PROFESSJONI TAX-XOGĦOL SOĊJALI ġ KAP. 468. 1
KAPITOLU 468
ATT DWAR IL-PROFESSJONI
TAX-XOGĦOL SOĊJALI
Biex jipprovdi għar-regolamentazzjoni tal-professjoni tax-xogħol
soċjali u biex jipprovdi għal ħwejjeġ konnessi magħha jew li huma
anċillari għaliha.
( )*
L-ATT XVII ta’ l-2003.
Titolu fil-qosor u 
bidu fis-seħħ.
1. (1) It-titolu fil-qosor ta’ dan l-Att hu l-Att dwar il-
Professjoni tax-Xogħol Soċjali.
(2) Dan l-Att għandu jibda’ jseħħ f’dik id-data li l-Ministru
responsabbli għall-politika soċjali jista’ jistabbilixxi b’avviż fil-
Gazzetta u jistgħu jkunu hekk stabbiliti dati differenti għal
disposizzjonijiet differenti jew għal għanijiet differenti ta’ dan l-
Att.
Tifsir.
teħtieġ xort’oħra:
''Bord'' tfisser il-Bord dwar il-Professjoni tax-Xogħol Soċjali
f’Malta stabbilit bl-artikolu 4;
''ħaddiem soċjali reġistrat'' jew ''ħaddiem soċjali'' tfisser persuna
li tkun reġistrata fir-reġistru uffiċjali ta’ ħaddiema soċjali miżmum
mill-Bord u li tkun ingħatat warrant li tipprattika l-professjoni ta’
xogħol soċjali, skond l-artikolu 6;
''jipprattika'' dwar il-professjoni tax-xogħol soċjali tinkludi:
(a) li tittieħed jew li tiġi segwita l-professjoni ta’ xogħol
soċjali; u
(b) l-użu, waqt li l-professjoni tkun b’hekk qed tiġi
segwita, tat-titolu professjonali ''Ħaddiem Soċjali
Reġistrat'' jew ta’ l-ittri li jindikaw dak it-titolu
''RSW'';
''Ministru'' tfisser il-Ministru responsabbli għall-politika soċjali;
''perjodu ta’ adattament'' tfisser perjodu li matulu persuna tista’
teżerċita l-professjoni ta’ xogħol soċjali f’Malta taħt is-sorveljanza
ta’ ħaddiem soċjali reġistrat, liema perjodu jista’ jinkludi l-
provvediment ta’ dak it-taħriġ addizzjonali lil dik il-persuna, kif
jista’ jkun meħtieġ mill-Bord, u wara dan il-perjodu jsir eżami;
''preskritt'' tfisser preskritt b’regolamenti magħmula mill-
Ministru taħt dan l-Att;
''test ta’ ħila'' tfisser test li l-għan tiegħu jkun li jivvaluta l-ħila
ta’ persuna biex issegwi l-professjoni ta’ xogħol soċjali f’Malta,
jew kif ikun meħtieġ mill-Bord skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-
*Għadu mhux fis-seħħ.
2 KAP. 468. ħ PROFESSJONI TAX-XOGĦOL SOĊJALI
Att;
''warrant'' ifisser warrant maħruġ taħt l-artikolu 6;
''xogħol soċjali'' tfisser is-servizz professjonali li jingħata għall-
promozzjoni jew biex tkun restawrata interazzjoni reċiprokament
benefiċjarja bejn individwi kif ukoll bejn individwi u s-soċjetà
sabiex tittejjeb il-kwalità  tal-ħajja, billi l-persuni li jkunu jirċievu
dan is-servizz jingħataw għajnuna biex jifhmu, isolvu u jipprevjenu
problemi personali, interpersonali, familjari jew soċjali.
Warrant għall-
prattika ta’ 
ħaddiem soċjali.
3. (1) Ebda persuna m’għandha turi ruħha li tkun ħaddiem
soċjali professjonali jew li twettaq xogħol soċjali għal
rimunerazzjoni jew turi ruħha li tkun professjonalment kwalifikata
biex hekk tagħmel jew li tassumi t-titolu jew l-ittri li jindikaw it-
titolu ta’ ħaddiem soċjali reġistrat kemm-il darba ma tkunx id-
detentur ta’ warrant maħruġ taħt dan l-Att.
(2) Sakemm mhux speċifikat fil-warrant, warrant maħruġ taħt
is-subartikolu (1) ma jintitolax lid-detentur tiegħu li jeżerċita l-
professjoni ta’ xogħol soċjali f’dawk l-oqsma ta’ xogħol soċjali
speċjalizzati li jkunu jeħtieġu kwalifiki addizzjonali u, jew taħriġ
skond kif preskritt mill-Ministru.
(3) Persuna ma tikkwalifikax għal warrant ħlief jekk dik il-
persuna -
(a) tkun ċittadina Maltija, jew xort’oħra jkollha permess
biex taħdem f’Malta taħt xi liġi; u
(b) tkun ta’ kondotta tajba; u
(ċ) tkun kisbet Grad bl-Unuri f’Xogħol Soċjali mill-
Università  ta’ Malta jew xi kwalifika professjonali
oħra li l-Bord jidhirlu li tkun ekwivalenti; u
(d) tissodisfa lill-Bord li jkollha esperjenza xierqa fil-
prattika tal-professjoni tax-xogħol soċjali għal żmien
aggregat ta’ mill-anqas sentejn fuq bażi full-time jew l-
ekwivalenti ta’ dak iż-żmien fuq bażi part-time wara li
tkun spiċċat dak il-grad jew dik il-kwalifika
professjonali oħra taħt is-sorveljanza ta’ ħaddiem
soċjali reġistrat.
