KORPORAZZJONI MALTIJA GĦALL-INTRAPRIŻA ġ KAP. 463. 1
KAPITOLU 463
ATT DWAR IL-KORPORAZZJONI MALTIJA 
GĦALL-INTRAPRIŻA
Biex jipprovdi dwar it-twaqqif ta’ korporazzjoni f’Malta biex
tippromwovi t-twaqqif u l-espansjoni ta’ intrapriżi ta’ negozju f’Malta,
biex jistabbilixxi x’inhuma l-funzjonijiet u l-poteri tagħha u sabiex
jipprovdi dwar affarijiet anċillari jew konnessi ma’ dan.
11 ta’ Awissu, 2003
L-ATT VIII ta’ l-2003.
TAQSIMA I
Preliminari
Titolu fil-qosor.
Korporazzjoni Maltija għall-Intrapriża.
Tifsir.
teħtieġ xort’oħra -
"il-Bord" tfisser il-Bord tad-Diretturi tal-Korporazzjoni
mwaqqaf taħt l-artikolu 6;
"data effettiva" tfisser id-data, li tiġi stabbilita mill-Ministru, li
fiha dan l-Att jibda jseħħ;
"diretturi" tfisser il-membri maħtura fil-Bord tad-Diretturi tal-
Korporazzjoni taħt l-artikolu 6;
"il-Korporazzjoni" tfisser l-Intrapriża ta’ Malta, korporazzjoni
mwaqqfa taħt l-artikolu 3;
"kumitat" tfisser kumitat tal-Korporazzjoni mwaqqaf taħt l-
artikoli 12 u 13;
"Malta" għandha l-istess tifsir kif mogħti lilha bl-artikolu 124
tal-Kostituzzjoni ta’ Malta;
"il-Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għall-politika
ekonomika u tinkludi, skond l-awtorità  li jkollha, lil kull persuna
awtorizzata f’ismu għal xi għan ta’ dan l-Att;
"il-President" tfisser il-President tal-Bord tad-Diretturi maħtur
taħt l-artikolu 7;
"segretarju" tfisser is-segretarju tal-Bord maħtur skond ma hemm
fl-artikolu 14;
"sena finanzjarja" tfisser perjodu ta’ tnax-il xahar li jtemm fil-31
ta’ Diċembru ta’ kull sena jew f’xi data oħra li tiġi stabbilita mill-
Bord bi ftehim mal-Ministru. Iżda l-ewwel sena finanzjarja tal-
korporazzjoni għandha tibda mad-dħul fis-seħħ ta’ dan l-artikolu u
għandha ttemm fil-31 ta’ Diċembru tas-sena li taħbat minnufih
wara;
"il-kap eżekuttiv" tfisser l-uffiċjal eżekuttiv ewlieni tal-
Korporazzjoni maħtur taħt l-artikolu 9.
2 KAP. 463. ħ KORPORAZZJONI MALTIJA GĦALL-INTRAPRIŻA
TAQSIMA II
Twaqqif u Funzjonijiet tal-Korporazzjoni
Twaqqif tal-
Korporazzjoni.
3. (1) Ikun hemm korporazzjoni, li tissejjaħ l-Intrapriża ta’
Malta, sabiex taqdi l-funzjonijiet assenjati lilha taħt dan l-Att.
(2) Il-Korporazzjoni tkun korp magħqud li jkollha personalità
legali distinta u li tkun tista’, bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’
dan l-Att, tagħmel kuntratti, takkwista, ikollha u tiddisponi minn
kull proprjetà  għall-finijiet tal-funzjonijiet tagħha, tħarrek u tiġi
mħarrka, u tagħmel dawk il-ħwejjeġ kollha u dawk l-
operazzjonijiet kollha li jkunu inċidentali jew li jwasslu għall-
eżerċizzju jew il-qadi tal-funzjonijiet tagħha taħt dan l-Att.
Funzjonijiet tal-
Korporazzjoni.
4. (1) Il-Korporazzjoni jkollha dawn il-funzjonijiet li ġejjin:
(a) li toriġina, tmexxi u ġġib ’il quddiem inizjattivi li
jkollhom x’jaqsmu ma’ l-iżvilupp ekonomiku u soċjali
ta’ Malta;
(b) li tmexxi l-istrateġija ta’ Malta skond ma din ikollha
x’taqsam ma’ kull forma ta'’intrapriża, billi tiġi
żgurata l-implimentazzjoni ta’ dik l-attività  permezz
ta’ approċ koordinat u koerenti;
(ċ) li tiżviluppa u li tipprovdi l-għajnuna meħtieġa u
servizzi ta’ appoġġ għall-industrija u l-intrapriża
f’Malta;
(d) li tippromwovi lil Malta bħala post fejn imorru n-
negozji, biex tgħin u tikkoordina l-promozzjoni tagħha
bħala post tali;
(e) li tippromwovi, tgħin u tiżviluppa it-twaqqif, il-
kompetitività  u l-internazzjonalizzazzjoni tal-
kummerċ f’Malta;
(f) li tiżviluppa bażijiet teknoloġiċi, ta’ riżorsi umani u
abbiltajiet, u li ssaħħaħ il-kapaċità  ta’ intrapriżi tan-
negozju, li tagħmel stima u formulazzjoni strateġika, li
ġġedded, u li tagħmel attivitajiet ta’ riċerka, żvilupp u
disinn;
(g) li tipprovdi u tmexxi art, siti, fondi, servizzi, u
faċilitajiet għal intrapriżi tan-negozju;
(h) li tamministra skemi, għotjiet u faċilitajiet finanzjarji
oħra li jkunu jeħtieġu l-iżbors ta’ fondi, inklużi fondi li
joriġinaw minn sorsi barranin;
(i) li tagħti parir lill-Ministru dwar kull ħaġa li jkollha
x’taqsam ma’ l-operazzjonijiet u l-finijiet ta’ dan l-Att;
u
(j) li twettaq dawk il-funzjonijiet l-oħra li jistgħu jiġu
assenjati lilha mill-Ministru minn żmien għal żmien.
