KUMMISSARJU GĦAT-TFAL ġ KAP. 462. 1
KAPITOLU 462
ATT DWAR IL-KUMMISSARJU GĦAT-TFAL
Biex jipprovdi dwar ir-regolament tal-funzjoni ta’ awditjar intern u tal-
funzjoni ta’ investigazzjoni finanzjarja, inkluża s-setgħa li jsir awditjar
intern u investigazzjonijiet finanzjarji indipendenti u effettivi, biex
jipprovdi dwar is-salvagwardji meħtieġa sabiex jiġi żgurat il-ħarsien ta’ l-
interessi finanzjarji tal-Gvern inklużi l-fondi li jista’ jirċievi jew ikun
meħtieġ li jamministra taħt l-obbligi internazzjonali ta’ Malta.
5 ta’ Diċembru, 2003
L-ATT VII ta’ l-2003.
Titolu fil-qosor.
għat-Tfal.
Tifsir.
teħtieġ xort’oħra -
''drittijiet tat-tfal'' tinkludi d-drittijiet tat-tfal imsemmija fil-
Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal adottata mill-Assemblea
Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fl-20 ta’ Novembru 1989;
''min jagħmel ilment'' tfisser persuna li tirrapporta, bil-miktub
jew bil-fomm, dwar ksur allegat ta’ xi dritt tat-tfal iżda ilment li
jsir bil-fomm għandu dejjem wara jsir bil-miktub;
''Kummissarju'' tfisser il-Kummissarju għat-Tfal maħtur taħt l-
artikolu 3 u tinkludi lil kull uffiċjal li jinħatar biex jassisti lill-
Kummissarju u li jkun awtorizzat minnu għal dak l-iskop;
''Kumitat'' tfisser il-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali tal-Kamra
tad-Deputati jew xi kumitat ieħor li jissostitwih;
''Ministru'' tfisser il-Ministru responsabbli għat-tfal u l-familja;
''tfal'', ''tifel'' jew ''tifla'' tfisser kull persuna li tkun għadha ma
laħqitx l-età  maġġuri.
Ħatra ta’ 
Kummissarju.
3. (1) Ikun hemm Kummissarju għat-Tfal li jinħatar mill-
Prim Ministru wara konsultazzjoni mal-Kumitat.
(2) Persuna ma tkunx kwalifikata biex ikollha l-kariga ta’
Kummissarju jekk dik il-persuna:
(a) tkun Ministru, Segretarju Parlamentari, jew Membru
tal-Kamra tad-Deputati; jew
(b) tkun qed isservi bħala mħallef jew maġistrat; jew
(ċ) tkun legalment inkapaċitata; jew
(d) kienet ġiet dikjarata falluta jew tkun għamlet
transazzjoni jew arranġament mal-kredituri tagħha;
jew
(e) tkun insabet ħatja ta’ delitt li jolqot il-fiduċja pubblika
jew ta’ serq jew frodi, jew li tkun xjentement irċeviet
proprjetà  miksuba b’serq jew frodi, ta’ delitt li jolqot
il-bon ordni tal-familji, jew ta’ reat kontra dan l-Att.
2 KAP. 462. ħ KUMMISSARJU GĦAT-TFAL
(3) Meta l-persuna maħtura Kummissarju tkun qabel dik il-
ħatra diġà  uffiċjal pubbliku, din il-persuna għandha tibqa’ żżomm
dik il-kariga imma ma tista’ tokkupa ebda kariga li tkun mhux
kompatibbli mal-qadi kif imiss tad-dmirijiet uffiċjali tiegħu jew
tagħha bħala Kummissarju għat-Tfal jew ma’ l-imparzjalità  u l-
indipendenza mistennija minn din il-kariga jew mill-fiduċja
pubblika fiha.
Indipendenza tal-
funzjonijiet.
4. Fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet stabbiliti taħt dan l-Att, il-
Kummissarju għandu jaġixxi indipendentement u ma għandu jkun
soġġett għad-direzzjoni jew il-kontroll ta’ ebda persuna jew
awtorità  oħra.