(4) Il-Ministru jista’ jippreskrivi, minflok xi waħda mill-ħtiġiet
minimi stabbiliti taħt id-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-
artikolu, ħtiġiet minimi oħra skond xi trattat jew ftehim
internazzjonali jew multinazzjonali li fih Malta tkun parti jew
skond id-disposizzjonijiet ta’ xi leġislazzjoni li tinġieb fis-seħħ bis-
saħħa ta’ xi Att jew ftehim bħal dawk.
Kap. 451.
(5) Bla ħsara għal xi disposizzjoni magħmula bl-Att jew taħt l-
Att dwar ir-Rikonoxximent Reċiproku ta’ Kwalifiki, meta t-tul tal-
kors, li jkun iwassal għall-kwalifika professjonali li jkollu l-
applikant ikun anqas mit-tul tal-kors li jwassal għal Degree mogħti
mill-Università  ta’ Malta jew meta l-esperjenza msemmija fis-
subartikolu (3)(d) tkun anqas minn sentejn, il-Bord jista’ jeħtieġ
lill-applikant li jagħmel perjodu ta’ adattament li ma jkunx itwal
mid-doppju tad-differenza, skond kif speċifikat mill-Bord. Il-Bord
jista’ wkoll jissottometti lill-applikant għal test ta’ ħila.
PROFESSJONI TAX-XOGĦOL SOĊJALI ġ KAP. 468. 3
Bord dwar il-
Professjoni tax-
Xogħol Soċjali.
4. (1) Għandu jkun hemm Bord li jkun magħruf bħala l-Bord
dwar il-Professjoni tax-Xogħol Soċjali f’Malta li jkun magħmul
minn seba’ membri kif ġej:
(a) erba’ membri maħtura mill-Ministru wara
konsultazzjoni ma’ kull assoċjazzjoni, jekk ikun
hemm, reġistrata mal-Bord skond id-disposizzjonijiet
ta’ dan l-Att, li minnhom:
(i) wieħed ikun Chairperson, li jkollu livell
magħruf fil-professjoni tax-xogħol soċjali u li
jkollu mill-inqas sitt snin esperjenza fil-prattika
tax-xogħol soċjali jew fil-politika soċjali;
(ii) ħaddiem soċjali wieħed li jaqdi d-dmirijiet ta’
xogħol soċjali fis-settur pubbliku;
(iii) ħaddiem soċjali wieħed li jaqdi d-dmirijiet ta’
xogħol soċjali f’organizzazzjoni tal-welfare
soċjali mhux governattiva; u
(iv) persuna li tkun avukat b’esperjenza ta’ mhux
anqas minn ħames snin.
(b) (i) żewġ membri nominati mill-assoċjazzjonijiet
reġistrati mal-Bord, jekk ikun hemm, skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u maħtura mill-
Ministru;
(ii) ħaddiem soċjali wieħed nominat minn u minn
fost l-istaff akkademiku permanenti
responsabbli għall-edukazzjoni u t-taħriġ tax-
xogħol soċjali u l-politika soċjali fl-Università
ta’ Malta:
Iżda dwar l-ewwel ħatriet taħt dan l-artikolu,
''ħaddiem soċjali'' tfisser kull persuna li hi kwalifikata
li tkun reġistrata taħt dan l-Att:
Iżda wkoll għall-fini tal-paragrafi (a) u (b), l-
assoċjazzjonijiet li għandhom ikunu konsultati jew li
għandhom jagħmlu n-nominazzjonijiet dwar l-ewwel
ħatra għandhom ikunu dawk l-assoċjazzjonijiet li
għandhom il-kwalifiki biex eventwalment ikunu
reġistrati taħt dan l-Att.
(2) Għall-ewwel darba, in-nomini magħmula skond is-
subartikolu (1)(b)(i) u (ii) għandhom isiru fi żmien ġimgħatejn
minn talba bil-miktub magħmula għal hekk mill-Ministru, u għal
kull nomina sussegwenti, fi żmien xahar minn meta tinħoloq xi
vakanza. Meta l-vakanza tirriżulta wara li ħatra tiskadi, dik in-
nomina għandha ssir fi żmien xahar qabel l-iskandenza ta’ din il-
ħatra. Fin-nuqqas ta’ nomina bħal dik, il-Ministru għandu jagħmel
il-ħatra minn fost ħaddiema soċjali.
(3) Membri maħtura fuq il-Bord għandhom iżommu l-kariga
għal sentejn:
Iżda ż-żmien tal-kariga ta’ l-ewwel membri tal-Bord
maħtura taħt is-subartikolu (1)(a)(i), (ii) u (iii) għandu jkun ta’ tliet
snin u għat-tieni u għal kull ħatra sussegwenti ma’ l-għeluq taż-
żmien inizjali ż-żmien għandu jkun għal sentejn.
4 KAP. 468. ħ PROFESSJONI TAX-XOGĦOL SOĊJALI
(4) Membri tal-Bord, wara li jispiċċa ż-żmien tal-ħatra
tagħhom, ikunu eliġibbli biex jerġgħu jinħatru, iżda ma jistgħux
iservu fuq il-Bord għal iktar minn tliet perjodi konsekuttivi.
(5) Fil-każ li xi membru tal-Bord ibattal il-kariga tiegħu qabel
ma jispiċċa ż-żmien tal-ħatra, il-persuna maħtura minfloku
għandha tinħatar għaż-żmien li jkun għadu ma skadix tal-ħatra
oriġinali.
