ELEZZJONIJIET GĦALL-PARLAMENT EWROPEW ġ KAP. 467. 1
KAPITOLU 467
ATT DWAR ELEZZJONIJIET GĦALL-PARLAMENT 
EWROPEW
Biex ipprovdi dwar iż-żamma ta’ elezzjonijiet għall-Parlament
Ewropew.
1 ta’ Jannar, 2004
L-ATT XVI ta’ l-2003.
Titolu fil-qosor.
għall-Parlament Ewropew.
Tifsir.
teħtieġ xort’oħra:
"l-Att" tfisser l-Att ta’ l-Istati Membri tal-Komunitajiet Ewropej,
dwar l-elezzjoni tar-rappreżentanti ta’ l-Assemblea b’vot dirett u
universali, anness mad-Deċiżjoni 76/787/ECSE, KEE, Euratom
pubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea, kif emendat
minn żmien għal żmien;
"awtorità  kompetenti" tfisser dak il-korp fi Stat Membru li jkun
inkarigat mit-tmexxija ta’ l-elezzjonijiet ta’ membri tal-Parlament
Ewropew u r-reġistrazzjoni ta’ eletturi għall-istess;
"Elenku Elettorali" fir-rigward ta’ Malta tfisser ir-Reġistru
Elettorali u r-Reġistru Elettorali ta’ l-Unjoni Ewropea u fir-rigward
ta’ Stati Membri oħra tfisser ir-reġistru uffiċjali ta’ l-eletturi kollha
li jkollhom jedd jivvotaw f’xi kostitwenza jew lokalità  partikolari,
redatt u aġġornat mill-awtorità  kompetenti taħt il-liġi elettorali
relattiva ta’ l-Istat Membru jew ir-reġistru tal-popolazzjoni meta
dak ir-reġistru jkun jindika l-eliġibilità  għal vot;
"elezzjoni ta’ membri tal-Parlament Ewropew" tfisser
elezzjonijiet ta’ membri tal-Parlament Ewropew miżmuma skond, u
kif maħsub, fl-Att u fit-Trattat;
"Kummissjoni Elettorali" tfisser il-Kummissjoni Elettorali
mwaqqfa bl-artikolu 60 tal-Kostituzzjoni;
"Parlament Ewropew" tfisser il-Parlament Ewropew imsemmi
fit-Trattat;
Kap. 354.
"Reġistru Elettorali" tfisser ir-Reġistru Elettorali pubblikat
skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali;
"Reġistru Elettorali ta’ l-Unjoni Ewropea" tfisser ir-reġistru ta’
eletturi li jinżamm skond l-artikoli 11 sa 14 ta’ dan l-Att;
"Stat Membru" tfisser Stat li jkun membru ta’ l-Unjoni Ewropea;
"Stat Membru ta’ Nazzjonalità " tfisser l-Istat Membru li persuna
tkun nazzjonali tiegħu;
Kap. 460.
"it-Trattat" għandha l-istess tifsira lilha mogħtija fl-artikolu 2 ta’
l-Att dwar l-Unjoni Ewropea;
"Unjoni Ewropea" tfisser l-Unjoni Ewropea msemmija fit-
2 KAP. 467. ħ ELEZZJONIJIET GĦALL-PARLAMENT EWROPEW
Trattat.
Elezzjoni ta’ 
membri tal-
Parlament 
Ewropew f’Malta.
3. L-elezzjoni ta’ membri tal-Parlament Ewropew għandha
ssir skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att.
Għadd ta’ membri 
tal-Parlament 
Ewropew.
4. L-għadd ta’ membri tal-Parlament Ewropew li għandhom
jiġu eletti għandu jkun dak stabbilit bit-Trattat jew taħtu.
Data u ħin ta’ l-
elezzjonijiet.
5. (1) L-elezzjonijiet ta’ membri tal-Parlament Ewropew
għandhom isiru kull ħames snin bl-ewwel elezzjoni fl-2004, fit-
tieni Sibt ta’ Ġunju jew f’dik id-data oħra li l-Prim Ministru jista’
b’avviż fil-Gazzetta minn żmien għal żmien jistabbilixxi.
(2) Il-votazzjoni tibda fis-7.00 ta’ filgħodu u ttemm fl-10.00 ta’
billejl.
