SAĦĦA PUBBLIKA ġ KAP. 465. 1
KAPITOLU 465
ATT DWAR IS-SAĦĦA PUBBLIKA
Biex jippromwovi u jipproteġi s-saħħa.
( )*
ATT XIII ta’ l-2003.
TAQSIMA I
PRELIMINARI
Titolu u bidu fis-
seħħ.
1. (1) It-titolu fil-qosor ta’ dan l-Att hu l-Att dwar il-
Professjonijiet tas-Saħħa.
(2) Dan l-Att jibda jseħħ f'dik id-data li l-Ministru responsabbli
għas-saħħa jista’ b'avviż fil-Gazzetta jistabbilixxi u jistgħu jiġu
stabbiliti dati differenti għal disposizzjonijiet differenti u għal
għanijiet differenti ta’ l-Att.
Tifsir.
teħtieġ xort’oħra -
''abitat'' tfisser inħawi okkupati jew li jistgħu jiġu okkupati minn
mitt persuna b’rata ta’ akkomodazzjoni ta’ 3.5 persuni għal kull
unità  residenzjali;
''abitazzjoni privata'' tfisser bini jew parti minn xi bini użat jew
maħsub li jintuża minn persuna biex tirrisjedi fih;
''ajruport'' tfisser ajruport identifikat mill-istat u li jkun jinsab fit-
territorju tiegħu bħala ajruport ta’ dħul jew ta’ tluq għal traffiku ta’
l-ajru internazzjonali;
''annimal'' tfisser kull annimal kemm jekk jinżamm bħala
annimal domestiku favorit kemm jekk le u jinkludi wkoll tjur, ħut,
rettili u insetti;
''art kontaminata'' tfisser art li titqies mis-Suprintendent bħala
riskju għas-saħħa pubblika minħabba li tkun kontaminata bir-rimi
ta’ l-iskart, jew skart industrijali jew skart ieħor, jew b’xi
attivitajiet oħra;
''avviż ta’ tneħħija'' tfisser in-notifikazzjoni uffiċjali dwar l-
eliminazzjoni jew it-twarrib ta’ xi inkonvenjent li jinħareġ bis-
saħħa ta’ l-artikolu 12;
''ċumnija'' tinkludi strutturi u aperturi ta’ liema xorta jkunu li
minnhom jew minn ġo fihom jintefgħu d-duħħan, naqal, trabijiet
jew irwejjaħ, u, b’mod partikolari, tinkludi tubi f’għamla ta’
ċmieni, u kull referenza għal ċumnija ta’ xi bini tinkludi referenzi
għal ċumnija li tkun isservi bini sħiħ jew xi parti minnu imma li
bħala struttura tkun separata mill-bini imma ma tinkludix pajp ta’ l-
exhaust ta’ vettura;
*Għadu mhux fis-seħħ.
2 KAP. 465. ħ SAĦĦA PUBBLIKA
''duħħan'' tinkludi nugrufun, rmied, naqal u partikoli tan-naqal li
joħorġu mad-duħħan;
''duħħan skur'' tfisser duħħan li jkun klassifikat bħala tali meta
jitkejjel skond regolamenti li jagħmel il-Ministru taħt dan l-Att;
''emerġenza fis-saħħa pubblika'' tfisser sitwazzjoni li fiha jkun
attwali jew imminenti riskju fis-saħħa pubblika;
''eżami mediku'' tfisser eżami fiżiku, psikoloġiku jew psikjatriku,
u tinkludi it-teħid ta’ kampjuni ta’ xi sustanza jew ħmieġ mill-
gisem;
''fond'' tinkludi:
(a) art; u
(b) bini jew part minn xi bini; u
(ċ) struttura jew part minn xi struttura; u
(d) kamp, posta jew struttura temporanja oħra;
''forn domestiku'' tfisser kwalunkwe forn li jkun unikament jew
prinċipalment użat għal finijiet domestiċi, u jkun mudellat għat-
tisħin ta’ boiler bl-akbar kapaċità  ta’ tisħin tiegħu anqas minn
16.12 kilowatt;
''ħoss'' tfisser ħoss li joriġina minn kull post u jinkludi ħoss mit-
traffiku fit-triq u fl-ajru, industriji, xogħlijiet ta’ kostruzzjoni u
dawk pubbliċi, mid-dintorni, ħoss minn sistemi ta’ ventilazzjoni,
makni fl-uffiċċju u tagħmir fid-djar;
''ilma'' teskludi ilma għall-konsum tal-bniedem;
''ilma li tista’ tgħum fih'' tfisser ilma baħar tul il-kosta tal-gżejjer
Maltin fejn hu rikonoxxut bħala tali mis-Suprintendent u li fih l-
għum ma jkunx projbit;
''ilma għar-rikreazzjoni'' tfisser ilma li tista’ tgħum fih, ilma fi
swimming pool u kull roqgħa ilma li tintuża għal skopijiet
rikreattivi;
''ilma tas-swimming pool'' tfisser ilma f’pool intiż għal għum
rikreattiv, għum ieħor, għadds, jew għal finijiet terapewtiċi li jkun
jinsab jew fuq ġewwa jew fil-miftuħ u li ma jkunx użat jew maħsub
li jintuża bħala pool f’residenza ta’ familja waħda, imma tinkludi
swimming pool li jkun jinsab f’residenza ta’ familja waħda, li jkun
użat jew maħsub li jintuża għal għanijiet ta’ kummerċ jew ta’
negozju;
''inkonvenjent'' tfisser interferenza mhux skond il-liġi, f’dak li
għandu x’jaqsam mas-saħħa pubblika, fit-tgawdija ta’ proprjetà  jew
ma’ l-istil ta’ għajxien ta’ persuna u li tkun waħda ta’ preġudizzju
għas-saħħa u jkollha element ripetittiv;
''kunsens'' tfisser approvazzjoni mogħtija minn individwu
mingħajr ebda ġegħil, frodi jew theddid;
Kap. 94.
''Kunsill tas-Saħħa'' tfisser il-Kunsill imwaqqaf bl-artikolu 7 ta'
l-Ordinanza dwar l-Organizzazzjoni tad-Dipartiment tas-Saħħa;
''marda'' tinkludi kull debulizza jew mard li jistgħu jikkaġunaw
disfunzjoni fil-ġisem, jew fis-sistemi jew l-organi tal-bniedem; u
SAĦĦA PUBBLIKA ġ KAP. 465. 3
tinkludi wkoll kull marda li għandha tiġi avżata kif ukoll kull
sintomu assoċjat ma’ xi marda;
''marda li għandha tiġi avżata'' tfisser marda ddikjarata taħt l-
artikolu 27 bħala marda li tenħtieġ li tiġi rrapportata lis-
Suprintendent;
''Ministru'' tfisser il-Ministru responsabbli għas-saħħa pubblika;
''organiżmu patoġeniku uman'' tfisser organiżmu ddikjarat taħt l-
artikolu 27 bħala organiżmu patoġeniku uman, u kull tossin prodott
minn dak l-organiżmu;
''persuna'' tfisser persuna fiżika jew legali u tinkludi awtorità
pubblika;
''port'' tfisser port imsemmi mill-istat li jkun jinsab fit-territorju
tiegħu bħala port ta’ dħul jew ta’ tluq għall-ivvjaġġar jew il-
kummerċ internazzjonali;
''post fejn tista’ tgħum'' tfisser kull fejn ikun hemm ilma li tista’
tgħum fih;
''pratka libera'' tfisser permess biex bastiment jidħol fil-port u
jiżbarka l-passiġġieri, jew biex ajruplan, wara li jinżel l-art,
jiżbarka l-passiġġieri;
''prattikkabbli'' tfisser raġonevolment prattikkabbli meta jitqiesu,
fost affarijiet oħra, il-kondizzjonijiet u ċ-ċirkostanzi lokali, l-
implikazzjonijiet finanzjarji u l-istat korrenti ta’ konoxxenza
teknoloġika;
''riskju fis-saħħa pubblika'' tinkludi persuna, struttura, attività ,
annimal, sustanza jew xi ħaġa li tista’ tikkontribwixxi għal xi
marda fil-bnedmin jew ikollha effetti kuntrarji fuq is-saħħa tal-
bniedem jew tipprevjeni u, jew, tirrestrinġi t-titjib fis-saħħa
pubblika;
''roqgħa ilma'' tfisser nħawi ta’ baħar, kemm fil-magħluq kemm
fil-beraħ, u sew pubblika sew privata;
''saħħa pubblika'' tfisser il-benesseri fiżiku u mentali tal-
komunità ;
''sid'' tinkludi:
(a) l-aġent tas-sid jew trustee;
(b) persuna li tirċievi, jew ikollha jedd li tirċievi, kirjiet
taħt xi kirja tal-fond;
(ċ) okkupant; u
(d) persuna inkarigata minn xi fond jew li tkun qegħda
tiġġestih;
''skart'' tinkludi kull fdal, żibel, ħmieġ tad-drenaġġ, demel, skart
likwidu, ilma qiegħed, radam u terrapien;
''Suprintendent'' tfisser is-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika u
fil-qies ta’ kull delega jew awtorità  mogħtija tinkludi uffiċjal
awtorizzat;
''sustanza kontaminanti'' tfisser sustanza ddikjarata li tkun waħda
kontaminanti taħt l-artikolu 27;
4 KAP. 465. ħ SAĦĦA PUBBLIKA
''tabib'' tfisser persuna li jkollha jedd skond il-liġi teżerċita bħala
tabib taħt xi liġi li tkun isseħħ f'dak il-waqt;
''uffiċjal awtorizzat'' tfisser kull persuna kwalifikata kif imiss li
tkun awtorizzata mis-Suprintendent biex taqdi funzjonijiet taħt dan
l-Att u tinkludi kull uffiċjal nominat;
''uffiċjal nominat'' tfisser kull min ikun awtorizzat mis-
Suprintendent biex jaqdi xi funzjoni jew funzjonijiet speċifiċi taħt
dan l-Att għal dak il-perjodu ta' żmien li s-Suprintendent jista’
jistabbilixxi;
''vaċċin'' tfisser vaċċin, li jinkiseb mnejn ikun, u li jintuża biex
jipprevjeni l-mard fil-bnedmin;
''vettura'' tinkludi kull opra tal-baħar jew ta’ l-ajru.
