UGWALJANZA GĦALL-IRĠIEL U N-NISA ġ KAP. 456. 1
KAPITOLU 456
ATT DWAR L-UGWALJANZA
GĦALL-IRĠIEL U N-NISA
Biex iġib ’il quddiem l-ugwaljanza għall-irġiel u n-nisa.
9 ta’ Diċembru, 2003
L-ATT I ta’ l-2003.
Titolu fil-qosor.
għall-Irġiel u n-Nisa.
Tifsir.
teħtieġ xort’oħra -
''diskriminazzjoni'' tfisser diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess,
jew minħabba responsabbiltajiet li ġġib il-familja u tinkludi t-
trattament ta’ persuna b’mod anqas favorevoli mit-trattament
mogħti jew li jista jkun mogħti lil persuna oħra għal raġunijiet ta’
sess jew minħabba responsabbiltajiet li ġġib il-familja u
''jiddiskrimina'' jew ''tiddiskrimina'' għandha tiftiehem skond hekk;
''fastidju sesswali'' tfisser l-attivitajiet illeġittimi elenkati fl-
artikolu 9(1);
''impieg'' tfisser kull attività  bi qligħ inkluż li l-persuna taħdem
għal rasha u tinkludi l-promozzjoni u t-trasferiment għal xi kariga
oħra, kif ukoll l-aċċess għal taħriġ vokazzjonali jew professjonali,
għal kemm żmien idum l-impieg jew l-esekuzzjoni jew it-
terminazzjoni tiegħu;
''Kummissarju'' tfisser il-Kummissarju għall-promozzjoni ta’ l-
ugwaljanza maħtur jew maħtura taħt l-artikolu 11 ta’ dan l-Att, u
''Kummissjoni'' tfisser il-Kummissjoni mwaqqfa taħt dak l-artikolu;
''Ministru'' tfisser il-Ministru responsabbli għall-ugwaljanza;
''taħriġ vokazzjonali'' tinkludi kull tip ta’ taħriġ vokazzjonali u
taħriġ mill-ġdid.
(2) Għall-finijiet ta’ dan l-Att, kemm-il darba r-rabta tas-sens
tat-test ma titlobx tifsira oħra, l-kliem ''raġel'' u ''mara'' jinkludu
rġiel u nisa irrispettivament mill-età  tagħhom.
(3) Għall-finijiet tas-subartikolu (1) ikun hemm
diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess jew minħabba
responsabbiltajiet li ġġib il-familja meta:
(a) jingħata trattament anqas favorevoli, direttament jew
indirettament, lill-irġiel u lin-nisa minħabba fis-sess
jew minħabba responsabbiltajiet li ġġib il-familja
tagħhom;
(b) mara tiġi ttrattata b’mod anqas favorevoli minħabba fi
tqala li tkun teżisti jew li tista’ sseħħ jew it-twellid ta’
tarbija;
(ċ) l-irġiel u n-nisa jiġu ttrattati b’mod anqas favorevoli
2 KAP. 456. ħ UGWALJANZA GĦALL-IRĠIEL U N-NISA
minħabba f’li jkunu ġenituri, r-responsabbiltajiet li
ġġib il-familja jew għal xi raġuni oħra li jkollha
x’taqsam mas-sess;
(d) trattament ibbażat fuq provvediment, kriterju jew
prattika li tqiegħed fi żvantaġġ proporzjon
sostanzjalment ogħla ta’ membri ta’ sess wieħed
kemm-il darba dak il-provvediment, kriterju jew dik il-
prattika ma jkunux xierqa u meħtieġa u jkunu jistgħu
jiġu ġġustifikati permezz ta’ fatturi oġġettivi li ma
jkollhomx x’jaqsmu mas-sess.
(4) Ebda ħaġa fis-subartikolu (2) m’għandha titqies bħala li
tikkostitwixxi diskriminazzjoni sakemm dak it-trattament -
(a) jingħata sabiex in-nisa jkollhom protezzjoni speċjali
matul it-twellid jew it-tqala tagħhom;
(b) ikun jikkostitwixxi miżuri ta’ azzjoni pożittiva bil-
għan li tinkiseb ugwaljanza għall-irġiel u n-nisa.
(5) Dwar l-aċċess għall-impieg, trattament anqas favorevoli li
jkun ibbazat fuq xi karatteristika li jkollha x’taqsam mas-sess
m’għandux jikkostitwixxi diskriminazzjoni meta minħabba fl-
attivitajiet okkupazzjonali partikolari involuti, jew fil-kuntest li fih
dawn jitwettqu, dik il-karatteristika tkun tikkostitwixxi ħtieġa
okkupazzjonali ġenwina u meta dak it-trattament jibqa’ fil-limiti
ta’ dak li jkun adatt u meħtieġ fiċ-ċirkostanzi:
Iżda l-piż tal-prova għandu jkun fuq min jallega li hemm
ħtieġa okkupazzjonali ġenwina.