Hi l-Kummissjoni 
Elettorali li tmexxi 
l-elezzjonijiet eċċ.
6. Ir-reġistrazzjoni ta’ eletturi għall-Elezzjonijiet ta’ membri
tal-Parlament Ewropew, it-tmexxija ta’ l-elezzjonijiet relattivi u l-
għadd tal-voti jkunu r-responsabbiltà  esklużiva tal-Kummissjoni
Elettorali.
Metodu ta’ l-
Elezzjoni.
7. L-elezzjoni ta’ membri tal-Parlament Ewropew għandha
titmexxa skond il-prinċipju ta’ rappreżentanza proporzjonali
permezz ta’ vot wieħed trasferibbli, fejn kull elettur ikollu vot
wieħed bħal dak.
Malta tifforma 
distrett elettorali 
wieħed.
8. Għall-fini ta’ l-elezzjoni ta’ membri tal-Parlament
Ewropew it-territorju ta’ Malta jifforma distrett elettorali waħdieni.
Avviż ta’ 
Elezzjoni.
9. Mill-inqas ħamsa u tletin jum qabel il-ġurnata stabbilita
għall-elezzjoni ta’ membri tal-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni
Elettorali għandha toħroġ u tippubblika fil-Gazzetta avviż li jkollu
l-għamla murija fl-Ewwel Skeda.
Persuni li jkollhom 
jedd jivvotaw.
10. Kull persuna li isimha jkun jidher fir-Reġistru Elettorali li
jkun ġie l-aħħar pubblikat qabel id-data stabbilita għall-elezzjoni u
kull persuna li jkollha isimha jidher fir-Reġistru Elettorali ta’ l-
Unjoni Ewropea u li f’każ wieħed jew l-ieħor ma tkunx, wara l-
pubblikazzjoni ta’ dak ir-Reġistru Elettorali jew ta’ dak ir-Reġistru
Elettorali ta’ l-Unjoni Ewropea, insabet ħatja ta’ xi reat li jkollu
x’jaqsam ma’ l-elezzjoni ta’ membri tal-Kamra tad-Deputati jew
ma’ l-elezzjoni ta’ membri ta’ Kunsilli Lokali jew ma’ l-elezzjoni
ta’ membri tal-Parlament Ewropew, ikollha jedd tivvota fl-
elezzjonijiet ta’ membri tal-Parlament Ewropew.
Kwalifika ta’ 
eletturi fir-Reġistru 
Elettorali ta’ l-
Unjoni Ewropea.
11. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 12, persuna
tkun kwalifikata sabiex tkun reġistrata fir-Reġistru Elettorali ta’ l-
Unjoni Ewropea jekk:
(a) tkun nazzjonali ta’ Stat Membru li isimha ma jkunx
jidher fir-Reġistru Elettorali; u
Kap. 258.
(b) tkun meħtieġa jkollha, u hekk ikollha karta ta’ identità
skond l-Att dwar il-Karti ta’ l-Identità ; u
(ċ) ikollha ir-rekwiżiti elenkati fl-artikolu 57(b) u (ċ) tal-
Kostituzzjoni:
Iżda għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu residenza
f’xi Stat Membru għandha titqies bħala residenza
ELEZZJONIJIET GĦALL-PARLAMENT EWROPEW ġ KAP. 467. 3
f’Malta;
(d) tiddikjara li tkun se twettaq id-dritt tagħha li tivvota
għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew f’Malta
biss; u
(e) ma tkunx ġiet imċaħħda mid-dritt li tivvota fl-Istat
Membru ta’ Nazzjonalità  tagħha,
u jekk ma tissodisfax ir-rekwiżiti tal-paragrafi (a) sa (e) ta’ hawn
fuq ma għandhiex tkun hekk kwalifikata.
Skwalifika ta’ 
eletturi mir-
Reġistru Elettorali 
ta’ l-Unjoni 
Ewropea.