(2) Fl-eżerċizzju tal-funzjoni preċedenti, il-korporazzjoni
jkollha s-setgħa li:
(a) tagħmel kull forma ta’ investiment, inkluża l-proprjetà
diretta ta’ intrapriżi tan-negozju minn jeddha jew bi
KORPORAZZJONI MALTIJA GĦALL-INTRAPRIŻA ġ KAP. 463. 3
sħubija ma’ persuni oħra, tagħti self u tagħmel avvanzi
lil intrapriżi, tissottoskrivi, taderixxi b’underwriting
jew tittratta f’ishma jew obbligazzjonijiet
f’kumpanniji, guarantee loans u avvanzi lil persuni
oħra, jagħmel għotjiet lil intrapriżi, u jimmaniġġa u
jikkontrolla intrapriżi tan-negozju: iżda f’kull
operazzjoni bħal dik hawn qabel imsemmija, l-
investiment jew ir-responsabbiltà  ta’ l-Intrapriża ta’
Malta għandha tkun jew tittieħed bħala waħda b’riskju
raġonevoli;
(b) takkwista, tbiegħ jew xort’oħra tiddisponi minn jew
tqabbel art, tikri impjanti, makkinarju u tagħmir, u
proprjetà  oħra, u li xort’oħra tagħmel disponibbli
proprjetà  għall-użu ta’ persuni oħra;
(ċ) tamministra art, u tiżviluppa art, u li tagħmel xogħlijiet
fuq biċċiet ta’ art, u li żżomm xogħlijiet għaddejin jew
tgħin biex dawn jibqgħu għaddejin;
(d) tipprovdi servizzi jew faċilitajiet ta’ pariri jew oħrajn
għar-rigward ta’ xi waħda mill-funzjonijiet tagħha,
jew tgħin fl-għoti tagħhom; u
(e) ġeneralment tagħmel dawk l-affarijiet kollha li jistgħu
jkunu inċidentali jew li jwasslu għat-twettiq tal-
funzjonijiet tagħha.
Il-Korporazzjoni 
tista’ tiffunzjona 
permezz ta’ 
aġenzija.
5. Il-Korporazzjoni tista’, bl-approvazzjoni tal-Ministru,
teżerċita l-funzjonijiet tagħha taħt dan l-Att permezz ta’ l-aġenzija
ta’ persuni oħra, u tista' taġixxi bħala aġent jew xort’oħra f’isem
persuni oħra.
TAQSIMA III
Funzjonijiet u Poteri tal-Bord
Bord tad-Diretturi 
tal-Korporazzjoni.
6. (1) L-affarijiet tal-Korporazzjoni jitmexxew u jkunu r-
responsabbiltà  tal-Bord.
(2) (a) Il-Bord ikun magħmul minn mhux anqas minn sitta u
mhux iżjed minn għaxar membri votanti skond ma l-
Ministru jista’, minn żmien għal żmien, jistabbilixxi.
(b) Wieħed mill-membri votanti għandu jiġi appuntat mill-
Ministru biex ikun il-President tal-Bord u membru
votanti ieħor għandu jiġi appuntat bħala Viċi
President.
(3) (a) Il-membri li jinħatru mill-Ministru jkunu persuni li,
salv dak indikat fil-paragrafu (b), ma jkunux uffiċjali
pubbliċi jew persunal tal-Korporazzjoni, li l-Ministru
jkun jidhirlu li għandhom esperjenza u juru kapaċità
f’affarijiet relatati ma’ l-industrija, kummerċ, finanzi,
edukazzjoni, xjenza, il-professjonijiet, jew
organizzazzjonijiet ta’ min iħaddem jew ta’ ħaddiema.
(b) Il-Ministru jista’ jappunta mhux iżjed minn żewġ
uffiċjali pubbliċi li wieħed minnhom ikun
jirrappreżenta lill-Ministru responsabbli mill-industrija
4 KAP. 463. ħ KORPORAZZJONI MALTIJA GĦALL-INTRAPRIŻA
u l-ieħor jirrappreżenta lill-Ministru responsabbli
għall-finanzi.
(4) Żewġ membri magħżula mill-Ministru minn fost lista ta’
ħames persuni li jkunu ġew sottomessi mill-korpi kostitwiti li fil-
fehma tal-Ministru jkunu l-aktar rappreżentattivi ta’ l-interessi tas-
settur kummerċjali, liema korpi kostitwiti jiġu dikjarati f’avviż
legali separat.
(5) Il-membri votanti tal-Bord għandhom jingħataw dik ir-
rimunerazzjoni, jekk ikun il-każ, li l-Ministru jista’ minn żmien
għal żmien jistabbilixxi.
(6) Kull membru votanti jibqa’ fil-kariga għal dak il-perjodu
ta’ żmien u taħt dawk il-pattijiet u kondizzjonijiet li jistgħu jidhru
lill-Ministru li jkunu adatti; il-membri tal-Bord ikunu eliġibbli biex
jerġgħu jinħatru.
(7) Ebda persuna ma tkun kwalifikata biex tinħatar jew biex
tibqa’ membru tal-Bord jekk hija -
(a) tkun membru tal-Kamra;
(b) tkun imħallef jew maġistrat;
(ċ) tkun ġiet dikjarata falluta jew tkun għamlet
kompożizzjoni mal-kredituri tagħha;
(d) tkun interdetta jew inabilitata;
(e) tkun instabet ħatja ta’ reat kontra l-fiduċja pubblika,
ta’ serq, jew frodi jew li tkun xjentement irċeviet
proprjetà  miksuba b’serq jew bi frodi;
Kap. 386.
