QORTI KRIMINALI INTERNAZZJONALI ġ KAP. 453. 1
KAPITOLU 453
ATT DWAR IL-QORTI KRIMINALI 
INTERNAZZJONALI
Biex jipprovdi dwar assistenza lill-Qorti Kriminali Internazzjonali.
13 ta’ Diċembru, 2003
L-ATT XXIV ta’ l-2002.
TAQSIMA 1
PRELIMINARI
Titolu fil-qosor.
Kriminali Internazzjonali.
Tifsiriet.
teħtieġ xort’oħra:
"delitt ICC" tfisser delitt (minbarra d-delitt ta’ aggressjoni) li
fuqu l-ICC għandha ġurisdizzjoni skond it-Trattat ICC li għandu d-
disposizzjonijiet rilevanti tiegħu riprodotti fl-Ewwel Skeda;
"it-Trattat ICC" tfisser l-Istatut tal-Qorti Kriminali
Internazzjonali magħmul f’Ruma fis-17 ta’ Lulju, 1988; 
"l-ICC" tfisser il-Qorti Kriminali Internazzjonali mwaqqfa fit-
Trattat ICC;
"ġenoċidju" tfisser att ta’ ġenoċidju kif imfisser fl-artikolu 54B;
Kap. 9.
"delitt kontra l-umanità " tfisser delitt kontra l-umanità  kif
imfisser fl-artikolu 54Ċ tal-Kodiċi Kriminali;
"delitt tal-gwerra" tfisser delitt tal-gwerra kif imfisser fl-artikolu
54D tal-Kodiċi Kriminali;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għall-Ġustizzja.
(2) Fl-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tad-disposizzjonijiet
ta’ dan l-Att il-qorti għandha tqis it-test oriġinali tat-Trattat ICC u
ta’ kull trattat u konvenzjoni msemmija fit-Trattat ICC. 
TAQSIMA 2
ASSISTENZA LILL-ICC
Għoti ta’ 
assistenza.
3. (1) Il-poteri mogħtija minn din it-Taqsima lill-Ministru
għandhom jiġu eżerċitati għall-fini li tingħata assistenza lill-ICC
għar-rigward ta’ investigazzjonijiet jew prosekuzzjonijiet meta -
(a) investigazzjoni tkun inbdiet mill-ICC, u
(b) l-investigazzjoni u kull proċediment li jitnissel minnha
ma jkunux intemmu. 
(2) Meta tintuża trasmissjoni  facsimile  -
(a) biex issir talba mill-ICC jew għat-trasmissjoni ta’ kull
dokument li jinġieb b’sostenn, jew
(b) għat-trasmissjoni ta’ kull dokument b’konsegwenza ta’
2 KAP. 453. ħ QORTI KRIMINALI INTERNAZZJONALI
dik it-talba,
din it-Taqsima tapplika bħallikieku d-dokumenti hekk mibgħutin
kienu l-oriġinali tad-dokumenti hekk trasmessi. Kull tali dokument
jista’ jintlaqa’ u jkun ammissibbli bħala prova għaldaqstant.
(3) Ebda ħaġa f’din it-Taqsima ma għandha tinqara u tifitiehem
bħala li tipprevjeni l-għoti ta’ assistenza lill-ICC xort’oħra milli
taħt din it-Taqsima.
Setgħa ta’ għemil 
ta’ regolamenti.
4. Il-Ministru jista’ jagħmel regolamenti li jkunu jipprovdu
biex jintlaqgħu talbiet għall-assistenza mill-ICC u b’mod
partikolari u mingħajr preġudizzju għall-ġeneralità  ta’ dik is-setgħa
jista’ jagħmel regolamenti li jkunu jippreskrivu l-kondizzjonijiet u
l-proċeduri għall-eżekuzzjoni ta’ kull talba bħal dik għal kull għan
jew għanijiet  minn dawn li ġejjin:
(a) l-interrogazzjoni ta’ persuni li jkunu qegħdin jiġu
investigati jew ipproċessati mill-ICC;
(b) il-ġbir tal-provi jew l-għoti ta’ xiehda;
(ċ) in-notifika ta’ kull dokument jew att tal-proċedimenti
quddiem l-ICC;
(d) it-trasferiment temporanju lill-ICC ta’ priġunier għal
għanijiet ta’ identifikazzjoni jew sabiex tinkiseb
xiehda jew assistenza oħra;
(e) id-dħul u t-tfittxija f’kull fond u l-qbid ta’ kull oġġett;
(f) it-teħid ta’ marki tas-swaba jew kampjuni mhux
intimi;
(g) l-eżumazzjoni ta’ xi katavru;
(h) l-għoti ta’records u dokumenti;
(i) l-investigazzjoni dwar ir-rikavat ta’ xi delitt ICC;
(j) l-iffriżar jew il-qbid ta’ xi rikavat biex dan ikun jista’
jiġi eventwalment konfiskat;
(k) il-verifika ta’ kull prova jew materjal ieħor.
Interessi ta’ 
sigurezza 
nazzjonali.
5. (1) Ebda ħaġa f’xi disposizzjoni ta’ din it-Taqsima ma
teħtieġ jew tawtorizza li jiġu prodotti dokumenti, jew li tinkixef
informazzjoni, li tista’ tkun ta’ preġudizzju għas-sigurezza ta’
Malta.
(2) Għal kull fini ta’ xi disposizzjoni bħal dik, ċertifikat
iffirmat minn jew f’isem il-Prim Ministru li jkun ifisser li jkun ta’
preġudizzju għas-sigurezza ta’ Malta li jiġu prodotti xi dokumenti
speċifikati, jew li tinkixef xi informazzjoni speċifikata, ikun xiehda
konklużiva ta’ dak il-fatt.
Trasmissjoni ta’ 
materjal lill-ICC.
6. (1) Kull xiehda jew materjal ieħor li jinkiseb taħt din it-
Taqsima minn persuna minbarra mill-Avukat Ġenerali, flimkien
ma’ kull verifika meħtieġa, għandhom jintbagħtu lill-Avukat
Ġenerali li mbagħad jagħmel kull arranġament għat-trasmissjoni
tal-provi jew ta’ kull materjal ieħor lill-ICC.
