 KODIĊI TAL-KUMMERĊ   ġ KAP. 13.        1
KAPITOLU 13
KODIĊI TAL-KUMMERĊ
Biex jemenda u jikkonsolida l-liġijiet dwar il-Kummerċ.
L-ORDlNANZI XIII ta’ l-1857, XV, XVI, XVII, XVIII u XIX ta’ l-1858 u II ta’ l-1898, u l-
ATTI XIV u XXIX ta’ l-1933* kif emendati bl-Ordinanzi: III ta’ l-1863, VII ta’ l-1868, V ta’ l-
1904; bl-Atti: XV ta’ l-1924, XXX ta’l-1927, XII ta’ l-1929; bl-Ordinanzi: XXX ta’ l-1931,
XXXVII ta’ l-1939 u VII ta’ l-1941 - ikkonsolidati.
Il-Kodiċi ġie sussegwentement emendat bl-Ordinanzi: XVIII ta’ l-1944, XIII ta’ l-1946, X u
XXV ta’ l-1962; bl-Avviżi Legali 4 ta’ l-1963 u 46 ta’ l-1965; bl-Atti: XXXI ta’ l-1966, XI u
XLVI ta’ l-1973; bl-Att LVIII ta’ l-1974; bl-Avviż Legali 148 ta’ l-1975; bl-Atti: XXII ta' l-
1976, XLlX ta’ l-1981, IX u XVI ta’ l-1982, XIII ta’ l-1983, XXXVII ta’ l-1988, VIII u XXXIII
ta’ l-1990, XXIV ta’ l-1995, XVI ta’ l-2000 u XXXI ta’ l-2002.
*(2 ta’ Ottubru, 1857)*
(21 ta’ Diċembru, 1859)#
(26 ta’ April, 1898) +
(12 ta’ Mejju, 1939)¢
(3 ta’ Awissu, 1933)**
*Ara l-Proklama Nru. XXI tat-2 ta’ Ottubru, 1857.
#Ara l-Proklama Nru. XII tal-21 ta’ Diċembru, 1859.
+Ara l-Proklama Nru. II tas-26 ta’ April, 1898.
¢Ara l-Proklama Nru. XXV tat-12 ta’ Mejju, 1939.
**Ara l-Att Nru. V ta’ l-1927 li ġie mħolli barra taħt l-Ordinanza ta’ l-1936 dwar ir-Reviżjoni tal-
Liġijiet Statutarji u n-Notifikazzjoni tal-Gvern Nru. 266 tat-18 ta’ Lulju, 1933.
  2      KAP. 13. ħ             KODIĊI TAL-KUMMERĊ
TAQSIM TAL-KODIĊI
Artikoli
Titolu fil-qosor 1
TAQSIMA I
FUQ IL-KUMMERĊ IN ĠENERALI
Disposizzjonijiet Preliminari 2-3
Titolu I. Fuq il-Kummerċjanti u l-Atti tal-Kummerċ 4-12
Titolu II. Fuq l-Obbligi tal-Kummerċjanti 13-37
Sub-titolu I. Fuq il-Kotba tal-Kummerċ 13-26
Sub-titolu II. Fuq Pubblikazzjoni tal-Kitbiet taż-Żwieġ 27-31
Sub-titolu III. Fuq il-Limiti tal-Konkorrenza 32-37 
Titolu III. Fuq ir-Reġistru tal-Kummerċjanti 38-48 
Titolu IV. Fuq il-Persuni Awżiljari tal-Kummerċjanti  49-109
Sub-titolu I. Fuq ir-Rappreżentanza in ġenerali  49-56 
Sub-titolu II. Fuq l-Instituri 57-66
Sub-titolu III. Fuq il-Vjaġġaturi tal-Kummerċ u l-Impjegati
tal-Ħwienet  67-69
Sub-titolu IV. Fuq l-Aġenti tal-Kummerċ 70-78
Sub-titolu V. Fuq is-Sensala 79-95 
Sub-titolu VI. Fuq il-Kummerċjanti Kummissjonanti 96-109
Titolu V. Fuq l-Obbligazzjonijiet Kummerċjali 110-118
Titolu VI. Fuq il-Kamra tal-Kummerċ 119-122
Titolu VII. Fuq il-Kambjali, Biljetti Negozjabbli jew 
Promissory Notes, u Mandati jew Cheques
fuq Bankiera jew Kaxxiera 123-263 
Sub-titolu I. Fuq il-Kambjali 123-259
Fuq il-Forma tal-Kambjala 123-129
Fuq id-Dmirijiet tat-Traent 130-135
Fuq il-Ġî ra tal-Kambjala 136-147 
Fuq l-Aċċettazzjoni 148 -157 
Fuq l-Aċċettazzjoni għall-Unur tal-Firma jew 
b'Intervent 158-167
Fuq il-Solidarjetà 168
Fuq l-Avall 169-171 
Fuq l-Iskadenza u l-Ħlas tal-Kambjala 172-208
Fuq il-Ħlas għall-Unur tal-Firma jew b’Intervent 209-217
Fuq il-Jeddijiet u d-Dmirijiet tal-Pussessur 218-246