(f) tkun soġġetta għal skwalifika taħt l-artikolu 320 ta’ l-
Att dwar il-Kumpanniji.
(8) Membru votanti tal-Bord jista’ f’kull waqt jirriżenja mill-
kariga tiegħu permezz ta’ ittra indirizzata lill-Ministru u r-riżenja
tiegħu tkun effettiva mid-data hemm imsemmija, imma dik id-data
ma għandhiex tkun tippreċedi d-data ta’ l-ittra tar-riżenja.
(9) Membru votanti tal-Bord jista’, f’kull waqt, jitneħħa minn
membru tal-Bord mill-Ministru jekk, fil-fehma tal-Ministru li
għandha tiġi espressa fl-istrument li jikkaġuna t-tneħħija, dak il-
membru ma jkunx baqa’ kapaċi, minħabba f’raġunijiet ta’ saħħa,
jew għal kull raġuni oħra dwar il-qadi ta’ dmirijietu, jew jekk it-
tneħħija tiegħu tkun fil-fehma tal-Ministru meħtieġa għall-qadi
effettiv mill-Korporazzjoni ta’ dmirijietha.
(10) Jekk membru votanti tal-Bord imut, jirriżenja, jirtira, jiġi
skwalifikat jew jitneħħa mill-kariga, il-Ministru jista’ jaħtar
persuna oħra biex tkun membru tal-Bord u timla l-vakanza li tkun
hekk inħolqot u l-persuna li tkun ġiet hekk maħtura għandha tibqa’
fil-kariga għall-bqija taż-żmien li kien ikun fadal għall-persuna li
tkun ħolqot il-vakanza.
Il-President. 7. (1) Il-President jibqa’ fil-kariga għal dak il-perjodu ta’
żmien u taħt dawk il-pattijiet u l-kondizzjonijiet li l-Ministru jkunu
jidhrulu adatti; il-President jista’ jinħatar mill-ġdid.
(2) Jekk il-President ma jibqax fil-kariga bħala membru tal-
KORPORAZZJONI MALTIJA GĦALL-INTRAPRIŻA ġ KAP. 463. 5
Bord huwa jtemm ukoll milli jibqa’ fil-kariga ta’ President.
(3) Il-President jista’, f’kull waqt, jirriħenja mill-kariga ta’
President permezz ta’ ittra indirizzata lill-Ministru u r-riżenja
għandha, kemm-il darba din ma tiġix qabel irtirata bil-miktub, tkun
effettiva mid-data imsemmija fiha, li tkun data li ma tistax
tippreċedi d-data ta’ l-ittra tar-riżenja.
Il-Viċi President.
jista’ temporanjament jaqdi l-funzjonijiet tal-kariga tiegħu, jew
ikun bil-vaganzi, u meta l-post ta’ President ikun temporanjament
battal, il-Viċi President, jekk ikun maħtur, għandu jaġixxi minflok
il-President u għandu jeżerċita u jaqdi l-funzjonijiet tal-President
matul dak iż-żmien.
Kap Eżekuttiv.
(2) Il-Kap Eżekuttiv jinħatar biex jibqa’ fil-kariga għal perjodu
ta’ mkux aktar minn tliet snin: iżda l-Kap Eżekuttiv ikun eliġibbli li
jerġa’ jinħatar fil-kariga għal perjodi ulterjuri ta’ mhux iżjed minn
tliet snin kull wieħed: iżda wkoll, Kap Eżekuttiv ma jistax b’kollox
jibqa’ fil-kariga għal aktar minn disa’ snin konsekuttivi.
(3) Il-Kap Eżekuttiv għandu bla ħsara għall-ordnijiet li
jingħatawlu mill-Bord imexxi u jimaniġġa u jikkontrolla l-
operazzjonijiet u x-xogħol tal-Korporazzjoni u wkoll jaqdi
funzjonijiet oħra li jistgħu jiġu stabbiliti mill-Bord.
(4) Il-Kap Eżekuttiv ma jistax ikollu xi kariga oħra jew
pożizzjoni oħra jew imexxi xi attività  ta’ negozju mingħajr il-
kunsens tal-Bord.
(5) Il-Kap Eżekuttiv jista’ jiġi mistieden minn żmien għal
żmien sabiex jattendi fil-laqgħat tal-Bord; dan però  ma jkollux dritt
tal-vot.
Laqgħat tal-Bord.
vakanza fost il-membri tiegħu: iżda jrid ikun hemm quorum f’kull
laqgħa.
(2) (a) Il-quorum għal-laqgħat kollha tal-Bord għandhom
ikunu ta’ nofs l-għadd ta’ diretturi votanti li f’dak iż-
żmien ikunu jikkostitwixxu l-Bord u f’ebda każ dak il-
quorum ma għandu jkun ta’ inqas minn tliet membri.
(b) Fin-nuqqas tal-President f’xi laqgħa tal-Bord, il-Viċi
President, jekk ikun maħtur, għandu jaġixxi bħala
president, u fin-nuqqas kemm tal-President u tal-Viċi
President, id-diretturi preżenti jistgħu jagħżlu lil xi
persuna minn fosthom biex taġixxi ta’ president waqt
dik il-laqgħa.
(3) Id-deċizjonijiet tal-Bord jittieħdu b’maġġoranza tal-voti
tal-membri preżenti u votanti. Il-President jew dik il-persuna oħra
li tkun qed tippresjedi l-laqgħa jkollu vot ieħor jew vot deċiżiv.