TAQSIMA II
AMMINISTRAZZJONI
Suprintendent. 3. Għandu jkun is-Suprintendent li jamministra dan l-Att:
Kap. 424.
Kap. 449.
Iżda f’dak li għandu x’jaqsam mar-radjazzjoni, is-
Suprintendent għandu jaġixxi permezz tal-Bord dwar il-Ħarsien
mir-Radjazzjoni mwaqqaf bl-Att dwar l-Awtorità  għas-Saħħa u s-
Sigurtà  fuq il-Post tax-Xogħol, u f’dak li għandu x’jaqsam mas-
sigurezza ta’ l-ikel is-Suprintendent għandu jaġixxi permezz tal-
Kummissjoni għas-Sigurezza ta’ l-Ikel imwaqqaf bl-Att dwar is-
Sigurezza ta’ l-Ikel.
Funzjonijiet u 
poteri tas-
Suprintendent.
4. Is-Suprintendent huwa responsabbli għas-saħħa pubblika
f’Malta u għandu:
(a) jiżgura li d-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u ta’
regolamenti magħmulin taħtu jiġu mħarsa;
(b) jiżviluppa u jimplimenta strateġiji biex jippromwovi u
jtejjeb is-saħħa pubblika;
(ċ) joħroġ standards għas-saħħa pubblika;
(d) jagħti pariri lill-Ministru fuq affarijiet li jirrigwardaw
is-saħħa pubblika b’mod ġenerali u fuq affarijiet li
jirrigwardaw dan l-Att b’mod partikolari;
(e) jaqdi kull funzjoni oħra lilu mogħtija b’dan l-Att jew
b’kull liġi oħra; u
(f) jagħmel kull ħaġa oħra li tista’ tkun meħtieġa jew li
twassal għat-twettiq aħjar tal-funzjonijiet u r-
responsabbiltajiet lilu mogħtija b’dan l-Att.
Delega. 5. (1) Is-Suprintendent jista’ jiddelega, taħt dawk il-
kondizzjonijiet li jista’ jqis li jkunu xierqa, xi waħda mis-setgħat
tiegħu lil min irid.
(2) Dik id-delega tista’ tkun tirrigwarda taqsimiet jew artikoli
differenti ta’ dan l-Att u lil persuni jew entitajiet differenti jew lil
kombinazzjoni tagħhom u għandha tkun soġġetta għal kull ordni li
tista’ tingħata mis-Suprintendent li jista’ f’kull waqt jirrevokaha.
SAĦĦA PUBBLIKA ġ KAP. 465. 5
Poteri ta’ uffiċjali 
awtorizzati.
6. (1) Għall-finijiet ta’ dan l-Att, is-Suprintendent jew
uffiċjal awtorizzat jista’, f’kull ħin raġonevoli -
(a) jidħol u jispezzjona nħawi, fond, roqgħa ilma jew
vettura;
(b) jesiġi li persuna tirrispondi kull mistoqsija u, jew,
iġġib records taħt il-kontroll ta’ dik il-persuna dwar
attivitajiet li jseħħu ġo xi nħawi, fond, roqgħa ilma jew
vettura;
(ċ) jispezzjona, joħroġ jew jeleva kull record jew jagħmel
kopja ta’ kull record li jkun rilevanti għas-saħħa
pubblika, ikun f’liema għamla jkun, u meta record
ikun qed jinżamm permezz ta’ xi computer huwa
għandu -
(i) jkollu aċċess għalih, u jispezzjonah u jivverifika
t-tħaddim ta’ computer, kull apparat jew
materjal assoċjat miegħu li jkun qiegħed jew li
kien jew li seta’ ntuża ma’ dawk ir-records; u
(ii) jesiġi li kull min ikun responsabbli għall-
computer, jew inkella jkun xort’oħra involut fit-
tħaddim tal-computer, apparat jew materjal,
jagħtih dik l-assistenza skond ma jkun
raġonevolment jeħtieġ;
(d) jitlob it-traduzzjoni ta’ xi dokument għall-Malti jew
għall-Ingliż;
(e) jeżamina u, jew, jispezzjona lil xi persuna jew oġġett li
jinstab fi jew ġewwa xi nħawi, fond, roqgħa ilma jew
vettura;
(f) jimmarka, iwaħħal, jissiġilla, jieħu u jeleva kampjun
ta’ kull xorta ta’ oġġett li jinstab fi jew ġewwa xi
nħawi, fond, roqgħa ilma jew vettura;
(g) jiftaħ xi kontenitur, reċipjent jew pakkett li jinstab fl-
inħawi, fi jew ġewwa xi nħawi, fond, roqgħa ilma jew
vettura;
(h) jiżen, jgħodd, ikejjel jew iqis xi oġġett li jinstab fi jew
ġewwa xi nħawi, fond, roqgħa ilma jew vettura;
(i) jeleva xi oġġett jew record li jinstab fi jew ġewwa xi
nħawi, fond, roqgħa ilma jew vettura;
(j) jissiġilla nħawi, fond, roqgħa ilma jew vettura;
(k) jirreġistra permezz ta’ ritratti, filmati, tape jew xbihat
bil-video u jagħmel skizz, pjanta jew tpinġija jew
xort’oħra jagħmel reġistrazzjoni ta’ xi persuna, fond,
roqgħa ilma jew vettura jew ta’ xi ħaġa li tkun tinstab
hemm ġew jew fuqhom;
(l) jittestja u, jew, jeżamina sistema ta’ drenaġġ;
(m) jagħmel test, eżami, jew iqis bi strumenti, jissorvelja
sitwazzjoni, u jagħmel osservazzjonijiet li jistgħu
jinħtieġu taħt dan l-Att;
(n) jagħti ordni taħt dan l-Att li jista’ jqis li tkun meħtieġa;
u
6 KAP. 465. ħ SAĦĦA PUBBLIKA
(o) jirreferi kull ħaġa lill-bord rilevanti skond dan l-Att.
(2) Meta uffiċjal awtorizzat ikun qiegħed jeżerċita xi poter
mogħti lilu mis-Suprintendent taħt id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att
għandu -
(a) jipprovdi dokument ta’ identifikazzjoni maħruġ mis-
Suprintendent taħt l-artikolu 11 meta jkun hekk mitlub
jagħmel mis-sid ta’ l-inħawi, fond, roqgħa ilma jew
vettura;
(b) jagħti avviż raġonevoli kemm-il darba dak l-avviż ma
jkunx imur kontra l-iskop ta’ dak l-istess eserċizzju
tal-poter.
