RISTRUTTURAR TAT-TARZNARI ġ KAP. 466. 1
KAPITOLU 466
ATT DWAR IR-RISTRUTTURAR TAT-TARZNARI
Biex ipprovdi dwar ir-ristrutturar tat-Tarzna ta’ Malta u tal-"Marsa
Shipbuilding Yard".
7 ta’ Novembru, 2003
L-ATT XV ta’ l-2003.
Titolu fil-qosor.
tat-Tarznari.
Tifsir.
teħtieġ xort’oħra -
Kap. 207.
"il-Korporazzjoni" tfisser it-Tarzna ta’ Malta, Korporazzjoni
mwaqqfa bl-Att dwar it-Tarzna ta’ Malta;
"il-Kumpannija" tfisser il-Malta Shipbuilding Company Ltd,
kumpannija kostitwita u reġistrata kif imiss taħt il-liġijiet ta’
Malta;
"il-kumpanniji ta'’trasferiment" tfisser Malta Shipyards Limited
u Industrial Projects and Services Limited;
"il-kuntratt ta’ kiri tat-Tarzna" tfisser il-kuntratt ta’ kiri mogħti
taħt l-awtorità  ta’ l-Ordinanza ta’ Emerġenza dwar it-Tarzna ta’
Malta, b’kuntratt datat it-28 ta’ Marzu, 1959, fl-atti tan-Nutar
Dottor Paul Pullicino, kif alterat minn żmien għal żmien;
"il-Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għall-investimenti
tal-gvern;
Kap. 207.
"Skema għal min Jirtira Kmieni" tfisser l-iskema mwaqqfa bl-
artikolu 16A ta’ l-Att dwar it-Tarzna ta’ Malta.
Trasferiment ta’ 
attiv u passiv.
3. (1) B’effett mid-data tal-bidu fis-seħħ ta’ dan l-artikolu
kull attiv kemm f’Malta kemm barra minn Malta inkluż kull attiv
tal-Korporazzjoni u tal-Kumpannija mikri taħt il-kuntratt ta’ kiri
tat-Tarzna, kull dritt reali jew drittijiet oħra taħt xi kuntratt, il-
flejjes kollha dovuti minn xi persuna lill-Korporazzjoni jew lill-
Kumpannija u l-ishma kollha fi jew stocks ta’ xi korpi oħra fi jew
stocks ta’ xi korpi oħra miżmumin minnhom, għandhom mingħajr
aktar assikurazzjoni ħlief dan l-Att ivestu fil-Gvern, u kull passiv
tal-Korporazzjoni u tal-Kumpannija inkluż kull passiv u obbligu
taħt l-Iskema għal min Jirtira Kmieni għandhom ivestu fil-Gvern u
jkunu dovuti minnu.
(2) L-azzjonijiet kollha pendenti quddiem xi qorti jew tribunal
li jkunu nbdew minn jew kontra l-Korporazzjoni jew il-Kumpannija
għandhom jitkomplew minn jew kontra dak l-uffiċjal pubbliku
f’isem il-Gvern hekk kif il-Ministru jista’ b’avviż fil-Gazzetta
minn żmien għal żmien jistabbilixxi.
(3) B’effett mid-data li tiġi minnufih wara d-data msemmija
fis-subartikolu (1), il-Kumpannija għandha tkun xolta, likwidata u
stralċjata mingħajr il-ħtieġa ta’ ebda formalità  oħra ħlief dan l-Att.
2 KAP. 466. ħ RISTRUTTURAR TAT-TARZNARI
Impjegati tal-
Korporazzjoni u 
tal-Kumpannija.
4. (1) Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ kull liġi oħra, kull min
ikun impjegat mal-Korporazzjoni u mal-Kumpannija minnufih
qabel ma jidħol fis-seħħ dan l-artikolu għandu jiġi trasferit ma’ u
jkun impjegat ta’ xi waħda jew l-oħra mill-kumpanniji ta’
trasferiment kif imwaqqfa b’dan l-artikolu.
(2) Il-kumpanniji ta’ trasferiment għandhom jassumu d-
drittijiet u l-obbligi kollha li l-Korporazzjoni jew il-Kumpannija
kellhom, qabel ma jkun sar it-trasferiment, lejn l-impjegati
trasferiti magħhom, u kull wieħed minn dawk l-impjegati għandu,
għall-finijiet u l-iskopijiet kollha ta’ kull liġi, jitqies li kien
impjegat mal-kumpannija ta’ trasferiment rispettiva sa mid-data
meta kien beda l-impjieg tiegħu mal-Korporazzjoni jew mal-
Kumpannija, skond il-każ.
(3) It-trasferiment ta’ l-impjegati hawn qabel imsemmija għal
kull waħda mill-kumpanniji ta’ trasferiment għandu jsir skond l-
għażla magħmula mill-Korporazzjoni u mill-Kumpannija.
Trasferiment eċċ., 
ta’ art lil 
kumpanniji ta’ 
trasferiment eċċ.
Kap. 268.
5. Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar it-Trasferiment
ta’ Artijiet tal-Gvern, il-Gvern jista’ taħt dak it-titolu u bla ħsara
għal dawk il-kondizzjonijiet li jista’ jqis li jkunu adatti,
jittrasferixxi art vestita fil-Gvern taħt l-artikolu 3 u kull attiv ieħor
vestit taħt l-istess artikolu lil xi waħda mill-kumpanniji ta’
trasferiment għal xi skop tal-kumpanniji ta’ trasferiment jew ta’ xi
korp magħqud imwaqqaf bil-liġi, mingħajr ebda awtorizzazzjoni
oħra għajr dan l-artikolu:
Iżda d-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar it-Trasferiment ta’
Artijiet tal-Gvern għandhom, malli jsir dak it-trasferiment, ikomplu
japplikaw għal dik l-art bħallikieku t-trasferiment tagħha kien
awtorizzat taħt id-disposizzjonijiet ta’ dak l-Att.
