riferit b’ordni
tal-Bord minn diviżjoni waħda tal-Bord lill-oħra.
(4) Il-membri tal-Bord għandhom jibqgħu fil-kariga għal
perijodu ta’ tliet snin, u jistgħu jerġgħu jiġu maħtura.
(5) Membru tal-Bord jista’ jitneħħa mill-kariga mill-Prim
Ministru bil-parir tal-Ministru, minħabba f’negliġenza gravi,
konflitt ta’ interessi, inkompetenza, jew attijiet jew omissjonijiet li
ma jixirqux lil membru tal-Bord.
(6) Ħlief meta awtorità  nominata ma jkollhiex il-mezzi tagħha
stess ta’ appell, il-Bord ikollu ġurisdizzjoni li jisma’ u jiddeċiedi
kull appell li jsir minn applikant li jħoss ruħu aggravat b’xi
deċiżjoni magħmula minn awtorità  nominata taħt dan l-Att jew taħt
xi liġi oħra indikata fl-Iskeda.
(7) Kull appell bħal dak għandu jiġi ppreżentat fir-Reġistru
tal-Bord fi żmien għaxart ijiem minn dik id-deċiżjoni.
*fis-seħħ mill-1 ta’ Mejju, 2004.
4 KAP. 451. ħ RIKONOXXIMENT REĊIPROKU TA’ KWALIFIKI
Kap. 12.
(8) Id-deċiżjonijiet tal-Bord għandhom ikunu konklużivi ħlief
għar-rigward ta’ punti ta’ dritt li jkunu ġew deċiżi mill-Bord, li
minnhom jista’ jsir appell fi żmien għaxart ijiem quddiem il-Qorti
ta’ l-Appell (Ġurisdizzjoni Inferjuri); l-imħallef ikollu dritt
jiddeċiedi in camera li dak l-appell ikun wieħed frivolu jew
vessatorju wara l-għeluq ta’ l-istadju ta’ sottomissjonijiet bil-
miktub; dak l-appell ikun ukoll regolat permezz ta’ regoli tal-qorti
li jsiru taħt l-artikolu 29 tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura
Ċivili.
Setgħa li jsiru 
regolamenti.
8. (1) Il-Ministru għandu jagħmel regolamenti biex iġib id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att fis-seħħ u dwar kull ħaġa li tista’ tiġi
ordnata taħt dan l-Att; mingħajr preġudizzju għall-ġeneralità  ta’
dak hawn qabel imsemmi, il-Ministru jista’, b’dawk ir-regolamenti:
(a) jippreskrivi l-parametri sabiex jiġu stabbiliti l-provi
dwar kwalifiki formali;
(b) jipprovdi dwar ir-rikonoxximent ta’ kull kors ta’
edukazzjoni u taħriġ ta’ livell sekondarju, post-
sekondarju jew ogħla, u ta’ kull kors twil jew qasir
sekondarju li possibbilment ikun komplementat
b’taħriġ jew esperjenza professjonali;
(ċ) jipprovdi dwar id-dritt li persuna teżerċita u tuża titolu
professjonali; u
(d) jipprovdi dwar ir-rikonoxximent ta’ esperjenza
professjonali, perjodi ta’ adattament, prova ta’ mġieba
tajba u test ta’ ħila:
Iżda fil-każ ta’ attivitajiet professjonali li mhumiex
elenkati fl-Iskeda, il-Ministru jista’, bi ftehim mal-Ministru
responsabbli għax-xogħol, jagħmel regolamenti għar-
rikonoxximent ta’ kwalifiki abbażi ta’ esperjenza professjonali u,
jew vokazzjonali.
(2) Il-Ministru jista’ wkoll b’regolamenti jżid Skedi ma’ dan l-
Att u jemenda jew jibdel xi skedi bħal dawk li jkunu korrentement
fis-seħħ inkluża l-possibilità  li jżid jew iħassar professjonijiet jew
attivitajiet professjonali minnhom.
Drittijiet. 9. Il-Ministru jista’, bi ftehim mal-Ministru responsabbli
għall-finanzi, jagħmel ordnijiet dwar l-ammont ta’ drittijiet li
għandhom jitħallsu għal kull ħaġa li ssir jew servizz li jiġi mogħti
taħt dan l-Att.
