SPORTS ġ KAP. 455. 1
KAPITOLU 455
ATT DWAR L-ISPORTS
Biex jinkoraġġixxi u jippromwovi l-isport, jipprovdi għat-twaqqif ta’ kunsill nazzjonali
għall-isport biex jeżerċita l-funzjonijiet relatati ma’ l-isport li fil-preżent jaqgħu taħt ir-
responsabbiltà  tad-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport u tal-Kunsill Malti għall-Isport,
jipprovdi għar-reġistrazzjoni ta’ organizzazzjonijiet sportivi, u jistabbilixxi strutturi biex
jinstabu soluzzjonijiet għal kull xorta ta’ tilwim.
27 ta’ Jannar, 2003
L-ATT XXVI ta’ l-2002.
ARRANĠAMENT TA’ L-ATT
Artikoli
Taqsima I Preliminari 1 - 3
Taqsima II Twaqqif, Funzjonijiet u Tmexxija ta’ l-Affarijiet tal-
Kunsill Malti għall-Isport 4 - 10
Taqsima III Uffiċjali u Persunal tal-Kunsill 11 - 13
Taqsima IV Faċilitajiet Sportivi 14 - 19
Taqsima V Direttorati u Kumitati Konsultattivi 20 - 21
Taqsima VI Disposizzjonijiet Finanzjarji 22 - 34
Taqsima VII Reġistru ta’ Persuni Sportivi 35 - 42
Taqsima VIII Riżoluzzjoni ta’ Kontroversja Sportiva 43 - 50
Taqsima IX Mixxellanji 51 - 56
2 KAP. 455. ħ SPORTS
TAQSIMA I
PRELIMINARI
Titolu fil-qosor. 1. It-titolu fil-qosor ta’ dan l-Att hu Att dwar l-Isports.
Tifsir. 2. F’dan l-Att, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma tkunx
teħtieġ xort’oħra:
"Assoċjazzjoni’ jew "Assoċjazzjoni Nazzjonali" tfisser
assoċjazzjoni ta’ clubs jew klabbs fuq livell nazzjonali li jingħaqdu
flimkien bil-għan li jippromwovu sport partikolari jew biex
jorganizzaw logħob kompetittiv f’dan l-isport;
"Bord" tfisser il-Bord ta’ Diretturi tal-Kunsill;
Kap. 387.
"Ċentru Malti dwar l-Arbitraġġ" tfisser iċ-Ċentru dwar l-
Arbitraġġ imwaqqaf taħt l-Att dwar l-Arbitraġġ;
"Chairperson" tfisser Chairperson tal-Kunsill u tinkludi għall-
finijiet imsemmija fl-artikolu 4(4), id-Deputat Chairperson jew
persuna oħra maħtura biex taqdi r-rwol ta’ Chairperson:
Iżda, fid-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 18, 20 u 21,
"Chairperson" tfisser iċ-Chairperson ta’ Kumitat ta’ Tmexxija,
Direttorat jew Kumitat Konsultattiv, skond il-ħtieġa;
"direttorat" tfisser kull direttorat imwaqqaf skond l-artikolu 20;
"faċilitajiet sportivi" ttisser il-proprjetà , mobbli jew immobbli,
inkluża proprjetà  assenjata kif provdut fl-artikoli 14, 15 u 16 u kull
proprjetà  oħra, korporali jew mhux korporali li tista’ tintuża għall-
finijiet ta’ l-isport;
"Federazzjoni’ jew "Federazzjoni Nazzjonali" tfisser
assoċjazzjoni li primarjament tkun assoċjazzjoni li tiġbor fiha
għadd ta’ Assoċjazzjonijiet Nazzjonali ta’ l-istess attività  sportiva
jew ta’ attivitajiet sportivi li għandhom elementi komuni li
jassoċjawħom flimkien;
"Fond għall-Isport" tfisser il-fondi msemmija fl-artikolu 19;
"impjegat" tfisser persuna impjegata mill-Kunsill;
"Kap Uffiċjal Eżekuttiv" tfisser il-Kap Uffiċjal Eżekuttiv tal-
Kunsill maħtur skond l-artikolu 11;
"klabb" tfisser assoċjazzjoni ta’ persuni, kemm f’sura ta’ soċjetà
ċivili, kif ukoll f’sura ta’ soċjetà  kummerċjali, jew xort’oħra, li fiha
persuni jikkostitwixxu ruħhom f’soċjetà  jew jiffurmaw parti
minnha primarjament bil-ghan li jieħdu sehem jcw jorganizzaw
attivitajiet ta’ sport;
"kumitat konsultattiv" tfisser kumitat konsultattiv imwaqqaf taħt
l-artikolu 21;
"Kumitat Olimpiku Malti" tfisser il-Kumitat Olimpiku Malti
imwaqqaf fid-9 ta’ Ġunju 1928 skond l-Istatut li kopja tiegħTieni
Skeda, b’dawk it-tibdil jew emendi li jista’ jkun hemm minn żmien
għal żmien skond l-istess statut;
"kumitat ta’ tmexxija" tfisser kumitat imwaqqaf skond l-artikolu
18;
SPORTS ġ KAP. 455. 3
"Kunsill" tfisser il-Kunsill Malti għall-Isport imwaqqaf skond l-
artikolu 4;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għall-Isport;
Kap. 169.
Artijiet;
"persuna" tinkludi korp ta’ persuni u kull enti morali stabbilit
b’liġi;
"persuna reġistrata" tfisser persuna reġistrata fir-Reġistru ta’
Persuni Sportivi taħt it-Taqsima VII ta’ dan l-Att;
"preskritt jew stabbilit" tfisser preskritt jew stabbilit
b’regolamenti magħmulin mill-Ministru bis-saħha ta’ dan l-Att;
"proprjetà  assenjata" tfisser proprjetà  immobbli kif indikat fl-
artikolu 6(2) u (3) jew b’mod ieħor trasferita lill-Kunsill;
"Reġistru" tfisser ir-Reġistru ta’ Persuni Sportivi kif indikat fit-
Taqsima VII ta’ dan l-Att;
"sena finanzjarja" tfisser perjodu ta’ tnax-il xahar li jibda
għaddej mill-ewwel ġurnata ta’ Ottubru ta’ xi sena partikolari u
jagħlaq fit-30 ta’ Settembru tas-sena ta’ wara; għall-finijiet ta’ dan
l-Att l-ewwel sena finanzjarja tal-Kunsill tibda titqies minn meta l-
Att jidħol fis-sehħ u tagħlaq fit-30 ta’ Settembru tas-sena ta’ wara;
"skola sportiva" tfisser kull organizzazzjoni jew intrapriża,
irrispettivament min ikun sidha jew min imexxiha, li l-funzjoni
prinċipali tagħha tkun li teduka fuq bażi full-time jew part-time f’xi
dixxiplina jew dixxiplini sportivi partikolari;
"sport" tinkludi kull forma ta’ attività  fiżika jew mentali li,
permezz ta’ parteċipazzjoni każwali jew organizzata, jew permezz
ta’ attivitajiet ta’ taħriġ, tkun immirata biex ittejjeb is-saħħa fiżika
u mentali, toħloq relazzjonijiet soċjali jew biex jinkisbu riżultati
f’kompetizzjonijiet fuq livelli differenti, imma teskludi dawk l-
attivitajiet terapewtiċi jew kliniċi jew li jkunu jagħmlu parti minn
attivitajiet ta’ istituzzjonijiet jew ċentri ta’ saħħa u tinkludi kull
attività  oħra li l-Ministru jista’ minn żmien għal żmien wara
konsultazzjoni mal-Kunsill jistabbilixxi;
"uffiċjal pubbliku" fir-rigward ta’ l-artikolu 51, għandha l-istess
tifsira mogħtija lilha bl-artikolu 124 tal-Kostituzzjoni imma ma
tinkludix imħallef jew maġistrat.
Dikjarazzjoni ta’ 
prinċipji.
Kap. 327.
3. (1) L-Edukazzjoni Fiżika u l-Isport għandhom jiġu
mgħallma u prattikati fl-iskejjel primarji u sekondarji skond id-
disposizzjonijiet tal-liġijiet, regolamenti, kurrikuli u direttivi li
japplikaw għal dawn l-iskejjel u li jirriżultaw mill-Att dwar l-
Edukazzjoni.
(2) L-Istat jagħraf li m’ghandux ikun hemm l-ebda
diskriminazzjoni abbażi ta’ sess, razza, kulur, reliġjon jew opinjoni
politika jew residenza f’lokalitajiet differenti f’Malta fejn jidħol l-
aċċess għal faċilitajiet jew attivitajiet sportivi.
(3) L-Istat jagħraf li kulħadd għandu jingħata l-opportunità  li
jieħu sehem fl-isport, u li fejn ikun meħtieġ, għandhom jittieħdu
miżuri oħra biex jagħtu l-opportunità  u jinkoraġġixxu lin-nisa u ż-
4 KAP. 455. ħ SPORTS
żgħażagħ li għandhom talenti sportivi, kif ukoll lil dawk il-persuni
żvantaġġati jew persuni bi bżonnijiet speċjali, jew gruppi ta’
persuni bħal dawk jibbenefikaw minn dawn l-opportunitajiet.
(4) L-attivitajiet sportivi kollha għandhom jirrispettaw id-
dinjità  umana, is-saħħa u s-sigurtà  u l-ħarsien ġenerali ta’ dawk
kollha li jieħdu sehem fl-isport. Kull min jipparteċipa f’attivitajiet
sportivi għandu jimxi skond ir-regoli tal-fair play. L-
organizzazzjonijiet u l-persuni kollha involuti fl-isport għandhom
jiżguraw li ma jsir ebda abbuż minn mediċinali jew sustanzi
projbiti u sustanzi li jgħinu l-prestazzjoni waqt il-parteċipazzjoni
fl-isport.
(5) Fil-promozzjoni ta’ l-isport m’għandux isir użu minn
materjal jew metodi promozzjonali li jistgħu jisfruttaw liż-
żgħażagħ.
(6) Il-kontroll ta’ l-isport għandu jitwettaq skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, filwaqt li jiġi mħares il-prinċipju
tas-sussidjarjetà  fuq kull livell.
(7) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu m’għandhomx ikunu
infurzati fl-ebda qorti, imma l-prinċipji provduti f’dan l-Att
għandhom iservu ta’ gwida fil-kontroll u l-promozzjoni ta’ l-isport
f’Malta.
TAQSIMA II
TWAQQIF, FUNZJONIJIET U TMEXXIJA TA’ L-AFFARlJIET 
TAL-KUNSILL MALTI GHALL-ISPORT
Twaqqif u 
komposizzjoni tal-
Kunsill Malti 
għall-Isport.
4. (1) Għandu jkun hemm korp imsejjaħ Kunsill Malti għall-
Isport.
(2) Il-ħwejjeġ u x-xogħol tal-Kunsill huma taħt it-tmexxija tal-
Kunsill u jitmexxew minn Bord ta’ Diretturi.
(3) (a) Il-Bord ikun kompost minn mhux anqas minn sebgħa u
mhux iżjed minn disa’ membri. Il-membri tal-Bord
għandhom jiġu maħtura mill-Ministru għal perjodu ta’
mhux aktar minn tlett snin u għandhom ikunu eliġibbli
biex jerġgħu jiġu maħtura wara li jiskadi ż-żmien tal-
ħatra tagħhom.
(b) Il-membri tal-Bord għandhom ikunu persuni li, fl-
opinjoni tal-Ministru, ikollhom esperjenza fuq materji
relatati ma’ l-isport.
(ċ) Wieħed mill-membri tal-Bord għandu jiġi nominat
mill-Kumitat Olimpiku Malti, membru ieħor minn fost
dawk il-persuni responsabbli mill-edukazzjoni sportiva
fil-Ministeru responsabbli ghall-Edukazzjoni u li
għandu jiġi nominat mill-Ministru responsabbli għall-
Edukazzjoni u membru ieħor ghandu jiġi nominat mill-
Assoċjazzjonijiet Nazzjonali ta’ Sport mhux Olimpiku.
(4) Iċ-Chairperson tal-Bord u d-Deputat Chairperson
għandhom jiġu maħtura mill-Ministru minn fost il-membri tal-
Bord. Il-Bord għandu jkollu l-għajnuna ta’ segretarju li jiġi maħtur
mill-Ministru.
SPORTS ġ KAP. 455. 5
(5) F’każ li ċ-Chairperson ikun imsiefer jew għal xi ruġuni
oħra, għal xi żmien, ma jkunx f’pożizzjoni li jwettaq il-qadi tal-
funzjonijiet tiegħu, id-Deputat Chairperson għandu jaġixxi ta’
Chairperson u għandu jwettaq is-setghat u l-funzjonijiet taċ-
Chairperson.
(6) Persuna ma tkunx eliġibbli li tiġi maħtura jew li tokkupa l-
kariga ta’ membru tal-Bord jekk:
(a) tkun membru tal-Kamra tad-Deputati; jew
(b) tkun imħallef jew maġistrat; jew
(ċ) tkun legalment inkapaċitata; jew
(d) tkun iddikjarata fi stat ta’ falliment jew tkun għamlet
kompożizzjoni jew ftehim mal-kredituri tagħha; jew
(e) tkun instabet ħatja ta’ xi reat li jaffettwa l-fiduċja
pubblika jew ta’ serq jew frodi jew li tkun bil-ħsieb
laqgħet għandha proprjetà  akkwistata b’serq jew frodi;
jew
(f) ikollha xi interess finanzjarju jew ta’ xort’oħra f’xi
intrapriża jew attività  li tista’ taffettwa l-qadi tal-
funzjonijiet tagħha bħala membru tal-Bord:
Iżda l-Ministru jista’ jwarrab l-iskwalifika ta’
persuna taħt dan il-paragrafu jekk tali persuna
tiddikjara li jkollha interess u dik id-dikjarazzjoni u
dak it-twarrib ta’ skwalifika jiġu pubblikati fil-
Gazzetta.
(7) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu, il-post
ta’ membru tal-Bord jiġi meqjus vakanti:
(a) meta jiskadi ż-żmien tal-ħatra tiegħu, jew
(b) jekk jinqalgħu ċirkostanzi li, f’każ li din il-persuna ma
tkunx membru tal-Bord, tkun skwalifikata milli
tinħatar bħala tali.
(8) Membru tal-Bord jista’ jiġi mneħħi mill-kariga tiegħu mill-
Ministru għal raġuni li jkun inkapaċi li jwettaq il-funzjonijiet tal-
kariga tiegħu, sew minħabba mard mentali jew fiżiku, sew għal
raġunijiet oħra li minħabba fihom il-membru ma jibqax idoneu li
jokkupa dik il-kariga jew minħabba f’imġieba ħażina.
(9) Membru tal-Bord jista’ jirriżenja mill-kariga tiegħu
permezz ta’ ittra indirizzata lill-Ministru. Jekk xi membru jirriżenja
jew jiġi mneħħi mill-kariga tiegħu mill-Ministru jew jekk il-post
ta’ xi membru tal-Bord isir b’xi mod vakanti, il-Ministru jista’
jaħtar persuna kwalitikata għal din il-ħatra; u kull persuna hekk
maħtura tibqa’ tokkupa dik il-kariga sakemm tiskadi l-ħatra tal-
persuna li tkun qegħda tissostitwixxi u tkun eliġibbli biex terġa’
tiġi maħtura.
(10) Membru tal-Bord li jkollu xi nteress dirett jew indirett f’xi
kuntratt magħmul jew propost li jsir mill-Kunsill, sakemm dan l-
interess ma jkunx ta’ xorta li minħabba fiha l-membru jista’ jiġi
skwalifikat milli jkompli bħala tali, għandu jiżvela x-xorta ta’ l-
interess tiegħu fl-ewwel seduta tal-Bord wara li jkun sar jaf bil-fatti
6 KAP. 455. ħ SPORTS
rilevanti. Dan l-iżvelar għandu jitniżżel fil-minuti tas-seduta tal-
Bord, u tali membru għandu jirtira mis-seduta waqt li dak il-
kuntratt ikun qiegħed jiġi diskuss. Tali żvelar għandu jiġi mgħoddi
lill-Ministru mingħajr dewmien. Meta l-interess tal-membru jkun
tali li jista’ jwassal li jitneħħa mill-kariga tiegħu, il-membru
għandu immedjatament jirrapporta l-fatt lill-Ministru u, mingħajr
preġudizzju għad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (6)(f), joffri r-
riżenja tiegħu.
(11) Il-Kunsill għandu jaqdi l-funzjonijiet u jwettaq il-poteri
tiegħu direttament jew permezz ta’ (a) kumitati ta’ tmexxija, (b)
direttorati, jew (ċ) persuni oħra (inklużi soċjetajiet kummerċjali
jew fondazzjonijiet, maħtura għal dan il-għan wara konsultazzjoni
mal-Ministru).
(12) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u għal kull
direttiva tal-Bord, it-tmexxija eżekuttiva u l-amministrazzjoni u l-
organizzazzjoni tal-Kunsill, u l-kontroll amministrattiv ta’ l-
uffiċjali u impjegati tiegħu, għandhom ikunu r-responsabbiltà  tal-
Kap Uffiċjal Eżekuttiv, li jkollu wkoll poteri oħra delegati lilu
minn żmien għal żmien mill-Bord. Il-Kap Uffiċjal Eżekuttiv
għandu jkun responsabbli wkoll ghall-implimentazzjoni ta’ l-
għanijiet tal-Kunsill u t-twettiq tal-funzjonijiiet tal-Kunsill, u
mingħajr preġudizzju għall-ġeneralità  ta’ dak li ntqal qabel għandu
jiżviluppa dawk l-istrateġiji, politika u regolamenti meħtieġa għall-
implimentazzjoni ta’ l-għanijiet tal-Kunsill, jagħti pariri lill-Bord
dwar kull materja skond ma jara li jkun meħtieġ jew spedjenti, u
jwettaq dmirijiet oħra lilu assenjati minn żmien għal żmien mill-
Bord.
(13) Il-Kap Uffiċjal Eżekuttiv għandu d-dritt li jattendi għal-
laqgħat kollha tal-Bord. Madankollu, huwa ma jkollux dritt jivvota
jew li jiġi meqjus bħala membru għal kull fini ta’ quorum.
Għanijiet tal-
Kunsill.
5. L-għanijiet tal-Kunsill huma:
(a) li jippromwovi u jmexxi l-iżvilupp ta’ aktar
parteċipazzjoni fl-isport f’Malta u jara li jkun hemm
titjib fil-livell ta’ l-atleti fl-isport;
(b) li jiżviluppa u jippromwovi aċċess indaqs u aktar
parteċipazzjoni fl-isport;
(ċ) li jippromwovi kultura ta’ eċċellenza fl-isport;
(d) li jiżgura l-provdiment ta’ riżorsi, servizzi u faċilitajiet
għall-promozzjoni ta’ l-isport f’Malta;
(e) li jippromwovi kultura ta’ parteċipazzjoni fl-isport fost
il-poplu speċjalment fost it-tfal u ż-żgħażagħ, bħala
parti mill-iżvilupp personali u soċjali fil-kuntest tal-
politika tal-Gvern fl-edukazzjoni u s-saħħa;
(f) li jtejjeb il-ħiliet sportivi tal-Maltin in ġenerali,
permezz ta’ titjib fl-istandard ta’ coaches sportivi,
amministraturi u uffiċjali;
(g) li jiġġenera koperazzjoni fl-isport ma’ korpi lokali u
internazzjonali, entitajiet u persuni oħra biex
jinkoraġġixxi u jippromwovi l-iżvilupp ta’ inizjattivi,
SPORTS ġ KAP. 455. 7
attivitajiet u programmi ta’ l-isport;
(h) li jiżgura li kull attività  sportiva tkun tirrispetta d-
dinjità  tal-bniedem, is-saħħa u s-sigurtà  tal-
parteċipanti fl-isport u r-regoli ta’ fair play u s-saħħa u
s-sigurtà  ta’ l-ispettaturi; u
(i) li jinkoraġġixxi, fid-dawl tat-tkattir tal-prinċipju tas-
sussidjarjetà , korpi mhux governattivi u entitajiet
privati jew persuni u kunsilli lokali biex
jikkontribwixxu lejn il-promozzjoni ta’ l-isport
f’Malta.
Funzjonijiet tal-
Kunsill.
6. (1) Il-funzjonijiet tal-Kunsill huma:
(a) li jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Ministru dwar
politika nazzjonali ta’ l-isport, kif ukoll mod ieħor
għall-iżvilupp ta’ l-isport;
(b) li jiżviluppa u jimplimenta programmi li jippromwovu
aċċess indaqs għall-isport u parteċipazzjoni fih;
(ċ) li jiżviluppa u jimplimenta politika u strateġiji għat-
tkattir ta’ l-għanijiet u l-funzjonijiet tiegħu, li jniedi,
jinkoraġġixxi u jiffaċilita riċerka u żvilupp relatati ma’
l-isport, li jippromwovi riċerka u żvilupp relatati max-
xjenza u l-mediċina ta’ l-isport u li jipprovdi servizzi
xjentifiċi sportivi lil dawk il-persuni li l-Ministru
jista’, fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta’ l-Isport,
minn żmien għal żmien jordna;
(d) li jippromwovi u jiżgura l-edukazzjoni u t-tħejjija ta’
coaches, amministraturi u uffiċjali bil-kompetenzi
vokazzjonali u professjonali meħtieġa, u li
jippromwovi, jorganizza jew jassisti b’kull mezz,
skemi edukattivi għall-atleti;
(e) li jippromwovi u jiżgura t-twaqqif, l-iżvilupp u l-
manutenzjoni kif ukoll l-użu xieraq ta’ faċilitajiet
sportivi, servizzi u riżorsi għall-inkoraġġiment u l-
promozzjoni ta’ l-isport, u li jagħti pariri lill-Ministru
dwar miżuri ta’ sigurtà , inkluża s-superviżjoni u l-użu
ta’ tagħmir sportiv fejn ikun hemm faċilitajiet sportivi;
(f) meta jkun hekk mitlub jagħmel mill-Ministru, li
jirrappreżenta lill-Gvern ta’ Malta fil-qasam
internazzjonali jew reġjonali fuq materji relatati ma’ l-
isport, hekk kif jiġi delegat mill-Ministru;
(g) li jipprovdi għajnuna finanzjarja jew xi forma ta’
għajnuna oħra lill-kunsilli lokali u lil xi persuna,
inkluż, mingħajr preġudizzju għal dak hawn qabel
imsemmi, lill-Kumitat Olimpiku Malti,
Assoċjazzjonijiet u Federazzjonijiet Nazzjonali, kif
ukoll klabbs għall-promozzjoni u l-iżvilupp ta’ l-
isport;
(h) li jiġbor u jqassam informazzjoni, u li jagħti pariri, fuq
materji relatati ma’ l-attivitajiet tal-Kunsill;
(i) li jżomm reġistru ta’ korpi sportivi, entitajiet u persuni
8 KAP. 455. ħ SPORTS
oħra li jikkwalifikaw għar-reġistrazzjoni mal-Kunsill
taħt id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u li jkunu
bonafidi;
(j) li jiġġenera fondi u li jamministra u jonfoq flus
approprijati mill-Kamra tad-Deputati jew li jiġu
akkwistati minn xi sorsi oħra;
(k) li jikkonsulta u jikkopera mal-kunsilli lokali u persuni
oħra dwar materji relatati ma’ l-isport;
(l) li jikkonsulta u jikkopera mal-Kumitat Olimpiku Malti
dwar materji relatati mal-promozzjoni u l-iżvilupp ta’
l-isport u l-parteċipazzjoni jew ir-rappreżentanza ta’
Malta fil-Logħob Olimpiku, fil-Logħob tal-
Commonwealth, fil-Logħob tal-Mediterran, fil-Logħob
tal-Pajjiżi ż-Zgħar ta’ l-Ewropa, u f’kull Logħob ieħor
internazzjonali li minn żmien għal żmien il-Kunsill
jagħraf li jkun jaqa’ taħt il-ġurisdizzjoni tal-Kumitat
Olimpiku Malti;
(m) li jagħti pariri dwar materji relatati ma’ l-isport lil
persuni, korpi jew assoċjazzjonijiet sportivi;
(n) li jikkopera ma’ organizzazzjonijiet sportivi nazzjonali
u internazzjonali bil-għan li jitkattar ambjent sportiv li
jkun ħieles mill-użu illegali ta’ mediċinali jew sustanzi
li jgħinu l-prestazzjoni waqt parteċipazzjoni fl-isport;
(o) li jfassal, jiżviluppa u jemenda minn żmien għal żmien
il-Kodiċi ta’ Etika li għandu jiġi segwit minn atleti,
uffiċjali u organizzazzjonijiet sportivi;
(p) li jirrikonoxxi kriterji stabbiliti mill-Assoċjazzjonijiet
u Federazzjonijiet Nazzjonali rispettivi,u fin-nuqqas
ta’ kriterji bħal dawn, li joħloq kriterji li
jiddeterminaw l-istatus ta’ l-atleti, coaches u uffiċjali
oħra jew ta’ amministraturi bħala dilettanti,
professjonisti jew oħrajn;
(q) li jikkonsulta u jikkopera fuq bażi regolari ma’
Assoċjazzjonijiet u Federazzjonijiet Nazzjonali;
(r) li jissorvelja u jsegwi kif ukoll jevalwa l-metodi, l-
ħidma u l-attivitajiet relatati ma’ materji sportivi;
(s) li jirregola l-attivitajiet, il-livelli ta’ servizzi u livelli
tal-faċilitajiet sportivi, li jinkludu skejjel sportivi,
gymnasia, u kull għamla ta’ intrapriża li tipprovdi
servizzi ta’ taħrig jew servizzi oħra sportivi;
(t) li jirregola l-livelli tal-manutenzjoni, tmexxija, sigurtà ,
u livelli ta’ servizzi u tħaddim ta’ faċilitajiet sportivi;
(u) li jagħmel dak kollu mehtieġ għat-tkattir tal-għanijiet
tiegħu u li jwettaq funzjonijiet oħra li jistgħu jiġu
devoluti fuqu skond id-disposizzjonijiet ta’ xi liġijiet
oħra li jistgħu jiġu assenjati lilu minn żmien għal
żmien mill-Ministru.