12. Ħadd ma jkun kwalifikat li jkun reġistrat fir-Reġistru
Elettorali ta’ l-Unjoni Ewropea jekk -
(a) ikun interdett jew inabilitat minħabba xi mard tal-
moħħ minn qorti fi Stat Membru jew ikun ġie
xort’oħra stabbilit fi Stat Membru li jkun ta’ moħħ
marid;
(b) ikun taħt kundanna ta’ priġunerija (tissejjaħ kif tkun
imsejħa) ta’ iżjed minn tnax-il xahar li tkun ġiet
imposta fuqu minn qorti fi Stat Membru jew sostitwita
minn awtorità  kompetenti għal xi kundanna oħra
imposta fuqu minn qorti bħal dik, jew ikun taħt
kundanna bħal dik ta' priġunerija li l-eżekuzzjoni
tagħha tkun ġiet sospiża; jew
(ċ) ikun skwalifikat minn reġistrazzjoni bħala elettur minn
jew skond xi liġi f’Malta minħabba li jkun ġie misjub
ħati ta’ xi reat dwar l-elezzjoni ta’ membri tal-Kamra
tad-Deputati, membri tal-Kunsilli Lokali jew membri
tal-Parlament Ewropew.
Pubblikazzjoni tar-
Reġistru Elettorali 
ta’ l-Unjoni 
Ewropea.
13. (1) Il-Kummissjoni Elettorali għandha tippubblika r-
Reġistru Elettorali ta’ l-Unjoni Ewropea li jkun fih elenku tal-
persuni kollha kwalifikati biex ikunu reġistrati hemm fih skond l-
artikolu 11.
(2) Id-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali
dwar il-pubblikazzjoni u t-tiswija tar-Reġistru Elettorali u t-tħassir
ta’ ismijiet minn fuqu, għandhom kemm-il darba ma jiġix provdut
xort’oħra f’dan l-Att japplikaw għar-rigward tar-Reġistru Elettorali
ta’ l-Unjoni Ewropea.
(3) Persuna ta’ nazzjonalità  Maltija li tkun reġistrata fir-
Reġistru Elettorali ta’ l-Unjoni Ewropea u li tkun kwalifikata biex
tiġi reġistrata fir-Reġistru Elettorali għandu jkollha isimha mħassar
mir-Reġistru Elettorali ta' l-Unjoni Ewropea meta hi tiġi reġistrata
fir-Reġistru Elettorali.
(4) Persuna ta’ nazzjonalità  Maltija li għal xi raġuni jkollha
isimha mħassar mir-Reġistru Elettorali imma tkun kwalifikata biex
tiġi reġistrata fir-Reġistru Elettorali ta’ l-Unjoni Ewropea għandha,
meta jkollha isimha mħassar mir-Reġistru Elettorali, tiġi reġistrata
fir-Reġistru Elettorali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Reġistrazzjoni fir-
Reġistru Elettorali 
ta' l-Unjoni 
Ewropea.
14. (1) Persuna li titlob li tiġi reġistrata fir-Reġistru Elettorali
ta’ l-Unjoni Ewropea għandha tiġi hekk reġistrata biss u jkollha
jedd li tibqa’ hekk reġistrata biss jekk, minbarra li tkun tissodisfa l-
ħtiġiet ta’ l-artikolu 11, tiddikjara lill-Kummissjoni Elettorali:
4 KAP. 467. ħ ELEZZJONIJIET GĦALL-PARLAMENT EWROPEW
(a) li tkun residenti f’Malta;
(b) xi tkun in-nazzjonalità  tagħha;
(ċ) id-data meta tkun bdiet toqgħod f’Malta jew f’xi Stat
Membru ieħor;
(d) l-indirizz tagħha f’Malta;
(e) il-lokalità  jew kostitwenza fl-Istat Membru ta’
nazzjonalità  tagħha jew f’xi Stat Membru ieħor, jekk
ikun il-każ, li fl-Elenku Elettorali tagħha isimha jkun
ġie l-aħħar reġistrat;
(f) li tkun se teżerċita l-jedd tagħha li tivvota f’Malta biss;
(g) li ma tkunx ġiet imċaħħda mid-dritt tagħha li tivvota
fl-Istat Membru ta’ Nazzjonalità  tagħha;
u tippreżenta lill-imsemmija Kummissjoni dokument ta’ identità
validu:
B’dana illi l-Kummissjoni Elettorali jkollha d-dritt, kull
meta jidhrilha li jkun hekk opportun, li tirrikjedi persuna li isimha
jkun jidher fir-Reġistru Elettorali ta’ l-Unjoni Ewropea li tagħmel
dikjarazzjoni ġdida kif hawn fuq imsemmi.