(6) In-numru ta’ membri preżenti meħtieġ biex ikun hemm
quorum ikun ta’ erbgħa, iżda dejjem jekk ikun hemm quorum, il-
Bord jista jaġixxi minkejja kull vakanza fost il-membri tiegħu.
(7) Il-Ministru jista’ wkoll jagħżel uffiċjal pubbliku biex
jagħmilha ta’ segretarju tal-Bord, iżda s-segretarju ma jkollux vot.
(8) Iċ-Chairperson tal-Bord ikollu vot oriġinali u, fil-każ ta’
voti ndaqs, ikollu vot ieħor deċiżiv.
(9) Ħlief għal dak li ntqal qabel u għal dak li jista’ jiġi preskritt
il-Bord jista’ jagħmel ir-regoli tiegħu stess u xort’oħra jirregola l-
proċeduri tiegħu stess.
(10) Il-laqgħat tal-Bord għandhom ikunu msejħa miċ-
Chairperson u l-Bord għandu jiltaqa’ skond kif meħtieġ, imma
mhux anqas minn darba kull tliet xhur.
(11) Fit-twettieq ta’ dmirijietu skond dan l-Att, il-Bord jista’
jikkonsulta ruħu ma’ kull persuna li jidhirlu xierqa. Għal dan il-
għan, il-Bord jista’ jistieden lil kull persuna bħal dawk biex
tattendi l-laqgħat tal-Bord.
(12) Il-Bord għandu jżomm kopja vera u koretta tal-
proċedimenti tiegħu kollha u l-Bord għandu jagħti kull
informazzjoni mitluba mill-Ministru.
Funzjonijiet tal-
Bord.
5. (1) Bla ħsara għas-setgħat u għall-funzjonijiet l-oħra
tiegħu, l-iskop tal-Bord huwa li jirregola l-prattika u l-eliġibilità
biex ikun prattikat ix-xogħol soċjali f’Malta, u partikolarment
biex-
(a) jistabbilixxi u, meta meħtieġ, jivvaluta standards ta’
xogħol soċjali eżistenti u jiżviluppa standards ġodda
ta’ żvilupp professjonali kontinwu fix-xogħol soċjali u
standards oħra, u jirrakkomanda lill-Ministru, dwar l-
edukazzjoni inizjali u kontinwa, profiċjenza,
esperjenza u kwalifiki oħra meħtieġa biex jinżamm
warrant taħt dan l-Att;
(b) jikkonsidra, jipproċessa u jagħmel
rakkomandazzjonijiet lill-Ministru dwar
applikazzjonijiet għal ekwivalenza u għarfien ta’
kwalifiki f’xogħol soċjali;
(ċ) jeżamina applikazzjonijiet għal warrant għall-prattika
tal-professjoni ta’ xogħol soċjali f’Malta u jagħmel
rakkomandazzjonijiet lill-Ministru għall-għoti jew
rifjut ta’ warrants;
(d) iżomm reġistru uffiċjali tal-ħaddiema soċjali reġistrati
kollha;
PROFESSJONI TAX-XOGĦOL SOĊJALI ġ KAP. 468. 5
(e) iżomm reġistru uffiċjali tas-soċjetajiet tal-ħaddiema
soċjali kollha;
(f) iżomm dak it-tagħrif li jista’ jkun meħtieġ dwar
assoċjazzjonijiet li jirrappreżentaw ħaddiema soċjali
f’Malta, li jkunu reġistrati taħt id-disposizzjonijiet ta’
dan l-Att;
(g) jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Ministru fuq it-
tifsira tal-prattika ta’ xogħol soċjali speċjalizzat u l-
kwalifiki meħtieġa għall-prattika f’oqsma speċjalizzati
ta’ xogħol soċjali, u li jirrakkomanda lill-Ministru
dwar l-għoti ta’ warrants f’dan is-sens;
(h) jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Ministru dwar il-
kodiċi ta’ etika li jkun preskritt għall-imġieba
professjonali ta’ ħaddiema soċjali; dawn ir-
rakkomandazzjonijiet għandhom isiru wara
konsultazzjoni ma’ l-assoċjazzjonijiet reġistrati taħt
dan l-Att;
(i) li jinvestiga kull allegazzjoni ta’ mġieba professjonali
ħażina, negliġenza qawwija jew inkompetenza minn
ħaddiem soċjali;
(j) jagħti pariri, jew jagħmel rakkomandazzjonijiet, jew
xort’oħra jagħti l-fehmiet tiegħu lill-Ministru dwar
kull ħaġa li dwarha l-Ministru għandu jikkonsulta mal-
Bord, jew li dwarha l-Bord jista’ jagħmel
rakkomandazzjonijiet lill-Ministru jew li fuqha l-Bord
ikun mitlub mill-Ministru biex jagħti l-fehma tiegħu
jew jagħmel rakkomandazzjoni;
(k) jaqdi dawk il-funzjonijiet l-oħra li jistgħu jinqalgħu
minn dan l-Att jew minn xi liġi oħra, jew kif jista’ jkun
delegat lilu mill-Ministru.
(2) Il-Bord għandu, sa mhux aktar tard minn tliet xhur wara l-
aħħar ta’ kull sena, jippubblika fil-Gazzetta, lista ta’ persuni li fil-
31 ta’ Diċembru ta’ dik is-sena, kienu reġistrati fir-reġistru uffiċjali
tal-ħaddiema soċjali, u lista tas-soċjetajiet reġistrati fir-reġistru
uffiċjali ta’ soċjetajiet tal-ħaddiema soċjali.