(2) Meta xi provi jew materjal ieħor ikollhom jiġu trasmessi
lill-ICC, għandhom jiġu trasmessi -
QORTI KRIMINALI INTERNAZZJONALI ġ KAP. 453. 3
(a) meta l-materjal jkun jikkonsisti f’dokument, l-oriġinal
jew kopja, u
(b) meta l-materjal jkun jikkonsisti f’xi oġġett ieħor, l-
oġġett innifsu jew ritratt fotografiku jew deskrizzjoni
oħra tiegħu,
skond ma jista’ jkun meħtieġ biex titħares it-talba ta’ l-ICC.
TAQSIMA 3
REATI GĦAR-RIGWARD TA’ L-ICC
Reati għar-rigward 
ta’ l-ICC.
7. (1) Ikun reat li persuna xjentement tagħmel xi att imsemmi
fl-Artikolu 70.1 tat-Trattat ICC (reati kontra l-amministrazzjoni tal-
ġustizzja għar-rigward ta’ l-ICC), hawn iżjed ’il quddiem f’din it-
Taqsima msejjaħ "l-artikolu rilevanti".
(2) Fl-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tad-disposizzjonijiet
ta’ l-artikolu rilevanti l-qorti għandha tqis kull sentenza jew
deċiżjoni rilevanti ta’ l-ICC u tista’ wkoll tqis kull ġurisprudenza
internazzjonali rilevanti oħra.
Kap. 9.
(3) Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 5
tal-Kodiċi Kriminali, azzjoni kriminali tista’ wkoll tkun
ipproċessata f’Malta kontra kull ċittadin ta’ Malta jew residenti
permanenti f’Malta li jkun sar ħati ta’ reat imsemmi fis-subartikolu
(1) għalkemm ir-reat jista’ jkun sar barra minn Malta.
(4) Ma għandhomx jinbdew proċedimenti għal reat taħt dan l-
artikolu ħlief mill-Avukat Ġenerali jew bil-kunsens tiegħu.
(5) Id-disposizzjonijiet rilevanti ta’ l-artikolu rilevanti  jinsabu
stipulati fit-Tieni Skeda.
(6) Persuna li tinsab ħatja ta’ reat taħt is-subartikolu (1) tista’
teħel piena kif ġej:
Kap. 9.
(a) meta r-reat ikun jikkonsisti fl-att imsemmi fil-
paragrafu (a) ta’ l-artikolu rilevanti, għall-piena
stipulata fl-artikoli 104, 105, 107 tal-Kodiċi Kriminali
għal ċirkostanzi korrispondenti tal-każ;
(b) meta r-reat ikun jikkonsisti fl-att imsemmi fil-
paragrafu (b) ta’ l-artikolu rilevanti, għall-piena
stipulata fl-artikolu 103 tal-Kodiċi Kriminali;
(ċ) meta r-reat ikun jikkonsisti f’xi att imsemmi fil-
paragrafu (ċ) ta’ l-artikolu rilevanti, għall-piena
stipulata fl-artikoli 102, 110, jew 111 tal-Kodiċi
Kriminali għaċ-ċirkostanzi korrispondenti tal-każ;
(d) meta r-reat ikun jikkonsisti f’xi att imsemmi fil-
paragrafu (d) ta’ l-artikolu rilevanti:
(i) għall-piena ta’ priġunerija minn sentejn sa
ħames snin jekk l-uffiċjal tal-Qorti jaqdi
dmirijietu kif imiss; jew
(ii) għal dik il-piena miżjuda b’żewġ jew tliet gradi
meta l-uffiċjal tal-Qorti jonqos milli jaqdi, jew
ma jaqdix kif imiss, dmirijietu; jew
(iii) għal piena ogħla minn priġunerija għal żmien
4 KAP. 453. ħ QORTI KRIMINALI INTERNAZZJONALI
ħames snin li persuna akkużata b’delitt ICC
tista’ tkun ġiet mogħtija sentenza dwarha  meta
l-uffiċjal tal-Qorti jonqos milli jaqdi, jew ma
jaqdix kif imiss, dmirijietu fil-proċess jew
f’konnessjoni mal-proċess ta’ dik il-persuna;
Kap. 9.
(e) meta r-reat ikun jikkonsisti fl-att imsemmi fil-
paragrafu (e) ta’ l-artikolu rilevanti, għall-piena
stipulata fl-artikolu 95(1) tal-Kodiċi Kriminali skond
kif jistgħu jkunu ċ-ċirkostanzi tal-każ;
(f) meta r-reat ikun jikkonsisti fl-atti msemmija fil-
paragrafu (f) ta’ l-artikolu rilevanti, il-ħati jista’ jiġi
ttrattat għal xi reat korrispondenti taħt l-artikoli 115 u
121(4)(d) tal-Kodiċi Kriminali u jista’ jeħel piena
għaldaqstant.
L-element mentali. 8. (1) Referenzi f’din it-Taqsima għal persuna li tagħmel xi
att imsemmi fl-artikolu rilevanti, għandhom jiftiehmu skond dan l-
artikolu.
(2) Kemm-il darba ma jkunx provdut xort’oħra bl-artikolu 7
jew bl-artikolu rilevanti, persuna titqies li tagħmel att imsemmi fis-
subartikolu (1) biss jekk l-element materjali isiru bil-ħsieb u
xjentement.
(3) Għal dan l-għan -
(a) persuna taġixxi bil-ħsieb -
(i) għar-rigward ta’ mġieba, meta jkollha intenzjoni
li twettaq dik l-imġieba, u
(ii) għar-rigward ta’ konsegwenza, meta jkollha
intenzjoni li tikkaġuna l-konsegwenza jew tkun
konsapevoli li din tkun se tiġri fil-kors normali
tal-ġrajjiet, u
(b) "xjentement" tfisser l-għarfien li tkun teżisti xi
ċirkostanza jew li tkun se tiġri xi konsegwenza fil-kors
normali tal-ġrajjiet.