Skop ta’ dan l-Att. 3. Ebda ħaġa f’dan l-Att m’għandha tiftiehem bħala li tolqot
xi regola dwar il-prattika reliġjuża, l-aċċess għas-saċerdozju jew is-
sħubija f’xi ordni reliġjuż jew komunitajiet reliġjużi oħra.
Diskriminazzjoni 
fl-impieg.
4. (1) Priniċipali ma jistgħux jiddiskriminaw, direttament jew
indirettament, kontra persuna fl-arranġamenti li jsiru biex jiġi
stabbilit jew meta jkun qed jiġi stabbilit min għandu jiġi offrut
impieg jew fil-pattijiet u l-kondizzjonijiet li l-impieg jiġi offrut
abbażi tagħhom jew fid-deċiżjoni dwar min għandu jkun mkeċċi
mix-xogħol.
Kap. 452.
(2) Mingħajr preġudizzju għad-diposizzjonijiet ta’ l-artikolu 26
ta’ l-Att dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali, prinċipali
jitqiesu wkoll li jkunu ddiskriminaw kontra persuna jekk dawk il-
prinċipali -
(a) imexxu x-xogħol, jagħtu promozzjonijiet, iqassmu l-
ħidma, joffru opportunitajiet ta’ taħriġ jew xort’oħra
jirranġaw il-kondizzjonijiet tax-xogħol hekk li
impjegati jiġu assenjati status inqas favorevoli minn
oħrajn minħabba fis-sess jew minħabba
responsabbiltajiet li ġġib il-familja; jew
(b) jibdlu l-kondizzjonijiet tax-xogħol, jew il-pattijiet ta’
impieg ta’ impjegati għad-detriment ta’ dawk l-
impjegati wara li dawk l-impjegati jkunu invokaw xi
dritt mogħti lilhom taħt dan l-Att jew ikunu talbu it-
twettiq favur tagħhom ta’ xi obbligazzjoni jew dmir
UGWALJANZA GĦALL-IRĠIEL U N-NISA ġ KAP. 456. 3
taħt dan l-Att; jew
(ċ) jonqsu mill-obbligazzjoni li għandhom li jissopprimu
l-fastidju sesswali kif provdut taħt l-artikolu 9(2).
Rapport fuq il-
proċeduri ta’ 
impieg.
5. (1) Ikun id-dmir ta’ prinċipali fuq talba ta’ persuna li
tallega li jkun sar fastidju sesswali jew diskriminazzjoni kontriha,
jew fuq talba li ssirilhom mill-Kummissarju li jaġixxu minħabba
f’xi lment jew xort’oħra, li jipprovdu lil dik il-persuna jew lill-
Kummissarju, skond il-każ u fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol
minn meta ssir dik it-talba, rapport fuq l-allegazzjoni li tkun saret
jew il-proċeduri użati mill-prinċipali fil-kwistjoni allegata li
tikkostitwixxi fastidju sesswali jew diskriminazzjoni bħal dik.
(2) Il-prinċipali ikollhom jedd għar-rifużjoni ta’ dawk l-
ispejjeż raġonevoli li jsiru minnhom biex jabbozza u jagħmel ir-
rapport mingħand il-persuna li titlob dak ir-rapport:
Iżda dawk l-ispejjeż jistgħu jintalbu mingħand il-persuna
responsabbli għal fastidju sesswali jew diskriminazzjoni jekk
jirriżulta li dak il-fastidju sesswali jew diskriminazzjoni fil-fatt
ikun seħħ.
Banek u 
istituzzjonijiet 
finanzjarji.
6. (1) Ebda bank jew istituzzjoni finanzjarja jew kumpannija
ta’ l-assigurazzjoni m’għandhom jiddiskriminaw kontra xi persuna
fl-għoti ta’ xi faċilità  dwar it-twaqqif, it-tagħmir jew l-
inawgurazzjoni jew l-estensjoni ta’ xi negozju jew l-
inawgurazzjoni jew l-estensjoni ta’ xi għamla ta’ impieg ta’
persuna għal rasha jew ta’ l-assigurazzjoni ta’ dak in-negozju jew
ta’ dik il-persuna.
(2) Ebda ħaġa fis-subartikolu (1) m’għandha titqies li
tikkostitwixxi diskriminazzjoni sakemm il-kondizzjonijiet li
taħthom tiġi offruta jew miżmuma l-faċilità  jew l-assigurazzjoni
jkunu jirriflettu konsiderazzjonijiet ġenwini bbażati fuq ir-riskju
finanzjarju fl-għoti ta’ dawk il-faċilitajiet jew ta’ dik l-
assigurazzjoni.
Parteċipazzjoni ta’ 
konjuġi fl-
attivitajiet ta’ 
sieħeb minnhom 
bħala persuna li 
tkun taħdem għal 
rasha.
7. (1) Il-konjuġi ta’ ħaddiema li jaħdmu għal rashom li ma
jkunux impjegati tagħhom jew sħab magħhom, u li jipparteċipaw
fl-attivitajiet tal-ħaddiema li jaħdmu għal rashom u li jwettqu l-
istess ħidmiet jew ħidmiet anċillari bħal konjuġi tagħhom, ikollhom
jedd jirċievu mingħand il-konjuġi tagħhom kumpens xieraq għall-
attività  tagħhom li jkun daqsinsew il-valur tal-kontribuzzjoni li
huma jagħmlu.