(3) Il-Bord għandu jagħmel u jippubblika rapport annwali dwar
l-operat tiegħu.
Applikazzjonijiet 
għal warrant.
6. (1) Kull persuna li tkun trid tikseb warrant biex tipprattika
l-professjoni ta’ xogħol soċjali f’Malta għandha tagħmel
applikazzjoni lill-Bord.
(2) Jekk il-Bord ikun sodisfatt li l-applikant jissodisfa l-ħtiġiet
minimi stabbiliti taħt dan l-Att, dan għandu jagħmel
rakkomandazzjoni lill-Ministru għall-ħruġ ta’ warrant.
(3) Meta, wara l-perjodu ta’ adattament indikat, il-Bord ikun
sodisfatt li l-applikant ikun temm b’suċċess it-taħriġ tiegħu, il-Bord
għandu jagħmel rakkomandazzjoni lill-Ministru għall-ħruġ ta’
warrant.
(4) Sabiex jiġi stabbilit jekk applikant ikunx temm b’suċċess it-
taħriġ tiegħu kif intqal qabel, il-Bord jista’ jissottometti lill-
6 KAP. 468. ħ PROFESSJONI TAX-XOGĦOL SOĊJALI
applikant għal test ta’ ħila taħt id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att.
(5) Warrant maħruġ mill-Ministru taħt dan l-Att jista’ jkun
maħruġ suġġett għal dawk il-limitazzjonijiet jew kondizzjonijiet kif
il-Bord jista’ jirrakkomanda f’xi każ partikolari. Dak il-warrant
jista’ wkoll jinkludi dawk il-kondizzjonijiet speċjali u dik l-
awtorizzazzjoni għal prattika f’oqsma speċjalizzati ta’ xogħol
soċjali u għal dawk il-perjodi speċifiċi li l-Bord jista’
jirrakkomanda skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u kull
regolament magħmul bis-saħħa tiegħu.
(6) Fil-konsiderazzjoni ta’ applikazzjoni minn xi persuna jew
minn xi detentur ta’ warrant għall-prattika ta’ professjoni f’qasam
speċjalizzat ta’ xogħol soċjali, il-Bord jista’ jordna li dik il-persuna
tkun trid tagħmel u ttemm b’suċċess, b’żieda mas-sottomissjoni ta’
dawk il-kwalifiki li jistgħu jkunu preskritti, taħriġ jew perjodu ta’
adattament kif ikun indikat mill-Bord.
(7) Warrant maħruġ taħt dan l-Att għandu jitqies li jkompli fis-
seħħ kemm-il darba d-detentur tal-warrant jipprova għas-
sodisfazzjon tal-Bord li jkun għamel dak il-programm jew dawk il-
programmi ta’ żvilupp professjonali kontinwu kif jista’ jkun
preskritt:
Iżda meta d-detentur tal-warrant jonqos li jipprova għas-
sodisfazzjon tal-Bord li jkun għamel dak il-programm jew dawk il-
programmi ta’ żvilupp professjonali kontinwu, il-warrant tiegħu
għandu jitqies li hu sospiż sakemm hu ma jipprovax għas-
sodisfazzjon tal-Bord li jkun jissodisfa dawk il-ħtiġiet li jistgħu
jkunu preskritti.
Deċiżjonijiet tal-
Bord.
7. Il-Bord għandu jikkonsidra u jagħmel ir-
rakkomandazzjonijiet tiegħu fuq applikazzjoni għal warrant ta’
prattika fil-professjoni ta’ xogħol soċjali malajr kemm ikun
prattikabbli, imma f’ebda każ iżjed minn erba’ xhur minn meta
jirċievi l-applikazzjoni flimkien ma’ l-informazzjoni u d-
dokumentazzjoni kollha meħtieġa ma’ l-applikazzjoni. Ma’ l-
għemil tar-rakkomandazzjonijiet tiegħu lill-Ministru, il-Bord
għandu fl-istess ħin jinnotifika lill-applikant bir-
rakkomandazzjonijiet tiegħu, flimkien mar-raġunijiet li fuqhom
kienu bbażati.
Skwalifika ta’ 
detentur ta’ 
warrant.
8. (1) Ebda persuna ma tikkwalifika li tirċievi u żżomm
warrant skond dan l-Att jekk din il-persuna tkun instabet ħatja
minn xi qorti kompetenti, ta’ xi delitt li għalih hemm piena ta’ iktar
minn sena priġunerija.
(2) Meta persuna titlef il-warrant wara li tkun instabet ħatja
skond is-subartikolu ta’ qabel dan, avviż ta’ dak it-telf għandu
jingħata mill-Ministru fil-Gazzetta u jkun komunikat mill-Bord lill-
persuna skwalifikata kemm il-darba l-persuna ma tkunx ġiet
interdetta bis-sentenza nnifisha.
(3) Il-Ministru jista’, f’kull żmien, fuq ir-rakkomandazzjonijiet
tal-Bord, jerġa’ jagħti lura il-warrant lil persuna li tkun tilfitu jew
li tkun skwalifikata skond is-subartikolu (1).
Dixxiplina. 9. (1) Il-Bord għandu jinvestiga kull allegazzjoni ta’ mġieba
PROFESSJONI TAX-XOGĦOL SOĊJALI ġ KAP. 468. 7
professjonali ħażina, negliġenza qawwija jew inkompetenza dwar
ħaddiem soċjali.