(4) Fl-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tad-disposizzjonijiet
ta’ dan l-artikolu (li jikkorrispondu għall-artikolu 30 tat-Trattat
ICC) il-qorti għandha tqis kull sentenza jew deċiżjoni rilevanti ta’
l-ICC u tista’ wkoll tqis kull ġurisprudenza internazzjonali oħra
rilevanti.
TAQSIMA 4
INFURZAR TA’ SENTENZI U  ORDNIJIET
Detenzjoni f’Malta 
konformi ma’ 
sentenza ICC.
9. (1) Dan l-artikolu japplika meta -
(a) Malta tissemma mill-ICC bħala l-istat fejn persuna,
hawn iżjed ’il quddiem f’din it-Taqsima msejjħa "l-
priġunier", għandha sservi sentenza ta’ priġunerija
imposta mill-ICC, u
(b) il-Ministru jgħarraf lill-ICC li dik it-tismija tkun
aċċettata.
(2) Il-Ministru għandu joħroġ ordni fejn jawtorizza -
QORTI KRIMINALI INTERNAZZJONALI ġ KAP. 453. 5
(a) li l-priġunier jinġieb Malta,
(b) id-detenzjoni tal-priġunier f’Malta skond is-sentenza
ta’ l-ICC, u
Kap. 260.
dwar il-Ħabs, f’Malta.
Id-disposizzjonijiet ta’ l-ordni jistgħu jkunu mibdula mill-
Ministru, u jistgħu jkunu hekk mibdula li jagħtu seħħ lil kull tibdil
li jsir fis-sentenza ta’ l-ICC.
(2) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (3) ta’ dan
l-artikolu, priġunier li jkun soġġett għal ordni li tawtorizza d-
detenzjoni tiegħu f’ħabs f’Malta għandu jiġi ttrattat għal kull fini
bħallikieku kien soġġett għal sentenza ta’ priġunerija imposta fit-
twettiq ta’ ġurisdizzjoni kriminali minn qorti f’Malta.
(3) Id-disposizzjonijiet ta’ kull regolament magħmul taħt l-Att
dwar il-Ħabs għandhom japplikaw għal priġunier taħt din it-
Taqsima bla ħsara għal kull tibdil, aġġustament jew adattament li l-
Ministru jista’ b’regolamenti taħt dan is-subartikolu jordna bi
ftehim mal-Ministru responsabbli għall-ħabs.
Ritorn temporanju 
jew trasferiment 
tal-kustodja lejn xi 
stat ieħor.
10. (1) Dan l-artikolu japplika meta l-Ministru jirċievi talba
mill-ICC -
(a) għal xi ritorn temporanju tal-priġunier fil-kustodja ta’
l-ICC għal xi fini ta’ xi proċediment, jew
(b) għal xi trasferiment tal-priġunier fil-kustodja ta’ xi stat
ieħor konformement ma’ bidla fit-tismija ta’ l-istat
fejn isir l-infurzar.
(2) Il-Ministru għandu -
(a) joħroġ ordni li tkun tawtorizza r-ritorn jew
trasferiment temporanju tal-priġunier skond it-talba,
(b) jagħmel kull arranġament meħtieġ ma’ l-ICC jew,
skond ma jista’ jkun il-każ, ma’ l-istat l-ieħor, u
(ċ) jagħti dawk l-ordnijiet dwar il-kustodja, tħollija fil-
libertà  u, fejn adatt, ir-ritorn tal-priġunier bħalma
jidhirlu li jkun adatt sabiex jingħata seħħ lill-
arranġament.
(2) Meta l-priġunier jirritorna temporanjament fil-kustodja ta’
l-ICC, l-ordni li tkun tawtorizza d-detenzjoni tiegħu f’Malta
għandu jibqa’ jkollha seħħ b’mod li tkun tista’ terġa’ tapplika
għalih meta huwa jerġa’ lura.
Kustodja ta’ 
priġunier meta 
jkun qed jiġi 
trasportat, eċċ.
11. (1) Priġunier għandu jitqies li jkun fil-kustodja legali tal-
Ministru f’kull żmien meta, għax ikun -
(a) f’Malta, jew
(b) abbord bastiment jew ajruplan ta’ Malta,
jkun qed jittieħed lejn jew minn xi post jew ikun qed jinżamm fil-
kustodja.
(2) Il-Ministru jista’, minn żmien għal żmien, isemmi lil xi
persuna bħala persuna li tkun għal xi żmien qegħda tiġi awtorizzata
6 KAP. 453. ħ QORTI KRIMINALI INTERNAZZJONALI
tittrasporta lill-priġunier lejn jew minn xi post jew iżżomm lill-
priġunier fil-kustodja tagħha.
(3) Persuna li tiġi hekk awtorizzata jkollha kull poter, awtorità ,
protezzjoni u privileġġ li jkollu uffiċjal tal-pulizija.
(4) Jekk il-priġunier ikun maħrub jew kontra l-liġi ma jkunx
qiegħed fejn suppost ikun, huwa jista’ jiġi arrestat bla ma l-pulizija
jkollha ebda ordni u meħud f’xi post fejn ikun jista’ jittieħded taħt
l-ordni maħruġa taħt xi disposizzjoni ta’ din it-Taqsima.
Setgħa ta’ għemil 
ta’ regolamenti.
