JIMPLIMENTA MIŻURI TA’ L-ESTIMI ġ KAP. 457. 1
KAPITOLU 457
ATT LI JIMPLIMENTA MIŻURI TA’ L-ESTIMI
Biex jimplimenta diversi miżuri ta’ l-Estimi u miżuri amministrattivi
oħra.
1 ta’ Jannar, 2003
L-ATT II ta’ l-2003.
Titolu fil-qosor.
ta’ l-Estimi.
TAQSIMA I
Dħul fis-seħħ ta’ 
din it-Taqsima.
2. Id-disposizzjonijiet ta’ din it-Taqsima għandhom jitqiesu li
daħlu fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar, 2003.
Tifsir.
Kap. 174.
3. Għall-finijiet ta’ din it-Taqsima, "dħul" għandha l-istess
tifsira bħalma hu mogħti lilha fl-artikolu 2 ta’ l-Att dwar l-
Amministrazzjoni Finanzjarja u Verifika, imma ma tinkludix dħul li
jkun ġej minn self lokali.
Awtorità  li jinġabar 
self.
4. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, il-Gvern
ta’ Malta jista’ jiġbor f’Malta, b’self, somma flus ta’ mhux iżjed
minn mitt miljun lira Maltija.
Kap. 161.
(2) Għall-fini li tinġabar dik is-somma hawn qabel imsemmija,
il-Ministru responsabbli għall-finanzi hu b’dan awtorizzat li joħroġ
stock f'Malta taħt id-disposizzjonijiet ta’ l-Ordinanza dwar Self
Lokali (Stock u Titoli Reġistrati), b’dawk il-pattijiet u
kondizzjonijiet hekk kif l-istess Ministru jista’ japprova.
Skop.
ikunu approprjati u applikati għall-iskop li jitħallsu l-ispejjeż li
jeċċedu d-dħul li jsiru fil-Fond Konsolidat matul is-snin 2001 u
2002, u dawk maħsubin li jsiru matul is-sena 2003:
Iżda kull somma li tissellef taħt din it-Taqsima li tkun
teċċedi s-somma attwalment meħtieġa għall-finijiet imsemmija u li
tifdal bħala bilanċ fil-Fond Konsolidat fi tmiem l-2003 għandha
tintuża biex minnha titħallas kull spiża li teċċedi d-dħul fil-fond
Konsolidat matul l-ewwel sena sussegwenti li matulha jsir dak l-
eċċess.
TAQSIMA II
Emenda ta’ l-Att 
dwar it-Taxxa fuq 
l-Income.
Kap. 123.
6. (1) Din it-Taqsima temenda l-Att dwar it-Taxxa fuq l-
Income, u għandha tinqara u tiftiehem bħala ħaġa waħda ma’ l-Att
dwar it-Taxxa fuq l-Income, hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejjaħ
"l-Att prinċipali".
(2) (a) Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu (ċ) ta’ l-artikolu 22 u
l-paragrafu (a) sa (d) ta’ l-artikolu 25 għandhom jitqiesu li daħlu
fis-seħħ fl-1 ta' Jannar, 2001 u għandhom japplikaw għar-rigward
ta’ sena ta’ stima li tibda fi jew wara l-1 ta’ Jannar, 2002.
(b) Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 9, tal-paragrafu (b) ta’ l-
artikolu 10 u ta’ l-artikoli 12, 18, il-paragrafu (ċ) ta’ l-artikolu 19 u
2 KAP. 457. ħ JIMPLIMENTA MIŻURI TA’ L-ESTIMI
l-artikolu 23 għandhom jitqiesu li daħlu fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar,
2002 u għandhom japplikaw għar-rigward ta’ sena ta’ stima li tibda
fi jew wara l-1 ta’ Jannar, 2003.
(ċ) Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu (a) ta’ l-artikolu 10 u tal-
paragrafi (a) u (b) ta’ l-artikolu 22 għandhom jibdew iseħħu fl-1 ta’
Jannar, 2003 u għandhom japplikaw għar-rigward ta’ sena ta’ stima
li tibda fi jew wara l-1 ta’ Jannar, 2004.
(d) Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 13 għandhom jibdew
iseħħu f’dik id-data li l-Ministru responsabbli għall-finanzi jista’
b’avviż fil-Gazzetta jistabbilixxi.
Żjieda ta’ l-artikolu 
27A ma’ l-Att 
prinċipali.