(2) Fit-twettiq tal-funzjonijiet tiegħu skond id-disposizzjonijiet
tas-subartikolu (1)(g) il-Kunsill:
SPORTS ġ KAP. 455. 9
(a) għandu jistabbilixxi dawk il-kriterji, pattijiet u
kondizzjonijiet biex tingħata għajnuna kif jidhirlu li
jkun xieraq, u
(b) jista’ jistabbilixxi kriterji kif ukoll pattijiet u
kondizzjonijiet differenti relatati ma’ kategoriji varji
ta’ benefiċjarji.
(3) Il-funzjonijiet tal-Kunsill jistgħu jiġu mwettqa kemm
f’Malta kemm barra minn Malta.
Poteri tal-Kunsill.
distinta.
(2) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, il-Kunsill
għandu l-poter li jagħmel dak li jidhirlu meħtieġ jew konvenjenti
b’konnessjoni mat-twettiq tal-funzjonijiet tiegħu, u jista’, skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, jidħol f’kuntratti, jakkwista, jżomm
u jiddisponi minn kull proprjetà  għall-finijiet tal-funzjonijiet
tiegħu, li jħarrek jew jiġi mħarrek, u li jagħmel dak kollu meħtieġ u
li jidħol f’kull operazzjoni ta’ kull xorta li huma inċidentali jew li
jwasslu għall-eżerċizzju jew qadi tal-funzjonijiet tiegħu skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, inkluz li jsellef u jissellef il-flus.
(3) Ir-rappreżentanza legali u ġuridika tal-Kunsill tkun vestita
fiċ-Chairperson, jew f’xi persuna oħra taħt dawk il-pattijiet u
kondizzjonijiet u b’dawk il-poteri li l-Bord jista’ minn żmien għal
żmien b’riżoluzzjoni jistabbilixxi.
(4) Kull dokument magħmul jew ippubblikat mill-Kunsill u
ffirmat miċ-Chairperson jew mis-Segretarju tal-Bord jista’ jinġieb
bi prova u għandu, sakemm ma jiġix ippruvat il-kuntrarju, jitqies
bħala dokument magħmul jew ippubblikat mill-Kunsill.
(5) Il-Kunsill jista’ jingaġġa jew iħaddem persuni biex jagħtu
servizzi lill-Kunsill u jista’ jidħol f’kull forma ta’ ftehim biex
iwettaq xi waħda mill-funzjonijiet tiegħu permezz ta’ servizzi ta’ xi
persuna.
(6) Il-Kunsill jista’:
(a) jakkwista sponsorship kummerċjali għall-Kunsill u
jieħu sehem f’arranġamenti ta’ marketing li jkun
jinvolvi l-approvazzjoni tal-Kunsill għal prodotti u
servizzi relatati ma’ l-isport;
(b) jaghmel arranġamenti għall-manifattura u d-
distribuzzjoni (kemm bi skop ta’ profitt kemm
xort’oħra) ta’ xi oġġett jew xi ħaġa li jkollhom marka,
simbolu jew kitba assoċjata mal-Kunsill; u
(ċ) jipprovdi (kemm bi skop ta’ profitt kemm xort’oħra)
oġġetti jew servizzi lil persuni li jagħmlu użu jew li
jkunu xort’oħra jiffrekwentaw il-faċilitajiet tal-
Kunsill.
(7) Il-Kunsill jista’ jitlob jew jimponi ħlas raġonevoli relatat:
(a) ma’ aċċess għal xi riżorsi jew faċilitajiet jew l-użu
tagħhom;
(b) mal-provvista minnu ta’ programmi, servizzi,
10 KAP. 455. ħ SPORTS
informazzjoni jew pariri;
(ċ) mad-dħul ta’ persuni għal avvenimenti u attivitajiet
immexxija minnu.
Laqgħat tal-Bord. 8. (1) Il-Bord għandu jiltaqa’ daqstant drabi kemm meħtieġ
jew spedjenti, imma f’ebda każ inqas minn darba fix-xahar. Il-
laqgħat tal-Bord jissejħu miċ-Chairperson kemm b’inizjattiva
tiegħu jew fuq talba ta’ erba’ mill-membri l-oħra.
(2) Il-Bord ma għandux jiffunzjona jekk ma jkunx hemm
quorum ta’ mhux anqas minn nofs l-għadd tal-membri tiegħu
preżenti.
(3) Is-seduti tal-Bord jitmexxew miċ-Chairperson, jew, fl-
assenza tiegħu, mid-Deputat Chairperson.
(4) Id-deċiżjonijiet tal-Bord jittieħdu b’maġġoranza sempliċi
tal-voti tal-membri preżenti u votanti. F’każ ta’ voti ndaqs, iċ-
Chairperson jew fl-assenza tiegħu id-Deputat Chairperson, ikollu
d-dritt għal vot ieħor jew vot deċiżiv.
(5) Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan
l-Att, l-ebda deċiżjoni ma tkun valida jekk ma jkollhiex l-appoġġ
ta’ mill-anqas erba’ membri tal-Bord.
(6) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, il-Bord jista’
jirregola l-proċeduri tiegħu innifsu.
(7) Kull vakanza fost il-membri tal-Bord, jew kull
parteċipazzjoni fil-laqgħat tiegħu minn xi persuna li ma jkollhiex
jedd tagħmel dan, ma jinvalidawx il-proċeduri tal-Bord.
(8) Kull att magħmul minn persuna li taġixxi in buona fede
bħala membru tal-Bord ikuu validu daqslikieku kienet membru
regolari, minkejja li aktar tard jistgħu jirriżultaw xi irregolaritajiet
fil-ħatra jew fil-kwalifiki li jkollha. L-ebda att jew proċedura tal-
Bord ma għandha tiġi mistħarrġa fuq bażi ta’ dan il-ksur, minn xi
membru, tad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 4(10).
Relazzjonijiet bejn 
il-Ministru u l-
Kunsill.
9. (1) Il-Ministru jista’, wara konsultazzjonijiet mal-Kunsill,
minn żmien għal żmien jagħti bil-miktub lill-Kunsill dawk id-
direttivi kif jidhirlu opportun u li ma jkunux kontra d-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, u l-Kunsill għandu, malajr kemm
jista’ jkun, iħares u jaġixxi fuq dawk id-direttivi kollha u għandu
jmexxi l-operat tiegħu skond dan.
(2) Il-Kunsill għandu jagħti lill-Ministru l-faċilitajiet meħtieġa
biex jikseb tagħrif dwar il-proprjetà  u ħidma tal-Kunsill u jfornih bi
prospetti, kontijiet u kull informazzjoni oħra f’dan ir-rigward u
jagħtih il-faċilitajiet kollha meħtieġa għall-verifika ta’ l-
informazzjoni mgħoddija lilu, b’dak il-mod u kull meta jkun
jeħtieġhom.
Pjan ta’ strateġija u 
ħidma.
10. (1) Għall-finijiet ta’ dan l-Att il-Kunsill għandu
jissottometti lill-Ministru għall-approvazzjoni tiegħu, pjan ta’
strateġija għal perjodu ta’ tliet snin li jkun jistabbilixxi l-oġġettivi
u l-miri li l-Kunsill ikun qiegħed jipproponi li jilħaq matul dak il-
perjodu biex iwettaq il-funzjonijiet tiegħu skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att.
SPORTS ġ KAP. 455. 11
(2) L-imsemmi pjan ta’ strateġija għandu jiġi ppreżentat lill-
Ministru għall-approvazzjoni tiegħu sa mhux anqas minn tliet xhur
qabel il-bidu tal-perjodu li l-pjan ta’ strateġija jkun ikopri, u
għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata li jkun ġie approvat mill-
Ministru jew mill-ġurnata meta jibda l-perjodu kopert mill-istess
pjan ta’ strateġija, skond liema tiġi l-aħħar: b’dan li l-ewwel pjan
ta’ strateġija għandu jiġi mfassal mill-Kunsill u ppreżentat lill-
Ministru għall-approvazzjoni tiegħu fi żmien sitt ġimgħat mid-data
tal-ħatra tal-Kunsill.
(3) Il-Kunsill għandu wkoll minn żmien għal żmien matul il-
perjodu li pjan ta’ strateġija jkun effettiv fih, jikkonsidra u
jipproponi lill-Ministru kull tibdil meħtieġ għall-fini ta’ dan il-
pjan, u wara li tingħata l-approvazzjoni tal-Ministru, jagħmel dak
it-tibdil.
(4) Il-Kunsill għandu fil-bidu ta’ kull sena li l-pjan ta’
strateġija jkun effettiv fiha, jħejji pjan ta’ ħidma li jispeċifika l-
programmi, l-inizjattivi u l-attivitajiet li jkun se jimxi fuqhom għat-
twettiq ta’ l-oġġettivi mfissra f’dak il-pjan ta’ strateġija għal dik is-
sena partikolari.
(5) Sabiex jikkonsulta u jikkopera fuq bażi regolari ma’
assoċjazzjonijiet u federazzjonijiet nazzjonali u għaqdiet oħra
mhux governattivi fit-tfassil ta’ l-istrateġija nazzjonali għall-isport
u l-evalwazzjoni kontinwa tagħha, il-Kunsill għandu mill-inqas
darba fis-sena jlaqqa’ f’forum jew f’fora assoċjazzjonijiet u
federazzjonijiet nazzjonali u għaqdiet oħra mhux governattivi.
Dawn il-fora ghandhotn jitmexxew miċ-Chairperson tal-Kunsill.
TAQSIMA III
UFFIĊJALI U PERSUNAL TAL-KUNSILL
Ħatriet ta’ 
persunal.
11. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijict tal-Kostituzzjoni u ta’
kull liġi oħra li tapplika għal dan, inkluż dan l-Att, il-Kunsill, bi
qbil mal-Ministru, jista’ jaħtar u jimpjega dawk l-uffiċjali u
impjegati oħra b’dik ir-rimunerazzjoni u b’dawk il-pattijiet u
kondizzjonijiet hekk kif il-Kunsill jista’ minn żmien għal żmien
jiddeċiedi.
(2) Il-Kap Uffiċjal Eżekuttiv jinħatar mill-Kunsill għal perjodu
ta’ mhux aktar minn tliet snin u dak il-perjodu jista’ jiġi mtawwal
għal perjodi oħra ta’ mhux aktar minn tliet snin kull darba:
Iżda sakemm l-ewwel Kap Uffiċjal Eżekuttiv jiġi hekk
maħtur il-Ministru jista’, għal perjodu ta’ mhux aktar minn sitt
xhur, iqabbad lil xi uffiċjal pubbliku biex iwettaq il-funzjonijiet ta’
Kap Uffiċjal Eżekuttiv.
Status ta’ uffiċjali 
pubbliċi biex jaqdu 
dmirijiet mal-
Kunsill.
12. (1) Il-Prim Ministru jista’, fuq talba tal-Kunsill bi qbil
mal-Ministru, minn żmien għal żmien jordna li xi uffiċjal pubbliku
jiġi mqabbad jaqdi dmirijiet mal-Kunsill f’dik il-kariga u minn dik
id-data u għal tul ta’ żmien li tista’ tkun speċifikata fl-ordni tal-
Prim Ministru.
(2) Meta xi uffiċjal jiġi mqabbad jaqdi dmirijiet mal-Kunsill
skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu, dak l-uffiċjal għandu
12 KAP. 455. ħ SPORTS
fiż-żmien li matulu dak l-ordni jkollu effett dwaru, jkun taħt l-
awtorità  amministrattiva u l-kontroll tal-Kunsill, imma għal kull
skop ieħor għandu jibqa’ u jitqies u jkun ittrattat bħala uffiċjal
pubbliku.
(3) Mingħajr preġudizzju għall-ġeneralità  ta’ dak hawn qabel
imsemmi, uffiċjal pubbliku mqabbad jaqdi dmirijiet kif hawn aktar
qabel imsemmija -
(a) ma għandux filwaqt li dak l-uffiċjal ikun hekk
imqabbad jagħmel -
(i) ikun prekluż milli japplika għal trasferiment lejn
xi dipartiment tal-Gvern skond il-pattijiet u l-
kondizzjonijiet ta’ servizz marbuta mal-ħatra
mal-Gvern li dak l-uffiċjal pubbliku kellu f’data
meta jkun ġie hekk imqabbad jaqdi dmirijietu;
jew
(ii) ikun hekk impjegat li ir-rimunerazzjoni u l-
kondizzjonijiet ta’ servizz ikunu inqas
favorevoli minn dawk marbuta mal-ħatra mal-
Gvern li kellu dak l-uffiċjal pubbliku fid-data
meta jkun ġie mqabbad jaqdi dmirijet kif hawn
aktar qabel imsemmi jew li kienu jkunu marbuta
ma’ dik il-ħatra, matul il-perjodu msemmi, li
kieku dak l-uffiċjal ma jkunx ġie mqabbad jaqdi
dmirijietu mal-Kunsill; u
Kap. 93.
Kap. 58.
(b) ikollu jedd li jkollu s-servizz tiegħu mal-Kunsill
meqjus bħala servizz mal-Gvern għall-iskop ta’ kull
pensjoni, gratwita jew benefiċċju taħt l-Ordinanza
dwar il-Pensjonijiet, u l-Att dwar il-Pensjonijiet lil
Nisa Romol u Tfal Iltiema, u ta’ kull dritt jew
privileġġ ieħor li dak l-uffiċjal pubbliku ikun intitolat
għalih, u jkun responsabbli għal dak kollu li jkun
responsabbli għalih, ħlief għall-fatt li jkun qiegħed jiġi
mqabbad jaqdi dmirijet mal-Kunsill.
(4) Meta ssir applikazzjoni kif hemm provdut fis-subartikolu
(3)(a)(i), għandha tingħata l-istess konsiderazzjoni għal dan
daqslikieku l-applikant ma kienx ġie mqabbad jaqdi dmirijiet mal-
Kunsill.
(5) Il-Kunsill għandu jħallas lill-Gvern dawk il-
kontribuzzjonijiet li jistgħu minn żmien għal żmien jiġu deċiżi
mill-Ministru responsabbli għall-finanzi dwar in-nefqa tal-
pensjonijiet u gratwitajiet li jinqalgħu minn uffiċjal imqabbad jaqdi
dmirijiet mal-Kunsill kif hawn aktar qabel imsemmija matul il-
perjodu li fih dak l-uffiċjal ikun hekk imqabbad jagħmel.
Offerti ta’ impiegi 
permanenti lil 
uffiċjali pubbliċi 
mqabbda jagħmlu 
dmirijiet mal-
Kunsill.
13. (1) Il-Kunsill jista’, bl-approvazzjoni tal-Prim Ministru,
joffri lil xi uffiċjal mqabbad jaqdi dmirijiet mal-Kunsill taħt id-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 12, impieg permanenti miegħu b’dik
ir-rimunerazzjoni u b’dawk il-pattijiet u kondizzjonijiet li ma
jkunux inqas favorevoli minn dawk gawduti minn dak l-uffiċjal fid-
data ta’ dik l-offerta.
(2) Il-pattijiet u l-kondizzjonijiet li jkun hemm f’xi offerta
SPORTS ġ KAP. 455. 13
magħmula kif ħawn aktar qabel imsemmi m’għandhomx ikunu
hekk li jitqiesu li jkunu inqas favorevoli għaliex biss ma jkunux
f’kull rigward identiċi ma’, jew superjuri għal dawk gawduti mill-
uffiċjal involut fid-data ta’ dik l-offerta, jekk dawk il-pattijiet u l-
kondizzjonijiet, kollha flimkien, fil-fehma tal-Prim Ministru jkunu
joffru benefiċċji sostanzjalment ekwivalenti jew ikbar.
Kap. 93.
Kap. 58.
(3) Kull uffiċjal li jaċċetta impieg permanenti offrut lilu mill-
Kunsill, taħt id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1), għandu għall-
finijiet kollha minbarra dawk ta’ l-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet u
l-Att dwar il-Pensjonijiet lin-Nisa Romol u Tfal Iltiema, jitqies li
jkun temm li jkun fis-servizz tal-Gvern u li jkun daħal għas-servizz
mal-Kunsill fid-data ta’ dik l-aċċettazzjoni u għall-finijiet ta’ l-
Ordinanza msemmija u ta’ l-Att imsemmi, sakemm dawn japplikaw
għal dak l-uffiċjal, servizz mal-Kunsill jitqies li jkun servizz mal-
Gvern fil-parametri tat-tifsiriet tagħhom rispettivament.
Kap. 58.
(4) Kull uffiċjal bħal dak kif hawn aktar qabel imsemmi li
minnufih qabel ma jaċċetta impieg permanenti mal-Kunsill kellu
jedd li jibbenefika taħt l-Att dwar il-Pensjonijiet lil Nisa Romol u
Tfal Iltiema, għandu jibqa’ hekk intitolat li jibbenefika kif hawn
aktar qabel indikat għal kull fini bħallikieku s-servizz mal-Kunsill
kien servizz mal-Gvern.
(5) Il-Kunsill ghandu jħallas lill-Gvern dawk il-
kontribuzzjonijiet li jistgħu minn żmien għal żmien jiġu deċiżi
mill-Ministru responsabbli għall-finanzi dwar in-nefqa ta’
pensjonijiet u gratwitajiet li jinqalgħu minn uffiċjal li jkun aċċetta
impieg permanenti mal-Kunsill kif ħawn aktar qabel imsemmi
matul il-perjodu li jibda għaddej mid-data meta dak l-uffiċjal
jaċċetta.
Kap. 93.
pensjonabbli ta’ dak l-uffiċjal pubbliku meta jirtira għandu jitqies li
jkun is-salarju pensjonabbli li jitħallas lil uffiċjal fis-servizz tal-
Gvern fi grad u f’livell ta’ żieda li jikkorrispondi mal-kariga u l-
livell ta’ żieda li fiha l-uffiċjal jirtira minn mal-Kunsill.
(7) (a) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu l-karigi u gradi ta’
salarji mal-Kunsill għandhom ikunu kklassifikati fil-
gradi li l-aktar jikkorrispondu fil-viċin u livell
inkrementali fis-servizz mal-Gvern ta’ Malta
b’riferenza għall-job description, kapaċitajiet,
responsabbiltajiet u fatturi oħra analogi.
(b) Il-klassifikazzjoni msemmija fil-paragrafu (a) għandha
ssir minn Bord magħmul minn Chairperson maħtur
mill-Ministru responsabbli għall-finanzi u minn żewġ
membri oħra, wieħed maħtur mill-Ministeru
responsabbli ċentralment għall-politika dwar il-
persunal fis-servizz pubbliku u l-ieħor maħtur mill-
Kunsill. Il-klassifikazzjoni għandha tkun suġġett għall-
approvazzjoni finali tal-Ministru responsabbli għall-
finanzi.
(ċ) Dik il-klassifikazzjoni għandha ssir fi żmien tliet xhur
minn kull aġġustament ta’ salarji ta’ l-impjegati fis-
servizz tal-Gvern u, jew, ta’ l-impjegati tal-Kunsill.
14 KAP. 455. ħ SPORTS
(d) Ebda kariga ma tkun ikklassifikata fi grad ogħla minn
dik ta’ Grad 3 fis-servizz tal-Gvern jew dak il-grad
ieħor li l-Ministru responsabbli għall-finanzi jista’
minn żmien għal żmien b’avviż fil-Gazzetta jiddeċiedi.
Kap. 93.
(e) Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet ta’ l-
artikolu 113 tal-Kostituzzjoni, ħadd ma jista’,
minħabba fi klassifikazzjoni kif hawn aktar qabel
imsemmi, ikun intitolat għal drittijiet taħt l-Ordinanza
msemmija dwar il-Pensjonijiet li jkunu anqas
favorevoli minn dawk li dwarhom dik il-persuna kienet
tkun intitolata qabel dik il-klassifikazzjoni.
TAQSIMA IV
FAĊILITAJIET SPORTIVI
Aċċess għal 
faċilitajiet.
14. Il-Kunsill għandu, sa fejn huwa prattikabbli, fir-rigward ta’
l-għan li għalih ġie mwaqqaf u tal-funzjonijiet tiegħu, jiżviluppa
politika li tkun tippermetti lil individwi, gruppi fil-komunità ,
klabbs u assoċjazzjonijict sportivi ikollhom aċċess għal riżorsi,
servizzi u faċilitajiet tal-Kunsill, u li jagħmlu użu minnhom, kemm
għal raġunijiet marbuta ma’ l-isport kemm xort’oħra.
Trasferiment ta’ 
proprjetà  mobbli 
lill-Kunsill.