(2) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu l-frażijiet ''mġieba
professjonali ħażina'', ''negliġenza qawwija'', jew ''inkompetenza'',
jinkludu dawn li ġejjin:
(a) jinkiseb warrant b’mod qarrieqi jew frawdolenti;
(b) ksur ta’ Kodiċi ta’ l-Etika stabbilit taħt dan l-Att;
(ċ) nuqqas ta’ tħaris ta’ regolamenti dwar standards jew
prattika professjonali;
(d) nuqqas ta’ tħaris ta’ xi kondizzjoni mqiegħda fil-
warrant maħruġ taħt dan l-Att;
(e) l-użu ta’ interventi terapewtiċi jew assunzjoni ta’
kompetenza professjonali li dwarha l-persuna ma
tkunx kwalifikata jew li l-persuna konċernata ma
tkunx awtorizzata li tipprattika skond il-warrant
tagħha;
(f) imġieba b’mod li tkun ta’ ħsara għall-professjoni ta’
xogħol soċjali;
(g) wiri ta’ nuqqas ta’ tagħrif, ħila jew ġudizzju fil-
prattika ta’ xogħol soċjali jew fit-twettiq ta’ dmir jew
obbligu fil-prattika ta’ xogħol soċjali.
(3) Kull ħaddiem soċjali li jkun is-suġġett ta’ xi investigazzjoni
li ssir mill-Bord għandu jingħata l-opportunità  kollha biex jagħmel
id-difiża tiegħu u jġib provi favur tiegħu u għal dan l-għan jista’
jkun rappreżentat minn avukat jew minn xi persuna oħra li jagħżel
hu.
(4) Meta jiffinalizza l-investigazzjoni l-Bord għandu -
(a) jekk isib favur il-ħaddiem soċjali, itemm il-każ; jew
(b) jekk isib li l-ħaddiem soċjali ħati ta’ mġieba
professjonali ħażina, negliġenza qawwija jew
inkompetenza, jagħmel rapport ta’ l-investigazzjoni
tiegħu u jissottomettih lill-Ministru flimkien mar-
rakkomandazzjonijiet tiegħu għall-impożizzjonijiet ta’
kull waħda mill-penalitajiet li ġejjin:
(i) sospensjoni jew tħassir tal-warrant taħt dawk il-
kondizzjonijiet li jistgħu jkunu rakkomandati;
(ii) sospensjoni jew tħassir tar-reġistrazzjoni ta’
soċjetà  ta’ ħaddiema soċjali;
(iii) impożizzjoni ta’ kondizzjonijiet marbuta ma’
warrant;
(iv) ċanfira;
(v) ħlas li jkopri l-ispejjeż ta’ l-investigazzjoni;
(vi) ordni li xi drittijiet li jintalbu għal servizzi
mogħtija ma jitħallsux, jitnaqqsu jew jitħallsu
lura; jew
(vii) kull penali oħra li tista’ tkun preskritta.
(5) Mat-tħassir tal-warrant ta’ ħaddiem soċjali l-Bord għandu
8 KAP. 468. ħ PROFESSJONI TAX-XOGĦOL SOĊJALI
jaqta’ isem dik il-persuna minn fuq ir-reġistru uffiċjali ta’
ħaddiema soċjali.
Kap. 273.
(6) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu, il-membri tal-Bord
ikollhom is-setgħat li huma jew li jistgħu jingħataw taħt l-Att dwar
l-Inkjesti u għandu jmexxi l-investigazzjoni tiegħu kif provdut fl-
istess Att.
Dritt għall-appell. 10. (1) Meta l-Ministru jkun iddeċieda wara r-
rakkomandazzjonijiet tal-Bord li warrant ta’ persuna għandu jkun
sospiż jew imħassar jew li l-warrant ikun suġġett għal dawk il-
kondizzjonijiet addizzjonali, dik il-persuna tista’, fi żmien wieħed
u għoxrin jum min-notifika tal-Ministru, tappella lill-Qorti ta’ l-
Appell fil-ġurisdizzjoni inferjuri tagħha.
(2) Il-Ministru responsabbli għall-Ġustizzja jista’ jagħmel
regolamenti li jippreskrivu d-drittijiet li għandhom jitħallsu fir-
Reġistru tal-Qorti dwar appelli magħmula taħt dan l-artikolu:
Iżda sakemm jiġu preskritti dawk id-drittijiet mill-Ministru
responsabbli għall-Ġustizzja, id-drittijiet li għandhom jitħallsu għal
appelli lil dik il-Qorti għandhom ikunu d-drittijiet applikabbli lill-
Qorti tal-Maġistrati (Malta).
Kap. 12. (3) Il-Bord imwaqqaf bis-saħħa ta’ l-artikolu 29 tal-Kodiċi ta’
Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili għandu jagħmel regolamenti li
jistabilixxu l-forma ta’ dawk l-appelli u ħwejjeġ relatati.
Restituzzjoni. 11. Il-Ministru jista’, fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Bord u fuq
applikazzjoni għal dan l-għan, ineħħi dik is-sospensjoni jew
tħassir, jekk l-applikant jissodisfa l-ħtiġiet li jistgħu jiġu preskritti.
Meta l-warrant tal-ħaddiem soċjali tkun ġiet restitwita, dak il-
ħaddiem soċjali għandu jiġi reġistrat mill-ġdid fir-reġistru uffiċjali.
Assoċjazzjonijiet 
ta’ ħaddiema 
soċjali.