Rappreżentanza 
tal-Kummissarju.
5. Dokument li jagħti x’tifhem li jkun strument magħmul jew
maħruġ u ffirmat mill-Kummissarju għandu jintlaqa’ bi prova u
għandu, sakemm ma jiġix ippruvat il-kuntrarju, jitqies bħala
strument magħmul jew maħruġ mill-Kummissarju.
Żmien tal-kariga. 6. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (2), il-
Kummissarju għandu jibqa’ fil-kariga għal żmien tliet snin u
għandu jkun eliġibbli biex jerġa’ jinħatar mill-ġdid meta jiskadi
dak iż-żmien tal-kariga.
(2) Sakemm il-kariga ma tivvakax qabel, persuna maħtura
bħala Kummissarju għandha tibqa’ fil-kariga sakemm jinħatar
Kummissarju ġdid.
(3) Il-Kummissarju jista’ f’kull żmien jirriżenja mill-kariga
tiegħu billi jikteb lill-Ministru.
Tneħħija jew 
sospensjoni mill-
kariga.
7. Kummissarju jista’ f’kull żmien jitneħħa jew ikun sospiż
mill-kariga mill-Prim Ministru wara konsultazzjoni mal-Kumitat
għal raġunijiet ta’ nuqqas ta’ kapaċità  bil-provi biex jaqdi l-
funzjonijiet ta’ l-uffiċċju ta’ Kummissarju (kemm jekk dan
jirriżulta minn debulizza tal-ġisem jew tal-moħħ jew minn xi kawża
oħra) jew għal imġiba ħażina bil-provi:
Iżda jekk il-Kumitat ma jkunx kostitwit jew jekk il-
Parlament ma jkunx qed jiltaqa’, il-Kummissarju jista’ jkun sospiż
mill-kariga mill-Prim Ministru, li jaġixxi skond id-diskrezzjoni
tiegħu nnifsu, minħabba nuqqas ta’ ħila li jaqdi l-funzjonijiet ta’ l-
uffiċċju jew minħabba mġieba ħażina bil-provi għas-sodisfazzjon
tal-Prim Ministru, imma dik is-sospensjoni m’għandhiex tibqa’ fis-
seħħ għal żmien aktar minn xahrejn minn meta jiġi kostitwit il-
Kumitat u jkun qed jiltaqa’ l-Parlament.
Ħatra temporanja 
ta’ Kummissarju 
għat-Tfal.
8. (1) Il-Prim Ministru jista’, f’kull żmien waqt il-mard jew
l-assenza tal-Kummissarju jew għal xi fini temporanju ieħor meta l-
Kummisarju jidhirlu meħtieġ li jagħmel hekk, jaħtar persuna sabiex
taġixxi fil-kariga ta’ Kummissarju skond dan l-artikolu, sakemm il-
Kummissarju jerġa’ jidħol lura għal xogħlu.
(2) Persuna ma għandhiex tkun kwalifikata biex tinħatar taħt
dan l-artikolu jekk dik il-persuna tkun skwalifikata milli tinħatar
għall-kariga ta’ Kummissarju taħt l-artikolu 3(2):
Iżda persuna maħtura taħt dan l-artikolu tista’ teżerċita kull
attività  għal profitt jew qligħ li ma tkun b’ebda mod inkompatibbli
KUMMISSARJU GĦAT-TFAL ġ KAP. 462. 3
mad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 3(2).
Funzjonijiet tal-
Kummissarju.