(2) Meta persuna tkun tissodisfa l-ħtiġiet tas-subartikolu (1), il-
Kummissjoni Elettorali għandha tniżżel isimha fir-Reġistru
Elettorali ta’ l-Unjoni Ewropea jekk hija tkun sodisfatta li dik il-
persuna tkun hekk kwalifikata skond l-artikolu 11.
Skambju ta’ 
informazzjoni 
konnessa mar-
reġistrazzjoni ta’ 
eletturi.
15. (1) Il-Kummissjoni Elettorali għandha tavża lill-awtorità
kompetenti ta’ l-Istat Membru ta’ Nazzjonalità  dwar kull
dikjarazzjoni magħmula minn xi persuna skond l-artikolu 14, għall-
uniku skop li jiġi verifikat il-kontenut tagħha; u meta skond
informazzjoni li tasal mingħand l-Istat Membru ta’ Nazzjonalità
jkun jirriżulta li l-kontenut tad-dikjarazzjoni ma jkunx veru, il-
Kummissjoni Elettorali ma għandhiex tirreġistra lil dik il-persuna
fir-Reġistru Elettorali ta’ l-Unjoni Ewropea, jew, jekk dik il-
persuna tkun diġà  reġistrata, tħassrilha isimha minn fuqu.
(2) Il-Kummissjoni Elettorali għandha tivverifika il-kontenut
ta’ dikjarazzjonijiet simili li jsiru lill-awtoritajiet kompetenti fi
Stati Membri oħra u għandha twasslilhom kull informazzjoni
rilevanti li jista' jkollha f’idejha.
(3) L-informazzjoni skambjata skond dan l-artikolu għandha
tiġi pprovduta malajr u f’forma u mod adatti u tista’ tinkludi biss
dawk id-dettalji li huma strettament meħtieġa għall-
implimentazzjoni tad-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu u tista’
tintuża biss għal dawk l-għanijiet.
Tneħħija ta’ isem 
mir-Reġistru 
Elettorali ta’ l-
Unjoni Ewropea.
16. Persuna li isimha ikun jidher fur ir-Reġistru Elettorali ta’ l-
Unjoni Ewropea tista’ f’kull waqt, bil-miktub titlob lill-
Kummissjoni Elettorali tneħħilha isimha minn fuq dak ir-Reġistru u
malli jsir dan isimha għandu jitħassar mir-Reġistru Elettorali ta’ l-
Unjoni Ewropea.
Eliminazzjoni ta’ 
votazzjoni doppja.
17. (1) Ħadd ma għandu f’elezzjoni għal membri tal-
Parlament Ewropew jitfa’ l-vot tiegħu f’Malta u f’xi Stat Membru
ieħor.
ELEZZJONIJIET GĦALL-PARLAMENT EWROPEW ġ KAP. 467. 5
(2) Kull persuna li tikser id-disposizzjonijiet tas-subartikolu
(1) tkun ħatja ta’ reat u tista’, meta tinsab ħatja, teħel priġunerija
għal żmien mhux iżjed minn sitt xhur jew multa ta’ mhux iżjed
minn għaxart elef lira jew dik il-multa u priġunerija flimkien.
(3) Biex tiġi żgurata konformità  mas-subartikolu (1), il-
Kummissjoni Elettorali għandha, fi żmien biżżejjed qabel il-
ġurnata stabbilita għall-votazzjoni, tgħarraf lill-awtorità
kompetenti fl-Istat Membru ta’ Nazzjonalità  ta’ persuna elenkata
fir-Reġistru Elettorali ta’ l-Unjoni Ewropea li tkun għażlet li
tivvota f’Malta.
(4) Meta l-Kummissjoni Elettorali tkun irċeviet informazzjoni
mingħand l-awtorità  kompetenti ta’ Stat Membru ieħor li xi
persuna, li isimha jkun imniżżel fir-Reġistru Elettorali jew fir-
Reġistru Elettorali ta’ l-Unjoni Ewropea, tkun ġiet reġistrata fl-
Elenku Elettorali ta’ dak l-Istat, hija għandha għall-finijiet ta’ l-
elezzjoni ta’ membri tal-Parlament Ewropew tħassar isem dik il-
persuna mir-Reġistru Elettorali, jew mir-Reġistru Elettorali ta’ l-
Unjoni Ewropea, skond il-każ.
