L-IMPIEGI U R-RELAZZJONIJIET INDIUSTRIJALI ġ KAP. 452. 1
KAPITOLU 452 
ATT DWAR L-IMPIEGI U R-RELAZZJONIJIET INDUSTRIJALI
Biex jikkonsolida, b’emendi, l-Att li Jirregola l-Kondizzjonijiet ta’ l-Impieg (Kap. 135) u l-
Att dwar ir-Relazzjonijiet Industrijali (Kap. 266).
2 ta’ Diċembru, 2002
27 ta’ Diċembru, 2002
L-ATT XXII ta’ l-2002.
TQASSIM TA’ L-ATT
Artikoli
  Ġenerali 1-2 
Titolu I - Relazzjonijiet dwar l-Impiegi
Taqsima I Bord dwar ir-Relazzjonijiet dwar l-Impiegi 3
Taqsima II  Kondizzjonijiet magħrufa ta’ Impieg 4-10
Taqsima III  Protezzjoni tal-Pagi 11-25
Taqsima IV  Protezzjoni Kontra Diskriminazzjoni relatata ma’ l-
Impieg
26-32
Taqsima V  Temm ta’ Kuntratti ta’ Servizz 33-42
Taqsima VI  Infurzar u Ksur rigward Impiegi 43-47 
Taqsima VII  Amministrazzjoni li għandha x’taqsam ma’ Impiegi 48
Titolu II - Relazzjonijiet Industrijali
Taqsima I Organizzazzjoni ta’ Ħaddiema u ta’ Prinċipali
Sotto-Taqsima 1 Stat, reġistrazzjoni u tmexxija ta’ trade unions u ta’
assoċjazzjonijiet ta’ prinċipali
49-62
Sotto-Taqsima 2 Restrizzjonijiet fuq responsabbiltà  u proċedimenti
legali u fuq membri ta’ l-union
63-67
Taqsima II Temm volontarju ta’ Tilwim ta’ Xogħol 68-72
Taqsima III It-Tribunal Industrijali 73-83
Titolu III - Disposizzjonijiet Supplementari 84-86
Skeda
2 KAP. 452. ħ L-IMPIEGI U R-RELAZZJONIJIET INDIUSTRIJALI
ĠENERALI
Titolu fil-qosor. 1. It-titolu fil-qosor ta’ dan l-Att hu l-Att dwar l-Impiegi u r-
Relazzjonijiet Industrijali.
Tifsir. 2. F’dan l-Att, sakemm ir-rabta tal-kliem ma’ teħtiegx
xort’oħra - 
Kap. 343.
"apprendist" għandha l-istess tifsira kif mogħtija lilha bl-artikolu
29 ta’ l-Att dwar is-Servizzi ta’ Impieg u Taħriġ;
"assoċjazzjoni ta’ prinċipali" tfisser organizzazzjoni li
tikkonsisti għal kollox jew prinċipalment minn prinċipali u li l-
għan ewlieni tagħha huwa, skond ir-regoli tagħha, li tirregola r-
relazzjonijiet bejn il-prinċipali u l-ħaddiema jew it-trade unions;
"Direttur" tfisser id-Direttur responsabbli għall-Impiegi u r-
Relazzjonijiet Industrijali;
"forza dixxiplinata" għandha l-istess tifsir kif mogħti lilha bl-
artikolu 47 tal-Kostituzzjoni ta’ Malta;
"ftehim kollettiv" tfisser ftehim magħmul bejn prinċipal, jew
organizzazzjoni waħda jew aktar ta’ prinċipali, u organizzazzjoni
waħda jew aktar ta’ impjegati li għandu x’jaqsam mal-
kondizzjonijiet ta’ l-impieg skond id-disposizzjonijiet ta’ xi liġi li
tkun fis-seħħ f’Malta;
"ġenitur" tinkludi ġenitur adottiv jew kull persunal li jkollha l-
kustodja legali ta’ tifel jew tifla;
"ġurnata ta’ mistrieħ fil-ġimgħa" tfisser perjodu ta’ erbgħa u
għoxrin siegħa konsekuttivi li jibdew fil-ħin meta l-impjegat
normalment jibda l-perjodu ta’ xogħol tiegħu;
"ħaddiem" għandha l-istess tifsira bħal "impjegat" iżda għall-
finijiet tat-Titolu II ta’ dan l-Att, "ħaddiem" tfisser impjegat li
jaħdem jew li soltu jaħdem jew li jkun qed ifittex xogħol - 
(a) taħt kuntratt ta’ impieg; jew
(b) taħt xi kuntratt (sew imfisser jew mifhum u, jekk
imfisser, sew verbali jew bil-miktub) li bih jintrabat li
jagħmel jew jaqdi personalment kull xogħol jew
servizzi għal parti oħra fil-kuntratt li ma tkunx klijent
professjonali tiegħu; jew
(ċ) f’impieg taħt jew għall-finijiet ta’ xi dipartiment tal-
Gvern, barra minn bħala membru ta’ forza
dixxiplinata, safejn kull impieg bħal dak ma jkunx
jaqa’ taħt il-paragrafu (a) jew (b) ta’ din it-tifsira,
u dwar tilwima ta’ xogħol li fiha prinċipal ikun parti, "ħaddiem"
tinkludi kull ħaddiem ukoll jekk ma jkunx impjegat minn dak il-
prinċipal;
"ħaddiem ta’ barra" tfisser persuna li lilha oġġetti, materjali jew
servizzi ta’ kull xorta jingħataw minn prinċipal għat-twettiq ta’ kull
tip ta’ xogħol jew servizz meta x-xogħol jew is-servizz għandu jsir
jew fid-dar tal-ħaddiem ta’ barra jew f’xi post ieħor li ma jkunx
post taħt il-kontroll u direzzjoni ta’ dik il-persuna l-oħra;
"ħinijiet tax-xogħol" tfisser il-ħin f’kull jum li matulu l-
L-IMPIEGI U R-RELAZZJONIJIET INDIUSTRIJALI ġ KAP. 452. 3
impjegati jkunu għad-disposizzjoni tal-prinċipal, minbarra ż-żmien
imħolli għall-ikel u l-mistrieħ;
"ħlas" tfisser it-twelid ta’ tarbija ħajja jew it-twelid ta’ tarbija
sew ħajja jew mejta wara seba’ xhur tqala;
"ħsara fuq il-persuna" tinkludi kull marda u kull ħsara fil-
kondizzjoni fiżika jew mentali ta’ persuna;
"impieg", dwar tilwima ta’ xogħol, tinkludi kull relazzjoni li biha
persuna tkun taħdem jew tagħmel xi servizzi għal persuna oħra
(barra minn servizz bħala membru ta’ forza dixxiplinata);
"impjegat" tfisser persuna li tkun għamlet jew taħdem taħt
kuntratt ta’ servizz jew li tkun intrabtet personalment li tagħmel xi
xogħol jew ħidma għal ħaddieħor, u taħt id-direzzjon u l-kontroll
immedjat ta’ persuna oħra, u tinkludi ħaddiem ta’ barra, iżda
teskludi xogħol jew servizz mogħti fi sfond professjonali jew bħala
kuntrattur għal persuna oħra meta dak ix-xogħol jew servizz ma
jkunx regolat minn kuntratt ta’ servizz speċifiku;
"impjegat part-time" tfisser impjegat li s-sigħat normali ta’
xogħol tiegħu, kalkolati fuq bażi ta’ ġimgħa jew fuq medja ta’
perjodu ta’ impieg sa sena, huma inqas mis-sigħat normali ta’
xogħol ta’ impjegat whole-time komparabbli u li ma jkunx impjegat
whole-time b’sigħat imnaqqsa;
"impjegat whole-time" tfisser impjegat li hu meqjus bħala
impjegat whole-time skond xi kondizzjonijiet magħrufin ta’ l-impieg:
Iżda meta persuna tkun taħdem f’aktar minn impjieg
whole-time wieħed, dak l-impieg li dwaru jitħallsu l-
kontribuzzjonijiet tas-sigurtà  soċjali għandu jitqies bħala l-impieg
whole-time ta’ l-impjegat, u kull impieg ieħor għandu jitqies bħala
impieg part-time;
"impjegat whole-time b’sigħat imnaqqsa" tfisser impjegat li, bi
ftehim mal-prinċipal, jaħdem sigħat li huma anqas minn numru ta’
sigħat ta’ xogħol applikabbli għal impjegati whole-time skond il-
kondizzjonijiet magħrufin ta’ l-impieg ta’ impjegat whole-time,
sakemm dan l-impieg ikun l-impieg prinċipali tal-ħaddiem, li
dwaru jitħallsu l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà  soċjali;
"impjegat whole-time komparabbli" tfisser impjegat whole-time
fl-istess stabbiliment li jkun imqabbad fl-istess jew f’xogħol jew
okkupazzjoni simili, meta wieħed iqis konsiderazzjonijiet oħra
inklużi anzjanità , kwalifiki u sengħa:
Iżda fejn ma jkun hemm l-ebda impjegat whole-time
komparabbli fl-istess stabbiliment, il-paragun għandu jsir billi ssir
riferenza għal ftehim kollettivi li jkopru impjegati whole-time
komparbbli simili fi stabbilimenti oħra:
Iżda wkoll fejn ma jkun hemm l-ebda ftehim kollettiv
applikabbli, ir-riferenza għandha ssir għall-liġi jew fin-nuqqas ta’
disposizzjoni tal-liġi għall-prattika prevalenti kif tista’ tiġi
stabbilita mill-Bord dwar ir-Relazzjonijiet dwar l-Impiegi;
"kariga pubblika", "uffiċjal pubbliku" u "servizz pubbliku"
għandhom l-istess tifsir kif mogħti lilhom bl-artikolu 124 tal-
Kostituzzjoni ta’ Malta;
4 KAP. 452. ħ L-IMPIEGI U R-RELAZZJONIJIET INDIUSTRIJALI
"klassi" meta wżata fil-kuntest ta’ grupp jew ta’ kategorija ta’
impjegati, għandha tinftiehem għall-gruppi jew kategoriji elenkati
fi ftehim kollettiv: 
Iżda fejn ma jkun hemm l-ebda ftehim kollettiv, jew fejn
ftehim kollettiv ma jipprovdix għal gruppi jew kategoriji ta’
impjegati, allura għandha tinftiehem għax-xogħol magħmul jew
mistenni li jsir indipendentement mit-titolu jew l-isem mogħti lill-
kariga;
"konċiljatur" tfisser persuna hekk maħtura skond l-artikolu 68;
"kondizzjonijiet ta’ l-impieg" tfisser pagi, il-perjodu ta’ l-
impieg, is-siegħat tax-xogħol u l-leave u tinkludi kull kondizzjoni
li għandha x’taqsam ma’ l-impieg ta’ xi impjegat taħt kuntratt ta’
servizz inklużi l-benefiċċji li joħorġu minnu, it-termini ta’ l-
impieg, it-termini ta’ parteċipazzjoni fix-xogħol il-ftehim dwar il-
mod kif jiġi terminat xi impieg u l-metodu ta’ kif differenzi li
jistgħu jinqalgħu bejn il-partijiet fil-ftehim jistgħu jintemmu; iżda
ma tinkludix etika professjonali li toħroġ mir-relazzjoni
professjonali bejn prinċipal u impjegat;
"kondizzjonijiet magħrufin ta’ l-impieg" huma dawk il-
kondizzjonijiet ta’ l-impieg li huma magħrufin skond it-Taqsima II
tat-Titolu I ta’ dan l-Att;
"kunsill" tfisser il-Joint Negotiating Council imwaqqaf bl-
artikolu 72;
"kuntratt ta’ servizz" u "kuntratt ta’ impieg" tfisser ftehim (barra
minn servizz bħala membru ta’ forza dixxiplinata), sew jekk bil-
fomm jew bil-miktub, f’kull għamla li tkun, li bih persuna tintrabat
li tagħmel servizz lil jew taħdem għal prinċipal bil-ħlas ta’ paga u
safejn għandhom x’jaqsmu l-kondizzjonijiet ta’ l-impieg jinkludi
ftehim ta’ apprendistat;
"Ministru" tfisser il-Ministru li minn żmien għal żmien ikun
responsabbli għal Impiegi u Relazzjonijiet Industrijali;
"għemil" u "azzjoni" jinkludu, kull waħda minnhom, nuqqas, u
riferenzi għal li jsir għemil jew għat-teħid ta’ azzjoni għandhom
jinftehmu f’dan is-sens;
"ordni biex jiġi regolat settur" tfisser ordni maghmul taħt dan l-
Att li jirregola l-kondizzjonijiet ta’ l-impieg ta’ settur jew klassi ta’
impjegati;
"ordni ta’ standard nazzjonali" tfisser ordni maħruġ taħt dan l-
Att li jirregola l-kondizzjonijiet ta’ impieg ta’ impjegati b’mod
ġenerali;
"paga" tfisser rimunerazzjoni jew qligħ, li jitħallsu minn
prinċipal lil impjegat u tinkludi kull bonus li jitħallas skond l-
artikolu 23 minbarra kull bonus jew allowance relatati ma’ l-
esekuzzjoni tax-xogħol jew mal-produzzjoni;
"perjodu ta’ l-impieg" tfisser il-ħin f’kull jum li matulu l-
impjegati jkunu għad-disposizzjoni tal-prinċipal, imma magħdud
iż-żmien imħolli għall-ikel u l-mistrieħ;
"preskritt" tfisser preskritt b’dan l-Att jew bi jew taħt regoli jew
L-IMPIEGI U R-RELAZZJONIJIET INDIUSTRIJALI ġ KAP. 452. 5
regolamenti magħmula bis-saħħa ta’ l-Att;
"prinċipal" tinkludi soċjetà , kumpannija, assoċjazzjoni jew korp
ieħor ta’ persuni, sew jekk ikollhom personalità  ġuridika sew jekk
le;
"pro rata" tfisser il-proporzjon li għandhom in-numru tas-sigħat
fil-ġimgħa li fihom jitħaddem l-impjegat meta paragunati man-
numru tas-sigħat fil-ġimgħa, eskluża s-sahra, ta’ impjegat whole-
time komparabbli;
"qorti ta’ inkjesta" tfisser persuna jew persuni maħtura bħala
qorti ta’ inkjesta skond l-artikolu 69;
"rappreżentant ta’ l-impjegati" għall-finijiet ta’ l-artikoli 35,
36(14), 37 u 38, tfisser ir-rappreżentant ta’ l-union rikonoxxuta:
Iżda fejn ma hemmx union rikonoxxuta, il-kliem
għandhom ifissru dak ir-rappreżentant tal-union li tagħha l-
impjegati jkunu membri, b’dan li f ’każ ta’ impjegati li ma jkunux
imseħbin f’union, il-kliem ikun ifisser dak ir-rappreżentant elett kif
imiss minn fost l-impjegati mhux imseħbin f’union, permezz ta’ vot
sigriet imsejjaħ għal dan l-għan mid-Direttur;
"reġistrata", dwar trade union jew assoċjazzjoni ta’ prinċipali u
dwar ir-regoli tagħhom, tfisser reġistrata skond dan l-Att;
"Reġistratur" tfisser ir-Reġistratur tat-Trade Unions maħtur jew
imsemmi skond l-artikolu 52;
"reġistrazzjoni" tfisser reġistrazzjoni skond dan l-Att ta’ trade
union jew ta’ assoċjazzjoni ta’ prinċipali u tar-regoli tagħhom;
"rikonoxximent", għall-għanijiet ta’ dan l-Att, tfisser ir-
rikonoxximent espliċitu ta’ trade union reġistrata minn prinċipal
jew minn assoċjazzjoni ta’ prinċipali għall-għanijiet ta’ negozjar
kollettiv;
"sahra" tfisser is-sigħat kollha ta’ xogħol li jaqbżu s-sigħat
normali ta’ xogħol;
"tilwima ta’ xogħol" tfisser tilwima bejn prinċipali u ħaddiema,
jew bejn ħaddiema u ħaddiema, li jkollha x’taqsam ma’ xi waħda
jew aktar mill-ħwejjeġ li ġejjin:
(a) pattijiet u kondizzjonijiet ta’ impieg, jew il-
kondizzjonijiet fiżiċi li taħthom xi ħaddiema jkunu
meħtieġa jaħdmu;
(b) tħaddim jew nuqqas ta’ tħaddim, jew it-tmiem jew is-
sospensjoni ta’ impieg jew ta’ dmirijiet ta’ impieg, ta’
ħaddiem wieħed jew aktar;
(ċ) allokazzjoni ta’ xogħol jew ta’ dmirijiet ta’ l-impieg
bejn il-ħaddiema jew gruppi ta’ ħaddiema;
(d) ħwejjeġ ta’ dixxiplina;
(e) faċilitajiet għal uffiċjali ta’ trade unions;
(f) makkinarju għal negozjati jew konsultazzjonijiet, u
proċeduri oħra, dwar xi waħda mill-ħwejjeġ
imsemmija qabel, magħdud ir-rikonoxximent minn
prinċipali jew assoċjazzjonijiet ta’ prinċipali tad-dritt
6 KAP. 452. ħ L-IMPIEGI U R-RELAZZJONIJIET INDIUSTRIJALI
ta’ trade union li tirrappreżenta ħaddiema f’xi
negozjati jew konsultazzjonijiet bħal dawk jew fit-
twettiq ta’ dawk il-proċeduri;
(g) is-sħubija jew le ta’ ħaddiem fi trade union partikolari;
"tkeċċija inġusta", dwar ħaddiem, tfisser -
(a) it-temm mill-prinċipal dwar dak il-ħaddiem ta’
kuntratt ta’ impieg għal żmien mhux stabbilit (barra
minn impieg bi prova skond kif imfisser f’dan l-Att) li
jkun temm li ma jsirx biss minħabba redundancy jew
għal raġuni xierqa skond id-disposizzjonijiet rilevanti
ta’ dan l-Att jew xi regolamenti magħmulin taħt dan l-
Att, jew
(b) li jkun sar bi ksur tad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu
64(4), jew
(ċ) li, għalkemm isir minħabba redundancy jew għal
raġuni xierqa, ikun diskriminatorju kif imfisser f’dan
l-Att jew f’xi regolamenti magħmulin taħtu;
u tinkludi kull nuqqas mill-prinċipal li jerġa’ jimpjega lil dik il-
persuna jew li jerġa’ jimpjegaha skond l-artikolu 36(3);
"trade union" tfisser organizzazzjoni magħmula għal kollox jew
prinċipalment minn ħaddiema u li l-għan ewlieni tagħha hu skond
ir-regoli, li tirregola r-relazzjonijiet bejn il-ħaddiema u l-prinċipali
jew l-assoċjazzjonijiet ta’ prinċipali;
"trattamenti diskriminatorju" tfisser kull distinzjoni, esklużjoni
jew restrizzjoni li ma tkunx ġustifikabbli f’soċjetà  demokratika
inkluża diskriminazzjoni fuq il-bażi ta’ l-istat konjugali, tqala, jew
tqala potenzjali, sess, kulur, diżabilità , twemmin reliġjuż, opinjoni
politika jew sħubija fi trade union, jew f’assoċjazzjoni ta’
prinċipali;
"Tribunal" tffsser it-Tribunal Industrijali mwaqqaf bl-artikolu
73;
"Tribunal Industrijali" tfisser it-Tribunal Industrijali stabbilit
skond it-Titolu II ta’ dan l-Att.
(2) Għall-finijiet ta’ dan l-Att, kwistjoni li fiha tkun parti trade
union jew assoċjazzjoni ta’ prinċipali għandha titqies bħala
kwistjoni li fiha ħaddiema jew, skond il-każ, prinċipali jkunu parti.
(3) Kull disposizzjoni ta’ dan l-Att li teħtieġ tħaris ma’ xi
disposizzjoni ta’ dan l-Att (tkun kif tkun miktuba dik il-ħtieġa), jew
li tipprovdi dwar xi kontravvenzjoni tagħha, għandha tinftiehem li
teħtieġ tħaris ta’, jew bħala li xorta tapplika għal, kull disposizzjoni
ta’ kull regolament jew regola magħmula taħt dan l-Att.
(4) Il-maskil igħodd għall-femminil u s-singular igħodd għall-
plural, kemm-il darba r-rabta tas-sens tat-test ma titlobx tifsira
oħra. 
L-IMPIEGI U R-RELAZZJONIJIET INDIUSTRIJALI ġ KAP. 452. 7
TITOLU I
RELAZZJONIJIET DWAR L-IMPIEGI
TAQSIMA I
BORD DWAR IR-RELAZZJONIJIET DWAR L-IMPIEGI
Bord dwar ir-
Relazzjonijiet dwar 
l-Impiegi.
3. (1) Bord li jissejjaħ Bord dwar ir-Relazzjonijiet dwar l-
Impiegi u hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejjaħ il-"Bord", għandu
jiġi maħtur mill-Ministru.
(2) Il-Bord għandu jkun magħmul kif ġej: 
(a) chairperson indipendenti;
(b) id-Direttur responsabbli għall-Impiegi u r-
Relazzjonijiet Industrijali li jagħmilha ta’ deputat
chairperson;
(ċ) erba’ rappreżentanti ta’ l-impjegati nominati mill-
Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali
minn fost l-organizzazzjonijiet nazzjonali li
jirrappreżentaw lill-impjegati fi ħdan dak il-Kunsill;
(d) erba’ rappreżentanti tal-prinċipali nominati mill-
Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali
minn fost l-organizzazzjonijiet nazzjonali li
jirrappreżentaw lill-prinċipali fi ħdan dak il-Kunsill;
(e) tliet membri oħra maħtura mill-Ministru.
(3) Il-funzjonijiet tal-Bord ikunu -
(a) li jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Ministru dwar xi
standard nazzjonali minimu ta’ kondizzjonijiet ta’ l-
impieg, hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejħa
rakkomandazzjoni għal standard nazzjonali, sabiex ’l
quddiem tidħol f’ordni ta’ standard nazzjonali;
(b) li jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Ministru dwar
kondizzjonijiet ta’ l-impieg ta’ settur, hawnhekk iżjed
’il quddiem imsejħa rakkomandazzjoni biex jiġi
regolat settur, sabiex ’l quddiem tidħol f’ordni biex
jiġi regolat settur;
(ċ) li jagħti pariri lill-Ministru fuq kull ħaġa li jkollha
x’taqsam mal-kondizzjonijiet ta’ l-impieg jew fuq
ħwejjeġ riferiti lill-Bord mill-Ministru.
(4) Il-Ministru għandu jaħtar uffiċjal pubbliku biex ikun
segretarju tal-Bord.
(5) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u ta’ kull
regolament magħmul taħtu l-Bord għandu jirregola l-proċedura
tiegħu stess:
Iżda ċ-chairperson tal-Bord ma għandux jivvota jekk mhux
meta l-voti dwar xi kwistjoni jkunu ndaqs, f’liema każ ikollu u
għandu jeżerċita vot deċiżiv.
(6) Il-Bord ikollu s-setgħa li jikkooptja membri mingħajr vot u
li jaħtar sotto kumitati.
8 KAP. 452. ħ L-IMPIEGI U R-RELAZZJONIJIET INDIUSTRIJALI
TAQSIMA II
KONDIZZJONIJIET MAGĦRUFIN TA’ L-IMPIEG
Ordnijiet ta’ 
standard 
nazzjonali u 
ordnijiet biex jiġi 
regolat settur.
4. (1) Meta l-Ministru tasallu xi rakkomandazzjoni ta’
standard nazzjonali jew xi rakkomandazzjoni biex jiġi regolat
settur huwa jista’, bla ħsara ta’ dak li jingħad hawn iżjed ’il
quddiem, joħroġ ordni ta’ standard nazzjonali jew ordni biex jiġi
regolat settur, kif ikun il-każ, li jixxandar fil-Gazzetta li jagħti seħħ
lir-rakkomandazzjoni ta’ standard nazzjonali jew lir-
rakkomandazzjoni biex jiġi regolat settur minn dik id-data li tkun
imsemmija fl-ordni:
Iżda l-Ministru jista’, jekk jidhirlu xieraq, qabel ma joħroġ
ordni kif imsemmi hawn qabel, jirriferixxi lura lill-Bord ir-
rakkomandazzjoni ta’ standard nazzjonali jew ir-rakkomandazzjoni
biex jiġi regolat settur li jkunu waslulu u l-Bord għandu fuq hekk
jerġa’ jikkunsidraha billi jitqiesu xi osservazzjonijiet magħmulin
mill-Ministru u jista’, jekk jidhirlu xieraq, jerġa’ jressaq ir-
rakkomandazzjoni ta’ standard nazzjonali jew ir-rakkomandazzjoni
biex jiġi regolat settur lill-Ministru jew mingħajr emendi jew
b’dawk l-emendi kif jidhirlu xieraq wara li jqis dawn l-
osservazzjonijiet.