(2) Id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) ma japplikawx meta
tkun tissussisti bejn il-konjuġi sistema ta’ komunjoni ta’ l-akkwisti
jew ta’ komunjoni tar-residwi taħt amministrazzjoni separata.
Edukazzjoni u 
gwida 
vokazzjonali.
8. (1) Ebda stabbiliment edukattiv jew stabbiliment ieħor li
jagħti taħriġ jew gwida vokazzjonali ma jista’ jiddiskrimina kontra
xi ħadd -
(a) fl-attendenza għal xi kors, taħriġ jew gwida
vokazzjonali; jew
(b) fl-għoti ta’ appoġġ edukattiv għal studenti jew
trainees; jew
4 KAP. 456. ħ UGWALJANZA GĦALL-IRĠIEL U N-NISA
(ċ) fl-għażla u fl-implimentazzjoni tal-kurrikula; jew
(d) fil-valutazzjoni ta’ kull ħila jew konoxxenza ta’ l-
istudenti jew trainees.
(2) Jekk il-persuni responsabbli għal tali stabbilimenti u
entijiet jonqsu milli jwettqu l-obbligu li jkollhom li jissopprimu l-
fastidju sesswali kif provdut taħt l-artikolu 9(2), tali nuqqas ikun
għall-finijiet tas-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu jikkostitwixxi
diskriminazzjoni.
(3) Ikun id-dmir ta’ stabbilimenti u entijiet edukattivi li
jipprovdu taħriġ vokazzjonali, fil-parametri tal-kompetenza
tagħhom li jiżguraw li l-kurrikula u l-kotba skolastiċi ma jkunux
jippropagaw ebda diskriminazzjoni.
Fastidju sesswali.
Kap. 452.
9. (1) Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet ta’ l-
artikolu 29 ta’ l-Att dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali,
persuni ma jistgħux jagħtu fastidju sesswali lil xi persuni oħra,
jiġifieri:
(a) li jassoġġettaw lil persuni oħra jagħmlu xi att ta’
intimità  fiżika; jew
(b) li jitolbu favuri sesswali mingħand persuni oħra; jew
(ċ) li jassoġġettaw lil persuni oħra għall-għemil ta’ xi att
jew it-twettieq ta’ xi mġieba li jkollhom
konnotazzjonijiet sesswali, inklużi kliem mitkellma,
mossi jew l-għemil, il-wiri jew iċ-ċirkolazzjoni ta’
kliem miktuba, stampi jew xi materjal ieħor, meta l-att,
il-kliem jew l-imġieba ma jkunux jogħġbu lill-persuni
li jkunu indirizzati lejhom u jkunu jistgħu
raġonevolment jitqiesu bħala li huma offensivi,
umiljanti jew intimidatorji fir-rigward tal-persuni li
jkunu diretti lejhom, jew
(d) meta l-persuni hekk assoġġettati jew mitluba jiġu
ttrattati b’mod anqas favorevoli minħabba f’li għax
dawk il-persuni jkunu ċaħdu jew ċedew għal dak l-
assoġġettament jew talba, jista’ jkun raġonevolment
antiċipat li dawk il-persuni jkunu se jiġu ttrattati b’dak
il-mod.
(2) (a) Persuni responsabbli għal xi post tax-xogħol,
stabbiliment jew enti edukattivi li jipprovdi taħriġ jew
gwida vokazzjonali jew għal xi stabbiliment fejn jiġu
offruti oġġetti, servizzi jew faċilitajiet ta’
akkomodazzjoni lill-pubbliku, m’għandhomx
jippermettu lil persuni oħra li jkollhom jedd ikunu
preżenti fi, jew li jagħmlu użu minn xi faċilità , oġġett
jew servizz ipprovdut f’dak il-post, li jġarrbu fastidju
sesswali f’dak il-post.
(b) Persuni li jkunu responsabbli kif hawn qabel imsemmi
jistgħu jiddefendu ruħhom dwar dak li jkunu għamlu
billi jġibu prova li huma jkunu ħadu dawk il-passi li
jistgħu jkunu raġonevolment prattikabbli biex
jipprevjenu dak il-fastidju sesswali.
UGWALJANZA GĦALL-IRĠIEL U N-NISA ġ KAP. 456. 5
(3) Persuni li jagħtu fastidju sesswali lil xi ħadd ieħor ikunu
ħatja ta’ reat kontra dan l-artikolu u jistgħu, mingħajr preġudizzju
għal kull responsabbiltà  ulterjuri taħt kull liġi oħra, meta jinsabu
ħatja jeħlu multa ta’ mhux iżjed minn elf lira jew priġunerija għal
mhux iżjed minn sitt xhur jew dik il-multa u priġunerija flimkien.
Reklam 
diskriminatorju.