13. Minnufih wara l-artikolu 27 ta’ l-Att prinċipali, għandu
jidħol dan l-artikolu ġdid li ġej:
''Kif tiġi ttrattata 
t-taxxa meta jkun 
hemm 
amalgamazzjoni-
jiet, diviżjonijiet 
fil-kumpanniji, 
eċċ.
27A.   Minkejja d-disposizzjonijiet li hemm
fl-Atti dwar it-Taxxi, il-Ministru jista’ jagħmel
regoli li jkunu jirregolaw kif għandha tiġi ttratta
t-taxxa ta’ kumpanniji u tal-membri tagħhom u
ta’ korpi jew persuni simili oħra għar-rigward
ta’ amalgamazzjonijiet u diviżjonijiet ta’
kumpanniji, trasferiment ta’ attiv bejn il-
kumpanniji u skambju ta’ azzjonijiet li
jirrigwardaw kumpanniji u għall-finijiet ta’ dan
l-artikolu:
(a) "amalgamazzjoni" tfisser ħidma li
permezz tagħha:
- xi kumpannija waħda jew
iktar, li max-xoljiment tagħha
mingħajr ma jsir stralċ,
tittrasferixxi kull attiv u
passiv li jkollha lil xi
kumpannija oħra li tkun
teżisti bi skambju għall-ħruġ
lill-azzjonisti tagħha ta’ titoli
li jkun jirrappreżentaw il-
kapital ta’ din il-kumpannija
l-oħra, jekk dan ikun
japplika, ħlas bi flus likwidi
li jkun jeċċedi dak il-
perċentwali li jista’ jiġi
preskritt tal-valur nominali,
jew, fin-nuqqas ta’ valur
nominali, tal-valur ta’ l-
ikkuntjar par ta’ dawk it-
titoli,
JIMPLIMENTA MIŻURI TA’ L-ESTIMI ġ KAP. 457. 3
- żewġ kumpanniji jew aktar, li
meta jsir ix-xoljiment
tagħhom mingħajr ma jsir
stralċ, jittrasferixxu kull attiv
u passiv li jkollhom lil xi
kumpannija oħra eżistenti li
jkunu jiffurmaw, bi skambju
għall-ħruġ lill-azzjonisti
tagħhom ta’ titoli li
jirrappreżentaw il-kapital ta’
dik il-kumpannija ġdida, u,
jekk dan ikun japplika, ħlas
bi flus likwidi li ma jkunx
jeċċedi dak il-perċentwali li
jista’ jiġi preskritt tal-valur
nominali, jew fin-nuqqas ta’
valur nominali, tal-valur ta’
ikkuntjar par ta’ dawk it-
titoli,
- kumpannija, li meta jsir ix-
xoljiment tagħha mingħajr
ma jsir ebda stralċ,
tittrasferixxi kull attiv u
passiv li jkollha lill-
kumpannija li jkollha t-titoli
kollha li jirrappreżentaw il-
kapital tagħha;
(b) "diviżjoni" tfisser ħidma li permezz
tagħha kumpannija, meta jsir ix-
xoljiment tagħha mingħajr ebda
stralċ, tittrasferixxi kull attiv u
passiv li jkollha lil xi żewġ
kumpanniji jew iktar li jeżistu jew
ġodda, bi skambju għall-ħruġ pro
rata lill-azzjonisti tagħha ta’ titoli li
jirrappreżentaw il-kapital tal-
kumpanniji li jkunu qed jirċievu l-
attiv u l-passiv u, jekk dan ikun
japplika, ħlas bi flus likwidi li ma
jkunx jeċċedi dak il-perċenteali li
jista’ jiġi ordnat mill-valur
nominali jew, fin-nuqqas ta’ valur
nominali, tal-valur ta’ ikkontjar par
ta’ dawk it-titoli;
4 KAP. 457. ħ JIMPLIMENTA MIŻURI TA’ L-ESTIMI
(ċ) "trasferiment ta’ attiv" tfisser
ħidma li permezz tagħha
kumpannija tittrasferixxi mingħajr
ma jsir l-istralċ tagħha fergħat jew
fergħa waħda jew aktar ta’ l-attività
tagħha lil xi kumpannija oħra bi
skambju għat-trasferiment ta’ titoli
