TPAĊIJA U NETTING F’KAŻ TA’ INSOLVENZA ġKAP. 459. 1
KAPITOLU 459
ATT DWAR TPAĊIJA U NETTING 
F’KAŻ TA’ INSOLVENZA
Biex jipprovdi li jkunu nfurzati dispożizzjonijiet ta’ tpaċija u netting
f’każ ta’ falliment jew insolvenza u biex jemenda diversi liġijiet finanzjarji
u kummerċjali oħra.
1 ta’ Ġunju, 2003
L-ATT IV ta’ l-2003, kif emendat bl-Att I ta’ l-2004.
Titolu fil-qosor.
Netting f’każ ta’ Insolvenza.
Tifsir.
xort’oħra -
''disposizzjoni ta’ close-out netting'' tfisser disposizzjoni
f’kuntratt li bis-saħħa tagħha malli tiġri xi ġrajja speċifikata, sew
bl-operat ta’ netting jew tpaċija jew xort’oħra-
(a) il-benefiċċju taż-żmien biex ikunu sodisfatti
obbligazzjonijiet rilevanti mid-debitur ma jkunx jista’
iktar jiġi mitlub u, jew l-obbligazzjonijiet rilevanti
jsiru dovuti immedjatament u espressi bħala
obbligazzjoni li jitħallas ammont li jirrappreżenta l-
valur kurrenti stmat tagħhom, jew ikunu mitmuma u
sostitwiti b’obbligazzjoni li jitħallas dak l-ammont, u,
jew,
(b) kull obbligazzjoni ta’ parti biex tikkonsenja proprjetà
lill-parti l-oħra jkollha tiġi sodisfatta immedjatament
minkejja kull benefiċċju ta’ żmien mogħti lid-debitur u
tiġi espressa bħala obbligazzjoni li jitħallas ammont li
jirrappreżenta l-valur kurrenti stmat tagħha jew il-
valur tas-sostituzzjoni tagħha jew tkun mitmuma u
sostitwita b’obbligazzjoni li jitħallas dak l-ammont, u
(ċ) jiġi kalkolat dak li jkun dovut minn kull parti lill-parti
l-oħra dwar dawk l-obbligazzjonijiet, u dawk l-
obbligazzjonijiet jiġu li għandhom ikunu sodisfatti bil-
ħlas ta’ somma netta aggregata li tkun daqs il-bilanċ
tal-kont mill-parti li jkollha tagħti l-ogħla ammont;
''netting'' tfisser il-konverżjoni f’talba netta waħda jew
f’obbligazzjoni netta waħda ta’ talbiet u obbligazzjonijiet li jkunu
joħorġu minn xi kuntratt, bir-riżultat li talba netta waħda biss tkun
tista’ ssir jew li obbligazzjoni netta waħda biss tkun dovuta.
Tpaċija u netting.
disposizzjoni ta’ close-out netting jew kull disposizzjoni oħra f’xi
kuntratt li tipprovdi għal jew dwar it-tpaċija jew netting ta’ somom
dovuti minn parti waħda lill-oħra dwar krediti reċiproċi, djun
reċiproċi jew operazzjonijiet reċiproċi oħra għandha tiġi nfurzata
skond it-termini tagħha, sew qabel jew wara l-falliment jew l-
insolvenza, relattivament għal debiti reċiproċi, krediti reċiproċi jew
2 KAP. 459.ħ TPAĊIJA U NETTING F’KAŻ TA’ INSOLVENZA
operazzjonijiet reċiproċi li jkunu nqalgħu jew ġraw qabel il-
falliment jew insolvenza ta’ waħda mill-partijiet, kontra:
(a) il-partijiet fil-kuntratt,
(b) kull garanti jew persuna oħra li tagħmel garanzija għal
xi parti fil-kuntratt,
(ċ) l-istralċjarju, ir-riċevitur, il-kuratur, il-kontrollur, il-
kontrollur speċjali jew uffiċjal ieħor simili ta’ xi
waħda mill-partijiet fil-kuntratt, u
(d) il-kredituri tal-partijiet fil-kuntratt.