Kap. 452.
10. (1) Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet ta’ l-
artikolu 26 ta’ l-Att dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali,
persuni ma jistgħux jippubblikaw, jew jesponu jew iġiegħlu li jiġi
pubblikat jew espost xi reklam, jew, xort’oħra li jirreklamaw post
battal għal xi impieg li jkun jiddiskrimina bejn min ikun qed ifittex
ix-xogħol jew jitlob mingħand min ikun qed ifittex ix-xogħol
informazzjoni li tkun tirrigwarda l-ħajja privata tagħhom jew il-
pjanijiet li jkollhom dwar it-tkabbir tal-familja tagħhom:
Iżda d-disposizzjonijiet ta’ dan is-subartikolu
m’għandhomx japplikaw f’dawk il-każijiet fejn il-prinċipali jġibu
prova li x-xogħol li jkollu x’jaqsam ma’ dak li jkun ġie reklamat
ikun jista’ biss isir minn persuna ta’ xi sess speċifiku.
(2) Persuni ma jistgħux jippubblikaw jew jesponu jew iġiegħlu
li jiġi ppubblikat jew espost xi reklam li jkun jippromwovi d-
diskriminazzjoni jew li jkun xort’oħra jiddiskrimina.
(3) Persuni li jiksru s-subartikolu (1) jew (2) ikunu ħatja ta’
reat kontra dan l-artikolu u jistgħu, meta jinsabu ħatja, jeħlu l-pieni
li hemm għall-kontravvenzjonijiet.
(4) Għall-finijiet tas-subartikolu (1), reklamar tinkludi t-tixrid
ta’ informazzjoni dwar il-post battal bil-fomm minn persuna għall-
oħra.
Kummissjoni 
Nazzjonali għall-
Promozzjoni ta’ l-
Ugwaljanza għall-
Irġiel u n-Nisa.
11. (1) Il-Prim Ministru għandu bil-parir tal-Ministru jaħtar
Kummissjoni li tkun magħrufa bħala l-Kummissjoni Nazzjonali
għall-Promozzjoni ta’ l-Ugwaljanza għall-Irġiel u n-Nisa (hawn
iżjed ’il quddiem imsejjħa ''il-Kummissjoni'') komposta minn
president li jissejjaħ jew tissejjaħ il-Kummissarju għall-
Promozzjoni ta’ l-Ugwaljanza (hawn iżjed ’il quddiem imsejjaħ ''il-
Kummissarju'') u sitt membri oħra, li mill-anqas tlieta minnhom
ikunu nisa.
(2) Il-membri kollha tal-Kummissjoni jinħatru mill-Prim
Ministru minn fost dawk il-persuni li jkun jidhirlu li jkunu l-aktar
adatti li jittrattaw kwistjonijiet ta’ ugwaljanza għall-irġiel u nisa, u,
jew, kwistjonijiet amministrattivi li jkollhom x’jaqsmu ma’ dan.
(3) Il-membri tal-Kummissjoni għandhom jibqgħu fil-kariga
għal żmien sentejn u jistgħu jerġgħu jiġu maħtura fi tmiem iż-
żmien tal-kariga.
(4) Il-Prim Ministru jista’ jtemm il-ħatra ta’ membri tal-
Kummissjoni jekk ikun sodisfatt illi persuni:
(a) mingħajr il-kunsens tal-Kummissjoni jkunu naqsu
milli jattendu għal laqgħat tal-Kummissjoni matul
perjodu kontinwu ta’ sitt xhur;
(b) jkunu ġew dikjarati falluti jew ikunu għamlu
arranġament mal-kredituri tagħhom, jew ikunu
6 KAP. 456. ħ UGWALJANZA GĦALL-IRĠIEL U N-NISA
insolventi jew ikunu instabu ħatja ta’ delitt volontarju
kontra l-persuna; jew
(ċ) ma jkunux kapaċi jwettqu dmirijiethom.
(5) Il-quorum tal-Kummissjoni jkun ta’ erba’ membri, li
persuna minnhom tkun il-Kummissarju.
(6) Il-validità  tal-proċedimenti tal-Kummissjoni ma jintlaqtux
b’xi vakanza fost il-membri tal-Kummissjoni jew b’xi difett fil-
ħatra ta’ xi membru.
(7) Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni għandhom jittieħdu bil-
maġġoranza tal-voti tal-membri preżenti. Il-Kummissarju jkollu
jew ikollha wkoll vot deċiżiv.
(8) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u tar-
regolamenti magħmulin taħtu, il-Kummissjoni tista’ taħtar sotto-
kumitati u, b’mod ġenerali, għandha tirregola l-proċeduri tagħha.
Funzjonijiet u 
status tal-
Kummissarju u tal-
Kummissjoni.