9. Il-Kummissarju għandu jkollu dawn il-funzjonijiet li
ġejjin:
(a) li jippromwovi u jaqbeż għad-drittijiet u l-interessi tat-
tfal;
(b) li jiżgura li t-tfal ikunu qed jingħataw l-opportunità  li
jesprimu l-fehmiet tagħhom u li dawn fil-fatt jiġu
kkunsidrati;
(ċ) li jippromwovi l-ħarsien ta’ l-għaqda tal-familja;
(d) li jġib ’il quddiem kull appoġġ adegwat lill-ġenituri
fit-trobbija tat-tfal tagħhom;
(e) li jrawwem l-iżvilupp ta’ kura alternattiva għal tfal li
jeħtiġuha b’referenza speċjali għall-fostering u għall-
adozzjoni;
(f) li jfittex li jiżgura li d-drittijiet u l-interessi tat-tfal
jitqiesu kif għandu jkun minn dipartimenti tal-gvern,
awtoritajiet lokali, korpi pubbliċi u organizazzjonijiet
volontarji u pubbliċi oħra meta jittieħdu deċiżjonijiet
fuq policies li jolqtu lit-tfal;
(g) li jippromwovi l-ħarsien tat-tfal minn ħsara fiżika jew
morali u telqien, inkluż kull abbuż jew sfruttament
sesswali;
(h) li jippromwovi l-ogħla standards ta’ servizzi ta’ saħħa
u servizzi soċjali għan-nisa waqt it-tqala tagħhom u li
jippromwovi l-ħarsien u l-protezzjoni speċjali, inkluża
l-protezzjoni legali xierqa, għat-tfal kemm qabel kif
ukoll wara t-twelid;
(i) li jippromwovi l-ogħla standards ta’ servizzi ta’ saħħa,
edukazzjoni u servizzi soċjali għat-tfal;
(j) li jippromwovi l-ogħla standards ta’ mistrieħ, logħob
u faċilitajiet rikreattivi għat-tfal;
(k) li jiżgura li jittieħdu l-miżuri kollha possibbli mill-
awtoritajiet relevanti biex jipprevjenu u jirrimedjaw il-
faqar u l-eskluż joni soċjali minn fost it-tfal;
(l) li jippromwovi konformitċ mal-Konvenzjoni tan-
Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal kif
ratifikata minn Malta u ma’ kull trattat internazzjonali,
konvenzjoni jew ftehim ieħor bħal dawk li jkollhom
x’jaqsmu mat-tfal kif inhuma jew jistgħu jkunu
ratifikati jew xort’oħra jsir aċċess għalihom minn
Malta.
Prinċipji ta’ 
direzzjoni.
10. Il-Kummissarju għandu jkollu bi gwida dawn il-prinċipji
ġenerali li ġejjin:
(a) li l-aqwa interessi tat-tfal u tal-familja jiġu l-ewwel u
qabel kollox;
(b) li t-tfal kollha għandhom jiġu ttrattati b’dinjità , rispett
u sens ta’ ġustizzja;
4 KAP. 462. ħ KUMMISSARJU GĦAT-TFAL
(ċ) li tfal b’diżabilità  u tfal li jgħixu f’ċirkostanzi familjari
jew soċjali żvantaġġati għandhom igawdu l-istess
kwalità  ta’ ħajja bħat-tfal l-oħra kollha;
(d) li t-tfal u l-familji tagħhom għandu jkollhom kull
opportunità  li jipparteċipaw f’deċiżjonijiet li
jolqtuhom u fid-definizzjoni, l-ippjanar u l-
evalwazzjoni ta’ servizzi lit-tfal; u
(e) li l-gvern, il-familji u l-komunitajiet jaqsmu kull
responsabbiltà  għall-promozzjoni ta’ l-iżvilupp u l-ġid
tat-tfal.
Il-promozzjoni ta’ 
l-aqwa interessi 
tat-tfal.