(2) Meta dispożizzjoni ta’ close-out netting tkun infurzata,
obbligazzjonijiet espressi f’muniti differenti għandhom ikunu
konvertiti f’munita waħda u dawk l-obbligazzjonijiet għandhom
ikunu sodisfatti bil-ħlas ta’ somma netta aggregata li tkun daqs il-
bilanċ tal-kont mill-parti li minnha jkun dovut l-ogħla ammont.
(3) Kull awtorità jew mandat f’kuntratt biex tkun implimentata
xi disposizzjoni ta’ close-out netting ma jkunx revokat bid-
dikjarazzjoni tal-falliment jew l-insolvenza ta’ xi parti oħra fil-
kuntratt.
(4) Is-subartikolu (1) ma għandux japplika dwar xi ftehim ta’
close-out netting li jkun sar fi żmien li fih il-parti l-oħra kienet taf
jew kellha tkun taf li kien hemm pendenti rikors għax-xoljiment u
l-istralċ tal-kumpannija minħabba insolvenza, jew li l-kumpannija
tkun ħadet passi formali taħt xi liġi applikabbli biex iwasslu għax-
xoljiment u stralċ tagħha minħabba insolvenza.
(5) Is-subartikolu (1) lanqas ma għandu japplika meta l-parti
insolventi tkun individwu jew soċjetà kummerċjali li ma tkunx
kumpannija u l-parti l-oħra kienet taf jew kellha tkun taf bi ġrajjiet
tax-xorta msemmija fis-subartikolu ta’ qabel dan dwar il-parti
insolventi.
(6) Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ kull liġi oħra, ebda ħaġa ma
għandha tillimita jew iddewwem l-applikazzjoni ta’ xi
disposizzjoni ta’ xi kuntratt li tipprovdi jew tirrelata dwar tpaċija
jew netting li xort’oħra setgħat tiġi nfurzata u ebda ordni ta’ xi
qorti jew xi mandat jew inġunzjoni jew ordni simili ieħor maħruġ
minn qorti jew xort’oħra u ebda proċedimenti hi x’inhi x-xorta
tagħhom ma għandu jkollhom effett dwar dik id-dispożizzjoni.
(7) Ebda ħaġa fis-subartikolu (6) ma għandha -
(a) ittellef l-applikazzjoni ta’ xi liġi li tirrendi li netting
jew tpaċija mhux infurzabbli f’xi każ partikolari għal
raġunijiet ta’ frodi jew xi raġuni oħra simili, jew
(b) tippermetti li jkun infurzabbli netting jew tpaċija taħt
dan l-artikolu jekk xi disposizzjoni ta’ kuntratt bejn il-
partijiet konċernati ġġib null netting  jew tpaċija
minħabba frodi jew xi raġuni oħra simili.
Kap. 386.
Kap. 13.
(8) L-artikolu 303, 304 u 315 ta’ l-Att dwar il-Kumpanniji u l-
artikolu 485 tal-Kodiċi tal-Kummerċ għandhom japplikaw biss
dwar disposizzjoni ta’ close-out netting fejn ikun hemm frodi min-
naħa tal-parti fil-ftehim li ma tkunx il-parti insolventi.
TPAĊIJA U NETTING F’KAŻ TA’ INSOLVENZA ġKAP. 459. 3
Ftehim dwar 
obbligazzjonijiet u 
operazzjonijiet.