12. (1) Dawn il-funzjonijiet li ġejjin jappartjenu lill-
Kummissarju, bl-għajnuna tal-Kummissjoni, jiġifieri:
(a) l-identifikazzjoni, li tiġi stabbilita u aġġornata kull
politika li direttament jew indirettament ikollha
x’taqsam ma’ kwistjonijiet ta’ ugwaljanza għall-irġiel
u n-nisa;
(b) l-identifikazzjoni tal-ħtiġiet ta’ persuni li huma
żvantaġġati minħabba fis-sess tagħhom u li jittieħdu
dawk il-passi fis-setgħa tal-Kummissarju u jiġu
proposti miżuri adatti biex jiġu indirizzati dawk il-
ħtiġiet bl-iktar mod estensiv possibbli;
(ċ) is-sorveljanza ta’ l-implimentazzjoni ta’ kull politika
nazzjonali dwar il-promozzjoni ta’ l-ugwaljanza għall-
irġiel u n-nisa;
(d) il-koordinazzjoni bejn, u li tiġi żgurata l-
koordinazzjoni meħtieġa bejn, dipartimenti tal-gvern u
aġenziji oħra fl-implimentazzjoni ta’ miżuri, servizzi
jew inizjattivi proposti mill-Gvern jew mill-
Kummissjoni minn żmien għal żmien;
(e) li jinżamm kuntatt dirett u kontinwu ma’ korpi lokali u
esteri li jaħdmu fil-kamp ta’ kwistjonijiet ta’
ugwaljanza, u ma’ gruppi, aġenziji jew individwi oħra
skond il-ħtieġa;
(f) li ssir ħidma biex tinkiseb l-eliminazzjoni tad-
diskriminazzjoni bejn l-irġiel u n-nisa;
(g) li jsiru investigazzjonijiet ġenerali bil-għan li jiġi
stabbilit jekk id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att ikunux
qegħdin jiġu mħarsa;
(h) li jiġu investigati lmenti ta’ xorta iktar partikolari jew
individwali sabiex ikun jista’ jiġi stabbilit jekk id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att ikunux qegħdin jinkisru
fil-konfront ta’ min ikun qed jagħmel l-ilment u, meta
hekk jitqies adatt, li jagħmilha jew tagħmilha ta’
medjatur dwar dawk l-ilmenti;
UGWALJANZA GĦALL-IRĠIEL U N-NISA ġ KAP. 456. 7
(i) l-indaġni u l-għoti ta’ pariri jew li jintlaħqu
konklużjonijiet dwar kull ħaġa li jkollha x’taqsam ma’
l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa hekk kif jistgħu jiġu
riferiti mill-Ministru;
(j) li tingħata assistenza, meta u skond ma jkun adatt, lil
persuni li jkunu qegħdin ibatu minn xi
diskriminazzjoni meta dawn jiġu biex jiksbu d-
drittijiet tagħhom taħt dan l-Att;
(k) is-sorveljanza tat-twettiq ta’ dan l-Att, u meta jkun
hekk meħtieġ, fuq talba tal-Ministru jew xort’oħra, li
jiġu ppreżentati proposti biex l-Att jiġi emendat jew
sostitwit;
(l) it-twettiq ta’ kull funzjoni oħra li tista’ tiġi assenjata
b’dan l-Att jew b’kull Att ieħor jew dawk il-
funzjonijiet l-oħra li jistgħu jiġu assenjati mill-
Ministru.
(2) Mal-ħatra li ssir mill-Prim Ministru ta’ l-ewwel membri, il-
Kummissjoni jkollha personalità  ġuridika separata minn dik tal-
Gvern u r-rappreżentanza ġuridika tagħha tkun tvesti fil-
Kummissarju:
Iżda l-Kummissjoni tista’ taħtar lil xi membru tagħha
wieħed jew aktar minn wieħed jew lil xi persuna oħra, biex jidhru
f’isimha u għan-nom tagħha fi proċedimenti ġudizzjarji, u fuq kull
att, kuntratt, ftehim jew dokument li jkun.
Ħaddiema tal-
Kummissjoni.
13. (1) Il-Kummissjoni tkun amministrata minn Direttur
Eżekuttiv li jaġixxi jew taġixxi skond il-politika stabbilita mill-
Kummissjoni u skond dawk l-istruzzjonijiet li jistgħu jingħataw
mill-Kummissarju.
(2) Id-Direttur Eżekuttiv jibqa’ jew tibqa’ fil-kariga taħt dawk
il-pattijiet u kondizzjonijiet li l-Kummissarju, bi ftehim mal-
Ministru, jista’ jew tista’ tistabbilixxi. Meta d-Direttur Eżekuttiv
ikun uffiċjal pubbliku ssekondat mill-Gvern, ikollu jew ikollha d-
dritt mat-tmiem li jibqa’ jew tibqa’ tkun issekondata li jerġa’ jew
terġa’ lura għall-kariga ta’ qabel mingħajr ebda telf ta’ grad jew
senjorità .
(3) Il-Kummissjoni tista’, wara konsultazzjonijiet mal-Ministru
u bla ħsara għall-approvazzjoni ta’ dak il-Ministru dwar l-għadd,
ir-rimunerazzjoni u l-pattijiet u l-kondizzjonijiet tagħhom ta’
servizz, jaħtar lil dawk l-uffiċjali li tqis li jkunu adatti.