12. Il-Ministru jista’ jagħmel regolamenti biex jipprovdi għal
xi infurzar f’Malta -
(a) ta’ multi jew konfiski ordnati mill-ICC, u
(b) ordnijiet mill-ICC kontra persuni misjuba ħatja fejn
jiġu speċifikati kumpens lil, jew dwar vittmi,
u b’mod partikolari u mingħajr preġudizzju għal kull ġeneralità  ta’
dik is-setgħa jista’ jagħmel regolamenti li jkunu:
(i) jawtorizzaw lill-Ministru jaħtar persuna biex
taġixxi f’isem l-ICC għall-finijiet ta’ l-infurzar
ta’ l-ordni u jagħti lil dik il-persuna dawk l-
ordnijiet li l-Ministru jidhrulu li jkunu meħtieġa;
(ii) jeħtieġu r-reġistrazzjoni fir-Reġistru Pubbliku
ta’ xi ordni li dwaru japplika dan l-artikolu u
jipprovdu dwar kull effett li jkollha dik ir-
reġistrazzjoni;
(iii) japplikaw kull jew xi disposizzjoni konnessa
ma’ l-infurzar f’Malta ta’ordnijiet tal-qorti ta’ xi
pajjiż jew territorju barra minn Malta;
(iv) jipprovdu li l-ispejjez raġonevoli kollha dwar u
inċidentali għar-reġistrazzjoni u l-infurzar ta’ xi
ordni jkunu jistgħu jinġabru bħallikieku dawn
kienu ammonti li jistgħu jiġu miġbura taħt l-
ordni; 
(v) jipprovdu dwar il-ġbir ta’multi bħala dejn ċivili
jew dwar kif multi bħal dawk jistgħu jiġu
konvertiti fi priġunerija jew detenzjoni jekk
jibqgħu ma jitħallsux:
Iżda jistgħu jsiru provvedimenti differenti għal għamliet
differenti ta’ ordnijiet.
Emenda tal-Kodiċi 
Kriminali.
Kap. 9.
13. Mħolli barra taħt l-Att ta’ l-1980 dwar ir-Reviżjoni tal-
Liġijiet Statutarji.
Emenda ta’ l-Att 
dwar l-
Estradizzjoni.
Kap. 276.
14. Mħolli barra taħt l-Att ta’ l-1980 dwar ir-Reviżjoni tal-
Liġijiet Statutarji.
Emenda ta’ l-Att 
dwar il-Ħabs.
Kap. 260.
15. Mħolli barra taħt l-Att ta’ l-1980 dwar ir-Reviżjoni tal-
Liġijiet Statutarji.
L-artikoli tat-
Trattat ICC fl-
Iskeda.
16. Id-disposizzjonijiet rilevanti ta’ l-artikoli 9, 13, 70 u 92 tat-
Trattat ICC msemmi f’dan l-Att huma riprodotti fit-Tieni Skeda u
kull riferenza għal xi artikolu bħal dak f’dan l-Att jew f’xi liġi oħra
QORTI KRIMINALI INTERNAZZJONALI ġ KAP. 453. 7
għandha tiftiehem bħala riferenza għall-istess artikolu kif riprodott
f’dik l-Iskeda.
Ratifika tat-Trattat 
ICC.
17. Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ kull liġi oħra, il-Gvern
huwa b’dan awtorizzat jirratifika t-Trattat ICC.
8 KAP. 453. ħ QORTI KRIMINALI INTERNAZZJONALI
L-EWWEL SKEDA
(Artikolu 2)
Delitti li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tal-Qorti Kriminali Internazzjonali
Artikolu 6
Ġenoċidju
Għal kull fini ta’ dan l-Istatut, "ġenoċidju" tfisser xi att minn dawn l-atti li
ġejjin li jsir bil-ħsieb li jeqred, għalkollox jew f’parti minnu, grupp nazzjonali,
etniku, razzjali jew reliġjuż, bħala tali:
(a) Il-qtil ta’ membri tal-grupp;
(b) L-ikkaġunar ta’ ħsara gravi fil-ġisem jew fil-moħħ ta’ membri tal-
grupp;
(ċ) It-tqegħid deliberat fuq il-grupp ta’ kondizzjonijiet ta’ ħajja intiżi biex
iġibu fis-seħħ il-qirda fiżika għalkollox jew f’parti minnha;
(d) L-impożizzjoni ta’ miżuri intiżi li jipprevjenu milli jsir twelid fi ħdan il-
grupp;
(e) It-trasferiment bil-forza ta’ tfal tal-grupp fi grupp ieħor.
Artikolu 7
Delitti kontra l-umanità
1. Għal kull fini ta’ dan l-Istatut, "delitt kontra l-umanità " tfisser xi att minn
dawn l-atti li ġejjin meta dan isir bħala parti minn attakk mifrux jew sistematiku
dirett kontra xi popolazzjoni ċivili, b’għarfien ta’ l-attakk:
(a) Omiċidju;
(b) Esterminazzjoni;
(ċ) Tjassir;
(d) Deportazzjoni jew trasferiment bil-forza ta’ popolazzjoni;
(e) Priġunerija jew xi deprivazzjoni ħarxa oħra tal-libertà  fiżika bi
vjolazzjoni tar-regoli fondamentali tal-liġi internazzjonali;
(f) Tortura;
(g) Stupru, jasar skond is-sess, prostituzzjoni kostretta, tqala kostretta,
sterilizzazzjoni kostretta, jew xi forma oħra ta’ vjolenza sesswali ta’
importanza paragunabbli;
(h) Persekuzzjoni kontra xi grupp identifikabbli jew kollettività  għal
raġunijiet politiċi, razzjali, nazzjonali, etniċi, kulturali, reliġjużi, ta’
ġeneru sesswali kif imfisser fil-paragrafu 3, jew oħrajn li huma
universalment rikonoxxuti bħala li mhux permissibbli taħt il-liġi
internazzjonali, f’konnessjoni ma’ xi att imsemmi f’dan il-paragrafu
jew xi delitt li jaqa’ taħt il-ġurisdizzjoni tal-Qorti;
(i) Għajbien mġiegħel ta’ persuni;
(j) Id-delitt ta’ apartheid;
(k) Atti oħra kontra l-bniedem ta’ xorta simili li xjentement jikkaġunaw
tbatija ħarxa, jew feriment gravi fil-ġisem jew fil-moħħ jew għas-saħħa
fiżika.