15. Kull proprjetà , ħlief proprjetà  immobbli, tal-Gvern u li
tkun amministrata jew immexxija mid-Dipartiment taż-Żgħażagħ u
Sport jew mill-Kunsill Malti għall-Isport u li minnufih qabel id-
data li tidħol fis-seħħ din it-Taqsima ta’ dan l-Att tkun qegħda
tintuża jew kienet maħsuba li tintuża minnu bil-għan ta’ xi waħda
mill-funzjonijiet li bis-saħħa ta’ dan l-Att qed jiġu trasferiti jew
fdati lill-Kunsill u lil Skolasport immexxija mill-Ministeru ta’ l-
Edukazzjoni għandha, fid-data hawn imsemmija, bis-saħħa ta’ dan
l-Att u mingħajr ebda assikurazzjoni oħra, tiġi trasferita u fdata lill-
Kunsill bl-istess titolu kif kienet f’idejn il-Gvern minnufih qabel
dik id-data.
Trasferiment ta’ 
drittijiet u passività  
fir-rigward ta’ 
proprjetà  
immobbli.
Kap. 88.
16. (1) It-tgawdija, pussess, użu u amministrazzjoni tad-
drittijiet, obbligazzjonijiet, (minbarra dawk l-obbligi li joriġinaw
mid-disposizzjonijiet ta’ l-Ordinanza dwar Akkwist ta’ Artijiet għal
Skopijiet Pubbliċi), fdati lill-Gvern fuq jew fir-rigward ta’
proprjetà  immobbli elenkati fl-Ewwel Skeda (hawnhekk iżjed ’il
quddiem imsejħa "proprjetà  assenjata") fir-rigward ta’ proprjetà
assenjata għandhom, mal-bidu fis-seħħ ta’ din it-Taqsima ta’ dan l-
Att, bis-saħħa ta’ dan l-Att u mingħajr ebda assikurazzjoni oħra,
jiġu trasferiti u vestiti fil-Kunsill.
(2) Il-President li jaġixxi fuq il-parir tal-Ministru responsabbli
għall-artijiet jista’ minn żmien għal żmien, jaghmel Ordni li tkun
tassenja dik il-proprjetà  immobbli li tkun tappartjeni jew fil-
pussess tal-Gvern, kontrollata minnu jew xort’oħra amministrata
minnu u li tkun tista’ tintuża għall-finijiet ta’ l-isport jew għal xi
funzjoni li bis-saħħa ta’ dan l-Att huma vestiti fil-Kunsill. Kull
Ordni bħal dak għandu jiġi ppubblikat fil-Gazzetta.
(3) Meta tkun saret Ordni taħt id-disposizzjonijiet ta’ dan l-
artikolu, it-tgawdija, l-użu, it-tmexxija u l-amministrazzjoni tal-
proprjetà  immobbli assenjata permezz ta’ l-Ordni (hawn iżjed ’il
quddiem imsejħa "proprjetà  assenjata") għandhom, b’effett minn
SPORTS ġ KAP. 455. 15
dik il-ġurnata kif jista’ jiġi speċifikat fl-Ordni u bis-saħħa ta’ dan l-
Att u mingħajr ebda assigurazzjoni oħra, jiġu trasferiti u vestiti fil-
Kunsill.
(4) It-trasferiment u l-għoti tal-pussess aktar qabel imsemmi
għandu jiġi estiż għal din il-proprjetà  u intrapriżi u, mingħajr
preġudizzju għall-generalità  hawn aktar qabel imsemmija, għandha
tinkludi kull makkinarju, tagħmir, apparat, bini, strutturi,
stallazzjonijiet, art, triq, xogħlijiet, poter, dritt, privileġġ u rimedju
u dak kollu meħtieġ jew anċillari għal dan li huma kontrollati jew
gawduti b’konnessjoni ma’ dan jew li jappartjenu għalih, kif ukoll
għal kull obbligazzjoni li tolqot jew li hi konnessa ma’ xi proprjetà
jew impriża hawn aktar qabel imsemmija jew ma’ affarijiet oħra
inklużi fih kif hawn aktar qabel imsemmija.
(5) Kull dritt vestit ftl-Gvern jew li jista’ jiġi eżerċitat minnu li
joriġina jew jirriżulta minn kull kuntratt li jidħol għalih il-Gvern
ma’ terzi fir-rigward ta’ proprjetà  assenjata għandu, mal-bidu fis-
seħħ ta’ din it-Taqsima ta’ dan l-Att u mingħajr ebda assigurazzjoni
oħra, jiġu trasferiti u vestiti fil-Kunsill.
(6) Kull trasferiment jew vestizzjoui ta’ proprjetà  assenjata
għandhom ikunu suġġetti għal dawk il-pattijiet u kondizzjonijiet
kollha li l-Ministru jidhirlu li jkunu meħtieġa biex jiżgura li dik il-
proprjetà  tiġi użata skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att.
Kap. 288.
Kap. 268.
Kap. 12.
(7) Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ l-Ordinanza, dwar dik il-
proprjetà  immobbli li hija speċifikata fl-Ewwel Skeda jew li tista’
minn żmien għal żmien tiġi speċifikata f’Ordni tal-President
pubblikata fil-Gazzetta jew li mod ieħor tiġi trasferita lill-Kunsill
(din il-proprjetà  aktar ’il quddiem imsejħa "proprjetà  assenjata"),
il-Kunsill għandu jwettaq il-jeddijiet u responsabbiltajiet
imsemmija fl-artikolu 2 ta’ l-Ordinanza, u d-disposizzjonijiet ta’ l-
Att dwar Żgumbrament minn Artijiet, u ta’ l-Att dwar it-
Trasferiment ta’ Artijiet tal-Gvern, għandhom għall-finijiet ta’
dawk l-Atti jinqraw u jiftiehmu daqslikieku kull riferenza f’dawk l-
Atti għall-Kummissarju ta’ l-Artijiet kienet riferenza għaċ-
Chairperson tal-Kunsill, u d-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 181,
tas-Subtitolu VI tat-Titolu VIII tat-Taqsima I tat-Tieni Ktieb, ta’ l-
artikolu 590(2), ta’ l-artikolu 627, ta’ l-artikolu 637(3), ta’ l-
artikolu 742 u ta’ l-artikolu 873 tal-Kodiċi ta’ l-Organizzazzjoni u
Proċedura Ċivili għandhom japplikaw, għar-rigward ta’ l-
imsemmija proprjetà  assenjata, għall-Kunsill u għaċ-Chairperson
tal-Kunsill, skond il-każ, b’dana illi għall-finijiet ta’ din it-Taqsima
ta’ l-Att iċ-Chairperson tal-Kunsill jista’ minn żmien għal żmien
jiddelega wħud mill-poteri tiegħu lill-Kap Uffiċjal Eżekuttiv jew lil
kumitati ta’ tmexxija.
Kap. 16.
(8) Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 1576A sa 1576D tal-
Kodiċi Ċivili għandhom japplikaw għal proprjetà  assenjata, u l-
Kunsill huwa vestit bid-drittijiet u l-obbligazzjonijiet ta’ sid il-kera
taħt l-imsemmija artikoli.
Disposizzjonijiet 
transitorji.
17. (1) Fir-rigward ta’ xi proprjetà  assenjata, meta xi ħaġa
tkun inbdiet minn jew bl-awtorità  tal-Gvern qabel l-Ordni tal-
President b’referenza għal dik il-proprjetà  assenjata jew, fil-każ ta’
proprjetà  assenjata msemmija fl-artikolu 16(1) qabel il-bidu fis-
16 KAP. 455. ħ SPORTS
seħħ ta’ din it-Taqsima ta’ dan l-Att, skond il-każ, u dik il-ħaġa
tkun tirrelata għal proprjetà  assenjata jew għal kull dritt jew
passività  trasferita lill-Kunsill permezz ta’ dan l-Att jew taħtu, dik
il-ħaġa tista’ titkompla u titlesta minn jew kif awtorizzat mill-
Kunsill.
(2) Fejn minnutih qabel tidħol fis-seħħ din it-Taqsima ta’ dan l-
Att, ikun hemm xi proċeduri legali pendenti li l-Gvern ikollu jew
ikun intitolat li jkollu parti fihom, u dawk il-proċeduri jkunu
jirrelataw ma’ proprjetà  assenjata jew ma’ xi dritt jew passività
trasferiti b’dan l-Att jew taħt id-disposizzjonijiet tiegħu, il-Kunsill
għandu, b’effett mid-data ta’ l-Ordni tal-President rilevanti, jidħol
f’dawk il-proċeduri minflok il-Gvern jew il-Kummissarju ta’ l-Art,
skond il-każ, jew għandu jsir parti minnhom bl-istess mod kif
setgħu saru l-Gvern jew il-Kummissarju ta’ l-Art.
(3) Il-Ministru jista’ jordna li jsiru dawk id-disposizzjonijiet
inċidentali, konsegwenzjali u supplimentali li jidhrulu meħtieġa
jew spedjenti għall-għan, kif imiss, ta’ l-attiv trasferit lill-Kunsill
b’dan l-Att jew taħtu u jassikura u jagħti sinifikat sħiħ għat-
trasferiment ta’ kull proprjetà  jew intrapriża jew kull dritt jew
passività  lill-Kunsill b’dan l-Att jew taħtu u jagħti dawk l-ordnijiet
li jistgħu ikunu meħtieġa biex jagħmel li xi poter u dmir jiġi
eżerċitat mill-Gvern għar-rigward tal-proprjetà  jew intrapriżi
trasferiti li jiġu eżerċitati minn jew f’isem il-Kunsill.
(4) Fejn skond il-disposizzjonijiet ta’ kuntratt li jkun daħal
għalih il-Gvern ma’ terzi fir-rigward ta’ proprjetà  assenjata qabel
ma’ dan l-Att jidħol fis-seħħ għandha tkun eżerċitata diskrezzjoni
jew jiġi stabbilit jew deċiż stat ta’ fatt mill-Kunsill Malti għall-
Isport skond id-disposizzjonijiet ta’ dak il-kuntratt, f’dak il-każ tali
diskrezzjoni jew id-dritt li jiġi stabbilit jew deċiż dak l-istat ta’ fatt
jiġi vestit u eżerċitat mill-Kunsill mingħajr aktar assigurazzjoni
ħlief skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att.
Kap. 88.
(5) Id-disposizzjonijiet tas-subartikoli (1) u (2) m’għandhomx
ikunu applikati għal dawk l-atti, drittijiet u obbligi eżerċitati jew
mgħoddija lil jew li jkunu jorbtu lill-Gvern skond id-
disposizzjonijiet tal-Ordinanza dwar l-Akkwist ta’ Artijiet għal
Skopijiet Pubbliċi jew għal dawk il-proċeduri mressqa quddiem il-
Bord ta’Arbitraġġ ta’ l-Artijiet skond id-disposizzjonijiet ta’ dik l-
Ordinanza jew quddiem xi qorti oħra kompetenti f’materji marbuta
ma’ l-akkwist mill-Gvern ta’ proprjetà  immobbli taħt id-
disposizzjonijiet ta’ dik l-Ordinanza.
Tmexxija ta’ 
faċilitajiet sportivi.
18. (1) Il-Kunsill ghandu b’konsistenza ma’ l-għanijiet u l-
oġġettivi ta’ dan l-Att u skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u xi
regolamenti li jistgħu jiġu preskritti, jkollu l-poter li jmexxi u
jamministra l-faċilitajiet sportivi.
(2) Il-Kunsill jista’ bl-approvazzjoni bil-miktub tal-Ministru,
bi qbil mal-Ministru responsabbli għall-artijiet, jagħmel, permezz
ta’ att pubbliku, kuntratt ma’ xi persuna reġistrata u kunsilli lokali
li permezz tiegħu proprjetà  assenjata tista’ tiġi mogħtija għal
perijodu li ma jkunx jeċċedi perijodu ta’ ħames snin lil dik il-
persuna reġistrata u kunsilli lokali b’titolu ta’ kera jew xi titolu
ieħor personali, inkluż dak ta’ tmexxija, amministrazzjoni jew
SPORTS ġ KAP. 455. 17
kustodja, għal kumpens pagabbli lill-Kunsill skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u ta’ dawk ir-regolamenti li minn
żmien għal żmien jistgħu isiru u skond dawk il-kondizzjonijiet li
ma jkunux inkonsistenti ma’ dan l-Att skond kif jista’ jkun provdut
fl-att pubbliku, b’dana li dawn il-kondizzjonijiet għandhom
jinkludu l-projbizzjoni li l-persuna reġistrata u kunsilli lokali ma
tgħaddix proprjetà  assenjata mikrija lil terzi u ma tassenjax
drittijiet, skond il-każ.
(3) Sabiex ikun jista’ jgawdi, jamministra u jmexxi kull faċilità
sportiva jew proprjetà  assenjata, il-Kunsill jista’ jiddelega xi wħud
mill-poteri tiegħu lil wieħed jew aktar mill-kumitati ta’ tmexxija
imwaqqfa għal dan l-għan. Dawn il-kumitati għandhom josservaw
dik il-politika u dawk id-direttivi skond kif il-Kunsill minn żmien
għal żmien jiddeċiedi u għandhom ikunu responsabbli lejn il-
Kunsill. Il-kumitati ta’ tmexxija huma vestiti b’personalità  ġuridika
distinta.
(4) Il-kumitati ta’ tmexxija mscmmija fis-subartikolu (4)
għandhom jiġu mwaqqfa mill-Ministru wara konsultazzjoni mal-
Kunsill, b’dawk il-funzjonijiet u poteri li l-Ministru jista’
jiddeċiedi fid-diskrezzjoni tiegħu. Dawn il-kumitati ta’ tmexxija
għandhom ikunu magħmula minn dawk il-persuni li l-Ministru
jidhirlu opportun u dawn il-persuni għandhom idumu fil-kariga
għal dak il-perjodu u skond dawk il-pattijiet u kondizzjonijiet li l-
Ministru jidhirlu li jkun xieraq. Il-Ministru għandu wkoll
jinnomina xi membru ta’ dawn il-kumitati biex jagħmilha ta’
chairperson ta’ dak il-kumitat.
(5) Il-kumitati ta’ tmexxija għandhom iżommu reġistru tal-
ħidma kollha tagħhom u għandhom jgħaddu kopji ta’ dawn ir-
reġistri lill-Kunsill.
(6) Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 4(6) sa (10) għandhom
japplikaw mutatis mutandis għall-kumitati ta’ tmexxija.
(7) Il-Kunsill jista’ għall-fini li jipprovdi jew jiżgura l-
provvista ta’ servizzi li jkunu kumplimentari ma’ l-użu tal-
faċilitajiet sportivi wara sejħiet għal offerti, jalloka lil terzi għal
perijodu ta’ mhux aktar minn ħames snin l-operazzjoni u t-tmexxija
ta’ ambjent jew spazju partikolari f’dawk il-faċilitajiet sportivi għal
għanijiet speċifiċi.
Kap. 268.
(8) Kull kuntratt jew ftehim magħmul mill-Kunsill skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu għandhom, għall-finijiet ta’ l-Att
dwar it-Trasferiment ta’ l-Artijiet tal-Gvern, jitqiesu li huma
trasferimenti li saru skond id-disposizzjonijiet ta’ dak l-Att. Il-
Ministru għandu, madankollu, fi żmien erba’ ġimgħat wara l-
pubblikazzjoni ta’ dak l-att, kif imsemmi fis-subartikolu (2), jew
jekk il-Kamra tad-Deputati ma tkunx qegħda tiltaqa’, fi żmien erba’
ġimgħat mid-data meta l-Kamra terġa’ tiltaqa’, jqiegħed kopja ta’
dan fuq il-Mejda tal-Kamra, u l-att ikun jorbot u jkun validu biss
jekk, wara li tkun tqiegħdet kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra
tad-Deputati, il-Kamra ma tiddeċidix, f’perijodu ta’ tmienja u
għoxrin ġurnata minn meta dik il-kopja tkun hekk tpoġġiet, li dak
il-ftehim jew att ta’ trasferiment jiġi rexxiss.
(9) Kull proprjetà  oġġett ta’ l-att imsemmi fis-subartikolu (2)
18 KAP. 455. ħ SPORTS
ma għandhiex, bis-saħħa ta’ dan tiġi trasferita lil persuna reġistrata
jew lil xi kunsill lokali li miegħu jkun sar l-att.
(10) Mhux aktar tard minn sitt ġimgħat wara għeluq it-tielet
sena ta’ l-att imsemmi fis-subartikolu (2) il-persuna reġistrata jew
il-kunsill lokali ma’ min ikun sar dan l-att għandu jgħaddi lill-
Kunsill rapport ta’ l-attivitajiet tiegħu marbuta mal-proprjetà  li
tkun il-materja ta’ dan l-att u dwar il-mod kif dik il-proprjetà  tkun
ġiet utilizzata.
(11) Il-Ministru jista’, fuq il-parir tal-Kunsill, jagħmel
regolamenti, mhux inkonsistenti mad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att
li jkunu:
(a) jirregolaw, jillimitaw u jipprojbixxu dħul għal fuq jew
fil-faċilitajiet sportivi li huma proprjetà  tal-Kunsill,
jew taħt il-kontroll tiegħu, jirregolaw l-imġieba ta’
persuni fuq jew f’kull art jew bini, u jipprovdu għat-
tneħħija ta’ persuni minn dik l-art jew bini;
(b) jirregolaw, jillimitaw u jipprojbixxu l-aċċess għal kull
faċilità  sportiva u mġieba fiha, kif ukoll id-dritt li jsir
tfittix mill-Pulizija fuq kull persuna li tidħalla tidħol
f’xi faċilità  sportiva, filwaqt li tkun ġewwa jew meta
tkun se titlaq minn hemm;
(ċ) jirregola w l-istat ta’ manutenzjoni, tmexxija, sigurtà ,
livell ta’ servizz u operazzjonijiet ta’ faċilitajict
sportivi inkluża l-projbizzjoni ta’ l-użu ta’ faċilitajiet
sportivi li ma jkunux jilħqu l-livell u l-istat mitluba;
(d) ġeneralment jippreskrivu regolamenti li jkunu
jirregolaw l-atti imsemmija fis-subartikoli (2) u (7).
Dħul minn 
faċilitajiet sportivi 
u l-Fond għall-
Isport.
19. (1) Il-fond li immedjatament qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan
l-Att kien imsemmi "Fond għall-Isport" u li kien amministrat mill-
Kunsill Malti għall-Isport għandu jiġi vestit fil-Kunsill u għandu
jibqa’ jiġi msejjaħ "Fond għall-Isport".
Kap. 268.
(2) Iċ-ċnus kollha u l-kera pagabbli lill-Gvern jew lill-Kunsill
bis-saħħa ta’ xi riżoluzzjoni mgħoddija mill-Kamra tad-Deputati
skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar it-Trasferiment ta’ l-
Artijiet tal-Gvern fir-rigward ta’ faċilitajiet sportivi kemm qabel
kif ukoll wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan l-Att, u d-dħul taħt kull att li
jkun sar skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 18(2) u (7) minn
faċilitajiet sportivi għandhom jiġu fdati lill-Kunsill biex jiġu
utilizzati skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att. Tali dħul għandu
jiġi depożitat fil-"Fond għall-Isport".
(3) Il-Fond għall-Isport għandu jkun utilizzat primarjament
għall-iżvilupp u l-manutenzjoni ta’ faċilitajiet sportivi u għal dawk
l-iskopijiet l-oħra li jaqgħu taħt il-funzjonijiet tal-Kunsill skond kif
il-Ministru jista’ jawtorizza minn żmien għal żmien.
TAQSIMA V
DIRETTORATI U KUMITATI KONSULTATTIVI
Direttorati fi ħdan 
il-Kunsill.
20. (1) Il-Kunsill jista’, bi qbil mal-Ministru, jistabbilixxi
direttorati separati fi ħdan il-Kunsill bil-għan li tiġi żgurata l-aħjar
SPORTS ġ KAP. 455. 19
ħidma mill-Kunsill ta’ xi funzjoni waħda jew tal-funzjonijiet kollha
tiegħu. Dawn id-direttorati għandhom ikunu responsabbli lejn il-
Kunsill u jkunu suġġetti għal sorveljanza u kontroll sħiħ tal-Kap
Uffiċjal Eżekuttiv. Kull wieħed minn dawn id-direttorati għandu
jkun immexxi minn persuna maħtura mill-Kunsill bi qbil mal-
Ministru għal perjodu ta’ mhux aktar minn tliet snin u dak il-
perjodu jista’ jiġi mtawwal għal perjodi oħra ta’ mhux aktar minn
tliet snin il-wieħed.
(2) Il-Kunsill jista’ jiddelega lil dawn id-direttorati u jitlobhom
iwettqu uħud mill-funzjonijiet tiegħu taħt dawk il-kondizzjonijiet li
l-Kunsill jidhrulu li jkunu opportuni. Il-Kunsill jista’ meta jrid
jirtira xi parti jew id-delega kollha tal-funzjonijiet.
(3) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu aktar
qabel imsemmija u għal xi regolamenti li jsiru mill-Kunsill minn
żmien għal żmien, id-direttorati jistgħu jirregolaw il-proċeduri
tagħhom infushom.
Kumitati 
konsultattivi.
21. (1) Il-Ministru jista’, minn żmien għal żmien permezz ta’
avviż fil-Gazzetta, jaħtar kumitat jew kumitati konsultattivi skond
kif speċifikat f’dawn l-avviżi. Kumitat konsultattiv għandu, għall-
aħjar twettiq tad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, jagħti pariri lill-
Kunsill fuq dawk il-materji li l-Ministru jista’ jispeċifika fl-avviż.
(2) Il-membri tal-Kumitat konsultattiv għandhom jiġu maħtura
mill-Ministru u għandhom idumu fil-kariga għal dak il-perjodu u
b’dawk il-pattijiet u kondizzjonijiet kif il-Ministru jidhirlu
opportun. Kull kumitat konsultattiv għandu jkun jikkonsisti minn
membru wieħed li jkun jirrappreżenta lill-Kunsill bħala
Chairperson u dawk il-membri l-oħra li l-Ministru jkun jidhirlu li
għandu jaħtar.
(3) Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 4(6) sa (10) għandhom
ikunu mutatis mutandis japplikaw għall-kumitati konsultattivi.
(4) Kull kumitat konsultattiv għandu jżomm minuti tal-laqgħat
kollha u għandu jibgħat kopji ta’ dawn il-minuti lill-Kuusill. Bla
ħsara għad-disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan l-Att, kull kumitat
konsultattiv jista’ jirregola l-proċeduri tiegħu nnifsu.
TAQSIMA VI
DISPOSIZZJONIJIET FINANZJARJI
Il-Kunsill iħallas l-
infieq mid-dħul.
22. (1) Mingħajr preġudizzju għal dawn id-disposizzjonijiet
ta’ dan l-artikolu, il-Kunsill għandu hekk imexxi l-affarijiet tiegħu
li n-nefqa meħtieġa għat-twettiq adatt tal-funzjonijiet tiegħu
għandha, skond kemm ikun prattiku, titħallas mid-dħul tiegħu.
(2) Kull eċċess ta’ dħul fuq l-infieq għandu, bla ħsara għal
dawk id-direttivi li l-Ministru jista’, wara li jikkonsulta mal-
Ministru responsabbli għall-finanzi, minn żmien għal żmien jagħti,
jkun applikat mill-Kunsill għal kull formazzjoni ta’ fondi ta’
riserva li jiġu użati għall-finijiet tal-Kunsill; u mingħajr
preġudizzju għall-ġeneralità  tal-poteri mogħtija lill-Ministru b’dan
is-subartikolu, kull ordni mogħtija mill-Ministru kif hawn aktar
qabel imsemmi tista’ tordna t-trasferiment lill-Gvern, jew l-
20 KAP. 455. ħ SPORTS
applikazzjoni b’dak il-mod kif jista’ jkun speċifikat fl-ordni, ta’ xi
parti mid-drittijiet, rati u ħlasijiet oħra miġbura skond dan is-
subartikolu jew ta’ xi eċċess bħal dak kif hawn aktar qabel
imsemmi.