(3) Waqt li uffiċjal awtorizzat ikun qiegħed jeżerċita xi poter
taħt dan l-Att, huwa jista’ jitlob l-għajnuna ta’ xi uffiċjal tal-
pulizija jew ta’ xi persuna oħra skond ma jista’ jkun meħtieġ.
(4) Persuna li televa xi oġġett taħt is-subartikolu (1)(i)
għandha, b’avviż bil-miktub notifikat lis-sid ta’ l-oġġett jew lill-
persuna li tkun qed tieħu ħsieb dak l-oġġett f’dak il-waqt,
tispeċifika d-dettalji ta’ l-oġġett elevat u d-data.
Eżenzjonijiet. 7. (1) Is-Suprintendent jista’ b'ordni u fl-interess nazzjonali
jeżenta lil -
(a) kull persuna;
(b) kull ħaġa jew attività ;
(ċ) kull nħawi, fond, roqgħa ilma; u
(d) kull vettura,
minn kull disposizzjoni ta’ dan l-Att.
(2) Ordni magħmul skond is-subartikolu (1) għandu jkun
inforzabbli minnufih u għandu, mingħajr preġudizzju għal kull
infurzar dovut, jiġi ppubblikat fil-Gazzetta kemm jista’ jkun malajr
wara li dan l-ordni jsir. Kull ordni bħal din tista’ tiġi revokata,
emendata jew sostitwita b’ordni sussegwenti li ssir mis-
Suprintendent:
Iżda tali ordni li tiġi revokata, emendata jew sostitwita
għandha tiġi ppublikata fil-Gazzetta kemm jista’ jkun malajr wara
li ssir l-ordni.
Talba għal 
informazzjoni.
8. Is-Suprintendent jew uffiċjal awtorizzat jista’ għall-finijiet
ta’ dan l-Att jitlob lil xi persuna li tagħtih:
(a) il-partikolaritajiet tagħha;
(b) dettalji ta’ xi liċenza, permess jew eżenzjoni taħt dan
l-Att;
(ċ) informazzjoni li tirrigwarda s-saħħa pubblika; u
(d) informazzjoni dwar l-attivitajiet tagħha nnifisha jew
ta’ xi persuna oħra dwar xi ħaġa taħt dan l-Att.
Impediment jew 
tfixkil ta’ uffiċjal 
pubbliku.
9. Min b’kull mezz li jkun jimpedixxi jew ifixkel lis-
Suprintendent jew lil xi uffiċjal awtorizzat milli jeżerċita xi setgħa
milli għandu taħt dan l-Att, ikun ħati ta’ reat taħt dan l-Att.
SAĦĦA PUBBLIKA ġ KAP. 465. 7
Interessi 
konfliġġenti.
10. Kemm is-Suprintendent kemm uffiċjal awtorizzat ma
jistgħux direttament jew indirettament jinvolvu ruħhom f’xi attività
li tista’ tkun konfliġġenti ma’ l-esekuzzjoni ta’ dmirijiethom taħt
dan l-Att.
Dokument ta’ 
identifikazzjoni.
11. Is-Suprintendent għandu joħroġ dokument ta’
identifikazzjoni lill-uffiċjali awtorizzati.
Avviżi ta’ tneħħija.
fehma, fuq bażi raġonevoli, li xi ħtieġa taħt dan l-Att jew taħt
regolamenti maħruġin taħtu ma tkunx qegħda tiġi mħarsa, huwa
jista’ joħroġ avviż ta’ tneħħija lil kull min jidhirlu li jkun
responsabbli li jħares jew jiżgura li tiġi mħarsa dik il-ħtieġa:
Iżda l-avviż ta’ tneħħija jista’ jiġi maħruġ lil persuni
differenti meta r-responsabbiltà  għal dak it-tħaris tkun taqa’ fuq
aktar minn persuna waħda.
(2) Avviż ta’ tneħħija jsir bil-miktub u għandu jkun fih:
(a) id-dettalji rilevanti kollha li jkunu jirrigwardaw l-
kontravvenzjoni; u
(b) l-indirizz jew indikazzjoni tal-post fejn tkun qegħda
ssir il-kontravvenzjoni; u
(ċ) ordni fejn jiġi ddikjarat x’ikun meħtieġ biex jitħares l-
avviż.
(3) L-avviż ta’ tneħħija jista’ jingħata bil-fomm mis-
Suprintendent jew minn uffiċjal awtorizzat -
(a) f’każijiet urġenti;
(b) jekk jirriżulta impossibbli li jiġi notifikat bil-miktub.
(4) Avviż ta’ tneħħija għandu jiġi notifikat bil-miktub:
(a) jew fl-indirizz residenzjali jew tal-kummerċ tal-
persuna li għandha tiġi notifikata bl-avviż tat-tneħħija;
(b) jew meta l-persuna li għandha tiġi notifikata b’avviż
tat-tneħħija ma tkunx tista’ tinstab, billi jitwaħħal l-
avviż ta’ tneħħija mal-fond fejn tkun qegħda ssir il-
kontravvenzjoni, u kull min ineħħi jew b’xi mod
jinterferixxi ma’ xi avviż ta’ tneħħija li jkun ġie hekk
imwaħħal, ikun ħati ta’ reat.
(5) Persuna jew persuni, li jkunu ġew notifikati b’avviż ta’
tneħħija, għandhom ineħħu l-inkonvenjent mingħajr dewmien u
f’ebda każ iżjed tard miż-żmien speċifikat fl-avviż ta’ tneħħija:
Iżda żmien bħal dak li jiġi indikat fl-avviż ta’ tneħħija jkun
mingħajr preġudizzju għal kull azzjoni li tista’ tittieħed mis-
Suprintendent jew minn xi uffiċjal awtorizzat qabel ma jiskadi dak
iż-żmien.
(6) Persuna lil lilha jkun ġie notifikat avviż ta’ tneħħija u li
tonqos milli tikkonforma ruħha ma’ xi ħtieġa ta’ l-avviż, tkun ħatja
ta’ reat taħt dan l-Att u l-qorti tista’, minbarra li tagħti l-piena,
tordna lill-akkużat biex jesegwixxi dawk ix-xogħlijiet li jkunu
meħtieġa biex jipprevjeni li dak il-ksur jerġa’ jiġri mill-ġdid.
Obbligi.
8 KAP. 465. ħ SAĦĦA PUBBLIKA
twettaq xi ħaġa b’mod li jikkostitwixxi reat kontra dan l-Att jew li
tkun qegħda tonqos milli tikkonforma ruħha ma’ regolamenti
magħmulin taħtu, s-Suprintendent jista’, fid-diskrezzjoni tiegħu,
minflok ma jistitwixxi jew jikkaġuna li jiġu istitwiti proċedimenti
kontra dik il-persuna, jwissi lil dik il-persuna bil-miktub, u jara li
dik il-persuna tagħmel obbligu bil-miktub li tkun se tieqaf minn
dak it-twettiq speċifikat fl-obbligu.
(2) Is-Suprintendent għandu jkollu reġistru ta’ obbligi
magħmulin taħt is-subartikolu (1), liema reġistru jinżamm
f’uffiċċju speċifikat minnu, u jkun disponibbli għall-ispezzjoni ta’
kulħadd f’dawk il-ħinijiet li jistgħu jiġu stabbiliti b’avviż pubblikat
fil-Gazzetta.
(3) Persuna li taġixxi bi ksur ta’ xi obbligu magħmul skond is-
subartikolu (1) tkun ħatja ta’ reat kontra dan l-Att.
(4) Safejn hu raġonevolment possibbli fiċ-ċirkostanzi, is-
Suprintendent għandu jinforma lill-persuna investigata dwar ir-
raġuni ta’ l-investigazzjoni tagħha.
Dikjarazzjoni ta’ 
emerġenza.
14. (1) Is-Suprintendent jista’, jekk ikun hekk sodisfatt,
jiddikjara li tkun teżisti emerġenza fis-saħħa pubblika.
(2) Id-dikjarazzjoni għandha tispeċifika:
(a) ix-xorta ta’ l-emerġenza fis-saħħa pubblika; u
(b) l-inħawi li dwarhom tkun tapplika d-dikjarazzjoni.