(2) Kull rakkomandazzjoni ta’ standard nazzjonali u kull
rakkomandazzjoni biex jiġi regolat settur, kif ukoll kull ordni ta’
standard nazzjonali jew kull ordni biex jiġi regolat settur biex
jagħtuhom seħħ jistgħu jkollhom disposizzjonijiet differenti għal
każijiet differenti, jista’ jkun fihom disposizzjonijiet biex jiġu
emendati jew revokati ordnijiet ta’ standard nazzjonali ta’ qabel
jew ordinijiet biex jiġu regolati setturi, u jista’ jkun fihom
disposizzjonijiet inċidentali, supplementali jew konsegwenzjali li
jista’ jidher li jkunu jinħtieġu sabiex id-disposizzjonijiet ta’ xi
ordni ta’ standard nazzjonali jew ta’ ordni biex jiġi regolat settur
jkunu jistgħu jitwettqu.
(3) Ebda ordni ta’ standard nazzjonali jew ordni biex jiġi
regolat xi settur ma jkollu seħħ b’mod li jittiefsu xi jeddijiet dwar
il-kondizzjonijiet ta’ l-impieg mogħtijin lil xi impjegat b’xi liġi jew
taħt xi liġi minbarra dan l-Att jew minn jew taħt xi kuntratt li jkun
hemm fis-seħħ.
(4) Mingħajr ħsara għal dak li hemm provdut fil-proviso ta’ l-
artikolu 42, jekk kuntratt bejn impjegat li għaliħ jgħodd ordni ta’
standard nazzjonali jew ordni biex jiġi regolat settur u l-prinċipal
tiegħu jew xi ftehim kollettiv jaħseb għal kondizzjonijiet ta’ l-
impieg li jkunu inqas favur l-impjegat minn dawk imsemmijin fl-
ordni, dak il-kuntratt ikollu seħħ bħallikieku flok dawk il-
kondizzjonijiet kien hemm il-kondizzjonijiet imsemmijin fl-ordni.
Kondizzjonijiet 
magħrufin ta’ l-
impieg.
5. (1) Il-kondizzjonijiet ta’ l-impieg preskritti f’ordni ta’
standard nazzjonali, jew f’ordni biex jirregola settur, jew ftehim
kollettiv, jew stabbiliti bi ftehim volontarju jew deċiżjoni taħt it-
Titolu II ta’ dan l-Att, jew meħtieġa li jiġu mħarsa b’dan jew skond
dan l-Att, ikunu kondizzjonijiet magħrufin ta’ impieg għall-
impjegati nteressati.
(2) Meta l-kondizzjonijiet ta’ l-impieg jiġu preskritti fi ftehim
L-IMPIEGI U R-RELAZZJONIJIET INDIUSTRIJALI ġ KAP. 452. 9
kollettiv, il-prinċipal jew il-prinċipali li jkunu parti fih għandhom,
fi żmien ħmistax-il ġurnata minn meta jiġi ffirmat dak il-ftehim,
jibgħatu lid-Direttur kopja tiegħu awtentikata kif imiss.
(3) In-nuqqas, minn prinċipal, ta’ tħaris tal-kondizzjonijiet ta’
l-impieg stabbiliti b’ordni ta’ standard nazzjonali jew b’ordni biex
jirregola settur jitqies bħala reat kontra dan l-Att.
Kap. 16.
(4) Xejn f’dan l-artikolu ma għandu jkun ta’ preġudizzju għal
xi drittijiet li l-partijiet jistgħu jkollhom minn xi kuntratt ta’ servizz
jew xi ftehim kollettiv skond id-disposizzjonijiet tat-Titolu II ta’
dan l-Att jew ta’ xi liġi oħra, inkluż il-Kodiċi Ċivili.
Hinijiet tax-xogħol 
u sahra.
6. Il-Ministru jista’, wara konsultazzjoni mal-Bord,
jippreskrivi l-ogħla numru ta’ sigħat tax-xogħol fil-ġimgħa, inkluża
s-sahra, għall-impjegati, l-anqas perjodi ta’ mistrieħ kuljum, l-
mistrieħ fil-ġimgħa u leave annwali, u jista’ jagħmel
disposizzjonijiet differenti għal klassijiet differenti ta’ impjegati
inklużi disposizzjonijiet inċidentali, supplementali u
konsegwenzjali, kif jitqies li jkun meħtieġ.
Għandu jingħata 
avviż dwar 
kondizzjonijiet 
magħrufin ta’ 
impieg.
7. Meta jdaħħal miegħu mpjegat, il-prinċipal għandu jfehmu
d-disposizzjonijiet ta’ kull kondizzjoni magħrufa ta’ impieg li
tgħodd fil-każ tiegħu u għandu jagħti lill-impjegat dikjarazzjoni
bil-miktub dwar dawk il-kondizzjonijiet kif jista’ jiġi preskritt.
Żidiet dwar l-għoli 
tal-ħajja.
8. (1) Meta tingħata mill-Gvern lill-impjegati whole-time
kollha tiegħu żieda ġenerali fil-pagi u dik iż-żieda tkun dikjarata
mill-Ministru b’avviż fil-Gazzetta li tkun ta’ applikazzjoni ġenerali
għall-impjegati whole-time kollha, kull prinċipal għandu jżid il-
pagi ta’ kull wieħed mill-impjegati whole-time fl-impieg tiegħu
b’ammont ekwivalenti jew li jikkorrispondi għaż-żieda mogħtija
mill-Gvern lill-impjegati tiegħu b’effett mid-data li fiha ż-żieda
mogħtija mill-Gvern dwar l-impjegati tiegħu jkollha effett:
Iżda, fil-każ ta’ impjegat li jkollu jedd għal benefiċċji pro
rata skond dan l-Att jew xi regolamenti magħmulin taħtu, dak l-
impjegat ikollu jedd għal parti minn dik iż-żieda fil-pagi fuq bażi
pro rata.
(2) Għall-fini tas-subartikolu (1), "impjegati whole-time"
tfisser kull impjegat li jitqies bħala impjegat whole-time skond xi
kondizzjoni magħrufa ta’ impieg kif imfissra f’dan l-Att, u tinkludi
kull impjegat ieħor li jaħdem ma’ prinċipal partikolari għal mhux
anqas minn ħamsa u tletin siegħa fil-ġimgħa fuq medja ta’ perjodu
ta’ tnax-il xahar jew parti minnu.
Saħħa u sigurtà  fuq 
il-post tax-xogħol.
Kap. 424.
9. Safejn għandhom x’jaqsmu kondizzjonijiet ta’ l-impieg, id-
disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar l-Awtorità  għas-Saħħa u s-Sigurtà
fuq il-Post tax-Xogħol u ta’ xi regolamenti magħmulin taħtu
għandhom jitqiesu li jifformaw parti mill-kondizzjonijiet
magħrufin ta’ l-impieg ta’ impjegati li għalihom jgħoddu dawk id-
disposizzjonijiet jew dawk ir-regolamenti u għandu jkollhom, malli
jiġu fis-seħħ, l-istess effett bħallikieku kienu ordnijiet ta’ standard
nazzjonali jew ordnijiet biex jiġi regolat settur.
10 KAP. 452. ħ L-IMPIEGI U R-RELAZZJONIJIET INDIUSTRIJALI
Leave għal 
maternità , leave ta’ 
ġenitur u leave 
għal raġunijiet 
familjari urġenti.
10. Il-Ministru jista’, wara konsultazzjoni mal-Bord, jagħmel
regolamenti li jistabbilixxu l-inqas perjodi ta’ leave għal maternità ,
leave ta’ ġenitur u leave għal raġunijiet familjari urġenti li
għalihom impjegat jista’ jkollu jedd u l-kondizzjonijiet li
jirregolaw dak il-jedd.
TAQSIMA III
PROTEZZJONI TAL-PAGI
Il-pagi għandhom 
jitħallsu lill-
impjegat għal 
kollox bi flus 
legali.
11. (1) Ħlief meta jkun xort’oħra espressament permess bid-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, l-ammont kollu tal-paga li impjegat
jaqla’ jew li għandha tkun lilu mħallsa, għandha tiġi lilu mħallsa bi
flus li għandhom kors legali f’Malta, u kull ħlas jew akkont ta’ dik
il-paga magħmul f’għamla oħra u kull patt f’xi kuntratt li jaħseb
għal xi għamla oħra ta’ ħlas jkunu nulli u bla effett:
Iżda l-ħlas ta’ pagi permezz ta’ ċekk fuq bank f’Malta jew
magħmul pagabbli fil-kont bankarju ta’ impjegat għandu jitqies li
jkun ħlas bi flus li għandhom kors legali f’każijiet li fihom ħlas
b’dan il-mod huwa soltu jew meħtieġ jew ikun aċċettat mill-
impjegat interessat.
(2) Il-pagi għandhom jitħallsu direttament lill-impjegati li
lilhom jkunu jistħoqqu ħlief kif ikun xort’oħra provdut b’xi liġi jew
bis-saħħa ta’ ordni magħmul minn qorti kompetenti jew meta l-
impjegat jew l-impjegati interessati jagħtu l-kunsens li jsir xorta
oħra.
Kondizzjonijiet 
dwar l-infieq ta’ 
pagi.
12. Ebda prinċipal ma għandu jimponi f’xi kuntratt ta’ servizz
xi kondizzjonijiet dwar il-post li fih jew il-mod li bih, jew il-
persuna jew persuni li magħhom, xi paga mħallsa lill-impjegat, jew
parti minnha, għandha tintefaq jew tiġi impjegata mod ieħor, u kull
kondizzjoni bħal dik li jkun hemm f’xi kuntratt bħal dak tkun nulla
u bla effett.
Sekwestru jew 
assenjazzjoni ta’ 
pagi.
13. (1) Pagi li jitħallsu minn prinċipal lil impjegat ma jistgħux
jiġu assenjati.
Kap. 12.
(2) Pagi li jitħallsu minn prinċipal lil impjegat ma jistgħux jiġu
sekwestrati ħlief skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 381, 382 u
849 tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Civili.
(3) Id-disposizzjonijiet tas-subartikoli (1) u (2) m’għandhomx
ikunu japplikaw meta s-sekwestru jew assenjazzjoni jkunu
maħsuba biex jassiguraw il-ħlas ta’ manteniment dovut lill-konjuġi,
jew lil wild ta’ taħt l-età  jew lil persuna b’disabilità  jew lil
axxendent ta’ l-impjegat.
Imgħax fuq 
akkonti huwa 
projbit. 
14. Ebda prinċipal ma għandu jagħmel tnaqqis mill-pagi bħala
skont, imgħax jew piż ta’ din ix-xorta minħabba xi akkont ta’ paga
magħmul lil xi impjegat bil-quddiem qabel id-data miftehma tal-
ħlas ta’ din il-paga.
Tnaqqis mill-pagi. 15. (1) Ħlief meta jkun espressament permess mid-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att jew meħtieġ b’xi liġi oħra, jew meta
ordnat minn jew bis-saħħa ta’ ordni ta’ qorti kompetenti, jew
permess fi ftehim li jkun sar bejn prinċipal jew prinċipali jew
L-IMPIEGI U R-RELAZZJONIJIET INDIUSTRIJALI ġ KAP. 452. 11
għaqda ta’ prinċipali min-naħa l-waħda u trade union jew trade
unions li jirrappreżentaw l-impjegati nteressati min-naħa l-oħra,
prinċipal ma għandu jagħmel ebda tnaqqis u lanqas jagħmel
kuntratt ma’ impjegat li jawtorizza li jsir xi tnaqqis mill-paga li
għandha titħallas mill-prinċipal lill-impjegat.
(2) Kemm-il darba ma jkunx espressament provdut b’dan jew
taħt dan l-Att jew xi liġi oħra, prinċipal ma jistax jikkalkola bħala
parti mill-paga ta’ impjegat xi benefiċċju jew dħul ieħor, ukoll jekk
jingħata jew jitħallas mill-prinċipal, li jitħallas minħabba xi kawża
oħra li ma tkunx il-kuntratt tas-servizz.
(3) Hemm x’hemm fid-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu, fuq
it-talba bil-miktub ta’ impjegat, il-prinċipal jista’ jagħmel tnaqqis
mill-paga ta’ dak l-impjegat għall-iskop ta’ skema ta’ pensjoni jew
tfaddil jew għal xi skop li fit-twettiq tiegħu l-prinċipal ma jkollu
ebda nteress finanzjarju, dirett jew indirett.
(4) Tnaqqis fil-għamla ta’ ħlasijiet diretti jew indiretti bl-iskop
li jinkiseb jew li jinżamm impieg ma għandux isir mill-paga ta’
impjegat minn prinċipal, jew minn xi sensal jew kuntrattur tax-
xogħol jew xi ħadd li jingaġġa ħaddiema għax-xogħol.
Kuntratti 
subordinati ta’ 
servizz.
16. Meta xi kuntratt ta’ servizz ikun fih kondizzjonijiet dwar
vaganzi aħjar mill-minimu stabbilit bil-liġi, l-ebda prinċipal ma
għandu jagħmel kuntratt subordinat ta’ servizz li jipprovdi għall-
ħlas lill-impjegat dwar xi vaganzi bħal dawk b’rata ta’ kuljum
anqas mir-rata normali ta’ kuljum applikabbli għal dak l-impjegat.
Btajjel pubbliċi li 
jaħbtu f’jum tal-
mistrieħ tal-
ġimgħa.
17. Meta, fil-każ ta’ impjegati whole-time, btala pubblika barra
mill-Ħadd, taħbat f’jum ta’ mistrieħ tal-ġimgħa li għaliha dak l-
impjegat ikollu jedd, dak l-impjegat ikollu jedd għal jum ieħor ta’
leave għal vaganza matul is-sena kalendarja li fiha dik il-btala
pubblika hekk taħbat f’jum ta’ mistrieħ tal-ġimgħa jew il-Ħadd
dwar kull waħda minn dawk il-btajjel pubbliċi.
Rimunerazzjoni 
minbarra pagi.
18. Ebda ħaġa f’dan l-Att ma timpedixxi l-għemil ta’ xi
kuntratt minn prinċipal ma’ impjegat sabiex jagħtih ikel, post ta’
abitazzjoni jew allowances jew privileġġi oħra minbarra f’forma
ta’ xorb spirituż jew mediċinali dannużi, b’żieda għall-inqas pagi
preskritti b’ordni ta’ standard nazzjonali jew ordni biex jirregola
settur, jew għal paga ogħla stipulata, għal ħin normali u sahra,
bħala rimunerazzjoni għal servizzi ta’ l-impjegat.
Multi.
kollettiv, meta - 
(a) il-pattijiet ta’ kuntratt bil-miktub iffirmat mill-
impjegati jew il-pattijiet ta’ dikjarazzjoni bil-miktub
ffirmata minn prinċipal skond l-artikolu 7 jispeċifikaw
bir-reqqa l-multa  jew multi li l-impjegat jista’ jeħel
dwar kull għemil jew ommissjoni, u
(b) il-pattijiet ta’ kuntratt bħal dak jew il-pattijiet ta’ kull
dikjarazzjoni bħal dik ikunu ġew approvati minn qabel
mid-Direttur,
il-prinċipal ikun jista’ jagħmel dak it-tnaqqis illi jkun awtorizzat
b’dak il-kuntratt jew b’dik id-dikjarazzjoni.
12 KAP. 452. ħ L-IMPIEGI U R-RELAZZJONIJIET INDIUSTRIJALI
(2) Minkejja d-disposizzjoni tas-subartikolu (1), meta impjegat
jonqos mingħajr kawża ġusta li jagħti lill-prinċipal tiegħu n-numru
kollu ta’ siegħat ta’ xogħol kif ikun marbut bil-kondizzjonijiet ta’
xi kuntratt ta’ servizz applikabbli għalih il-prinċipal ma għandux
iwaħħal lill-impjegat xi multa għal dak it-telf ta’ xogħol iżda jista’
jnaqqas mit-total tal-paga dovuta lill-impjegat dik il-parti minnha li
tikkorrispondi għax-xogħol hekk mitluf.
(3) Meta xi multa  jew multi jkunu imposti minn persuna  jew
għaqda ta’ persuni, tkun kif tkun imsejħa, awtorizzati biex jagħmlu
dak ix-xogħol mill-prinċipal, dik il-persuna jew persuni jkunu
responsabbli għall-għemil tagħhom, bla ħsara għar-responsabbiltà
tal-prinċipal, daqslikieku kienu l-prinċipal.
(4) Sakemm ma jkunx provdut xort’oħra minn xi ftehim
kollettiv, meta prinċipal jissospendi impjegat mix-xogħol u waqt il-
perjodu ta’ sospensjoni ma jħallsux il-paga jew iħallsu anqas mill-
paga li l-impjegat ikollu jedd għaliha, l-prinċipal jitqies li jkun
għamel tnaqqis mill-pagi ta’ l-impjegat permezz ta’ multa
ekwivalenti għall-ammont imnaqqas mill-paga.
Il-pagi huma djun 
bi privileġġ. 
20. Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ kull liġi oħra, l-jedd ta’
kull impjegat għal massimu ta’ tliet xhur paga skond il-paga
kurrenti pagabbli mill-prinċipal lill-impjegat, u l-kumpens għall-
leave li l-impjegat jista’ ikollu jedd għalih, flimkien ma’ kull
kumpens li jkun dovut lill-impjegat għat-temm ta’ l-impieg, jew
kull avviż dwaru, jkun jedd bi privileġġ fuq l-attiv tal-prinċipal u
għandu jitħallas bi preferenza fuq kull jedd ieħor sew jekk bi
privileġġ jew ipotekarju:
Iżda, f’kull każ, l-ammont massimu tal-jedd bi privileġġ ma
għandux ikun aktar mill-ekwivalenti tal-paga minima nazzjonali li
titħallas fil-waqt meta ssir it-talba fuq perjodu ta’ sitt xhur.
Fond ta’ Garanzija. 21. (1) Qiegħed b’dan jitwaqqaf Fond ta’ Garanzija
(hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejjaħ "il-Fond") biex jiggarantixxi
l-ħlas ta’ pagi mhux imħallsa li jkunu dovuti minn prinċipal lil
dawk l-impjegati li l-impieg tagħhom ikun ġie mitmum minħabba
fil-falliment ppruvat tal-prinċipal, liema fond għandu jkun regolat u
amministrat b’dak il-mod kif il-Ministru jista’ jippreskrivi.
(2) Il-Ministru jista’, wara konsultazzjoni mal-Ministru tal-
Finanzi u mal-Bord, jippreskrivi regolamenti biex jingħata effett
aħjar għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu; mingħajr ħsara
għall-ġeneralità  ta’ dak li ntqal qabel, dawn ir-regolamenti jistgħu
jistabbilixxu -
(a) il-mod li bih il-Fond jiġi stabbilit u ffinanzjat fil-bidu,
u għal dan il-għan il-Ministru jista’ jiddota lill-fond
b’dak l-ammont u għal dak il-perjodu kif il-Ministru
jista’ jippreskrivi;
(b) il-livell ta’ provi meħtieġa biex jiġi ppruvat l-falliment
tal-prinċipal;
(ċ) ir-rati tal-kontribuzzjonijiet li għandhom isiru mill-
Istat, mill-prinċipali u mill-impjegati biex jitkompla l-
finanzjament tal-Fond;
L-IMPIEGI U R-RELAZZJONIJIET INDIUSTRIJALI ġ KAP. 452. 13
(d) il-mod ta’ kif l-Fond għandu jiġi amministrat;
(e) kull klassi ta’ impiegi li hi prekluża milli tagħmel talba
taħt il-Fond;
(f) il-mod u ċ-ċirkostanzi li fihom talba tista’ ssir minn
impjegat biex jitħallas mill-Fond u l-mod u ċ-
ċirkostanzi li fihom talba titħallas lill-impjegat mill-
Fond;
(g) l-ammont massimu li jista’ jitħallas mill-Fond lil
person waħda li tkun għamlet talba;
(h) id-dritt tal-Fond li jiġi surrogat fil-jeddijiet ta’ l-
impjegat li jitħallas ammont mill-imsemmi Fond; kif
ukoll id-dritt tal-Fond li jitlob ir-rifużjoni ta’ kull
ammont hekk imħallas, mill-prinċipal ta’ l-impjegat;
(i) il-miżuri u l-proċeduri meħtieġa biex jimpedixxi l-
abbuż.
(3) Il-Fond ikollu personalità  ġuridika distinta u jkun jista’
jidħol f’kull kuntratt, li jħarrek jew jiġi mħarrek, u li jagħmel dawk
l-affarijiet kollha u jidħol f’dawk l-operazzjonijiet kollha li jkunu
inċidentali jew li jwasslu għat-twettiq ta’ l-għanijiet tiegħu, kif
jista’ jkun preskritt mill-Ministru.
(4) Il-Fond ikollu d-dritt jiġbor, jirkupra jew jibda proċeduri
għall-ħlas ta’ somom dovuti lilu, skond id-disposizzjonijiet ta’ dan
l-Att.
(5) Ir-rappreżentanza ġuridika u legali tal-Fond tkun vestita
fiċ-chairperson jew f’kull persuna oħra li l-Fond jista’ jawtorizza
għal dak il-għan.
Il-pagi jitħallsu 
f’intervalli 
regolari.
22. (1) Kull prinċipal għandu jħallas jew jara li jitħallsu l-pagi
lill-impjegati tiegħu f’intervalli regolari li ma għandhomx ikunu
aktar minn erba’ ġimgħat b’lura:
Iżda d-disposizzjonijiet ta’ dan is-subartikolu ma jkunux
jgħoddu meta jsir ftehim bejn prinċipal jew prinċipali jew għaqdiet
ta’ prinċipali min-naħa l-waħda u trade unions li jirrappreżentaw l-
impjegati nteressati min-naħa l-oħra, li jiffissa intervalli oħra għall-
ħlas tal-pagi.
(2) Mat-tmiem ta’ kuntratt ta’ servizz il-pagi kollha li jkunu
għadhom ma tħallsux u kull kumpens li għandu jitħallas lill-
impjegat għall-leave mhux meħud għandhom jitħallsu mad-data tal-
jum tal-paga li tiġi minnufih wara iffissata skond is-subartikolu (1)
bħallikieku l-kuntratt ma ntemmx.
(3) Għeluq tal-kontijiet għandu jsir mill-inqas darba fis-sena
mill-prinċipal dwar impjegati li l-pagi tagħhom ikunu magħmulin
minn sehem ta’ profitti jew kummissjoni fuq bejgħ jew ħlasijiet
magħmulin jew imdaħħlin mill-prinċipal.
Ħlas ta’ bonus.
kull wieħed mill-impjegati whole-time tiegħu, dawk il-bonuses
statutorji u supplementi ta’ dħul fl-ammonti u fiż-żminijiet
stabbiliti f’avviż legali mill-Ministru tal-Finanzi bis-saħħa ta’ dan
l-artikolu, sakemm dan il-bonus statutorju jkun fil-forma ta’ somma
14 KAP. 452. ħ L-IMPIEGI U R-RELAZZJONIJIET INDIUSTRIJALI
ta’ flus li, f’kull każ, ma tkunx inqas minn nofs dik li l-Gvern ikun
avża fl-estimi ġenerali ta’ kull sena partikolari, li sejjer iħallas lil
kull wieħed mill-impjegati tiegħu matul dik is-sena:
Iżda, meta xi persuna tkun impjegata whole-time ma’ xi
prinċipal partikolari għal żmien ta’ mhux inqas minn tletin jum iżda
inqas minn tnax-il xahar bejn l-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Diċembru ta’
xi sena, dak l-impjegat ikollu dritt li jirċievi mingħand il-prinċipal
tiegħu,  jew mingħand kull wieħed mill-prinċipali tiegħu,
proporzjon ta’ l-ammont tal-bonus li jkollu jitħallas skond dan l-
artikolu, kalkolat fuq in-numru ta’ ġranet f’kull impieg bħal dak:
Iżda wkoll kull perjodu ta’ impieg li ma jikkwalifikax
matul l-ewwel sitt xhur ta’ xi sena għandu jingħadd ma’ kull
perjodu ta’ impieg ma’ l-istess prinċipal matul it-tieni sitt xhur ta’
dik is-sena għall-fini tal-perjodu ta’ impieg ta’ kwalifika u l-
ammont totali tal-bonus li jkollu jitħallas lil dak l-impjegat dwar il-
perjodu totali ta’ dak l-impieg għandu jitħallas bejn il-15 u t-23 ta’
Diċembru ta’ dik is-sena, minkejja li l-ammont totali tal-bonus li
jkollu hekk jitħallas ikun iżjed mill-ammont normali ta’ bonus li
jkollu jitħallas dwar it-tieni sitt xhur ta’ dik is-sena.