(4) Il-Prim Ministru jista’, fuq talba tal-Kummissjoni, minn
żmien għal żmien jordna li uffiċjali pubbliċi jiġu assenjati sabiex
jaqdu dmirijiethom mal-Kummissjoni f’dik il-kapaċità  u b’seħħ
minn dik id-data li tista’ tiġi speċifikata fl-ordni.
(5) Il-perjodu li matulu ordni bħalma hemm imsemmi qabel
għandu jkun japplika għal xi uffiċjali speċifikati fih, għandu
kemm-il darba l-uffiċjali ma jirtirawx mis-servizz pubbliku, jew
xort’oħra jtemmu milli jkunu uffiċjali pubbliċi f’data li tiġi qabel, u
fid-data speċifikata fl-ordni jew meta tiġri xi ġrajja minn dawn li
ġejjin, jiġifieri -
8 KAP. 456. ħ UGWALJANZA GĦALL-IRĠIEL U N-NISA
(a) l-aċċettazzjoni minn dawk l-uffiċjali pubbliċi ta’
offerta ta’ impieg permanenti mal-Kummissjoni; jew
(b) ir-revoka mill-Prim Ministru ta’ xi ordni minnu
magħmula taħt dan l-artikolu dwar dawk l-uffiċjali.
(6) Meta uffiċjali pubbliċi jiġu assenjati biex jaqdu
dmirijiethom mal-Kummissjoni taħt dan l-artikolu, dawk l-uffiċjali
għandhom, filwaqt ta’ dak iż-żmien li matulu dik l-ordni tkun
isseħħ fir-rigward tagħhom, ikunu taħt l-awtorità  amministrattiva u
l-kontroll tal-Kummissjoni, iżda għandhom għal kull fini u raġuni
oħra jibqgħu jitqiesu li jkunu u jiġu ttrattati bħala uffiċjali pubbliċi
u mingħajr preġudizzju għall-ġeneralità  ta’ dak hawn qabel
imsemmi dawk l-uffiċjali pubbliċi -
(a) m’għandhomx fil-perijodu li matulu kienu hekk
assenjati -
(i) ikunu preklużi milli japplikaw għal trasferiment
f’xi dipartiment tal-Gvern skond il-pattijiet u l-
kondizzjonijiet tas-servizz mehmuża mal-ħatra
taħt il-Gvern li huma kellhom fid-data meta
huma jkunu hekk ġew assenjati f’dik il-kariga;
jew
(ii) ikunu impjegati b’mod li r-rimunerazzjoni u l-
kondizzjonijiet ta’ servizz tagħhom jkunu inqas
favorevoli minn dawk li jkunu mehmuża mal-
ħatra taħt il-Gvern li huma kellhom fid-data
meta jkunu ġew hekk assenjati jew li setgħu
intehmżu matul dak il-perijodu li kieku dawk l-
uffiċjali ma jkunux ġew hekk assenjati; u
Kap. 93.
Kap. 58.
(b) ikollhom jedd li s-servizz tagħhom mal-Kummissjoni
jitqiesu bħala servizz mal-Gvern għall-fini ta’ kull
pensjoni, gratwità  jew benefiċċju taħt l-Ordinanza
dwar il-Pensjonijiet u l-Att dwar il-Pensjonijiet lil
Nisa Romol u Tfal Iltiema ; u
(ċ) kull applikazzjoni li ssir taħt il-paragrafu (a)(i)
għandha titqies bl-istess mod bħallikieku l-applikanti
ma jkunux ġew hekk assenjati.
(7) Il-Kummissjoni għandha tħallas lill-Gvern dawk il-
kontribuzzjonijiet li jistgħu minn żmien għal żmien jiġu stabbiliti
mill-Ministru responsabbli għall-finanzi għar-rigward tan-nefqa ta’
pensjonijiet u gratwitajiet li uffiċjali assenjati biex jaqdu
dmirijiethom mal-Kummissjoni jaqilgħu, matul il-perijodu li fih
huma jkunu ġew hekk assenjati.
Finanzjar tal-
Kummissjoni.
14. (1) Il-finanzjament tal-Kummissjoni għandu jsir minn
flejjes allokati lilha mill-Ministru minn flus ivvotati mill-Parlament
għal attivitajiet taħt il-Ministeru relattiv jew minn flus li jistgħu
jingħatawlha jew jiġu allokati lilha minn sorsi oħra f’Malta jew
barra minn Malta.
(2) Mill-inqas xahrejn qabel tmiem is-sena finanzjarja tagħha l-
Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Ministru, pjan ta’ ħidma
(inkluż pjan finanzjarju) li jkun ikopri l-attivitajiet proposti tal-
Kummissjoni matul is-sena finanzjarja li jkun imiss matul is-sena
UGWALJANZA GĦALL-IRĠIEL U N-NISA ġ KAP. 456. 9
finanzjarja li tiġi minnufih wara. Meta jiġi approvat mill-Ministru u
mill-Ministru responsabbli għall-finanzi, dak il-pjan ta’ attività
jkun l-estimi approvat tal-Kummissjoni.
