AWDITJAR INTERN U INVESTIGAZZJONIJIET FINANZJARJI ġ KAP. 461. 1
KAPITOLU 461
ATT DWAR AWDITJAR INTERN
U INVESTIGAZZJONIJIET FINANZJARJI
Biex jipprovdi dwar ir-regolament tal-funzjoni ta’ awditjar intern u tal-
funzjoni ta’ investigazzjoni finanzjarja, inkluża s-setgħa li jsir awditjar
intern u investigazzjonijiet finanzjarji indipendenti u effettivi, biex
jipprovdi dwar is-salvagwardji meħtieġa sabiex jiġi żgurat il-ħarsien ta’ l-
interessi finanzjarji tal-Gvern inklużi l-fondi li jista’ jirċievi jew ikun
meħtieġ li jamministra taħt l-obbligi internazzjonali ta’ Malta.
25 ta’ Lulju, 2003
L-ATT VI ta’ l-2003.
TAQSIMA I
PRELIMINARI
Titolu fil-qosor.
u Investigazzjonijiet Finanzjarji.
Tifsiriet.
teħtieġ xort’oħra - 
"awditjar intern" tfisser assikurazzjoni indipendenti u oġġettiva,
u attività  ta’ konsulenza, maħsuba biex ikattru l-valur u jtejjbu l-
ħidmiet ta’ l-entitajiet awditjati, filwaqt li jgħinu lill-entità
awditjata tilħaq l-għanijiet tagħha permezz ta’ l-introduzzjoni ta’
metodi sistematici u dixxiplinati, sabiex tigi valutata u mtejba l-
effettività  ta’ risk management, kontrolli u processi ta’ governanza;
"Bord" tfisser il-Bord ta’ Awditjar Intern u Investigazzjonijiet;
"Direttorat" tfisser id-Direttorat għall-Awditjar Intern u l-
Investigazzjonijiet imsemmi fit-Taqsima IV ta’ dan l-Att;
"Direttur" tfisser id-Direttur, id-Direttorat għall-Awditjar Intern
u l-Investigazzjonijiet u tinkludi, sal-limitu ta’ l-awtorità  mogħtija,
kull min ikun awtorizzat għaldaqshekk mid-Direttur;
"entità " tinkludi persuni kemm naturali kemm legali, nkluż kull
korp jew assoċjazzjoni ta’ persuni, kemm korporati kemm mhux
korporati;
"entità  awditjata" tfisser kull entità  li tkun jew tista’ tkun is-
soġġett ta’ awditjar intern u, jew ta’ investigazzjoni finanzjarja li
ssir mid-Direttur skond ma hemm provdut dwar dan f’dan l-Att;
"fondi pubbliċi" tinkludi wkoll fondi li l-Gvern jirċievi, iħallas,
kif ukoll fondi lil kunsilli lokali, jew ikun meħtieġ li jamministra
taħt l-obbligi internazzjonali ta’ Malta jew fondi pubbliċi oħra li
jirriżultaw minn kwalunkwe liġi oħra;
"funzjonijiet" tinkludi poteri u dmirijiet;
"funzjonijiet ta’ konformità  u assigurazzjoni" tfisser dawk il-
funzjonijiet f’dipartiment tal-Gvern jew ministeru li jiżguraw li
jiġu osservati l-kontrolli finanzjarji u kontrolli oħra relatati, s-
2 KAP. 461. ħ AWDITJAR INTERN U INVESTIGAZZJONIJIET FINANZJARJI
sistemi, l-linja ta’ policy u l-proċeduri meħtieġa għall-
funzjonament kif imiss ta’ dak id-dipartiment tal-Gvern jew
ministeru;
"investigazzjoni finanzjarja" tfisser l-eżami fil-fond u fid-dettall
taċ-ċirkostanzi kollha relattivi għall-irregolaritajiet u każijiet fejn
hemm suspett ta’ frodi, li tinkludi korruzzjoni ta’ uffiċjali pubbliċi,
u, f’dak ir-rigward, il-ksib ta’ records, files, u, jew, tagħrif u t-
twettiq ta’ stimi, analiżi u rakkomandazzjonijiet relatati, hekk li dik