(2) F’dan l-artikolu - 
"impjegat" tinkludi persuna li tkun marbuta bi ftehim ta’ taħriġ; 
"impjegat whole-time" tfisser kull impjegat li jitqies li jkun
impjegat whole-time skond xi kondizzjoni magħrufa ta’ impieg kif
imfisser f’dan l-Att, u tinkludi kull impjegat ieħor li jkun fl-impieg
ta’ xi prinċipal partikolari għal mhux anqas minn ħamsa u tletin
siegħa f’ġimgħa waħda fuq medja ta’ perjodu ta’ tnax-il xahar jew
parti minnu;
"impjegati whole-time tiegħu" tinkludi kull impjegat whole-time
li jkun fl-impieg ta’ xi prinċipal partikolari għal perjodu ta’ mhux
inqas minn tletin ġurnata matul xi żmien mill-1 jew wara l-1 ta’
Jannar ta’ xi sena iżda li ma jkunx aktar f’dak l-impieg fit-30 ta’
Ġunju u/jew fil-31 ta’ Diċembru ta’ dik is-sena.
Impjegati whole-
time b’sigħat 
imnaqqsa.
24. Impjegati whole-time b’sigħat imnaqqsa għandhom
jitħallsu mhux inqas pro rata mill-paga applikabbli għal impjegat
whole-time f’impieg simili, u għandu jkollhom ukoll id-dritt għal
parti minn, pro rata -
(a) id-dritt għal btajjel pubbliċi bi ħlas u leave annwali bi
ħlas;
(b) il-benefiċċji msemmija fl-artikolu 10;
(ċ) kull dritt għal leave għal korriment;
(d) kull dritt għal bonus statutorju,
li impjegati whole-time f’impieg simili ma l-istess prinċipal
għandhom dritt għalihom skond kondizzjonijiet magħrufin ta’
impieg li jgħoddu għalihom.
Impjegati part-
time.
25. (1) Impjegati part-time ma għandhomx jiġu ttrattati b’mod
inqas favorevoli minn impjegati whole-time komparabbli minħabba
biss f’li huma jaħdmu part-time sakemm it-trattament differenti ma
jkunx ġustifikat fuq bażi oġġettiva.
L-IMPIEGI U R-RELAZZJONIJIET INDIUSTRIJALI ġ KAP. 452. 15
(2) Il-Ministru jista, wara konsultazzjoni mal-Bord,
jippreskrivi regolamenti li jistabbilixxu:
(a) il-kondizzjonijiet biex wieħed jikkwalifika għall-jedd
pro rata skond kondizzjonijiet speċifiċi ta’ xogħol,
inkluz l-anqas numru ta’ sigħat li impjegat part-time
għandu jaħdem biex jikkwalifika kif ukoll l-inqas
perjodu ta’ servizz li jista’ jinħtieġ qabel ma wieħed
jikkwalifika;
(b) l-għoti ta’ informazzjoni fil-ħin dwar id-disponibilità
ta’ postijiet part-time u whole-time fuq il-post tax-
xogħol kif ukoll aċċess għal taħriġ vokazzjonali u
opportunitajiet għall-avvanz fil-karriera;
(ċ) kull ħaġa oħra li titqies meħtieġa biex tirregola l-
kondizzjonijiet tax-xogħol ta’ impjegati part-time kjif
preskritt fis-subartikolu (1).
TAQSIMA IV
PROTEZZJONI KONTRA DISKRIMINAZZJONI
RELATATA MA’ L-IMPIEG
Diskriminazzjoni u 
ugwaljanza bejn is-
sessi.
26. (1) Ħadd ma jista’ -
(a) fil-waqt li jagħmel reklam jew joffri impieg jew fil-
waqt li joffri opportunitajiet ta’ impieg jew meta jiġi
għall-għażla ta’ applikanti għal impieg, jassoġġetta xi
applikant għal impieg jew xi klassi ta’ applikanti għal
impieg għal trattament diskriminatorju;
(b) rigward impjegati li huma diġà  fl-impieg tal-prinċipal,
jassoġġetta dawk l-impjegati jew xi klassi ta’
impjegati għal trattament diskriminatorju, fir-rigward
ta’ kondizzjonijiet ta’ impieg.
(2) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu, trattament diskriminatorju
jinkludi:
(a) l-impieg jew l-għażla ta’ persuna li tkun anqas
kwalifikata minn persuna tas-sess oppost, sakemm il-
prinċipal ma jippruvax li l-azzjoni kienet bbażata fuq
raġunijiet aċċettabbli relatati max-xorta tax-xogħol
jew għal raġunijiet relatati mat-twettiq jew ma l-
esperjenza ta’ xogħol magħmul qabel;
(b) azzjonijiet li jgħoddu għal impjegat, termini ta’
ħlasijiet jew kondizzjonijiet ta’ impieg li huma anqas
favorevoli minn dawk li jgħoddu għal impjegat fl-
istess xogħol jew xogħol ta’ valur ugwali, abbażi ta’
trattament diskriminatorju;
(ċ) azzjonijiet li bihom il-prinċipal xjentement
jimmaniġġa x-xogħol, iqassam il-biċċiet ta’ xogħol
jew mod ieħor jirranġa l-kondizzjonijiet tax-xogħol
hekk li impjegat ikun assenjat status li manifestament
ikun anqas favorevoli minn oħrajn abbażi ta’
trattament diskriminatorju.
16 KAP. 452. ħ L-IMPIEGI U R-RELAZZJONIJIET INDIUSTRIJALI
Kap. 413.
(3) Id-disposizzjonijiet tas-subartikoli (1) u (2) għandhom
ikunu mingħajr preġudizzju għad-drittijiet u obbligi preskritti fl-
Att dwar Opportunitajiet Indaqs għal Persuni b’Diżabilità , u ma
għandhomx jgħoddu għal kull preferenza jew esklużjoni li tkun
raġonevolment ġustifikata meta wieħed iqis ix-xorta ta’ posizzjoni
battala li għandha timtela’ jew l-impieg offrut, jew fejn
karatteristika meħtieġa tikkostitwixxi ħtieġa ġenwina u
determinanti dwar ix-xogħol jew fejn il-ħtiġiet huma stabbiliti
minn liġijiet jew regolamenti applikabbli.
(4) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu, il-kliem "joffri impieg"
jinkludu r-reklutaġġ jew it-taħriġ ta’ kull persuna bil-ħsieb li dik il-
persuna tiġi mpjegata, u għar-rigward ta’ persuna li tkun diġà  qed
taħdem, tinkludi ukoll l-promozzjoni għal grad ogħla jew l-impieg
fi klassi differenti ta’ xogħol.
Xogħol ta’ valur 
ugwali.
27. Impjegati fl-istess klassi ta’ impieg għandhom id-dritt
għall-istess rata ta’ rimunerazzjoni għal xogħol ta’ valur ugwali:
B’dan illi prinċipal u ħaddiem jew union ta’ ħaddiema
b’riżultat ta’ negozjati għal ftehim kollettiv jistgħu jiftiehmu dwar
skali ta’ salarji, żidiet annwali u kundizzjonijiet ta’ xogħol oħra
differenti għal ħaddiema li jkunu impjegati fi żminijiet differenti,
liema skali jkollhom massimu li jintlaħaq wara żmien stabbilit; u
B’dan ukoll illi kull distinzjoni bejn klassijiet ta’ impieg
ibbażata fuq trattament diskriminatorju mod ieħor milli skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att jew xi liġi oħra tkun nulla u bla
effett.
Vittimizzazzjoni. 28. Ħadd ma jista’ jivvittimizza xi persuna talli din tkun
għamlet ilment lill-awtoritajiet leġittimi jew talli tkun bdiet jew
ħadet sehem fi proċeduri għal riżarċiment abbażi tal-ksur allegat
tad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, jew talli tkun tat informazzjoni,
konfidenzjali jew le, lil korp pubbliku regolatorju stabbilit, rigward
attivitajiet allegatament illegali jew korrotti magħmula mill-
prinċipal ta’ dik il-persuna jew minn persuni li jaġixxu f’isem u fl-
interessi tal-prinċipal.
Għoti ta’ fastidju. 29. (1) L-ebda prinċipal jew impjegat ma jista’ jagħti fastidju
lil impjegat ieħor jew jagħti fastidju lill-prinċipal billi jassoġġetta
lil dik il-persuna għal kull att, talba jew kondotta mhux mixtieqa, li
jinkludu kliem bil-fomm, ġesti jew il-produzzjoni, il-wiri jew iċ-
ċirkolazzjoni ta’ kliem miktubin, stampi jew materjal ieħor, li
rigward dik il-persuna huma bbażati fuq diskriminazzjoni sesswali
u li jistgħu raġonevolment jiqiesu bħala offensivi, umilijanti u
intimidatorji lejn dik il-persuna.
(2) L-ebda prinċipal jew impjegat ma jista’ jagħti fastidju
sesswalment lil impjegat ieħor jew lill-prinċipal (hawnhekk iżjed
’il quddiem f’dan l-artikolu imsejħa "l-vittma") billi -
(a) jassoġġetta l-vittma għal att ta’ intimità  fiżika; jew
(b) jitlob favuri sesswali mill-vittma; jew
(ċ) jassoġġetta l-vittma għal xi att jew kondotta li
jkollhom konnotazzjonijiet sesswali, inklużi kliem bil-
fomm, ġesti jew il-produzzjoni, il-wiri jew iċ-
L-IMPIEGI U R-RELAZZJONIJIET INDIUSTRIJALI ġ KAP. 452. 17
ċirkolazzjoni ta’ kliem miktubin, stampi jew materjal
ieħor, fejn -
(i) l-att, it-talba jew il-kondotta mhumiex mixtieqa
mill-vittma u jistgħu raġonevolment jiqiesu
bħala offensivi, umilijanti u intimidatorji lejn il-
vittma;
(ii) il-vittma tiġi ttrattata b’mod differenti, jew jista’
raġonevolment jiġi antiċipat li l-vittma tista’ tiġi
hekk trattata, bħala riżultat tat-tiċħid jew is-
sottomissjoni tagħha għal dak l-att, dik it-talba
jew dik il-kondotta.
Avviż lit-Tribunal 
Industrijali.
30. (1) Persuna li tallega li l-prinċipal ikun kiser, jew li l-
kondizzjonijiet ta’ l-impieg ikunu jiksru, d-disposizzjonijiet ta’ l-
artikoli 26, 27, 28 jew 29 tista’, fi żmien tliet xhur mill-ksur
allegat, tippreżenta ilment quddiem it-Tribunal Industrijali u t-
Tribunal Industrijali għandu jisma’ dak l-ilment u jwettaq dawk l-
investigazzjonijiet li jqis xierqa.
(2) Jekk it-Tribunal Industrijali jkun soddisfatt li l-ilment jkun
ġustifikat, hu jkun jista’ jieħu dawk il-miżuri li jidhirlu xierqa
inkluz il-kanċellament ta’ kull kuntratt ta’ servizz jew ta’ kull
klawsola fil-kuntratt jew fi ftehim kollettiv li tkun diskriminatorja,
u jista’ jordna li jitħallsu somom raġonevoli ta’ flus bħala kumpens
lill-parti aggravata.
(3) Għall-finijiet tas-smigħ u tad-deċiżjoni ta’ kawżi dwar l-
allegazzjoni ta’ diskriminazzjoni, ksur tal-prinċipju ta’ xogħol ta’
valur ugwali, vittimizzazzjoni jew għoti ta’ fastidju, it-Tribunal
Industrijali jkun magħmul minn chairperson waħdu bil-mod
stabbilit fl-artikolu 73(4).
(4) Kull azzjoni meħuda minn persuna li tagħmel ilment skond
id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu tkun mingħajr preġudizzju
għal kull azzjoni oħra li dik il-persuna li tagħmel l-ilment tkun
tista’ tieħu skond xi liġi oħra li tgħodd u tkun ukoll mingħajr
preġudizzju għal kull azzjoni oħra li għaliha jista’ jkun suġġett ir-
rispondent skond xi liġi oħra li tgħodd.
Setgħa tal-Ministru 
li jagħmel 
regolamenti.
31. Bla ħsara għal dak li intqal qabel, il-Ministru jista’, wara
konsultazzjoni mal-Bord, jippreskrivi regolamenti biex jagħti effett
aħjar lid-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 26, 27, 28 u 29 u b’mod
partikolari biex tiġi eliminata kull prattika diskriminatorja fl-
impieg jew fil-kondizzjonijiet ta’ l-impieg ta’ kull persuna jew
klassi ta’ persuni, biex jingħataw opportunitajiet ta’ xogħol ugwali
lil klassijiet ta’ persuni li jkollhom svantaġġ u biex jiġi regolat l-
aċċess għat-Tribunal Industrijali, u l-investigazzjoni u s-smigħ mit-
Tribunal Industrijali ta’ ilmenti dwar l-allegazzjoni ta’
diskriminazzjoni, ksur tal-prinċipju ta’ xogħol ta’ valur ugwali,
vittimizzazzjoni jew għoti ta’ fastidju.
Reat.
ikun ħati ta’ reat u jeħel, meta jinstab ħati, multa ta’ mhux iżjed
minn elf lira (Lm 1000) jew priġunerija għal żmien mhux iżjed
minn sitt xhur, jew dik il-multa u dik il-priġunerija flimkien.
18 KAP. 452. ħ L-IMPIEGI U R-RELAZZJONIJIET INDIUSTRIJALI
TAQSIMA V
TEMM TA’ KUNTRATTI TA’ SERVIZZ
Żmien ta’ seħħ ta’ 
kuntratti ta’ 
servizz.
33. Persuna tista’ tintrabat li tagħti s-servizzi tagħha għal
żmien imsemmi jew bla limiti, jew dwar biċċa xogħol, impriża,
opra jew servizz imsemmijin:
Iżda meta l-impjegat ikun inżamm fl-impieg wara d-data
tat-tmiem ta’ kuntratt ta’ servizz għal żmien speċifikat jew ikun
reġa’ ġie impjegat minn prinċipal għal żmien speċifikat jew għal
żmien indefinit, u dan fi żmien sena mid-data tat-tmiem ta’ kuntratt
ta’ servizz għal żmien speċifikat, il-kondizzjonijiet ta’ l-impieg ma
għandhomx ikunu anqas favorevoli minn dawk li kienu jkunu
japplikaw jekk kemm-il darba l-kuntratt ta’ servizz ikun għal żmien
bla limitu u ż-żmien totali ta’ prova ta’ l-impjegat ma għandu jkun
f’ebda każ itwal minn dak li hemm provdut f’dan l-Att.
Kuntratti għal 
żmien speċifikat.
34. (1) Mingħajr ħsara għal dak li hu preskritt xort’oħra f’dan
l-Att, il-kondizzjonijiet ta’ l-impieg f’kuntratt għal żmien
speċifikat ma għandhomx ikunu inqas favorevoli minn dawk li
kienu jkunu japplikaw li kieku l-istess kuntratt ta’ l-impieg fl-istess
post tax-xogħol kien għal żmien bla limitu, sakemm trattament
differenti ma jkunx ġustifikat għal raġunijiet oġġettivi:
Iżda dan l-artikolu ma għandux jgħodd għal kuntratti ta’
impjegati li jkunu qegħdin fuq taħriġ vokazzjonali tal-bidu u, jew,
fuq skemi ta’ apprendistat.
(2) Kull impjegat b’kuntratt ta’ servizz għal żmien speċifikat li
jagħlaqlu ż-żmien tal-kuntratt u li jinżamm fix-xogħol mill-
prinċipal jitqies li jkun inżamm fuq kuntratt għal żmien bla limitu
jekk dak l-impjegat ma jingħatax kuntratt ta’ servizz ġdid fi żmien
tnax-il ġurnata minn meta jkun għalaq il-kuntratt ta’ qabel.
(3) Il-Ministru jista, wara konsultazzjoni mal-Bord, jagħmel
regolamenti biex:
(a) jagħti effett aħjar għall-prinċipju ta’ ebda
diskriminazzjoni bejn impjegati fuq kuntratti għal
żmien speċifikat u impjegati fuq kuntratti għal żmien
bla limitu;
(b) jistabbilixxi ċ-ċirkostanzi fejn, għal raġunijiet
oġġettivi, l-kondizzjonijiet f’kuntratti għal żmien
speċifikat jistgħu jkunu differenti mill-kondizzjonijiet
f’kuntratti għal żmien bla limitu;
(ċ) b’mod ġenerali biex jirregola kull ħaġa li għandha
x’taqsam ma’ kuntratti għal żmien speċifikat.
Dritt ta’ l-impjegati 
għal informazzjoni 
minima.
35. Il-Ministru jista’, wara konsultazzjoni mal-Bord, jagħmel
regolamenti li jippreskrivu l-informazzjoni minima li kull prinċipal
għandu jagħti lil kull impjegat, u l-mod kif din l-informazzjoni
għandha tingħata lill-impjegat, u biex jirregolaw kull ħaġa oħra li
għandha x’taqsam ma’ l-obbligu tal-prinċipal biex jinforma lil jew
jikkonsulta ma’ l-impjegat jew mar-rappreżentanti ta’ l-impjegati
dwar kondizzjonijiet ta’ l-impieg, u, f’dawn ir-regolamenti, l-
Ministru jista’ jagħti eżenzjoni mill-obbligi imposti b’dan l-
L-IMPIEGI U R-RELAZZJONIJIET INDIUSTRIJALI ġ KAP. 452. 19
artikolu jew jistabbilixxi regoli differenti għal klassijiet jew tipi
differenti ta’ impieg.
Avviż ta’ u 
kumpens għal 
temm ta’ kuntratti 
ta’ servizz.
36. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (16),
l-ewwel sitt xhur ta’ kull impieg taħt kuntratt ta’ servizz ikun
impieg bi prova, sakemm żmien iqsar ta’ impieg bi prova ma jiġix
miftiehem bejn iż-żewġ partijiet:
Iżda fil-każ ta’ kuntratt ta’ servizz, jew ta’ ftehim kollettiv,
dwar impjegati li jkollhom karigi tekniċi, eżekuttivi,
amministrattivi jew ta’ direzzjoni u li l-pagi tagħhom ikunu għall-
inqas id-doppju tal-paga minima stabbilita f’dik is-sena, dak iż-
żmien ta’ prova jkun ta’ sena sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor
fil-kuntratt ta’ servizz jew fil-ftehim kollettiv.
(2) Waqt l-impieg bi prova, l-impieg jista’ jiġi mitmum minn
min ikun irid miż-żewġ partijiet mingħajr ma jagħti ebda raġuni:
Iżda għandu jingħata avviż ta’ ġimgħa tat-temm ta’ l-
impieg lill-parti l-oħra fil-każ ta’ impjegat li jkun ilu fl-impieg ta’
l-istess prinċipal kontinwament għal aktar minn xahar.
(3) Kuntratt ta’ servizz għal żmien bla limitu jista’ jintemm, bl-
għoti ta’ l-avviż kif speċifikat fis-subartikolu (5), mill-impjegat
mingħajr ma jagħti ebda raġuni u mill-prinċipal, bla ħsara għad-
disposizzjoni tas-subartikolu (14), fuq bażi ta’ redundancy biss:
Iżda kull impjegat li l-impieg tiegħu jiġi mitmum minħabba
redundancy ikun intitolat għall-impieg mill-ġdid jekk il-post li kien
jokkupa qabel jerġa’ jkun ottjenibbli fi żmien perjodu ta’ sena mid-
data ta’ tmiem l-impieg:
Iżda wkoll impjegat bħal dak ikun hekk impjegat mill-ġdid
b’kondizzjonijiet mhux inqas favorevoli minn dawk li hu kien ikun
intitolat għalihom li kieku l-kuntratt tas-servizz dwaru ma kienx
intemm:
Iżda, fl-aħħarnett, kull impjegat li jkun ġie hekk impjegat
mill-ġdid għandu, għall-finijiet ta’ dan l-Att, jitqies li jkun kompla
fl-impieg tiegħu nonostanti t-terminazzjoni magħmula skond dan
is-subartikolu.
(4) Meta prinċipal ikun bi ħsiebu jtemm l-impieg ta’ impjegat
minħabba redundancy, hu għandu jtemm l-impieg ta’ dik il-persuna
li tkun impjegata l-aħħar fil-klassi ta’ l-impieg milquta minn dik ir-
redundancy:
Iżda, meta dik il-persuna tkun tiġi mill-prinċipal (li ma
jkunx soċjetà  b’responsabilità  limitata jew korp statutarju)
b’konsagwinità  jew b’affinità  sat-tielet grad, il-prinċipal jista’,
minflok itemm l-impieg ta’ dik il-persuna, itemm l-impieg tal-
persuna li jmissha warajha.
(5) Minkejja kull ftehim kuntrarju, u mingħajr preġudizzju għal
dak li hemm imsemmi fil-paragrafu (f), avviż tat-temm ta’ impieg li
jkun bi ħsiebu jagħmel il-prinċipal jew l-impjegat taħt kuntratt ta’
servizz għal żmien bla limitu, għandu jkun tat-tul bħal ma jingħad
hawn iżjed ’il quddiem, jekk l-impjegat kien ilu fl-impieg ta’ l-
20 KAP. 452. ħ L-IMPIEGI U R-RELAZZJONIJIET INDIUSTRIJALI
istess prinċipal kontinwament -
Iżda l-avviż tat-temm ta’ impieg ma jistax jingħata matul il-
leave għal maternità  jew matul il-perjodu ta’ inkapaċità  għax-
xogħol li għalih jirreferi is-subartikolu (17) jew matul kull perjodu
ieħor kif il-Ministru jista’ jippreskrivi.
(6) Meta perjodu ta’ impieg b’kuntratt ta’ servizz għal żmien
bla limitu jkun ta’ inqas minn sitt xhur imma jkollu warajh perjodu
ieħor ta’ impieg simili li jibda fi żmien is-sitt xhur li jaħbtu wara
mill-aħħar jum ta’ impieg, iż-żewġ perjodi għandhom, għall-finijiet
tas-subartikolu (5) ta’ dan l-artikolu, dwar it-tieni perjodu ta’
impieg jitqiesu li huma perjodu wieħed kontinwu.
(7) Il-perjodu ta’ l-avviż għandu jibda jgħodd mill-jum tax-
xogħol li jaħbat wara l-jum li fih jingħata l-avviż.
(8) Meta impjegat taħt kuntratt ta’ servizz għal żmien bla
limitu jirċievi avviż mill-prinċipal kif jingħad hawn qabel, huwa
jista’ jagħżel jew li jissokta jaħdem sakemm jagħlaq iż-żmien ta’ l-
avviż jew, f’kull żmien li jkun waqt li għadu miexi ż-żmien ta’ l-
avviż, iġiegħel lill-prinċipal li jagħtih somma li tkun daqs in-nofs
tal-pagi li kien ikollhom jitħallsu għaż-żmien li jkun għad jonqos
biex jagħlaq iż-żmien ta’ l-avviż.
(9) Meta jirċievi avviż mingħand l-impjegat kif intqal qabel, il-
prinċipal ikun jista’ jagħżel jew li jħalli lill-impjegat li jkompli
jaħdem sakemm iż-żmien ta’ l-avviż jagħlaq jew, f’kull żmien
matul li jkun għaddej iż-żmien ta’ l-avviż, iħallas lill-impjegat
somma li tkun daqs il-paga li jkun imissha titħallas dwar iż-żmien
ta’ l-avviż li ma jkunx għalaq.
(10) Jekk impjegat taħt kuntratt ta’ servizz għal żmien bla limitu
jonqos li jagħti avviż kif jingħad hawn qabel, huwa jkun suġġett li
jħallas lill-prinċipal somma li tkun daqs nofs il-paga li jkun imissha
titħallas dwar iż-żmien ta’ l-avviż. Jekk il-prinċipal jonqos li jagħti
avviż kif imsemmi hawn qabel, huwa jkun suġġett li jħallas lil dak
l-impjegat somma li tkun daqs il-paga li jkun imissha titħallas dwar
iż-żmien ta’ l-avviż.
(11) Prinċipal li  jibgħat ’l barra impjegat qabel ma jagħlaq iż-
żmien speċifikat f’kuntratt ta’ servizz, ikollu jħallas lill-impjegat
(a) għal iżjed minn xahar iżda mhux
iżjed minn sitt xhur ....................... ġimgħa;
(b)  għal iżjed minn sitt xhur iżda mhux
iżjed minn sentejn ......................... ġimgħatejn;
(ċ) għal iżjed minn sentejn iżda mhux
iżjed minn erba’ snin .................... erba’ ġimgħat;
(d) għal iżjed minn erba’ snin iżda
mhux iżjed minn seba’ snin ........... tmien ġimgħat;
(e)  għal iżjed minn seba’ snin, ġimgħa waħda
addizzjonali għal kull sena sussegwenti ta’ servizz sa
massimu ta’ tnax-il ġimgħa;
(f)  jew dawk iż-żminijiet itwal kif jista’ jiġi miftiehem
bejn il-prinċipal u l-impjegat fil-każ ta’ karigi tekniċi,
amministrattivi, eżekuttivi jew ta’ direzzjoni:
L-IMPIEGI U R-RELAZZJONIJIET INDIUSTRIJALI ġ KAP. 452. 21
nofs il-paga kollha li kienet tkun tmiss lill-impjegat dwar il-bqija
taż-żmien espressament miftiehem.