2. Għal kull fini ta’ paragrafu 1:
(a) "Attakk dirett kontra popolazzjoni ċivili" tfisser kors ta’ mġieba li jkun
QORTI KRIMINALI INTERNAZZJONALI ġ KAP. 453. 9
jinvolvi l-għemil ta’ diversi atti minn dawk imsemmija f’paragrafu 1
kontra popolazzjoni ċivili, konformement ma’ jew bi tkomplija tal-
politka ta’ xi Stat jew organizzazzjoni li tagħmel dak l-attakk;
(b) "Esterminazzjoni" tinkludi t-tqegħid bil-ħsieb ta’ kondizzjonijiet ta’
ħajja, fost l-oħrajn id-deprivazzjoni ta’ aċċess għall-ikel u l-mediċina,
magħmulin bil-ħsieb li jġibu l-qirda ta’ xi parti tal-popolazzjoni;
(ċ) "Tjassir" tfisser l-eżerċizzju ta’ xi poter jew poteri konnessi mal-jedd
ta’ proprjetà  fuq persuna u tinkludi l-eżerċizzju ta’ dik is-setgħa fil-kors
ta’ traffikar ta’ persuni, b’mod partikolari ta’ nisa u tfal;
(d) "Deportazzjoni jew trasferiment bil-forza ta’ popolazzjoni" tfisser iċ-
ċaqlieq bil-forza tal-persuni inkwistjoni bl-espulsjoni jew b’atti oħra ta’
ġegħil mill-post fejn dawn ikunu leġittimament preżenti, mingħajr
raġunijiet permessi taħt il-liġi internazzjonali;
(e) "Tortura" tfisser l-impożizzjoni bil-ħsieb ta’ uġigħ jew tbatija ħorox,
sew fiżika sew mentali, fuq persuna li tkun fil-kustodja jew taħt il-
kontroll ta’ l-akkużat; ħlief li t-tortura ma għandhiex tinkludi uġigħ jew
tbatija li jitnisslu biss minn, jew li jkunu inerenti jew inċidentali għal,
sanzjonijiet leġittimi;
(f) "Tqala kostretta" tfisser id-detenzjoni mhux leġittima ta’ mara li  ssir
tqila bil-forza, bil-ħsieb li tintlaqat il-kompożizzjoni etnika ta’ xi
popolazzjoni jew l-għemil ta’ vjolazzjonijiet serji oħra tal-liġi
internazzjonali. Din it-tifsira ma għandha b’ebda mod titfisser bħala li
tolqot il-liġijiet nazzjonali konnessi mat-tqala;
(g) "Persekuzzjoni" tfisser id-deprivazzjoni intiża u ħarxa tad-drittijiet
fondamentali kuntrarju għal-liġi internazzjonali minħabba fl-identità
tal-grupp jew tal-kollettività ;
(h) "Id-delitt ta’ apartheid" tfisser atti inumani ta’ xorta simili għal dawk
imsemmija f’paragrafu 1, li jsiru fil-kuntest ta’ xi reġim
istituzzjonalizzat bħala l-oppressjoni u d-dominazzjoni sistematika
minn xi grupp razzjali wieħed fuq grupp jew gruppi razzjali oħra u li
jsiru bil-ħsieb li dak ir-reġim jibqa’ fis-setgħa;
(i) "Għajbien mġiegħel ta’ persuni" tfisser l-arrest, id-detenzjoni jew is-
serq ta’ persuni ta’ persuni minn, jew bl-awtorizzazzjoni, l-appoġġ jew
is-skiet ta’ xi Stat jew organizzazzjoni politika, segwiti mir-rifjut ta’
għarfien ta’ dik id-deprivazzjoni ta’ libertà  jew l-għoti ta’ informazzjoni
dwar xi jkun ġara lil jew fejn ikunu jinsabu dawk il-persuni, bil-ħsieb li
dawn jitneħħew minn taħt il-protezzjoni tal-liġi għal perjodu mtawwal
ta’ żmien.
3. Għal kull fini ta’ dan l-Istatut, jiftiehem li l-frażi "ta’ ġeneru sesswali"
tirreferi għaż-żewġ sessi, raġel u mara, li jaqgħu fil-kuntest tas-soċjetà . Il-frażi "ta’
ġeneru sesswali" ma tindika ebda tifsira li hi differenti minn dik hawn qabel
mogħtija.
Artikolu 8
Delitti tal-gwerra
1. Il-Qorti għandu jkollha ġurisdizzjoni dwar delitti tal-gwerra b’mod
partikolari meta dawn isiru bħala parti minn pjan jew politka jew bħala parti mill-
għemil ta’ dawk id-delitti fuq skala mifruxa.
2. Għal kull fini ta’ dan l-Istatut, "delitti tal-gwerra" tfisser:
(a) Ksur serju tal-Konvenzjonijiet ta’ Ġinevra tat-12 ta’ Awissu 1949,
10 KAP. 453. ħ QORTI KRIMINALI INTERNAZZJONALI
jiġifieri, xi att minn dawn l-atti li ġejjin kontra persuni jew proprjetà
protetti taħt id-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ :inevra rilevanti:
(i) Il-qtil volontarju;
(ii) It-tortura jew trattament inuman, inklużi esperimenti bioloġiċi;
(iii) L-ikkaġunar volontarju ta’ tbatija ħarxa, jew feriment gravi fil-
ġisem jew għas-saħħa;
(iv) Il-qirda estensiva u l-approprjazzjoni ta’ proprjetà , li ma tkunx
ġustifikata b’neċessità  militari u li ssir b’mod mhux leġittimu u
b’vandaliżmu;
(v) L-isfurzar ta’ priġunier tal-gwerra jew ta’ xi persuna protetta oħra
li sservi fil-forzi ta’ xi Setgħa ostili;
(vi) Id-deprivazzjoni volontarja ta’ priġunier tal-gwerra jew ta’ xi
persuna protetta oħra mid-drittijiet ta’ proċess ġust u regolari;
(vii) Id-deportazzjoni jew trasferiment mhux leġittimi jew id-
detenzjoni mhux leġittima;
(viii) It-teħid ta’ ostaġġi.