(3) Dawk il-fondi tal-Kunsill li ma jkunux minnufih meħtieġa
biex minnhom issir in-nefqa jistgħu jiġu investiti b’dak il-mod li
jista’ minn żmien għal żmien ikun approvat mill-Ministru wara
konsultazzjoni mal-Ministru responsabbli għall-finanzi.
Flus li jingħataw 
bil-quddiem mill-
Gvern.
23. Il-Ministru responsabbli għall-finanzi jista’, wara li
jikkonsulta mal-Ministru, jgħaddi flus bil-quddiem lill-Kunsill
f’dawk l-ammonti li l-Ministru responsabbli għall-finanzi jista’
jaqbel li jkunu meħtieġa mill-Kunsill għat-twettiq ta’ xi funzjoni
tiegħu taħt dan l-Att, u jista’ jgħaddi dawk il-flus bil-quddiem
b’dawk il-pattijiet u kondizzjonijiet li l-Ministru responsabbli
għall-finanzi jista’, wara konsultazzjoni kif hawn aktar qabel
imsemmi, jidhirlu li jkun xieraq. Il-flus hekk mgħoddija bil-
quddiem jistgħu hekk jingħaddu mill-Ministru responsabbli għall-
finanzi mill-Fond Konsolidat, u mingħajr ebda approprjazzjoni
ulterjuri ħlief għal dan l-Att, b’ordni li tkun tawtorizza lill-
Accountant General li jgħaddi dawk il-flus bil-quddiem.
Fondi minn lotteriji 
pubbliċi.
24. Il-Ministru responsabbli għall-finanzi jista’ permezz ta’
regolamenti li jagħmel taht dan l-artikolu jipprovdi li dik il-parti
mid-dħul tal-lotteriji pubbliċi kif jista’ jiġi ordnat tiġi mħallsa lill-
Kunsill, u l-Accountant General għandu, mingħajr ebda
approprjazzjoni ulterjuri ħlief għal dan l-Att, japproprja dawk il-
fondi fuq bażi regolari lill-Kunsill wara li jirċievi ordni mingħand
il-Ministru responsabbli għall-finanzi.
Poter ta’ self jew 
tiġbor kapital.
25. (1) Għall-finijiet tat-twettiq ta’ xi funzjoni tiegħu taħt dan
l-Att, il-Kunsill jista’, bl-approvazzjoni bil-miktub tal-Ministru
f’konsultazzjoni mal-Ministru responsabbli għall-finanzi, jissellef
jew jikseb flus b’dak il-mod, mingħand dik il-persuna, korp, jew
awtorità , u taħt dawk il-pattijiet u kondizzjonijiet li l-Ministru,
wara konsultazzjoni kif hawn aktar qabel imsemmi, jista’ japprova
bil-miktub.
(2) Il-Kunsill jista’ wkoll minn żmien għal żmien jissellef,
permezz ta’ overdraft jew xort’oħra, dawk l-ammonti li jista’
jeħtieġ għat-twettiq tal-funzjonijiet tiegħu taħt dan l-Att:
Iżda għal kull ammont li jeċċedi tletin elf lira, jkun jeħtieġ
l-approvazzjoni bil-miktub tal-Ministru.
Tislif mingħand il-
Gvern.
26. (1) Il-Ministru responsabbli għall-finanzi jista’, għal kull
ħtieġa ta’ xorta kapitali tal-Kunsill, jikkuntrattja jew jagħmel flus
disponibbli, jew jidħol f’passiv, għal dawk il-perjodi u b’dawk il-
pattijiet u kondizzjonijiet li huwa jista’ jqis li jkunu xierqa; u kull
ammont dovut dwar jew f’konnesjoni ma’ xi tali self jew passività
jkun nefqa fuq il-Fond Konsolidat.
(2) Avviż dwar kull self, passività  jew flus li jingħataw bil-
quddiem, li jsiru jew jiġu magħmulin taħt id-disposizzjonijiet ta’
dan l-artikolu għandhom jiġu mogħtija lill-Kamra tad-Deputati
kemm jista’ jkun malajr.
SPORTS ġ KAP. 455. 21
(3) Sakemm isir disponibbli xi self bħal dak imsemmi fis-
subartikolu (1), jew bil-għan li l-Kunsill jiġi pprovdut b’kapital
attiv, il-Ministru responsabbli għall-finanzi jista’, b’ordni, u
mingħajr ebda approprjazzjoni ulterjuri ħlief għal dan l-Att,
jawtorizza lill-Accountant General li jgħaddilu flus bil-quddiem
mit-Treasury Clearance Fund taħt dawk il-pattijiet li jistgħu jkunu
speċifikati mill-Ministru malli jsir dan.
(4) Ir-rikavat ta’ xi self li jsir disponibbli għall-finijiet li
jingħataw flus bil-quddiem lill-Kunsill, u kull ammont ta’ flus
ieħor li jkun se jingħadda bil-quddiem lill-Kunsill taħt dan l-
artikolu, għandu jitħallas lil dak il-fond imwaqqaf speċifikament
għal dan l-għan u li għandu jkun magħruf bħala "Fond ta’ Self lill-
Kunsill Malti għall-Isport".
(5) Ammonti ta’ flus li l-Accountant General jirċievi mingħand
il-Kunsill dwar flus li jingħatawlu bil-quddiem taħt dan l-artikolu,
għandhom jitħallsu f’dawk li huma ammonti li jiġu riċevuti bħala
ħlas lura, fit-Treasury Clearance Fund u, f’dawk li huma ammonti
li jiġu riċcvuti bħala imgħax, fil-Fond Konsolidat.
Estimi tal-Kunsill.
finanzjarja, u ma għandux aktar tard minn sitt ġimgħat qabel tmiem
kull sena finanzjarja jadotta, estimi tad-dħul u infieq tiegħu għas-
sena finanzjarja li tiġi minnufih wara:
Iżda l-estimi tal-Kunsill għall-ewwel sena finanzjarja
tiegħu għandu jitħejja u jiġi adottat f’dak iż-żmien li l-Ministru
jista’ jispeċifika lill-Kunsill b’avviż bil-miktub.
(2) Fit-tħejjija ta’ dawk l-estimi, il-Kunsill għandu jqis kull
fond u flus oħra li jistgħu ikunu dovuti li jitħallsu lilu mill-Fond
Konsolidat matul is-sena finanzjarja rilevanti, jew bis-saħħa ta’ dan
l-Att jew ta’ Att ta’ approprjazzjoni jew ta’ kull liġi oħra; u l-
Kunsill għandu hekk iħejji dawk l-estimi b’mod li jiżgura li kull
dħul totali tiegħu ikun mill-inqas suffiċjenti biex minnu jinħarġu l-
ammonti ta’ flus kollha li għandhom jitħallsu kif dovut fil-kont tad-
dħul tiegħu inkużi, imma mingħajr preġudizzju għall-generalità  ta’
dik il-frażi, id-deprezzament.
(3) L-estimi għandhom isiru f’dawk is-suriet u jkun fihom dik
l-informazzjoni u dawk il-paraguni ma’ l-estimi ta’ qabel hekk kif
jista’ jordna l-Ministru.
(4) Kopja ta’ l-estimi għandha, meta dawn jiġu adottati mill-
Kunsill, tintbagħat minnufih mill-Kunsill lill-Ministru u lill-
Ministru responsabbli għall-finanzi. Il-Ministru għandu ma’ l-
ewwel opportunità  li jkollu u mhux aktar tard minn sitt ġimgħat
wara li jkun irċieva kopja ta’ l-estimi tal-Kunsill, wara
konsultazzjoni mal-Ministru responsabbli għall-finanzi,
japprovahom bi jew mingħajr emendi. Il-Ministru għandu kemm
jista’ jkun malajr jara li dawn l-estimi approvati jitqegħdu fuq il-
Mejda tal-Kamra.
In-nefqa skond l-
estimi approvati.
28. (1) M’għandha ssir jew tiġġarrab ebda nefqa mill-Kunsill
kemm id-darba din ma tkunx ġiet approvata kif provdut fl-artikolu
27.
22 KAP. 455. ħ SPORTS
(2) Minkejja d-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) -
(a) sa l-iskadenza ta’ sitt xhur mill-bidu ta’ xi sena
finanzjarja, jew sakemm issir l-approvazzjoni ta’ l-
estimi mill-Ministru, skond liema data tiġi l-ewwel, il-
Kunsill jista’ jagħmel jew iġarrab in-nefqa għat-
twettiq tal-funzjonijiet tiegħu taħt dan l-Att f’ammont
li b’kollox ikun ta’ mhux iżjed minn nofs l-ammont
approvat għas-sena finanzjarja li tiġi minnufih qabel;
(b) in-nefqa approvata għar-rigward ta’ xi kap jew sotto-
kap ta’ l-estimi tista’ , bl-approvazzjoni tal-Ministru,
mogħtija wara konsultazzjoni mal-Ministru
responsabbli għall-finanzi, tiġġarrab dwar xi kap jew
sotto-kap ieħor ta’ l-estitni;
(ċ) dwar l-ewwel sena finanzjarja, il-Kunsill jista’
jagħmel jew iġarrab nefqa li b’kollox ma tkunx teċċedi
dawk l-ammonti li l-Ministru responsabbli għall-
finanzi jista’, wara li jikkonsulta lill-Ministru,
jippermetti;
(d) jekk dwar xi sena finanzjarja jinstab li l-ammont
approvat mill-Ministru ma jkunx suffiċjenti, jew jekk
tqum neċessità  li ssir nefqa għal xi għan li ma jkunx
hemm provdut dwaru fl-estimi, il-Kunsill jista’ jadotta
estimi supplementari għall-approvazzjoni tal-Ministru,
u f’kull każ bħal dak id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att
li japplikaw għall-estimi għandhom, skond kemm ikun
prattiku, japplikaw ghall-estimi supplementari.
Pubblikazzjoni ta’ 
l-estimi approvati.
29. Kull estimi u estimi supplementari tal-Kunsill għandhom,
kemm jista’ jkun malajr, jiġu ppubblikati fil-Gazzetta.
Kontijiet u 
verifika.
30. (1) Il-Kunsill għandu jara li jinżammu kotba ta’ kontijiet u
reġistrazzjonijiet oħra kif imiss dwar l-operazzjonijiet tiegħu u
għandu jara li titħejja dikjarazzjoni ta’ kontijiet dwar kull sena
finanzjarja.
(2) Il-kontijiet tal-Kunsill għandhom ikunu verifikati minn
awditur jew awdituri li jinħatru mill-Kunsill u li jkunu approvati
mill-Ministru:
Iżda l-Ministru responsabbli għall-finanzi jista’, wara
konsultazzjoni mal-Ministru, jeħtieġ li l-kotba u reġistrazzjonijiet
oħra tal-Kunsill jiġu verifikati jew eżaminati mill-Awditur Generali
li għal dan l-għan ikollu poter li jagħmel dik il-verifika fiżika u kull
verifika oħra li jista’ jqis li tkun meħtieġa.
(3) Wara tmiem kull sena finanzjarja, u mhux aktar tard mid-
data li l-estimi tal-Kunsill jintbagħtu lill-Ministru taħt l-artikolu
27, il-Kunsill għandu jara li kopja tad-dikjarazzjoni ta’ kontijiet
verifikata kif imiss tkun mibgħuta lill-Ministru u lill-Ministru
responsabbli għall-finanzi flimkien ma’ kopja ta’ kull rapport
magħmul mill-awditur jew awdituri dwar dik id-dikjarazzjoni jew
dwar il-kontijiet tal-Kunsill.
(4) Il-Ministru għandu, malajr kemm jista’ jkun, jara li kopja
ta’ kull dikjarazzjoni u rapport bħal dawk titqiegħed fuq il-Mejda
tal-Kamra tad-Deputati.
SPORTS ġ KAP. 455. 23
Depożitu ta’ kull 
dħul u ħlas mill-
Kunsill.
31. (1) IL-flejjes kollha tal-Kunsill għandhom jitqiegħdu
f’bank jew banek li jinħatru bankiera b’riżoluzzjoni tal-Kunsill.
Dawk il-flejjes għandhom, skond kemm ikun prattiku, jitqiegħdu
fil-banek minn jum għall-ieħor, ħlief għal dak l-ammont li l-Kunsill
jista’ jawtorizza li jżomm biex iħallas minnu nefqiet żgħar u ta’
minnufih.
(2) Il-ħlasijiet kollha li jsiru mill-fond tal-Kunsill, hlief għal
nefqiet żgħar ta’ mhux iżjed minn dak l-ammont li jista’ jkun
stabbilit mill-Kunsill minn żmien għal żmien, għandhom isiru minn
dak l-uffiċjal jew uffiċjali tal-Kunsill li jistgħu jiġu maħtura jew
imsemmija mill-Kunsill għal dak l-iskop.
(3) Cekkijiet li jiġu maħruġin u flejjes li jiġu rtirati minn xi
kont tal-bank tal-Kunsill għandhom ikunu ftirmati minn dak l-
uffiċjal tal-Kunsill li jista’ jiġi maħtur jew imsemmi mill-Kunsill
għal dak l-għan u għandu jġib il-kontrofirma taċ-Chairperson, jew
ta’ xi membru jew uffiċjal ieħor tal-Kunsill kif jista’ jkun
awtorizzat mill-Kunsill għal dak l-għan.
(4) Il-Kunsill għandu jagħmel disposizzjonijiet dwar:
(a) il-mod kif, u l-uffiċjal jew uffiċjali li għandhom is-
setgħa, jawtorizzaw jew japprovaw il-ħlasijiet;
(b) it-titolu ta’ xi kont li jinżamm fil-bank jew banek fejn
għandhom jitħallsu l-flejjes tal-Kunsill, u t-
trasferimenti ta’ fondi minn kont għall-ieħor;
(ċ) il-metodu li għandu jiġi adottat biex isiru ħlasijiet
mill-fondi tal-Kunsill u b’mod ġenerali għar-rigward
ta’ kull ħaġa li hija rilevanti għaż-żamma kif imiss u l-
kontroll tal-kontijiet, kotba u records oħra u l-kontroll
tal-finanzi tal-Kunsill.
Kuntratti ta’ 
provvista u ta’ 
xogħlijiet.
32. Mingħajr preġudizzju għal kull direttiva mgħoddija mill-
Ministru taħt l-artikolu 9, il-Kunsill m’għandux, ħlief bl-
approvazzjoni tal-Ministru mogħtija għal raġunijiet speċjali u wara
konsultazzjoni mal-Ministru responsabbli ghall-finanzi, jalloka jew
jidħol f’xi kuntratt għall-provvista ta’ oġġetti jew materjal jew
għall-eżekuzzjoni ta’ xogħol, jew għall-għoti ta’ servizzi lil jew
għall-benefiċċju tal-Kunsill, li l-Kunsill jistma li jkun jinvolvi
nefqa ta’ aktar minn tliet elef lira, jew ta’ xi ammont ieħor kif il-
Ministru responsabbli għall-finanzi jista’ permezz ta’ regolamenti
taħt dan l-artikolu jippreskrivi, ħlief wara li jagħti avviż dwar l-
intenzjoni li jkollu l-Kunsill li jagħmel dak il-kuntratt ikun ġie
ppubblikat u jkunu nħarġu sejħiet għal offerti kompetittivi.
Rapport annwali.
t-tmiem ta’ kull sena finanzjarja, jagħmel u jgħaddi lill-Ministru u
lill-Ministru responsabbli għall-finanzi. rapport li jkun jittratta
b’mod ġenerali dwar l-attivitajiet tal-Kunsill matul dik is-sena
finanzjarja u li jkun fih dik l-informazzjoni għar-rigward tal-
proċedimenti u l-politika tal-Kunsill hekk kif xi wieħed mill-
imsemmija Ministri jista’ minn żmien ghal żmien jeħtieġ. Il-
Ministru għandu jara li kopja ta’ rapport bħal dak titqiegħed fuq il-
Mejda tal-Kamra kemm jista’ jkun malajr.
24 KAP. 455. ħ SPORTS
Eżenzjoni mit-
taxxa.
34. Il-Kunsill għandu jkun eżentat minn kull obbligu ta’
ħlasijiet ta’ xi taxxa fuq id-dħul, mid-dazju tad-dwana u minn kull
dazju fuq dokumenti u trasferimenti.
TAQSIMA VII
REĠISTRU TA’ PERSUNI SPORTIVI
Ħtieġa ta’ 
reġistrazzjoni.
35.* (1) L-ebda persuna, assoċjazzjoni ta’ persuni, soċjetajiet,
ċivili jew kummerċjali, jew xi entità  oħra rikonoxxuta bil-liġi, ma
tkun intitolata skond id-disposizzjonijict ta’ dan l-Att għal xi
għajnuna jew benefiċċju jew li tagħmel użu jew li takkwista taħt xi
titolu xi faċilità  sportiva sakemm ma tkunx reġistrata fir-Reġistru
ta’ Persuni Sportivi skond id-disposizzjonijiet ta’ din it-Taqsima
ta’ dan l-Att u skond dawk ir-regolamenti li jistgħu jiġu preskritti
minn żmien għal żmien.
(2) Ir-reġistrazzjoni taħt din it-Taqsima ta’ dan l-Att tista’ ssir
permezz ta’ applikazzjoni lill-Kunsill għar-reġistrazzjoni fuq
formola kif tista’ tiġi preskritta flimkien mad-dokumenti li jidhru
hawn taħt:
(a) fil-każ ta’ assoċjazzjoni, soċjetajiet jew xi enti oħra
morali (f’din it-Taqsima ta’ dan l-Att magħrufa wkoll
bħala "organizzazzjoni"), kopja aġġornata ta’ l-istatut
jew l-att kostituttiv flimkien ma’ kull regolament u
bye-laws li għandhom saħħa legali (flimkien imsejjħa
"l-istatut"), awtentikati bħala veri u korretti mill-
uffiċjal awtorizzat mill-istatut għall-fini li jwettaq din
l-awtentifikazzjoni;
(b) dikjarazzjoni li tindika min ikunu l-uffiċjali ta’ l-
organizzazzjoni;
(ċ) dikjarazzjoni li tkun turi l-indirizz ta’ l-uffiċċju tar-
reġistrant;
(d) dikjarazzjoni li tkun tindika min ikunu l-individwi li
jkollhom dritt jirrappreżentaw lill-organizzazzjoni;
(e) jekk l-organizzazzjoni kienet ilha preskritta għal mill-
anqas sena, jew jekk l-applikant kien involut jew kellu
x’jaqsam ma’ attivitajiet relatati ma’ l-isport, ir-
rapport annwali, jekk dan ikun rikjest mill-istatut
tiegħu, u r-rapport finanzjarju skond ma jkun preskritt;
u
(f) kull dokument ieħor skond ma jiġi preskritt minn
żmien għal żmien.
(3) Il-Kunsill għandu, meta jirċievi l-formola meħtieġa
flimkien mad-dokumenti mehmuża, u jekk ikun sodisfatt li l-
applikant huwa eliġibbli għar-reġistrazzjoni, jirreġistra lill-
applikant fir-Reġistru ta’ Persuni Sportivi. Ir-Reġistru jista’ jkun
jikkonsisti minn dawk it-taqsimiet li l-Kunsill jista’ minn żmien
għal żmien jiddeċiedi bil-ghan li jiddistingwi x-xorta ta’ persuna
reġistrata.
*Dan l-artikolu għadu mhux fis-seħħ.
SPORTS ġ KAP. 455. 25
(4) Malli jirreġistra lill-applikant, il-Kunsill għandu, permezz
tas-Segretarju tal-Bord, joħroġ ċertifikat ta’ reġistrazzjoni lill-
persuna reġistrata. Reġistrazzjoni fir-Reġistru ma teżonerax lill-
persuna reġistrata milli tosserva xi disposizzjonijiet oħra tal-liġi.
(5) Il-Kunsill jista’ jirrifjuta li jirreġistra applikant fir-Reġistru
jekk il-Kunsill ikun jidhirlu li l-applikant ma jissodisfax ir-
rekwiżiti taħt id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, u meta jagħmel dan
huwa għandu jagħti r-raġunijiet għal din iċ-ċaħda.
(6) Meta l-applikant għar-reġistrazzjoni tkun assoċjazzjoni jew
federazzjoni nazzjonali li tkun qegħda tiddikjara li tirrappreżenta xi
dixxiplina sportiva partikolari jew dixxiplini sportivi assoċjati, il-
Kunsill għandu, qabel jirreġistra lill-applikant, jiżgura li tali
assoċjazzjoni jew federazzjoni għandha tkun rikonoxxuta mill-
organizzazzjoni internazzjonali bħala li tirrappreżenta dik id-
dixxiplina jew dawk id-dixxiplini sportivi.
(7) Meta l-Kunsill ikun qiegħed jirreġistra organizzazzjoni fir-
Reġistru appositu ta’ l-assoċjazzjonijiet u federazzjonijiet
nazzjonali, għandha ssir referenza għax-xorta predominanti ta’ l-
organizzazzjoni.
Kumitat Olimpiku 
Malti u 
assoċjazzjonijiet u 
federazzjonijiet 
nazzjonali oħra.
36.* (1) Il-Kumitat Olitnpiku Malti għandu jiġi reġistrat
minnufih fir-Reġistru mingħajr ebda formalità  oħra.
(2) Il-Ministru jista’ minn żmien għal żmien u fuq
rakkomandazzjoni tal-Kunsill jindika dawk il-federazzjonijiet jew
assoċjazzjonijiet li għandhom jiġu reġistrati fir-Reġistru mingħajr
ebda formalità  oħra. Kull federazzjoni u assoċjazzjoni hekk
indikata għandha tiġi reġistrata mill-Kunsill fir-Reġistru mingħajr
ebda formalità  oħra. Lista ta’ dawk il-federazzjonijiet u
assoċjazzjonijiet hekk reġistrati għandha tiġi ppubblikata mingħajr
ebda dewmien fil-Gazzetta tal-Gvern.
Statuti ta’ 
organizzazzjonijiet 
sportivi.
37.* (1) L-assoċjazzjonijiet u l-federazzjonijiet nazzjonali
kollha għandhom ikunu tali li ma jkunux jagħmlu profitt. Bla ħsara
għad-disposizzjouijiet ta’ dan l-Att u għal regolamenti li jsiru
taħtu, klabbs, assoċjazzjonijiet u federazzjonijiet kif ukoll dawk l-
entijiet oħra li huma, jew li jistgħu jkunu meħtieġa li jiġu reġistrati
mal-Kunsill taħt id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, għandhom ikunu
regolati bl-istatut tagħhom. Il-klabhs, assoċjazzjonijiet u
federazzjonijiet kollha għandhom jiġu organizzati b’mod
demokratiku skond id-disposizzjonijiet ta’ l-istatut tagħhom li
għandu jiżgura aċċess indaqs għall-parteċipazzjoni fl-isport.