"l-investigazzjoni finanzjarja" tkun limitata fl-iskop għall-
implikazzjonijiet finanzjarji li jistgħu jitwieldu minn tali
irregolaritajiet jew suspett ta’ frodi; 
"irregolarità " tfisser kwalunkwe att jew ommissjoni li jnaqqas il-
fondi pubbliċi kontra l-liġi jew kwalunkwe ħaġa li ma
tikkonformax ma’ l-amministrazzjoni tagħhom kif imiss;
"konflitt ta’ nteress" hija sitwazzjoni fejn kull uffiċjal tad-
Direttorat ikollu interess privat jew personali li jinfluwenza, jew
jidher li jista’ jinfluwenza, dak li effettivament mistenni jagħmel
fil-qadi ta’ dmirijietu;
"uffiċjali pubbliċi" għandu jkollha l-istess tifsir bħalma hu
mogħti lilha fil-Kostituzzjoni ta’ Malta, u tinkludi l-uffiċjali ta’
organizzazzjonijiet internazzjonali li magħhom Malta għandha
obbligi internazzjonali, waqt li dawn ikunu qed jaqdu dmirijiethom
fit-territorju Malti.
TAQSIMA II
DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI
Funzjonijiet 
separati.
3. Id-Direttorat għandu jkollu żewġ funzjonijiet separati u
distinti ta’ awditjar intern u investigazzjonijiet finanzjarji.
L-awditjar intern. 4. L-awditjar intern fil-mod kif jiġi preskritt b’regolamenti
jista’ jsir f’kull dipartiment tal-Gvern jew f’kull entità  li taqa’ taħt
is-sorveljanza tas-Segretarji Permanenti, bil-għan li dawn jiġu
assistiti fl-għemil kif imiss ta’ dmirijiethom.
Investigazzjoni 
finanzjarja.
5. Investigazzjoni finanzjarja tista’ ssir skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att f’kull dipartiment tal-Gvern u f’kull
entità  oħra pubblika jew privata li b’xi mod tkun benefiċjarja,
debitriċi jew amministratriċi tal-fondi pubbliċi, bil-għan li
tipproteġi l-fondi pubbliċi kontra irregolaritajiet u frodi, jew
xort’oħra biex teżamina u tqis x’obbligi jkollhom dawn l-entitajiet
publiċi jew privati li jikkontribwixxu għal dawk il-fondi.
TAQSIMA III
IL-BORD TA’ L-AWDITJAR INTERN U 
INVESTIGAZZJONIJIET
Il-Bord. 6. Għandu jkun hemm Bord, li jkun magħruf bħala l-Bord ta’
l-Awditjar Intern u Investigazzjonijiet, li għandu jeżerċita l-
funzjonijiet li jiġu lilu assenjati b’dan l-Att.
Ħatra tal-Bord. 7. Il-Bord għandu jiġi maħtur mill-Prim Ministru għal dak iż-
żmien li jista’ jiġi stabbilit minnu, u l-Bord għandu jkun
AWDITJAR INTERN U INVESTIGAZZJONIJIET FINANZJARJI ġ KAP. 461. 3
direttament responsabbli lejh.
Għamla tal-Bord.
(a) mis-segretarju tal-Kabinett bħala Chairperson;
(b) mid-Direttur; 
(ċ) mis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Finanzi;
(d) minn persuna magħrufa sew fil-professjoni tal-
kontabilità  u, jew, ta’ l-awditjar, li ma jkunx uffiċjal
pubbliku; u
(e) membru wieħed ieħor:
Iżda mill-inqas żewġ membri għandhom ikunu kompetenti
f’dixxiplini li jkollhom x’jaqsmu mas-settur pubbliku ta’ l-
amministrazzjoni finanzjarja.
(2) Il-Bord għandu jiltaqa’ mill-inqas kull tliet xhur u għandu
xort’oħra jirregola l-proċedura tiegħu nnifsu.