(4) Il-Bord għandu jiltaqa’ kemm il-darba jkun meħtieġ sabiex
jaqdi l-funzjonijiet tiegħu, u f’kull każ mhux anqas minn darbtejn
kull sitt xhur. Il-President jista’ minn jeddu jew fuq talba ta’ xi
żewġ diretturi votanti f’kull żmien isejjaħ laqgħa tal-Bord.
6 KAP. 463. ħ KORPORAZZJONI MALTIJA GĦALL-INTRAPRIŻA
(5) Il-Bord għandu jara li jiġu miżmuma l-minuti ta’ kull
laqgħa u li dawk il-minuti jiġu konfermati fil-laqgħa li taħbat sew
sew wara. Kopji awtentikati tal-minuti ta’ kull laqgħa tal-Bord
għandhom jigu mibgħuta lill-Ministru meta hekk jitlob.
(6) Il-Bord jista’ jagħmel ordnijiet permanenti li jirregolaw il-
proċedura tiegħu stess b’mod ġenerali, u, b’mod partikolari, dwar
kif jinżammu l-laqgħat tal-Bord, l-avviż li għandu jingħata dwar
dawk il-laqgħat, il-proċeduri adottati fihom, kif jinżammu l-minuti,
il-kustodja, il-produzzjoni u l-ispezzjon ta’ dawk il-minuti, u kif
jinfetħu, jinżammu, jingħalqu u jiġu verifikati l-kontijiet: iżda bla
ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-artikolu u ta’ kull
ordni permanenti magħmula bis-saħħa tagħhom, il-Bord jista’
jirregola l-proċedura tiegħu nnifsu.
Rapprezentanza 
tal-Korporazzjoni.
11. (1) Ir-rappreżentanza tal-Korporazzjoni tkun fil-President
jew f’tali persuna jew persuni oħra li l-Bord jista’ jsemmi
b’riżoluzzjoni. Għandu jiġi ppublikat avviż ta’ riżoluzzjoni bħal
dik fil-Gazzetta.
(2) Kull dokument li jidher li jkun istrument magħmul jew
maħruġ mill-Korporazzjoni u li jkun iffirmat mil-President jew
mill-Kap Eżekuttiv u mis-segretarju, jekk ikun hemm wieħed,
f’isem il-Korporazzjoni jista’ jinġieb bħala prova u għandu,
sakemm ma jigix ippruvat il-kuntrarju, jitqies li jkun istrument
magħmul jew maħruġ mill-Korporazzjoni.
Kumitati. 12. (1) Il-Bord jista’ jwaqqaf kumitati, li jkollhom dawk it-
termini ta’ referenza li jistgħu jiġu deċiżi mill-Bord, sabiex
jassistuh u jagħtuh pariri f’dak li għandu x’jaqsam mal-qadi ta’ xi
funzjoni tiegħu u jista’ jiddelega lil xi tali kumitat xi funzjoni, sew
kollha kemm hi sew parti minnha.
(2) Il-membri tal-kumitati jiġu maħtura u mneħħija mill-Bord u
għandhom jikkonsistu f’dak l-għadd ta’ membri li l-Bord jista’ jqis
li jkun xieraq. Kumitat jista’ jinkludi persuni li ma jkunux membri
tal-Bord kif ukoll uffiċjali jew impjegati tal-Korporazzjoni. Il-
membri ta’ kumitat jistgħu jitneħħew mill-Bord.
(3) Kumitat jista’, f’kull waqt, jiġi xolt mill-Bord:
Iżda dan is-subartikolu ma għandux ikun japplika għall-
Kumitat tal-Verifika mwaqqaf tahħ l-artikolu 13.
(4) Il-Bord jista’ jirregola l-proċedura ta’ kull kumitat.
(5) L-atti ta’ kumitat ikunu soġġetti għall-konferma tal-Bord
ħlief meta l-Bord jagħmel dispensa mill-ħtieġa għal din il-
konferma.
(6) Għandhom jitħallsu mid-dħul tal-Korporazzjoni lil membri
ta’ kumitat dawk l-allowances għall-ispejjez li jagħmlu fil-qadi ta’
dmirijiethom hekk kif il-Bord jista’ minn żmien għal żmien
jiddeċiedi bil-kunsens tal-Ministru.
Kumitat tal-
Verifika.
13. (1) Il-Bord għandu jwaqqaf Kumitat tal-Verifika b’termini
ta’ referenza miktubin li jistabbilixxu b’mod ċar l-awtorità  u d-
dmirijiet ta’ dak il-kumitat.
KORPORAZZJONI MALTIJA GĦALL-INTRAPRIŻA ġ KAP. 463. 7
(2) (a) Il-Kumitat tal-Verifika għandu jiltaqa’ mhux inqas
minn erba’ darbiet fis-sena.
(b) Il-laqgħat tal-Kumitat tal-Verifika jiġu presjeduti minn
direttur tal-Korporazzjoni.
(ċ) Il-membri tal-Kumitat tal-Verifika għandhom jinħatru
taħt dawk il-pattijiet u kondizzjonijiet li jistgħu jiġu
stabbiliti mill-Bord.
(3) Mingħajr preġudizzju għall-ġeneralità  tad-disposizzjonijiet
tas-subartikolu (1), il-Kumitat tal-Verifika għandu jkollu dawn il-
funzjonijiet li ġejjin:
(a) li jassisti u jappoġġa lill-Bord fit-twettiq tar-
responsabbiltajiet legali u ta’ verifika li għandu;
(b) li jipprovdi mezz ta’ komunikazzjoni ma’ awdituri
esterni u jevalwa u jikkordina l-verifika interna tal-
Korporazzjoni; u
(ċ) li jirrevedi u jevalwa l-effettività  ta’ l-
amministrazzjoni fil-konformità  tagħha ma’ kull
politika u fit-twettiq tal-funzjonijiet regolatorji tagħha.