11. Bil-għan li jippromwovi l-ġid tat-tfal u jżomm kontroll
kontinwu fuq il-kondizzjonijiet li taħthom it-tfal jiżviluppaw, il-
Kummissarju għandu:
(a) jipprovdi edukazzjoni u informazzjoni pubblika
maħsuba biex jippromwovu kull għarfien tad-drittijiet
tat-tfal;
(b) jagħti bidu għal miżuri biex jiġu asseriti d-drittijiet u
jinġiebu ’l quddiem l-interessi tat-tfal;
(ċ) jiġbor informazzjoni u jinvestiga kull ksur allegat tad-
drittijiet tat-tfal inkluża l-mewt ta’ xi tifel jew tifla
jekk il-Kummissarju jqis li investigazzjoni bħal dik
tkun meħtieġa;
(d) jistabbilixxi standards li għandhom jiġu applikati
minn ministeri, dipartimenti jew aġenziji tal-Gvern
sabiex jiġi żgurat li l-proċessi ta’ reviżjoni interni
tagħhom ikunu jwieġbu għall-ilmenti dwar
deċiżjonijiet li jkollhom x’jaqsmu ma’ l-għoti ta’
servizzi maħsubin għat-tfal;
(e) jikkontrolla dwar jekk il-ministeri, id-dipartimenti jew
l-aġenziji tal-Gvern imsemmija fil-paragrafu (d)
jkunux qegħdin jilħqu l-istandards stipulati taħt dak il-
paragrafu;
(f) jiġbor informazzjoni, u jmexxi jew jinkoraġġixxi
riċerka dwar materji rilevanti għas-servizzi għat-tfal;
(g) jiżgura li dawk is-servizzi fir-rigward tat-tfal ikunu:
(i) aċċessibbli,
(ii) bbażati fil-komunità ,
(iii) koordinati u integrati,
(iv) inklusivi ta’ sess, kultura u lsien, u
(v) iwieġbu għal ħtiġiet individwali;
(h) jipprovdi edukazzjoni u informazzjoni pubblika
maħsubin biex jippromwovu għarfien tal-ħidma tal-
Kummissarju, u jistieden kummenti mill-pubbliku
fuqu;
(i) jikkontrolla u jistma kull policy u prattika ta’ servizzi
ta’ welfare soċjali li jolqtu lit-tfal;
(j) jiżgura li l-leġislazzjoni relatata mal-ħarsien ta’ l-
interessi tat-tfal tiġi osservata;
KUMMISSARJU GĦAT-TFAL ġ KAP. 462. 5
(k) jaġixxi ta’ portavuċi għad-drittijiet, ħtiġiet u interessi
tat-tfal u joħroġ bi proposti għal miżuri li jistgħu
jsolvu jew jipprevjenu konflitti bejn it-tfal u s-soċjetà ;
(l) jagħti pariri lill-Gvern u jipproponi lill-Gvern dawk il-
miżuri li jistgħu jkunu meħtieġa sabiex ikun jista’ jiġi
provdut dwar id-drittijiet u l-interessi tat-tfal.
Kunsill għat-Tfal.
Ministru sabiex jgħin lill-Kummissarju, magħmul mill-
Kummissarju li jippresjedi u sitt membri oħra kif ġej:
(a) persuna waħda maħtura mill-Ministru;
(b) persuna waħda maħtura mill-Ministru responsabbli
għas-saħħa;
(ċ) persuna waħda maħtura mill-Ministru responsabbli
għall-edukazzjoni;
(d) persuna waħda maħtura mill-Ministru responsabbli
għall-intern;
(e) persuna waħda maħtura mill-Ministru responsabbli
għall-ġustizzja; u
(f) il-president tal-Kumitat.
(2) Il-Kunsill ikollu d-dritt li jeleġġi b’għażla sa seba’ persuni
oħra li, fl-opinjoni tal-Kunsill, jirrappreżentaw l-aħjar lit-tfal u d-
drittijiet tat-tfal. Sakemm ikun possibbli, dawn il-persuni
għandhom ikunu tfal u persuni involuti fil-promozzjoni tad-
drittijiet tat-tfal.
(3) Il-Kunsill m’għandux jaġixxi kemm-il darba l-president u
żewġ membri oħra ma jkunux preżenti.
(4) Il-Kunsill għandu jiltaqa’ mill-inqas darba kull tliet xhur u
għandu jitlaqqa’ mill-president. Il-president għandu wkoll jsejjaħ
laqgħa tal-Kunsill meta mill-inqas żewġ membri ta’ l-istess Kunsill
jitolbuħ jagħmel dan.