(2) Għall-fini ta’ dan l-artikolu, organizzazzjoni għandha
titqies li ma tkunx tagħmel profitt jekk:
(a) l-organizzazzjoni ma jkollhiex għan sistematiku li
tagħmel profitt;
(b) l-istatut ta’ l-organizzazzjoni jkun jipprojbixxi t-
tqassim ta’ xi assi tagħha (kemm jekk ta’ xorta kapitali
kemm jekk ta’ dħul finanzjarju jew mod ieħor) lill-
membri, fundaturi, sponsors, donaturi, u ħlief għal xi
*Dan l-artikolu għadu mhux fis-seħħ.
26 KAP. 455. ħ SPORTS
salarji, pagi jew onorarja bonafidi, lill-amministraturi
tagħha; u
(ċ) meta l-organizzazzjoni twettaq xi attività  ta’ xorta
ekonomika, dan isir bħala attività  anċillari bil-għan li
tgħin lill-organizzazzjoni li twettaq l-oġġettivi u l-
għanijiet prinċipali tagħha kif provdut fl-istatut
tagħha.
Personalità  
ġuridika ta’ 
organizzazzjonijiet 
sportivi u materji 
oħra.
38.* (1) Kull organizzazzjoni għandha, mar-reġistrazzjoni fir-
Reġistru, titqies mogħnija b’personalità  ġuridika u tkun tista’
tagħmel kull att legali.
(2) Bla ħsara għad-disposizzjonijict ta’ l-artikoli 35, 36 u 37, l-
ebda disposizzjoni f’dan l-Att m’għandha tiġi interpretata li qed
jiġu mneħħija xi drittijiet, taħt xi liġijiet oħra li jistgħu jiġu
applikabbli, lil xi persuni jew entitajiet li m’humiex reġistrati jew li
jistgħu jiġu reġistrati fir-Reġistru. Dik il-persuna jew entità  li ma
tkunx reġistrata ma tkunx eżenti minn kull disposizzjoni taħt dan l-
Att li tista’ tiġi applikabbli għaliha.
(3) Bla ħsara għad-disposizzjonijict ta’ dan l-artikolu,
organizzazzjoni reġistrata fir-Reġistru, kif ukoll ir-responsabbiltà
tal-membri u ta’ l-amministraturi tagħha, għandhom ikunu regolati
minn dawk id-disposizzjonijiet legali li, minbarra dan l-Att,
jirregolaw l-organizzazzjoni.
Regolamenti taħt 
din it-Taqsima ta’ 
l-Att.
39.* Il-Ministru jista’, wara konsultazzjoni mal-Kunsill,
jagħmel regolamenti bil-għan li isseħħ din it-Taqsima ta’ dan l-Att,
u jista’, mingħajr preġudizzju għall-ġeneralità  ta’ dak hawn aktar
qabel imsemmi b’dawn ir-regolamentijipprovdi dwar:
(a) dawk il-kategoriji ta’ persuni, soċjetajiet jew entitajiet
oħra li jistgħu jkunu reġistrati fil-parti jew partijiet
appositi tar-Reġistru;
(b) ir-rekwiżiti għal xi persuna, soċjetà  jew entità  oħra
biex tikkwalifika għar-reġistrazzjoni;
(ċ) il-kondizzjonijiet li għandhom josservaw dawk il-
persuni, soċjetajiet jew entitajiet li hekk jikkwalifikaw
biex jibqgħu jiġu reġistrati;
(d) bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ kull liġi
applikabbli relatata mal-ħarsien ta’ informazzjoni
personali, il-poter tal-Kunsill li jitlob din l-
informazzjoni, inkluża informazzjoni relatata ma’
organizzazzjonijiet reġistrati jew affiljati ma’
assoċjazzjonijiet u federazzjonijiet reġistrati u l-
uffiċjali tagħhom, u sakemm din tkun meqjusa ta’
ħtieġa biex jiġu mfassla politika nazzjonali ta’ l-isport
u inventarju, informazzjoni li tirrigwarda l-atleti;
(e) il-poter li għandu l-Kunsill li jissospendi, jtemm jew
jirtira ir-reġistrazzjoni f’kull waqt, tal-korp, entità  jew
persuna oħra li tkun kisret xi regolamenti taħt id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, jew fejn jinqalgħu
*Dan l-artikolu għadu mhux fis-seħħ.
SPORTS ġ KAP. 455. 27
ċirkostanzi fejn tali korp, entità  jew persuna oħra ma
kienux jikkwalifaw għar-reġistrazzjoni;
(f) il-preżentazzjoni ta’ dokumenti minn persuni reġistrati
ta’ kontijiet annwali (li jinkludu balance sheet u
dikjarazzjoni ta’ kontijiet li jindikaw l-operazzjonijiet
u l-qagħda finanzjarja ta’ dik il-persuna reġistrata)
f’tali forma u b’dak il-kontenut li jista’ jiġi preskritt;
(g) il-preżentazzjoni lill-Kunsill ta’ emendi għall-istatut
ta’ persuna reġistrata, u kull denunzja li tagħti avviż
ta’ xi tibdil fit-tmexxija u l-amministrazzjoni, r-
rappreżentanza u l-uffiċċji ta’ dik il-persuua registrata;
u
(h) ir-rekwiżiti biex persuna reġistrata tibbenefika taħt
dan l-Att.
Poteri oħra tal-
Kunsill.
40.* Fejn il-Kunsill jidhirlu li persuna tkun naqset milli tosserva
xi wieħed mill-kriterji li japplikaw, jew termini jew kondizzjonijiet
stabbiliti fir-rigward ta’ xi assistenza mogħtija mill-Kunsill lil dik
il-persuna, jew tir-rigward ta’ l-użu ta’ xi faċilitajiet sportivi
mgħoddija lilha mill-Gvern jew mill-Kunsill, jew b’xi mod ieħor
tonqos milli tħares id-disposizzjonijiet ta’ din it-Taqsima ta’ dan l-
Att, il-Kunsill jista’:
(a) iwaqqaf kull għajnuna minn, jew jirrifjuta li jipprovdi
għajnuna lil, dik il-persuna;
(b) jitlob li jingħata lura xi għajnuna finanzjarja mogħtija
lil dik il-persuna;
(ċ) itemm xi ftehim fir-rigward ta’ xi faċilità  sportiva; u
(d) jeżerċita kull dritt jew rimedju ieħor li tagħtih il-liġi.
Pubblikazzjoni ta’ 
dokumenti u 
informazzjoni.
41.* Kull dokument jew informazzjoni li għandhom jiġu
mgħoddija lill-Kunsill taħt id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 35 u
tar-regolamenti fl-artikolu 39(f) u (g) għandhom ikunu aċċessibbli
għall-pubbliku, u kull persuna tista’ teżamina u tikseb kopji ta’ tali
dokumenti u tista’ titlob li dawn jiġu awtentikati mis-Segretarju
tal-Kunsill.
Investigazzjoni ta’ 
persuni reġistrati u 
assistenza li 
tingħatalhom.
42.* (1) Il-Kunsill jista’ permezz ta’ ittra ta’ awtorizzazzjoni
ffirmata miċ-Chairperson tal-Kunsill jaħtar spettur jew aktar minn
spettur wieħed biex jinvestigaw ħwejjeġ ta’ xi persuna reġistrata u
biex jirrapportaw dwarhom b’dak il-mod li ċ-Chairperson jordna
f’dawn il-każijiet li ġejjin:
(a) fuq talba speċifika ta’ l-amministraturi jew managers
tal-persuna reġistrata, jew wara riżoluzzjoni ta’ l-
organu kompetenti tal-persuna reġistrata skond l-
istatut tagħha;
(b) meta l-persuna reġistrata ma tkunx qegħda tħares xi
kondizzjonijiet jew obbligi li jirrigwardaw kull
assistenza jew benefiċċju li qegħda tgawdi jew li
tirriżulta minn xi użu ta’ xi faċilità  sportiva mgħoddija
*Dan l-artikolu għadu mhux fis-seħħ.
28 KAP. 455. ħ SPORTS
lilha b’xi titolu mill-Gvern jew mill-Kunsill;
(ċ) meta l-persuna reġistrata ma tkunx għamlet użu minn
dawk il-fondi jew benefiċċji li tkun irċeviet mill-
Kunsill għall-iskop li dawk il-fondi jew benefiċċji
kienu maħsuba;
(d) meta l-persuna reġistrata tkun ġiet xolta jew likwidata
skond il-liġi.
(2) Il-Kunsill jista’ wkoll, fiċ-ċirkostanzi msemmija fis-
subartikolu (1)(a) sa (d), jagħti parir lil jew b’xi mod ieħor jassisti
l-organi kompetenti tal-persuni reġistrati kif ukoll li jaħtar
amministratur jew amministraturi li jwettqu dawk il-funzjonijiet u
jeżerċitaw dawk il-poteri relatati ma’ l-amministrazzjoui ta’ l-assi
tal-persuna reġistrata kif ukoll ta’ l-operazzjonijiet u t-tmexxija
tagħha.
(3) F’każ ta’ ordni jew talba għal xoljiment jew likwidazzjoni
volontarja ta’ persuna reġistrata l-organizzazzjoni kompetenti tal-
persuna reġistrata li tista’ tiddeċiedi li tillikwida lil dik il-persuna
għandha, qabel ma tordna x-xoljiment jew tiddeċiedi li xxolji jew
tillikwida dik il-persuna reġistrata, tinnotifika lill-Kunsill dwar dik
l-ordni jew talba. Wara li jiġi notifikat b’din l-ordni jew talha, il-
Kunsill għandu, permezz ta’ persuni maħtura għal dan il-għan,
jagħti direttivi mmirati biex jintlaħaq ftehim dwar it-tilwim u jsir
sforz biex tinstab soluzzjoni bil-għan li tiffavorixxi l-eżistenza
vijabbli u kontinwa tal-persuna reġistrata u jista’ għal dan il-għan
jaħtar amministraturi proviżorji biex iwettqu dawk il-funzjonijiet u
jeżerċitaw dawk il-poteri relatati ma’ l-amministrazzjoni ta’ l-assi
tal-persuna reġistrata kif ukoll ta’ l-operazzjonijiet u t-tmexxija
tagħha.
(4) Sabiex il-Kunsill u l-amministratur proviżorju u l-ispetturi
jistgħu jwettqu l-funzjonijiet tagħhom skond id-disposizzjonijiet
ta’ dan l-artikolu, il-Kunsill, l-amministraturi proviżorji u l-
ispetturi għandu jkollhom id-dritt li jitolbu informazzjoni u jottjenu
dokumenti mingħand kull persuna. Għal dan il-għan l-ispetturi
għandhom id-dritt li jappellaw quddiem il-Prim’Awla tal-Qorti
Ċivili biex issir rikjesta lill-Qorti biex jissejħu xhieda biex jidhru
quddiemhom u jagħtu evidenza u jipproduċu dokumenti f’tali ħin u
data u f’tali post indikat mill-ispetturi fir-rikors tagħhom. L-
ispetturi għandu jkollhom il-poter li jamministraw il-ġurament lil
xi persuna li tidher quddiemhom.
(5) F’każ ta’ ordni għal-likwidazzjoni bil-qorti ta’ persuna
reġistrata, il-Qorti wara li tkun innotat dik l-ordni, għandha qabel
ma tordna x-xoljiment u l-likwidazzjoni tal-persuna reġistrata
tagħti dawk id-direttivi (ukoll fejn jidhrilha meħtieġ u bżonnjuż li
taħtar amministratur proviżorju) bil-għan li tirriżolvi kull tilwima
marbuta mal-persuna reġistrata u li ssib soluzzjoni bil-għan li
tiffavorixxi l-eżistenza vijabbli u kontinwa tal-persuna reġistrata.
Sabiex dan l-amministratur ikun jista’ jwettaq il-funzjonijiet
tiegħu, huwa jista’ jeżerċita dawk il-poteri marbuta ma’ l-
amministraz.zjoni ta’ l-assi u l-operazzjonijiet u t-tmexxija tal-
persuna reġistrata skond kif il-Qorti, wara l-ħatra tiegħu jew
sussegwentement, tista’ tagħtih li jagħmel.
SPORTS ġ KAP. 455. 29
(6) Il-Ministru jista’ minn żmien għal żmien, b’konsultazzjoni
mal-Kunsill, jagħmel regolamenti li jassenjaw materji meħtieġa
jew li jkunu meqjusa konvenjenti biex jiġu assenjati sabiex
jitwettqu jew jiġi mogħti effett usa’ għad-disposizzjonijiet ta’ dan
l-artikolu.
TAQSIMA VIII
RIŻOLUZZJONI TA’ KONTROVERSJA SPORTIVA
Għajnuna mill-
Kunsill dwar 
kontroversja 
sportiva.
43. (1) Il-Kunsill jista’, meta jara li hemm kontroversja bejn
organizzazzjoni sportiva jew persuni li huma membri tal-Kunsill
permezz tas-Segretarju tal-Bord, jipprovdi għajnuna biex tissolva l-
kontroversja fil-materji kollha marbuta ma’ l-isport jew meta
persuni reġistrati jkunu involuti:
(a) bit-tħejjija ta’ servizzi ta’ medjazzjoni f’materji
marbuta ma’ l-isport;
Kap. 387.
(b) bl-għajnuna lill-membri involuti fil-kontroversja biex
issir referenza għal xi forma ta’ arbitraġġ taħt id-
disposizzjonijiet tat-Taqsima IV ta’ l-Att dwar l-
Arbitraġġ;
(ċ) bil-facilità  li jingħataw fehmiet u pariri.
(2) Il-Kunsill jista’, minn żmien għal żmien, jaħtar gruppi ta’
persuni biex jagħtu pariri jew jaġixxu ta’ medjaturi (hawn iktar ’il
quddiem f’din it-Taqsima ta’ l-Att imsejjħa "gruppi"). Il-gruppi
għandhom ikunu magħmula minn persuni li fl-opinjoni tal-Kunsill
ikunu kwalifikati biex jaqdu d-dmirijiet u l-funzjonijiet ta’
medjaturi jew persuni li jagħtu pariri f’materji marbuta ma’ l-
isport.
(3) Il-Kunsill għandu, minn żmien għal żmien, jagħti pariri liċ-
Ċentru Malti għall-Arbitraġġ biex jaħtar grupp jew gruppi ta’
arbitri f’materji marbuta ma’ l-isport.
(4) Kull tilwima jew kontroversja jew talba li toriġina minn
jew marbuta ma’ kull kuntratt li jkun sar bejn il-Kunsill u xi terzi
skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 18(2), (3) u (8), jew il-ksur,
tmiem jew invalidità  ta’ dan il-kuntratt, għandha tiġi solvuta bis-
saħħa ta’ arbitraġġ skond ir-regolamenti taċ-Ċentru Malti għall-
Arbitraġġ li jkunu minn żmien għal żmien fis-seħħ.
(5) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (4), f’każ
ta’ tilwima, kontroversja jew talba dwar materji marbuta ma’ l-
isport jew li tagħhom persuna reġistrata tkun membru, il-partijiet
jistgħu, bi qbil unanimu, (a) jirreferu l-każ lill-Kunsill għall-
medjazzjoni, jew (b) jirreferu t-tilwima biex tiġi solvuta bis-saħħa
ta’ l-arbitraġġ.
Medjazzjoni.
jew meta jħoss li kontroversja tista’ tiġi solvuta bis-saħħa ta’
proċeduri ta’ medjazzjoni, huwa għandu jipproponi lill-membri
medjatur mill-grupp ta’ medjaturi, li jekk ikun aċċettat mill-
partijiet kollha għandu jgħinhom biex tissolva l-kwistjoni.
(2) Kull parti tista’ tirtira mill-proċeduri ta’ medjazzjoni f’kull
30 KAP. 455. ħ SPORTS
waqt.
Arbitraġġ.
Kap. 387.
45. (1) Meta kontroversja tmur quddiem iċ-Ċentru Malti
għall-Arbitraġġ biex isir arbitraġġ, il-kontroversja għandha, fin-
nuqqas ta’ ftehim mill-partijiet involuti, tkun solvuta minn arbitru
wieħed li jkun maħtur miċ-Chairman taċ-Centru Malti għall-
Arbitraġġ. Il-partijiet fil-kontroversja jistgħu jaqblu li jkunu
maħtura tliet persuni biex jisimgħu u jiddeċiedu l-kontroversja. L-
artikolu 15(7) ta’ l-Att dwar l-Arbitraġġ m’għandux japplika għal
dawk il-kontroversji li jkunu riferuti għall-arbitraġġ bl-għajnuna
tal-Kunsill.
(2) Fejn il-partijiet għall-arbitraġġ ikunu jaqblu, it-tribunal ta’
l-arbitraġġ jista’ jiddeċiedi kontroversja fuq kriterji ta’ ġustizzja li
huma aċċettati b’mod ġenerali u li jkunu japplikaw fi ħdan il-
moviment sportiv.
Regoli ta’ 
medjazzjoni u 
pariri.
46. (1) Il-Ministru għandu, wara li jikkonsulta mal-Kunsill,
minn żmien għal żmien joħroġ regoli li jkunu jirregolaw il-
proċeduri ta’ medjazzjoni.
(2) Il-Kunsill għandu minn żmien għal żmien jagħmel regoli li
jkunu jirregolaw l-għoti ta’ pariri.
Bord ta’ l-Appell 
għall-Isport.
47. (1) Għandu jkun hemm Bord ta’ l-Appell għall-Isport li
jkun magħmul minn tliet membri, u wieħed minnhom, li jkun iċ-
Chairperson, għandu jkun persuna li tkun eżerċitat il-professjoni
ta’ avukat għal mhux anqas minn seba’ snin.
(2) Il-membri tal-Bord għandhom jinħatru mill-Ministru għal
perjodu ta’ tliet snin, u għandhom ikunu eliġibbli biex jerġgħu
jinħatru.
Kap. 12.
(3) Membru tal-Bord jista’ jiġi rikużat jew għandu jastjeni għal
kull raġuni li għaliha imħallef jista’jiġi rikużat jew jastjeni taħt id-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 734 tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u
Proċedura Ċivili. F’każijiet bħal dawn il-Ministru għandu jaħtar
persuna li jkollha l-kwalifiki tal-membru rikużat jew li jastjeni,
biex joqgħod bħala membru tal-Bord u b’hekk jissostitwixxi lill-
imsemmi membru.
(4) Membru tal-Kamra tad-Deputati jew ta’ kunsill lokali
għandu jiġi skwalifikat milli jkun maħtur jew li jkompli jaqdi l-
funzjoni ta’ membru tal-Bord sakemm ikun għadu f’dik il-kariga.
(5) Il-Ministru għandu jaħtar ukoll uffiċjal pubbliku biex jaqdi
d-dmirijiet ta’ Segretarju tal-Bord.
Appelli lill-Bord 
ta’ l-Appell għall-
Isport.
48. (1) Għandu jkun hemm appell quddiem il-Bord ta’ l-
Appell għall-Isport minn kull deċiżjoni tal-Kunsill meħuda skond
id-disposizzjonijiet tat-Taqsima VII ta’ dan l-Att jew taħt l-artikolu
54 u kull regolament ieħor li jkun sar taħt dan l-Att u f’każijiet oħra
li jkunu preskritti minn żmien għal żmien. Kull persuna li tħoss
ruħha aggravata minn tali deċiżjoni jew materja għandu jkollha
dritt li tagħmel appell:
Iżda l-Bord ta’ l-Appell għall-Isport ma jieħux konjizzjoni
ta’ xi materja li skond id-disposizzjoni ta’ dan l-Att jew b’xi mod
ieħor skond il-liġi għandha tiġi riferuta għall-arbitraġġ.
SPORTS ġ KAP. 455. 31
(2) Appell lill-Bord jista’ jitressaq f’dawn il-każijiet li ġejjin:
(a) meta jkun sar żball ta’ xorta materjali fuq fatti;
(b) meta jkun sar żball materjali ta’ xorta proċedurali;
(ċ) meta jkun sar żball ta’ liġi;
(d) meta tkun saret xi illegalità  materjali, li tinkludi
irraġonevolezza jew nuqqas ta’ proporzjonalità ;
(e) f’każ ta’ ċirkostanzi oħra li jistgħu jiġu preskritti minn
żmien għal żmien.
(3) Il-Bord għandu jagħti raġunijiet għad-deċiżjonijiet li jieħu
u għandu jippubblika d-deċiżjonijiet li jkun ħa, u jħalli barra jekk
jara li jkun hekk adatt għal raġunijiet ta’ konfidenzjalità , l-ismijiet
tal-persuni involuti.
(4) Meta jiġi biex jiddeċiedi appell skond id-disposizzjonijiet
ta’ dan l-artikolu, il-Bord jista’:
(a) jwarrab l-appell;
(b) jannulla, jirrevoka jew ibiddel id-deċiżjoni.
(5) L-effett tad-deċiżjoni tal-Bord ta’ l-Appell li quddiemu
jkun hemm appell, m’għandux, ħlief meta l-Bord jew il-Qorti ta’ l-
Appell hekk jordna skond il-każ, jiġi sospiż minħabba li jkun
hemm appell.
Poteri u proċedura 
tal-Bord ta’ l-
Appell għall-
Isport.
49. (1) Il-Bord ta’ l-Appell għall-Isport għandu jkun
kompetenti biex jisma’ u jiddeċiedi kull appell li jkollu quddiemu
skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u regolamenti oħra li jsiru
taħt dan l-Att, u d-deċiżjonijict tal-Bord għandhom ikunu finali u
konklużivi.
(2) Sabiex ikun jista’ jeżerċita l-funzjonijiet tiegħu, il-Bord
jista’ jħarrek lil kull persuna biex tidher quddiemu, biex tixhed u
ġġib dokumenti magħha; u ċ-Chairperson ikollu l-poter li
jamministra l-ġurament. Il-Bord jista’ jaħtar ukoll esperti biex
jagħtu pariri lill-Bord fuq xi fatt tekniku li jista’ jkun rilevanti
għad-deċiżjoni tiegħu.
(3) Għall-finijiet hawn aktar qabel imsemmija, il-Bord għandu
jkollu l-istess poteri bħalma għandha l-Prim’ Awla tal-Qorti Ċivili
skond il-liġi.
(4) Il-proċedura li biha għandu jimxi l-Bord, il-ħin stipulat u l-
mod kif jinstema’ appell għandhom ikunu skond kif ikun ordnat; u
bla ħsara għal dan u għal kull disposizzjoni oħra applikabbli ta’ dan
l-Att, il-Bord jista’ jistabbilixxi l-proċedura tiegħu nnifsu.
Appelli quddiem 
il-Qorti ta’ l-
Appell.
Kap. 12.
50. Kull parti għal appell quddiem il-Bord ta’ l-Appell għall-
Isport li tħoss ruħha aggravata b’dcċiżjoni ta’ l-imsemmi Bord,
tista’, fuq punt ta’ liġi li jkun deċiż mill-imsemmi Bord, tappella
quddiem il-Qorti ta’ l-Appell hekk kif ikun kostitwit skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 41(6) tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni
u Proċedura Civili b’rikors li jiġi ppreżentat fir-reġistru ta’ dik il-
Qorti, fi żmien tletin jum mid-data meta d-deċiżjoni tkun ġiet
mgħarrfa lilha.
32 KAP. 455. ħ SPORTS
TAQSIMA IX
MIXXELLANJI
Persuni meqjusa 
uffiċjali pubbliċi.
Kap. 9.
51. Għall-iskopijiet tal-Kodiċi Kriminali u ta’ kull
disposizzjoni ta’ xorta penali, l-membri tal-Kunsill, u ta’ kull
direttorat, kumitat ta’ tmexxija, kumitat konsultattiv, kif ukoll, il-
Bord ta’ l-Appell għall-Isport, u kull uffiċjal jew impjegat tal-
Kunsill, għandhom ikunu meqjusa u jiġu ttrattati bħala uffiċjali
pubbliċi.