Ordnijiet mis-
Suprintendent.
15. (1) Wara li jiddikjara emerġenza fis-saħħa pubblika, is-
Suprintendent jista’ jieħu xi miżura waħda jew iktar li jinsabu hawn
iktar ’l isfel sabiex inaqqas, ineħħi jew jelimina t-theddida għas-
saħħa pubblika:
(a) jissegrega jew jiżola lil xi persuna jew persuni f’xi
nħawi; jew
(b) jevakwa xi persuni minn xi nħawi; jew
(ċ) jipprevjeni d-dħul f’xi nħawi; jew
(d) jikkontrolla l-moviment ta’ xi vettura; jew
(e) jordna lil xi persuna tagħmel eżami mediku; jew
(f) jordna li xi sustanza jew oġġett jiġu elevati, meqruda
jew isir minnhom skond ma hu jista’ jordna; jew
(g) jordna li tittieħed kull azzjoni oħra bħal dawk skond
ma huwa jista’ jqis li jkun adatt.
(2) Min ma jħarisx xi ordni mogħtija mis-Suprintendent bis-
saħħa ta’ dan l-artikolu, ikun ħati ta’ reat kontra dan l-Att.
Poteri speċjali. 16. (1) Għall-finijiet ta’ din it-Taqsima is-Suprintendent jista’
jawtorizza lil xi persuna:
(a) tidħol f’xi post jekk ikun hekk meħtieġ billi tuża forza
raġonevoli biex:
(i) issalva l-ħajja tal-bniedem; jew
(ii) tipprevjeni milli ssir xi ħsara lil xi bniedem; jew
(iii) teħles lil xi bniedem ferut jew fil-periklu; u
SAĦĦA PUBBLIKA ġ KAP. 465. 9
(b) tagħlaq xi nħawi, fond, roqgħa ilma jew vetturi; u
(ċ) tneħħi billi tuża forza raġonevoli lil kull min jonqos
milli jħares xi ordni.
Kumpens.
kumpens raġonevoli għal kull telf jew dannu mġarrab bħala riżultat
ta’ xi ħaġa magħmula taħt din it-Taqsima.
(2) Ma jitħallas ebda kumpens lil xi persuna li ġġarrab xi telf
jew danni minħabba:
(a) f’xi azzjoni jew nuqqas ta’ azzjoni minn dik il-persuna
li ma tkunx tirriżulta minn ordni li tingħata taħt din it-
Taqsima; jew
(b) f’telf jew danni kaġunati minn xi emerġenza fis-saħħa
pubblika.
Għarfien ta’ riskju 
fis-saħħa pubblika.
18. (1) Kull min isir jaf b’xi fatt jew sitwazzjoni li dwara
suppost li raġonevolment jifhem li din tkun ta’ riskju fis-saħħa
pubblika jew ta’ riskju potenzjali fis-saħħa pubblika, għandu kemm
jista’ jkun malajr malli jsir jaf b’dak ir-riskju, jinforma lis-
Suprintendent.
(2) Min jonqos milli jħares id-disposizzjonijiet tas-subartikolu
(1) ikun ħati ta’ reat kontra dan l-Att.
Reġistrazzjoni ta’ 
informazzjoni.
19. Ħadd ma jista’ jirreġistra, jiġbor, jittrasmetti jew jaħżen
records, informazzjoni jew formoli għall-fini ta’ dan l-Att ħlief
skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att jew ta’ regolamenti
magħmulin taħtu.
Poteri tas-
Suprintendent 
dwar xi oġġetti.
20. (1) Is-Suprintendent jista’ jordna għall-finijiet ta’ dan l-
Att li xi oġġett, ħaġa jew sustanza li tikkaġuna theddida għas-saħħa
pubblika:
(a) ma tigix importata, manifatturata, mibjugħa, użata,
maħżuna jew trasportata jew tintmess b’kull mod li
jkun;
(b) għandu jsir minnu jew minnha skond kull ordni li
huwa jista’ jimponi.
(2) Min ma jħarisx ordni tas-Suprintendent taħt is-subartikolu
(1) ikun ħati ta’ reat.
Twarrib u tneħħija.
twarrab, tiġbor, tneħħi jew teqred xi oġġett, ħaġa, merkanzija jew
sustanza li, fil-fehma tiegħu, tista jikkaġuna theddida għas-saħħa
pubblika.
(2) Is-Suprintendent jista’ jeħtieġ lil xi persuna li jkollha
pussess jew li, f’dak il-waqt, ikollha kontroll ta’ xi fond, nħawi,
vettura jew oġġett li fill-fehma tiegħu tista jikkaġuna theddida
għas-saħħa pubblika, li tnaddaf, tiddisinfetta jew tiddisinfesta dak
il-fond, nħawi, vettura jew oġġett.
(3) Il-ħtiġiet tas-subartikoli (1) u (2) għandhom jitwettqu skond
kull ordni li s-Suprintendent jista’ jagħti, u bi spejjeż tal-persuna
meħtieġa li tħares dawk il-ħtiġiet.
10 KAP. 465. ħ SAĦĦA PUBBLIKA
Is-Suprintendent 
jista’ jwettaq l-
ordnijiet u jirkupra 
l-ispejjeż bħala 
dejn ċivili.
22. Jekk persuna tonqos milli tħares xi ordni mogħtija mis-
Suprintendent taħt dan l-Att, is-Suprintendent jista’ jieħu dawk il-
miżuri li jqis li jkunu adatti biex dik l-ordni titwettaq bi spejjeż ta’
dik il-persuna.
Reati kontra 
uffiċjali 
awtorizzati.
23. (1) Persuna li taħbat għal, tabbuża, iddejjaq jew thedded
uffiċjal awtorizzat, uffiċjal nominat jew uffiċjal tal-pulizija li jkun
qed jeżerċita xi funzjoni taħt dan l-Att jew li xort’oħra timpedixxi,
tfixkel jew iddewwem xi poter jew it-twettiq ta’ xi funzjoni taħt
dan l-Att, tkun ħatja ta’ reat taħt dan l-artikolu.
(2) Persuna li tonqos milli tikkonforma ruħha ma’ xi ħtieġa ta’
uffiċjal awtorizzat, uffiċjal nominat jew uffiċjal tal-pulizija taħt
dan l-Att tkun ħatja ta’ reat taħt dan l-artikolu.
Tbagħbis ta’ siġilli 
u kampjuni.
24. (1) Persuna li tneħħi jew xort’oħra tbagħbas ma’ -
(a) xi siġill jew marka magħmula minn uffiċjal awtorizzat
jew uffiċjal nominat;
(b) xi kampjun meħud minn uffiċjal awtorizzat jew
uffiċjal nominat; jew
(ċ) xi oġġett jew dokument elevat minn uffiċjal awtorizzat
jew uffiċjal nominat,
tkun ħatja ta’ reat taħt dan l-artikolu.
(2) Persuna li tikkontamina xi kampjun meħud minn uffiċjal
awtorizzat jew uffiċjal nominat tkun ħatja ta’ reat.
Bordijiet u 
Kumitati.
25. Il-Ministru jista’ minn żmien għal żmien, wara li
jikkonsulta mas-Suprintendent, iwaqqaf kumitati, bordijiet jew
gruppi oħra bħal dawk biex jagħtu pariri u jassistu lill-Ministru u
lis-Suprintendent fit-twettieq tal-funzjonijiet tagħhom taħt dan l-
Att.
TAQSIMA III
POTERI SABIEX ISIRU REGOLAMENTI
Poteri mogħtija 
lill-Ministru.