(12) Impjegat li jitlaq mis-servizz tal-prinċipal tiegħu qabel iż-
żmien speċifikat fil-kuntratt ta’ servizz għandu jħallas lill-prinċipal
tiegħu somma li tkun daqs nofs il-paga kollha li għaliha huwa kien
ikollu jedd kieku huwa baqa’ fis-servizz għall-bqija taż-żmien hekk
espressament miftiehem:
Iżda f’dan is-subartikolu u fis-subartikoli (8), (9), (10) u
(11), ir-riferenzi għal "paga kollha" u "paga" għandhom ifissru l-
paga li titħallas lil persuna impjegata minn jew f’isem il-prinċipal,
esklużi kull rimunerazzjoni għal sahra, kull forma ta’ bonus, kull
allowance, u rimunerazzjoni mod ieħor milli bi flus u
kummissjonijiet.
(13) Fil-każ ta’ impjegati taħt kuntratt ta’ servizz imħallsa għal
kull biċċa xogħol, jew b’sehem fil-qligħ, jew b’kummissjoni fuq il-
bejgħ magħmul jew ħlasijiet imdaħħla mill-prinċipal, l-ammont li
għandu jitħallas skond is-subartikoli (8), (10), (11) u (12) għandu
jkun ikkalkolat fuq il-qligħ medju ta’ l-impjegat matul it-tliet xhur
li jiġu sew sew qabel il-jum li fih jingħata l-avviż jew l-impjegat
jitlaq ix-xogħol jew jiġi mibgħut ’il barra mill-prinċipal.
(14) Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ hawn qabel ta’ dan l-
artikolu, prinċipal jista’ jibgħat impjegat u l-impjegat jista’ jitlaq
is-servizz tal-prinċipal, mingħajr ma jagħti avviż u mingħajr ebda
obbligu li jagħmel ħlas kif dispost fis-subartikoli (10), (11) u (12)
jekk ikun hemm raġuni tajba u biżżejjed biex dak l-impjegat
jintbagħat jew jitlaq mis-servizz:
Iżda prinċipal ma jistax iġib bħala raġuni tajba u biżżejjed- 
(a) illi l-impjegat fiż-żmien li ġie mibgħut kien membru
ta’ trade union jew qed ifittex l-inkarigu ta’, jew qed
jaġixxi bħala jeww aġixxa bħala, ir-rappreżentant ta’ l-
impjegati; jew
(b) ħlief fil-każ ta’ impjegat domestiku privat, illi l-
impjegat ma jgawdix iżjed il-fiduċja tal-prinċipal; jew
(ċ) illi impjegat ikun iżżewweġ; jew
(d) illi impjegata tkun tqila b’tarbija jew tkun assenti mix-
xogħol waqt il-leave għal maternità ; jew
(e) illi l-impjegat kixef informazzjoni, konfidenzjali jew
le, lil korp pubbliku regolatorju stabbilit, rigward
attivitajiet allegatament illegali jew korrotti magħmula
mill-prinċipal jew minn persuni li jaġixxu f’isem u fl-
interessi tal-prinċipal; jew
(f) illi l-impjegat ppreżenta ilment jew qiegħed jieħu
sehem fi proċeduri kontra l-prinċipal li jinvolvu l-
allegat ksur ta’ liġijiet jew regolamenti jew illi l-
impjegat irrikorra għand l-awtoritajiet kompetenti
amministrattivi; jew
(g) li n-negozju li fih jaħdem l-impjegat għadda minn
trasferiment ta’ proprjetà , sakemm ma jipprovax li t-
temm ta’ l-impieg hu meħtieġ għal raġunijiet
22 KAP. 452. ħ L-IMPIEGI U R-RELAZZJONIJIET INDIUSTRIJALI
ekonomiċi, tekniċi jew ta’ organizzazzjoni, li
jirrikjedu bidliet fl-għadd ta’ ħaddiema:
Kap. 318.
Iżda ukoll il-prinċipal jista’ jtemm l-impieg ta’ impjegat
meta l-impjegat jilħaq l-età  li fiha wieħed jirtira kif imfisser fl-Att
dwar is-Sigurtà  Soċjali.
(15) Kuntratt ta’ servizz ma għandux, ħlief bil-kunsens ta’ l-
impjegat, jintemm mill-prinċipal matul xi perjodu ta’ inkapaċità
għax-xogħol ta’ l-impjegat kaġunata b’korriment b’disgrazzja li
tiġri mill-impieg u waqt l-impieg jew minn xi mard li jiġi mix-
xogħol li huma speċifikati fl-Att dwar is-Sigurtà  Soċjali meta dan
jiġri fis-servizz ta’ dak il-prinċipal:
Iżda - 
(a) matul dak il-perjodu ta’ inkapaċità  l-impjegat ikollu
jedd għall-paga imnaqqsa b’kull benefiċċju għal
korriment li jitħallas skond l-Att dwar is-Sigurtà
Soċjali mhux inkluż kull benefiċċju għal disabilità
permanenti, kif jista’ jkun provdut skond jew taħt xi
kondizzjoni magħrufa ta’ impieg kif imfisser fit-
Taqsima II tat-Titolu I ta’ dan l-Att; u
(b) id-disposizzjonijiet ta’ dan is-subartikolu ma jkunux
igħoddu wara l-ewwel tnax-il xahar ta’ inkapaċità
skond il-kalendarju.
(16) Meta tispiċċa l-inkapaċità  għax-xogħol imsemmija fl-aħħar
subartikolu qabel dan il-prinċipal għandu, fi żmien wieħed u
għoxrin jum minn talba magħmula mill-impjegat, jerġa’ jdaħħal l-
impjegat fl-impieg tiegħu ta’ qabel jew, jekk il-korriment jew
marda jkun ġiebu inkapaċità  li minħabba fiha l-impjegat ma jkunx
tajjeb għall-impieg ta’ qabel f’impieg ieħor xieraq:
Iżda t-talba ta’ l-impjegat biex jerġa’ jiġi impjegat għandha
ssir bil-miktub fi żmien sebat ijiem minn meta tispiċċa l-inkapaċità
għax-xogħol.
(17) Impjegata whole-time ma tistax tintbagħat mill-prinċipal
matul il-perjodu tal-leave għal maternità  tagħha jew il-perjodu ta’
ħames ġimgħat wara dak il-leave li matulu ma tkunx tista’ taħdem
minħabba kondizzjoni patoloġika li tinqala’ mill-ħlas.
(18) Kull perjodu ta’ inkapaċità  għax-xogħol imsemmi fl-aħħar
subartikolu qabel dan għandu jitnaqqas mill-perjodu ta’ leave għal
mard li għalih l-impjegata jkollha jedd fiż-żmien ta’ dik l-
inkapaċità , hekk iżda li l-perjodu ta’ inkapaċità  li jkun iżjed mill-
imsemmi leave għal mard jitqies li hu leave ta’ assenza mingħajr
jedd għall-paga:
Iżda l-prinċipal jista’ jeħtieġ lill-impjegata li tipproduċi
prova ta’ dik l-inkapaċità  għax-xogħol u jista’ jeħtieġ li t-tabib
tiegħu iżur lil dik l-impjegata u jirrapportalu fuq il-kondizzjoni ta’
saħħitha.
(19) L-impjegata jkollha, meta jintemm il-leave għal maternità  li
għaliħ għandha jedd taħt id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att jew il-
perjodu ta’ inkapaċità  tagħha għax-xogħol li għalih jirreferi is-
subartikolu (17), jedd li terġa’ tidħol għax-xogħol fil-post li kienet
L-IMPIEGI U R-RELAZZJONIJIET INDIUSTRIJALI ġ KAP. 452. 23
tokkupa meta beda l-leave għal maternità  tagħha, jew f’post
analogu jekk fiż-żmien meta hekk ikollha l-jedd il-post li qabel
kienet tokkupa ma jkunx għadu disponibbli.
(20) Meta impjegata ma terġax tidħol għax-xogħol kif provdut
fis-subartikolu ta’ qabel dan, jew, wara li tkun hekk reġgħet bdiet
ix-xogħol tabbanduna s-servizz tal-prinċipal tagħha, mingħajr
raġuni tajba u biżżejjed fi żmien sitt xhur mid-data li fiha tkun hekk
reġgħet bdiet, din tkun obbligata, bla ħsara għal kull obbligu ieħor
taħt dan l-Att, li tħallas lill-prinċipal somma li tkun daqs il-pagi li
rċeviet matul il-leave għal maternità .
Redundancies 
kollettivi.
37. (1) Prinċipal ma għandux itemm l-impieg ta’ xi impjegat
għar-raġuni ta’ redundancy kollettiva qabel ma jkun innotifika bil-
miktub lir-rappreżentanti ta’ l-impjegati magħrufin minnu dwar il-
ħsieb li għandu li jtemm l-impieg u jkun ta lir-rappreżentati
msemmija opportunità  biex jikkonsultaw mal-prinċipal.
(2) Il-Ministru jista’, wara konsultazzjoni mal-Bord, jagħmel
regolamenti biex jippreskrivi ċ-ċirkostanzi li fihom redundancies
għandhom jitqiesu bħala redundancies kollettivi; il-mod li bih
għandhom jinżammu l-konsultazzjonijiet bejn il-prinċipal u r-
rappreżentanti ta’ l-impjegati; il-proċedura li għandha tiġi adottata;
il-kategoriji jew il-klassijiet ta’ impiegi li huma eżenti mill-effetti
ta’ dan l-artikolu, u kull ħaġa oħra li għandha x’taqsam jew hi
anċillari għal dan.
(3)  Kull persuna li tonqos li tħares id-disposizzjonijiet ta’ dan
l-artikolu jew ta’ xi regolamenti magħmula taħtu, tkun ħatja ta’ reat
kontra dan l-Att.
Trasferiment tan-
negozju.
38. (1) Meta negozju jew azjenda oħra jittieħed il-kontroll
tagħhom, għal kollox jew f’parti, minn persuna (hawnhekk iżjed ’il
quddiem f’dan l-artikolu msejħa "il-persuna li lilha jiġi trasferit in-
negozju") mingħand prinċipal (hawnhekk iżjed ’il quddiem f’dan l-
artikolu msejjaħ "min jittrasferixxi"), kull impjegat fl-impieg ta’
min jittrasferixxi fid-data tat-trasferiment tan-negozju għandu
jitqies li jkun fl-impieg tal-persuna li lilha jiġi trasferit in-negozju
u l-persuna li lilha jiġi trasferit in-negozju għandha tassumi d-
drittijiet u l-obbligi kollha li min jittrasferixxi għandu rigward l-
impjegat.
(2) Min jittrasferixxi u l-persuna li lilha jiġi trasferit in-negozju
għandhom jinformaw lir-rappreżentanti ta’ l-impjegati dwar l-
impjegati rispettivi tagħhom li ser jkunu milquta bit-trasferiment
dwar -
(a) id-data jew id-data maħsuba għat-trasferiment;
(b) ir-raġunijiet għat-trasferiment;
(ċ) l-implikazzjonijiet legali, ekonomiċi u soċjali tat-
trasferiment għall-impjegati; u
(d) il-miżuri li ser jittieħdu rigward l-impjegati.
(3) Wara t-trasferiment, il-persuna li lilha jiġi trasferit in-
negozju għandha tkompli tosserva l-patti u l-kondizzjonijiet
miftehma f’xi ftehim kollettiv bl-istess mod kif kienu applikabbli
għal min jittrasferixxi taħt dak il-ftehim, sad-data tat-tmiem jew
24 KAP. 452. ħ L-IMPIEGI U R-RELAZZJONIJIET INDIUSTRIJALI
egħluq tal-ftehim kollettiv, jew il-bidu fis-seħħ jew l-applikazzjoni
ta’ ftehim kollettiv ieħor.
Kap. 386.
(4) Dan l-artikolu ma jgħoddx għat-trasferiment ta’ azjenda,
negozju, jew parti minn azjenda jew negozju fejn min jittrasferixxi
hu suġġett għal proċeduri ta’ falliment jew ta’ stralċ ordnat mill-
Qorti skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar il-Kumpanniji, jew
proċeduri oħra ta’ falliment li nbdew biex jiġu likwidati l-assi ta’
min jittrasferixxi u huma taħt is-sorveljanza ta’ likwidatur nominat
mill-Qorti.
(5) Il-Ministru jista’ jagħmel regolamenti biex jippreskrivi l-
mod li bih għandhom jinżammu l-konsultazzjonijiet bejn il-
prinċipal u r-rappreżentanti ta’ l-impjegati; il-proċedura li għandha
tiġi adottata; il-kategoriji jew il-klassijiet ta’ impiegi li huma eżenti
mill-effetti ta’ dan l-artikolu, u kull ħaġa oħra li għandha x’taqsam
jew hi anċillari għal dan.
(6)  Kull persuna li tonqos li tħares id-disposizzjonijiet ta’ dan
l-artikolu jew ta’ xi regolamenti magħmula taħtu, tkun ħatja ta’ reat
kontra dan l-Att.
Impjegati meħlusin 
mit -tħaddim ta’ l-
artikoli 36, 37 u 38.
Kap. 234.
39. Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikol1 36, 37 u 38 ma
għandhomx jgħoddu għall-baħrin impjegati fuq bastimenti skond
id-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar il-Bastimenti Merkantili; u fil-
każ li xi disposizzjonijiet ta’ l-imsemmi Att ma jkunux jaqblu mad-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, għandhom jgħoddu dawk ta’ l-
imsemmi Att.
Kondizzjoni 
f’kuntratt ta’ 
servizz mingħajr 
effett.
40. Kull kondizzjoni f’kuntratt ta’ servizz li tagħti s-setgħa
lill-prinċipal li jtemm l-impieg ta’ impjegata meta tiżżewweġ jew
meta ssir tqila b’tarbija tkun nulla u mingħajr effett.
Ċertifikati ta’ 
servizz.
41. Mat-temm ta’ kuntratt ta’ servizz li jdum iktar minn xahar,
il-prinċipal ikun marbut, fuq it-talba ta’ l-impjegat, li jagħtih
ċertifikat li jsemmi kemm dam l-impieg, ix-xorta tax-xogħol jew
servizzi magħmulin u, jekk l-impjegat hekk jixtieq, ir-raġuni għat-
temm tal-kuntratt, u r-rata tal-paga mħallsa:
Iżda l-prinċipal ma jkunx meħtieġ jagħti r-raġuni tat-temm
ta’ l-impieg, jekk l-impieg jintemm waqt il-perjodu ta’ impieg bi
prova.
Kondizzjonijiet li 
jkunu anqas 
favorevoli mill-
Att.
42. Jekk mhux f’każ kif provdut xort’oħra b’dan l-Att,  jekk
kuntratt ta’ servizz bejn impjegat u l-prinċipal tiegħu jew ftehim
kollettiv bejn il-prinċipal u r-rappreżentanti magħrufin ta’ l-union,
jipprovdi għal xi kondizzjoni ta’ impieg, inklużi kondizzjonijiet
dwar it-temm ta’ dak il-kuntratt, li jkunu anqas favorevoli għall-
impjegat minn dawk speċifikati fi jew taħt l-Att, dawn għandu
jkollhom effett daqslikieku minflok dawk il-kondizzjonijiet li huma
anqas favorevoli għall-impjegat kien hemm imdaħħla l-
kondizzjonijiet speċifikati fi jew taħt dan l-Att:
Iżda, f’każijiet eċċezzjonali, il-prinċipal jista’, bi ftehim
ma’ l-impjegat jew mar-rappreżentant ta’ l-union, jipprovdi
kondizzjonijiet ta’ impieg differenti minn dawk speċifikati fi jew
skond dan l-Att, sakemm dan il-ftehim ikun bħala miżura
temporanja biex jiġu evitati redundancies u sakemm il-ftehim jiġi
L-IMPIEGI U R-RELAZZJONIJIET INDIUSTRIJALI ġ KAP. 452. 25
approvat mid-Direttur, liema approvazzjoni għandha tiġi riveduta
kull erba’ ġimgħat.
TAQSIMA VI
INFURZAR U KSUR RIGWARD IMPIEGI
Ħatra ta’ spetturi.
responsabbli għall-impiegi u relazzjonijiet industrijali li huwa
jidhirlu xieraq sabiex ikunu spetturi għall-finijiet ta’ dan l-Att.
(2) Spetturi hekk maħturin kif imsemmi hawn qabel ikollhom
is-setgħa - 
(a) li jidħlu bla tfixkil u mingħajr ma qabel javżaw f’kull
ħin xieraq f’kull fond jew post suġġett għall-ispezzjon
taħt dan l-Att;
(b) li jagħmlu f’kull fond  jew post bħal dan kull eżami,
test jew stħarriġ li huma jidhrilhom meħtieġa sabiex
jassiguraw ruħhom li d-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att
jew ta’ xi regolamenti jew ordnijiet taħtu kif ukoll kull
kondizzjoni magħrufa ta’ impieg qegħdin jiġu mħarsa,
u partikolarment - 
(i) li jagħmlu mistoqsijiet, weħidhom jew quddiem
ix-xhieda, lill-prinċipal jew lill-impjegati fuq
kull ħaġa minn dawk imsemmijin;
(ii) li jordnaw li juruhom kotba, reġistri jew
dokumenti oħra li skond dan l-Att  jew xi ordni
maħruġ taħtu għandhom jinżammu u li
jikkopjaw dawk id-dokumenti jew jieħdu estratti
minnhom.
(3) Fl-okkażjoni ta’ żjara ta’ spezzjon, spettur għandu jgħarraf
lill-prinċipal jew lir-rappreżentant tiegħu bil-preżenza tiegħu,
kemm-il darba huwa ma jidhirlux illi dik it-tagħrifa tista’ tkun ta’
ħsara għall-qadi ta’ dmirijietu.
(4) Il-fondi u postijiet suġġetti għall-ispezzjon taħt dan l-Att
huma kull fond jew post li dwaru jgħoddu xi disposizzjonijiet ta’
dan l-Att jew ta’ xi regolament jew ordni taħtu jew xi
kondizzjonijiet magħrufin ta’ impieg jew kull fond jew post li
dwaru spettur ikollu għalfejn jaħseb illi jgħoddu d-disposizzjonijiet
ta’ dan l-Att jew regolamenti jew ordnijiet taħtu jew
kondizzjonijiet magħrufin ta’ impieg.
(5) Dawn l-ispetturi - 
(a) ma jistax ikollhom xi interess dirett  jew indirett f’xi
fondi jew postijiet li jaqgħu taħt l-ispezzjon tagħhom;
(b) ma għandhom jikxfu f’ebda żmien, lanqas wara li ma
jibqgħux spetturi, sigrieti ta’ manifattura jew kummerċ
jew proċessi tax-xogħol li jkunu saru jafu bihom fil-
qadi ta’ dmirijiethom;
(ċ) għandhom iqisu bħala assolutament konfidenzjali l-
oriġini ta’ kull ilment li bih jiġu mgħarrfin b’difett jew
ksur tad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att  jew ta’
26 KAP. 452. ħ L-IMPIEGI U R-RELAZZJONIJIET INDIUSTRIJALI
regolamenti jew ordnijiet taħtu jew ta’ kondizzjonijiet
magħrufin ta’ l-impieg; u
(d) ma għandhom qatt igħarrfu lill-prinċipal  jew lir-
rappreżentant tiegħu illi żjara ta’ spezzjon saret
minħabba li waslilhom ilment bħal dak.
(6) Kull spettur għandu jkun fornut b’ċertifikat tal-ħatra tiegħu
u meta jitlob biex jidħol f’xi fond jew post għall-finijiet ta’ dan l-
Att, għandu, jekk hekk mitlub, juri l-imsemmi ċertifikat.
(7) Kull spettur li jikser id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (5),
minbarra kull kastig ieħor li għalih huwa jista’ jkun suġġett, jista’
wkoll jitkeċċa ipso facto mill-impieg tiegħu mal-Gvern.
(8) Persuna ma għandhiex - 
(a) tonqos li twieġeb jew twieġeb ħażin jew li iġġiegħel lil
xi persuna oħra biex ma tweġibx  jew biex twieġeb
ħażin għal xi mistoqsija li spettur ikun awtorizzat
jagħmel skond dan l-Att; jew
(b) tonqos li turi kotba, reġistri  jew dokumenti oħra illi,
skond is-subartikolu (2)(b)(ii), hija tkun mitluba minn
spettur biex iġġiblu; jew
(ċ) direttament  jew indirettament ma tħallix illi persuna
tidher quddiem spettur jew tiġi mistoqsija minnu, jew
tittanta li tagħmel hekk; jew
(d) tfixkel b’xi mod lil spettur fil-qadi tad-dmirijiet tiegħu
skond dan l-Att:
Iżda ħadd ma jkun meħtieġ skond il-paragrafu (a) li
jwieġeb għal xi mistoqsija li tista’ tinkriminah.
Proċedimenti 
kriminali. 
44. (1) Fi proċedimenti kriminali magħmulin mill-Pulizija
quddiem il-Qorti tal-Maġistrati għal reat kontra d-disposizzjonijiet
ta’ dan l-Att, id-Direttur jew uffiċjal tad-dipartiment tiegħu
mqabbad minnu jista’, minkejja xi disposizzjoni kuntrarja ta’ xi liġi
oħra, jagħmel l-akkuża quddiem il-qorti, iġib il-provi, jittratta u
xort’oħra jmexxi l-kawża għall-prosekuzzjoni minflok il-Pulizija.
(2) Id-dikjarazzjoni bil-ġurament ta’ kull uffiċjal imsemmi fis-
subartikolu li jaħbat sew sew qabel dan li huwa ġie mqabbad mid-
Direttur għall-iskop hemmhekk imsemmi, tkun prova biżżejjed li
hu ġie hekk imqabbad, jekk din il-prova tiġi mitluba mill-akkużat.
(3) Id-Direttur jew l-uffiċjal imqabbad minnu jista’,
madankollu, jinġieb bħala xhud, imma jekk ix-xiehda tiegħu tkun
tinħtieġ mill-prosekuzzjoni, huwa għandu jinstema’ bħala xhud
qabel ma jibda dmirijietu bħala uffiċjal prosekutur (minbarra dak li
jgħid il-fatti li jiffurmaw ir-reat) ħlief meta l-ħtieġa tax-xiehda
tiegħu tinqala’ wara.
Pieni. 45. (1) Kull prinċipal li jikser jew jonqos milli joqgħod għal
xi kondizzjoni magħrufa ta’ impieg preskritta b’ordni ta’ standard
nazzjonali jew b’ordni biex jirregola settur jew bi ftehim kollettiv,
jew għal xi disposizzjoni ta’ dan l-Att jew ta’ xi regolamenti
magħmulin taħtu jeħel, sakemm ma jkunx hemm piena differenti
stabbilita għal reat bħal dak, meta jinsab ħati, multa ta’ mhux inqas
L-IMPIEGI U R-RELAZZJONIJIET INDIUSTRIJALI ġ KAP. 452. 27
minn mitt lira (Lm 100) u mhux iżjed minn elf lira (Lm 1000).
(2) Meta xi prinċipal jinstab ħati li - 
(a) ikun naqas li jħallas pagi b’mhux anqas mir-rata
applikabbli skond kondizzjoni magħrufa ta’ impieg kif
imfisser fit-Taqsima III ta’ dan l-Att jew skond
kuntratt ta’ servizz, liema tkun l-ogħla, jew
(b) ikun għamel tnaqqis illegali jew ikun waħħal xi multa
minbarra dawk espressament permessi bl-artikolu 19,
jew
(ċ) ikun naqas li jħallas xi bonus li għandu jitħallas skond
l-artikolu 23, jew xi ħlas ieħor li għandu jitħallas minn
prinċipal lil impjegat skond dan l-Att jew skond xi
ordni magħmul taħtu, jew
(d) ikun żamm xi rimunerazzjoni jew xi pagament li
għandu jitħallas minflok in-notice, jew
(e) ikun naqas li jagħti vaganzi bi ħlas kif provdut jew kif
speċifikat f’xi ordni ta’ standard nazzjonali, ordni biex
jirregola settur jew kuntratt ta’ servizz, jew
(f) ikun naqas li jagħmel xi pagament dovut lil impjegat
skond dan l-Att jew skond xi ordni ta’ standard
nazzjonali, ordni biex jirregola settur jew xi ordni
ieħor magħmul taħt dan l-Att,
il-qorti għandha, fuq it-talba tal-prosekuzzjoni, minbarra li tagħti l-
piena stabbilita bis-subartikoli ta’ qabel ta’ dan l-artikolu, tordna
lill-ħati, wara l-prova ta’ l-ammont, li jirrifondi jew iħallas lill-
impjegat jew lill-impjegati li jkunu, jew lill-apprendista jew lill-
apprendisti li jkunu, skond il-każ, l-imsemmi ammont dovut minnu
u, fil-każ ta’ vaganzi bi ħlas li ma jingħatawx, somma daqs il-ħlas
dwarhom, u kull ordni bħal dak tal-qorti għandu jkun ta’ l-istess
forza u effett u jkun esegwibbli bl-istess mod daqslikieku jkun
ingħata f’kawża ċivili bejn l-impjegat jew l-impjegati li jkunu jew
l-apprendista jew l-apprendisti li jkunu, skond il-każ, u l-prinċipal:
Iżda ebda ħaġa f’dan is-subartikolu ma tnaqqas minn xi
jedd ta’ l-impjegat jew l-apprendista, skond il-każ, li jiġbor b’xi
mezzi oħra kull ammont li hu jkollu jieħu.