(4) Il-Kumitat tal-Verifika għandu jirrapporta lill-Bord ta’ kull
sena u f’kull żmien ieħor skond ma jista’ jiġi ordnat mill-Bord.
Persunal tal-
Korporazzjoni.
14. (1) Il-Korporazzjoni tista’ timpjega, b’dawk il-pattijiet u
kondizzjonijiet li l-Bord jista’ jistabbilixxi, hekk kif tista’ tqis
meħtieġ għat-twettiq kif imiss tal-funzjonijiet tagħha, għadd ta’
impjegati. Wieħed minn dawn l-impjegati jinħatar mill-Bord sabiex
ikun is-Segretarju.
(2) Il-gradi tal-persunal tal-Korporazzjoni, l-għadd ta’ persunal
f’kull grad u l-livell adatt ta’ ħlas għal kull grad ikunu deċizi mill-
Bord, bil-kunsens tal-Ministru.
Dikjarazzjoni ta’ 
interess.
15. (1) Meta l-Kap Eżekuttiv, membru tal-Bord, membru tal-
persunal tal-Korporazzjoni, membru ta’ kumitat imwaqqaf taħt l-
artikolu 12 jew 13 , jew konsulent, jew persuna li tagħti pariri jew
persuna oħra mqabbda mill-Korporazzjoni, jew membru tal-Bord
jew mill-persunal ta’ sussidjarja, ikollu xi interess fi, jew materjali
għal, xi affari li għandha tiġi kkunsidrata mill-Bord, jew minn
kumitat imwaqqaf taħt dan l-Att -
(a) għandu jiżvela lill-Bord jew lill-kumitat, skond il-każ,
ix-xorta ta’ l-interess tiegħu fl-ewwel laqgħa tal-Bord
jew tal-kumitat wara li jinkiseb dak l-interess jew
qabel ma tiġi kkunsidrata l-affari, skond liema tiġi l-
ewwel;
(b) ma għandu la jinfluwenza lanqas jipprova jinfluwenza
deċizjoni li għandha x’taqsam ma’ l-affari;
(ċ) ma għandu jieħu ebda sehem fil-konsiderazzjoni ta’
dik l-affari;
(d) ma għandu, jekk ikun Kap Eżekuttiv, membru tal-
Bord, impjegat tal-persunal tal-Korporazzjoni jew
membru ta’ kumitat imwaqqaf taħt l-artikolu 12 jew
8 KAP. 463. ħ KORPORAZZJONI MALTIJA GĦALL-INTRAPRIŻA
13, jirtira mill-laqgħa filwaqt li tkun qiegħda tiġi
diskussa jew ikkunsidrata l-affari u ma għandux
jivvota jew b’xi mod ieħor jaġixxi f’dik il-kariga għal
dak li għandu x’jaqsam ma’ dik l-affari.
(2) Meta tqum kwistjoni dwar jekk il-kondotta ta’ persuna, jekk
din tibqa’ tokkorri, tirriżultax jew le f’nuqqas tagħha milli
tikkonforma ruħha mal-ħtiġiet tas-subartikolu (1), il-kwistjoni
għandha tiġi deċiza mill-Bord u kemm id-deċizjoni kemm il-
motivazzjoni tagħha għandhom jiġu mnizzla fil-minuti tal-laqgħa
fejn ikunu ttieħdu.
(3) Meta jsir xi żvelar lill-Bord jew lil xi kumitat
konformement mas-subartikolu (1), għandhom jiġu mnizzla d-
dettalji dwar dak l-iżvelar fil-minuti ta’ dik il-laqgħa.
(4) Meta persuna msemmija f’dan l-artikolu tonqos milli
tagħmel l-iżvelar meħtieġ, il-Bord għandu jiddeċiedi dwar liema
azzjoni adatta (inkluza t-tneħħija mill-kariga jew it-terminazzjoni
tal-kuntratt) għandu jieħu:
Iżda meta dik il-persuna tkun direttur votanti tal-
korporazzjoni, l-affari għandha tiġi rrapportata lill-Ministru.
Żvelar ta’ tagħrif. 16. (1) Salv kif xort’oħra provdut b’dan l-Att u s-subartikolu
(2) jew kull liġi oħra, persuna ma għandhiex, ħlief meta jkun
meħtieġ għat-twettiq kif imiss tal-funzjonijiet tagħha, tikxef,
mingħajr il-kunsens tal-Bord, lil xi persuna informazzjoni li ma
tkunx pubblika u li tkun inkisbet waqt il-qadi (jew bħala riżultat
tal-qadi) ta’ dmirijietha bħala -
(a) membru tal-Bord;
(b) Kap Eżekuttiv;
(ċ) membru tal-persunal tal-Korporazzjoni;
(d) membru ta’ kumitat imwaqqaf taħt l-artikolu 12 jew
13; jew
(e) min jagħti parir jew konsulent tal-Korporazzjoni jew
impjegat ta’ dik il-persuna waqt illi tkun qed taqdi
dmirijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ dik il-konsulenza.
(2) Ebda ħaġa fis-subartikolu (1) ma għandha żżomm mill-
iżvelar lill-Ministru ta’ informazzjoni f’xi rapport magħmul lill-
Korporazzjoni jew għall-Korporazzjoni.
(3) Salv kull azzjoni dixxiplinarja li l-Bord jista’ jqis adatta li
jieħu, kull persuna li tikser id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu
tkun ħatja ta’ reat u għandha, meta tinsab ħatja, teħel multa ta’
mhux anqas minn ħames mitt lira u mhux iżjed minn ħamest elef
lira jew priġunerija għal żmien mhux iżjed minn sitt xhur, jew dik
il-multa u priġunerija flimkien.