26. Il-Ministru, wara li jikkonsulta lis-Suprintendent, jista’
jagħmel regolamenti li jkunu ġeneralment jirregolaw affarijiet li
jkollhom x’jaqsmu mas-saħħa pubblika u mingħajr preġudizzju
għall-ġeneralità  ta’ dak hawn qabel imsemmi huwa jista’ b'dawk ir-
regolamenti jagħmel disposizzjonijiet li jkunu jirrigwardaw is-
saħħa pubblika:
(a) (i) li jeħtieġu l-liċenzjar, reġistrazzjoni jew
approvazzjoni ta’ persuna, fond, tagħmir,
makkinarju, apparat jew servizz li jirrigwardaw
affarijiet ta’ saħħa pubblika;
(ii) li jippreskrivu l-kondizzjonijiet, obbligi jew
ordnijiet marbutin ma’ xi liċenza, reġistrazzjoni
jew approvazzjoni meħtieġa;
(iii) li jispeċifikaw id-data tal-ħruġ ta’ liċenza u għal
kemm żmien din tibqa’ tiswa;
(iv) li jispeċifikaw raġunijiet għall-irtirar, tħassir jew
sospensjoni ta’ xi liċenza, reġistrazzjoni jew
SAĦĦA PUBBLIKA ġ KAP. 465. 11
approvazzjoni;
(b) dwar il-kisba, żvelar, trasmissjoni, pubblikazzjoni,
restrizzjoni u ħżin ta’ informazzjoni rilevanti għas-
saħħa pubblika;
(ċ) li jkunu jispeċifikaw id-drittijiet għall-għoti ta’
servizzi taħt dan l-Att;
Ilma għar-
rikreazzjoni.
(d) dwar il-kontroll ta’ ilmijiet għar-rikreazzjoni u b’mod
partikolari:
(i) standards ta’ kwalità  ta’ dawk l-ilmijiet;
(ii) il-metodu u l-frekwenza ta’ teħid ta’ kampjuni u
l-metodi għall-ittestjar u l-analisi ta’ dawk l-
ilmijiet;
(iii) l-għeluq ta’ postijiet fejn tista’ tgħum;
(iv) ir-regolamentazzjoni, reġistrazzjoni u liċenzjar
ta’ swimming pools;
(v) ir-regolament ta’ nħawi fejn u l-ħinijiet meta l-
annimali jkunu jistgħu jittieħdu l-baħar;
(e) dwar il-kontroll ta’ duħħan u b’mod partikolari:
(i) il-mod ta’ kif jitkejjel id-duħħan sewdieni u t-
tqegħid ta’ limiti fuq ir-rata ta’ emissjonijiet tad-
duħħan;
(ii) l-identifikazzjoni ta’ tulijiet speċifii ta’ ċumnija
skond l-iskop li jkollha ċ-ċumnija, it-tip ta’
karburanti li jkun se jintuża jew li jkun qed
jintuża u fejn ikun jinsab il-bini;
(iii) li jiġu dikjarati nħawi fejn id-duħħan ikun
ikkontrollat;
(iv) dwar ir-regolamentazzjoni jew l-eżenzjoni minn
regolamenti ta’ xi proċess ta’ ħruq, inklużi fran
domestiċi;
(v) il-kontroll u s-sorveljar tat-tniġġis ta’ l-arja fuq
ġewwa;
(vi) li jagħtu seħħ lil kull ftehim jew standard
internazzjonali dwar it-tniġġis mid-duħħan jew
karburanti skond ma dawn japplikaw għal Malta;
(f) dwar kif jiġi limitat jew eliminat xi ħoss li jista’ jagħti
lok għal xi fastidju, inkonvenjent jew disturb jew ikun
jikkostitwixxi periklu għas-saħħa u b’mod partikolari:
(i) li jiġu stabbiliti l-objettivi biex ikun hemm
tnaqqis fil-livelli tal-ħoss;
(ii) li jiġu stabbiliti standards fil-livelli tal-ħoss li
jiġi minn residenzi u ħoss li joħroġ minn jew li
jkun ikkaġunat minn vettura, makkinarju jew
tagħmir;
(g) li jirregolaw:
(i) it-tfigħ ta’ rimi, iż-żamma tiegħu, it-
trasportazzjoni, il-ħżin, il-ġbir, it-trattament, ir-
riċiklaġġ, l-użu mill-ġdid, it-tneħħija, l-
12 KAP. 465. ħ SAĦĦA PUBBLIKA
importazzjoni u l-esportazzjoni ta’ kull skart; u
(ii) id-djar jew fondi oħra mibnija fuq art
kontaminata jew biswitha;
(h) li jirregolaw:
(i) il-fondi użati għall-abitazzjoni jew assemblaġġ,
inklużi karovani u siti għall-ipparkeġġar ta’
karovani, ċentri fejn jieħdu ħsieb persuni matul
il-ġurnata u strutturi oħra użati għall-abitazzjoni
kemm permanenti kemm mhux u sew mobbli
sew fissi;
(ii) u jipprojbixxu ż-żamma ta’ annimali f’xi fond
jew nħawi kemm fl-abitat kemm band’oħra;
Materji relatati ma’ 
l-ilma.
(i) li jordnaw:
(i) standards dwar il-kwalità  ta’ l-ilma għal kull
użu li jista’ jsir differenti;
(ii) it-teħid ta’ kampjuni u ħtiġiet ta’ sorveljar għal
tipi speċifiċi ta’ ilma u l-użu li jsir minnhom; u
(iii) ilma li jista’ jsir ta’ preġudizzju għas-saħħa meta
jiġi użat f’xi proċess jew sistema;
(iv) ir-reġistrazzjoni jew l-għoti ta’ liċenza għal
attivitajiet, proċessi u sistemi fejn jintuża l-ilma;
(v) ir-regolament ta’ provdituri jew trasportaturi ta’
l-ilma;
(j) li jirregolaw:
(i) il-kostruzzjoni, il-fasla, is-sit u l-materjal li
għandu jintuża għal xi sistema ta’ drenaġġ u
faċilitajiet anċillari;
(ii) il-proċeduri sanitarji li jirrigwardjaw t-tneħħija
ta’ skart f’xi fond jew minn ġo fih;
(iii) it-tneħħija ta’ bblukkar minn u l-manutenzjoni
ta’ sistemi tad-drenaġġ u faċilitajiet anċillari
oħra f’xi fond kemm privat kemm pubbliku;
(k) li jordnaw:
(i) l-obbligi ta’ kmandant, kaptan ta’ bastiment, jew
xi membru ieħor ta’ l-ekwipaġġ jew tal-persunal
abbord ajruplan jew xi opra tal-baħar;
(ii) is-sinjali li għandhom jittellgħu jew messaġġi li
jiġu mogħtija minn opri tal-baħar jew minn
ajruplani li jkollhom xi każ ta’ mard abbord;
(iii) b’regolamenti l-għoti ta’ pratka libera;
(iv) b’regolamenti il-ħruġ ta’ ċertifikati dwar il-qirda
ta’ firien u ġrieden jew ċertifikati dwar
eżenzjoni mill-qirda ta’ firien u ġrieden;
(v) l-obbligi ta’ persuna li tkun taħdem ma’ l-
awtoritajiet ta’ xi ajruport jew port jew ta’ xi
persuna oħra li tkun qegħda f’ajruport jew port;
(vi) b’regolamenti l-ħatt jew tagħbija abbord ta’
merkanzija, skart, provvisti ta’ l-ilma jew ta’ l-
SAĦĦA PUBBLIKA ġ KAP. 465. 13
ikel, karburanti, tagħmir, kif ukoll l-
emissjonijiet tad-duħħan jew tal-gass;
(l) (i) li jirregolaw l-importazzjoni, esportazzjoni,
liċenzjar, żamma, bejgħ, għoti b’kumpens jew
xort’oħra ta’ organiżmi ħajjin velenużi, bis-
semm jew xort’oħra perikolużi li mhumiex
endemiċi f’Malta u li jistgħu jippreżentaw riskju
fis-saħħa pubblika għal kull min jista’ jiġi
f’kuntatt magħhom;
(ii) li jirregolaw il-kontroll jew il-qirda ta’ firien,
ġrieden jew kull pest ieħor li jista’ jkun vettur
jew trasportatur ta’ mard;
(iii) li jirregolaw l-importazzjoni, l-użu, il-ħżin u l-
bejgħ ta’ kimiċi u sustanzi li jkun fihom xi
kimika li jkunu jew jistgħu jippreżentaw riskju
fis-saħħa pubblika;
(iv) li jirregolaw il-proċessi ta’ ħruq, inklużi l-fran u
fran domestii; u
(m) (i) li jirregolaw kull attività  fejn ikun hemm riskju
ta’ espożizzjoni potenzjali għal radjazzjoni
jonizzanti, inklużi attivitajiet ta’ produzzjoni,
manifattura, importazzjoni, esportazzjoni,
forniment, tiżmim, ġarr, użu jew li xort’oħra
jittrattaw dwar sustanzi radjoattivi jew apparat
ta’ radjazzjoni kif ukoll espożizzjoni għar-
radjazzjoni fid-dijanjosi u l-kura tal-mard;
(ii) li jikklasifikaw u jirregolaw:
A sustanzi radjoattivi;
B apparat ta’ radjazzjoni jonizzanti jew mhux
jonizzanti;
Ċ sorsi radjoattivi siġillati;
D apparat ieħor ta’ radjazzjoni;
(iii) li jispeċifikaw xi standards, pratki u proċeduri li
għandhom ikunu segwiti għar-rigward tagħhom;
(iv) li jirregolaw kull att jew ħaġa li jkollhom
x’jaqsmu jew ikunu relatati ma’ xi attività
msemmija fis-subparagrafi (ii) u (iii);
(v) li jirregolaw kull liċenza, permess,
reġistrazzjoni, awtorità  jew approvazzjoni li
jkollhom x’jaqsmu ma’ dawn;
(vi) li jeħtieġu ż-żamma ta’ records, għoti ta’
informazzjoni, u notifikazzjoni ta’ aċċidenti jew
affarijiet oħra jew ġrajjiet minn persuni li jkunu
qegħdin iwettqu attivitajiet imsemmija fis-
subparagrafi (ii) u (iii);
(vii) li jordnaw is-sorveljar ta’ livelli ta’ espożizzjoni
għar-radjazzjoni ta’ persuni li jieħdu sehem
f’attivitajiet imsemmija fis-subparagrafi (ii) u
(iii) u s-sorveljar tas-saħħa ta’ dawk il-persuni
kif ukoll tal-pubbliku kollu matul u wara dawk l-
attivitajiet;
14 KAP. 465. ħ SAĦĦA PUBBLIKA
(viii) li jiżguraw il-protezzjoni ta’ persuni u ta’ l-
ambjent kontra l-effetti dannużi tar-radjazzjoni
li jirriżultaw minn attivitajiet imsemmija fis-
subparagrafi (ii) u (iii).