(3) Id-deċiżjonijiet tal-Bord għandhom jittieħdu b’maġġoranza
tal-voti u ċ-Chairperson, barra mill-vot originali, għandu jkollu
wieħed deċiżiv fil-każ fejn il-voti jkunu ndaqs.
Funzjonijiet tal-
Bord.
9. Il-Bord għandu jkollu dawn il-funzjonijiet li ġejjin:
(a) li jservi bħala korp indipendenti u oġġettiv biex
jissorvelja l-funzjoni ta’ kontroll finanzjarju intern
pubbliku f’Malta;
(b) li jissorvelja l-ħidma tad-Direttorat;
(ċ) li jissalvagwardja u jiddefendi l-indipendenza
kontinwata tad-Direttur u ta’ l-uffiċjali tad-Direttorat;
(d) li japprova jew b’mod ieħor, il-pjanijiet, estimi u skedi
kif proposti mid-Direttur għall-amministrazzjoni
xierqa tad-Direttorat;
(e) li jeħtieġ lid-Direttorat li jagħmel ħidmiet speċifiċi
skond ma hemm provdut taħt dan l-Att, kif u meta jkun
meħtieġ;
(f) li jistabbilixxi linji ta’ policies, proċeduri u metodi
għall-ħidma kif imiss ta’ awditjar intern pubbliku u
għall-għemil ta’ investigazzjonijiet finanzjarji.
TAQSIMA IV
ID-DIRETTORAT GĦALL-AWDITJAR INTERN
U INVESTIGAZZJONIJIET 
Id-Direttorat.
ikun il-korp fdat bl-eżerċizzju u t-twettiq tal-funzjonijiet assenjati
lilu taħt dan l-Att. Id-Direttorat ikollu bħala kap tiegħu lid-Direttur.
Uffiċjali pubbliċi.
(2) Id-Direttur u l-uffiċjali l-oħra tad-Direttorat għandhom,
qabel ma jibdew jeżerċitaw dmirijiethom, jieħdu ġurament fl-
għamla stabbilita fl-Iskeda li tinsab ma’ dan l-Att, quddiem l-
Avukat Ġenerali, li jkunu ser jaqdu fedelment u b’imparzjalità  d-
4 KAP. 461. ħ AWDITJAR INTERN U INVESTIGAZZJONIJIET FINANZJARJI
dmirijiet tal-kariga tagħhom, li ma jkunux jistgħu jikxfu ebda
tagħrif li huma jiksbu taħt dan l-Att, ħlief f’dawk iċ-ċirkostanzi
speċifikati f’dan l-Att.
Indipendenza. 12.  Fit-twettiq tal-funzjonijiet tagħhom taħt dan l-Att, id-
Direttur u l-uffiċjali l-oħra tad-Direttorat m’għandhomx ikunu
soġġetti għal xi influwenza jew kontroll dirett jew indirett mill-
entità  awditjata u lanqas ma għandhom jinfluwenzaw jew
jikkontrollaw huma nfushom l-entità  awditjata.
TAQSIMA V
FUNZJONIJIET TA’ L-UFFICJALI TAD-DIRETTORAT
Amministrazzjoni. 13. Id-Direttur ikun responsabbli għall-amministrazzjoni ta’
kuljum tad-Direttorat.
Rapport. 14. (1) Id-Direttur għandu, kemm jista’ jkun malajr, wara li
jikkonkludi investigazzjoni finanzjarja jew awditjar intern, jibgħat
rapport dwarha lis-Segretarju Permanenti li l-entità  awditjata tkun
taqa’ taħt is-superviżjoni tiegħu. Id-Direttur jista’ wkoll jibgħat
kopja ta’ dak ir-rapport lill-entità  awditjata.
(2) Fi żmien xahar minn meta jiġi riċevut dak ir-rapport, is-
Segretarju Permanenti għandu jagħti dawk l-istruzzjonijiet lill-
entità  awditjata li jistgħu jkunu meħtieġa sabiex jiġu rimedjati xi
nuqqasijiet, u għandu jgħarraf lid-Direttur skond ma jkun ġara. 