Persuni kwalifikati 
biex jikkontestaw 
l-elezzjonijiet.
18. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 19, persuna
tkun kwalifikata tikkontesta elezzjoni għal membri tal-Parlament
Ewropew jekk dik il-persuna tkun reġistrata bħala elettur fir-
Reġistru Elettorali jew fir-Reġistru Elettorali ta’ l-Unjoni Ewropea:
Iżda uffiċjali pubbliċi jew xi klassi jew klassijiet tagħhom
jistgħu jkunu ristretti milli jikkontestaw elezzjoni għal membri tal-
Parlament Ewropew mill-Kodiċi dwar il-Management tas-Servizz
Pubbliku jew regolamenti, regoli jew normi oħra bħal dawk
applikabbli minn żmien għal żmien għas-Servizz Pubbliku.
Persuni li mhux 
kwalifikati 
jikkontestaw 
elezzjoni.
19. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-Att, ħadd ma
jkun ikkwalifikat li jikkontesta elezzjoni għal membru tal-
Parlament Ewropew jew, jekk ikun elett, li jibqa’ membru ta’ dak
il-Parlament jekk, sew f’Malta sew f’xi Stat Membru ieħor -
(a) ikun membru ta’ xi korp dixxiplinat kif imfisser fl-
artikolu 47(1) tal-Kostituzzjoni jew ta’ xi korp
korrispondenti ta’ xi Stat Membru ieħor;
(b) ikollu kariga li l-funzjonijiet tagħha jkunu jinvolvu xi
responsabbiltà  għal jew b’konnessjoni mat-tmexxija
ta’ l-elezzjonijiet ta’ membri tal-Parlament Ewropew
jew mal-kompilazzjoni jew reviżjoni ta’ xi Elenku
Elettorali;
(ċ) ikun fallut mhux rijabilitat, wara li jkun ġie ġudikat
jew xort’oħra dikjarat fallut skond xi liġi li tkun fis-
seħħ;
(d) ikun interdett jew inabilitat minħabba xi mard mentali
jew minħabba prodigalità  minn qorti jew ikun
xort’oħra deċiż li jkun ta’ moħħ marid;
(e) ikun qed jiskonta kundanna ta’ priġunerija (tkun kif
tkun imsejħa) ta’ aktar minn tnax-il xahar imposta
fuqu minn qorti fi Stat Membru jew ikun taħt sentenza
bħal dik ta’ priġunerija li l-esekuzzjoni tagħha tkun
6 KAP. 467. ħ ELEZZJONIJIET GĦALL-PARLAMENT EWROPEW
ġiet sospiża;
(f) ikun membru tal-ġudikatura;
(g) ikun ġie skwalifikat milli jikkontesta għall-elezzjoni
ta’ membri tal-Parlament Ewropew skond xi liġi li
tkun fis-seħħ;
(h) ikun qiegħed jikkontesta bħala kandidat għall-
elezzjoni ta’ membri tal-Parlament Ewropew fl-istess
elezzjoni f’xi Stat Membru ieħor.
Inkompatibilità  ta’ 
ċerti uffiċjali.
Kap. 363.
(2) Il-kariga ta’ membru tal-Parlament Ewropew hi
inkompatibbli ma’ dik ta’ membru tal-Kamra tad-Deputati jew ta’
membru ta’ xi Kunsill Lokali taħt l-Att dwar Kunsilli Lokali jew xi
istituzzjoni oħra simili jew organu ieħor simili f’xi Stat Membru
ieħor, u meta persuna li jkollha xi waħda mill-karigi msemmija tiġi
eletta għal xi kariga oħra bħal dik, dik il-persuna għandha, fi żmien
ħamest ijiem tax-xogħol mill-pubblikazzjoni tar-riżultati ta’ l-
elezzjoni għal dik it-tieni kariga, tirrinunzja għal xi waħda minn
dawk il-karigi:
Iżda meta persuna tonqos milli tirrinunzja għal xi waħda
minn dawn il-karigi fiż-żmien imsemmi ta’ ħamest ijiem tax-
xogħol, hija għandha titqies bħala li tkun irrinunzjat il-kariga ta’
membru tal-Parlament Ewropew.