Poteri lis-
Suprintendent.
27. Is-Suprintendent jista’ jagħmel, jibdel jew jirrevoka
ordnijiet li:
Mard li għandu jiġi 
avżat u sustanzi 
kontaminanti.
(a) (i) jelenkaw u jqegħdu f’kategoriji il-mard li
għandu jiġi avżat;
(ii) jiddikjaraw xi organiżmu bħala organiżmu
patoġeniku uman;
(iii) jiddikjaraw xi sustanza bħala sustanza
kontaminanti;
Reklamar. (b) jikkontrollaw ir-reklami li jistgħu jolqtu s-saħħa
pubblika u b’mod partikolari:
(i) jikkontrollaw il-kontenut viżiv, awdjo u miktub
tar-reklami;
(ii) jikkontrollaw il-fasla u s-sekwenza ta’
avvenimenti fir-reklami;
(iii) jirregolaw lill-persuni jew klassi ta’ persuni
użati fir-reklami;
(iv) jeħtieġu li jkun hemm permess bil-miktub
mingħand is-Suprintendent qabel il-
pubblikazzjoni ta’ reklam;
Epidemiji u mard 
infettiv.
(ċ) jordnaw miżuri biex jissalvagwardjaw kontra jew
jikkontrollaw epidemiji perikolużi jew mard infettiv u
b’mod partikolari:
(i) jirregolaw id-dfin minnufih tal-mejtin;
(ii) jirregolaw is-setgħa li jsiru żjarat ġewwa xi
fond;
(iii) jirregolaw l-għoti ta’ għajnuna medika, d-
distribuzzjoni ta’ mediċini, t-twaqqif ta’
sptarijiet, il-promozzjoni ta’ tindif, ventilazzjoni
u disinfettar u xort’oħra biex ikun hemm
salvagwardja kontra t-tifrix ta’ mard u għall-
kura ta’ persuni li jkunu qegħdin ibatu
minnhom;
(iv) jirregolaw l-okkupazzjoni ġewwa xi fond jew
partijiet minnu billi jipprevjeni dan ikun hekk
sovrapopolat li jkun ta' periklu għas-saħħa;
(v) jordnaw kull ħaġ‘oħra li s-Suprintendent jista’
jqis spedjenti għall-prevenzjoni jew mitigazzjoni
ta’ xi marda;
Ċertifikati, 
immunizzazzjoni, 
eċċ.
(d) jiżguraw l-protezzjoni tal-pubbliku bl-
immunizzazzjoni kontra xi mard partikolari u b’mod
partikolari ordnijiet bħal dawk jistgħu:
(i) jirregolaw u jikkontrollaw l-prattika ta’ xi tip
partikolari ta’ immunizzazzjoni fil-bnedmin;
(ii) jippreskrivu l-formoli, ċertifikati, avviżi,
ċertifikati ta’ immunizzazzjoni u ċertifikati ta’
SAĦĦA PUBBLIKA ġ KAP. 465. 15
postponiment;
(iii) jippreskrivu dak il-mard li l-immunizzazzjoni
tal-bnedmin kontrih tkun waħda obbligatorja;
(iv) jirregolaw u jikkontrollaw l-importazzjoni,
esportazzjoni, manifattura, ħżin u trasport ta’ xi
tip ta’ vaċċin;
(v) jippubblikaw skedi għar-rigward ta’
immunizzazzjonijiet obbligatorji jew
rakkomandati;
(e) (i) jispeċifikaw l-kwalifiki jew kondizzjonijiet
meħtieġa għal persuna biex tikkwalifika għar-
reġistrazzjoni jew liċenza taħt dan l-Att;
(ii) jispeċifikaw il-kriterji u l-kondizzjonijiet għal
liċenzjar jew ir-reġistrazzjoni ta’ xi fond u
persuni taħt dan l-Att;
Radjazzjoni.
maħsuba li kienu esposti għar-radjazzjoni;
(ii) jipprovdu miżuri li għandhom jittieħdu f’każ ta’
xi emerġenza fis-saħħa pubblika kaġunata b’xi
tip ta’ radjazzjoni;
(g) jagħtu kull direzzjoni oħra li għandha tingħata jew
tista’ tingħata mis-Suprintendent taħt dan l-Att.
TAQSIMA IV
PREVENZJONI U KONTROLL TAL-MARD
Eżami mediku.
eżami mediku għand tabib f’dak il-perjodu li jiġi speċifikat mis-
Suprintendent, jekk is-Suprintendent ikollu tassew għaliex jaħseb li
dik il-persuna jkollha xi marda li għandha tiġi avżata jew jekk dik
il-persuna tkun taħdem xogħol li bih jitqies li jista’ jixtered il-
mard.
(2) It-tabib li jagħmel eżami mediku taħt dan l-artikolu għandu
kemm jista’ jkun malajr jipprovdi lis-Suprintendent b’rapport bil-
miktub dwar ir-riżultati li jinkisbu.
(3) Min ma jagħmilx l-eżami mediku meħtieġ jew tabib li
jonqos milli jagħti rapport bil-miktub ikun ħati ta’ reat.
Ordnijiet tas-
Suprintendent.
29. (1) Is-Suprintendent jista’ jordna li persuna li jkollha
marda li għandha tiġi avżata:
(a) tkun iżolata xi mkien fejn is-Suprintendent jiddeċidi;
(b) titqiegħed taħt is-superviżjoni ta’ xi persuna jew
persuni speċifikati;
(ċ) tagħmel aktar eżamijiet mediċi, ttestjar mediku,
immunizzazzjoni, kura medika jew tieħu counselling;
(d) tiżvela lil xi persuna speċifikata l-isem u l-indirizz ta’
xi persuna oħra li magħha jista’ jirriżulta jew seta’
jirriżulta kuntatt fit-tixrid tal-marda;
(e) li ma tagħmilx xi ħaġa li tista’ tikkaġuna t-tifrix tal-
16 KAP. 465. ħ SAĦĦA PUBBLIKA
marda.
(2) Meta xi tifel ikun qed ibati minn xi marda jew kien joqgħod
f’dar fejn ikun hemm jew kien hemm xi marda għal perjodu f’kull
żmien mhux aktar kmieni minn sitt ġimgħat qabel, is-Suprintendent
jista’ jitlob lill-ġenitur, tutur jew xi persuna oħra ma tippermettix
lit-tifel jattendi l-iskola mingħajr ma jagħti lil min ikun jieħu ħsieb
it-tmexxija ta’ dik l-iskola, ċertifikat mediku li jgħid li dak it-tifel
ikun ħieles mill-marda jew mill-infezzjoni u li jinsab b’saħħtu biex
jattendi l-iskola.