Reviżjonijiet li 
jsegwu.
15. Id-Direttur għandu jwettaq dawk l-eżamijiet u analiżi li
jistgħu jkunu meħtieġa wara l-awditjar intern u l-investigazzjoni
finanzjarja.
Suspett ta' xi 
irregolarità .
16. Jekk entità  jkollha għaliex tissuspetta li jkun hemm xi
irregolarità  u, jew każ ta’ suspett ta’ frodi tal-fondi pubbliċi, hija
għandha tirreferi l-kwistjoni minnufih lid-Direttur, u għandha
tipprovdi lid-Direttur l-informazzjoni kollha relatata li jkollha
f’idejha.
Konflitt ta’ 
interess.
17. (1) Fejn id-Direttur jew il-Bord jidhirlu li jkun hemm
konflitt ta’ interess jekk id-Direttur innifsu kellu jagħmel awditjar
intern jew investigazzjoni finanzjarja, l-Bord jista’ jaħtar uffiċjal
pubbliku anzjan minn fost l-uffiċjali tad-Direttorat biex jagħmel
dik l-investigazzjoni minfloku.
(2) Kull uffiċjal tad-Direttorat għandu dmir li jekk ikollu xi
forma ta’ konflitt ta’ interess f’xi awditjar intern jew
investigazzjoni finanzjarja, li huwa jigi assenjat fuqha, kemm jekk
il-konflitt huwa dirett jew indirett, għandu jikxef immedjatament
lid-Direttur l-interess tiegħu u jzomm kompletament milli jinvolvi
ruħu f’dak il -kaz partikolari:
L.S. Kost. 03
Izda kull uffiċjal tad-Direttorat li jagixxi bi ħsieb kontra
dan is-subartikolu jkun ħati ta’ reat kontra dan l-Att u jeħel, meta
jinstab ħati, multa ta’ mhux izjed minn elf lira (Lm 1,000), u
suġġett ukoll għall-proċeduri dixxiplinarji kif ipprovduti fir-
Regolamenti dwar il-Proċeduri Dixxiplinarji tal-Kummissjoni
għas-Servizz Pubbliku.
AWDITJAR INTERN U INVESTIGAZZJONIJIET FINANZJARJI ġ KAP. 461. 5
Każijiet suspettati 
ta’ irregolarità  jew 
frodi.
18. Kull meta u malli d-Direttur jistabbilixxi b’mod deċiżiv li
jkun hemm każijiet suspettati ta’ irregolaritajiet u, jew każijiet
suspettati ta’ frodi li jirrigwardaw ir-responsabbiltajiet ta’ l-entità
awditjata li tkun qed issir reviżjoni tagħha, id-Direttur għandu, jekk
ikun tal-fehma li l-irregolarità , jekk tiġi pprovata, tikkostitwixxi
reat kriminali, minnufih jgħarraf lill-Avukat Ġenerali; xort’oħra,
jekk id-Direttur ikun tal-fehma li l-irregolarità  tkun waħda ta’
natura amministrattiva, huwa għandu jgħarraf lis-Segretarju
Permanenti ta’ l-entità  awditjata.
Rapport annwali.
ta’ kull sena, jipprepara u jibgħat lill-Bord rapport annwali li jkun
ġeneralment jittratta dwar l-attivitajiet tad-Direttorat matul is-sena
ta’ qabel u li jkun fih tagħrif li jirrigwarda l-attivitajiet tad-
Direttorat hekk kif il-Bord jista’ minn żmien għal żmien jeħtieġ. Il-
Bord għandu jiddeċiedi t-tqassim ta’ tali rapport kif u skond ma
jkun meħtieġ.