Rapporti lill-
Ministru.
17. (1) Il-Ministru jista’, minn żmien għal żmien, wara
konsultazjoni mal-Korporazzjoni, jagħti lill-Korporazzjoni direttivi
ta’ xorta ġenerali, li ma jkunux kontra d-disposizzjonijiet ta’ dan l-
Att dwar il-politika li fuqha għandha timxi l-Korporazzjoni fil-qadi
tal-funzjonijiet tagħha taħt dan l-Att.
KORPORAZZJONI MALTIJA GĦALL-INTRAPRIŻA ġ KAP. 463. 9
(2) Il-Bord għandu jagħti effett lil dawk id-direttivi li
jingħatawlu mill-Ministru taħt dan l-artikolu.
(3) Il-Korporazzjoni għandha tagħti lill-Ministru kull
informazzjoni dwar il-proprjetà  u l-qadi tad-dmirijiet tal-
Korporazzjoni, u għandha tibgħatlu prospetti, kontijiet u dokumenti
oħra li għandhom x’jaqsmu ma’ dan, u tagħtih il-faċilitajiet kollha
meħtieġa biex ikun jista’ jivverifika l-informazzjoni mogħtija,
b’dak il-mod u f’kull waqt li huwa jista’ hekk raġonevolment
jeħtieġ.
TAQSIMA IV
Disposizzjonijiet Finanzjarji
Kapital tal-
Korporazzjoni.
18. (1) Il-kapital inizjali tal-Korporazzjoni għandu jkun ta’
miljun lira mħallsa mill-Gvern. Kapital ieħor għandu jinġabar
b’dak il-mod kif il-Ministru responsabbli għall-finanzi jista’, fuq
il-parir tal-Korporazzjoni, jistabbilixxi minn żmien għal żmien:
Iżda l-kapital tal-Korporazzjoni għandu jinżamm kollu
kemm hu mill-Gvern.
(2) Il-Korporazzjoni għandha, bi tpattija għall-flejjes u
drittijiet jew interessi fi proprjetà  kollha minn żmien għal żmien
imħallsa jew trasferiti lill-Korporazzjoni mill-Gvern bħala
sottoskrizzjoni għall-kapital tal-Korporazzjoni, toħroġ lill-Ministru
responsabbli għall-finanzi f’isem il-Gvern capital stock fl-ammont
tal-flejjes kollha hekk imħallsa u riċevuti u f’ammont li jekwivali
f’valur nominali daqs l-ammont miftiehem bejn il-Korporazzjoni u
l-Gvern bħala li jirrappreżenta l-valur ta’ kull dritt u interess fi
proprjetà  hekk trasferiti.
Setgħat ta’ self.
responsabbli għall-finanzi, tissellef minn żmien għal żmien dawk
is-somom li tista’ teħtieġ sabiex tissodisfa l-obbligi tagħha jew
sabiex taqdi xi funzjoni tagħha.
(2) Minkejja d-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1), il-
Korporazzjoni tista’ mingħajr ebda awtorità  oħra teżerċita s-setgħat
tagħha ta’ self sabiex tissellef temporanjament, permezz ta’
overdraft jew xort’oħra, somom li minnhom l-ammont totali dovut
ma jkun f’ebda żmien ta’ iżjed minn miljun lira jew iżjed minn dik
is-somma li tiġi stabbilita mill-Ministru responsabbli għall-finanzi
b’ordni pubblikat fil-Gazzetta.
(3) Sabiex tiġi żgurata kull somma li tissellef mill-
Korporazzjoni jew kull passiv assunt mill-Korporazzjoni fl-
eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħha, il-Korporazzjoni tista’ tipoteka
jew taddebita l-proprjetà  tagħha, jew xi parti minnha, u tista’
toħroġ obbligazzjonijiet, stock ta’ obbligazzjonijiet, bonds jew
titoli oħra, sew hekk kif inhuma jew bħala sigurtà  għal xi dejn,
passiv jew obbligu tal-Korporazzjoni jew ta’ terzi.
Fondi.
meħtieġ fil-ġestjoni ta’ l-operazzjonijiet tagħha.
(2) Dawk il-fondi għandhom jiġu amministrati mill-
10 KAP. 463. ħ KORPORAZZJONI MALTIJA GĦALL-INTRAPRIŻA
Korporazzjoni b’dak il-mod skond ma hi stess tista’ tistabbilixxi;
iżda ebda parti minn dawk il-fondi ma għandha tiġi applikata
xort’oħra milli għall-finijiet tal-Korporazzjoni.
Mid-dħul 
għandhom jitħallsu 
l-ispejjeż.
21. Il-Korporazzjoni jkollha d-dmir li tikkonserva l-attiv
tagħha u teżerċita u taqdi l-funzjonijiet tagħha taħt dan l-Att b’mod
li tiżgura li d-dħul totali tal-Korporazzjoni jkunu biżżejjed biex
minnhom jitħallsu l-ammonti kollha addebitabbli kif imiss lill-kont
tad-dħul tagħha.
Estimi annwali u 
kontijiet tal-
Korporazzjoni.
22. (1) Il-Korporazzjoni għandha f’kull sena finanzjarja tara li
jiġu preparati u adottati estimi ta’ dħul u nfiq tal-Korporazzjoni
għas-sena finanzjarja sussegwenti.
(2) Il-Korporazzjoni għandha tara li jiġu miżmuma kontijiet u
records oħra kif imiss dwar l-operazzjonijiet u t-transazzjonijiet
tagħha, u għandha tara li tiġi preparata dikjarazzjoni tal-kontijiet
dwar kull sena finanzjarja.