(b) Vjolazzjonijiet gravi oħra tal-liġijiet u d-drawwiet applikabbli fil-
konflitt armat internazzjonali, li jaqgħu taħt il-qafas stabbilit tal-liġi
internazzjonali, jiġifieri, xi att minn dawn l-atti li ġejjin:
(i) L-ordni xjentement magħmula ta’ attakki kontra l-popolazzjoni
ċivili bħala tali jew kontra persuni ċivili individwali li ma
jkollhomx sehem dirett fl-ostilitajiet;
(ii) L-ordni xjentement magħmula ta’ attakki kontra ħwejjeġ ċivili,
jiġifieri, ħwejjeġ li ma humiex objettivi militari;
(iii) L-ordni xjentement magħmula ta’ attakki kontra l-persunal,
stallazzjonijiet, materjal, unitajiet jew vetturi involuti f’assistenza
umanitarja jew missjoni ta’ żamma ta’ paċi skond iċ-Charter tan-
Nazzjonijiet Uniti, sakemm dawn ikunu intitolati għall-
protezzjoni mogħtija lil persuni ċivili jew ħwejjeġ ċivili taħt il-
liġi internazzjonali dwar il-konflitt armat;
(iv) L-attakk li jsir xjentement bl-għarfien li dak l-attakk se jikkawża
telfien inċidentali ta’ ħajja jew feriment ta’ persuni ċivili jew
ħsara fi ħwejjeġ ċivili jew ħsara mifruxa, għal żmien twil u ħarxa
fl-ambjent naturali li b’mod ċar tkun eċċessiva għar-rigward tal-
vantaġġ konkret u dirett totali militari antiċipat;
(v) L-attakk jew il-bumbardament, b’liema mezz ikun, ta’ bliet,
irħula, dwejriet jew bini li ma jkunux difiżi u li ma jkunux
objettivi militari;
(vi) Il-qtil jew il-feriment ta’ kumbattent li, wara li jkun iddepona l-
armi jew ma jkollux aktar mezzi ta’ difiża, jkun ċeda għax ried
hu;
(vii)  L-użu mhux kif imiss ta’ bandiera ta’ armistizju, tal-bandiera jew
ta’ l-insinji u l-uniformi militari ta’ l-għadu jew tan-Nazzjonijiet
Uniti, kif ukoll ta’ l-emblemi distintivi tal-Konvenzjonijiet ta’
Ġinevra, li jirriżultaw fil-mewt jew fil-feriment gravi ta’ xi
persuna;
(viii) It-trasferiment, direttament jew indirettament, mis-Setgħat
Okkupanti ta’ partijiet mill-popolazzjoni ċivili tagħha stess għal
ġot-territorju li tkun tokkupa, jew id-deportazzjoni jew it-
trasferiment ta’ xi partijiet mill-popolazzjoni tat-territorju
QORTI KRIMINALI INTERNAZZJONALI ġ KAP. 453. 11
okkupat ġewwa jew barra minn dan territorju;
(ix) L-ordni li ssir b’għarfien ta’ attakki kontra bini dedikat għar-
reliġjon, l-edukazzjoni, l-arti, x-xjenza jew għanijiet karitattevoli,
monumenti storiċi, sptarijiet u postazzjonijiet fejn jinġabru l-
morda u l-feruti, sakemm dawn ma jkunux objettivi militari;
(x) L-assoġġettar ta’ persuni fis-setgħa ta’ xi parti avversa għall-
mutilazzjoni fiżika jew għal esperimenti mediċi jew xjentifiċi ta’
liema xorta jkunu u li la jkunu ġustifikati bil-kura medika, dentali
jew fl-isptar tal-persuna inkwistjoni u lanqas ma jsiru fl-interess
tagħha, u li jkunu jikkaġunaw il-mewt jew jipperikolaw
gravement is-saħħa ta’ dik il-persuna jew dawk il-persuni;
(xi) Il-qtil jew il-feriment b’perfidja ta’ individwi li jkunu jappartjenu
għal nazzjon jew armata ostili;
(xii) Id-dikjarazzjoni li mhu se jingħata ebda kenn;
(xiii) Il-qirda jew il-qbid ta’ proprjetà  ta’ l-għadu kemm-il darba dik il-
qirda jew dak il-qbid ma jkunux meħtieġa b’mod imperattiv mill-
ħtiġiet tal-gwerra;
(xiv) Id-dikjarazzjoni li d-drittijiet u l-azzjonijiet tal-persuni
b’nazzjonalità  tal-parti ostili jkunu qegħdin jiġu aboliti, sospiżi
jew mhux ammissibbli f’qorti ta’ liġi;
(xv) Il-ġegħil ta’ persuni b’nazzjonalità  tal-parti ostili li jieħdu sehem
fl-operazzjonijiet tal-gwerra diretti kontra pajjiżhom stess, ukoll
jekk dawn kienu fis-servizz tal-belliġeranti qabel ma tkun bdiet il-
gwerra;
(xvi) Il-ħtif ta’ belt jew post, ukoll meta dawn jittieħdu b’assalt;
(xvii) L-użu ta’ velenu jew armi vvelenati;
(xviii) L-użu ta’ asfissjanti, velenużi jew gassijiet oħra, u kull likwidu,
materjal jew apparat analogu;
(xix) L-użu ta’ balal li jespandu jew jitfattru fċċilment fil-ġisem tal-
bniedem, bħalma huma balal b’invilopp iebes li ma jkunx ikopri
għalkollox il-qalba jew li jitniffed b’inċiżjonijiet;
.... omissis ....
(xxi) L-għemil ta’ oltraġġi fuq id-dinjità  personali, b’mod partikolari
trattament umiljanti u degradanti;
(xxii) L-għemil ta’ stupru, jasar skond is-sess, prostituzzjoni kostretta,
tqala kostretta, kif imfisser fl-Artikolu 7, paragrafu (2)(f),
sterilizzazzjoni kostretta, jew xi forma oħra ta’ vjolenza sesswali
li wkoll tikkostitwixxi ksur serju tal-Konvenzjonijiet ta’ Ġinevra;
(xxiii) Li jsir użu mill-preżenza ta’ ċivili jew xi persuna protetta oħra
biex xi postijiet, arei jew forzi militari jsiru immuni minn
operazzjonijiet militari;
(xxiv) L-ordni li ssir b’għarfien ta’ attakki kontra bini, materjal, unitajiet
mediċi u ta’ trasport, u persunal li juża emblemi distintivi tal-
Konvenzjonijiet ta’ Ġinevra b’mod konformi mal-liġi
internazzjonali;
(xxv) L-użu li jsir b’għarfien dwar li persuni ċivili jitħallew fi stat ta’
ġuħ u dan bħala metodu ta’ gwerra billi jiġu mċaħħda minn
oġġetti indispensabbli għas-sopravivenza tagħhom, inkluż it-
tfixkil li jsir b’għarfien ta’ provvisti ta’ għajnuna kif hemm
provdut dwar dan taħt il-Konvenzjonijiet ta’ Ġinevra;
12 KAP. 453. ħ QORTI KRIMINALI INTERNAZZJONALI
(xxvi) Il-qbid bil-leva jew l-ingaġġar ta’ tfal taħt l-età  ta’ ħmistax-il sena
fil-forzi armati nazzjonali jew li dawn jintużaw sabiex jieħdu
sehem attiv fl-ostilitajiet.