Pubblikazzjoni ta’ 
ismijiet ta’ membri 
tal-Kunsill, eċċ.
52. L-ismijiet tal-membri tal-Kunsill, tal-Kap Uffiċjal
Eżekuttiv, u tal-kap ta’ kull direttorat u memhri ta’ kull kumitat
stabbiliti taħt dan l-Att u ta’ kull membru tal-Bord ta’ l-Appell
għall-Isport għandhom jiġu ppubblikati fil-Gazzetta.
Poter biex isiru 
regolamenti.
53. (1) Il-Ministru jista’, wara konsultazzjoni mal-Kunsill,
jagħmel regolamenti li bihom jordna dak kollu meħtieġ jew li jkun
jista’ jiġi ordnat b’dan l-Att, jew li jkun meħtieġ jew konvenjenti li
jiġi ordnat biex id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att ikunu jistgħu
jitwettqu għal kollox jew jingħataw kull effett mixtieq.
Kap. 446.
(2) Il-poter tal-Ministru li jagħmel regolamenti taħt id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att għandu jinkludi l-poter li
jistabbilixxi l-penali relattivi ghal kull ksur jew kontravvenzjoni ta’
dawk l-istess regolamenti, jew nuqqas ta’ konformità  magħhom, u
l-applikabilità  jew xort’oħra ta’ l-Att dwar il-Probation:
Iżda dawk il-pieni ma jistgħux jcċċedu multa ta’ elf lira.
Penali 
amministrattivi.
54. (1) Minkejja kull liġi oħra li tipprovdi dwar proċeduri u
pieni għal reati, meta l-Kunsill ikun jidhirlu li persuna tkun kisret
xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att jew regolamenti
magħmulin taħtu, il-Kunsill jista’ jagħti avviż bil-miktub lil dik il-
persuna fejn jgħarrafha b’dak il-ksur li jkun sar u l-penali
amministrattiva li tkun qed tintalab tħallas għar-rigward ta’ dak il-
ksur filwaqt li jordna lil dik il-persuna tirrimedja l-kaġun ta’ dak il-
ksur:
Iżda l-Kunsill ma jistax jitlob ħlas ta’ penali li teċċedi
ħames mitt lira.
(2) Fejn ikun inghata avviż taħt dan l-artikolu, u l-persuna
msemmija f’dan l-avviż tħallas il-piena fiż-żmien li jiġi indikat
fiha, hija għandha titqies bħala li tkun aċċettat ir-responsabbiltà
għal dak il-ksur speċifikat fl-avviż kemm-il darba fi żmien wieħed
u għoxrin jum minn-notifika ta’ l-avviż, ma tappellax quddiem il-
Bord ta’ l-Appell għall-Isport.
(3) Fejn il-persuna li tingħata l-avviż taħt is-subartikolu (1)
tonqos milli tħallas il-penali annninistrattiva imposta fuqha jew li
tirrimedja l-kaġun tal-ksur fiż-żmien stipulat hawn aktar qabel,
jistgħu jittieħdu proċeduri kontra tagħha għal kull infurzar skond
il-liġi.
(4) Il-Ministru jista’, għall-iskop ta’ dan l-artikolu, minn żmien
għal żinien jagħmel regolamenti li bihom jordna l-multi
amministrattivi li l-Kunsill jista’ jwaħħal.
Reati. 55. (1) Kull persuna li -
SPORTS ġ KAP. 455. 33
(a) tfixkel, tostakola, timmolesta jew tindaħal, jew li
tipprova tfixkel, tostakola, timmolesta jew tindaħal lil
xi uffiċjal, impjegat jew aġent tal-Kunsill, jew lil xi
spettur jew amministratur, fil-qadi ta’ dmirijietu taħt
il-liġi, jew li tonqos milli tħares xi ħtieġa raġonevoli
mitluba minnu minn xi uffiċjal, impjegat, aġent,
spettur jew amministratur kif imsemmi qabel jew
xort’oħra jgħinu fil-qadi ta’ dawk id-dmirijiet, jew
xjentement jissupplixxi lil xi uffiċjal jew impjegat jew
aġent jew spettur jew amministratur b’informazzjoni
falza li tkun meħtieġa għall-iskopijiet hawn qabel
imsemmija; jew
(b) xjentement tagħmel dikjarazzjoni jew tipprovdi
informazzjoni għal xi fini ta’ dan l-Att li tkun falza,
qarrieqa jew mhux korretta f’xi ħaġa materjali,
tkun ħatja ta’ reat kontra dan l-Att u tista’ teħel, meta tinsab ħatja,
multa.
(2) Kull persuna li tonqos milli tħares id-disposizzjonijiet ta’ xi
regolamenti li jkunu jipprovdu dwar miżuri kontra sustanzi li
jagħtu prestazzjoni jew li jkunu jirregolaw jew jipprojbixxu l-użu
mhux sanċit ta’ sustanzi projbiti jew li jkunu jirregolaw l-imġieba
ta’ persuni fil-faċilitajiet sportivi, tista’ teħel, meta tinstab ħatja,
priġunerija għal żmien ta’ mhux inqas minn tliet xhur u mhux iżjed
minn għaxar snin jew multa ta’ mhux inqas minn mitejn lira imma
ta’ mhux iżjed minn għaxart elef lira jew dik il-priġunerija u multa
flimkien.
(3) Kull persuna li tonqos milli tħares id-disposizzjonijiet ta’
dan l-Att jew ta’ xi regolamenti magħmulin taħt dan l-Att, tkun
ħatja ta’ reat taħt dan l-Att u tista’ teħel, kemm-il darba ma jkunx
hemm provdut għal xi penali partikolari f’dan l-Att jew ikun hemm
ordnat xort’oħra, meta tinstab ħatja, multa ta’ mhux anqas minn
ħamsin lira u mhux iżjed minn ħames mitt lira.
Kap. 9.
(4) Il-pieni li hemm provdut dwarhom f’dan l-Att għandhom
ikunu mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tad-
disposizzjonijiet tal-Kodiċi Kriminali jew ta’ kull liġi oħra.
Preskrizzjoni.
reat taħt dan l-Att f’kull żmien matul iż-żmien ta’ sitt snin mill-
għemil tar-reat.
34 KAP. 455. ħ SPORTS
L-EWWEL SKEDA
(Artikolu 16)
Lista ta’ faċilitajiet allokati lil Klabbs /Assoċjazzjonijiet/Federazzjonijiet:
Klabb/Assoċjazzjoni/
Federazzjoni
Faċilitajiet Indirizz
Marsaskala Sports Club Pitch tal-waterpolo u club
house
Triq iż-Żonqor, Marsaskala
Marsaxlokk Aquatic Sports
Club
Pitch tal-waterpolo u club
house
Ponta tal-Qrejten,
Marsaxlokk
Neptunes Waterpolo &
Swimming Club
Pitch tal-waterpolo u club
house
Triq il-Kbira, San Ġiljan
San Ġiljan Aquatic Sports
Club
Pitch tal-waterpolo u club
house
Triq Ġorġ Borg Olivier,
San Ġiljan
Barracudas Aquatic Sports
Club
Pitch tal-waterpolo u club
house
Triq Stella Maris, San
Pawl
Sirens Aquatic Sports Club Pitch tal-waterpolo u club
house
Xatt il-Lanċa, Triq S.
Ġeraldu, San Pawl
Sliema Aquatic Sports Club Pitch tal-waterpolo u club
house
Taħt il-Fonizza, Sliema
Exiles Sports Club Pitch tal-waterpolo u club
house
Triq it-Torri, Sliema
Ta’ Xbiex Aquatic Sports
Club
Pitch tal-waterpolo u club
house
Triq ix-Xatt ta’ Ta’ Xbiex,
Ta’ Xbiex
Malta Football Association Stadium Nazzjonali, car
park u training grounds u
biċċa art
Ta’ Qali
Assoċjazzjoni Sportiva
Hibernians
Football ground u training
ground (inkluż il-fond
anness magħhom)
Il-padiljun ta’ l-isports u
basketball court
Biċċa art
Football ground 7-a-side
(inkluz il-fond anness
miegħu)
Sport Complex, Kordin
Triq l-Isqof Buhagiar,
Kordin
Dingli Swallows Football
Club
Football ground u dressing
rooms
Triq Carmelo Bugeja,
Dingli
Marsaxlokk Football Club Football ground u dressing
rooms
Triq it-Trunċiera,
Marsaxlokk
Mellieħa Sports Club Football ground u dressing
rooms
Triq Vincenzo Ciappara,
Mellieħa
Mosta Football Club Full size football ground,
football pitch 5-a-side u
dressing rooms
Triq Manwella, Mosta
Pietà  Hotspurs Football Club Football ground u club
house
Triq id-Duluri, Pietà
Luxol Sports Club
(St Andrews)
Football ground (inkluż il-
premises kollu anness
miegħu)
Il-Blokk Amministrattiv
2 football grounds 5-a-side
(inkluz il-fond kollu anness
miegħu)
Gynmasium
St Andrews Road,
St Andrews
SPORTS ġ KAP. 455. 35
Santa Lucia Football Club Football ground full size bi
spectators’ stand, club
house u dressing rooms
Dawret it-Torri, Santa
Luċija
Sirens Football Club Football ground u dressing
rooms
Triq il-Wileġ, San Pawl
Siġġiewi Football Club Full size football ground
(inkluż il-fond anness
miegħu)
l/o Wied Ħesri, Siġġiewi
Tarxien Rainbows Football
Club
Football ground, club
house u dressing rooms
Triq San Franġisk, Tarxien
Vittoriosa Stars Football Club Football ground Tal-Fortini f’San Dwardu,
Vittoriosa
Żabbar St Patrick’s Football
Club
Football ground u dressing
rooms
Barra s-Swar, Żabbar
Żurrieq Football Club Football ground u dressing
rooms
Triq il-Belt Valletta,
Żurrieq
Scouts Association of Malta Art f’Għajn Tuffieħa Għajn Tuffieħa
Mosta Girl Guides Fond fil-Mosta Triq id-Dwar, Mosta
Birżebbuġia Boċċi Club Pitch tal-boċċi u club
house
Triq San Patrizju,
Birżebbuġia
Birżebbuġia Aquatic Sports
Club
Pitch tal-waterpolo u club
house
Triq il-Bajja s-Sabiħa,
Birżebbuġia
Lija Boċċi Club Pitch tal-boċċi u club
house
Triq it-Trasfigurazzjoni,
Lija
Lija Tennis Club Tennis court
Dressing room
Triq Karlu Darmanin, Lija
Triq it-Trasfigurazzjoni,
Lija
Marsa Regatta Club Club house Il-Moll tal-Braken, Marsa
Mosta Cycling Club Club house Triq id-Dwar, Mosta
Hockey Association Malta Proprjetà  immobbli
(tinkludi 2 hockey pitches u
dressing rooms)
Kumpless tal-Hockey,
Kordin
Tennis Club Kordin 4 tennis courts, club house
u dressing rooms
Kumpless Sportiv, Kordin
Vittoriosa Lawn Tennis Club 4 tennis courts, club house
u dressing rooms
Kumpless Sportiv, Kordin
Paola Boċċi Club Pitch tal-boċċi u club
house
Triq il-Wied, Paola
Pawla Wolves Sports Club Pitch tal-boċċi u club
house
Triq it-Telgħa ta’ Raħal
Ġdid, Paola
Malta Judo Federation Art f’Pembroke Pembroke
Melita Football Club Football ground Pembroke
Pembroke Tennis Club 2 tennis courts Triq Tunis, Pembroke
Pembroke Athleta Sports Club Pitch tal-basketball u club
house
Pembroke
Malta Tennis Federation Art f’Pembroke Pembroke
BMX Association Art f’Pembroke Pembroke
Island Radio Model Car Club Art f’Pembroke Pembroke
Qormi Hockey Club Pitch tal-hockey u club
house
Triq Manwel Dimech,
Qormi
Klabb/Assoċjazzjoni/
Federazzjoni
Faċilitajiet Indirizz
36 KAP. 455. ħ SPORTS
Senglea Boċċi Club Pitch tal-boċċi u club
house
Triq il-Ħabs l-Antik,
Senglea
Paola/Tarxien Boċċi Club 2 pitches tal-boċċi u club
house
Triq it-Tempji Neolitiċi,
Tarxien
Żabbar St Peters Boċċi Club Pitch tal-boċċi u club
house
Triq San Leonardu, Żabbar
Żabbar Boċċi Club Pitch tal-boċċi u club
house
Triq il-Kunvent, Żabbar
Żebbuġ Boċċi Club Pitch tal-boċċi u club
house
Triq Pariżi, Żebbuġ
Żejtun Boċċi Club Pitch tal-boċċi u club
house
Triq id-Daħla ta’ San
Tumas, Żejtun
Guy Boċċi Club Żurrieq Pitch tal-boċċi u club
house
Triq il-Mitħna, Żurrieq
Sannat Lions Football Club Football ground, bi
spectators’ stand u club
house
Triq il-Marżiena, Sannat,
Għawdex
Malta Basketball Association Basketball court, dressing
rooms u uffiċċju
Ta’ Qali
Birkirkara Scout Group Ex-camp site Baħar iċ-
Ċagħaq
Baħar iċ-Ċagħaq
Pembroke/St Andrcws Scout
& Pembroke/North District
Girl Guides
Parti mill-grounds ta’
Sandhurst School
Pembroke
South District Scouts Group Parti minn ex-Rinella WT
Station
Daħla tar-Rinella
Hamrun Liberty Sports Club Pitch tal-boċċi u club
house
Triq Mile End c/w Triq
Schembri, Ħamrun
Birkirkara Football Club Football ground u dressing
rooms
Football ground 5-a-side
Triq Bontadini c/w Triq
P.P. Castagna, Birkirkara
Marsa Football Club Football ground u dressing
rooms
Triq Diċembru 13, Marsa
Mqabba Football Club Football ground u dressing
rooms
Triq il-Madonna tal-Ġilju,
Mqabba
Pembroke Athleta Sports Club Art f’Pembroke Pembroke
Qormi Football Club Football ground u dressing
rooms
Triq Valletta, Qormi
St. Patrick’s Athletics Club Club house Dawret il-Gudja, Gudja
Birkirkara Tennis Club Art f’Birkirkara Għar il-Ġobon, Birkirkara
Rinella Tennis Club Tennis court u club house Ex-Rinella WT Station,
Rinella
Kunsill Malti għall-Isport Kumpless Sportiv tal-
Marsa
Marsa skond pjanta
annessa bħala Skeda 1A
Kunsill Malti għall-Isport Kumpless Sportiv
Reġjonali Kottonera
Kottonera skond pjanta
annessa bħala Skeda 1B
Malta Amateur Athletic
Association
Premises fil-Marsa 6 u 7 Triq it-Tiġrija, Marsa
Kirkop Boċċi Club Club house u pitch tal-
boċċi
Triq Salvu Sacco, Kirkop
Santa Lucia Boċċi Club Club house u pitch tal-
boċċi
Vjal Oleander, Santa Lucia
Klabb/Assoċjazzjoni/
Federazzjoni
Faċilitajiet Indirizz
SPORTS ġ KAP. 455. 37
Qrendi Boċċi Club Club house u pitch tal-
boċċi
Triq Antonio Chircop,
Qrendi
San Bastjan Boċċi Club Club house u pitch tal-
boċċi
Ta’ l-Istabar, Triq Manuel
Dimech, Qormi
Pietà  Boċċi Club Club house u pitch tal-
boċċi
Triq Marina, Pietà
Wied il-Għajn Boċċi Club Club house u pitch tal-
boċċi
Triq SantaTereża c/w
Pjazza Dun Tarċis Agius,
Wied il-Għajn
Mosta Boċċi Club Club house u pitch tal-
boċċi
Trejqa tal-Parroċċa, Mosta
Fgura Football Club Football ground u dressing
rooms
Triq A.M. Valperga, Fgura
Żejtun Red Stars AFC Club house u store Triq San Girgor, Żejtun
Mellieħa Sports Club Art maġenb il-football
ground
Triq Qasam Barrani,
Mellieħa
Gozo Football Association Football ground u premises Triq l-Imġarr, Xewkija,
Għawdex
 Biriebbuġa Shooters Club Shooting club u shooting
range
Ħal Far
Regatta Club Cospicua Club house u stores Triq Santa Tereża, Bormla
Għaqda Sajjieda u Dilettanti
Buġibba
Art maġenb Triq il-Knisja Buġibba limiti ta’San Pawl
il-Baħar
Rabat Scouts Group Art fir-Rabat Triq Rudolpħ Saliba, Rabat
Malta Playing Fields
Association
Premises f’Ta’Xbiex Triq ix-Xatt ta’ Ta’ Xbiex,
Ta’ Xbiex
Paola Wolves Sports Club Art f’Raħal Ġdid Telgħet Raħal Ġdid, Raħal
Ġdid
Marsa Sports and Country
Club
Art fil-Marsa Marsa
Young Sailors Club Sit f’San Pawl il-Baħar San Pawl il-Baħar
Assoċjazzjoni Sport Floriana Sit fil-Furjana Kumpless Sportiv,Triq
Vinċenzo Dimech
Kantuniera ma’ Triq il-
Mall, Floriana
Floriana Football Club Football grounds u
dressing room/pump room
Kumpless Sportiv,Triq
Vinċenzo Dimech
Kantuniera ma’ Triq il-
Mall, Floriana
Young Stars Hockey Club Hockey pitch Kumpless Sportiv,Triq
Vinċenzo Dimech
Kantuniera ma’ Triq il-
Mall, Floriana
Floriana Basketball Club Basketball court u dressing
rooms
Kumpless Sportiv,Triq
Vinċenzo Dimech
Kantuniera ma’ Triq il-
Mall, Floriana
Floriana Boċċi Club Club house u pitch tal-
boċċi
Kumpless Sportiv,Triq
Vinċenzo Dimech
Kantuniera ma’ Triq il-
Mall, Floriana
Drag Racing Association Sit f’Ħal Far Ħal Far
Island Karting Club Sit f’Ħal Far Ħal Far
Klabb/Assoċjazzjoni/
Federazzjoni
Faċilitajiet Indirizz
38 KAP. 455. ħ SPORTS
IT-TIENI SKEDA
(Artikolu 2)
STATUT TAL-KUMITAT OLIMPIKU MALTI
(kif emendat fit-18 ta’ Lulju 2002)
1. ISEM
1.1 L-Organizzazzjoni għandha tissejjaħ "Il-Kumitat Olimpiku Malti" minn
hawn ’il quddiem magħrufa bħala KOM u tkun l-ogħla u l-unika awtorità  fuq materji
relatati ma’ rappreżentazzjonijiet ta’ Malta fil-Loghob Olimpiku, Logħob tal-Pajjiżi
tal-Commonwealth, Logħob tal-Pajjiżi tal-Mediterran, Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar ta’
l-Ewropa u Logħob Internazzjonali ieħor li jaqgħu taħt ir-responsabbilità  tal-
Kumitat Olimpiku Malti.
1.2 Il-KOM huwa awtonomu u għandu jżomm iebes kontra kull tip ta’ indħil,
kemm politiku, reliġjuż, razzjali jew ekonomiku, u jikkommetti ruħu li jieħu passi
kontra kull forma ta’ diskriminazzjoni u vjolenza fl-isport. Barra minn hekk, dan l-
istatut għandu, f’kull waqt, ikun konformi maċ-Charter Olimpiku. Il-KOM jaċcetta
li joqgħod għar-regolamenti u l- liġijiet tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali fir-
rigward tal-parteċipazzjoni ta’ atleti fil-Logħob Olimpiku.
1.3 L-Emblema tal-KOM hija ddisinjata hekk: Salib ta’ Malta Aħmar fuq ħames
ċrieki magħquda, magħrufa bħala iċ-"Ċrieki Olimpiċi" - blu, isfar, iswed, aħdar u
aħmar - mpogġija f’dik l-ordni mix-xellug għal-lemin, bil-kulur blu mpoġġi fin-naħa
ta’ fuq tax-xellug. Il-Bandiera għandha tikkonsisti fl-Emblema tal-KOM fuq sfond
abjad. Dawn kienu ġew approvati mill-Kumitat Olimpiku Internazzjonali (KOI) u
huma il-proprjetà  esklussiva tal-KOM. Fil-każ li l-KOM tadotta innu, dan irid jiġi
approvat mill-KOI. L-indirizz tal-KOM għandu jkun fil-Kumpless tal-Pixxina
Nazzjonali, Gżira, jew fi kwalunkwe indirizz ieħor skond ma l-Bord Eżekuttiv jista’
jiddeċiedi minn żmien għal żmien.
1.4 L-ilsien tal-KOM huwa l-Malti. Il-Malti u l-Ingliż għandhom ikunu l-ilsna
uffiċjali tal-KOM u l-amministrazzjoni tista’ għal kull skop uffiċjali tuża xi waħda
minn dawn l-ilsna.
2 GĦANIJIET
2.1 L-għanijiet tal-KOM għandhom ikunu:
2.1.1 Li jinkoraġġixxi u jippromwovi interess f’ak l-isport li jista’ jagħmel
Marsa Boċċi Club Club house u pitch tal-
boċċi
Kumpless Sportiv, Triq
Diċembru Tlettax, Marsa
St George’s Football Club Club house 14 Blokk A, Triq il-
Pellegrina, Bormla
Ċentru Boċċi Buġibba Club house u pitch tal-
boċċi
Islet Promenade, Buġibba
Għaqda Sajjieda Dilettanti
Birżebbuġa
Sit f’Birżebbuġa Birżebbuġa
Birkirkara Scout Group Art f’Baħar iċ-Ċagħaq Baħar iċ-Ċagħaq
Malta Model Aircraft Flying
Association
Art f’Ta’ Qali Ta’ Qali
Klabb/Assoċjazzjoni/
Federazzjoni
Faċilitajiet Indirizz
SPORTS ġ KAP. 455. 39
parti mill-Logħob Olimpiku, Logħob tal-Pajjiżi tal-Commonwealth, Logħob tal-
Pajjiżi tal-Mediterran, Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar ta’ l-Ewropa u Logħob
Internazzjonali ieħor li jaqa’ taħt ir-responsabbilità  tal-KOM.
2.1.2 Li jieħu ħsieb u jekk ikun hemm bżonn jissussidja ir-rappreżentazzjoni
ta’ Malta fil-Logħob Olimpiku, Logħob tal-Pajjiżi tal-Commonwealth, Logħob tal-
Pajjiżi tal-Mediterran, Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar ta’ l-Ewropa u Logħob
Internazzjonali ieħor.
2.1.3 Li jassigura li t-tħejjijiet ta’ parteċipanti prospettivi huma ta’ livell li
jiggarantixxu parteċipazzjoni bl-unuri f’kull okkażjoni.
2.1.4 Li jikkontribwixxi b’kull mod għat-tixrid tal-Prinċipji Fundamentali tal-
Moviment Olimpiku. Għalhekk il-KOM għandu:
a) Ixerred il-prinċipji fundamentali tal-Olimpiżmu fuq livell nazzjonali fil-
qafas ta’ attività  sportiva u b’xi mod ieħor jikkontribwixxi, fost ħwejjeġ
oħra, għat-tixrid ta’ l-Olimpiżmu fil-programmi ta’ tagħlim ta’ l-
edukazzjoni fiżika u sport fl-iskejjel u stabbilimenti universitarji. Il-
KOM għandu jara li joħloq istituzzjonijiet li jiddedikaw lilhom
infushom għall-edukazzjoni Olimpika u b’mod partikolari jieħu ħsieb
it-twaqqif u attivitajiet ta’ Akkademji Olimpiċi Nazzjonali, Mużewijiet
Olimpiċi u programmi kulturali marbuta mal-Moviment Olimpiku.
b) Jiggarantixxi li jiġi osservat iċ-Charter Olimpiku.