Kap. 9. 
taħt dan l-Att.
Reati minn soċjetà , 
eċċ.
46. Meta reat kontra d-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att  jew xi
regolamenti jew ordnijiet magħmula bis-saħħa tiegħu jsir minn
soċjetà , kumpannija, għaqda jew korp ieħor ta’ persuni, kull
persuna li fiż-żmien li jkun sar ir-reat, kienet direttur, manager,
segretarju jew uffiċjal ieħor bħal dawk ta’ dik is-soċjetà ,
kumpannija, għaqda jew korp ieħor ta’ persuni jew kienet tidher li
qed taġixxi f’xi kariga tali titqies li tkun ħatja ta’ dak ir-reat jekk
ma tippruvax li r-reat sar mingħajr it-tagħrif tagħha u li kienet
eżerċitat id-diliġenza kollha xierqa biex timpedixxi l-għemil tar-
reat. 
Limitazzjoni ta’ 
azzjoni.
47. (1) Proċedimenti għal reat skond dan l-Att jew skond xi
regolamenti jew ordnijiet magħmulin taħtu jistgħu jinbdew f’kull
28 KAP. 452. ħ L-IMPIEGI U R-RELAZZJONIJIET INDIUSTRIJALI
żmien fi żmien sena mill-għemil tar-reat.
(2) Fejn ir-reat jirreferi għan-nuqqas mill-prinċipal li jħallas il-
paga lil impjegat jew in-nuqqas li jagħti vaganzi bi ħlas kif meħtieġ
b’dan l-Att jew kif speċifikat b’xi ordni ta’ standard nazzjonali jew
b’ordni biex jirregola settur, ir-reat jitqies li hu reat kontinwat jekk
il-prinċipal jkun naqas li jħallas il-pagi dovuti lill-impjegat
regolarment matul il-perjodu ta’ preskrizzjoni.
TAQSIMA VII
AMMINISTRAZZJONI LI GĦANDHA X’TAQSAM 
MA’ IMPIEGI
Regolamenti. 48. (1) Il-Prim Ministru jkollu s-setgħa li jippreskrivi permezz
ta’ regolamenti l-applikabilità  ta’ kull artikolu jew subartikolu tat-
Titolu I ta’ dan l-Att għal servizz mal-gvern.
(2) Il-Ministru ikollu s-setgħa li jagħmel, u wara li jkun
għamel, ibiddel jew iħassar regolamenti biex jitwettqu u jingħataw
effett kull disposizzjoni ta’ dan l-Att.
(3) Mingħajr preġudizzju għall-ġeneralità  tas-setgħa mogħtija
bis-subartikolu (2), ir-regolamenti jistgħu -
Kap. 327.
(a) jippreskrivu l-mod u ċ-ċirkostanzi li fihom persuni li
jkunu ’l fuq mill-età  obbligatorja għall-iskola, kif
imfisser fl-Att dwar l-Edukazzjoni, u li ma jkunux
għadhom għalqu t-tmintax-il sena, jistgħu jaħdmu,
inkluża s-setgħa li ċerti kategoriji jew klassijiet ta’
impieg jiġu dikjarati bħala impiegi projbiti għal dawn
il-persuni;
(b) jippreskrivu dwar il-proċedura li għandha tiġi segwita
mill-Bord dwar ir-Relazzjonijiet dwar l-Impiegi,
inkluż il-mod li bih issir il-votazzjoni u li jimtela l-
post ta’ xi membru li jitbattal, il-mod li bih jitmexxa x-
xogħol u l-quorum meħtieġ għal dan ix-xogħol;
(ċ) jippreskrivu d-drittijiet li għandhom jitħallsu dwar kull
ħaġa meħtieġa jew li tista’ ssir skond dan l-Att;
(d) jippreskrivu jew mod ieħor jipprovdu għal kull ħaġa li
għandha jew tista’ tiġi preskritta jew provdut għaliha
b’dan l-Att jew b’regolamenti magħmulin taħtu.
(4) Kull regolament magħmul taħt dan l-Att jista’ jipprovdi
għal kull ħaġa li għandha x’taqsam mar-responsabilità  għat-tħaris
tar-regolamenti, u dwar il-persuni li jkunu responsabbli, u għal kull
ħaġa li għandha x’taqsam ma’ l-infurzar ta’ dawk ir-regolamenti,
inkluża, iżda mhux limitata għal, l-imposizzjoni ta’ multa li ma
taqbiżx ħamest elef lira (Lm 5000) għall-ksur ta’, jew nuqqas ta’
tħaris, tad-disposizzjonijiet ta’ dawk ir-regolamenti.
L-IMPIEGI U R-RELAZZJONIJIET INDIUSTRIJALI ġ KAP. 452. 29
TITOLU II
RELAZZJONIJIET INDUSTRIJALI
TAQSIMA I
ORGANIZZAZZJONI TA’ ĦADDIEMA U PRINĊIPALI
Sotto-taqsima I
Stat, reġistrazzjoni u tmexxija ta’ trade unions
u ta’ assoċjazzjonijiet ta’ prinċipali
Stat ta’ trade 
unions u ta’ 
assoċjazzjonijiet 
ta’ prinċipali.
49. (1) Trade union u assoċjazzjoni ta’ prinċipali għandhom,
għall-finijiet kollha tal-liġi, jitqiesu bħala assoċjazzjoni ta’ persuni
u mhux bħala enti morali, iżda - 
(a) din tkun tista’ tagħmel kuntratti;
(b) il-proprjetà  kollha ta’ l-union jew ta’ l-assoċjazzjoni
tkun vestita fil-union jew fl-assoċjazzjoni, iżda s-
setgħat kollha, kemm jekk ta’ tneħħija,
amministrazzjoni jew xort’oħra, dwar dik il-proprjetà
jkunu eżerċitabbli minn jew bl-awtorità  tal-korp ta’
persuni, ikun x’ikun imsejjaħ, li bir-regoli ta’ l-union
jew ta’ l-assoċjazzjoni jkun inkarigat mit-tmexxija tax-
xogħol tagħha;
(ċ) din tkun tista’ tħarrek u, bla ħsara għad-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, li tiġi mħarrka, sew fi
proċedimenti dwar proprjetà  jew bażati fuq kuntratt,
delitt jew kważi-delitt, jew fuq xi kawża oħra ta’
azzjoni tkun li tkun;
Kap. 249. 
(d) proċedimenti dwar kull reat li jkun allegat li sar
minnha jew f’isimha jistgħu jinġiebu kontra kull
wieħed mill-uffiċjali tagħha jew uffiċjali oħra kif
provdut fl-artikolu 13 ta’ l-Att dwar l-Interpretazzjoni;
(e) kull sentenza jew ordni mogħti f’xi proċedimenti jkun
esegwibbli kontra kull proprjetà  ta’ l-union jew ta’ l-
assoċjazzjoni.
(2) L-għanijiet ta’ xi trade union jew ta’ assoċjazzjoni ta’
prinċipali m’għandhomx, minħabba biss li jrażżnu n-negozju,
ikunu kontra l-liġi hekk illi - 
(a) xi membru ta’ l-union jew ta’ l-assoċjazzjoni jkun
suġġett għal proċedimenti kriminali; jew
(b) xi ftehim ikun null jew jista’ jiġi annullat, lanqas ma
għandha xi regola bħal dik ta’ trade union jew ta’
assoċjazzjoni ta’ prinċipali tkun kontra l-liġi jew ma
tkunx tista’ tiġi nfurzata minħabba biss li trażżan in-
negozju.
Regoli ta’ trade 
unions u ta’ 
assoċjazzjonijiet 
ta’ prinċipali.
50. (1) Ir-regoli ta’ kull trade union u ta’ kull assoċjazzjoni
ta’ prinċipali għandu jkollhom disposizzjonijiet dwar il-ħwejjeġ
imsemmija fid-disposizzjonijiet li ġejjin ta’ dan l-artikolu.
(2) Ir-regoli għandhom - 
(a) jispeċifikaw l-isem tat-trade  union jew ta’ l-
30 KAP. 452. ħ L-IMPIEGI U R-RELAZZJONIJIET INDIUSTRIJALI
assoċjazzjoni ta’ prinċipali, l-indirizz ta’ l-uffiċċju
prinċipali tagħha u l-għanijiet li għalihom tkun
twaqqfet;
(b) jipprovdu dwar l-għanijiet li għalihom, u l-mod li bih,
kull proprjetà  jew fondi ta’ l-union jew ta’ l-
assoċjazzjoni huma awtorizzati li jiġu applikati jew
investiti;
(ċ) jekk xi benefiċċji finanzjarji jkunu se jingħataw lil
membri tat-trade  union jew ta’ l-assoċjazzjoni ta’
prinċipali mill-proprjetà  jew mill-fondi tagħha,
jipprovdu għall-ammonti ta’ dawk il-benefiċċji u ċ-
ċirkostanzi li taħthom jistgħu jingħataw lill-membri;
(d) jispeċifikaw l-offiżi li għallhom l-union jew l-
assoċjazzjoni tista’ taħt ir-regoli tkeċċi membru jew
tieħu xi azzjoni dixxiplinari oħra, il-pieni applikabbli
għal kull waħda minn dawk l-offiżi, u l-proċedura
għas-smigħ tal-każijiet fejn jiġu allegati offiżi kontra
r-regoli;
(e) jipprovdu għall-elezzjoni ta’ kumitat ta’ tmexxija u
għall-elezzjoni tiegħu mill-ġdid f’intervalli xierqa,
għall-elezzjoni u l-ħatra ta’ uffiċjali ta’ l-union jew ta’
l-assoċjazzjoni u ta’ uffiċjali oħra, u għall-mod li bih
il-kumitat ta’ tmexxija, u l-uffiċjali kollha jistgħu
jitneħħew mill-kariga;
(f) jipprovdu għat-tiżmim ta’ kontijiet sħaħ u eżatti mill-
union jew assoċjazzjoni, għall-ħatra ta’ udituri u għall-
verifika ta’ kull sena tal-kontijiet;
(g) jipprovdu għall-ispezzjon tal-kotba u ta’ l-ismijiet tal-
membri ta’ l-union jew assoċjazzjoni minn kull
persuna li jkollha interess fil-fondi ta’ l-union jew
assoċjazzjoni;
(h) jispeċifikaw il-mod li bih kull regola ta’ l-union jew
assoċjazzjoni tista’ ssir, tinbidel jew tiġi revokata, u ċ-
ċirkostanzi li taħthom u l-mod li bih l-union jew
assoċjazzjoni tista’ tiġi xolta.
(3) Kull trade union u kull assoċjazzjoni ta’ prinċipali għandha
fuq it-talba ta’ kull persuna tagħtiha kopja tar-regoli, kif ikunu fis-
seħħ fid-data tat-talba, jew mingħajr ħlas jew mal-ħlas ta’ somma
kif jista’ jiġi preskritt.
It-trade unions u l-
assoċjazzjoni-jiet 
tal-prinċipali 
m’għandhomx 
jaħdmu jekk ma 
jkunux reġistrati. 
51. (1) Trade union jew assoċjazzjoni ta’ prinċipali, u kull
membru u kull uffiċjal tagħha, m’għandhom jagħmlu ebda ħaġa li
tmexxi ’l quddiem xi wieħed mill-għanijiet li għaliha tkun ġiet
iffurmata kemm-il darba dik il-union jew assoċjazzjoni ma tkunx
qabel ġiet reġistrata.
(2) Kull trade union jew assoċjazzjoni ta’ prinċipali, u kull
membru u kull uffiċjal tagħha, li jikser id-disposizzjonijiet tas-
subartikolu (1) jkun ħati ta’ reat u jeħel meta jinsab ħati multa ta’
mhux iżjed minn ħames mitt lira (Lm 500).
L-IMPIEGI U R-RELAZZJONIJIET INDIUSTRIJALI ġ KAP. 452. 31
Reġistratur ta’ 
Trade Unions. 
52. (1) Għall-finijiet ta’ dan l-Att, uffiċjal pubbliku għandu
jinħatar bħala, jew ikun nominat biex jaqdi d-dmirijiet ta’,
Reġistratur ta’ Trade Unions.
(2) Ir-Reġistratur għandu jaqdi l-funzjonijiet u d-dmirijiet
mogħtija lilu b’dan l-Att, u għall-fini ta’ l-eżerċizzju ta’ dawk il-
funzjonijiet u tal-qadi ta’ dawk id-dmirijiet dan ikollu s-setgħa li
jeħtieġ lil kull persuna li tagħtih kull tagħrif rilevanti u li
tipproduċilu kull dokument rilevanti, u jista’ wkoll jagħti
ġuramenti.
Reġistrazzjoni ta’ 
trade unions u ta’ 
assoċjazzjonijiet 
ta’ prinċipali. 
53. (1) Kull seba’ membri jew iktar ta’ trade union jew ta’
assoċjazzjoni ta’ prinċipali jistgħu, billi jiffirmaw ir-regoli ta’ l-
union jew ta’ assoċjazzjoni, u billi xort’oħra jħarsu d-
disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan l-Att dwar reġistrazzjoni,
jirreġistraw il-union jew assoċjazzjoni skond dan l-Att:
Iżda jekk xi wieħed mill-għanijiet ta’ trade union jew
assoċjazzjoni ta’ prinċipali ma jkunx skond il-liġi r-reġistrazzjoni
ta’ dik il-union jew assoċjazzjoni tkun nulla.
(2) Biex jiġi stabbilit in-numru ta’ membri ta’ trade union għal
xi wieħed mill-għanijiet ta’ dan l-Att ma jingħadd ebda individwu
li ma jkunx għalaq is-sittax-il sena jew li ma jkunx jirrisjedi
f’Malta; u biex jiġi stabbilit in-numru tal-membri ta’ assoċjazzjoni
ta’ prinċipali ma tingħadd ebda persuna li magħha jew li għaliha
ebda individwu ma jkun daħal fi, jew ikun jaħdem taħt, kuntratt ta’
impieg għal servizz f’Malta.
Disposizzjonijiet 
dwar 
reġistrazzjoni.
54. (1) Kull trade union u kull assoċjazzjoni ta’ principali
għandha tkun reġistrata skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att.
(2) Bla ħsara għal kull disposizzjoni oħra ta’ dan l-Att dwar
reġistrazzjoni, id-disposizzjonijiet li ġejjin għandu jkollhom effett
dwar ir-reġistrazzjoni ta’ trade unions u assoċjazzjonijiet ta’
prinċipali taħt dan l-Att, jiġifieri -
(a) applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ l-union jew
assoċjazzjoni u tar-regoli tagħha għandha tintbagħat
jew tiġi prodotta lir-Reġistratur flimkien ma’ żewġ
kopji stampati tar-regoli u ma’ lista ta’ l-ismijiet ta’ l-
uffiċjali ta’ l-union jew assoċjazzjoni li fiha jkunu
jidhru wkoll il-karigi rispettivi tagħhom;
(b) ebda trade union jew assoċjazzjoni ta’ prinċipali ma
għandha tkun reġistrata taħt isem li jkun l-istess bħal
dak li bih xi union jew assoċjazzjoni oħra tkun għal
dak iż-żmien reġistrata skond dan l-Att, jew ikun hekk
jixbah lil dak l-isem li x’aktarx iqarraq lill-pubbliku;
(ċ) jekk ir-Reġistratur ikun sodisfatt li l-union jew l-
assoċjazzjoni tkun ħarset id-disposizzjonijiet ta’ dan l-
Att dwar reġistrazzjoni, jew jekk il-Qorti ta’ l-Appell
tkun hekk ordnat skond l-artikolu 55, dan għandu
jirreġistra l-union jew l-assoċjazzjoni, skond il-każ, u
r-regoli tagħha;
(d) malli jirreġistra trade union jew assoċjazzjoni ta’
prinċipali, ir-Reġistratur għandu joħroġ ċertifikat ta’
32 KAP. 452. ħ L-IMPIEGI U R-RELAZZJONIJIET INDIUSTRIJALI
reġistrazzjoni.
(3) Kull tibdil fir-regoli ta’ trade union jew assoċjazzjoni ta’
prinċipali għandu jkun reġistrat mar-Reġistratur, u kull tibdil bħal
dak m’għandux jibda jseħħ ħlief mid-data tar-reġistrazzjoni tiegħu
jew minn dik id-data aktar tard li tista’ tiġi speċifikata fir-regoli.
(4) Ir-regoli ta’ kull trade union reġistrata jew assoċjazzjoni ta’
prinċipali reġistrata m’għandhomx hekk jinbidlu li ma jibqgħux
jissodisfaw jew iħarsu d-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att li japplikaw
għalihom; u r-Reġistratur m’għandux jirreġistra xi regoli, jew tibdil
fir-regoli, li jkunu kontra d-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-
artikolu.
Rifjut jew tħassir 
ta’ reġistrazzjoni.
55. (1) Jekk ir-Reġistratur ikun sodisfatt illi - 
(a) l-applikanti għar-reġistrazzjoni ma jkunux ġew
awtorizzati kif imiss biex japplikaw għar-
reġistrazzjoni; jew
(b) xi wieħed mill-għanijiet tat-trade  union jew ta’ l-
assoċjazzjoni ta’ prinċipali jkun kontra l-liġi; jew
(ċ) l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni jew ir-regoli ta’ l-
union jew ta’ l-assoċjazzjoni ma jkunux jaqblu mad-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att,
dan għandu jirrifjuta r-reġistrazzjoni.
(2) Ir-Reġistratur ikun jista’ jħassar ir-reġistrazzjoni ta’ kull
trade union jew assoċjazzjoni ta’ prinċipali -
(a) fuq it-talba ta’ l-union jew ta’ l-assoċjazzjoni, li tkun
ipprovata b’dak il-mod li hu jista’ jeħtieġ;
(b) mal-prova għas-sodisfazzjon tiegħu illi ċertifikat ta’
reġistrazzjoni jkun ġie miksub b’qerq jew bi żball, jew
li r-reġistrazzjoni kienet nulla, jew li l-union jew l-
assoċjazzjoni kienet volontarjament kisret xi waħda
mid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att;
(ċ) jekk, għal xi raġuni, ir-regoli ta’ l-union jew ta’ l-
assoċjazzjoni ma jkunux jaqblu mad-disposizzjonijiet
ta’ dan l-Att;
(d) jekk ikun sodisfatt li l-union jew l-assoċjazzjoni ma
tkunx baqgħet teżisti;
(e) jekk ikun sodisfatt li l-għadd tal-membri ta’ l-union
jew ta’ l-assoċjazzjoni jkun niżel għal anqas minn
seba’ membri kalkolat kif provdut fl-artikolu 53(2).
(3) Meta r-Reġistratur jirrifjuta li jirreġistra trade union jew
assoċjazzjoni ta’ prinċipali, dan għandu minnufih igħarraf bil-
miktub lill-applikanti bir-rifjut u r-raġunijiet tiegħu.
(4) Meta r-Reġistratur ikun bi ħsiebu jħassar ir-reġistrazzjoni
ta’ trade union jew ta’ assoċjazzjoni ta’ prinċipali, dan għandu
jagħti avviż tat-tħassir li jkollu fi ħsiebu lill-union jew lill-
assoċjazzjoni fejn jagħti r-raġunijiet għal dan it-tħassir; u r-
reġistrazzjoni ma titħassarx qabel ma jgħaddu xahrejn mill-għoti
ta’ dak l-avviż, lanqas ma għandha r-reġistrazzjoni titħassar jekk,
qabel it-tħassir, il-union jew l-assoċjazzjoni tkun irranġat in-
L-IMPIEGI U R-RELAZZJONIJIET INDIUSTRIJALI ġ KAP. 452. 33
nuqqas jew xort’oħra ħadet passi biex tevita t-tħassir. Jekk
minkejja r-raġunijiet miġjuba, jew passi oħra li jkunu ttieħdu, mill-
union jew mill-assoċjazzjoni, ir-Reġistratur jiddeċiedi li għandu
jħassar ir-reġistrazzjoni, dan għandu jgħarraf bil-miktub lill-union
jew lill-assoċjazzjoni bid-deċiżjoni tiegħu:
Iżda, meta l-union jew l-assoċjazzjoni ma tkunx baqgħet
teżisti, ir-Reġistratur jista’ jħassar ir-reġistrazzjoni mingħajr ma
jħares ebda waħda mid-disposizzjonijiet ta’ dan is-subartikolu u
jagħti avviż tat-tħassir fil-Gazzetta.
(5) Fuq kull rifjut mir-Reġistratur li jirreġistra trade union jew
assoċjazzjoni ta’ prinċipali u fuq kull deċiżjoni minnu li jħassar xi
reġistrazzjoni bħal dik, jista’ jsir appell lill-Qorti ta’ l-Appell
b’rikors li jsir mhux aktar tard minn sebat ijiem minn mindu
jikkomunika r-rifjut jew id-deċiżjoni tiegħu kif meħtieġ b’dan l-
artikolu. Fuq kull appell bħal dak il-qorti tista’ tagħti dawk l-
ordnijiet li jidhrilha xierqa, magħduda kull direttiva dwar l-ispejjeż
ta’ l-appell; u kull ordni bħal dak tal-qorti jkun finali.
Kap. 12.
Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili jista’ jagħmel regoli dwar dawk
l-appelli, fejn jipprovdi dwar il-mod li bih jinstemgħu xiehda,
jippreskrivi l-proċedura li għandha tiġi mħarsa, il-mod li bih jiġi
notifikat l-appell lir-Reġistratur u b’mod ġenerali jipprovdi għal
kull ħaġa oħra li l-qorti jidhrilha meħtieġa jew spedjenti.
(7) Il-Ministru responsabbli għall-ġustizzja jista’
b’regolamenti taħt dan is-subartikolu jistabbilixxi d-drittijiet li
għandhom jitħallsu fir-reġistru tal-qorti għall-preżentata ta’ atti
ġudizzjarji konnessi ma’ appelli taħt dan l-artikolu:
Iżda sakemm dawk id-drittijiet jiġu hekk stabbiliti mill-
Ministru, għandhom jgħoddu d-drittijiet li hemm fl-Iskeda A li
tinsab mal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili.
(8) Ir-Reġistratur ikollu l-jedd li jinstema’ fuq kull appell bħal
dak u jingħata l-opportunità  li jagħmel hekk.
Reġistru ta’ trade 
unions u ta’ 
assoċjazzjonijiet 
ta’ prinċipali. 
56. (1) Ir-Reġistratur għandu jżomm reġistru tat-trade unions
u ta’ l-assoċjazzjonijiet ta’ prinċipali kollha reġistrati skond dan l-
Att, li juri l-ismijiet ta’ dawk il-unions u assoċjazzjonijiet u dawk
il-partikolaritajiet l-oħra li r-Reġistratur jidhirlu xierqa.
(2) Ir-reġistru tat-trade unions u  ta’ l-assoċjazzjonijiet ta’
prinċipali għandu jinżamm miftuħ għal spezzjon minn kull persuna
mingħajr ħlas fil-ħinijiet xierqa kollha.
Reġistru tal-
membri għandu 
jinżamm minn 
trade unions u 
assoċjazzjonijiet 
ta’ prinċipali. 
57. (1) Kull trade union u kull assoċjazzjoni ta’ prinċipali
għandha żżomm reġistrazzjoni aġġornata ta’ l-ismijiet tal-membri
ta’ l-union jew assoċjazzjoni, skond il-każ, li turi d-data rispettiva
tas-sħubija tagħhom, in-numri tal-karta ta’ l-identità , l-indirizzi u
s-snajja’ jew ix-xogħol tagħhom.
(2) Ir-Reġistratur ikollu s-setgħa f’kull żmien li jispezzjona
dawk ir-reġistrazzjonijiet jew li jieħu ħsieb li dawk ir-
reġistrazzjonijiet jiġu spezzjonati minn persuna awtorizzata minnu
għal hekk, u kull trade union u kull assoċjazzjoni ta’ prinċipali
għandha tagħti lilu u lil kull persuna oħra awtorizzata kif intqal
34 KAP. 452. ħ L-IMPIEGI U R-RELAZZJONIJIET INDIUSTRIJALI
qabel il-faċilitajiet xierqa kollha għal dak il-għan.
