L-UNJONI EWROPEA ġ KAP. 460. 1
KAPITOLU 460
ATT DWAR L-UNJONI EWROPEA
Biex jipprovdi dwar l-adeżjoni ta’ Malta ma’ l-Unjoni Ewropea u sabiex
jagħmel provvedimenti konsegwenti u anċillari għall-istess.
16 ta’ Lulju, 2003
L-ATT V ta’ l-2003.
Titolu fil-qosor u 
bidu fis-seħħ.
1.  (1) It-titolu fil-qosor ta’ dan l-Att huwa l-Att dwar l-
Unjoni Ewropea.
(2) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, minbarra d-
disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu u ta’ l-artikoli 2, 3 u 6 għandhom
jidħlu fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju, 2004:
Iżda qabel l-1 ta’ Mejju 2004 jistgħu jsiru provvedimenti
taħt l-artikolu 4(2), (3) u (4) għall-finijiet hemm fih indikati, iżda
kull provvediment li hekk isir ma għandux jibda jseħħ qabel l-1 ta’
Mejju, 2004.
Tifsir.
teħtieg xort’oħra:
"il-Komunitajiet" tfisser il-Komunità  Ewropea, u l-Komunità
dwar l-Enerġija Atomika Ewropea;
"it-Trattat" tfisser it-Trattat bejn ir-Renju tal-Belġju, ir-Renju
tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-
Repubblika Ellenika, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża,
l-Irlanda, ir-Repubblika Taljana, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu,
ir-Renju ta’ l-Olanda, ir-Repubblika ta’ l-Awstrija, ir-Repubblika
Portugiża, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju ta’ l-Isvezja, ir-
Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (Stati Membri ta’
l-Unjoni Ewropea) u r-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-
Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-
Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-
Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-
Slovenja u r-Repubblika Slovakka, dwar l-adeżjoni tar-Repubblika
Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-
Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika
ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja,
ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka ma’ l-Unjoni
Ewropea, iffirmat f’Ateni fis-16 ta’ April, 2003, li kopja
elettronika tat-test Malti u Ingliż tiegħu ġiet imqiegħda fuq il-
Mejda tal-Kamra fit-23 ta’ Ġunju, 2003, (u li għandha tiġi
ppubblikata f’forma elettronika fit-test Malti u Ingliż tagħha bħala
pubblikazzjoni tal-Gvern) u jinkludi kull trattat, ftehim jew
protokoll ieħor li Malta saret parti fih jew li sar japplika għal Malta
bis-saħħa tiegħu stess;
"l-Unjoni Ewropea" tfisser l-Unjoni Ewropea kif jirreferi għaliha
t-Trattat.
(2) Meta l-Prim Ministru b’ordni jiddikjara li trattat speċifikat
2 KAP. 460. ħ L-UNJONI EWROPEA
fl-ordni, li jkun trattat li tkun daħlet għalih Malta wara s-16 ta’
April, 2003 għandu jitqies bħala ħaġa waħda mat-Trattat kif hawn
iżjed qabel imfisser, l-ordni għandu jkun konklużiv u hekk għandu
jitqies:
Iżda ebda ordni bħal dik ma tista’ ssir qabel ma abbozz
tagħha jkun approvat b’riżoluzzjoni tal-Kamra:
Iżda wkoll li riżoluzzjoni għall-approvazzjoni ta’ abbozz
bħal dan għandha tiġi sottomessa għall-eżami mill-Kumitat
Permanenti għall-Affarijiet Barranin (jew dak il-Kumitat
Permanenti li minn żmien għall-ieħor jissostitwixxi l-istess) li
għandu jiltaqa’ fuq dik il-mozzjoni fi żmien ħmistax-il jum minn
meta tkun ġiet intavolata l-mozzjoni f’liema terminu għandu jsir
rapport lill-Kamra dwar il-mozzjoni u d-diskussjoni dwarha f’dak
il-Kumitat mill-president tiegħu u l-Kamra għandha mal-
preżentazzjoni ta’ dak ir-rapport tipproċedi minnufih biex tivvota
fuq il-mozzjoni mingħajr diskussjoni.
(3) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu "Trattat" u "trattat" jinkludu
kull protokoll jew anness miegħu; "trattat" tinkludi kull ftehim
internazzjonali.
Disposizzjonijiet 
ġenerali.
3. (1) Mill-Ewwel ta’ Mejju 2004, it-Trattat u atti eżistenti u
futuri adottati mill-Unjoni Ewropea għandhom jorbtu lil Malta u
għandhom ikunu parti mil-liġi domestika tagħha taħt il-
kondizzjonijiet stipulati fit-Trattat.
(2) Kull disposizzjoni ta’ liġi li mid-data msemmija tkun
inkompatibbli ma’ l-obbligazzjonijiet ta’ Malta taħt it-Trattat jew li
tidderoga minn xi dritt mogħti lil xi persuna bit-Trattat jew taħtu
għandha, safejn dik il-liġi tkun inkompatibbli ma’ dawk l-
obbligazzjonijiet jew safejn tkun tidderoga minn dawk id-drittijiet,
tkun bla effett u ma tkunx tista’ tiġi infurzata.