li jirrappreżentaw il-kapital tal-
kumpannija li tkun qed tirċievi it-
trasferiment;
(d) "skambju ta’ azzjonijiet" tfisser
ħidma li permezz tagħha
kumpannija tikseb holding fil-
kapital ta’ kumpannija oħra hekk
illi tikseb maġġoranza tad-drittijiet
ta’ votazzjoni f’dik il-kumpannija
bi skambju għall-ħruġ lill-azzjonisti
tal-kumpannija hawn l-aħħar
imsemmija, bi skambju għat-titoli
tagħhom, ta’ titoli li jkunu
jirrappreżentaw il-kapital tal-
kumpannija preċedenti, u, jekk ikun
japplika, ħlas bi flus likwidi li ma
jkunx jeċċedi dak il-perċentwali li
jista’ jiġi preskritt tal-valur
nominali jew, fin-nuqqas tal-valur
nominali, tal-valur ta’ ikkuntjar par
tat-titoli li jinħarġu bi skambju;
(e) "kumpannija li tittrasferixxi"
għandha tkun tfisser il-kumpannija
li tkun qed tittrasferixxi kull attiv u
passiv li jkollha jew li tkun qed
tittrasferixxi xi fergħa waħda jew
iktar fergħat ta’ l-attività  tagħha;
(f) "kumpannija riceventi" għandha
tkun tfisser il-kumpannija li tkun
qed tirċievi kull attiv u passiv jew
kull fergħa jew fergħa waħda jew
iktar ta’ l-attività  tal-kumpannija li
tittrasferixxi;
(g) "kumpannija akkwiżita" għandha
tfisser il-kumpannija fejn jinkiseb
holding minn kumpannija oħra
permezz ta’ skambju ta’ titoli;
(h) "kumpannija li tikseb" għandha
tfisser il-kumpannija li tikseb
holding permezz ta’ skambju ta’
titoli;
JIMPLIMENTA MIŻURI TA’ L-ESTIMI ġ KAP. 457. 5
TAQSIMA III
Emenda ta’ l-Att 
dwar il-Professjoni 
ta’ l-Accountancy.
Kap 281.
L-emendi kollha huma fis-seħħ u ġew imdaħħlin fl-Att skond
hekk.
TAQSIMA IV
Emenda ta’ l-Att 
dwar id-Dazji ta’ 
Importazzjoni.
Kap. 337.
L-emendi kollha huma fis-seħħ u ġew imdaħħlin fl-Att skond
hekk.
TAQSIMA V
Emenda ta’ l-Att 
dwar it-Taxxa fuq 
Dokumenti u 
Trasferimenti.
Kap. 364.
L-emendi kollha huma fis-seħħ u ġew imdaħħlin fl-Att skond
hekk.
TAQSIMA VI
Emenda ta’ l-Att 
dwar Taxxa tar-
Reġistrazzjoni ta’ 
Vetturi bil-Mutur.
Kap. 368.
L-emendi kollha huma fis-seħħ u ġew imdaħħlin fl-Att skond
hekk.
TAQSIMA VII
Emenda ta’ l-Att 
dwar l-
Amministrazzjoni 
tat-Taxxa.
Kap. 372.
40. (1) Din it-Taqsima temenda l-Att dwar l-
Amministrazzjoni tat-Taxxa, u għandha tinqara u tiftiehem ħaġa
waħda ma’ l-Att dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa, hawn iżjed ’il
quddiem imsejjaħ "l-Att prinċipali".
(2) (a) Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 48 għandhom jibdew
iseħħu fl-1 ta’ Jannar, 2002 u għandhom japplikaw għar-rigward ta’
sena ta’ stima li tibda fi jew wara l-1 ta’ Jannar, 2003.
(b) Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu (a) ta’ l-artikolu 41, ta’ l-
artikolu 42 u tal-paragrafu (ċ) ta’ l-artikolu 44 għandhom jibdew
iseħħu f’dik id-data li l-Ministru responsabbli għall-finanzi jista’
b’avviż fil-Gazzetta jistabbilixxi.
Emenda ta’ l-
artikolu 4 ta’ l-Att 
prinċipali.