Setgħa ta’ dħul.
liġi, id-Direttur għandu, bil-għan li jwettaq l-funzjonijiet tiegħu
taħt dan l-Att, ikollu s-setgħa li -
(a) jidħol u jispezzjona kull fond ta’ l-entità  awditjata biex
iwettaq awditjar intern u, meta jkollu raġuni li
jissuspetta li jkunu ġraw jew ikunu qegħdin iseħħu
irregolaritajiet u, jew frodi, jidħol f’kull fond ta’ dik l-
entità  awditjata sabiex iwettaq investigazzjoni
finanzjarja:
Iżda, jekk ikun meħtieġ aċċess għal ġo xi fond li
jkun kollu kemm hu okkupat jew f’parti użat għall-
iskopijiet ta’ abitazzjoni, dan l-aċċess ikun jeħtieġ il-
ħruġ minn qabel ta’ ordni ffirmata minn Maġistrat:
Iżda wkoll, dak l-aċċess għandu jsir matul il-jum;
(b) jeħtieġ li l-entità  awditjata tipproduċi kull ktieb,
record, file, kont, dokument jew tagħrif inkluż kull
computer data f’kull għamla u, jew parti minnu,
inklużi kuntratti, kontijiet,  vouchers u riċevuti
konnessi magħhom, u jekk jitqies li jkun hekk meħtieġ
mid-Direttur, huwa jista’ jżomm dawk id-dokumenti
fl-oriġinal, u jara li jsiru kopji jew estratti tagħhom
mingħajr ma jsir ebda ħlas dwarhom minkejja kull liġi
jew regolament li jkunu jgħidu mod ieħor. 
(2) Mingħajr preġudizzju għas-subartikolu (1)(b), u bil-għan
tal-funzjonijiet tiegħu taħt dan l-Att, id-Direttur jista’ joqgħod fuq
kull record li jinżamm jew isir minn xi unità  ta’ awditjar jew
investigattiva ta’ xi entità  inklużi l-persuna jew unità  li jkunu
qegħdin iwettqu l-funzjonijiet ta’ konformità  u assigurazzjoni fid-
dipartiment tal-Gvern jew ministeru involuti.
Assistenza.
investigazzjoni finanzjarja li għandha x’taqsam ma’ fondi
amministrati minn Malta skond l-obbligi internazzjonali tagħha, id-
Direttur jista’ jkun assistit minn rappreżentanti ta’ l-
organizzazzjoni internazzjonali involuta, li jistgħu jipparteċipaw
flimkien mad-Direttur fl-awditjar jew fl-investigazzjoni, kif ikun
6 KAP. 461. ħ AWDITJAR INTERN U INVESTIGAZZJONIJIET FINANZJARJI
il-każ, u għal dak l-għan dawk ir-rappreżentanti għandhom jitqiesu
li jkunu taħt l-istess obbligazzjonijiet bħalma jkunu l-uffiċjali tad-
Direttorat u għandhom, qabel ma jibdew iwettqu dmirijiethom,
jieħdu l-ġurament speċifikat fl-Iskeda li tinsab ma’ dan l-Att.
Tagħrif mogħti 
minn entità  
verifikata.
22. (1) Kull tagħrif li jingħata minn entità  awditjata matul il-
kors ta’ xi awditjar intern jew investigazzjoni finanzjarja
għandhom f’kull waqt jiġu ttrattati bħala konfidenzjali u għandhom
jiġu unikament użati mid-Direttorat bil-għan li jwettqu l-awditjar
intern u, jew investigazzjoni finanzjarja.
(2) Id-Direttur għandu jittratta r-rapporti interni dwar l-
awditjar u r-rapporti ta’ investigazzjonijiet finanzjarji bħala
strettament konfidenzjali u għandu, ħlief għall-iskop ta’ xi
investigazzjoni jew prosekuzzjoni kriminali, jikxef biss x’ikun
fihom lis-Segretarju Permanenti u, jekk ikun meħtieġ, lill-Bord,
jew lill-Awditur Ġenerali.