Implimentazzjoni 
ġenerali tat-Trattat.
4.* (1) Dawk id-drittijiet, setgħat, responsabbiltajiet, obbligi u
restrizzjonijiet li minn żmien għal żmien jinħolqu jew joħorġu
minn jew taħt it-Trattat, u dawk ir-rimedji u proċeduri kollha li
minn żmien għal żmien ikun hemm provdut dwarhom bi jew taħt it-
Trattat, li skond it-Trattat għandhom, mingħajr ebda ħtieġa oħra ta’
għemil ta’ liġi, jingħataw effett legali jew jintużaw f’Malta,
għandhom jiġu rikonoxxuti u jkunu legalment invokabbli, u jiġu
infurzati, permessi u mħarsa bħala tali.
Kap. 249.
(2) Sabiex jingħata seħħ lid-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 3 u
bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (4) ta’ dan l-
artikolu, il-Prim Ministru jew, u, kull Ministru jew Awtorità
imsemmija jistgħu, b’ordni, (għal-liema ordni għandhom japplikaw
id-disposizzjonijiet ta' l-artikolu 11 ta’ l-Att dwar l-
Interpretazzjoni) jagħmlu provvediment:
(a) għall-fini li tiġi implimentat kull obbligu ta’ Malta,
jew li jkun jista’ jiġi implimentat kull obbligu bħal
dak, jew biex ikun jista’ jiġi eżerċitat kull dritt gawdut
jew li għandu jiġi gawdut minn Malta taħt jew bis-
saħħa tat-Trattat; jew
*Dan l-artikolu għandu jibda jseħħ fl-1 ta’ Mejju, 2004 - iżda ara l-artikolu 1(2).
L-UNJONI EWROPEA ġ KAP. 460. 3
(b) biex isir dwar kull materja li toħroġ minn jew li tkun
relatata ma’ kull obbligu jew dritt bħal dak jew għall-
fini tad-dħul fis-seħħ, jew it-tħaddim minn żmien għal
żmien, tas-subartikolu (1);
u fl-eżerċizzju ta’ kull setgħa jew dmir taħt xi liġi, inkluża kull
setgħa li jingħataw direzzjonijiet jew li tilleġisla permezz ta’
ordnijiet, regoli, regolamenti jew xi istrument subordinat ieħor, min
ikollu dik is-setgħa jew dak id-dmir jista’ jagħti każ ta’ l-għanijiet
ta’ l-Unjoni Ewropea u tal-Komunitajiet u dawk l-obbligi jew
drittijiet kif hawn qabel imsemmija.
F’dan is-subartikolu "Ministru jew Awtorità  msemmija"
tfisser dak il-Ministru jew Awtorità  governattiva li jistgħu minn
żmien għal żmien ikunu hekk imsemmija b’ordni tal-Prim Ministru
fir-rigward ta’ kull materja jew għal kull għan li jkun, iżda bla
ħsara għal dawk ir-restrizzjonijiet jew kondizzjonijiet (jekk ikun
hemm) li jistgħu jiġu speċifikati fl-ordni.
(3) Il-provvediment li jista’ jsir taħt is-subartikolu (2) jinkludi,
bla ħsara għas-subartikolu (4), kull provvediment bħal dak (ta’ kull
estensjoni bħal dik) li jista’ jsir b’Att tal-Parlament.
(4) Is-setgħat mogħtija b’dan l-artikolu biex isiru
disposizzjonijiet għall-finijiet imsemmija fis-subartikolu (2) ma
jinkludux is-setgħa li -
(a) jsir xi provvediment li jibda jseħħ minn data li tiġi
qabel dik ta’ l-għemil ta’ l-istrument li jkun fih il-
provvediment; jew
(b) joħloq xi reat ġdid li jkun soġġġett għall-piena ta’
priġunerija għal iżjed minn sentejn jew multa ta’ iżjed
minn għaxart elef lira (jekk din ma tkunx kalkolata fuq
bażi ta’ kull ġurnata) jew multa ta’ iżjed minn mitt lira
kuljum.
(5) Għandu jkun addebitat lil u maħruġ mill-Fond Konsolidat
jew, jekk ikun hekk determinat mill-Ministru responsabbli għal
Finanzi, dak il-fond li jiġi hekk determinat, l-ammonti meħtieġa
sabiex jitwettaq kull obbligu biex isiru pagamenti li joħorġu minn
jew taħt it-Trattat u, ħlief kif xort’oħra provdut bi jew taħt xi liġi,
kull ammont ta’ flus li jiġi riċevut taħt jew bis-saħħa tat-Trattat jew
ta’ dan l-Att minn xi Ministru jew Awtorità , ħlief għal dawk l-
ammonti li jistgħu jkunu meħtieġa għal infieq li jkun permess b’xi
liġi oħra, għandhom jiġu depożitati fil-Fond Konsolidat jew f’dak
il-fond kif jista’ jiġi determinat mill-Ministru responsabbli għal
Finanzi.