Prospetti fis-sena. 58. Fit-tieni jew wara t-tieni jum ta’ Ġunju u qabel l-ewwel
jum ta’ Lulju ta’ kull sena, ir-Reġistratur għandu b’avviż fil-
Gazzetta, jitlob u jeħtieġ lit-trade unions u assoċjazzjonijiet ta’
prinċipali kollha reġistrati li jibgħatulu f’dik l-għamla jew dak il-
format li jeħtieġ - 
(a) lista ta’ l-ismijiet ta’ l-uffiċjali ta’ l-union jew
assoċjazzjoni li turi wkoll il-kariga miżmuma minn
kull wieħed minnhom;
(b) dikjarazzjoni li l-ismijiet tal-membri u partikolaritajiet
oħra murija fir-reġistrazzjoni li għandha tinżamm
skond l-artikolu 57 ikunu ġew aġġornati u li t-tibdil
meħtieġ ikun sar fl-imsemmija reġistrazzjoni għal dan
il-għan;
(ċ) dikjarazzjoni tad-dħul, fondi u nfiq ta’ l-union jew
assoċjazzjoni dwar is-sena ta’ qabel;
(d) kopja tar-rapport annwali li juri l-ħidma ta’ l-union
jew assoċjazzjoni matul is-sena ta’ qabel jew, jekk ma
jkun sar ebda rapport bħal dak, dikjarazzjoni ffirmata
mis-segretarju ta’ l-union jew assoċjazzjoni li turi l-
imsemmija ħidma matul dik is-sena, 
u kull trade union u kull assoċjazzjoni ta’ prinċipali għandha tħares
dik il-ħtieġa fi żmien ħmistax-il ġurnata mill-pubblikazzjoni ta’ l-
avviż fil-Gazzetta kif imsemmi qabel.
Records ta’ 
kontijiet. 
59. (1) Kull trade union u kull assoċjazzjoni ta’ prinċipali
għandha - 
(a) tieħu ħsieb li jinżammu records tal-kontijiet xierqa
dwar l-operazzjonijiet tagħha u l-attiv u l-passiv
tagħha, jiġifieri dawk ir-records li jkunu meħtieġa
biex jagħtu ħarsa vera u xierqa tal-qagħda ta’ l-union
jew assoċjazzjoni u li jispjegaw l-operazzjonijiet
tagħha; u
(b) tistabbilixxi u żżomm sistema sodisfaċenti ta’ kontroll
tar-records tal-kontijiet tagħha, tal-flus li jkollha
f’idejha u tad-dħul u rimessi tagħha kollha.
(2) Kull trade union u kull assoċjazzjoni ta’ prinċipali għandha
taħtar uditur jew udituri li jkollhom il-kwalifiki meħtieġa b’dan l-
artikolu sabiex jivverifikaw il-kontijiet tagħha; u kull trade union
jew assoċjazzjoni ta’ prinċipali li tkun ilha mwaqqfa għal aktar
minn tnax-il xahar għandha għall-anqas darba kull sena kalendarja
tieħu ħsieb li dawk il-kontijiet jitħejjew u jiġu verifikati minn dak
l-uditur jew dawk l-udituri kif intqal qabel.
(3) Kull trade union u kull assoċjazzjoni ta’ prinċipali
għandha, mhux aktar tard minn xahar wara li l-kontijiet ikunu ġew
verifikati, tibgħat kopja ta’ dawk il-kontijiet lir-Reġistratur.
(4) Kull trade union u kull assoċjazzjoni ta’ prinċipali għandha
fuq it-talba ta’ xi wieħed mill-membri tagħha tagħtih kopja tal-
kontijiet tagħħa l-aktar riċenti jew mingħajr ħlas jew mal-ħlas ta’
dritt kif jista’ jiġi preskritt.
L-IMPIEGI U R-RELAZZJONIJIET INDIUSTRIJALI ġ KAP. 452. 35
Kap. 386. 
(5) Persuna tkun kwalifikata li tivverifika l-kontijiet ta’ trade
union jew ta’ assoċjazzjoni ta’ prinċipali jekk tkun kwalifikata li
tkun uditur ta’ kumpannija skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar
il-Kumpanniji.
Rapport mir-
Reġistratur. 
60. (1) Fix-xahar ta’ Awissu ta’ kull sena r-Reġistratur
għandu jagħmel u jibgħat lill-Ministru rapport fuq it-tħaddim ta’
din it-Taqsima ta’ dan l-Att. Ir-rapport għandu jinkludi lista tat-
trade unions u ta’ l-assoċjazzjonijiet ta’ prinċipali kollha reġistrati
u dikjarazzjoni dwar l-ispezzjonijiet li jkunu saru mir-Reġistratur
skond l-artikolu 57.
(2) Il-Ministru għandu jieħu ħsieb li r-rapport jiġi pubblikat fil-
Gazzetta.
Regoli dwar 
reġistrazzjoni.
61. Il-Ministru jista’ jagħmel regoli dwar ir-reġistrazzjoni ta’
trade unions u assoċjazzjonijiet ta’ prinċipali u b’mod partikolari
iżda bla ħsara għall-ġeneralità  ta’ dak li ntqal qabel, dwar - 
(a) is-siġill, jekk ikun hemm, li għandu jintuża mir-
Reġistratur għall-għanijiet tar-reġistrazzjoni;
(b) il-formuli li għandhom jintużaw għal dik ir-
reġistrazzjoni u għal kull applikazzjoni għaliha;
(ċ) l-ispezzjon ta’ reġistri u ta’ dokumenti miżmuma mir-
Reġistratur u l-għemil ta’ kopji ta’ kull dħul li jsir
fihom;
(d) id-drittijiet li għandhom jinġabru għar-reġistrazzjoni,
għall-ispezzjon ta’ kull reġistru jew dokument ieħor,
għal kull kopja magħmula minn xi reġistrazzjoni jew
dokument, u għal kull servizz ieħor provdut jew għal
xi ħaġa preskritta jew li tista’ ssir b’dan l-Att;
(e) b’mod ġenerali biex iseħħu d-disposizzjonijiet ta’ din
it-Taqsima ta’ dan l-Att.
Reati kontra l-
artikoli 57, 58 u 59.
62. (1) Jekk trade union jew assoċjazzjoni ta’ prinċipali
tirrifjuta jew volontarjament tittraskura li taqdi dmir impost fuqha
b’xi jew taħt xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 57, 58
jew 59, it-trade union jew l-assoċjazzjoni ta’ prinċipali tkun ħatja
ta’ reat u teħel meta tinsab ħatja multa ta’ mhux iżjed minn ħames
mitt lira (Lm 500).
(2) Kull persuna li volontarjament tibdel jew iġġiegħel li jiġi
mibdul dokument li hu meħtieġ għall-finijiet tad-disposizzjonijiet
ta’ l-artikolu 57, 58 jew 59, bil-ħsieb li tiffalsifika d-dokument jew
sabiex trade union jew assoċjazzjoni ta’ prinċipali tkun tista’ ma
tħarisx dawk id-disposizzjonijiet, tkun ħatja ta’ reat u teħel meta
tinsab ħatja priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed minn sena jew
multa ta’ mhux iżjed minn elf lira (Lm 1000) jew dik il-priġunerija
u multa flimkien.
36 KAP. 452. ħ L-IMPIEGI U R-RELAZZJONIJIET INDIUSTRIJALI
Sotto-taqsima II
Restrizzjonijiet fuq responsabbiltà  u proċedimenti legali u fuq 
membri ta’ l-union
Ħelsien tat-trade 
unions u 
assoċjazzjonijiet 
ta’ prinċipali minn 
kawżi dwar għemil 
ta’ ħsara.
63. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (2),
ma tista’ tittieħed ebda azzjoni dwar delitt jew kważi delitt
minħabba xi għemil -
(a) li jkun allegat li sar minn jew f’isem trade union jew
minn jew f’isem assoċjazzjoni ta’ prinċipali; jew
(b) li jkun allegat li ġie mhedded jew li jkun maħsub li jsir
kif intqal qabel,
kontra l-union jew l-assoċjazzjoni f’isimha stess, jew kontra xi
membri jew kontra kull uffiċjali ta’ l-union jew assoċjazzjoni
f’isimhom stess u f’isem il-membri l-oħra kollha ta’ l-union jew
assoċjazzjoni.
(2) Is-subartikolu (1) ma jolqotx ir-responsabbiltà  ta’ trade
union jew ta’ assoċjazzjoni ta’ prinċipali li jiġu mħarrkin dwar kull
ħaġa minn dan li ġej, jekk ma tinqalax minn xi għemil bi ħsieb ta’
tilwima ta’ xogħol jew biex din it-tilwima titmexxa ’l quddiem,
jiġifieri - 
(a) xi traskuraġni, inkonvenjenza jew ksur ta’ dmir, (sew
jekk impost fuqhom b’xi regola ta’ liġi jew b’xi
leġislazzjoni) li jwassal għal ħsara fuq il-persuna ta’ xi
ħadd; jew
(b) bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-paragrafu (a), ksur
ta’ xi dmir impost dwar id-dritt għall-proprjetà , jew
dwar il-pussess, il-kontroll jew l-użu ta’ xi proprjetà ,
sew mobbli jew immobbli.
Għemejjel bil-
ħsieb li jitmexxew 
’il quddiem tilwim 
ta’ xogħol.
64. (1) Għemil minn persuna bil-ħsieb li jkun hemm jew li
titmexxa ’l quddiem tilwima ta’ xogħol ma titqiesx bħala delitt jew
kważi delitt għar-raġuni biss li dak l-għemil -
(a) iġiegħel lil persuna oħra li tikser kuntratt ta’ impieg;
jew 
(b) ihedded li kuntratt ta’ impieg (sew jekk il-persuna tkun
parti fih sew jekk le) jiġi miksur jew li jġiegħel lil
persuna oħra tikser kuntratt ta’ impieg li fih tkun parti
l-persuna l-oħra; jew
(ċ) ikun ifixkel il-kummerċ, in-negozju jew l-impieg ta’
persuna oħra, jew il-jedd tal-persuna l-oħra milli
tiddisponi mill-kapital jew mix-xogħol tagħha kif tkun
trid.
(2) Għemil li minħabba s-subartikolu (1) ma tkunx tista’
tittieħed azzjoni dwaru nnifsu, u ksur ta’ kuntratt bil-ħsieb li jkun
hemm jew li titmexxa ’l quddiem tilwima ta’ xogħol, ma jitqisux
bħala għemil illegali jew użu ta’ mezzi illegali bil-għan li tiġi
stabbilita r-responsabbiltà  għal għemil bħala delitt jew kważi delitt.
(3) Ftehim jew għaqda bejn żewġ persuni jew aktar biex
jagħmlu jew jieħdu ħsieb li jsir xi għemil bil-ħsieb li jkun hemm
jew biex titmexxa ’l quddiem tilwima ta’ xogħol ma jitqiesx bħala
L-IMPIEGI U R-RELAZZJONIJIET INDIUSTRIJALI ġ KAP. 452. 37
delitt jew kważi delitt jekk l-għemil ikun wieħed li, jekk magħmul
mingħajr dak il-ftehim jew għaqda, ma tistax tittieħed azzjoni
dwaru bħala delitt jew kważi delitt.
(4) Ma tistax tittieħed azzjoni għal danni dwar għemil minn
persuna magħmul bil-ħsieb li jkun hemm jew li titmexxa ’l
quddiem tilwima ta’ xogħol u skond direttiva maħruġa minn trade
union, sew jekk dik il-persuna tkun membru tagħha sew jekk le,
għar-raġuni biss li tikkonsisti fi ksur ta’ kuntratt ta’ impieg; u kull
għemil magħmul kif intqal qabel, li ma jkunx ksur ta’ ftehim
kollettiv, jew ta’ ftehim jew deċiżjoni li jkunu għadhom jorbtu
skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 70 jew 72, jew deċiżjoni
jew sentenza tat-Tribunal m’għandux waħdu jagħti l-jedd lill-
prinċipal li jtemm il-kuntratt ta’ impieg tal-persuna li tkun għamlet
l-għemil kif intqal qabel, jew li jiddiskrimina kontra tagħha, u
m’għandux jitqies bħala interruzzjoni fis-servizz ta’ dik il-persuna.
Kap. 9.
Kriminali m’għandhomx jgħoddu għal xi ftehim jew għaqda bejn
żewġ persuni jew aktar biex jagħmlu jew jieħdu ħsieb li jsir xi
għemil bil-ħsieb li jkun hemm jew li titmexxa ’l quddiem tilwima
ta’ xogħol.
(6) Is-subartikolu (4) m’għandux ikun japplika għal:
(a) persuni impjegati bħala Air Traffic Controllers fil-
Malta International Airport u fl-Airport Fire Fighting
Section ta’ dak l-ajruport;
Kap. 411.
(b) membri tal-Forza ta’ Għajnuna u Salvataġġ stabbilita
bis-saħħa ta’ l-artikolu 8 ta’ l-Att dwar il-Protezzjoni
Ċivili;
(ċ) persuni impjegati biex jipprovdu servizzi ta’ pilotaġġ u
rmiġġ, servizzi ta’ l-irmonk, ta’ tifi ta’ nar, servizzi
tas-saħħa medika u servizzi kontra tniġġiż kif ikun
meħtieġ f’każijiet ta’ emerġenza fil-portijiet;
(d)  dak l-anqas numru ta’ persuni li jkun meħtieġ biex jiġi
garantit li l-ħajja ma tkunx ipperikolata minħabba n-
nuqqas ta’ importazzjoni jew rilaxx ġewwa Malta ta’
qamħ, il-frotta tal-qamħ, gass domestiku, karburanti
għall-avjazzjoni, diesel u petrol u karburanti għat-
tħaddim ta’ faċilitajiet tat-trasport bl-ajru u biex
jiġġeneraw l-enerġija u faċilitajiet għall-produzzjoni
ta’ l-ilma, kif ikun miftiehem bejn il-prinċipal rispettiv
u l-union rikonoxxuta, jew fin-nuqqas ta’ ftehim, kif
ikun deċiż minn dik l-awtorità  kompetenti li tirregola
dak is-settur, u fin-nuqqas ta’ dan mit-Tribunal
Industrijali;
(e) dak l-anqas numru ta’ persuni li jkun meħtieġ biex jiġi
garantit li titkompla l-produzzjoni, l-provvista u d-
distribuzzjoni ta’ l-ilma u l-elettriku kif ikun
miftiehem bejn il-prinċipal rispettiv u l-union
rikonoxxuta jew, fin-nuqqas ta’ ftehim, kif ikun deċiż
mit-Tribunal Industrijali;
(f) dak l-għadd ta’ persuni li jistgħu jinħtieġu biex
jinżammu b’mod kontinwat u mingħajr interruzzjoni s-
38 KAP. 452. ħ L-IMPIEGI U R-RELAZZJONIJIET INDIUSTRIJALI
servizzi elenkati fl-Iskeda ta’ dan l-Att u li huma
meħtieġa li jitħaddmu f’kull ħin sabiex ikomplu
jingħataw mill-Gvern servizzi essenzjali lill-komunità :
B’dan illi, għal finijiet tas-subparagrafi (d) u (e), jekk ma
jkunx intlaħaq ftehim kif imsemmi fi żmien xahar minn meta jiġi
fis-seħħ dan l-Att, il-kwistjoni tkun riferuta lill-awtorità
kompetenti li tirregola dak is-settur jew lit-Tribunal Industrijali
skond il-każ fuq talba ta’ xi waħda mill-partijiet.
(7) Meta n-numru ta’ uffiċjali pubbliċi li jkollhom jew li jkunu
impjegati f’xi waħda mill-imsemmija karigi jkun akbar min-numru
muri fl-imsemmija Skeda bħala essenzjalment meħtieġ, is-
subartikolu (6) japplika biss għall-aktar anzjani fost dawk l-
uffiċjali li flimkien jagħmlu dak in-numru (esklużi biss dawk
minnhom li jkunu bil-leave awtorizzat espressament għall-finijiet
ta’ dan is-subartikolu, u biss sakemm ikunu hekk bil-leave), u l-
anzjanità  tiġi stabbilita skond kull anzjanità  li jkollha l-kariga fiha
nnfisha jew, fin-nuqqas ta’ dik l-anzjanità , skond it-tul tas-servizz
ta’ l-uffiċjali fil-kariga miżmuma minnhom jew li fiha jkunu
impjegati fil-ħin rilevanti, u f’każijiet ta’ tul ta’ servizz indaqs
skond l-età  ta’ l-uffiċjali li jkollhom l-istess tul ta’ servizz.
(8) Kull uffiċjal pubbliku li għalih, bis-saħħa tas-subartikoli
(6) u (7), is-subartikolu (4) ma japplikax, ikollu s-servizz tiegħu
mal-Gvern mitmum minnufih jekk, bil-ħsieb li jkun hemm jew li
titmexxa ’l quddiem tilwima ta’ xogħol jew xi azzjoni oħra li
tittieħed minn tnejn jew iżjed uffiċjali pubbliċi jew impjegati oħra
(sew jekk skond direttiva minn trade union sew jekk le), jew
b’sustenn tagħha jew b’simpatija magħha, dak l-uffiċjal jirrifjuta
jew b’mod ieħor jonqos li jaqdi dawk id-dmirijiet li huma
neċessarji biex ikompli jingħata s-servizz essenzjali, skond il-
provvedimenti ta’ dan l-Att u skond il-pattijiet tas-servizz jew
skond il-kundizzjonijiet ta’ l-impieg u taħt l-ordnijiet ta’ l-
awtoritajiet kompetenti tal-Gvern.
(9) L-Iskeda li tinsab ma’ dan l-Att tista’ tiġi mibdula, miżjuda
jew xort’ oħra emendata -
(a) b’riżoluzzjoni tal-Kamra tad-Deputati; jew
(b) mill-Prim Ministru b’ordni fil-Gazzetta:
Iżda ordni bħal dak ma jistax iżid in-numru totali ta’ karigi
taħt il-Kategorija A għal iktar minn ħamsa u erbgħin (45), taħt il-
Kategorija B għal aktar minn mija (100) u taħt il-Kategorija Ċ għal
aktar minn mitejn u ħamsa u għoxrin (225).
Pikettjar bil-kwiet.  65. Persuna jew iktar jistgħu, bil-ħsieb li jkun hemm jew li
titmexxa ’l quddiem tilwima ta’ xogħol, ikunu f’xi jew ħdejn -
(a) post fejn persuna oħra taħdem jew tmexxi negozju;
jew 
(b) xi post ieħor fejn persuna oħra tkun qiegħda, li ma
jkunx post fejn tirrisjedi,
għall-għan biss li bil-kwiet jiksbu jew jagħtu xi tagħrif, jew bil-
kwiet jipperswadu lil xi persuna biex taħdem jew biex ma tmurx
għax-xogħol.
L-IMPIEGI U R-RELAZZJONIJIET INDIUSTRIJALI ġ KAP. 452. 39
L-użu jew it-
theddid ta’ 
vjolenza.
66. Kull persuna li, bil-ħsieb li ġġiegħel lil xi persuna oħra li
ma tagħmilx jew li tagħmel xi għemil li dik il-persuna l-oħra
għandha jedd bil-liġi li tagħmel jew li ma tagħmilx, bla ħaqq u
mingħajr setgħa tal-liġi - 
(a) tuża jew thedded li tuża vjolenza fuq dik il-persuna,
jew fuq martu, żewġha jew uliedha, jew fuq xi persuna
oħra li tgħix magħha, jew tagħmel jew thedded li
tagħmel ħsara lill-proprjetà  tagħha;
(b) kontinwament timxi wara dik il-persuna l-oħra minn
post għall-ieħor;
(ċ) tgħasses jew iddawwar id-dar jew post ieħor fejn dik
il-persuna l-oħra toqgħod, jew l-inħawi ta’ dik id-dar
jew dak il-post;
(d) iċċaħħad lil dik il-persuna, jew b’xi mod tfixkilha fl-
użu ta’ xi għodod, ilbies jew proprjetà  oħra ta’ dik il-
persuna l-oħra jew użati minnha,
tkun ħatja ta’ reat u teħel meta tinsab ħatja priġunerija għal żmien
ta’ mhux iżjed minn tliet xhur jew multa ta’ mhux iżjed minn
ħames mitt lira (Lm 500) jew dik il-priġunerija u multa flimkien,
bla ħsara għal piena akbar li jkun hemm għal dak ir-reat taħt xi
leġislazzjoni oħra.
Restrizzjoni dwar 
membri ta’ union. 
67. (1) Id-detentur ta’ kariga fis-servizz pubbliku dikjarata
mill-Prim Ministru li hi kariga li d-detentur tagħha ma jistax ikun
membru ta’ trade union li dwarha jista’ jkun meħtieġ jirrappreżenta
jew jagħti parir lill-Gvern fir-relazzjonijiet industrijali ma’ l-union
jew unions li jirrapreżentaw lil dawk il-ħaddiema, ma jistax isir, u
jekk hu diġà  ma jistax jibqa’, membru ta’ dik it-trade union; u d-
disposizzjonijiet ta’ dan is-subartikolu għandhom ikunu patt
mifhum tal-kondizzjonijiet tas-servizz tiegħu mal-Gvern.
(2) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (3), dwar
persuna li tkun impjegata f’dik il-kariga amministrattiva jew
eżekuttiva, f’xi korporazzjoni jew korp ieħor imwaqqaf b’liġi jew
f’xi kumpannija jew soċjetà  oħra jew f’xi korp ieħor li jkollu
personalità  ġuridika distinta (hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejjaħ
"prinċipal li hu entità  legali"), li tkun teħtieġ li d-detentur ta’ dik il-
kariga jirrappreżenta jew jagħti pariri lill-prinċipal li hu entità
legali fir-relazzjonijiet tiegħu ma’ l-union jew ma’ l-unions li
jirrappreżentaw lill-impjegati l-oħra tiegħu jew xi taqsima
minnhom, ikun patt mifhum tal-kuntratt ta’ l-impieg ta’ dik il-
persuna li ma tistax tkun, waqt li tkun qiegħda f’dik il-kariga,
membru ta’ xi waħda mill-imsemmija trade unions.
(3) Is-subartikolu (2) għandu japplika biss għal dawk il-karigi,
li -
(a) ma jkunux aktar minn tlieta fil-każ ta’ prinċipal li hu
entità  legali li jimpjega mhux aktar minn mitejn
persuna;
(b) ma jkunux aktar minn sebgħa fil-każ ta’ prinċipal li hu
entità  legali li jimpjega aktar minn mitejn persuna,
kif dak il-prinċipal ikun wera bil-miktub lit-trade union li tagħha d-
detentur ta’ l-imsemmija karigi ma jkunx jista’ jkun membru.
40 KAP. 452. ħ L-IMPIEGI U R-RELAZZJONIJIET INDIUSTRIJALI
TAQSIMA II
TEMM VOLONTARJU TA’ TILWIM TA’ XOGĦOL
Panel ta’ 
konċiliazzjoni.
68. Il-Ministru jaħtar Panel ta’ konċiljazzjoni li jkun magħmul
minn mhux inqas minn ħames persuni biex jagħmluha ta’
konċiljaturi f’tilwimiet ta’ xogħol kif jistgħu jiġu riferuti lilhom
minn żmien għal żmien, hekk iżda li -
(a) il-panel ikun magħmul minn dawk il-persuni maħturin
mill-Ministru wara konsultazzjoni mal-Kunsill Malti
għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali;
(b) il-ħatra tkun għal żmien ta’ sentejn;
(ċ) waqt il-perjodu tal-ħatra, il-Ministru jkun jista’
jissostitwixxi membri jew jimla vakanzi kull meta jkun
meħtieġ, wara konsultazzjoni mal-Kunsill Malti għall-
Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali:
Iżda l-ebda persuna kif imsemmija fl-artikolu 73(3) ma
tista’ tiġi nominata jew maħtura fuq il-Panel ta’ konċiljazzjoni.
Setgħat tal-
Ministru sabiex isir 
ftehim u ma 
jinqalgħax tilwim.
69. (1) Meta jkun hemm jew ikun hemm il-biża’ li se jkun
hemm tilwima ta’ xogħol, il-partijiet jistgħu jiftiehmu li jirreferu t-
tilwima -
(a) lid-Direttur; jew
(b) lil konċiljatur li jista’ jintgħażel -
(i) jew mill-istess partijiet fit-tilwima, bi ftehim
bejniethom;
(ii) jew, jekk ma jkunx hemm ftehim bħal dan, mid-
Direttur minn fost il-Panel ta’ konċiljazzjoni
stabbilit bis-saħħa ta’ l-artikolu 68:
Iżda xejn ma jipprekludi d-Direttur jew id-delegat tiegħu
milli jistieden il-partijiet fit-tilwima biex jattendu għal laqgħat ta’
konċiljazzjoni.