12. (1) Kull assoċjazzjoni ta’ ħaddiema soċjali tista’ tagħmel
applikazzjoni lill-Bord biex tkun reġistrata bħala assoċjazzjoni ta’
ħaddiema soċjali għall-finijiet ta’ dan l-Att.
(2) Assoċjazzjoni tkun kwalifikata biex tkun reġistrata taħt dan
l-artikolu jekk tipprova lill-Bord li jkollha mill-inqas għaxar
ħaddiema soċjali reġistrati li jkunu membri u li tikkonforma ruħha
ma’ dawk il-kondizzjonijiet l-oħra li jistgħu jkunu preskritti.
Assoċjazzjoni għandha tissottometti flimkien ma’ l-applikazzjoni
lista ta’ membri u dak it-tagħrif l-ieħor li l-Bord jista’ jeħtieġ
sabiex jipproċessa l-applikazzjoni.
(3) Il-Bord ikollu s-setgħa li jeħtieġ mingħand kull
assoċjazzjoni reġistrata taħt dan l-artikolu biex tipproduċi dawk ir-
records u t-tagħrif dwar l-assoċjazzjoni u l-membri tagħha li l-Bord
jista’ jeħtieġ b’mod raġonevoli minn żmien għal żmien.
Soċjetajiet ta’ 
ħaddiema soċjali.
13. (1) Żewġ detenturi ta’ warrant jew iktar jistgħu jiffurmaw
soċjetà  ċivili, f’dan l-Att msejħa ''soċjetà  ta’ ħaddiema soċjali'', li
jkollha bħala skop waħdieni l-prattika tax-xogħol soċjali u dawk is-
setgħat li huma meħtieġa biex jintlaħqu l-għanijiet tas-soċjetà .
(2) Ebda persuna barra minn detentur ta’ warrant ma tista’ tkun
soċju fis-soċjetà  ta’ ħaddiema soċjali.
(3) Kull soċjetà  bħal dik, meta tkun iffurmata kif imiss skond
PROFESSJONI TAX-XOGĦOL SOĊJALI ġ KAP. 468. 9
il-liġi u mal-ħlas tad-dritt preskritt, tkun reġistrata mal-Bord u ma’
dik ir-reġistrazzjoni s-soċji jkunu, sakemm is-soċjetà  tibqa’ hekk
reġistrata, awtorizzati biex jaġixxu f’isem u b’rappreżentanza tas-
soċjetà  li jkollha l-jedd li tuża l-isem ''Ħaddiema Soċjali'' bħala
parti minn isem is-soċjetà .
(4) Kull soċjetà  bħal dik għandha tagħti lill-Bord dak it-tagħrif
li jkun meħtieġ mill-Bord b’mod raġonevoli jew kif jista’ jiġi
preskritt, u għandha tagħti avviż lill-Bord b’kull tibdil rilevanti
f’kull tagħrif li qabel ikun ingħata lill-Bord fi żmien ħmistax-il jum
wara d-data li fiha jkun sar it-tibdil.
Disposizzjonijiet 
applikabbli għall-
soċjetajiet ta’ 
ħaddiema soċjali.
14. (1) Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ xi liġi oħra jew ta’ xi
ftehim ieħor kuntrarju, id-disposizzjonijiet li ġejjin għandhom
japplikaw għal soċjetà  ta’ ħaddiema soċjali taħt dan l-Att:
(a) is-soċji jkunu responsabbli in solidum għall-għemil u
għan-nuqqasijiet ta’ kull wieħed minnhom fil-qadi tad-
dmirijiet professjonali tagħhom, iż-żamma tal-
istandards u l-imġieba professjonali u b’mod ġenerali
fit-twettiq ta’ l-obbligi tagħhom taħt dan l-Att jew taħt
xi liġi oħra applikabbli, u għandhom ukoll ikunu
responsabbli in solidum għal kull telf jew danni
riżultanti;
(b) kull għemil jew ħaġa li tista’ ssir minn detentur ta’
warrant tista’ ssir minn wieħed jew iżjed mis-soċji
f’isem is-soċjetà ; u kull għemil jew ħaġa li ssir f’isem
is-soċjetà  għandha ssir minn wieħed jew iżjed mis-
soċji;
(ċ) ir-responsabbilitajiet u l-obbligi għal kull ħaġa li tkun
saret jew li tkun naqset milli ssir matul il-perjodu li fih
il-persuna kienet soċju f’soċjetà  ta’ ħaddiema soċjali
m’għandhomx jieqfu, dwar dik il-persuna, minħabba li
din tkun irtirat, mietet jew għal xi raġuni oħra li
minħabba fiha ma tibqax soċju.
(2) Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-artikolu,
ebda soċju ma jista’ jeżerċita l-professjoni ta’ ħaddiem soċjali
f’qasam ta’ xogħol soċjali speċjalizzat jekk mhux awtorizzat mill-
warrant tiegħu kemm-il darba ma jagħmilx dan ix-xogħol taħt is-
superviżjoni ta’ soċju li għandu warrant li jawtorizzah jagħmel
xogħol soċjali f’dak il-qasam speċjalizzat.
Artikoli applikabli 
għal soċjetajiet.
15. Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 9, 10 u 11 għandhom
japplikaw għal soċjetajiet ta’ ħaddiema soċjali kif japplikaw għal
ħaddiema soċjali mutatis mutandis.
Reati.
reġistrazzjoni ta’ soċjetà  ta’ ħaddiema soċjali taħt id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att tagħti xi tagħrif ħażin jew xort’oħra
taġixxi b’mod qarrieqi jew bi frodi tkun ħatja ta’ reat u teħel, meta
tinsab ħatja, multa ta’ mhux iżjed minn elf lira jew priġunerija għal
mhux iżjed minn tnax-il xahar jew dik il-multa u priġunerija
flimkien.