4. Partijiet f’kuntratt ikunu jistgħu, meta jagħmlu kuntratt -
(a) jiftiehmu fuq xi sistema jew mekkaniżmu li biha l-
partijiet ikunu jistgħu jikkonvertu obbligazzjoni mhux
finanzjarja f’obbligazzjoni monetarja ta’ valur
ekwivalenti u li jivvalutaw dik l-obbligazzjoni għall-
finijiet ta’ xi tpaċija jew netting;
(b) jiftiehmu fuq ir-rata tal-kambju jew il-metodu li
għandu jintuża biex tiġi stabbilita r-rata tal-kambju li
għandha tintuża biex issir xi tpaċija jew netting meta
s-somom li jkunu s-suġġett ta’ tpaċija jew netting
ikunu f’muniti differenti, u li jistabbilixxu il-munita li
biha għandu jsir il-ħlas tas-somma netta;
(ċ) jiftiehmu li kull operazzjoni jew negozji oħra li jsiru
skond xi kuntratt, sew jekk identifikati speċifikament
jew b’riferenza għal xorta jew klassi ta’
operazzjonijiet jew negozji, għandhom jitqiesu bħala
operazzjoni waħda jew negozju wieħed għall-fini tad-
disposizzjonijiet tat-tpaċija jew netting fil-kuntratt u li
dawk l-operazzjonijiet u negozji kollha jkunu meqjusa
bħala operazzjoni waħda jew negozju wieħed mill-
partijiet jew minn xi stralċjarju, riċevitur, kuratur,
kontrollur jew kontrollur speċjali jew minn uffiċjal
ieħor li jaġixxi għall-partijiet jew minn xi qorti.
Applikabilità għal 
fergħat f’Malta.
5. Disposizzjoni ta’ close-out netting li ssir minn parti li tkun
fergħa f’Malta ta’ kumpannija barranija tkun valida u infurzabbli
skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att minkejja d-disposizzjonijet
ta’ kull liġi oħra li tista’ tkun applikabbli għal dik il-parti,
magħduda l-liġi li taħtha dik il-kumpannija tkun kostitwita.
Inapplikabilita ta’ 
l-artikolu 2013 tal-
Kodiċi Ċivili.
Kap. 16.
6. Ċessjoni ta’ kreditu jew ta’ azzjoni li tifforma parti minn
ftehim li jkun fih disposizzjoni ta’ close-out netting ma għandhiex
tkun soġġetta għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 2013(3) tal-
Kodiċi Ċivili.
Setgħa li jsiru 
regolamenti.
Miżjud;
I. 2004.6.
Kap. 16.
7. (1) Il-Ministru jista’ jagħmel regolamenti biex jagħti effett
lid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u, bla ħsara għall-ġeneralità tad-
disposizzjonijiet hawn qabel imsemmija, jista’ b’mod partikolari
jagħmel regolamenti li jittrasponu u jimplimentaw kull Direttiva
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar arranġamenti ta’
kollaterali finanzjarju; u, b’mod partikolari, regolamenti li
għandhom x’jaqsmu ma’ kull aspett li jirrigwarda pattijiet ta’
kollaterali finanzjarju u arranġamenti simili; dawk ir-regolamenti
jistgħu jfissru xi jkun kollaterali finanzjarju, jistgħu jipprovdu
għad-drittijiet u l-obbligi ta’ min jipprovdi l-kollaterali u ta’ min
jagħti l-kollaterali, jistabbilixxu ħtiġiet formali u regoli dwar l-
infurzar ta’ pattijiet ta’ kollaterali finanzjarju u arranġamenti
simili, ir-rikonoxximent ta’ titolu u l-inapplikabilità ta’ xi regoli
tal-Kodiċi Ċivili u ta’ provvedimenti legali li għandhom x’jaqsmu
mal-falliment u l-insolvenza, u l-istess regolamenti jistgħu
jipprovdu għal regoli relattivi dwar konflitti fil-liġijiet u kull ħaġa
oħra inċidentali jew konnessa magħhom.
(2) Regolamenti li jsiru taħt dan l-artikolu jistgħu jsiru u jkunu
pubblikati bl-ilsien Ingliż biss.