(3) Mingħajr preġudizzju għad-drittijiet ta’ l-Awditur Ġenerali
taħt kull liġi, ebda tagħrif li jinkiseb b’kull mod li jkun taħt dan l-
Att ma għandu jinkixef ħlief:
(a) għall-finijiet ta’ investigazzjoni finanzjarja u l-
prosekuzzjoni ta’ reat kriminali;
(b) lill-uffiċjali tad-Direttorat fil-kors ta’ dmirijiethom
taħt dan l-Att; u
(ċ) f’materji li taħt dan l-Att joħorġu mill-obbligi
internazzjonali ta’ Malta, lill-awtoritajiet rilevanti ta’
awditjar u kontroll barranin.
TAQSIMA VI
MIXXELLANJI
Kumitat Ko-
ordinattiv.
23. Għall-finijiet ta’ l-artikolu 9(a), il-Bord għandu jaħtar
Kumitat Ko-ordinattiv, li jkun presjedut mid-Direttur, sabiex
jikkoordina l-attivitajiet ta’, u jiffaċilita l-iskambju ta’ tagħrif bejn,
entitajiet differenti li jkunu inkarigati bil-protezzjoni u s-
salvagwardja tal-fondi pubbliċi; it-termini ta’ riferenza ta’ Kumitat
Ko-ordinattiv għandhom jiġu stabbiliti mill-Bord.
Reati u pieni. 24. Kull min bl-intenzjoni li jostakola lid-Direttur fit-twettiq
tal-funzjonijiet tiegħu taħt dan l-Att, jew jonqos, meta jkun mitlub,
li jagħti aċċess għal xi fond jew jipproduċi xi records lid-Direttur,
jew ma josservax id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 16, ikun ħati, u
dan mingħajr preġudizzju għal kull responsabbiltà  oħra li jista’
jkollu taħt xi liġi oħra, ta’ reat kontra dan l-Att u jeħel, meta jinsab
ħati, multa ta’ mhux iżjed minn elf lira (Lm 1,000) jew priġunerija
għal żmien mhux iżjed minn tliet xhur, jew dik il-multa u
priġunerija flimkien.
Reviżjoni.
Kap. 281.
25. (1) Il-Bord għandu, darba kull tliet snin, jaħtar awdituri
jew ditti ta’ awdituri, awtorizzati kif imiss taħt id-disposizzjonijiet
ta’ l-Att dwar il-Professjoni ta’ l-Accountancy, biex jagħmlu
reviżjonijiet tal-mod kif id-Direttorat ikun qed jaħdem.
(2) L-awdituri jew ditti ta’ awdituri maħtura taħt is-subartikolu
(1) jkunu indipendenti mid-Direttur u l-ħidma tad-Direttorat u,
AWDITJAR INTERN U INVESTIGAZZJONIJIET FINANZJARJI ġ KAP. 461. 7
meta titlesta r-reviżjoni, għandhom jippreżentaw rapport bil-miktub
lill-Bord.
Regolamenti.
regolamenti sabiex iġib fis-seħħ aħjar id-disposizzjonijiet ta’ dan l-
Att.
8 KAP. 461. ħ AWDITJAR INTERN U INVESTIGAZZJONIJIET FINANZJARJI
SKEDA
(Artikoli 11 u 21)
Ġurament li jieħdu Uffiċjali tad-Direttorat 
għall-Awditjar Intern u l-Investigazzjonijiet 
"Jien ..................................................................., solennement naħlef/nafferma li
se naqdi onestament u b’diliġenza d-dmirijiet tiegħi bħala uffiċjal tad-Direttorat
għall-Awditjar Intern u l-Investigazzjonijiet b’mod konformi mal-ħtiġiet ta’ l-Att
dwar Awditjar Intern u Investigazzjonijiet Finanzjarji, u li, ħlief hekk kif provdut bil-
liġi, f’ebda waqt ma jien se nikxef jew ngħarraf ebda ħaġa li nsir naf biha bis-saħħa
tas-servizz tiegħi f’din il-kariga".
Hekk Alla jgħinni.
_________________________________
Firma ta’ min ikun qed jieħu l-ġurament
Maħluf u ffirmat quddiemi illum.............. ta’ ....................... tas-sena .............. fi
............................................................................
______________________________
Avukat Ġenerali