(5) Il-Kunsill għandu, bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’
qabel, jirregola l-proċeduri tiegħu nnifsu.
(6) Il-funzjonijiet tal-Kunsill ikunu:
(a) li jissorvelja li jkun hemm konformità  mal-
Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet
tat-Tfal kif ratifikata minn Malta u ma’ kull trattat,
konvenzjoni u ftehim internazzjonali simili ieħor li
jkollhom x’jaqsmu mat-tfal kif ikunu jew jistgħu jiġu
ratifikati jew xort’oħra Malta taderixxi għalihom;
(b) b’mod ġenerali biex jagħti pariri u jgħin lill-
Kummissarju fil-qadi tal-funzjonijiet tal-Kummissarju
kif elenkati f’dan l-Att;
(ċ) biex jagħti pariri u jgħin lill-Kummissarju fil-
promozzjoni tal-welfare tat-tfal kif speċifikat fl-
artikolu 11.
Konfidenzjalità .
6 KAP. 462. ħ KUMMISSARJU GĦAT-TFAL
persunal fl-uffiċju tal-Kummissarju għandhom iżommu s-
segretezza fir-rigward ta’ kull ħaġa personali li jsiru jafu biha fl-
eżerċizzju tas-setgħat tagħhom u fil-kors tal-qadi tad-dmirijiet u l-
funzjonijiet tagħhom taħt dan l-Att, u ma għandhom jikxfu ebda
ħaġa li jsiru jafu biha kif hawn qabel imsemmi ħlief għall-iskop ta’
xi investigazzjoni, jew prosekuzzjoni għal reat kontra dan l-Att jew
xi reat ieħor kontra l-persuna ta’ xi tifel jew tifla.
Investigazzjonijiet. 14. (1) Salv dak li hu provdut fis-subartikolu (2), il-
Kummissarju jista’ jagħmel investigazzjoni għal kull skop konness
ma’ l-eżekuzzjoni tad-dmirijiet tal-Kummissarju kemm wara lment
bil-miktub magħmul lill-Kummissarju minn xi persuna jew fuq
inizjattiva tal-Kummissarju nnifsu.
(2) Il-Kummissarju ma għandu jagħmel ebda investigazzjoni
dwar konflitti speċifiċi individwali bejn tfal u l-ġenituri jew tuturi
tagħhom, jew bejn il-ġenituri jew it-tuturi inklużi affarijiet li
għandhom x’jaqsmu ma’ l-eżerizzju tar-responsabbiltà  tagħhom ta’
ġenituri u kull ħaga oħra li taqa’ taħt il-kompetenza ta’ xi qorti jew
tribunal stabbilit bil-liġi u f’kull każ bħal dak il-Kummissarju
għandu jippreżenta lil min jagħmel l-ilment, ir-raġuni għaliex ikun
qiegħed jirrifjuta.
(3) Meta l-Kummissarju jirrifjuta li jagħmel investigazzjoni,
dan għandu jkun finali.
(4) Meta jieħu deċiżjoni li jinvestiga lment, il-Kummissarju
għandu javża lil min jagħmel l-ilment bid-deċiżjoni li jinvestiga u
għandu javża lil kull dipartiment, aġenzija jew entità  involuta bl-
intenzjoni li jinvestiga.
(5) Il-Kummissarju jista’ jagħti parir lil min jagħmel ilment li
jsegwi kull rimedju jew proċess amministrattiv jew ġudizzjarju
għall-ilmenti disponibbli għal min jagħmel l-ilment qabel jew
minflok ma jkompli għaddej bl-ilment tiegħu quddiem il-
Kummissarju.
(6) Jekk il-Kummissarju jirriżultalu fil-kors ta’ l-
investigazzjoni li l-azzjoni ta’ individwu tkun jew tista’ tkun
qegħda tikser xi liġi ta’ xorta penali, il-Kummissarju għandu
minnufih jirrapporta l-fatt lill-Avukat Ġenerali.