ċ) Jinkoraġġixxi l-iżvilupp ta’ l-isport.
d) Jgħin fit-taħriġ ta’ amministraturi sportivi.
e) Jiġġieled kontra l-użu ta’ sustanzi u proċeduri projbiti mill-KOI jew il-
Federazzjonijiet Internazzjonali.
f) Jaħdem biex iżomm relazzjonijiet ta’ ħbiberija u ta’ koperazzjoni ma’
korpi governattivi pertinenti. Madankollu, il-KOM għandu jżomm l-
awtonomija tiegħu u jżomm iebes kontra kull tip ta’ indħil, inkluż dak
ta’ natura politika, reliġjuża jew ekonomika, li jista’ jxekklu milli
josserva ċ-Charter Olimpiku.
2.1.5 Li joffri soluzzjonijiet għad-diversi problemi sportivi f’Malta u li
jiżviluppa l-isport b’mod ġenerali f’Malta.
2.1.6 Il-Kumitat Olimpiku Malti, organizzazzjoni fi ħdan il-Moviment
Olimpiku, b’dan jaċċetta li jirrispetta l-pattijiet taċ-Charter Olimpiku u l-Kodiċi tal-
Moviment Olimpiku ta’ Kontra d-Doping u li joqgħod ghad-deċiżjonijiet tal-KOI.
Il-KOM jaċċetta, li skond il-missjoni u rwol fuq livell nazzjonali,
jipparteċipa f’azzjonijiet li jippromwovu l-paċi u li jippromwovu il-parteċipazzjoni
tan-nisa fl-isport, u li jagħti appoġġ u jinkoraġġixxi il-promozzjoni ta’ etika
sportiva, li jiġġieled kontra d-doping u li b’mod responsabbli juri interess lejn
materji ambjentali.
2.1.7 Il-missjoni tal-KOM hija li tiżviluppa u tipproteġi l-Moviment Olimpiku
f’Malta skond iċ-Charter Olimpiku. Sabiex iwettaq il-missjoni tiegħu, il-KOM jista’
jikkopera ma’ korpi governattivi jew mhux governattivi. Madankollu, il-KOM
m’għandu qatt jassoċja ruħu ma’ xi attività  li tmur kontra ċ-Charter Olimpiku.
AFFILJAZZJONI
3.1 Il-KOM għandu jkun affiljat fil-Kumitat Olimpiku Internazzjonali, il-
Federazzjoni għal-Logħob tal-Commonwealth, l-Organizzazzjonital-Logħob tal-
Mediterran u tal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar ta’ l-Ewropa. Il-KOM jista’ wkoll
jaffilja ma’ kwalunkwe organizzazzjoni sportiva internazzjonali oħra.
40 KAP. 455. ħ SPORTS
4 KOSTITUZZJONI
4.1 Il-KOM għandu jkun magħmul minn:
4.1.1 Assoċjazzjonijiet affiljati/federazzjonijiet/għaqdiet sportivi.
4.1.2 Il-President u s-Segretarju Ġenerali tal-KOM.
4.1.3 Il-membru(i) Maltin tal-KOI.
4.1.4 Persuni Olimpiċi kif indikat fl-artiklu 5.1.15.
4.1.5 Il-Gvern jew awtoritajiet pubbliċi oħra m’ghandhomx jaħtru xi membri
ta’ Kumitat Olimpiku Nazzjonali.
4.1.6 Il-membri individwali tal-KOM, minbarra dawk li jiddedikaw lilhom
infushom għall-amministrazzjoni ta’ l-isport, m’għandhomx jaċċettaw salarju jew
bonus ta’ ebda tip bħala kumpens għat-twettiq tax-xogħol tagħhom.
4.1.7 Membru, membru onorarju jew kwalunkwe persuna mkeċċija mill-KOI
ma tistax tkun membru tal-KOM.
ELIĠIBILITÀ  GĦALL-AFFILJAZZJONI
5.1 L-assoċjazzjonijiet/federazzjonijiet/għaqdiet sportivi kollha mwaqqfa
lokalment kif imiss, li jorganizzaw, fuq livell nazzjonali, sport li jagħmel parti mill-
programm ta’ xi logħob li jaqa’ taħt ir-responsabbilità  tal-KOM, jew sport li jew hu
rikonoxxut mill-KOI jew xi sport ieħor, inkluż sport tradizzjonali, għandu jkun
eliġibbli għall-affiljazzjoni fil-KOM.
Il-KOM għandu jiġbor fih il-federazzjonijiet nazzjonali kollha affiljati fil-
federazzjoni internazzjonali li tmexxi l-isport inkluż fil-programm tal-Loghob
Olimpiku jew rappreżentanti maħtura minnhom (sa mhux aktar minn ħamsa minn
dawn il-federazzjonijiet nazzjonali). Għandha tingħata evidenza li dawn il-
federazzjonijiet nazzjonali jeżerċitaw attività  sportiva speċifika u ġenwina
f’pajjiżhom jew fil-qasam internazzjonali, partikolarment billi jorganizzaw u
jipparteċipaw f’kompetizzjonijiet u jimplimentaw programmi ta’ taħriġ għall-atleti.
Il-KOM m’għandux jirrikonoxxi aktar minn federazzjoni nazzjonali waħda għal kull
sport immexxi minn dik il-federazzjoni internazzjonali.
Atleti jew atleti rtirati li jkunu ħadu sehem fil-Logħob Olimpiku,
madankollu, dawn ta’ l-aħħar għandhom jirtiraw mill-karigi tagħhom ta’ l-anqas sa
l-aħħar tat-tielet Olimpijadi wara l-aħħar Loghob Olimpiku li jkunu ħadu sehem
fihom.
Il-Kumitati Olimpiċi Nazzjonaii jistghu jkollhom ukoll bħala membri:
a) Federazzjonijiet nazzjonali affiljati fil-federazzjonijiet internazzjonali
rikonoxxuti mill-KOI, li l-isport tagħhom mhuwiex inkluż fil-programm
tal-Logħob Olimpiku.
b) Gruppi multi-sportivi u organizzazzjonijiet oħra li għandhom
orjentazzjoni sportiva jew rappreżentanti tagħhom, kif ukoll ċittadini
tal-pajjiż li jistgħu jsaħħu l-effettività  tal-KOM jew li wettqu servizzi
straordinarji għall-kawża ta’ l-isport ta’ l-Olimpiżmu.
5.1.1 Kull sport partikolari għandu jkun rappreżentat fil-Kumitat Olimpiku
Malti permezz ta’ assoċjazzjoni/federazzjoni/għaqda sportiva waħda.
5.1.2. L-applikazzjonijiet kollha għall-affiljazzjoni għandhom jiġu eżaminati
mill-Bord Eżekuttiv sabiex jiġi verifikat li dawn l-applikazzjonijiet huma konformi
ma’ dawn ir-regolamenti. Il-Bord imbagħad jibgħat ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu
lill-Kunsill għal deċiżjoni finali.
SPORTS ġ KAP. 455. 41
5.1.3 Jekk jirriżulta lill-Bord Eżekuttiv tal-KOM illi xi assoċjazzjoni/
federazzjoni/għaqda sportiva affiljata ma tonorax xi wieħed mill-kriterji għall-
affiljazzjoni kif provdut f’dan l-artikolu, il-Bord Eżekuttiv jirrakkomanda lill-
Kunsill li dik l-assoċjazzjoni/federazzjoni għaqda sportiva tiġi sospiża jew mkeċċija.
Il-Bord Eżekuttiv jista’ wkoll jagħmel rakkomandazzjoni għal kwalunkwe raġuni kif
jidhirlu opportun. Il-Kunsill imbagħad ikollu s-setgħa li jissospendi għal żmien
definit jew ikeċċi lil dik l-assoċjazzjoni/federazzjoni/għaqda sportiva.
5.1.4 Mozzjoni għat-tneħħija ta’ assoċjazzjoni/federazzjoni/għaqda sportiva
affiljata jew ta’ xi membru individwali għandha tidher fuq l-Aġenda tal-laqgħa u
għandu jkollha l-approvazzjoni ta’ mill-anqas żewġ terzi tal-membri preżenti fil-
laqgħa biex tiġi adottata.
5.1.5 Kwalunkwe individwv jista’ jiġi sospiż jew jittieħdu passi b’xi mod
ieħor. Huwa għandu jiġi notifikat permezz ta’ ittra reġistrata fi żmien sebat ijiem
mis-sospensjoni, bid-data u l-perjodu tas-sospensjoni.
5.1.6 Assoċjazzjoni/federazzjoni/għaqda sportiva li tiġi sospiża għandha tiġi
notifikata permezz ta’ ittra reġistrata mhux aktar tard minn sebat ijiem mid-deċiżjoni
u tingħata indikazzjoni tad-data u l-perjodu tas-sospensjoni.
5.1.7 Perjodu ta’ sospensjoni jibda minn dak il-ħin li jiġi mħabbar mill-KOM
sakemm mhux stipulat mod ieħor u ma jiskadix qabel l-għeluq tal-ġurnata msemmija
fid-deċiżjoni.
5.1.8 Kwalunkwe assoċjazzjoni/federazzjoni/għaqda sportiva imwaqqfa
lokalment kif imiss, li mhijiex assoċjazzjoni/federazzjoni/għaqda sportiva affiljata
fil-KOM, u li trid tkun ilha mwaqqfa għal mill-anqas sentejn, tista’ tiġi aċċettata
mill-Kunsill, b’vot unanimu, bħala membru assoċjat tal-KOM.
5.1.9 Assoċjazzjoni/federazzjoni/għaqda sportiva li tista’ potenzjalment issir
membru tal-KOM tinħtieġ vot ta’ maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-Kunsill biex tiġi
aċċettata.
5.1.10 Rappreżentant wieħed ta’ kull membru assoċjat għandu jkollu d-dritt li
jattendi l-laqgħat tal-Kunsill, iżda m’għandux ikollu d-dritt li jivvota.
5.1.11 Membri assoċjati u/jew rikonoxxuti jistgħu jibbenefikaw minn
kwalunkwe programm jew proġett tal-Kumitat Olimpiku Malti.
5.1.12 Il-KOM għandu jirrikonoxxi l-Klabb ta’ Persuni Olimpiċi magħmul minn
atleti jew atleti rtirati li jkunu ħadu sehem fil-Logħob Olimpiku.
5.1.13 Il-Klabb ta’ Persuni Olimpiċi għandu jiġi kostitwit skond kif provdut
f’Appendiċi Ċ.
5.1.14 Għall-iskop li jirrappreżenta l-Klabb ta’ Persuni Olimpiċi fil-Kunsill tal-
KOM, dak l-atleta ikun eliġibbli biss sat-tielet Olimpijadi wara l-aħħar Logħob
Olimpiku li jkun ħa sehem fihom.
5.1.15 Il-Klabb ta’ Persuni Olimpiċi għandu jkollu rappreżentant wieħed fil-
Kunsill.
6 KORP GOVERNATTIV
6.1 Il-Kunsill għandu jkun l-ogħla organu tal-KOM u jkun il-korp li jfassal il-
politika.
6.1.1 Il-President tal-KOM, is-Segretarju Ġenerali tal-KOM u ż-żewġ
rappreżentanti ta’ kull waħda mill-assoċjazzjonijiet/federazzjonijiet/għaqdiet
sportivi, li għandhom il-miżati mħallsa, għandhom jiffurmaw il-Kunsill u għandu
jkollhom id-dritt li jivvutaw. Il-President għandu jkollu wkoll il-vot deċiżiv.
42 KAP. 455. ħ SPORTS
6.1.2  Rappreżentanza legali tal-KOM għandha tkun fdata fil-persuna jew
persuni hekk maħtura ghaċ-ċirkostanza partikolari mill-Kumitat ta’ Tmexxija. Il-
membri kollha eletti għall-Eżekuttiv għandhom jibdew il-kariga immedjatament
wara l-laqgħa li fiha jiġu eletti u jibqgħu fil-kariga sat-tmiem tal-perjodu tal-ħatra
rispettiva tagħhom jew sakemm jirtiraw. Il-membri jkunu eliġibbli biex jerġgħu jiġu
eletti.
6.1.3 Il-Kunsill għandu jkollu s-setgħa li jaħtar mhux aktar minn erba’ membri
co-opted minn barra l-Organizzazzjoni għal perjodu ta’ mhux aktar minn sena.
Madankollu, il-Kunsill jista’ jaħtar kwalunkwe numru ta’ individwi biex jgħinu fuq
xi proġett speċifiku li m’għandux konnessjoni diretta fuq l-amministrazzjoni tal-
KOM.
6.1.4  Il-President u s-Segretarju Ġenerali tal-KOM għandhom iħallu l-kariga
tagħhom ta’ President, Segretarju Ġenerali jew Teżorier ta’ kwalunkwe
Assoċjazzjoni/Federazzjoni/Għaqda Sportiva affiljata, jekk ikunu jokkupaw dawk il-
karigi meta jiġu eletti uffiċjali tal-KOM. Il-President u s-Segretarju Ġenerali tal-
KOM ma jistgħux jokkupaw il-kariga ta’ President, Segretarju Ġenerali jew Teżorier
ma’ xi Assoċjazzjoni/Federazzjoni/Għaqda Sportiva affiljata.
7. IL-KUNSILL
7.1 Il-Kunsill għandu jkollu s-setgħa li jamministra x-xogħol tal-KOM u għandu
jkun kostitwit hekk:
7.1.1 Il-President tal-KOM.
7.1.2 Is-Segretarju Ġenerali tal-KOM.
7.1.3 Il-membru/i Maltin tal-KOI.
7.1.4 Il-membri co-opted iżda mingħajr dritt li jivvutaw.
7.1.5 Żewġ rappreżentanti ta’ kull waħda mill-Assoċjazzjonijiet/
Federazzjonijiet/Għaqdiet Sportivi.
7.1.6 Il-membri tal-Bord Eżekuttiv li mhumiex membri tal-Kunsill, iżda
mingħajr dritt li jivvutaw.
7.1.7 Rappreżentant tal-Klabb tal-Persuni Olimpiċi.
8. REGOLAMENTI TAL-KUNSILL
8.1 Il-Kunsill għandu jiltaqa’ mill-anqas tliet darbiet fis-sena, darba matul Frar/
Marzu, darb’oħra matul Ġunju/Lulju u t-tielet darba matul Novembru/Diċembru.
8.2 Dokumenti li jridu jiġu diskussi u approvati mill-Kunsill għandhom
jintbagħtu lill-membri kollha tal-Kunsill mill-anqas tletin ġurnata qabel il-laqgħa.
8.3 Ħamsa u għoxrin fil-mija tal-membri kollha tal-KOM li għandhom dritt
jivvutaw jiffurmaw quorum waqt il-laqgħat kollha. Jekk ma jkunx hemm quorum sa
siegħa mill-ħin stabbilit, laqgħa oħra għandha tiġi msejħa mhux qabel sebat ijiem u
mhux aktar tard minn xahar mid-data ta’ l-ewwel laqgħa u l-quorum ikun in-numru
ta’ membri preżenti fit-tieni laqgħa.
8.4.1 Dawn li ġejjin għandu jkollhom id-dritt li jivvutaw fil-laqghat kollha:
a) Il-President;
b) Is-Segretarju Ġenerali;
ċ) Il-membru/i Maltin tal-KOI, jekk hemm;
d) Żewġ rappreżentanti ta’ kull waħda mill-Assoċjazzjonijiet/
Federazzjonijiet/Għaqdiet Sportivi.
SPORTS ġ KAP. 455. 43
e) Rappreżentant tal-Klabb tal-Persuni Olimpiċi.
8.4.2 Il-President u s-Segretarju Ġenerali m’għandhomx vot fir-rigward ta’ l-
elezzjonijiet tal-membri tal-Bord Eżekuttiv.
8.5.1 Fi kwistjonijiet marbuta mal-Logħob Olimpiku, jiġu kkunsidrati biss il-
voti mitfugħa mill-federazzjonijiet nazzjonali affiljati fil-Federazzjonijiet
Internazzjonali li jmexxu l-isports inkluż fil-programm tal-Logħob Olimpiku.
8.5.2 Il-KOM m’għandux jirrikonoxxi aktar minn federazzjoni nazzjonali
waħda għal kull sport immexxi minn dik il-Federazzjoni Internazzjonali.
Barra minn dan, dawn il-federazzjonijiet internazzjonali jew ir-
rappreżentanti magħżula minnhom għandhom jikkostitwixxu l-maġġoranza ta’
votanti tal-KOM dwar materji Olimpiċi.
Meta ma jkunx hemm qbil bejn ir-rappreżentanti dwar jekk is-suġġett
diskuss huwiex ta’ materja Olimpika jew mod ieħor, il-President jew il-persuna li
tkun tmexxi l-laqgħa għandu jmexxi skond dak li jikkostitwixxi materja Olimpika
billi jibbaża d-deċiżjoni tiegħu skond ma jipprovdi ċ-Charter Olimpiku. Din id-
deċiżjoni m’għandhiex tiġi kontestata mill-Membri tal-Kunsill.
8.5.3 Ħlief kif speċifikat fl-Artikolu 8.8.2 il-voti kollha għandhom jiġu deċiżi
b’maġġoranza sempliċi tal-membri preżenti.
8.6 Kull votazzjoni f’kull laqgħa tal-Kunsill għandha tiġi deċiża bit-turija ta’ l-
idejn sakemm ma jiġix mitlub vot sigriet minn xi membru.
8.7 Il-laqgħat tal-Kunsill ghħndhom jiġu msejħa mis-Segretarju Ġenerali, wara
diskussjoni ma’ l-Eżekuttiv. Is-Segretarju Ġenerali għandu jinforma lil dawk il-
persuni kollha li għandhom dritt jattendu permezz ta’ ċirkulari li għandha tintbagħat
sa mhux aktar tard minn sittin (60) ġurnata qabel il-laqgħa. Fil-każ aċċidentali li ma
tasalx l-Aġenda jew xi dokument ieħor anness magħha, dan ma għandu bl-ebda mod
jiġi meqjus bħala ksur ta’ dan is-subartikolu.
8.8.1 Emendi għall-Istatut jistgħu jiġu mressqa fl-ewwel laqgħa tas-sena tal-
Kunsill, mill-Bord Eżekuttiv jew minn Assoċjazzjoni/Federazzjoni/Għaqda Sportiva
affiljata sakemm dawn jiġu mgħoddija lis-Segretarju Ġenerali tal-KOM mill-anqas
sitt ġimghat qabel il-laqgħa biex jintbagħtu lill-membri kollha tletin (30) ġurnata
qabel il-laqgħa tal-kunsill.
8.8.2 Emendi mgħoddija jinħtieġu l-approvazzjoni ta’ żewġ terzi tal-membri
preżenti li għandhom id-dritt li jivvutaw. Madankollu emendi għall-appendiċi
jinħtieġu biss maġġoranza sempliċi biex jgħaddu.
8.8.3 Kull tibdil li jirriżulta fl-istatuti kif oriġinarjament approvati mill-KOI
għandhom jiġu mgħoddija lill-KOI biex jiġu approvati.
8.9.1 Fl-aħħar laqgħa tas-sena tal-Logħob Olimpiku l-Kunsill għandu jeleġġi l-
President u s-Segretarju Ġenerali tal-KOM u l-membri tal-Bord Eżekuttiv li
jikkonsisti f Viċi President, Direttur tal-Finanzi, Direttur ta’ l-Isport u tmien (8)
diretturi oħra. Din il-laqgħa għandha tkun magħrufa bħala l-Assemblea Ġenerali
Elettiva.
8.9.2 Ħlief kif provdut aktar ’il quddiem, it-tmien persuni li jġibu l-ogħla
numru ta’ voti matul l-Assemblea Ġenerali Elettiva għandhom jiġu dikjarati eletti.
Fil-każ ta’ voti indaqs għall-aħħar Direttur elett, għandu jkun hemm aktar
elezzjonijiet bejn il-kandidati li jkunu ġabu l-istess numru ta’ voti.
Madankollu, il-persuna li tkun ġabet l-ogħla numru ta’ voti fost dawk il-
persuni li kkontestaw l-elezzjoni, għandha tiġi dikjarata eletta minkejja li ma tkunx
ma’ l-ewwel tmienja, sakemm tkun ġabet minimu ta’ 10% tal-voti validi mitfugħa.
44 KAP. 455. ħ SPORTS
F’dan il-każ l-aħħar kandidat elett jiġi sostitwit minn din il-persuna kif provdut f’dan
is-subartikolu. Jekk l-ebda persuna ma tiġi eletta kif indikat hawn fuq, l-Eżekuttiv
għandu, matul l-ewwel laqgħa tiegħu jaħtar it-tmien direttur co-opted bid-drittijiet
kollha li jivvota.
8.10 Avviżi dwar riżoluzzjonijiet għandhom jaslu għand is-Segretarju Ġenerali
tal-KOM mill-anqas sitt ġimgħat qabel il-laqgħa. Riżoluzzjonijiet mhux notifikati
ma jistgħux jiġu diskussi sakemm isiru l-proċeduri mitluba.
9 BORD EŻEKUTTIV TAL-KOM
9.1.1 Il-Bord Eżekuttiv ikun responsabbli biex jattwa l-politika deċiża mill-
Kunsill u biex imexxi x-xogħol tal-KOM skond dik il-politika.
9.1.2 Il-Bord Eżekuttiv għandu jikkonsisti mill-persuni eletti skond l-artikolu
8. Dawn il-persuni għandhom jokkupaw il-karigi malli jiġu eletti sa l-Assemblea
Ġenerali Elettiva li jmiss. L-Eżekuttiv għandu jaħtar minn fost il-membri tiegħu
diretturi responsabbli għad-diversi dmirijiet imsemmija fl-artikolu 9.2 aktar ’il
quddiem jew kwalunkwe dmir ieħor skond il-ħtieġa tiegħu.
9.1.3 Il-membri Maltin tal-KOI għandhom ikunu membri ex officio tal-Bord
Eżekuttiv.
9.1.4 Id-dmirijiet tal-Bord Eżekuttiv, fost affarijiet oħra, huma:
a) Jieħdu hsieb ix-xoghol kollu tal-KOM (mhux politika);
b) Jieħdu ħsieb ix-xogħol urġenti tal-KOM f’isem il-KOM. Dawn id-
deċiżjonijiet għandhom jiġu ratifikati aktar tard fl-ewwel laqgħa tal-
Kunsill;
ċ) Jiġġeneraw fondi u jieħdu ħsieb it-timijiet li jirrappreżentaw lil Malta.
9.1.5 Il-Bord Eżekuttiv jiġi msejjaħ mill-President jew mis-Segretarju Ġenerali
mill-anqas għaxar darbiet fis-sena jew fuq talba ta’ żewġ membri. Sitt membri
jiffurmaw quorum.
9.1.6 Għandu jkun hemm Kumitat ta’ Tmexxija tal-KOM. Dan għandu jkun
kostitwit mill-President, Viċi President, Segretarju Ġenerali, Direttur tal-Finanzi u
Direttur ta’ l-Isports.