Ordni ta’ 
maġistrat.
(3) Is-Suprintendent jista’ jagħmel rikors quddiem maġistrat
għal ordni biex jarresta u jżomm jew iqiegħed fi kwarantina
persuna li tonqos milli tikkonforma ruħha ma’ xi ordni taħt is-
subartikolu (1) u għal dak l-għan, biex jidħol f’xi nħawi, fond,
roqgħa ilma jew vettura.
Persuni maħmuġin 
jew verminużi.
30. Meta s-Suprintendent ikun jidhirlu li persuna tkun hekk
maħmuġa jew, meta jsirlu rapport ta’ tabib, li dik il-persuna jew il-
ilbies tagħha jkunu verminużi, u dik il-persuna jew ma tagħtix jew
ma tkunx kapaċi tagħti l-kunsens tagħha li tiġi mnaddfa, is-
Suprintendent jista’ jġiegħel lil dik il-persuna, u lbiesha, jiġu hekk
imnaddfa.
Notifikazzjoni ta’ 
marda u sustanzi 
kontaminanti.
31. (1) Tabib li jikkura jew jeżamina persuna minħabba xi
marda li għandha tiġi avżata għandu jirrapporta dik il-marda li
għandha tiġi avżata lis-Suprintendent fuq iċ-ċertifikat indikat.
(2) Il-persuna li tkun tieħu ħsieb xi laboratorju li tirċievi xi
specimen jew kampjun li jkun jagħti riżultat pożittiv li jindika li l-
pazjent mnejn ikun ġie l-ispecimen jista’ jkun qed ibati minn xi
marda li għandha tiġi avżata, għandu jirrapporta dawk ir-riżultanzi
lis-Suprintendent f’dak iż-żmien u b’dak il-mod skond ma s-
Suprintendent jista’ jordna.
(3) Ir-rapporti li għandhom isiru skond is-subartikoli (1) u (2)
ma jeħtieġu ebda kunsens mingħand il-persuna li tkun qed tiġi
kkurata jew eżaminata.
(4) Is-Suprintendent jista’ jitlob lil kwalunkwe persuna tavżah
bil-preżenza jew l-okkorrenza ta’ xi waħda minn dawn li ġejjin:
(a) xi marda li għandha tiġi avżata jew suspett li din
teżisti;
(b) xi organiżmi patoġeniċi umani jew suspett li dawn
jeżistu;
(ċ) xi sustanza kontaminanti jew suspett li din teżisti.
(5) Persuna li tikser xi ħtieġa ta’ dan l-artikolu tkun ħatja ta’
reat.
Rapporti u 
informazzjoni mis-
Suprintendent.
32. Is-Suprintendent jista’, fl-interess tas-saħħa pubblika,
jagħti informazzjoni lil xi persuna jew persuni li jistgħu jkunu
milquta b’xi marda li għandha tiġi avżata jew organiżmu
patoġeniku uman jew sustanza kontaminanti.
Tixrid ta’ mard. 33. (1) Persuna li tkun taf li għandha marda li għandha tiġi
avżata u fil-każ ta’ xi tifel, il-ġenitur, tutur jew persuna oħra li
jkollha l-kustodja tat-tifel, għandhom jieħdu kull miżura u
SAĦĦA PUBBLIKA ġ KAP. 465. 17
prekawzjoni raġonevoli biex ma tixteridx il-marda.
(2) Persuna li tikser xi ħtieġa ta’ dan l-artikolu tkun ħatja ta’
reat.
Meta tfaqqa’ xi 
marda.
34. (1) Is-Suprintendent jista’, b'avviż pubbliku, jiddikjara li
tkun feqqgħet xi marda li għandha tiġi avżata. Dik id-dikjarazzjoni
għandha tiġi revokata meta it-tixrid ta’ dik il-marda jkun spiċċa.
(2) Is-Suprintendent jista’ jagħti ordnijiet li jkun iqis meħtieġa
jew adatti għall-kontroll ta’ xi marda li tfaqq’' u min ma jħarisx l-
ordnijiet mogħtija ikun ħati ta’ reat taħt dan l-artikolu.
(3) Is-Suprintendent jista’ wkoll jagħti tagħrif dwar dik it-
tifqiegħa barra minn Malta u b’mod partikolari jindika port jew
ajruport li jista’ jkun infettat.
Matul l-epidemiji.
epidemika, it-tobba li jkunu qed jeserċitaw il-professjoni tagħhom
fl-inħawi milquta mill-marda, kif ukoll tobba oħra li jitqabbdu
jagħmlu ħidma mill-Gvern, ma għandhomx jirrifjutaw milli
jikkuraw persuni li jkunu qegħdin ibatu minn dik il-marda f’dawk
l-inħawi.
Użu ta’ ċerti 
kontaminanti.
36. Is-Suprintendent jista’ jirrikjedi li xi persuna iżżomm, tuża
jew tiddisponi minn xi kontaminant, organiżmu patoġeniku uman u
kwalunkwe materjal ieħor jew sustanza li tista’ tikkaġuna mard fil-
bniedem skond l-ordinjiet jew regolamenti li joħroġ taħt dan l-Att.
Dfin jew it-tqegħid 
ta’ katavru f’kamra 
mortwarja.
37. (1) Ebda persuna ma għandha, kemm-il darba ma tkunx
awtorizzata mis-Suprintendent, iżżomm il-katavru ta’ xi persuna li
tkun mietet b’xi marda għal iktar minn erbgħa w għoxrin siegħa,
f’kamra użata bħala post ta’ abitazzjoni, post għall-irqad jew kamra
fejn isir ix-xogħol:
Iżda ebda ħaġa li tinstab f’dan l-artikolu ma għandha
tipprevjeni li dak il-katavru jitneħħa, qabel ma jiskadu erbgħa u
għoxrin siegħa, għal ġo kamra mortwarja meta dik it-tneħħija ssir
waħda meħtieġa taħt xi disposizzjoni ta’ dan l-Att jew ta’ xi liġi
oħra.
(2) Ħadd ma jista’ jneħħi l-katavru ta’ persuna li tmut id-dar, fi
sptar jew post ieħor provdut għall-kura ta’ persuni li jbatu minn xi
marda, ħlief għall-fini li jiġi midfun minnufih, meta tabib
jiċċertifika li fil-fehma tiegħu jkun mixtieq, sabiex jiġi prevenut ir-
riskju li dik il-marda tiġi komunikata jew li tinfirex l-infezzjoni, li
dak il-katavru ma għandux jitneħħa minn dik id-dar, sptar jew post
ħlief biex isir dak id-dfin:
Iżda ebda ħaġa f’dan is-subartikolu ma għandha tipprevjeni
lis-Suprintendent milli jawtorizza t-tneħħija ta’ dak il-katavru lejn
kamra mortwarja li tiġi indikata mill-istess Suprintendent.
(3) Is-Suprintendent jew uffiċjal awtorizzat jista’ jordna li l-
ġisem ta’ persuna mejta jittieħed f’kamra mortwarja jekk -
(a) il-persuna tkun mietet b’xi marda li għandha tiġi
avżata u l-ġisem ikun jinsab f’xi fond fejn ikun hemm
persuni jgħixu jew jorqdu; jew
(b) tkun liema tkun il-kawża tal-mewt, il-ġisem ikun f’tali
18 KAP. 465. ħ SAĦĦA PUBBLIKA
stat li jkun ta’ periklu għas-saħħa.
(4) Persuna li ma tikkonformax ruħha mad-disposizzjonijiet ta’
dan l-artikolu tkun ħatja ta’ reat.
(5) Kemm-il darba l-qraba tal-persuna mejta ma jinkarigawx
ruħhom li jidfnu l-ġisem fiż-żmien mogħti b’dik l-ordni kif hawn
qabel imsemmi, ikun id-dmir tas-Suprintendent li jara li ssir id-dfin
ta’ dak il-ġisem u kull nefqa li ssir għal dak l-iskop tista’ tiġi
rkuprata mis-Suprintendent bħala dejn ċivili.