(2) Il-funzjonijiet tal-konċiljatur maħtur skond s-subartikolu
(1) jkunu:
(a) li jikkomunika mal-partijiet fit-tilwima ta’ xogħol
minnufih malli tiġi riferita lilu;
(b) li jorganizza u jippresjedi laqgħat ta’ konċiljazzjoni
bejn il-partijiet kif ikun meħtieġ biex tintemm it-
tilwima ta’ xogħol;
(ċ) li jikkonsidra r-raġunijiet u ċ-ċirkostanzi tat-tilwima
ta’ xogħol;
(d) li jipprova jwassal għa temm tat-tilwima ta’ xogħol bi
ftehim bejn il-partijiet kemm jista’ jkun malajr; u
(e) li jagħmel dawk ir-rakkomandazzjonijiet li l-
konċiljatur jidhirlu xierqa biex tintemm it-tilwima ta’
xogħol.
(3) Meta jkun hemm jew jkun hemm biża’ li se jkun hemm
tilwima ta’ xogħol, u l-partijiet jonqsu milli jinnominaw jew jaqblu
dwar il-ħatra ta’ konċiljatur skond is-subartikolu (1), jew meta l-
L-IMPIEGI U R-RELAZZJONIJIET INDIUSTRIJALI ġ KAP. 452. 41
konċiljatur maħtur jirrapporta falliment fil-konċiljazzjoni, id-
Direttur għandu jirreferi l-kwistjoni lill-Ministru u jagħti kopja ta’
dik ir-referta lill-partijiet fit-tilwima.
(4) Meta tilwima ta’ xogħol tiġi riferita lill-Ministru skond l-
aħħar subartikolu qabel dan, il-Ministru jista’, jekk jidhirlu xieraq -
(a) jaħtar qorti ta’ inkjesta biex tistħarreġ u tistabbilixxi r-
raġunijiet u ċ-ċirkostanzi tat-tilwima; 
(b) fuq l-applikazzjoni taż-żewġ partijiet fit-tilwima,
jirriferi dik it-tilwima lit-Tribunal Industrijali.
Kap. 12. 
Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili huma mogħtija lil qorti
superjuri, ħlief illi ma jkollhiex is-setgħa li tordna d-detenzjoni ta’
xi persuna, u bla ħsara għall-ġeneralità  ta’ dak li ntqal qabel, qorti
ta’ inkjesta tista’ tħarrek xhieda u tagħti ġuramenti, taħtar
assessuri, u teħtieġ kull persuna li fil-fehma tagħha jkollha tagħrif
speċjali dwar il-kwistjoni li fuqha ssir l-inkjesta li tagħti, bil-
miktub jew xort’oħra, u li tikkonferma bil-ġurament, dik il-fehma u
dawk il-partikolaritajiet dwar dik il-kwistjoni kif il-qorti tista’
teħtieġ. Meta l-qorti tkun magħmula minn iktar minn persuna
waħda, il-ġurament jingħata miċ-chairman.
Ftehim volontarju.
jkunx kontra xi liġi jew xi att ieħor li jkollu saħħa ta’ liġi, li
jirregola l-pagi u l-pattijiet u l-kondizzjonijiet l-oħra ta’ l-impieg)
jintlaħaq b’riżultat ta’ miżuri meħuda taħt l-artikolu 69, u
memorandum tal-pattijiet ta’ dak il-ftehim ikun sar bil-miktub u
jkun ġie ffirmat mill-partijiet jew mir-rappreżentanti tagħhom u
kopja tiegħu, flimkien ma’ dikjarazzjoni li dak ikun ftehim għall-
finijiet ta’ dan l-artikolu ffirmata kif intqal qabel, tkun ingħatat lill-
Ministru -
(a) ebda waħda mill-partijiet ma tkun tista’ b’azzjoni
unilaterali tipprova tikseb reviżjoni tal-pattijiet tal-
ftehim qabel ma tgħaddi għall-anqas sena mid-data ta’
dak il-ftehim; u
(b) kull ftehim bħal dak ikun jorbot liż-żewġ partijiet, lill-
ħaddiema rappreżentati fit-tilwima u lill-ħaddiema
milquta mill-ftehim u għandu jorbot lil kull suċċessur
ta’ xi waħda mill-partijiet fit-tilwima.
Regolamenti. 
mill-għanijiet li ġejjin - 
(a) biex jirregola l-proċeduri li fuqhom għandu jimxi l-
Panel ta’ konċiljazzjoni u l-konċiljaturi maħtura fuq
il-panel;
(b) biex jirregola l-għamla u l-proċedura tal-qrati ta’
inkjesta.
Sistema ta’ 
negozjati għal 
uffiċjali pubbliċi.
72. (1) Qiegħed jiġi b’dan imwaqqaf Joint Negotiating
Council bħala makkinarju speċjali għal negozjati dwar tilwimiet ta’
xogħol li għandhom x’jaqsam ma’ kondizzjonijiet tas-servizz ta’
persuni li jipprovdu s-servizzi elenkati fl-artikolu 64(6):
42 KAP. 452. ħ L-IMPIEGI U R-RELAZZJONIJIET INDIUSTRIJALI
Iżda l-Kunsill u kull sistema ta’ negozjati oħra mwaqqfa
b’dan l-artikolu jew taħtu, ma għandhom bl-ebda mod jikkonsidraw
xi, jew jindaħlu f’xi, kwistjoni li taqa’ taħt il-funzjonijiet tal-
Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku.
(2) Il-Kunsill ikun magħmul minn mhux aktar minn erba’
membri li jirrappreżentaw lill-Gvern u mhux aktar minn erba’
membri li jirrappreżentaw lit-trade union li jkollha bħala membri
tagħha l-ogħla numru ta’ persuni li jipprovdu s-servizz essenzjali
fis settur rilevanti jew fil-qasam involut fit-tilwima:
Iżda l-membri maħturin mit-trade union magħrufa skond
id-disposizzjonijiet ta’ dan is-subartikolu għandhom jiġu hekk
maħtura mit-trade union fl-istess ħin li tiġi uffiċjalment reġistrata
tilwima ta’ xogħol, u għandhom jiġu mfissra bil-miktub f’ittra
indirizzata lis-Segretarju Permanenti fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru:
Iżda ukoll, skond il-proviso ta’ qabel dan, l-għamla tal-
Kunsill tista’ tvarja jekk ikun hemm iżjed minn tilwima waħda
riferita lill-Kunsill u dawn it-tilwimiet huma separati u huma
magħmula minn trade union differenti kif speċifikat fl-ewwel
paragrafu ta’ dan is-subartikolu.
(3) Bla ħsara għal dak li hemm provdut fis-subartikolu (4), id-
deċiżjonijiet tal-Kunsill jittieħdu biss b’vot unanimu. Kull
deċiżjoni li hekk tittieħed jew ftehim li hekk jintlaħaq għandu
jorbot lill-Gvern u lill-uffiċjali pubbliċi kollha li għalihom tapplika
dik id-deċiżjoni jew dak il-ftehim.
(4) Meta dwar xi tilwima ta’ xogħol li taqa’ taħt il-funzjonijiet
tal-Kunsill ma jkun jista’ jintlaħaq ebda ftehim li jkun aċċettabbli
għall-membri kollha, u ċ-chairperson tal-Kunsill jirreġistra nuqqas
ta’ ftehim, iċ-chairperson għandu jirreferi l-kwistjoni lit-Tribunal
Industrijali fi żmien ħmistax-il ġurnata li jkun ġie rreġistrat in-
nuqqas ta’ ftehim, u t-Tribunal Industrijali jkun marbut li jagħti
deċiżjoni finali dwar it-tilwima ta’ xogħol (inkluż li jagħmel
rakkomandazzjonijiet) sa mhux aktar minn xahrejn mir-riferta,
sakemm, fl-opinjoni taċ-chairperson tat-Tribunal Industrijali, ma
jkunx meħtieġ perjodu itwal għal raġuni valida li għandha
tissemma u titniżżel fil-proċeduri tat-Tribunal.
(5) Il-Ministru jista’, wara konsultazzjoni mal-Kunsill, jagħmel
regolamenti biex jagħti effett aktar sħiħ lid-disposizzjonijiet ta’ dan
l-artikolu u lil kull disposizzjoni rilevanti oħra ta’ dan l-Att, u
b’mod partikolari, iżda bla ħsara għall-ġeneralità  ta’ dak li ntqal
qabel, dawk ir-regolamenti jistgħu -
(a) jistabbilixxu l-proċedura tal-makkinarju ta’ negozjati
mwaqqfa b’dan l-artikolu;
(b) jispeċifikaw b’aktar dettall u xort’oħra jistabbilixxu l-
funzjonijiet, setgħat u dmirijiet ta’ kull makkinarju
bħal dak u ta’ kull sotto-kumitat jew korp ieħor tiegħu,
u ta’ kull wieħed miċ-chairpersons jew mill-membri
oħra tiegħu;
(ċ) jipprovdu għal kull ħaġa li għandha x’taqsam jew li hi
anċillari għal dak li ntqal qabel.
(6) Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 70 għandhom jgħoddu
L-IMPIEGI U R-RELAZZJONIJIET INDIUSTRIJALI ġ KAP. 452. 43
għal kull ftehim milħuq kif provdut fis-subartikolu (3) jew fis-
subartikolu (4) kif japplikaw għal ftehim kif imfisser f’dak l-
artikolu.
TAQSIMA III
IT-TRIBUNAL INDUSTRIJALI
Twaqqif u għamla 
ta’ Tribunal 
Industrijali.
73. (1) Qiegħed b’dan jitwaqqaf tribunal li jkun magħruf
bħala t-Tribunal Industrijali.
(2) Il-Prim Ministru għandu jaħtar panel ta’ mhux aktar minn
ħmistax-il persuna biex jagħmluha ta’ chairpersons tat-Tribunal
Industrijali, wara konsultazzjoni mal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp
Ekonomiku u Soċjali, hekk iżda li -
(a) għall-inqas tlieta mill-membri hekk maħtura jkunu
avukati b’esperjenza ta’ għall-inqas seba’ snin;
(b) dawn il-persuni jiġu maħtura għal perjodu li ma jkunx
aktar minn tliet snin mid-data tal-ħatra tagħhom u
jistgħu jerġgħu jiġu maħtura mill-ġdid għal perjodi
oħra li kull wieħed minnhom ma jkunx ta’ aktar minn
tliet snin;
(ċ) dawn il-persuni jservu bħala chairpersons jew wara
xulxin jew skond it-tqassim tad-dmirijiet u suġġetti
għal dawk id-disposizzjonijiet dwar rikuża u
ċirkostanzi oħra, kif jista’ jiġi preskritt mill-Ministru.
(3) Ħlief kif provdut fis-subartikolu (4), it-Tribunal Industrijali
jkun magħmul minn -
(a) chairperson li jigi magħżul skond id-disposizzjonijiet
tas-subartikolu (2); u
(b) żewġ membri oħra tat-Tribunal, li għandhom
jintgħażlu miċ-chairperson tat-Tribunal biex
jirrappreżentaw, kemm jista’ jkun indaqs, l-interessi
fit-tilwima, minn fost żewġ listi ta’ persuni maħtura
mill-Ministru biex iservu bħala membri tat-Tribunal
kull meta tinqala’ l-ħtieġa, lista minnhom tkun
magħmula minn persuni maħtura mit-trade unions
rappresentati fuq il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp
Ekonomiku u Soċjali u l-lista l-oħra tkun magħmula
minn persuni maħtura minn assoċjazzjonijiet ta’
prinċipali u organizzazzjonijiet oħra li jirrappreżentaw
lil prinċipali rappresentati fuq il-Kunsill Malti għall-
Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali:
Iżda jekk il-partijiet f’tilwima ta’ xogħol jiftehmu, f’dak iż-
żmien li ċ-chairperson jistabbilixxi għal hekk, fuq l-għażla taż-
żewġ membri li għandhom joqogħdu maċ-chairperson, iċ-
chairperson għandu jagħmel l-għazla skond dak il-ftehim.
(4) Fil-każi kollha koperti bl-artikolu 75, it-Tribunal ikun
magħmul miċ-chairperson waħdu, iżda f’dawk il-każi koperti bl-
artikolu 75(1)(b) iċ-chairperson għandu jkun wieħed mill-membri
maħtura skond is-subartikolu (2)(a).
(5) Fil-każi kollha li fihom il-Gvern, jew xi korp jew
44 KAP. 452. ħ L-IMPIEGI U R-RELAZZJONIJIET INDIUSTRIJALI
kumpannija msemmija fl-artikolu 80(3), ikunu parti, it-Tribunal
għandu jkun magħmul minn -
(a) chairperson li jigi magħżul skond id-disposizzjonijiet
tas-subartikolu (2);
(b) membru magħżul miċ-chairperson tat-Tribunal mill-
lista ta’ persuni nominati mit-trade unions kif preskritt
fis-subartikolu (3)(b); u
(ċ) membru li għandu jirrappreżenta l-interess tal-Gvern,
jew tal-korp jew kumpannija involuta fit-tilwima ta’
xogħol, li tkun persuna maħtura ad hoc mill-Ministru.
(6) Il-Prim Ministru jista’, minn żmien għal żmien, kif jidhirlu
xieraq u wara konsultazzjoni kif provdut fis-subartikolu (2), jibdel
l-għamla tal-lista msemmija f’dak il-paragrafu, iżda persuna li fil-
fatt tkun qed isservi ta’ chairperson tat-Tribunal għandha, minkejja
t-tneħħija ta’ isimha minn fuq il-lista, tibqa’ hekk isservi fil-
proċedimenti li fihom tkun qed isservi bħala chairperson sakemm
jintemmu dawk il-proċedimenti u għall-fini ta’ l-interpretazzjoni
ta’ kull sentenza mogħtija fihom.
(7) Il-Ministru jista’, minn żmien għal żmien, kif jidhirlu
xieraq, jitlob nomini ġodda mingħand trade unions,
assoċjazzjonijiet u organizzazzjonijiet imsemmija fis-subartikolu
(3)(b), u jista’ jbiddel l-għamla tal-listi msemmija f’dak is-
subartikolu skond hekk, iżda ebda persuna li fil-fatt tkun qed
tagħmilha ta’ membru tat-Tribunal ma għandu jkollha isimha
mneħħi mil-lista sakemm ikun hemm pendenti quddiem it-Tribunal
proċedimenti li dwarhom tkun ġiet magħżula bħala membru.
Kap. 12. 
(8) Il-Ministru għandu wkoll isemmi uffiċjal pubbliku biex
jagħmilha ta’ Segretarju tat-Tribunal, u jista’ wkoll jqabbad
uffiċjali pubbliċi oħra biex igħinu lis-Segretarju fil-qadi ta’
dmirijietu. Is-Segretarju tat-Tribunal ikollu mutatis mutandis dawk
id-dmirijiet li bil-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili
huma mogħtija lir-Reġistratur tal-Qrati.
(9) Ir-reġistru tat-Tribunal ikun ir-reġistru tal-qrati superjuri; u
r-records tat-Tribunal jinżammu hemmhekk.
Biex tmur 
Tribunal.
74. (1) Meta l-passi li jkun ħa l-Ministru taħt l-artikolu 68
biex iwasslu għal ftehim amikevoli ta’ tilwima ta’ xogħol ma
jkunux wasslu għal ftehim, kull waħda mill-partijiet tista’ tavża
b’dan lill-Ministru bil-miktub.
(2) Meta l-partijiet kollha fi kwistjoni ta’ xogħol jiftehmu li
jibagħtu l-kwistjoni quddiem it-Tribunal Industrijali, dawn jistgħu
jitolbu lill-Ministru bil-miktub biex jibgħat it-tilwima quddiem it-
Tribunal.
(3) Malli jirċievi avviż skond is-subartikolu (1), u meta jkun
sodisfatt illi l-avviż jew it-talba tkun ġiet riċevuta mingħand
prinċipal bona fide jew mingħand assoċjazzjoni ta’ prinċipali jew
mingħand trade union li tirrappreżenta l-interessi tal-ħaddiema
mdaħħla fit-tilwima, il-Ministru għandu jibgħat it-tilwima lit-
Tribunal biex tiġi deċiża minnu; u l-Ministru għandu jagħmel hekk
fi żmien wieħed u għoxrin jum mid-data ta’ l-avviż jew tat-talba.
L-IMPIEGI U R-RELAZZJONIJIET INDIUSTRIJALI ġ KAP. 452. 45
(4) Il-Ministru jista’ jibgħat lit-Tribunal għall-parir kull ħaġa
dwar jew li tinqala’ minn tilwima ta’ xogħol, jew tilwim ta’ xogħol
in ġenerali, jew tilwim ta’ xogħol ta’ xi klassi, jew xi ħaġa oħra li
fil-fehma tiegħu għandha hekk tintbagħat.
Tkeċċija inġusta. 
Industrijali jkollu l-ġurisdizzjoni esklużiva li jikkunsidra u
jiddeċiedi-
(a) il-kazijiet kollha fejn jiġi allegat li saret tkeċċija
inġusta; u
(b) il-każijiet kollha li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tat-
Tribunal Industrijali bis-saħħa tat-Titolu I ta’ dan l-Att
jew ta’ regolamenti preskritti taħtu,
għal kull għan barra minn proċeduri dwar reati kontra xi liġi, u r-
rimedju ta’ ħaddiem hekk imkeċċi jew li mod ieħor jallega il-ksur
tad-dritt tiegħu skond it-Titoli I ta’ dan l-Att ikun biss billi l-ilment
tiegħu jintbagħat lit-Tribunal Industrijali u mhux xort’oħra:
Kap. 171. 
Kap. 214. 
Iżda ebda ħaġa f’dan is-subartikolu ma għandha tinftiehem
li tolqot id-disposizzjonijiet tal-Kostituzzjoni ta’ Malta dwar
uffiċjali pubbliċi jew ma għandha tolqot it-tħaddim ta’ l-Ordinanza
dwar il-Ħaddiema tal-Port jew ta’ l-Att li Jirregola l-Impiegi fit-
Trasport Pubbliku; u f’dan l-artikolu l-espressjoni "ħaddiem" ma
tinkludix uffiċjali pubbliċi jew xi persuna li għaliha japplikaw l-
imsemmija Ordinanza jew Att.
(2) Meta jiġi allegat li ħaddiem ikun tkeċċa b’mod inġust minn
prinċipal, jew fejn jiġi allegat li kien hemm ksur ta’ xi dmir taħt it-
Titolu I ta’ dan l-Att jew ta’ xi regolament preskritt taħtu, il-każ
għandu jintbagħat lit-Tribunal għad-deċiżjoni tiegħu fuq talba bil-
miktub għal hekk magħmula mill-ħaddiem li jallega l-ksur jew
minn xi persuna oħra f’isem u għal dak il-ħaddiem.
(3) Kull referta magħmula skond is-subartikolu ta’ qabel dan,
għandha ssir permezz ta’ dikjarazzjoni li ssemmi l-fatti tal-kawża,
ippreżentata fir-reġistru tat-Tribunal u għandha, fil-każijiet kollha,
hekk tiġi ppreżentata mhux iktar tard minn erba’ xhur mid-data
effettiva tal-ksur allegat.
Proċedura tat- 
Tribunal. 
Kap. 12.
76. (1) Iċ-chairperson tat-Tribunal jista’ jiġi rikużat, jew
għandu jastjeni, milli jservi bħala chairperson f’kull waħda miċ-
ċirkostanzi msemmija fl-artikolu 734 tal-Kodiċi ta’
Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili; u f’kull każ bħal dak id-
disposizzjonijiet tas-Sub-Titolu II tat-Titolu II tat-Tielet Ktieb ta’
dak il-Kodiċi għandhom japplikaw safejn dawn ikunu applikabbli u
suġġetti għad-disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan l-Att:
Iżda jekk il-persuni kollha maħtura skond l-artikolu 73(2)
jiġu rikużati, it-Tribunal għandu jkun ippresedut minn persuna oħra
maħtura ad hoc mill-Ministru, li ma tistax tkun rikużata. 
(2) Kull membru tat-Tribunal barra miċ-chairperson jista’ jiġi
rikużat, jew għandu jastjeni, jekk hu jkun xehed f’xi qorti ta’
inkjesta jew quddiem konċiljatur dwar it-tilwima ta’ xogħol li tkun
quddiem it-Tribunal, jew jekk xi parti fit-tilwima tkun fi ħsiebha
ssejjaħlu bħala xhud; u f’kull każ bħal dak, u fil-każ ta’ kull
46 KAP. 452. ħ L-IMPIEGI U R-RELAZZJONIJIET INDIUSTRIJALI
impediment leġittimu ieħor ta’ xi membru bħal dak, huwa għandu
jiġi mibdul minn persuna oħra magħżula miċ-chairperson minn fost
il-lista xierqa msemmija fl-artikolu 73(3)(b), jew, f’kull każ li fih
japplika l-artikolu 73(5)(ċ), minn persuna oħra maħtura ad hoc
mill-Prim Ministru.
Setgħat ġenerali 
tat-Tribunal. 
Kap. 12.
77. (1) It-Tribunal ikollu dawk is-setgħat li bil-Kodiċi ta’
Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili huma mogħtija lill-Qorti Ċivili,
Prim’Awla.
(2) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-artikolu,
it-Tribunal ikollu s-setgħa li jħarrek xhieda u li jagħti ġuramenti, li
jinnomina assessuri, u li jeħtieġ lil kull persuna li fil-fehma tiegħu
jkollha tagħrif speċjali ta’ xi ħaġa rilevanti, jew dwar xi ħaġa li
jkollha x’taqsam mat-tilwima ta’ xogħol jew ma’ l-ilment mibgħut
lilu, jew tal-kwistjoni mibgħuta lilu, li tagħtih, bil-miktub jew
xort’oħra, u li tikkonferma bil-ġurament, dik il-fehma u dawk il-
partikolaritajiet dwar dik it-tilwima, każ jew ilment li t-Tribunal
jista’ jeħtieġ, u jista’ jawtorizza lil kull persuna li tagħti l-ġurament
għal dan l-għan.
Kap. 108.
(3) Ix-xhieda għandhom jitħallsu d-drittijiet skond l-Ordinanza
dwar id-Drittijiet tax-Xhieda.
Aktar 
disposizzjonijiet 
dwar it-Tribunal. 
78. (1) It-Tribunal għandu jiddeċiedi l-kwistjoni mibgħuta lilu
fi żmien perjodu li ma jkunx iktar minn xahar mid-data ta’ meta l-
kwistjoni tkun intbagħtet, sakemm fil-fehma taċ-chairperson ma
jkunx meħtieġ żmien itwal għal raġuni valida li għandha tiġi
msemmija u reġistrata fil-proċeduri tat-Tribunal.
(2) Il-każ għal kull parti fit-tilwima jista’ jiġi ppreżentat mill-
parti innifisha li tista’ tagħżel li tiġi rappreżentata jew mgħejjuna
minn persuna jew persuni tal-fiduċja tagħha.
(3) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u ta’ kull
regola magħmula jew li huma meqjusa li saru taħt dan l-artikolu, it-
Tribunal għandu jirregola l-proċedura tiegħu stess. Tkun xi tkun il-
proċedura li tiġi wżata, it-Tribunal għandu jieħu ħsieb jiżgura li l-
ġustizzja ssir skond il-meriti tas-sustanza tal-każ; u, bla ħsara għar-
regoli tal-ġustizzja naturali, it-Tribunal għandu jasal għall-
konklużjonijiet tiegħu fuq kull ħaġa b’dak l-mod li jidhirlu xieraq.
(4) It-Tribunal għandu jżomm il-laqgħat fil-pubbliku kemm-il
darba, meta jqis ix-xorta tat-tilwima jew kwistjoni oħra quddiemu,
iċ-chairperson ma jkunx jidhirlu xieraq li jmexxi l-proċedimenti
jew parti minnhom fil-privat.
(5) Meta l-membri tat-Tribunal huma aktar minn wieħed u ma
jistgħux jilħqu ftehim dwar is-sentenza, id-deċiżjoni jew il-parir
tagħhom, il-każ jiġi deċiż miċ-chairperson li jaġixxi bis-setgħat
kollha ta’ arbitru.
(6) Il-Ministru jista’ jagħmel regoli li jistabbilixxu l-proċedura
li għandha tiġi imħarsa minn u quddiem it-Tribunal u xort’oħra
jagħmel disposizzjonijiet dwar dawk il-proċedimenti kif jidhirlu
meħtieġ jew spedjenti.
Drittijiet.  79. (1) Il-Ministru jista’ jagħmel regolamenti li jkunu
L-IMPIEGI U R-RELAZZJONIJIET INDIUSTRIJALI ġ KAP. 452. 47
jiffissaw id-drittijiet li għandhom jitħallsu lil xi persuna li tkun qed
tidher għall-partijiet waqt proċeduri quddiem it-Tribunal.
(2) It-Tribunal għandu fis-sentenza jew fid-deċiżjoni tiegħu
jintaxxa d-drittijiet tal-persuna jew persuni illi jkunu qegħdin
jidhru għal xi waħda mill-partijiet skond Tariffa li tkun saret taħt
id-disposizzjonijiet tas-subartikolu ta’ qabel dan.
(3) Ħadd ma jista’ jitlob il-ħlas ta’ drittijiet li jkunu iktar minn
dawk li jiġu intaxxati mit-Tribunal jew, fejn ma jkunx hemm taxxa
simili, iktar mit-Tariffa.