9.1.7 Il-Kumitat ta’ Tmexxija għandu jkun responsabbli għat-tmexxija ta’
kuljum tal-KOM skond il-politika stabbilita mill-Kunsill.
9.1.8 Il-Kumitat ta’ Tmexxija għandu jiltaqa’ skond il-ħtieġa. Tliet membri
jiffurmaw quorum.
9.1.9 Il-minuti tal-Kumitat ta’ Tmexxija għandhom jiġu approvati mill-Kumitat
ta’ Tmexxija. Madankollu, għandhom jiġu mqassma lill-membri kollha tal-Kumitat
Eżekuttiv.
9.1.10 Il-Kumitat ta’ Tmexxija m’għandhux jissellef jew jidħol f’xi kuntratt
għal self ta’ akrtar minn ħamsa u għoxrin elf lira Maltija qabel ma jkun hemm l-
approvazzjoni tal-Kunsill. Il-Kumitat ta’ Tmexxija ma jistax jipoteka proprjetà  tal-
KOM qabel ma jkun hemm l-approvazzjoni tal-Kunsill.
9.1.11 Darba kull sitt xhur il-Kumitat ta’ Tmexxija għandu jiltaqa’ mal-
President ta’ l-Assoċjazzjonijiet/Federazzjonijiet/Għaqdiet Sportivi li l-isport
tagħhom huwa nkluż fl-Olimpjadi li jmiss, u ta’ l-Assoċjazzjonijiet Sportivi/
Federazzjonijiet/Għaqdiet Sportivi separatament. F’każijiet speċjali, jekk il-
President ta’ Assoċjazzjoni/Federazzjoni/Għaqda Sportiva ma jistax jattendi, il-Viċi
President jew is-Segretarju Ġenerali tiegħu jista’ jattendi minflok.
SPORTS ġ KAP. 455. 45
9.2 Dmirijiet Speċifiċi
9.2.1 Id-dmirijiet tal-membri tal-Bord Eżekuttiv huma:
9.2.2 Il-President għandu jmexxi l-laqghat kollha tal-Kunsill, il-Bord Eżekuttiv
u l-Kumitat ta’ Tmexxija. Il-President għandu fl-aħħar nett ikun responsabbli mill-
materji kollha u għandu d-dritt li jagħmel użu mill-vot deċiżiv.
9.2.3 Il-Viċi President għandu jagħmel ix-xogħol kollu tal-President fl-assenza
tiegħu. Huwa jkun responsabbli għat-tmexxija tal-kummissjonijiet kollha tal-KOM u
wkoll jikkordina fir-rigward ta’ dawn il-kummissjonijiet tal-KOM.
9.2.4 Is-Segretarju Ġenerali għandu jkun responsabbli għat-tmexxija tas-
Segretarjat u t-tmexxija ta’ kuljum tal-KOM. Huwa jkun responsabbli wkoll għar-
relazzjonijiet ma’ Assoċjazzjonijiet/Federazzjonijiet/Għaqdiet Sportivi membri.
9.2.5 Id-Direttur tal-Finanzi għandu jkun responsabbli mill-finanzi u għandu
wkoll jippreżenta kull sena budget għall-approvazzjoni tal-Bord Eżekuttiv. Id-
Direttur tal-Finanzi għandu jippreżenta kontijiet verifikati professjonalment tas-sena
preċedenti matul l-ewwel laqgha tal-Kunsill ta’ kull sena, ħlief _għall-ewwel laqgħa
matul l-erba’ snin tal-Kunsill. Huwa għandu jippreżenta l-kontijiet verifikati
professjonalment għall-erba’ snin matul l-Assemblea Ġenerali Elettiva.
9 2.6 Id-Direttur ta’ l-Isport għandu jkun responsabbli mill-programm ta’ l-
isport u l-programm tekniku tal-KOM. Huwa għandu jikkordina ma’ l-
Assoċjazzjonijiet/Federazzjonijiet/Għaqdiet Sportivi membri f’dak li għandu
x’jaqsam ma’ materji tekniċi. Huwa jkun responsabbli wkoll mill-faċilitajiet
sportivi. Huwa jagħmilha ta’ chairperson tal-kummissjoni ta’ l-isport. Huwa jkun
responsabbli mill-materji kollha relatati mal-Logħob Olimpiku, il-Logħob tal-Pajjiżi
tal-Mediterran, il-Logħob tal-Commonwealth, il-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-
Ewropa u l-European Youth Olympic Days.
Dmirijiet oħra tal-membri eletti fuq il-Bord Eżekuttiv jistgħu jinkludu:
9.2.7 Viċi Segretarju Ġenerali li għandu jaħdem b’kollaborazzjoni mill-qrib
mas-Segretarju Ġenerali u jagħmel ix-xogħol tiegħu fl-assenza tiegħu.
9.2.8 Id-Direttur Marketing li jkun responsabbli għall-ippjanar u t-twettieq ta’
programm ta’ marketing. Huwa jkun responsabbli għar-relazzjonijiet ma’ sponsors.
Huwa jissalvagwardja l-emblema u l-marki tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali u
tal-Kumitat Olimpiku Malti.
9.2.9 Direttur tal-Media u Relazzjonijiet Pubbliċi li jkun responsabbli biex
joħloq id-dehra ideali tal-KOM u li jinforma lill-pubbliku dwar l-attivitajiet kollha
organizzati mill-KOM. Huwa jkun responsabbli għall-pubblikazzjonijiet u materji
anċillari kollha tal-KOM.
9.2.10 Direttur Programmi Żgħażagħ li jkun responsabbli biex ifassal politika
dwar atleti żgħażagħ u dwar ir-wol ta’ l-isport fl-edukazzjoni f’kull livell. Huwa
jkun responsabbli għall-organizzazzjoni tal-Logħob għaż-Zgħażagħ (Malta Olympic
Youth Sports Fest) u għall-materji kollha marbuta ma’ l-European Youth Olympic
Days u l-Giochi della Gioventù .
9.2.11 Direttur ta’ l-Akkademja Olimpika li jkun responsabbli biex iwaqqaf l-
Akkademja u li jorganizza korsijiet u seminars fuq bażi regolari għat-tnedija ta’ l-
Olympic Ideals u jkun ukoll responsabbli mil-Librerija ta’ l-Isport u tal-Mużew.
9.2 12  Direttur tar-Relazzjonijiet mal-Gvern li għandu jkun responsabbli biex
jiddiskuti u jtejjeb ir-relazzjonijiet mad-Dipartimenti tal-Gvern (eż Taxxi Interni,
VAT) u Awtoritajiet (Ippjanar, Turiżmu), sabiex itejjeb il-pożizzjoni tal-KOM. il-
federazzjonijiet affiljati tiegħu, u Assoċjazzjonijiet/Federazzjonijiet/Għaqdiet
46 KAP. 455. ħ SPORTS
Sportivi b’mod ġenerali f’Malta.
9.2.13 Direttur responsabbli għal Sport for All.
9.2.14 Direttur responsabbli għall-Etika.
9.2.15 L-Eżekuttiv għandu s-setgħa li jassenja id-dmirijiet imsemmija hawn fuq
kif ukoll dmirijiet oħra li tista’ tittieħed deċiżjoni dwarhom, lil xi wieħed mid-
Diretturi Eżekuttivi, inkluż membri tal-Kumitat ta’ Tmexxija, u jista’ jassenja aktar
minn dmir wieħed hawn imsemmi lill-istess direttur, kif ukoll jassenja parti minn
dawn id-dmirijiet lil direttur u parti lil direttur ieħor.
9.3 Vakanzi
9.3.1 Vakanzi tal-membri tal-Bord Eżekuttiv għandhom jimtlew mhux aktar
tard minn xaharejn mid-data meta jiltaqa’ l-Bord Ezekuttiv u jaċċetta riżenja, jew
raġuni oħra li toħloq vakanza. Laqghat imsejħa għall-iskop biex jiġu eletti uffiċjali
għandhom jiġu notifikati lill-membri kollha mill-anqas ħmistax-il ġurnata qabel.
10 ASSEMBLEA ĠENERALI ELETTIVA
10.1 L-Aħħar laqgħa tal-Kunsill fis-sena tal-Logħob Olimpiku tiġi meqjusa bħala
l-Assemblea Ġenerali Elettiva. L-Aġenda għandha tinkludi biss:
a) Indirizz mill-President.
b) Ħarsa lejn attivitajiet mid-Diretturi.
ċ) Approvazzjoni tal-kontijiet verifikati.
d) Elezzjoni tal-President, il-Viċi President, is-Segretarju Ġenerali, id-
Direttur tal-Finanzi, id-Direttur ta’ l-Isport u tmien (8) diretturi oħra.
e) Ħatra ta’ Awditur kwalifikat.
10.2 Nominazzjoni għal kwalunkwe kariga għandha tkun proposta minn xi
Assoċjazzjoni/Federazzjoni/Għaqda Sportiva u sekondata minn Assoċjazzjoni/
Federazzjoni/Għaqda Sportiva membru oħra. Il-kandidat nominat għandu jindika li
qiegħed jaċċetta din in-nominazzjoni anke jekk issir permezz tal-fax. Għandha
tingħata acknowledgement bil-kitba għan-nominazzjonijiet kollha.
10.3 Dawn in-nominazzjonijiet għandhom jiġu mibgħuta lis-Segretarjat tal-KOM
mill-anqas 42 ġurnata fil-każ tal-President u 28 ġurnata fil-każ tad-Diretturi l-oħra
qabel l-Assemblea Ġenerali Elettiva jew xi laqgħa tal-Kunsill fejn se jkun hemm
elezzjonijiet u għandhom jiġu ċirkolati lill-federazzjonijiet membri kollha għaxart
ijiem qabel dawn il-laqgħat.
11 LAQGĦAT STRAORDINAERJI TAL-KUNSILL
11.1 Laqgħat straordinarji tal-Kunsill għandhom jissejħu f’kull ħin meta jiġu
mitluba mill-President, jew mill-Bord Eżekuttiv jew minn ta’ lanqas wieħed minn
kull erba’ membri ta’ l-Assoċjazzjonijiet/Federazzjonijiet/Għaqdiet Sportivi li
għandhom id-dritt li jivvutaw. L-għanijiet li għalihom tkun qegħda tissejjaħ din il-
laqgħa għandhom ikunu ċari. L-ebda suġġett ieħor għajr dawk speċifikati fl-Aġenda
m’għandhom jiġu deċiżi. "Ħwejjeġ oħra" m’għandhiex tiġi meqjusa bħala suġġett
speċifiku.
12 KUMMISSJONIJIET
12.1 Il-Bord Eżekuttiv għandu jinnomina dawn il-kummissjonijiet u kwalunkwe
kummissjoni oħra hekk kif il-Bord jidhirlu opportun.
a) Medika;
b) Legali;
SPORTS ġ KAP. 455. 47
ċ) Atleti;
d) Nisa.
12.1.1 Iċ-Chairpersons ta’ kull Kummissjoni għandhom jattendu bħala
osservaturi għal-laqgħat tal-Bord Eżekuttiv meta jiġu mitluba jagħmlu dan.
12.1.2 Il-President, il-Viċi President u s-Segretarju Ġenerali jkunu membri ex
officio tal-kummissjonijiet kollha.
12.1.3 Ir-rapporti kollha għandhom jiġu ppreżentati lill-Bord Eżekuttiv bil-
miktub. Dawn ir-rapporti għandhom jiġu ppreżentati wkoll lill-Kunsill.
13 SOTTO KUMITATI
13.1 Sotto kumitati u/jew kumitati speċjali jistgħu jiġu maħtura mill-Kunsill biex
jixtarru u jagħmlu rapporti dwar kwalunkwe kwistjoni li titressaq quddiemhom. In-
numru ta’ persuni biex jiġi mwaqqaf kumitat speċjali jew sotto kumitat u n-numru li
għandu jifforma quorum għandu jiġi deċiż mill-Kunsill.
13.2 Il-President, is-Segretarju Ġenerali u l-Viċi President għandhom ikunu
membri ex officio tal-kumitati kollha. Ir-rapporti għandhom jiġu ppreżentati lill-
Kunsill bil-miktub wara li jinqraw u jiġu adottati għandhom jitniżżlu fil-minuti.
14 APPELLI
14.1 Kwalunkwe deċiżjoni meħuda minn Tribunal ta’ Dixxiplina maħtur mill-
Kumitat Olimpiku Malti tista’ tiġi esklussivament mgħoddija permezz ta’ appell lill-
Qorti ta’ l-Arbitraġġ ta’ l-Isports f’Lausanne, Svizzera, li jirrisolvi t-tilwima darba
għal dejjem skond il-Kodiċi ta’ Arbitraġġ relatata ma’ l-Isport. Iż-żmien biex
jintbagħtu l-appelli huwa wieħed u għoxrin ġurnata wara li tkun waslet id-deċiżjoni
dwar l-appell.
15 RIŻEN JI
15.1 Membri tal-Bord Eżekuttiv li ma jattendux għal tliet laqgħat konsekuttivi
jew għal total ta’ ħamsa minn disa’ laqgħat mingħajr raġuni ġustifikata jew ma
jaqdux dmirhom skond it-terms of reference kif indikat fir-regolament 9.2,
għandhom jiġu meqjusa li mhux qed jaqdu dmirhom sew. Dawn il-persuni għandhom
jiġu meqjusa li rriżenjaw jekk jonqsu milli jiġġustifikaw il-każ tagħhom fl-ewwel
laqgħa tal-Kunsill wara dan in-nuqqas.
15.2 Ittra reġistrata għandha tintbagħat lil dawn il-persuni biex jattendu din il-
laqgha tal-Kunsill.
16 RIŻOLUZZJONIJIET
16.1 Rizoluzzjoni m’għandhiex tiġi annullata sakemm il-kontro riżoluzzjoni
jkollha s-support ta’ żewġ terzi tal-membri preżenti.
17 MATERJI PRIVILEĠĠJATI
17.1 Il-materji kollha diskussi fil-laqgħat tal-KOM għandhom jiġu meqjusa
privileġġjati. Madankollu il-KOM jista’ minn żmien għal żmien jinforma
kwalunkwe Assoċjazzjoni/Federazzjoni/Għaqda Sportiva, jew lill-media bid-
deċiżjoni tiegħu.
18 AĠĠORNAMENT
18.1 Kull affari jew mozzjoni li ma ngħatatx attenzjoni sa l-għeluq tal-laqgħa
għandha tiġi aġġornata u tingħata prijorità  fil-laqgha ta’ wara.
19 SENA FINANZJARJA
19.1 Is-sena finanzjarja tal-KOM tkun mill-bidu ta’ Novembru sa l-aħħar ta’
48 KAP. 455. ħ SPORTS
Ottubru.
20 REGOLAMENTI OLIMPIĊI
20.1 Materji relatati ma’ parteċipazzjoni internazzjonali u mhux koperti bl-istatut
għandhom jiġu ttrattati skond ir-Regolamenti tal-KOI, jew regolamenti li jkopru l-
attività  internazzjonali tal-mument. Fil-każ ta’ dubju dwar l-interpretazzjoni ta’ din
il-kostituzzjoni jew ommissjonijiet jew diskrepanzi bejnu u bejn il-proviżjonijiet
taċ-Charter Olimpiku, dan ta’ l-aħħar għandu jipprevali.
20.2 Il-KOM għandu jikkostitwixxi, jorganizza u jmexxi d-delegazzjoni tiegħu
fil-Logħob Olimpiku u fil-kompetizzjonijiet multi-sport reġjonali, kontinentali jew
mundjali taħt il-patroċinju tal-KOI. Il-KOM għandu jkun responsabbli għall-imġieba
tal-membri tad-delegazzjoni.
20.3 Il-Kumitat Olimpiku Malti għandu jkollu l-poteri esklussivi għar-
rappreżentazzjoni ta’ Malta fil-Logħob Olimpiku u fil-kompetizzjonijiet multi-sport
reġjonali, kontinentali jew mundjali taħt il-patroċinju tal-KOI.
Il-Kumitat Olimpiku Malti għandu l-awtorità  li japplika biex jorganizza
Logħob f’Malta. Il-KOM għandu josserva r-regolamenti 31 - 35 u l-ordnijiet għar-
regolamenti 31 u 32 taċ-Charter Olimpiku.
21 SOSPENSJONI
21.1 Xi membru li ma jikkonformax mad-direttivi maħruġa miċ-Chairperson
matul kwalunkwe laqgħa jista’ jiġi sospiż miċ-Chairperson.
22 GĦARFIEN TA’ ASSOĊJAZZJONIJIET / FEDERAZZJONIJIET /
GĦAQDIET SPORTIVI NAZZJONALI
22.1 Il-Kunsill tal-KOM għandu jkollu s-setgħa li jagħti l-istatus ta’ membru
msieħeb lil kwalunkwe Assoċjazzjoni/Federazzjoni/Għaqda Sportiva. Dan il-
membru msieħeb jista’ jatttendi laqgħat tal-Kunsill iżda m’għandux ikollu d-dritt li
jivvota. Madankollu, il-President jista’ jagħti lir-rappreżentant ta’ dik l-
Assoċjazzjoni/Federazzjoni/Għaqda Sportiva, id-dritt li jindirizza l-Kunsill.
22.2 Il-Kunsil tal-KOM għandu jkollu s-setgħa li jagħti għarfien lill-
Assoċjazzjonijiet/Federazzjonijiet/Għaqdiet Sportivi. Assoċjazzjoni/Federazzjoni/
Għaqda Sportiva li ġiet rikonoxxuta tista’ tattendi għall-laqgħat tal-Kunsill iżda
m’għandhiex ikollha d-dritt li tivvota.
22.3 L-Assoċjazzjonijiet/Federazzjonijiet/Għaqdiet Sportivi li huma affiljati,
msieħba jew rikonoxxuti għandhom jinfurmaw lill-Kumitat Olimpiku Malti kull
darba li jkollhom laqgħa ġenerali, mill-anqas ħmistax il-ġurnata qabel id-data ta’ din
il-Laqgħa Ġenerali. Il-KOM għandu jaħtar delegat biex jattendi din il-Laqgħa
Ġenerali u biex jirrapporta dwar l-eżitu tal-laqgħa.
22.4 Id-deċiżjonijiet kollha meħuda fi kwalunkwe Laqgħa Ġenerali ta’
Assoċjazzjoni/Federazzjoni/Għaqda Sportiva affiljata għandhom jiġu notifikati lill-
Kumitat Olimpiku Malti fi żmien ħmistax-il ġurnata.
23 MIŻATI TA’ SĦUBIJA
23.1 Il-miżata ta’ sħubija għal sena għandha tkun ħamsa u għoxrin lira Maltija
(Lm25) li għandha titħallas bil-quddiem sal-31 ta’ Jannar ta’ kull sena. Lista ta’ l-
Assoċjazzjonijiet/Federazzjonijiet/Għaqdiet Sportivi kollha affiljati mal-KOM tiġi
ċirkulata matul l-ewwel ġimgħa ta’ Frar u qabel l-ewwel laqgħa tal-Kunsill.
Assoċjazzjonijiet/Federazzjonijiet/Għaqdiet Sportivi li l-miżati tagħhom qegħdin
b’lura b’xahrejn għandhom jiġu sospiżi wara li jiġu infurmati f’dan ir-rigward.
Dawn l-Assoċjazzjonijiet/Federazzjonijiet/Għaqdiet Sportivi jistgħu madankollu
jerġgħu jiġu aċċettati jekk jaġġornaw is-sħubija tagħhom u jħallsu multa li l-KOM
SPORTS ġ KAP. 455. 49
jidhirlu xierqa, iżda li ma tkunx aktar minn mitt lira Maltija (Lm100).
24 XOLJIMENT
24.1 Fil-każ li l-KOM jiġi xolt jew iżarma l-assi għandhom jinqasmu ndaqs bejn
l-Assoċjazzjonijiet/Federazzjonijiet/Għaqdiet Sportivi.
25 INTERPRETAZZJONI TAR-REGOLAMENTI
25.1 IL-KOM huwa l-uniku interpretu ta’ dawn ir-regolamenti iżda fil-każ ta’
dubju dwar l-interpretazzjoni ta’ din il-Kostituzzjoni jew ommissjoni jew
diskrepanzi bejnu u bejn il-proviżjonijiet taċ-Charter Olimpiku, dan ta’ l-aħħar
għandu jipprevali.
26 INTERPRETAZZJONI TA’ L-ISATUT TAL-KOM
F’kaz fejn tkun meħtieġa interpretazzjoni ta’ l-istatut, din issir mill-persuna
li tkun qed tmexxi l-laqgha, wara li tikkonsulta mal-membri tal-Bord Eżekuttiv
prezenti waqt il-laqgħa.
................................................. ....................................................
Imħallef Lino Farrugia Sacco Joseph Cassar
President Segretarju Ġenerali
Data
50 KAP. 455. ħ SPORTS
KONTENUT
Appendiċi A Lista ta’ Federazzjonijiet Olimpiċi
B Lista ta’ Federazzjonijiet mhux Olimpiċi
Ċ Regolamenti dwar Persuni Olimpiċi
Indiċi skond il-paġna:
Paġna Suġġett
1 Isem
2 Għanijiet
3 Affiljazzjoni
3 Kostituzzjoni
3 Eliġibilità  għall-affiljazzjoni
6 Korp Governattiv
6 Il-Kunsill
7 Regolamenti tal-Kunsill
9 Bord Eżekuttiv tal-KOM
10 Dmirijiet Speċifiċi
12 Vakanzi
12 Assemblea Ġenerali Elettiva
12 Laqgħat Straordinarji tal-Kunsill
12 Kummissjonijiet
13 Sotto Kumitati
13 Appelli
13 Riżenji
14 Riżoluzzjonijiet
14 Materji Privileġġjati
14 Aġġornament
14 Sena Finanzjarja
14 Regolamenti Olimpiċi
15 Sospensjoni
15 Għarfien ta’ Assoċjazzjonijiet, Federazzjonijiet, Għaqdiet
Sportivi Nazzjonali
15 Miżati ta’ Sħubija
16 Xoljiment
16 Interpretazzjoni tar-Regolamenti
SPORTS ġ KAP. 455. 51
Indiċi skond is-suġġett
Artilolu Suġġett  Paġna
3 Affiljazzjoni 3
18 Aġġornament 14
14 Appelli 13
10 Assemblea Ġenerali Elettiva 12
9 Bord Eżekuttiv tal-KOM 9
9.2 Dmirijiet Speċifiċi 10
5 Eliġibilità  għall-affiijazzjoni 3
1.3 Emblema 1
8.8 Emendi 8
2 Għanijiet 1
22 Għarfien ta’ Assoċjazzjonijiet,
Federazzionijiet, Għaqdiet Sportivi
Nazzjonali 15
7 Il-Kunsill 6
25 Interpretazzjoni tar-Regolamenti 1
1 Isem 1
6 Korp Governattiv 6
4 Kostituzzjoni 3
12 Kummissjonijiet 12
11 Laqghat Straordinarji tal-Kunsill 12
17 Materji Privileġġjati 14
23 Miżati ta’ Sħubija 15
8 Regolamenti tal-Kunsill 7
20 Regolamenti Olimpiċi 14
15 Riżenji 13
16 Riżoluzzjonijiet 14
19 Sena Finanzjarja 14
5.1.6; 21.1 Sospensjoni ta’ Assoċjazzjoni 16
5.1.5 Sospensjoni ta’ Individwu 5
13 Sotto Kumitati 13
5.1.4 Tneħħija ta’ Federazzjonijiet Affiljati 5
9.3 Vakanzi 12
24 Xoljiment 16