RIKONOXXIMENT REĊIPROKU TA’ KWALIFIKI ġ KAP. 451. 5
SKEDA
(Artikolu 2)
Professjoni regolata/ 
Attività  Professjonali 
regolata
Awtorità  nominata Liġi
Għalliem Ministru responsabbli 
għall-Edukazzjoni
Att dwar l-Edukazzjoni, Kap. 327
Instructor
Kindergarten Assistant
Facilitator
Accountant AccountancyBoard Att dwar il-Professjoni ta’ l-Accountancy, 
Kap.281
Awditur
Stock broker Borża rikonoxxuta/
Awtorità  għas-Servizzi 
Finanzjarji ta’ Malta
Att dwar is-Swieq Finanzjarji, Kap. 345
Intermedjarji 
finanzjarji
L-Awtorità  għas-Servizzi 
Finanzjarji ta’ Malta
Att dwar is-Swieq Finanzjarji, Kap. 345
Investment Service 
Providers
L-Awtorità  għas-Servizzi 
Finanzjarji ta’ Malta
Att dwar Servizzi ta’ Investiment, Kap. 
370
Sotto-agenti ta’ l-
assigurazzjoni u 
brokers ta’ l-
assigurazzjoni 
reġistrati
L-Awtorità  għas-Servizzi 
Finanzjarji ta’ Malta
Att dwar Brokers fl-Assigurazzjoni u 
Intermedjari Oħra, Kap. 404
Piżaturi Awtorità  ta’ Malta dwar 
Standards
Ordinanza dwar l-Uzin u l-Kejl, Kap. 39
Inġinier Engineering Board Att dwar il-Professjoni ta’ l-Inġinerija, 
Kap. 321
Bennej Bord tal-Bennjja Kodiċi tal-Liġijiet tal-Pulizija, Kap. 10
Gwida tat-Turisti Ministru responsabbli għat-
Turiżmu
Att dwar is-Servizz ta’ Gwidi tat-Turisti, 
Kap. 190
Pilota ta’ l-ajru Dipartiment ta’ l-
Avjazzjoni Ċivili
Air Navigation Order, (A.L.176/90) taħt 
l-Att dwar l-Avjazzjoni Ċivili, Kap. 232
Aircraft flight 
engineer
Aircraft flight 
navigator
Aircraft maintenance 
engineer
Apron controller
Air traffic control 
officer
Ħaddiem tal-Port Port Workers’ Board Ordinanza dwar il-Ħaddiema tal-Port, 
Kap. l71
Foreman ta’ 
Ħaddiem tal-Port
6 KAP. 451. ħ RIKONOXXIMENT REĊIPROKU TA’ KWALIFIKI
Scheduled bus 
service driver
Unscheduled service 
driver (coach)
Direttorat tat-Trasport 
Pubbliku - Awtorità  dwar it-
Trasport ta’ Malta
Att dwar Awtorità  dwar it-Trasport ta’ 
Malta, Kap. 332
White window mini-
van driver
Minibus service 
driver
Taxi service driver
Motor hearse driver
Kaptan
Chief Mate
Officer in charge of 
navigational watch
Registrar General of 
Shipping and Seamen
Att dwar Bastimenti Merkantili, Kap. 234
Regolamenti dwar Taħriġ u Ċertifikazzjoni 
dwar Bastimenti Merkantili (A.L. 197 ta’ l-
2001)
Chief engineer 
officer
Second engineer 
officer
Officer in charge of 
engineering watch
Licensed testers Licensing and Testing 
Directorate
Awtorità  dwar it-Trasport ta’ 
Malta
Regolamenti dwar Testijiet biex 
Jiċċertifikaw li Vetturi bil-Mutur huma 
Tajba għat-Triq, (A.L. 126 ta’ l-1999); u
Licensed driving 
instructor
Regolamenti dwar Liċenzi għas-Sewqan 
ta’ Vetturi bil-Mutur, (A.L. 191 ta’ l-
2002)
taħt l-Ordinanza dwar ir-Regolament tat-
Traffiku, Kap. 65
Able bodied seaman Registrar General of 
Shipping and Seamen
Regolamenti dwar Ċertifikati bħala A.B. 