(7) Il-Kummissarju għandu jipprepara u jippubblika rapport
tar-riżultanzi f’xi investigazzjoni formali u għandu jinkludi fih
dawk ir-rakkomandazzjonjiet li jkunu jidhrulu li huma meħtieġa
jew spedjenti.
Aċċess għal 
informazzjoni.
15. (1) Għall-finijiet ta’ xi investigazzjoni l-Kummissarju
jista’ jeħtieġ lil kull persuna li jkollha dokumenti jew
informazzjoni rilevanti għall-investigazzjoni biex:
(a) tipproduċi dawk id-dokumenti; u, jew
(b) tgħaddi l-informazzjoni bil-miktub; u, jew
(ċ) tattendi f’ħin u post speċifikati u tagħti informazzjoni
bil-fomm taħt ġurament.
(2) Il-Kummissarju għandu jkollu s-setgħa li jħarrek xhieda u li
jamministra ġurament lil kull persuna involuta fl-investigazzjoni u
jitlobha tagħti l-informazzjoni rilevanti.
KUMMISSARJU GĦAT-TFAL ġ KAP. 462. 7
(3) Minkejja d-disposizzjonijiet taż-żewġ subartikoli
preċedenti, ebda persuna ma għandha tkun imġiegħla tagħti
informazzjoni jew tipproduċi dokumenti li dik il-persuna ma tistax
tkun imġiegħla tagħti jew tipproduċi fi proċeduri ċivili jew
kriminali quddiem xi Qorti.
Rakkommandaz-
zjonijiet.
16. (1) Il-Kummissarju jista’ jagħmel rakkomandazzjonijiet
għal azzjoni biex tittieħed minn persuni oħra jew minn xi korp
ieħor skond kif meħtieġ jew spedjenti u jista’ jippubblika dawk ir-
rakkomandazzjonijiet, jekk il-Kummissarju jidhirlu li jkun hekk
xieraq, bla ma jikxef l-identità  tal-persuna li r-rapport ikun jirreferi
għaliha.
(2) F’dawk il-każi meta l-Kummissarju jiddeċiedi li jagħmel
rakkomandazzjonijiet, għandu jitfassal rapport mill-Kummissarju
fejn ifisser ir-raġunijiet għar-rakkomandazzjonijiet u għandu
jibgħat kopja ta’ dak ir-rapport lil kull persuna jew korp li r-
rakkomandazzjonijiet ikunu intiżi għalihom.
Konformità  mal-
Konvenzjoni tan-
N. U. dwar id-
Drittijiet tat-Tfal.
17. (1) Jekk il-Kummissarju jkun jidhirlu li xi persuna jew
korp partikolari ma jkunux qed jikkonformaw mad-
disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-
Drittijiet tat-Tfal kif ratifikata minn Malta, għaldaqstant il-
Kummissarju jista’ jagħmel rakkomandazzjonijiet fl-għamla ta’
avviż ta’ konformità  li jkun jagħti l-fehma tal-Kummissarju dwar
il-mod kif ma jkunx hemm konformità  mad-disposizzjonijiet tal-
Konvenzjoni u dwar l-azzjoni li jkollha tittieħed għar-rigward ta’
dik il-konformità .
(2) Kull persuna jew korp li jirċievi rakkomandazzjoni skond
is-subartikolu ta’ qabel għandhom iqisu r-rakkomandazzjoni u
javżaw lill-Kummissarju fiż-żmien li l-Kummissarju jista’ jistipula
fl-avviż ta’ konformità , bl-azzjoni li tkun ittieħdet jew li jkun
hemm ħsieb li tittieħed bi tweġiba għar-rakkomandazzjoni.
(3) Meta persuna jew korp li tintbagħtilhom rakkomandazzjoni
ma jkunux bi ħsiebhom jikkonformaw magħha, huma għandhom
jagħtu lill-Kummissarju r-raġunijiet għaliex ma jkunux se jagħmlu
dan, u l-Kummissarju jista’, jekk jidhirlu li jkun hekk xieraq,
jippubblika dawk ir-raġunijiet.