(ċ) Fil-każ ta’ xi konflitt armat li ma jkunx ta’ xorta internazzjonali,
vjolazzjonijiet gravi ta’ l-artikolu 3 komuni għall-erba’ Konvenzjonijiet
ta’ Ġinevra tat-12 ta’ Awissu 1949, jiġifieri, xi att minn dawn l-atti li
ġejjin li jsiru kontra persuni li ma jieħdu ebda sehem attiv fl-ostilitajiet,
inklużi membri tal-forzi armati li jkunu ċedew l-armi tagħhom u dawk li
jkunu jinsabu fi stat ta’ hors de combat minħabba f’mard, feriti,
detenzjoni jew għal xi raġuni oħra:
(i) Vjolenza fuq il-ħajja u l-persuna, b’mod partikolari omiċidju ta’
kull xorta, mutilazzjoni, trattament krudil u tortura;
(ii) L-għemil ta’ oltraġġi fuq id-dinjità  personali, b’mod partikolari
trattament umiljanti u degradanti;
(iii) It-teħid ta’ ostaġġi;
(iv) L-għoti ta’ sentenzi u t-twettiq ta’ eżekuzzjonijiet mingħajr
sentenza li tkun ingħatat qabel minn qorti regolarment kostitwita,
u li tkun tagħti garanziji ġudizzjarji li jkunu ġeneralment
rikonoxxuti bħala indispensabbli.
(d) Il-paragrafu 2(ċ) japplika għal konflitti li ma jkunux ta’ xorta
internazzjonali u għaldaqstant ma japplikax għal sitwazzjonijiet ta’
irvelli u tensjonijiet interni, bħalma huma rewwixti, atti ta’ vjolenza
iżolati u sporadiċi jew atti oħra ta’ xorta simili.
(e) Vjolazzjonijiet gravi oħra tal-liġijiet u d-drawwiet li japplikaw
f’konflitti armati li ma jkunux ta’ xorta internazzjonali, li jaqgħu taħt il-
qafas stabbilit tal-liġi internazzjonali, jiġifieri, xi att minn dawn l-atti li
ġejjin:
(i) L-ordni li ssir b’għarfien ta’ attakki kontra l-popolazzjoni ċivili
bħala tali jew kontra persuni ċivili individwali li ma jkollhomx
sehem dirett fl-ostilitajiet;
(ii) L-ordni li ssir b’għarfien ta’ attakki kontra bini, materjal, unitajiet
mediċi u ta’ trasport, u persunal li juża emblemi distintivi tal-
Konvenzjonijiet ta’ Ġinevra b’mod konformi mal-liġi
internazzjonali;
(iii) L-ordni li ssir b’għarfien ta’ attakki kontra persunal,
stallazzjonijiet, materjal, unitajiet jew vetturi involuti f’assistenza
umanitarja jew missjoni ta’ żamma ta’ paċi skond iċ-Charter tan-
Nazzjonijiet Uniti, sakemm dawn ikunu intitolati għall-
protezzjoni mogħtija lil persuni ċivili jew ħwejjeġ ċivili taħt il-
liġi internazzjonali dwar il-konflitt armat;
(iv) L-ordni li ssir b’għarfien ta’ attakki kontra bini dedikat għar-
reliġjon, l-edukazzjoni, l-arti, x-xjenza jew għanijiet karitattevoli,
monumenti storiċi, sptarijiet u postazzjonijiet meta jinġabru l-
morda u l-feruti, sakemm dawn ma jkunux objettivi militari;
(v) Il-ħtif ta’ belt jew post, ukoll meta dawn jittieħdu b’assalt;
(vi) L-għemil ta’ stupru, jasar skond is-sess, prostituzzjoni kostretta,
tqala kostretta, kif imfisser fl-artikolu 7, paragrafu 2(f),
sterilizzazzjoni kostretta, u xi forma oħra ta’ vjolenza sesswali li
wkoll tikkostitwixxi vjolazzjoni gravi ta’ l-artikolu 3 komuni
għall-erba’ Konvenzjonijiet ta’ Ġinevra;
QORTI KRIMINALI INTERNAZZJONALI ġ KAP. 453. 13
(vii) Il-qbid bil-leva jew l-ingaġġar ta’ tfal taħt l-età  ta’ ħmistax-il sena
fil-forzi armati jew fi gruppi jew li dawn jintużaw sabiex jieħdu
sehem attiv fl-ostilitajiet;
(viii) L-ordnar taċ-ċaqlieq tal-popolazzjoni ċivili għal raġunijiet li
jkollhom x’jaqsmu mal-konflitt, kemm-il darba s-sigurtà  tal-
persuni ċivili involuti jew raġunijiet militari imperattivi ma
jkunux hekk jeħtieġu;
(ix) Il-qtil ta’ jew il-feriment b’perfidja ta’ kumbattent avversarju;
(x) Id-dikjarazzjoni li mhu se jingħata ebda kenn;
(xi) L-assoġġettar ta’ persuni li jkunu fis-setgħa ta’ xi parti oħra fil-
konflitt għal mutilazzjoni fiżika jew għal esperimenti mediċi jew
xjentifiċi ta’ kull xorta li la huma ġustifikati mit-trattament
mediku, dentali jew ta’ l-isptar tal-persuna inkwistjoni u lanqas
ma jsiru fl-interess tagħha, u li jikkaġunaw il-mewt jew
jipperikolaw gravement is-saħħa ta’ dik il-persuna jew dawk il-
persuni;
(xii) Il-qirda jew il-qbid tal-proprjetà  ta’ xi avversarju kemm-il darba
dik il-qirda jew dak il-qbid ma jkunux imperattivament mitluba
mill-ħtiġiet tal-konflitt.