(4) Jekk xi parti tintalab tħallas iktar milli hu jew jista’ ikun
preskritt f’xi liġi, din tista’ jitlob lura kull ħlas żejjed li jkun sar
permezz ta’ ittra bil-miktub lis-Segretarju tat-Tribunal, u dan
imbagħad jgħaddi biex jivverifika t-talba, u jekk tiġi hekk
verifikata, jordna ’l min ikun irċieva l-ħlas żejjed biex jirrifondi
dan il-ħlas lill-parti.
(5) Meta t-Tribunal jaqtagħha li l-ħlas żejjed mitlub kien
eċċessiv, dan jista’ jordna lil min ikun irċieva dak il-ħlas żejjed li
jħallas penali ta’ mhux iżjed minn elf lira lis-Segretarju, li meta
jirċievi din il-penali għandu jgħaddiha lill-Fond Konsolidat.
Kap. 12. 
(6) Kull ordni li tingħata għar-rifużjoni ta’ ħlas skond id-
disposizzjonijiet tas-subartikolu (4) u kull ordni għall-ħlas ta’
penali skond id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (5), ikun titolu
esekuttiv għall-finijiet u effetti tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u
Proċedura Ċivili u jkun esegwibbli bħala tali mill-Prim’Awla tal-
Qorti Ċivili bl-istess mod u bl-istess mezzi provduti f’dak il-
Kodiċi.
Disposizzjonijiet 
dwar is-sentenzi u 
d-deċiżjonijiet tat-
Tribunal. 
80. (1) Fl-għoti ta’ kull sentenza, deċiżjoni jew parir, it-
Tribunal għandu jqis il-politika soċjali tal-Gvern bażata fuq
prinċipji ta’ ġustizzja soċjali u l-ħtiġiet ta’ kull pjan nazzjonali ta’
żvilupp u politika ekonomika oħra tal-Gvern li jkunu qed jiġu
mwettqa, u għandu jara li jiġi żgurat li s-sentenza, id-deċiżjoni jew
il-parir tiegħu igħinu t-twettiq ta’ kull politika u pjani bħal dawk.
(2) Meta xi każ quddiem it-Tribunal jolqot jew ikun dwar
uffiċjali pubbliċi - 
(a) it-Tribunal għandu jiżgura li ma jkunx hemm indħil
fuq il-funzjonijiet tal-Kummissjoni dwar is-Servizz
Pubbliku, u għandu jastjeni milli jieħu konjizzjoni ta’
kull ħaga li taqa’ taħt il-funzjonijiet ta’ dik il-
Kummissjoni; u
(b) kull sentenza jew deċiżjoni tat-Tribunal tkun suġġetta
għas-setgħa suprema tal-Kamra tad-Deputati.
(3) Meta l-kwistjoni quddiem it-Tribunal tkun tolqot jew tkun
dwar persuni impjegati ma’ entijiet morali mwaqqfin b’liġi u
immexxija minn Bord jew korp ieħor maħtur mill-Gvern, jew tkun
dwar persuni impjegati ma’ kumpanniji li fihom il-Gvern għandu
interess li bih jikkontrollhom, kull sentenza jew deċiżjoni tat-
Tribunal għandha tara li tistabbilixxi jew iżżomm relattività  xierqa
bejn il-pattijiet u l-kondizzjonijiet ta’ dawk l-impjegati u l-pattijiet
u l-kondizzjonijiet ta’ uffiċjali pubbliċi.
48 KAP. 452. ħ L-IMPIEGI U R-RELAZZJONIJIET INDIUSTRIJALI
(4) It-Tribunal m’għandux jagħti xi sentenza jew deċiżjoni li
tkun kontra xi liġi, jew xi att ieħor li jkollu forza ta’ liġi, li jirregola
l-pagi u pattijiet u kondizzjonijiet oħra ta’ impieg.
Setgħat tat-
Tribunal f’każijiet 
ta’ tkeċċija.
81. (1) Meta fuq ilment ta’ tkeċċija inġusta mibgħut lit-
Tribunal skond l-artikolu 75, it-Tribunal -
(a) isib li r-raġunijiet ta’ l-ilment ikunu bbażati tajjeb, u
(b) fuq talba speċifika ta’ min jagħmel l-ilment biex jerġa’
jidħol fl-impieg tiegħu jew jerġa’ jiġi impjegat mill-
prinċipal, magħmula fir-referta jew fid-dikjarazzjoni
dwar il-każ,
it-Tribunal jidhirlu li jkun prattikabbli u skond l-ekwità  li minn
jagħmel l-ilment, jerġa’ jidħol fl-impieg tiegħu jew jerġa’ jiġi
impjegat mill-prinċipal, it-Tribunal għandu jagħmel ordni f’dak is-
sens, fejn jagħti l-kondizzjonijiet li taħthom jidhirlu xieraq li min
jagħmel l-ilment għandu jerġa’ jidħol fl-impieg tiegħu jew jerġa’
jiġi impjegat:
Iżda meta min jagħmel l-ilment ikun impjegat f’dik il-
kariga amministrattiva jew eżekuttiva li teħtieġ fiduċja speċjali fil-
persuna tad-detentur ta’ dik il-kariga jew fil-ħila tiegħu li jaqdi d-
dmirijiet tagħha, it-Tribunal m’għandux jordna li min jagħmel l-
ilment jerġa’ jidħol jew jerġa’ jiġi impjegat; iżda meta min jagħmel
l-ilment ikun ġie maħtur jew magħżul għal dik il-kariga kif intqal
qabel mill-ħaddiema sħabu, it-Tribunal jista’ jordna li dan jerġa’
jidħol jew jerġa’ jiġi impjegat fil-kariga li kellu qabel ma’ ġie hekk
maħtur jew magħżul.
(2) Meta, fuq ilment magħmul skond l-arikolu 75, it-Tribunal
isib li r-raġunijiet għall-ilment ikunu bbażati tajjeb -
(a) f’każi ta’ tkeċċija mingħajr kawża ġusta, jekk ma
jkunx hemm talba speċifika biex jerġa’ jidħol fl-
impieg jew jerġa’ jiġi impjegat, jew it-Tribunal
jiddeċiedi li ma għandux jagħmel ordni biex jerġa’
jidħol fl-impieg jew jerġa’ jiġi impjegat kif inqal
qabel, it-Tribunal għandu jagħti sentenza ta’ kumpens,
li għandha titħallas mill-prinċipal lil min jagħmel l-
ilment, rigward it-tkeċċija:
Iżda, meta jistabbilixxi l-ammont ta’ dak il-
kumpens it-Tribunal għandu jqis id-danni reali u
telfien li jkun bata l-ħaddiem li jkun ġie imkeċċi
mingħajr kawża ġusta kif ukoll ċirkostanzi oħra,
inklużi l-età  u s-snajja tal-ħaddiem li jistgħu
jaffettwaw il-potenzjal ta’ l-impieg ta’ dak il-ħaddiem;
(b) f’kull każ ieħor it-Tribunal għandu jagħti dak l-lordni
li jidhirlu meħtieġ biex jirrimedja l-ksur jew jista’
jagħti sentenza ta’ kumpens li għandu jitħallas mill-
prinċipal lil min jagħmel l-ilment, jew jista’ jagħti
sentenza ta’ kumpens u jagħmel dawk l-ordnijiet li
jidhirlu xierqa biex jirrimedja l-ksur.
Effetti ta’ sentenzi 
jew deċiżjonijiet 
mit-Tribunal. 
82. (1) Kull sentenza jew deċiżjoni li tingħata mit-Tribunal
tkun torbot lill-partijiet kollha, lill-ħaddiema rappreżentati fit-
L-IMPIEGI U R-RELAZZJONIJIET INDIUSTRIJALI ġ KAP. 452. 49
tilwima u lill-ħaddiema milquta minn dik is-sentenza jew deċiżjoni
u għandha tkun torbot lil kull suċċessur ta’ xi waħda mill-partijiet
fit-tilwima ta’ xogħol:
Iżda ebda waħda mill-partijiet ma tkun tista’ tfittex li tieħu
azzjoni unilaterali għar-reviżjoni ta’ xi sentenza jew deċiżjoni tat-
Tribunal qabel ma tgħaddi għall-anqas sena mid-data ta’ dik is-
sentenza jew deċiżjoni.
(2) Sentenza jew deċiżjoni tat-Tribunal tista’ tingħata b’effett
retroattiv għal data li - 
(a) fil-każ ta’ tkeċċija inġusta, ma tkunx qabel id-data ta’
dik it-tkeċċija, u 
(b) f’kull każ ieħor mhux qabel id-data li fiha jkun
attwalment sar il-ksur jew, jekk dik id-data ma tistax
tkun speċifikata, mhux qabel id-data li fiha t-tilwima
ta’ xogħol li għaliha tapplika s-sentenza jew id-
deċiżjoni tkun inqalgħet għall-ewwel darba.
Kap. 12.
(3) Fil-każi ta’ tkeċċija mingħajr kawża ġusta u fil-każi li
jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tat-Tribunal skond l-artikolu 75(1)(a) u
(b), jkun hemm dritt ta’ appell fuq punt ta’ liġi. Dan l-appell
għandu jsir b’rikors lill-Qorti ta’ l-Appell kkostitwita skond l-
artikolu 41(6) tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili.
Dan ir-rikors għandu jiġi ppreżentat mhux aktar tard minn tnax-il
ġurnata mid-data tad-deċiżjoni tat-Tribunal:
Iżda meta jsir appell lill-Qorti ta’ l-Appell, u waħda mill-
partijiet titlob li l-appell jiġi dikjarat null u bla effett minħabba f’li
ma kienx bbażat fuq punt ta’ liġi deċiż mit-Tribunal jew li l-appell
huwa null u bla effett fil-liġi għal kull raġuni oħra tkun li tkun, dak
l-appell għandu jintbagħat mir-Reġistratur lill-Qorti ta’ l-Appell
biex jingħata digriet in camera dwar l-ammissibilità  jew xort’oħra
ta’ l-appell.
Kap. 12. 
(4) L-esekuzzjoni tas-sentenzi u deċiżjonijiet tat-Tribunal issir
bil-mod preskritt b’dan l-Att u bil-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u
Proċedura Ċivili, u tkun fis-setgħa fit-Tribunal innifsu.
Interpretazzjoni ta’ 
sentenzi u 
deċiżjonijiet tat-
Tribunal.
83. (1) Jekk tinqala’ xi kwistjoni dwar l-interpretazzjoni ta’ xi
sentenza jew deċiżjoni tat-Tribunal (barra minn deċiżjoni skond
dan l-artikolu), il-Ministru jew kull waħda mill-partijiet fil-
proċedimenti jistgħu jitolbu lit-Tribunal biex jagħti deċiżjoni fuq
dik il-kwistjoni u t-Tribunal għandu jiddeċiedi l-kwistjoni wara li
jisma’ l-partijiet jew, jekk il-partijiet ikunu hekk ftehmu, mingħajr
ma jismagħhom. Id-deċiżjoni tat-Tribunal għandha tiġi komunikata
lill-partijiet u tkun torbot bl-istess mod daqslikieku kienet parti
mis-sentenza oriġinali.
(2) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu l-membri tat-Tribunal
għandhom kemm jista’ jkun ikunu l-istess membri tat-Tribunal li
jkun tas-sentenza li tagħha tkun qed tintalab l-interpretazzjoni.
(3) Jekk matul is-smigħ ta’ xi talba magħmula skond is-
subartikolu (1), it-Tribunal isib li t-talba hija vessatorja, it-Tribunal
jista’ jordna li l-parti li tkun għamlitha tħallas lill-parti l-oħra
penali ta’ mhux iżjed minn mitejn lira (Lm200). Kull penali bħal
50 KAP. 452. ħ L-IMPIEGI U R-RELAZZJONIJIET INDIUSTRIJALI
dik tinġabar bħala dejn ċivili.
TITOLU III
DISPOSIZZJONIJIET SUPPLEMENTARI
Applikazzjoni ta’ l-
Att għal impjegati 
tal-Gvern. 
84. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tat-Titolu II ta’ dan l-
Att, u bla preġudizzju għad-disposizzjonijiet speċjali li jinsabu fih
dwar uffiċjali pubbliċi, id-disposizzjonijiet tat-Titolu II ta’ dan l-
Att, barra mid-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 69 u 72 u mid-
disposizzjonijiet dwar it-tkeċċija jew tmiem ta’ impieg, għandu
jkollhom effett dwar impieg mal-Gvern u għal ħaddiema li huma
impjegati tal-Gvern kif għandhom effett dwar impieg ieħor u
ħaddiema oħra. Id-disposizzjonijiet esklużi b’dan is-subartikolu ma
japplikawx għal impjegati tal-Gvern.
(2) F’dan l-artikolu "impieg mal-Gvern" tfisser impieg taħt jew
għall-finijiet ta’ dipartiment tal-Gvern, barra minn impieg bħala
membru ta’ forza dixxiplinata, u "impjegat tal-Gvern" tfisser
persuna li għal dak iż-żmien tkun f’impieg mal-Gvern.
Spejjeż meħtieġa 
biex l-Att jista’ 
jitħaddem. 
85. L-ispejjeż kollha meħtiega biex jitwettqu id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, magħduda l-ispejjeż tat-Tribunal u
ta’ kull kunsill, qorti ta’ inkjesta jew xi persuna oħra maħtura b’dan
l-Att jew taħtu, ikunu għall-karigu tal-Fond Konsolidat u jitħallsu
minnu.
Riżerva.
Kap. 135.
Kap. 266.
86. Kull regolament, ordni u leġislazzjoni sussidjarja
magħmula taħt jew li tkun ġiet miżmuma fis-seħħ bl-Att li jirregola
l-Kondizzjonijiet ta’ l-Impieg (revokat b’dan l-Att*) jew bl-Att
dwar ir-Relazzjonijiet Industrijali (revokat b’dan l-Att#) u kull
ordni ta’ standard nazzjonali u kull dwar Kunsilli tal-Pagi u li
jirregolaw il-Pagi li jkunu fis-seħħ fid-data ta’ meta dan l-Att jiġi
fis-seħħ, għandhom ikomplu jseħħu minn hemm ’il quddiem u
għandu jkollhom effett daqslikieku kienu saru taħt dan l-Att, u
jistgħu jiġu emendati u revokati skond hekk.
*L-artikolu 18(1), (2), (3) u (4) ta’ l-Att li Jirregola l-Kondizzjonijiet ta’ l-Impieg,
dwar dritt għall-leave għal maternità , li għandhom jibqgħu regolati bl-Att li Jirregola
l-Kondizzjonijiet ta’ l-Impieg, għadu fis-seħħ.
#Il-każijiet kollha li, minnufih qabel il-bidu fis-seħħ ta’ l-Att dwar l-Impiegi u r-
Relazzjonijiet Industrijali, kienu pendenti quddiem it-Tribunal Industrijali kif
kostitwit skond l-Att dwar ir-Relazzjonijiet Industrijali, għandhom jibqgħu regolati
mill-imsemmi Att dwar ir-Relazzjonijiet Industrijali.
L-IMPIEGI U R-RELAZZJONIJIET INDIUSTRIJALI ġ KAP. 452. 51
SKEDA
(Artikolu 64(6))
Lista u numru ta’ karigi li huma meħtieġa li jitħaddmu sabiex f’kull ħin jitkomplu 
jingħataw mill-Gvern servizzi essenzjali lill-kommunità
Karigi Numru
KATEGORIJA A
SERVIZZI AMMINISTRATTIVI
Direttur Ġenerali (Saħħa)
Direttur Amministrattiv responsabbli għal Servizzi
Farmaċewtiċi
Direttur Amministrattiv responsabbli għall-
Isptarijiet
Direttur Amministrattiv responsabbli għas-Saħħa
Pubblika
Direttur Amministrattiv responsabbli għal Kura tas-
Saħħa Primarja
Konsulenti f’Karigi Amministrattivi ........................ 3
Uffiċjali Mediċi Prinċipali ....................................... 3
Uffiċjali tal-Port/Uffiċjali Mediċi ta’ l-Ajruport ....... 2
SERVIZZI KLINIĊI F’MALTA
Konsulenti
Id-Diretturi kollha u Chairpersons Kliniċi (għal dak
li għandu x’jaqsam mad-dmirijiet amministrattivi u
responsabbiltajiet biex jaċċertaw it-tmexxija
effettiva tad-dipartimenti rispettivi) ......................... 12
Amministratur Mediku - Sptar Ġenerali ta’ Għawdex  1
Manager - Servizzi ta’ Infermiera
Sptar San Luqa
Sptar Monte Karmeli
Sptar Boffa
Sptar Ġenerali ta’ Għawdex
San Vinċenz De Paule
Manager - Servizzi tal-Qwiebel
Manager - Radjografija
Manager - Fiżjoterapija
Manager - Servizzi tal-Laboratorju
KATEGORIJA B - TOBBA
Għall-finijiet ta’ din il-kategorija, il-kliem ''on call'' ifissru li l-persuna tista’ tiġi
msejħa permezz ta’ telefon, pager jew mod ieħor u hi mistennija li teżerċita
ġudizzju kliniku u l-kelma ''residenti'' tfisser preżenti fuq il-post tax-xogħol fl-
isptar biex jingħataw servizzi ta’ emerġenza; il-kliem ''bi nhar'' ifissru mit-8.00
ta’ filgħodu sa’ l-10.30 ta’ filgħaxija u l-kliem ''bil-lejl'' ifissru mill-10.30 ta’
filgħaxija sat-8.00 ta’ filgħodu.
Dipartiment ta’ l-Inċidenti u Emerġenza
52 KAP. 452. ħ L-IMPIEGI U R-RELAZZJONIJIET INDIUSTRIJALI
On Call ................................................................... 1 Konsulent
Residenti bi nhar ..................................................... 6 Reġistratur Anzjan/
Reġistratur/SHO/MO/HM
Residenti bil-lejl ...................................................... 4 Reġistratur Anzjan/
Reġistratur/SHO/MO/HM
Mediċina
Konsulenti On Call .................................................. 1 Gastroenteroloġija
1 Diabetoloġija
1 Newroloġija
1 Nefroloġija
1 Hematoloġija
1 Respiratorju
1 Kardioloġija
1 Mard li jittieħed
Residenti ................................................................. 2 Reġistraturi Anzjani
2 Reġistratur/SHO
3 Housemen
Kirurġija
Konsulenti On Call .................................................. 1 Kirurġija Ortopedika
1 ENT
1 Oftalmoloġija
1 Kardjo Toraċika
1 Uroloġija
1 Kirurġija plastika
1 Newro Kirurġija
1 Kirurġija Vaskolari/
Trapjant
Residenti ................................................................. 2 Reġistraturi Anzjani
1 Reġ. Anz. Ostopedika
2 Reġ/SMO Kirurġija Ġen.
1 Reġ/SHO Ortopedika
1 Reġ/SHO Oftalmoloġija
1 Reġ/SHO Kardjotoraċika
1 Reġ/SHO Uroloġija
1 Reġ/SHO ENT
4 Housemen
Pediatrija
Konsulenti On Call .................................................. 1 Konsulent Pedjatra
1 Kirurgu Pedjatra
1 Kardjologu Pedjatra
1 Onkologu Pedjatra
Residenti ................................................................. 1 Reġistratur Anzjan
Karigi Numru
L-IMPIEGI U R-RELAZZJONIJIET INDIUSTRIJALI ġ KAP. 452. 53
3 Reġ/SHO/Houseman
Ostetrija u Ġinekoloġija
Konsulenti On Call .................................................. 1 Konsulent Ostetriku
Residenti ................................................................. 1 Reġistraturi Anzjani
2 Reġ/SHO
2 Housemen
Anestesija
Konsulenti On Call .................................................. 3 Konsulenti Anestesisti
Residenti ................................................................. 5 Reġistraturi Anzjani
1 Reġ. Anz. għall-ITU
Radjoloġija
Konsulenti On Call .................................................. 1 Konsulent Radjoloġista
Residenti ................................................................. 1 Reġ. Anzjan/ Reġ/ SHO
Trasfużjoni tad-Demm
Konsulenti On Call .................................................. 1 Konsulent
Residenti ................................................................. 1 SHO/MO/Houseman
Patoloġija
Uffiċjali inkarigati On Call ...................................... 1 Tossikoloġija
1 Viroloġija
1 Batterjoloġija
1 Kontroll ta’ Infezzjonijiet
1 Ħistopatoloġija
1 Bijokimika
1 Laboratorju tas-Saħħa 
Pubblika
Psikjatrija
Konsulenti On Call .................................................. 1 Konsulent Psikjatra
Residenti ................................................................. 2 Reġ Anz/ Reġ/ SHO/ 
Houseman
Ġerjatrija
Konsulenti On Call .................................................. 1 Konsulent Ġerjatriku
Residenti ................................................................. 2 Reġ Anz/ Reġ/ SHO/ 
Houseman
Onkoloġija
Konsulenti On Call .................................................. 1 Konsulent Onkologu
Residenti ................................................................. 2 Reġ Anz/ Reġ/ SHO/ 
Houseman
Dermatoloġija
Konsulenti On Call .................................................. 1 Konsulent Dermatologu
KATEGORIJA Ċ
Servizzi ta’ Infermerija
Karigi Numru
54 KAP. 452. ħ L-IMPIEGI U R-RELAZZJONIJIET INDIUSTRIJALI
Għall-finijiet ta’ din il-kategorija il-kliem ''bi nhar'' ifissru mis-7.00 ta’ filgħodu
sas-7.00 ta’ filgħaxija u l-kliem ''bil-lejl'' ifissru mis-7.00 ta’ filgħaxija sas-7.00
ta’ filgħodu.
Special Care Baby Unit ........................................... Il-Ħaddiema Kollha
Intensive Therapy Unit ............................................ 1 Infermier għal kull 
pazjent
High Dependency Unit ............................................ 1 Infermier għal kull żewġ 
pazjenti
Renal Unit ............................................................... 1 Infermier għal kull erba’ 
pazjenti u wieħed għal kull 
każ speċjali
Emerġenza u Inċidenti ............................................. 8 Infermiera bi nhar u 5 bil-
lejl
Labour Ward u Theatre ........................................... 5 Qwiebel u 2 Inferiera/
Qwiebel għat-Theatre
Swali ta’ l-Operazzjoni ............................................ Ħaddiema biex jipprovdu s-
servizzi fi 3 swali bi nhar u 
2 swali bil-lejl
Coronary Intensive Care Unit .................................. 1 Infermier għal kull 
pazjent
Coronary Care Unit ................................................ 3 Infermiera bi nhar u 3 bil-
lejl
General Acute Wards ............................................... 2 nfermiera bi nhar u 2 bil-
lejl
Chronic Wards ........................................................ 1 Infermier bi nhar u 1 bil-
lejl
Gynaecology Wards ................................................. 4 Infermiera/Qabla bi nhar 
u 3 bil-lejl
Antenatal Wards ...................................................... 2 Qwiebel bi nhar u 2 bil-
lejl
Post natal Wards ..................................................... 4 Qwiebel bi nhar u 3 bil-
lejl
Servizzi Paramediċi u Oħra
Għall-finijiet ta’ din il-kategorija il-kliem ''bi nhar'' ifissru mis-7.00 ta’ filgħodu
sas-7.00 ta’ filgħaxija u l-kliem ''bil-lejl'' ifissru mis-7.00 ta’ filgħaxija sas-7.00
ta’ filgħodu.
Radjografi ............................................................... 2 bi nhar u 2 bil-lejl
Fiżjoterapisti ........................................................... 4 bi nhar
Teknoloġisti tal-Laboratorju .................................... 4 bi nhar u 4 bil-lejl
Farmaċisti ............................................................... 3 bi nhar u 1 bil-lejl
Inġinier Elettriċista ................................................. 1 bi nhar u on call bil-lejl
Inġinier Mekkaniku ................................................. 1 bi nhar u on call bil-lejl
Ħaddiema fil-Manutenzjoni ..................................... 3 bi nhar u 3 bil-lejl
Servizzi fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex
1 Konsulent on call għal kull waħda minn Mediċina Ġenerali, Kirurġija Ġenerali,
Ortopedija/Anestesija
Karigi Numru
L-IMPIEGI U R-RELAZZJONIJIET INDIUSTRIJALI ġ KAP. 452. 55
4 Reġ Anz/ Reġ/ SHO/ biex ikopru swali u d-Dipartiment ta’ l-Emerġenza
1 Farmaċista
1 Teknoloġista tal-Laboratorju
1 Ħaddiem fil-Manutenzjoni
Infermiera u Qabla kif applikabbli għall-Isptarijiet f’Malta
Servizz ta’ Xufiera ta’ l-Ambulanzi
Matul il-ġurnata ...................................................... 8 Xufiera f’Malta u 3 
f’Għawdex
Matul il-lejl ............................................................. 4 Xufiera f’Malta u 2 
f’Għawdex
Karigi Numru