(4) Il-Kummissarju jista’ jitlob lil xi persuna jew korp li tkun
intbagħtitilhom rakkomandazzjoni biex jgħaddu dik l-
informazzjoni li tista’ tkun raġonevolment meħtieġa sabiex jiġi
verifikat jekk ir-rakkomandazzjoni tkunx tħarset jew le.
(5) Il-Kummissarju għandu jistabbilixxi u jżomm Reġistru ta’
Avviżi ta’ Konformità  u dak ir-reġistru jista’ jiġi spezzjonat minn
kulħadd.
Dikjarazzjoni ta’ 
Impatt fuq it-Tfal.
18. (1) Kull meta jkun jidher meħtieġ jew spedjenti, il-
Kummissarju jista’ jagħmel jew jordna li ssir Dikjarazzjoni ta’
Impatt fuq it-Tfal rigward xi deċiżjoni jew proposta fuq xi policy li
tolqot it-tfal.
(2) Dikjarazzjoni ta’ Impatt fuq it-Tfal għandha tispjega l-
impatt probabbli fuq it-tfal tad-deċiżjoni jew tal-proposta fuq
policy.
8 KAP. 462. ħ KUMMISSARJU GĦAT-TFAL
(3) Il-Kummissarju jista’ jippubblika d-Dikjarazzjoni ta’
Impatt fuq it-Tfal.
Rapport annwali. 19. (1) Il-Kummissarju għandu, mhux aktar tard minn sitt
ġimgħat wara tmiem kull sena kalendarja, jagħmel u jibgħat lill-
Ministru, rapport annwali li għandu jinkludi -
(a) rapport ta’ l-attivitajiet tal-Kummissarju tul is-sena;
(b) deskrizzjoni ġenerali tal-qagħda tat-tfal f’Malta u
survey ta’ l-iżviluppi li jkunu laqtuhom;
(ċ) rakkomandazzjonijiet dwar il-ħtieġa ta’ leġislazzjoni
jew bidla fir-regoli jew policies; u
(d) kull reazzjoni li tkun saret lill-Kummissarju skond dan
l-Att.
(2) Il-Ministru għandu, ma’ l-ewwel opportunità  u mhux aktar
minn tmien ġimgħat wara li jkun irċieva kopja ta’ kull rapport bħal
dak, jew jekk f’xi żmien tul dak il-perjodu l-Kamra tad-Deputati
ma tkunx qed tiltaqa’, fi żmien tmien ġimgħat mill-bidu tas-
sessjoni li jmiss, jordna li kopja ta’ kull rapport bħal dak titqiegħed
fuq il-Mejda tal-Kamra tad-Deputati.
(3) Ir-rapport imsemmi fis-subartikolu (2) għandu jiġi diskuss
mill-Kumitat.
Reati. 20. Persuna li xjentement timpedixxi jew tostakola lill-
Kummissarju milli jaqdi jew jeżerċita s-setgħat jew il-funzjonijiet
mogħtija taħt dan l-Att; jew tirrifjuta li tagħti xi informazzjoni
meħtieġa mill-Kummissarju jew xjentement tagħti informazzjoni
kif meħtieġa taħt dan l-Att falza jew qarrieqa, tkun ħatja ta’ reat u
tista’, meta tinsab ħatja, teħel multa ta’ mhux aktar minn ħames
mitt lira, iżda meta l-att li jsir mill-ħati jkun jikkostitwixxi reat
aktar serju taħt xi liġi oħra, id-disposizzjonijiet ta’ dik il-liġi l-oħra
għandhom ikunu japplikaw fir-rigward ta’ dak l-att.
Disposizzjonijet ta’ 
dan l-Att ma 
jidderogawx mid-
disposizzjonijiet 
tal-Kostituzzjoni.
21. Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 3, 6, 7 u 9 għandhom
ikunu b’żjieda mad-disposizzjonijiet tal-Kostituzzjoni u ma
għandhomx jidderogaw minnhom għar-rigward tal-ħatra, d-
dixxiplina u t-tneħħija ta’ uffiċjali pubbliċi.