Deċiżjoni dwar, u 
prova ta’, Trattati u 
istrumenti li 
joriġinaw 
minnhom, eċċ.
5.* (1) Għall-finijiet ta’ kull proċediment quddiem xi qorti jew
awtorità  ġudikanti oħra, kull kwistjoni dwar it-tifsir jew l-effett tat-
Trattat, jew dwar il-validità , tifsir jew effett ta’ xi istrumenti li
joħorġu minnu jew taħtu, għandha tiġi ttrattata bħala punt ta’ dritt u
jekk ma tkunx riferita lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet
Ewropej, tkun għad-deċiżjoni bħala tali skond il-prinċipji stabbiliti
minn, u kull deċiżjoni rilevanti ta’, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-
Komunitajiet Ewropej jew ta’ kull qorti marbuta magħha.
*Dan l-artikolu għandu jibda jseħħ fl-1 ta’ Mejju, 2004.
4 KAP. 460. ħ L-UNJONI EWROPEA
(2) Għandha tittieħed konjizzjoni ġudizzjarja tat-Trattat, tal-
Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea u ta’ kull deċiżjoni ta’, jew
espressjoni ta’ fehma minn, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet
Ewropej jew ta’ kull qorti marbuta magħha dwar kull kwistjoni kif
hawn qabel imsemmija, u l-Ġurnal Uffiċjali jkun ammissibbli bħala
prova ta’ kull istrument jew att ieħor, komunikat permezz tiegħu,
ta’ xi waħda mill-Komunitajiet jew ta’ xi istituzzjoni ta’ l-Unjoni
Ewropea.
(3) Il-prova ta’ xi istrument maħruġ minn xi istituzzjoni ta’ l-
Unjoni Ewropea, inkluża kull sentenza jew ordni tal-Qorti tal-
Ġustizzja ta’ l-Unjoni Ewropea jew ta’ kull qorti marbuta magħha,
jew ta’ xi dokument li jkun qiegħed fil-kustodja ta’ xi istituzzjoni
ta’ l-Unjoni Ewropea, jew kull kitba fi jew estratt minn dokument
bħal dak, tista’ tingħata f’kull proċedura legali billi tiġi prodotta
kopja li tkun ċertifikata bħala vera kopja minn uffiċjal ta’ dik l-
istituzzjoni; u kull dokument li jkun jidher li hu kopja bħal dik
għandu jiġi ammess bħala prova mingħajr prova tal-pożizzjoni
uffiċjali jew tal-kalligrafija tal-persuna li tkun iffirmat iċ-ċertifikat.
(4) Il-prova ta’ kull istrument maħruġ minn xi istituzzjoni jew
organu ta’ l-Unjoni Ewropea tista’ wkoll tinġieb f’kull proċedura
quddiem xi qorti jew awtorità  ġudikanti oħra -
(a) billi tinġieb kopja li tkun tidher bħala li ġiet stampata
minn jew f’isem l-Istamperija tal-Gvern;
(b) meta l-istrument ikun fil-kustodja ta’ xi dipartiment
tal-Gvern billi tinġieb kopja awtentikata f’isem id-
dipartiment bħala vera kopja minn uffiċjal tad-
dipartiment li jkun b’mod ġeneriku jew speċifiku
awtorizzat jagħmel dan;
u kull dokument li jkun jidher li hu kopja bħal dik imsemmija fil-
paragrafu (b) ta’ istrument fil-kustodja ta’ xi dipartiment għandu
jiġi ammess bħala prova mingħajr ma tenħtieġ prova tal-pożizzjoni
uffiċjali jew tal-kalligrafija ta’ min ikun qed jiffirma ċ-ċertifikat,
jew ta’ l-awtorità  li huwa jkollu biex jagħmel dan, jew li d-
dokumenti jkunu qegħdin fil-kustodja tad-dipartiment.
Ratifika tat-Trattat.
Kap. 304.
6. Għall-finijiet ta’ l-Att dwar ir-Ratifika ta’ Trattati, il-Gvern
ta’ Malta huwa b’dan awtorizzat jirratifika t-Trattat.
Emenda ta’ l-
artikolu 65 tal-
Kostituzzjoni.
7.* Minflok is-subartikolu (1) ta’ l-artikolu 65 tal-
Kostituzzjoni, għandu jidħol dan li ġej:
"(1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ din il-
Kostituzzjoni, il-Parlament jista’ jagħmel liġijiet
għall-paċi, ordni u gvernar tajjeb ta’ Malta b’mod
konformi ma’ rispett sħiħ għad-drittijiet tal-bniedem,
il-prinċipji ġeneralment aċċettati tad-dritt
internazzjonali u l-obbligi internazzjonali u reġjonali
ta’ Malta partikolarment dawk assunti bit-trattat ta’ l-
adeżjoni ma’ l-Unjoni Ewropea iffirmat f’Ateni fis-16
ta’ April, 2003.".
*Dan l-artikolu għandu jibda jseħħ fl-1 ta’ Mejju, 2004.