(2) Kull persuna li tinstab ħatja ta’ xi reat ieħor taħt dan l-
10 KAP. 468. ħ PROFESSJONI TAX-XOGĦOL SOĊJALI
artikolu teħel, meta tinstab ħatja, multa ta’ mhux iżjed minn ħames
mitt lira, jew priġunerija għal tliet xhur, jew dik il-multa u
priġunerija flimkien u fil-każ ta’ reat kontinwu, multa ta’ ħames liri
għal kull jum li matulu jkompli r-reat, sa massimu ta’ elfejn lira.
(3) Kull persuna li, meta ma tkunx id-detentur ta’ warrant
maħruġ taħt dan l-Att, tipprattika l-professjoni ta’ xogħol soċjali
jew tassumi l-isem ta’, jew turi lilha nnifisha bħala li hi, ħaddiem
soċjali jew tagħmel xi xogħol soċjali bi ksur tad-disposizzjonijiet
ta’ dan l-Att, tkun ħatja ta’ reat kontra dan l-artikolu.
(4) Kull persuna li tuża l-kliem ''Ħaddiem Soċjali'' dwar soċjetà
ta’ ħaddiema soċjali meta dik is-soċjetà  ma tkunx reġistrata skond
id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, jew b’xi mod ikun li jkun tagħmel
użu minn isem li b’mod qarrieqi jindika l-eżistenza ta’ soċjetà  ta’
ħaddiema soċjali kif intqal qabel, tkun ħatja ta’ reat kontra dan l-
artikolu.
(5) Għall-finijiet tas-subartikoli (2) u (3), l-użu fuq xi biljett,
karta ta’ l-ittri, tabella, kartellun, pjanċa, reklam jew ta’ mezz,
strument jew dokument ieħor miktub, stampat jew imnaqqax, tal-
kliem ''Ħaddiem Soċjali'', ''Ħaddiem Soċjali Reġistrat'' dwar isem,
jew ''Ħaddiema Soċjali'' dwar soċjetà , ikun prova biżżejjed tat-
tagħrif ta’ dak l-użu minn kull persuna jew li dwarha l-isem jew is-
soċjetà , l-imsemmija kliem jintużaw, kemm il-darba dik il-persuna
ma tippruvax li l-użu ta’ dak il-kliem ikun sar mingħajr l-għarfien
tagħha u li meta saret taf b’dak l-użu ħadet il-passi xierqa biex
twaqqfu.
(6) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu, persuna ma titqiesx li tkun
bi ksur tad-disposizzonijiet ta’ dan l-Att jekk dik il-persuna
tagħmel xogħol soċjali waqt perjodu ta’ adattament jew meta tkun
qed tagħmel taħriġ, f’kull każ taħt is-sorveljanza xierqa ta’
ħaddiem soċjali reġistrat u skond dawk ir-regolamenti li jistgħu
jiġu preskritti.
(7) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikolu minnufih
qabel dan, ebda persuna jew organizzazzjoni oħra m’għandha
timpjega xi persuna barra minn ħaddiem soċjali reġistrat għall-fini
tal-prattika ta’ xogħol soċjali.
(8) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att li jistabbilixxu reati jkunu
bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ xi liġi oħra li tistabbilixxi reati
u pieni dwar l-istess atti jew ommissjonijiet u m’għandhomx,
b’mod partikolari, jolqtu l-applikazzjoni ta’ xi piena ogħla taħt xi
liġi oħra.
Multi 
amministrattivi.
17. Meta, wara inkjesta skond l-artikolu 9, il-Bord isib
ħaddiem soċjali ħati ta’ nuqqas ta’ mġieba professjonali jew ksur
tal-Kodiċi ta’ Etika, il-Bord jista’ jimponi dawk il-penalitajiet li
jippreskrivi l-Ministru.