u E.D.H (A.L.196 ta’ l-2001) taħt l-Att 
dwar il-Bastimenti Merkantili, Kap.234
Efficient Hand Deck
Pilota Pilotage Board Regolamenti dwar il-Pilutaġġ u l-Irmiġġ, 
(A.L. 163/75) taħt l-Att dwar l-Awtorità  
Marittima ta’ Malta, Kap. 352
Mooringman
Bunker operator Awtorità  Marittima ta’ 
Malta
Att dwar Taxxa fuq Bunkering ta’ Żjut, 
Kap. 381
Engine driver Awtorità  Marittima ta’ 
Malta
Regolamenti dwar Bastimenti li 
Jitħaddmu Mekkanikament (Passiġġieri u 
Merkanzija), (Notifikazzjoni tal-Gvern 
704/55) taħt il-Kodiċi tal-Liġijiet tal-
Pulizija, Kap. 10
Kaptan fil-port / 
barra l-port
Professjoni regolata/ 
Attività  Professjonali 
regolata
Awtorità  nominata Liġi
RIKONOXXIMENT REĊIPROKU TA’ KWALIFIKI ġ KAP. 451. 7
General Purpose 
Hand
Boatman
Boatmaster Grade II
Boatmaster Grade I
Commercial Vessel 
Mate
Commercial Vessel 
Master
Marine Engine 
Driver 3
Marine Engine 
Driver 2
Marine Engine 
Driver 1
Inġinier
Radio Operator Awtorità  Marittima ta’ 
Malta
Regolamenti dwar Ċertifikati ta’ 
Operaturi tat-Telegrafija Mingħajr Fili 
(A.L. 72 ta’ l-1999) taħt l-Ordinanza 
dwar it-Telegrafija Mingħajr Fili, Kap. 49
Irkantatur Auctioneers Board Att dwar l-Irkantaturi, Kap. 342
Wireman Korporazzjoni Enemalta Regolamenti dwat il-provvista ta’ l-
elettriku, (N.G. 223/40) taħt l-Att dwar 
Awtorità  ta’ Malta dwar ir-Riżorsi, Kap. 
423
Gwardjan lokali Kummissarju tal-Pulizija Att dwar Gwardjani Privati u Lokali, Kap. 
389
Gwardjan privat
Probation officer Prim Ministru Att dwar il-Probation, Kap. 446
Cinema 
projectionists
Dipartiment tax-Xogħol Kodici tal-Liġijiet tal-Pulizija, Kap. 10
Att dwar l-Awtorità  għas-Saħħa u s-
Sigurtà  fuq il-Post tax-Xogħol, Kap. 424
Engine Drivers 
(Steam) (First 
Grade)
Engine Drivers 
(Steam) (Second 
Grade)
Engine Drivers 
(Internal 
Combustion) (First 
Grade)
Engine Drivers 
(Internal 
Combustion) (Second 
Grade)
Professjoni regolata/ 
Attività  Professjonali 
regolata
Awtorità  nominata Liġi
8 KAP. 451. ħ RIKONOXXIMENT REĊIPROKU TA’ KWALIFIKI
Electric Motor 
Driver (First Grade)
Electric Motor 
Driver (Second 
Grade)
Periti Il-Ministru responsabbli 
għax-xogħolijiet fuq ir-
rakkomandazzjoni tal-Bord 
tal-Warrant tal-Periti
Att dwar il-Periti, Kap. 390
Avukati  Il-President ta’ Malta Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura 
Ċivili, Kap. 12
Prokuraturi Legali  Il-President ta’ Malta Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura 
Ċivili, Kap. 12
Konservaturi-
restawraturi
Il-Ministru responsabbli 
għall-patrimonju kulturali 
fuq ir-rakkomandazzjoni 
tal-Bord tal-Warrant tar-
Restawraturi
Att dwar il-Patrimonju Kulturali, Kap. 
445
Għalliem tal-
bugħaddasa
Ministru responsabbli għas-
Saħħa
Kirurġi Veterinarji Il-President ta’ Malta fuq 
ir-rakkomandazzjoni tal-
Kunsill tal-Kirurġi 
Veterinarji
Att dwar is-Servizzi Veterinarji, Kap. 437
Professjoni regolata/ 
Attività  Professjonali 
regolata
Awtorità  nominata Liġi