Kontijiet.
u l-ħruġ tagħha u għandha tipprepara u tibgħat lill-Ministru
dikjarazzjonijiet ta’ kontijiet dwar kull waħda mis-snin finanzjarji
tagħha.
Verifika.
awditur jew awdituri maħtura minnha bl-approvazzjoni tal-
Ministru:
Iżda l-Ministru responsabbli għall-finanzi jista’ jeħtieġ li l-
kotba u r-records tal-Kummissjoni jiġu verifikati jew eżaminati
mill-Awditur Ġenerali li jkollu għal dak l-għan is-setgħa li jagħmel
verifika fiżika jew kull verifika oħra, u jista’ jitlob u jikseb dik l-
informazzjoni, skond ma tista’ tenħtieġ.
(5) Is-sena finanzjarja tal-Kummissjoni tibda fl-1 ta’ Jannar u
tintemm fil-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena:
Iżda l-ewwel sena finanzjarja tal-Kummissjoni tibda mal-
bidu fis-seħħ ta’ dan l-Att u ttemm fil-31 ta’ Diċembru tas-sena li
tiġi minnufih wara.
Rapport annwali.
sena kalendarja, imma f’kull każ mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu
tas-sena li tiġi minnufih wara, l-Kummissjoni tista’ tippreżenta lill-
Ministru rapport ta’ l-attivitajiet tagħha matul is-sena (liema
rapport hawnhekk iżjed ’il quddiem f’dan l-artikolu jissejjaħ bħala
''r-rapport annwali'').
(2) Kull rapport annwali għandu jinkludi fih rapport ġenerali
ta’ l-iżviluppi matul il-perjodu li jkun jirrigwarda għal dawk li
huma kwistjonijiet li jinkwadraw fil-funzjonijiet tal-Kummissjoni u
għandhom ukoll jinkludu rapport fuq l-attivitajiet, inizjattivi,
investigazzjonijet u inizjattivi meħudin biex jissopprimu d-
diskriminazzjoni u jippromwovu l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-
nisa.
(3) Il-Ministru għandu, kemm jista’ jkun prattikament malajr
iżda f’kull każ mhux iktar tard minn xahrejn wara li dan jiġi
ppreżentat lilu mill-Kummissjoni, jara li kopja tar-rapport annwali
flimkien ma’ kopja tal-pjan korrenti ta’ attività  u finanzjarju tal-
Kummissjoni jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Eżenzjoni mit-
taxxa fuq l-income.
Kap. 123.
16. Il-Kummissjoni tkun eżenti minn kull obbligu ta’ ħlas ta’
taxxa dwar l-income tagħha, taħt l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income.
Ilmenti u 
investigazzjonijiet.
17. (1) Il-Kummissarju jista’ jibda investigazzjonijiet minn
jeddu dwar kull ħaġa li tinvolvi xi att jew ommissjoni li jkunu
allegatament illeġittimi taħt id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att.
(2) Il-Kummissarju jista’ wkoll jibda investigazzjonijiet malli
jirċievi lment bil-miktub minn persuni li jallegaw li jkunu l-vittma
ta’ xi att jew ommissjoni kontra d-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att.
(3) Jekk ikun jidher lill-Kummissarju li persuni li jkunu
jixtiequ jagħmlu xi lment taħt is-subartikolu (2) ikollhom bżonn l-
10 KAP. 456. ħ UGWALJANZA GĦALL-IRĠIEL U N-NISA
għajnuna biex jifformulaw l-ilment, għandhom jittieħdu jew jiġu
ordnati li jittieħdu mill-Kummissarju dawk il-passi raġonevoli li
jistgħu jkunu meħtieġa biex jassistu lil dawk il-persuni jagħmlu l-
ilment tagħhom.
Azzjoni li l-
Kummissarju jieħu 
wara 
investigazzjoni.
18. (1) Wara li jagħmel jew tagħmel l-investigazzjoni l-
Kummissarju jista’ jew tista’ -
(a) jiċħad jew tiċħad l-ilment, jew
(b) jiddeċiedi jew tiddeċiedi li l-ilment ikun ġie ppruvat u
għaldaqshekk huwa għandu:
(i) meta l-azzjoni li jkun sar ilment dwarha tkun
tikkostitwixxi reat, għandu jsir rapport lill-
Kummissarju tal-Pulizija biex imexxi min-naħa
tiegħu; jew
(ii) meta l-azzjoni li jkun sar ilment dwarha ma
tkunx tikkostitwixxi reat, għandha tiġi
interpellata l-persuna li kontriha jkun sar l-
ilment sabiex tiġi rimedjata s-sitwazzjoni, u
tagħmilha ta’ medjatur bejn min jilmenta u dik
il-persuna bil-għan li tiġi risolta l-kwistjoni.