Regolamenti. 18. Il-Ministru jista’, wara konsultazzjoni mal-Bord, jagħmel
regolamenti li ma jkunux inkonsistenti mad-disposizzjonijiet ta’
dan l-Att, biex jagħti effett aħjar lil kull waħda minn dawk id-
disposizzjonijiet u b’mod ġenerali biex jirregola l-professjoni tax-
xogħol soċjali, u bla ħsara għall-ġeneralità  ta’ dan li ntqal qabel,
dawk ir-regolamenti jistgħu b’mod partikolari jinkludu
disposizzjonijiet dwar -
PROFESSJONI TAX-XOGĦOL SOĊJALI ġ KAP. 468. 11
(a) it-twaqqif ta’ standards, proċeduri u dmirijiet u
prattika oħra li għandhom ikunu mħarsa min ħaddiema
soċjali, jew b’mod ġenerali jew f’oqsma ta’ attività
partikolari;
(b) l-imġieba professjonali u l-kodiċi ta’ etika ta’
ħaddiema soċjali u l-livelli ta’ kompetenza u integrità
li għandhom jinżammu mill-professjoni;
(ċ) il-ħtiġiet dwar l-iżvilupp kontinwu tal-professjoni biex
jinżamm warrant;
(d) ix-xogħol li jista’ jsir u s-servizzi li jistgħu jingħataw
skond il-warrant, u l-pattijiet u l-kondizzjonijiet li
jistgħu jkunu marbuta ma’ dak il-warrant, u l-
kwalifiki addizzjonali meħtieġa għal warrants li
jipprovdu għall-prattika ta’ xogħol soċjali f’oqsma
speċjalizzati;
(e) id-drittijiet li jistgħu jintalbu mill-Bord b’konnessjoni
mal-ħruġ ta’ warrant, għal kull reġistrazzjoni taħt dan
l-Att, u għal kull xogħol ieħor li jista’ jsir mill-Bord
skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att;
(f) id-drittijiet li jistgħu jintalbu minn ħaddiema soċjali
għas-servizzi professjonali tagħhom;
(g) il-proċeduri li għandhom ikunu segwiti f’każijiet ta’
mġieba ħażina professjonali;
(h) kull proċedura oħra li tista’ tkun adottata mill-Bord;
(i) kull ħaġa oħra li hija rikjesta jew awtorizzata minn dan
l-Att biex tkun preskritta;
(j) il-pieni, il-penalitajiet u konsegwenzi u effetti oħra li
persuna tista’ tkun responsabbli għalihom jew li
jistgħu jiġru f’każ ta’ xi kontravenzjoni, jew nuqqas
ta’ tħaris ta’ xi disposizzjoni ta’ xi regolament taħt dan
l-artikolu, hekk iżda li ebda piena hekk preskritta
m’għandha tkun iżjed minn ħames mitt lira jew
priġunerija għal żmien ta’ tliet xhur, jew dik il-multa u
priġunerija flimkien, jew fil-każ ta’ reat kontinwu,
multa ta’ ħames liri għal kull jum li matulu jkompli r-
reat sa massimu ta’ elfejn lira;
(k) il-multi amministrattivi li jistgħu jiġu imposti mill-
Bord, li m’għandhomx jaqbżu il-ħames mitt lira.
Disposizzjonijiet 
transitorji.
19. (1) Kull persuna li fid-data tal-bidu fis-seħħ ta’ dan l-Att
ikollha Diploma fl-Istudji Soċjali Applikati b’għażla fix-Xogħol
Soċjali jew Diploma f’Xogħol Soċjali maħruġa mill-Università  ta’
Malta qabel Diċembru 2002, jew xi kwalifika professjonali oħra
fix-xogħol soċjali maħruġa qabel Diċembru 2002 u li hi meqjusa
mill-Bord bħala ekwivalenti għal xi waħda mill-imsemmija diplomi
hija meqjusa li tissodisfa id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 3(3)(ċ).
(2) Għall-finijiet ta’ l-artikolu 3(3)(d), kull esperjenza miksuba
minn xi persuna, li tkun kisbet il-kwalifiki msemmija fl-artikolu
3(3)(ċ), bejn id-data li fiha rċeviet l-imsemmija kwalifika u il-bidu
fis-seħħ ta’ dan l-Att, jitqies bħala taħriġ taħt sorveljanza ta’
ħaddiem soċjali reġistrat.
12 KAP. 468. ħ PROFESSJONI TAX-XOGĦOL SOĊJALI
(3) Minkejja d-disposizzjonijiet l-oħra taħt dan l-Att, kull
persuna li tissodisfa lill-Bord li tkun ilha tagħmel xogħol soċjali
fuq bażi professjonali bħala l-okkupazzjoni prinċipali tagħha għal
mill-inqas għaxar snin minnufih qabel il-bidu fis-seħħ ta’ dan l-Att
għandha titqies li tissodisfa l-ħtiġiet ta’ l-artikolu 3(3)(ċ) u (d).
(4) Id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (3) japplikaw biss dwar
persuna li tapplika għal warrant taħt dan l-Att fi żmien sena minn
meta dan jibda jseħħ u jekk il-persuna tgħaddi b’suċċess test ta’
ħila li jistabbilixxi l-Bord fi żmien sitt xhur mid-data ta’ dik l-
applikazzjoni.
Emendi 
konsegwenzjali.
20. Il-liġijiet murija fl-ewwel kolonna ta’ l-Iskeda għandhu
jkollhom effett soġġetti għall-emendi murija fit-tieni kolonna
tagħha.
PROFESSJONI TAX-XOGĦOL SOĊJALI ġ KAP. 468. 13
SKEDA
(Artikolu 20)
L-Ewwel Kolonna It-Tieni Kolonna
Liġi Limitu ta’ l-Emendi
Kodiċi ta’ 
Organizzazzjoni u 
Proċedura Ċivili,
Kap. 12
1. Fis-subartikolu (2) ta’ l-artikolu 588 minflok il-
kliem ''marriage counsellor'' għandhom jidħlu l-kliem
''ħaddiem soċjali u marriage counsellor''.
2. Minnufih wara s-subartikolu (2) ta’ l-artikolu 646
għandu jiżdied is-subartikolu ġdid li ġej:
''(3) Ebda ħaddiem soċjali li jkun diġà  pprovda
servizzi lil parti f’kawża inkluż bħala xhud
espert ex parte skond id-disposizzjonijiet ta’ l-
artikolu 563A ta’ dan il-Kodiċi ma jista’
jinħatar perit.''.
Att dwar ir-
Rikonoxximent 
Reċiproku ta’ 
Kwalifiki,
Kap. 451
L-Iskeda li hemm għalih għandha tiġi emendata biż-
żieda ta’ dan li ġej taħt il-kolonni relattivi fit-tarf tagħha:
Professjoni Regolata Awtorità  Nominata Liġi
/ Attività  Professjonali
Ħaddiem Soċjali Ministru responsabbli Att dwar il-
għall-politika soċjali Professjoni tax-
Xogħol Soċjali