Disposizzjonijiet 
dwar kandidat 
reġistrat fir-
Reġistru Elettorali 
ta' l-Unjoni 
Ewropea.
20. (1) Kandidat li ismu jkun jidher fir-Reġistru Elettorali ta’
l-Unjoni Ewropea għandu, meta jkun qiegħed jippreżenta n-nomina
tiegħu bħala kandidat, jagħmel ukoll dikjarazzjoni formali bil-
miktub lill-Kummissjoni Elettorali fejn jiddikjara li ma jkunx
qiegħed jikkontesta bħala kandidat f’xi Stat Membru ieħor, u
għandu wkoll juri lill-Kummissjoni Elettorali dokument ta’ identità
validu.
(2) Kandidat li ismu jidher fir-Reġistru Elettorali ta’ l-Unjoni
Ewropea u li ma jkunx ta’ nazzjonalità  Maltija għandu wkoll
jipproduċi lill-Kummissjoni Elettorali dikjarazzjoni mingħand l-
awtorità  kompetenti ta’ l-Istat Membru ta’ Nazzjonalità  tiegħu li
tkun tiċċertifika li ma jkunx, ħlief għaliex huwa jkun ġie reġistrat
fir-Reġistru Elettorali ta’ l-Unjoni Ewropea, ġie mċaħħad mid-dritt
li jikkontesta l-elezzjoni f’dak l-Istat Membru jew li dik l-Awtorità
ma tkun taf b’ebda skwalifika bħal dik.
(3) Il-Kummissjoni Elettorali għandha tavża lill-awtorità
kompetenti ta’ dak l-Istat Membru ta’ Nazzjonalità  bid-
dikjarazzjonijiet magħmulin skond is-subartikolu (1) bil-għan
waħdieni li jiġi verifikat il-kontenut tagħhom u jekk mill-
informazzjoni li tasal mill-Istat Membru ta’ Nazzjonalità  jirriżulta
li l-kontenut tad-dikjarazzjoni mhumiex veri, il-Kummissjoni
Elettorali ma għandhiex tirreġistra lill-persuna bħala kandidat, jew
jekk hija tkun diġà  reġistrata, għandha tħassarlu ismu mil-lista ta’
kandidati:
Iżda dak it-tħassir għandu jsir qabel ma jiġu stampati l-
poloz ta’ votazzjoni:
Iżda wkoll għar-rigward ta’ xi persuna bħal dik li tkun ta’
nazzjonalità  Maltija id-disposizzjonijiet ta’ dan is-subartikolu
għandhom japplikaw bħallikieku kull referenza hemm fih għal Stat
ELEZZJONIJIET GĦALL-PARLAMENT EWROPEW ġ KAP. 467. 7
Membru ta’ Nazzjonalità  kienet riferenza għall-aħħar Stat Membru
fejn dik il-persuna kienet toqgħod qabel ma tkun bdiet toqgħod
f’Malta.
(4) Il-Kummissjoni Elettorali għandha tivverifika
dikjarazzjonijiet simili li jiġu lilha notifikati mill-awtorità
kompetenti ta’ Stati Membri oħra u għandha tipprovdi lil dawk l-
awtoritajiet kompetenti bl-informazzjoni rilevanti.
(5) Informazzjoni skambjata skond dan l-artikolu għandha tiġi
pprovduta malajr u b’mod adatt u tista’ tinkludi biss dawk id-
dettalji li jkunu strettament meħtieġa għall-implimentazzjoni tad-
disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu u tista’ tinħareġ biss għal dak l-
għan.
Tmexxija ta’ l-
Elezzjonijiet.
Kap. 354.
Kap. 102
21. (1) Salv kif xort’oħra provdut fit-Tieni Skeda u salv meta
dawk id-disposizzjonijiet huma inkompatibbli mad-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, id-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar l-
Elezzjonijiet Ġenerali u ta’ l-Ordinanza Elettorali dwar il-
Votazzjoni, għandhom japplikaw għat-tmexxija ta’ elezzjonijiet, u
għall-għadd ta’ voti f’elezzjonijiet, ta’ membri tal-Parlament
Ewropew.