(2) Ir-riżultanzi tal-Kummissarju taħt is-subartikolu (1) ma
jkunux vinkolanti fuq min jilmenta u l-persuna li kontriha jkun
indirizzat l-ilment kemm-il darba dawn ma jiddikjarawx b’mod
espress u bil-miktub li huma hekk marbutin.
(3) Fir-rigward ta’ investigazzjonijiet ġenerali jew
investigazzjonijiet li jsiru fuq ilmenti mill-Kummissarju, il-
Ministru jista’ jippreskrivi:
(a) l-proċedura li biha l-Kummissarju jista’ jitlob lil xi
persuna tipprovdi dik l-informazzjoni li tista’ tkun
meħtieġa għall-investigazzjoni, kif ukoll iż-żmien sa
meta u l-mod kif dik l-informazzjoni għandha tiġi
pprovduta;
(b) il-proċeduri li għandhom jiġu segwiti meta persuna
tonqos milli tipprovdi dik l-informazzjoni ċ-
ċirkostanzi, li fihom wara investigazzjoni kif hawn
qabel imsemmi, l-Kummissjoni tista’ hi nnifisha tieħu
azzjoni legali.
(4) Regolamenti taħt is-subartikolu (3) jistgħu jipprovdu, fil-
każ ta’ diskriminazzjoni allegata minn xi persuna kontra l-oħra, l-
arranġamenti li bihom il-Kummissjoni tista’ hi nnifisha tirreferi l-
kwistjoni lill-qorti ċivili kompetenti jew lit-Tribunal Industrijali
għal rimedju:
Iżda ebda ħaġa f’dan is-subartikolu m’għandha tipprevjeni
lil xi persuna li jkollha interess legali milli hi nnifisha tibda xi
azzjoni għal rimedju jew meta xi azzjoni tkun ittieħdet mill-
Kummissjoni, milli tintervjeni u ssir parti fil-kawża.
(5) Il-Kummissarju u kull membru ieħor tal-Kummissjoni jew
xi membru tal-ħaddiema tal-Kummissjoni għandhom jittrattaw kull
ħaġa li jsiru jafu biha matul xi investigazzjoni bħala konfidenzjali u
m’għandhomx jiżvelawha kemm-il darba dak l-iżvelar ma jkunx
UGWALJANZA GĦALL-IRĠIEL U N-NISA ġ KAP. 456. 11
meħtieġ matul xi prosekuzzjoni jew azzjoni għal rimedju taħt dan l-
Att.
Proċedimenti 
ċivili.
Kap. 452.
19. (1) Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet ta’ l-
artikolu 30 ta’ l-Att dwar l-Impiegi u r-Relazzjonjiet Industrijali,
kull min jallega li persuna tkun għamlet xi att fil-konfront tiegħu
jew tagħha, li taħt xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att ikun
kontra l-liġi, jkollu jew ikollha dritt ta’ azzjoni quddiem il-qorti
kompetenti ta’ ġurisdizzjoni ċivili fejn jitlob jew titlob lill-qorti
tordna lill-konvenut jiddeżisti mill-attijiet tiegħu jew tagħha kontra
l-liġi u, meta dan ikun japplika, tordna li jsir il-ħlas ta’ kumpens
għal dik il-ħsara li jkun ġarrab jew tkun ġarrbet minħabba f’dak l-
att kontra l-liġi.
(2) Fi proċedimenti taħt is-subartikolu (1) ikun biżżejjed li l-
attur iġib jew iġġib prova ta’ trattament b’mod anqas favorevoli
minħabba fis-sess tiegħu jew tagħha jew minħabba
responsabbiltajiet li ġġib il-familja u l-oneru jkun fuq il-konvenut li
jġib jew iġġib prova li dak it-trattament anqas favorevoli kien
ġustifikat skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att.
Setgħa ta’ għemil 
ta’ regolamenti.
20. Il-Ministru jista’ jagħmel regolamenti b’mod ġenerali
sabiex jagħti seħħ lid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, u l-infurzar
tiegħu, u b’mod partikolari, imma mingħajr preġudizzju għall-
ġeneralità  ta’ dak hawn qabel imsemmi:
(a) biex jiġi pprovdut dwar kull kwistjoni li tkun meħtieġa
jew awtorizzata bl-Att li tiġi preskritta; u
(b) biex jipprovdi għal kull ħaġa relatata ma’ l-ugwaljanza
għall-irġiel u n-nisa; u
(ċ) għall-eżenzjoni ta’ xi persuna, jew klassi ta’ persuni
jew korp, mill-ħtiġiet ta’ l-artikolu 4(1) sakemm dan
ikun jirrigwarda l-artikolu 4(1)(a) u (b), l-artikolu 5 u
l-artikolu 10 skond ma jista’ jiġi speċifikat fir-
regolamenti hawn qabel imsemmija; iżda xi eżenzjoni
bħal dik tista’ biss tiġi preskritta mill-Ministru wara
konsultazzjoni mal-Kummissjoni u sakemm dik l-
ezenzjoni tkun għal perjodu ta’ żmien speċifikat li
jista’ jiġġedded mill-Ministru wara konsultazzjoni
mal-Kummissjoni.