TAQSIMA V
PROĊEDIMENTI LEGALI
Proċedimenti. 38. (1) Meta jkun hemm tassew għaliex jiġi suspettat li
persuna tkun kisret xi disposizzjoni ta’ dan l-Att jew ta’
regolamenti magħmulin taħtu, il-pulizija għandha, wara li jsirilha
rapport mis-Suprintendent, tmexxi proċedimenti kriminali kontra
min ikun qed jagħmel dak il-ksur.
(2) Fi proċedimenti kriminali li jitmexxew mill-pulizija dwar
xi reat taħt dan l-Att, is-Suprintendent jew uffiċjal awtorizzat jista’,
minkejja kull liġi li tmur kontra dan, tressaq l-akkuża quddiem il-
qorti, iġġib il-provi, tittratta quddiem il-qorti u xort’oħra tmexxi l-
prosekuzzjoni minflok il-pulizija.
(3) Id-dikjarazzjoni maħlufa ta’ uffiċjal awtorizzat li tgħid li
jkun ġie mqabbad għaldaqshekk kif provdut fis-subartikolu (2) tkun
prova konklużiva tal-fatt, jekk il-qorti tkun teħtieġ prova dwar dan.
Spejjeż tal-
proċedimenti.
39. Persuna li tinstab ħatja ta’ reat kontra dan l-Att tista’ teħel
l-ispejjeż:
(a) għall-eżami u l-analisi ta’ xi oġġett li dwaru jkun sar
ir-reat; u
(b) għall-qbid u t-tneħħija ta’ xi oġġett li dwaru jkun sar
ir-reat; u
(ċ) għat-trasport u l-ħżin ta’ xi oġġett li dwaru jkun sar ir-
reat; u
(d) għal kull spiża oħra li jkun għamel is-Suprintendent u
li jkollha x’taqsam mar-reat.
Il-ħati għandu 
jħares kull liġi u 
regolament.
40. (1) Meta persuna tinsab ħatja ta’ xi reat kontra dan l-Att,
il-qorti għandha, meta jkun meħtieġ, minbarra li tagħti piena,
tordna lill-ħati jneħħi kull inkonvenjent li joriġina mir-reat jew,
jekk iċ-ċirkostanzi jkunu hekk jeħtieġu, li jikkonforma ruħu mal-
liġi, f’kull każ f’dak iż-żmien li jista’ jiġi stabbilit mill-qorti għal
dak l-għan u, fil-każ li ma jħarisx xi ordni bħal dik, huwa jista’
jeħel multa oħra ta’ mhux iżjed minn ħamsin lira għal kull ġurnata
li jibqa’ ma jħarisx il-liġi wara li jkun skada iż-żmien stabbilit kif
hawn qabel imsemmi.
(2) Il-qorti għandha, meta jsirilha rikors għaldaqstant mill-
prosekuzzjoni f’kull waqt tawtorizza lill-pulizija tneħħi dak l-
inkonvenjent jew xort’oħra jinfurzaw il-liġi bi spejjeż tal-ħati, li,
f’kull każ, jista’ jiġi mġiegħel jirrimborża dawk l-ispejjeż bħala
SAĦĦA PUBBLIKA ġ KAP. 465. 19
dejn ċivili.
(3) Meta r-reat li dwaru persuna tkun instabet ħatja ikollu
x’jaqsam mar-rimi ta’ skart ikun kif ikun, il-qorti għandha, meta
dan ikun japplika, minbarra li tagħti piena, tordna lill-ħati jneħħi
dak l-iskart.
(4) Jekk il-ħati jonqos milli jikkonforma ruħu ma’ ordni
magħmul taħt is-subartikolu (3), għandhom japplikaw id-
disposizzjonijiet tas-subartikolu (2).
(5) Jekk il-ħati jkun assenti minn Malta jew ikun ħarab jew,
minħabba f’diżordni mentali jew xi inkapaċità  oħra fiżika, ma
jkunx jista’ jidher quddiem il-qorti jew, għal xi raġuni oħra li tkun
iċ-ċitazzjoni ma tkunx tista’ tiġi notifikata, u s-Suprintendent
jiċċertifika bil-ġurament li jkun urġentement meħtieġ li dak l-
inkonvenjent jitneħħa jew li l-liġi tiġi xort’oħra infurzata, l-qorti
għandha tordna li ċ-ċitazzjoni tiġi notifikata lir-rappreżentant
leġittimu tal-ħati jew lill-persuna li jkollha l-kustodja tal-ħati jew
lill-persuna li tkun qed tamministra l-proprjetà  tiegħu jew, fin-
nuqqas ta’ xi rappreżentant jew persuna magħrufa kif hawn qabel
imsemmi, lil mart jew żewġ jew bin jew bint il-ħati. F’kull każ,
jekk l-inkonvenjent jew in-nuqqas ta’ konformità  mal-liġi jiġu
ppruvati, il-qorti għandha tapplika d-disposizzjonijiet tas-
subartikolu (2) jew, f’każijiet adatti, id-disposizzjonijiet tas-
subartikolu (1).
Sospensjoni ta’ 
liċenza.
41. Meta tiġi ddikjarata ħtija għal xi reat kontra d-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att meta r-reat ikollu x’jaqsam ma’ xi
nħawi, fond, roqgħa ilma jew vettura li tkun teħtieġ liċenza taħt dan
l-Att, il-qorti tista’ tordna s-sospensjoni ta’ xi liċenza jew liċenzi
maħruġa fir-rigward tal-persuna akkużata jew tal-fond li dwaru
jkunu qegħdin isiru l-proċedimenti.
Informazzjoni 
falza jew qarrieqa.
42. Persuna li f’applikazzjoni, informazzjoni, parir jew record
għall-fini ta’ dan l-Att, jew tagħmel dikjarazzjoni li tkun taf li tkun
falza jew qarrieqa, jew tħalli barra xi fatt materjali, tkun ħatja ta’
reat kontra dan l-artikolu.
Kull uffiċjal jista’ 
jitħarrek bħala 
xhud.
43. Meta tkun meħtieġa x-xiehda ta’ l-uffiċjal prosekutur, dak
l-imsemmi uffiċjal għandu jinstama’ qabel ma jassumi d-dmirijiet
ta’ uffiċjal prosekutur, kemm-il darba ma tinħassx il-ħtieġa tax-
xiehda tiegħu fi stadju ulterjuri tal-proċedimenti.
Reati u pieni.
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att tista’, meta tinstab ħatja, teħel multa
ta’ mhux inqas minn mitt lira u mhux iżjed minn elfejn lira jew
priġunerija għal żmien mhux inqas minn sitt xhur u mhux iżjed
minn sentejn jew dik il-multa u priġunerija flimkien, u meta
persuna tinsab ħatja t-tieni darba jew aktar drabi tista’ teħel multa
ta’ mhux inqas minn mitejn lira u mhux iżjed minn ħamest elef lira
jew priġunerija għal żmien mhux inqas minn sentejn u mhux iżjed
minn erba’ snin jew dik il-multa u priġunerija flimkien.
Tħassir u riservi.
responsabbiltà  mġarrba taħthom, il-liġijiet jew l-artikoli jew
partijiet minn liġijiet elenkati fis-subartikolu (2) (hawn iżjed ’il
quddiem imsejjħa l-liġijiet imħassra) huma b’dan imħassra.
20 KAP. 465. ħ SAĦĦA PUBBLIKA
(2) L-Att dwar l-Arja Pura, Kap. 200; l- Att dwar Żibel u Skart,
Kap. 206; l-artikoli 97, 101 sa 110, 117, 118, 121, 122 u l-artikoli
124 sa 127 tal-Kodiċi tal-Liġijiet tal-Pulizija, Kap. 10; l-Ordinanza
dwar it-Tħaris mill-Mard, Kap. 36.
(3) Kull liċenza mogħtija taħt xi waħda mil-liġijiet imħassra
għandha tibqa’ fis-seħħ u tkun tista’ tiġġedded bħallikieku din
kienet liċenza taħt dan l-Att.
(4) Regolamenti magħmulin taħt il-liġijiet imħassra għandhom
jibqgħu fis-seħħ bħallikieku magħmulin taħt id-disposizzjoni
korrispondenti ta’ dan l-Att, u jistgħu jiġu emendati, imħassra jew
sostitwiti xorta waħda.