(2) Il-Kummissjoni Elettorali tista’, minn żmien għal żmien,
toħroġ direttivi li jkunu jinterpretaw skond ma jkun meħtieġ id-
disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali u l-
Ordinanza Elettorali dwar il-Votazzjoni fl-applikazzjoni tagħhom
għall-elezzjoni ta’ membri tal-Parlament Ewropew taħt dan l-Att.
Dawk id-direttivi għandhom ikunu minnufih applikabbli u
għandhom jiġu ppubblikati fil-Gazzetta fl-iqsar żmien
prattikabbbli.
(3) (a) L-għadd ta’ voti jibda f’nofsinhar li jiġi wara l-jum ta’
votazzjoni jew f’dak il-ħin jew jum ieħor li l-Prim
Ministru jista’ b’avviż fil-Gazzetta minn żmien għal
żmien jistabbilixxi.
(b) Il-Kummissjoni Elettorali trid tara li r-riżultat ta’ l-
ewwel għadd tal-voti ma jkunx uffiċjalment mgħarraf
ħlief wara l-għeluq tal-votazzjoni fl-Istati Membri
kollha.
(4) Il-Prim Ministru jista’ b'regolamenti taħt dan is-subartikolu
jistabbilixxi l-ogħla nfiq li jista’ jsir minn kandidat f’elezzjoni ta’
membri tal-Parlament Ewropew jew mill-aġent elettorali tiegħu
sew qabel, matul, jew wara elezzjoni minħabba jew għar-rigward
tat-tmexxija ta’ elezzjoni bħal dik.
Mili ta’ vakanzi.
elett taħt dan l-Att isir vakanti, dik il-vakanza għandha timtela bil-
mod provdut bi jew taħt il-liġi li f’dak iż-żmien tkun fis-seħħ
f’Malta għall-mili ta’ vakanzi ta’ membri tal-Kamra tad-Deputati:
Iżda meta vakanza għandha timtela permezz ta’ elezzjoni
bil-għażla, dik l-elezzjoni bil-għaħla għandha ssir mill-Kamra tad-
Deputati minn fost il-kandidati li jkunu kkontestaw l-istess
elezzjoni.
8 KAP. 467. ħ ELEZZJONIJIET GĦALL-PARLAMENT EWROPEW
Skop ta’ dan l-Att. 23. Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, ħlief meta l-kontenut
ikun jeħtieġ xort’oħra japplikaw biss għar-rigward ta’ membri tal-
Parlament Ewropew li għandhom jiġu eletti f’Malta.
ELEZZJONIJIET GĦALL-PARLAMENT EWROPEW ġ KAP. 467. 9
L-EWWEL SKEDA
(Artikolu 9)
Forma ta’ Avviż mill-Kummissjoni Elettorali.
Il-Kummissjoni Elettorali mwaqqfa skond l-artikolu 60 tal-Kostituzzjoni qegħda
b’dan tavża li bis-saħħa ta’ dak provdut fl-Att ta’ l-2003 dwar Elezzjonijiet għall-
Parlament Ewropew, sejra ssir elezzjoni nhar is-Sibt, ................................ .
IT-TIENI SKEDA
(Artikolu 21)