41. L-artikolu 4 ta’ l-Att prinċipali għandu jiġi emendat kif
ġej:
(a) is-subartikolu (3) tiegħu għandu jiġi sostitwit b’dan is-
subartikolu ġdid li ġej:
"(3) Ebda ħaġa li tinsab f’dan l-artikolu ma għandha
tipprevjeni l-kxif lil xi rappreżentant awtorizzat
ta’ xi Gvern ieħor ta’ dik l-informazzjoni li tkun
meħtieġa li tinkixef skond -
(a) kull arranġament magħmul taħt l-artikolu
76 ta’ l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income
inkluż il-kxif ta’ dawk il-fatti li jistgħu
jkunu meħtieġa biex jista’ jkun hemm
ħelsien kif kif imiss li jingħata f’Malta jew
(i) "fergħa ta’ attività '' għandha tkun
tfisser l-attiv u l-passiv kollu ta’
diviżjoni ta’ kumpannija li minn
perspettiva organizzattiva
jikkostitwixxu negozju
indipendenti, jiġifieri enti li tkun
kapaċi tiffunzjona bil-mezzi tagħha
nnifisha.".
6 KAP. 457. ħ JIMPLIMENTA MIŻURI TA’ L-ESTIMI
band’oħra taħt kull tali arranġament jew
taħt l-artikolu 89 ta’ l-Att dwar it-Taxxa
fuq l-Income;
(b) kull arranġament ieħor bejn Malta u Stati
oħra jew l-awtoritajiet tagħhom tat-taxxa li
jkun jipprovdi għal skambju reċiproku ta’
informazzjoni għal finijiet ta’ taxxa."; u
(b) L-emenda ġiet fis-seħħ u ġiet imdaħħla fl-Att skond
hekk.
Żieda ta’ l-artikolu 
10A ġdid ma’ l-Att 
prinċipali.
42. Minnufih wara l-artikolu 10 ta’ l-Att prinċipali għandu
jidħol dan l-artikolu ġdid li ġej:
Emenda ta’ l-
artikolu 23 ta’ l-Att 
prinċipali.
44. L-artikolu 23 ta’ l-Att prinċipali għandu jiġi emendat kif
ġej: 
(a) L-emenda ġiet fis-seħħ u ġiet imdaħħla fl-Att skond
hekk;
(b) L-emenda ġiet fis-seħħ u ġiet imdaħħla fl-Att skond
hekk; u
(ċ) minnufih wara t-tieni proviso tas-subartikolu (3)
tiegħu, għandu jiżdied dan il-proviso ġdid li ġej:
"Iżda wkoll id-disposizzjonijiet ta’ dan is-
subartikolu ma għandhomx japplikaw meta t-
tnaqqis tat-taxxa li jsir taħt dan l-artikolu jkun
jirreferi għal income li jitħallas taħt l-artikolu
4(1)(a) ta’ l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income, u li
l-ammont ta’ tnaqqis dwar dak l-income li jista’
jiġi ordnat taħt is-subartikolu (1) ta’ dan l-
artikolu ma jistax jeċċedi 15-il ċenteżmu għal
kull Lira mill-income gross imħallsa u ħadd ma
jista’ jintalab iħallas aktar taxxa dwar dak l-
income, imma dak l-income għandu jiġi
ddikjarat mill-persuna li lilha jitħallas u kull
income ieħor ta’ dik il-persuna għandu jitqies li
jikkostitwixxi l-aħħar parti mill-income ta’ dik
''Kummissarju 
jista’ jitlob 
informazzjoni.
10A.   Il-Kummissarju jista’, kull meta
u kemm-il darba huwa jqis li jkun
meħtieġ, javża bil-miktub lil persuna
biex tagħtih, fi żmien raġonevoli li
jissemma f’dak l-avviż, li ma jkunx ta’
inqas minn tletin ġurnata, dik l-
informazzjoni li tista’ tkun meħtieġa
sabiex tiġi pprovduta informazzjoni lil
awtoritajiet barranin tat-taxxa fejn ikun
hemm arranġamenti bejn Malta u l-Istat
rispettiv jew l-awtoritajiet tiegħu tat-
taxxa għall-iskambju reċiproku ta’
informazzjoni għal finijiet ta’ taxxa u
fejn l-informazzjoni tkun tali li l-
Kummissarju jista’ jiġborha għall-finijiet
ta’ l-Atti dwar it-Taxxi.".
JIMPLIMENTA MIŻURI TA’ L-ESTIMI ġ KAP. 457. 7
il-persuna għal dik is-sena.".
TAQSIMA VIII
Att dwar Dazju tas-
Sisa.
Kap 382.
L-emendi kollha huma fis-seħħ u ġew imdaħħlin fl-Att skond
hekk.