(f) Il-paragrafu 2(e) japplika għal konflitti li ma jkunux ta’ xorta
internazzjonali u għaldaqstant ma japplikax għal sitwazzjonijiet ta’
irvelli u tensjonijiet interni, bħalma huma rewwixti, atti ta’ vjolenza
iżolati u sporadiċi jew atti oħra ta’ xorta simili. Dan japplika għal
konflitti armati li jiġru fit-territorju ta’ xi Stat meta jkun hemm konflitt
armat fit-tul bejn awtoritajiet tal-gvern u gruppi armati organizzati jew
bejn dawk il-gruppi.
IT-TIENI SKEDA
(Artikolu 16)
Artikoli tat-Trattat ICC msemmija fl-Att
Artikolu 9
Elementi ta’ Delitti
1. L-Elementi ta’ Delitti għandhom jgħinu lill-Qorti fl-interpretazzjoni u l-
applikazzjoni ta’ l-artikoli 6, 7 u 8.  Dawn għandhom jiġu adottati b’maġġoranza ta’
żewġ terzi tal-membri ta’ l-Assemblea ta’ Stati Partijiet.
2. Emendi għall-Elementi ta’ Delitti jistgħu jkunu proposti minn:
(a) Kull Stat Parti;
(b) L-imħallfin li jaġixxu b’maġġoranza assoluta;
(ċ) Il-prosekutur.
Dawk l-emendi għandhom jiġu adottati b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-
membri ta’ l-Assemblea ta’ Stati Partijiet.
3. L-Elementi ta’ Delitti u l-emendi li jsirulhom għandhom ikunu konsistenti
ma’ dan l-Istatut.
14 KAP. 453. ħ QORTI KRIMINALI INTERNAZZJONALI
Artikolu 13
Eżerċizzju tal-ġurisdizzjoni
Il-Qorti tista’ teżerċita l-ġurisdizzjoni tagħha għar-rigward ta’ delitt
imsemmi fl-Artikolu 5 skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Istatut jekk:
.... omissis ....
(b) Għandha tiġi riferita sitwazzjoni li fiha jidhru li jkunu saru xi wieħed
jew aktar minn dawk id-delitti, lill-prosekutur mill-Kunsill tas-Sigurtà  li
jaġixxi taħt Kapitlu VII taċ-Charter tan-Nazzjonijiet Uniti;
Artikolu 70
Reati kontra l-amministrazzjoni tal-ġustizzja
1. Il-Qorti għandu jkollha ġurisdizzjoni fuq dawn ir-reati li ġejjin kontra l-
amministrazzjoni tagħha tal-ġustizzja meta dawn isiru xjentement:
(a) L-għoti ta’ xiehda falza meta persuna tkun taħt obbligazzjoni konformi
ma’ l-Artikolu 69, paragrafu 1, li tgħid is-sewwa;
(b) Li jinġiebu provi li l-parti tkun taf li huma foloz jew falsifikati;
(ċ) L-influwenzar ta’ xhud b’korruzzjoni, ostruzzjoni jew indħil fl-
attendenza jew ix-xiehda li jagħti xhud, b’ritaljazzjoni kontra xhud talli
jagħti xiehda jew il-qirda, tbagħbis jew indħil fil-ġbir ta’ provi;
(d) L-impediment, intimidazzjoni jew influwenzar b’korruzzjoni ta’uffiċjal
tal-Qorti bil-għan li dak l-uffiċjal jiġi sfurzat jew persważ li ma  jaqdix,
jew li ma jaqdix kif imiss, dmirijietu;
(e) Ir-ritaljazzjoni kontra uffiċjal tal-Qorti minħabba fid-dmirijiet li dak l-
uffiċjal jew xi uffiċjal ieħor ikun wettaq;
(f) Is-solleċitazzjoni jew l-aċċettazzjoni ta’ rigal bħala uffiċjal tal-Qorti
f’konnessjoni mad-dmirijiet uffiċjali tiegħu jew tagħha.
.... omissis ....
4. (a) Kull Stat Parti għandha testendi l-liġijiet kriminali tagħha li jippenalizzaw
reati kontra l-integrità  tal-proċess tiegħu investigattiv jew ġudizzjarju għal reati
kontra l-amministrazzjoni tal-ġustizzja msemmija f’dan l-artikolu, li jsiru fit-
territorju tiegħu, jew minn xi persuna li jkollha n-nazzjonalità  tiegħu;
.... omissis ....
NOTA:
Artikolu 69.1, imsemmi fl-Artikolu 70.1(a), jipprovdi dan li ġej:
"1. Qabel ma jibda jixhed, kull xhud għandu, skond ir-Regoli ta’ Proċedura
u Provi, jintrabat dwar il-veraċità  tax-xiehda li għandha tingħata minn dak ix-xhud.".
QORTI KRIMINALI INTERNAZZJONALI ġ KAP. 453. 15
Artikolu 92
Arrest provviżorju
.... omissis ....
3. Persuna li tkun provviżorjament arrestata tista’ tiġi liberata mill-kustodja
jekk l-Istat mitlub ma jkunx irċieva t-talba għall-konsenja u d-dokumenti li jinġiebu
b’sostenn għat-talba kif speċifikati fl-Artikolu 91 fil-perjodi ta’ żmien speċifikati fir-
Regoli ta’ Proċedura u Provi. Madankollu, l-persuna tista’ tagħti l-kunsens tagħha
għall-konsenja qabel ma jiskadi dan il-perjodu jekk dan ikun permess li jsir taħt il-
liġi ta’ l-Istat mitlub. F’dak il-każ, l-Istat mitlub għandu jgħaddi biex jikkonsenja lil
dik il-persuna lill-Qorti kemm jista’ jkun malajr.