(3) Il-kontijiet tal-Korporazzjoni għandhom jiġu verifikati
minn awditur jew awdituri li jiġu nominati mill-Korporazzjoni
minn sena għall-oħra.
(4) Il-Korporazzjoni għandha, mhux aktar tard minn erba’ xhur
wara tmiem kull sena finanzjarja, tara li kopja ta’ dikjarazzjoni tal-
kontijiet verifikati tagħha tiġi mibgħuta lill-Ministru u lill-Ministru
responsabbli għall-finanzi flimkien ma’ kopja tar-rapport ta’ l-
awditur jew awdituri relattivament għal dik id-dikjarazzjoni.
Rapport annwali. 23. (1) Il-Korporazzjoni għandha, mhux aktar tard minn erba’
xhur wara tmiem kull sena finanzjarja, tagħmel u tibgħat lill-
Ministru rapport dwar l-attivitajiet tagħha matul dik is-sena li jkun
fih dik l-informazzjoni relattiva għall-funzjonijiet u l-proċedimenti
tal-Korporazzjoni skond ma l-Ministru jista’, minn żmien għal
żmien, ikun jeħtieġ, flimkien mal-kontijiet verifikati kif provdut fl-
artikolu 22.
(2) Il-Ministru għandu jara li kopja ta’ kull rapport u kontijiet
bħal dawk titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra fi żmien ġimgħatejn,
jew inkella, jekk f’dak il-perjodu l-Kamra ma tkunx qiegħda
f’sessjoni, fi żmien ġimgħatejn mill-bidu tas-sessjoni li tkun tmiss
minnufih wara.
TAQSIMA V
Disposizzjonijiet Transitorji
Trasferiment ta’ 
impriżi.
24. (1) B’seħħ mid-data effettiva, u bla ħsara għad-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 27, l-impriżi kollha li dwarhom
japplika dan l-artikolu għandhom, bis-saħħa ta’ dan l-Att u
mingħajr ebda assikurazzjoni oħra, jiġu trasferiti lil, u vestiti fil-
Korporazzjoni taħt l-istess titolu li bih kienu miżmuma mill-
Korporazzjoni għal Żvilupp ta’ Malta jew mill-Malta External
Trade Conrpany Limited jew mill-Institute for the Promotion of
Small Enterprise Limited, minnufih qabel dik id-data.
(2) (a) Il-Ministru jista’ b’ordni minn żmien għal żmien
jordna li impriża li tkun kontrollata minn xi
KORPORAZZJONI MALTIJA GĦALL-INTRAPRIŻA ġ KAP. 463. 11
organizzazzjoni jew enti msemmija fl-ordni għandha
bis-saħħa ta’ l-ordni, bla ħsara għad-disposizzjonijiet
ta’ l-artikolu 27, tvesti fil-Korporazzjoni bl-istess mod
bħal ma kienu kontrollati minnufih qabel id-data
effettiva ta’ l-ordni minn dik l-organizzazzjoni jew
enti.
(b) Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu (a) għandhom
japplikaw għar-rigward ta’ organizzazzjoni jew enti li
tkun għal kollox proprjetà , direttament jew
indirettament, mill-Gvern jew minn korporazzjoni
mwaqqfa b’liġi.
(ċ) Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 25 u 26 għandhom
mutatis mutandis japplikaw għal kull impriża li fir-
rigward tagħha ssir ordni mill-Ministru bis-saħħa tal-
paragrafu (a).
(3) Għall-finijiet ta’ din it-Taqsima ta’ l-Att, "impriżi" tinkludi
stocks u kull proprjetà  oħra mobbli jew immobbli, attiv, setgħat,
jeddijiet, privileġġi miżmuma jew posseduti dwarhom jew li huma
tagħhom, kif ukoll kull passiv u obbligi li jolqtu jew li għandhom
x’jaqsmu ma’ xi waħda mill-impriżi hawn qabel imsemmija jew
ħaġ’oħra inkluza fihom kif hawn qabel imsemmi.
Ftehim ta’ liġijiet, 
kuntratti, eċċ., 
eżistenti.
25. Bla ħsara għall-artikolu 27 u għad-disposizzjonijiet l-oħra
ta’ dan l-Att, kull ligi, regola, regolament, ordni, sentenza, digriet,
deċizjoni, award (lodi), att, bond, avvanz, kuntratt, ftehim,
istrument, dokument, mandat u arranġament dwar xogħol, li kienu
jeżistu minnufih qabel id-data effettiva, li jolqtu jew li għandhom
x’jaqsmu mal-Korporazzjoni għal Żvilupp ta’ Malta jew il-Malta
External Trade Company Limited jew l-Institute for the Promotion
of Small Enterprise Limited, jew li fihom kienet parti xi enti
minnhom, għandu jkollhom kull saħħa u effett kontra jew favur il-
Korporazzjoni, u għandhom jiġu eżegwiti għalkollox u
effettivament bħallikieku, minflok l-entijiet imsemmija, kienet
imsemmija l-Korporazzjoni fihom jew din kienet tagħmel parti
magħhom.
Disposizzjonijiet 
transitorji.
26. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 27, meta
xi ħaġa tkun inbdiet bis-saħħa jew taħt l-awtorità  tal-Korporazzjoni
għal Żvilupp ta’ Malta jew tal-Malta External Trade Company
Limited jew ta’ l-Institute for the Promotion of Small Enterprise
Limited, qabel id-data effettiva u dik il-ħaġa jkollha x’taqsam ma’
xi waħda mill-impriżi trasferiti, dik il-ħaġa tista’ titkompla u
titlesta bis-saħħa jew taħt l-awtorità  tal-Korporazzjoni.