Disposizzjonijiet li Jirregolaw it-Tmexxija ta’ Elezzjonijiet għal Membri tal-
Parlament Ewropew
1. Applikazzjoni ta’ l-Att dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali, Kap. 354.
L-Att dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali, inklużi l-Iskedi li jinsabu miegħu u r-
regolamenti magħmulin taħtu, għandhom japplikaw għall-elezzjoni ta’ membri tal-
Parlament Ewropew bħallikieku:
(a) kemm-il darba ma jiġix xort’oħra determinat mill-Kummissjoni
Elettorali minħabba fir-rabta tal-kliem tagħhom, referenzi fl-Att għal
elezzjoni, elezzjoni ġenerali jew elezzjoni tal-membri tal-Kamra tad-
Deputati kienu referenzi għal elezzjonijiet tal-membri tal-Parlament
Ewropew;
(b) kemm-il darba ma jiġix xort’oħra determinat mill-Kummissjoni
Elettorali minħabba fir-rabta tal-kliem tagħhom, referenzi fl-Att għal
kandidati kienu referenza għal kandidati għall-elezzjoni bħala membri
tal-Parlament Ewropew;
(ċ) kemm-il darba ma jiġix xort’oħra determinat mill-Kummissjoni
Elettorali minħabba fir-rabta tal-kliem tagħhom, referenzi fl-Att għat-
trasferiment tar-reġistrazzjoni ta’ elettur fit-Taqsima II ta’ l-Att tinkludi
t-trasferiment ta’ reġistrazzjonijiet bejn ir-Reġistru Elettorali u r-
Reġistru Elettorali ta’ l-Unjoni Ewropea u viċi-versa;
(d) kemm-il darba ma jiġix xort’oħra determinat mill-Kummissjoni
Elettorali minħabba fir-rabta tal-kliem tagħhom, referenzi fl-Att għal
distretti jew distretti elettorali kienu referenzi għat-territorju ta’ Malta
bħala distrett elettorali waħdieni taħt dan l-Att;
(e) kemm-il darba ma jiġix xort’oħra determinat mill-Kummissjoni
Elettorali minħabba fir-rabta tal-kliem tagħhom, referenzi fl-Att għar-
Reġistru Elettorali kienu referenzi għar-Reġistru Elettorali ta’ l-Unjoni
Ewropea, jew skond ir-rabta tal-kliem, ukoll għar-Reġistru Elettorali ta’
l-Unjoni Ewropea;
(f) kemm-il darba ma jiġix xort’oħra determinat mill-Kummissjoni
Elettorali minħabba fir-rabta tal-kliem tagħhom, referenzi fl-Att għal
eletturi u eletturi reġistrati tinkludi eletturi reġistrati fir-Reġistru
Elettorali ta’ l-Unjoni Ewropea;
(g) in-numru ta’ aġenti distrettwali li għandhom jiġu nominati minn kull
partit politiku skond l-artikolu 61A(1) ta’ l-Att kien numru daqs l-għadd
10 KAP. 467. ħ ELEZZJONIJIET GĦALL-PARLAMENT EWROPEW
ta’ distretti elettorali li Malta kienet maqsuma fihom fl-aħħar elezzjoni
ġenerali li tkun saret minnufih qabel ma ssir l-elezzjoni ta’ membri tal-
Parlament Ewropew;
(h) in-numru ta’ aġenti għall-għadd li għandhom jiġu nominati mill-partiti
politiċi skond l-artikolu 89(2) ta’ l-Att kien dak in-numru daqs l-għadd
ta’ persuni li jgħoddu li jintużaw mill-Kummissjoni Elettorali fil-waqt
inkwistjoni;
(i) referenza għar-Writ fl-Att kienet referenza għall-Avviż maħruġ mill-
Kummissjoni Elettorali skond l-artikolu 9 ta’ dan l-Att;
(j) l-artikoli 15 sa 18, 77(2), 103, 104(2) sa 104(4), u 109 ta’ l-Att kienu
mħassra; u
(k) fit-Tlettax-il Skeda li tinsab ma’ l-Att kull referenza għat-trasferiment
tal-voti bejn id-distretti kienet imħassra.
2. Kif tapplika l-Ordinanza Elettorali dwar il-Votazzjoni, Kap. 102.
L-Ordinanza Elettorali dwar il-Votazzjoni għandha tapplika għall-elezzjoni
ta’ membri tal-Parlament Ewropew bħallikieku r-referenzi fl-Ordinanza għal
elezzjoni u elezzjoni tal-Kamra tad-Deputati kienu referenzi għall-elezzjoni ta’
membri tal-Parlament Ewropew:
Iżda għall-finijiet ta’ l-elezzjonijiet ta’ membri tal-Parlament Ewropew ir-
referenza għal sitt mitt lira u tliet elef lira fl-artikolu 46 ta’ l-Ordinanza kienu
referenza għal dik is-somma li l-Prim Ministru jista’ minn żmien għal żmien
jistabbilixxi taħt l-artikolu 21(4) ta' dan l-Att.