(2) Meta minnufih qabel id-data effettiva jkun hemm pendenti
xi proċediment legali li fih il-Korporazzjoni għal Żvilupp ta’ Malta
jew il-Malta External Trade Company Limited jew l-Institute for
the Promotion of Small Enterprise Limited ikunu parti jew
ikollhom jedd li jkunu parti, u dawk il-proċedimenti jkunu jirreferu
għal xi waħda mill-impriżi trasferiti, l-Korporazzjoni għandha,
b’seħħ mid-data effettiva, tkun sostitwita f’dawk il-proċedimenti
minflok l-enti relattiva, skond ma jeħtieġ il-każ, jew kienet kieku
ssir parti fihom bl-istess mod bħalma xi waħda minn dawk l-
entijiet, skond ma jkun il-każ, kienet kieku ssir, u m’għandhomx
12 KAP. 463. ħ KORPORAZZJONI MALTIJA GĦALL-INTRAPRIŻA
dawk il-proċedimenti jieqfu minħabba f’dik is-sostituzzjoni.
(3) Il-Ministru jista’ b’ordni jagħmel dawk id-disposizzjonijiet
inċidentali, konsegwenzjali u supplimentari li jistgħu jkunu
meħtieġa jew spedjenti sabiex jiġi żgurat u biex jingħata effett sħiħ
lit-trasferiment ta’ xi impriża lill-Korporazzjoni b’dan l-Att jew
taħtu u jista’ jagħmel dawk l-ordnijiet li jidhrulu meħtieġa biex
jagħmel li xi setgħat u dmirijiet eżerċitati mill-Korporazzjoni għal
Żvilupp ta’ Malta, il-Malta External Trade Company Limited jew l-
Institute for the Promotion of Small Enterprise Limited, dwar xi
waħda mill-impriżi trasferiti, jistgħu jiġu eżerċitati minn u f’isem
il-Korporazzjoni.
Esklużjonijiet. 27. (1) Dawn l-affarijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ l-enti
speċifika msemmija hawn iktar ’l isfel m’għandhomx jiġu trasferiti
lill-Korporazzjoni:
(a) it-titolu għall-bini li minnu tkun qed topera il-
Korporazzjoni għal Żvilupp ta’ Malta qabel id-data
effettiva;
(b) il-proċedimenti kollha quddiem il-qrati u l-
proċedimenti pendenti li jkunu nbdew, qabel id-data
effettiva, bejn xi waħda mill-Korporazzjoni għal
Żvilupp ta’ Malta, il-Malta External Trade Company
Limited, jew l-Institute for the Promotion of Small
Enterprise Limited, u xi impjegat ta’ xi waħda minn
dawk l-entijiet, sew preċedenti sew li jkunu jeżistu
f’dak il-waqt;
(ċ) obbligi li joriġinaw:
(i) mill-kuntratti kollha ta’ impjieg ma’ l-impjegati,
u
(ii) il-kuntratti kollha għal servizzi ma’ agenti,
konsulenti jew provdituri ta’ servizzi, li jkunu
saru u li jkunu effettivi qabel id-data effettiva,
bejn xi persuna msemmija fis-subparagrafi (i)
jew (ii) u xi waħda mill-Korporazzjoni għal
Żvilupp ta’ Malta, il-Malta External Trade
Company Limited jew l-Institute for the
Promotion of Small Enterprise Limited.
(2) Id-drittijiet kollha, liema proċedimenti għandhom mid-data
effettiva jitkomplew minn jew kontra, skond il-kuntratt, l-Avukat
Ġenerali jew tali uffiċjal pubbliku ieħor f’isem il-Gvern skond ma
l-Ministru jista’ minn żmien għal żmien jistabbilixxi b’avviż fil-
Gazzetta.
TAQSIMA VI
Mixxellanji
Stralċjar tal-
Korporazzjoni.
28. Il-Korporazzjoni ma għandhiex tiġi stralċjata ħlief taħt jew
bl-awtorità  ta’ Att tal-Parlament.
Tħassir, eċċ.
Kap. 202.
29.* (1) L-Att dwar il-Korporazzjoni għal Żvilupp ta’ Malta
huwa b’dan imħassar u bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-
artikoli 24 sa 27 kull referenza f’xi liġi għall-Korporazzjoni għal
KORPORAZZJONI MALTIJA GĦALL-INTRAPRIŻA ġ KAP. 463. 13
Zvilupp ta’ Malta għandha titqies bħala referenza għall-
Korporazzjoni mwaqqfa taħt dan l-Att.
(2) Il-Malta External Trade Company Limited, l-Institute for
the Promotion of Small Enterprise Limited u l-Malta Enterprise
Limited huma, mingħajr il-ħtieġa ta’ ebda formalità  oħra, stralċjati
u xolti.
Disposizzjoni 
transitorja.
30.* L-artikolu 3 li jwaqqaf il-Korporazzjoni għandu jitqies li
daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2003 limitatament għall-fini tar-
reklutaġġ ta’ dawk il-membri tal-persunal li jistgħu jkunu meħtieġa
għall-ġestjoni tal-Korporazzjoni mad-dħul fis-seħħ tad-
disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan l-Att, u, għal dak l-għan, sad-dħul
fis-seħħ ta’ l-artikolu 6 il-Bord tal-Korporazzjoni għandu jkun
jikkonsisti fil-Bord tad-diretturi tal-Malta Enterprise Ltd li għall-
finijiet imsemmija f’dan l-artikolu għandhom jitqiesu li jkollhom
kull setgħa, dmir u obbligu tal-Bord tad-Diretturi taħt id-
disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-Att.
*Għadu mhux fis-seħħ.
*Meqjus li beda jseħħ fl-1 ta’ Mejju 2003.