Fuq il-Protest 247-251 
Fuq ir-Rikambju 252- 259 
Sub-titolu II. Fuq il-Biljetti Negozjabbli jew 
Promissory Notes, u Mandati jew Cheques
fuq Bankiera jew Kaxxiera 260-263
 KODIĊI TAL-KUMMERĊ   ġ KAP. 13.        3
 Artikoli
Titolu VIII. Fuq il-Kuntratt ta’ Kont Kurrent 264-272 
TAQSIMA II
FUQ IL-KUMMERĊ MARITTIMU 
U N-NAVIGAZZJONI
Titolu I. Fuq il-Kuntratt ta’ Noleġġ 273-337
Sub-titolu I. Disposizzjonijiet Ġenerali 273-281
Sub-titolu II. Fuq il-Jeddijiet u l-Obbligi tan-Noleġġant u 
tan-Noleġġatur 282-311
Sub-titolu III. Fuq kif jinħallu l-Kuntratti ta’ Noleġġ 312-320
Sub-titolu IV. Fuq il-Poloz ta' Kargu 321-327 
Sub-titolu V. Fuq il-Passiġġieri 328-337
Titolu II.* Fuq il-Kuntratti ta’ Self b'Kambju Marittimu 338-360
Titolu III. Fuq l-Assigurazzjonijiet Marittimi 361-440
Sub-titolu I.  Fuq il-Kuntratt ta’ Assigurazzjoni Marittima 361-385
Sub-titolu II. Fuq il-Jeddijiet u l-Obbligi ta’ l-Assiguratur u 
ta’ l-Assigurat 386-412
Sub-titolu III. Fuq l-Abbandun 413-440
Titolu IV. Fuq l-Avariji u l-Ġettu u Kontribuzzjoni 
għall-Avariji 441-468
Sub-titolu I. Fuq l-Avariji 441-451
Sub-titolu II. Fuq il-Ġettu u Kontribuzzjuni għall-Avarija 452-468
Titolu V.*  Fuq il-Krediti Privileġġjati fuq Bastimenti 
u bċejjeċ oħra tal-baħar 469-476 
TAQSIMA III
FUQ IL-FALLIMENT
Titolu I. Fuq id-Dikjarazzjoni ta’ Falliment  477-487 
Titolu II. Fuq il-Jeddijiet u l-Obbligi tal-Kuraturi tal-
Fallut 488-504
Titolu III. Fuq ir-Rivendikazzjoni 505-509
Titolu IV. Fuq il-Verifika tal-Krediti kontral-Fallut 510-516
Titolu V. Fuq l-Akkordju  517-527
Titolu VI. Fuq il-Gradwazzjoni tal-Kredituri 528-537
Titolu VII.  Fuq ir-Rijabilitazzjoni 538-540
*Imħassar bl-Att XXXVII ta’ l-1988.
  4      KAP. 13. ħ             KODIĊI TAL-KUMMERĊ
TAQSIMA IV
FUQ IL-PRESKRIZZJONI U FUQ IR-
RAĠUNIJIET LI GĦALIHOM M’HEMMX 
JEDD TA’ AZZJONI F’XI ĦWEJJEĠ 
KUMMERĊJALI, FUQ IL-
ĠURISDIZZJONI TAL-QORTI ĊIVILI, 
PRIM’AWLA, U FUQ ID-DRITTIJIET 
KUMMERĊJALI
 Artikoli
Titolu I.  Fuq il-Preskrizzjoni u fuq ir-Raġunijiet li 
għalihom m’hemmx jedd ta’ Azzjoni f'xi 
Ħwejjeġ Kummerċjali 541-546
Titolu II. Fuq il-Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ċivili, Prim’Awla 547-549
Titolu III. Fuq id-Drittijiet Kummerċjali 550-551 
Disposizzjoni Ġenerali 552 
SKEDA
 KODIĊI TAL-KUMMERĊ   ġ KAP. 13.        5
Titolu fil-qosor.
TAQSIMA I
FUQ IL-KUMMERĊ IN ĠENERALI
Id-disposizzjonijiet 
preliminari ġew 
miżjuda bl-Att XXX 
ta’ l-1927.
DISPOSIZZJONIJIET PRELIMINARI
Liema persuni u 
atti jaqgħu taħt il-
liġi tal-kummerċ.
2. Taħt il-liġi tal-kummerċ jaqgħu l-kummerċjanti u l-atti tal-
kummerċ magħmulin minn kull persuna, ukoll jekk ma tkunx
tikkummerċja.
Liġijiet li jgħoddu.
Iżda, fejn din il-liġi ma tiddisponix, igħodd l-użu tal-
kummerċ, u, fin-nuqqas ta’ dan l-użu, tgħodd il-liġi ċivili.
Titolu I
Id-disposizzjonijiet 
ta' dan it-Titolu 
huma kif imbiddla 
bl-Att XXX ta’ 
l-1927.
FUQ IL-KUMMERĊJANTI U L-ATTI TAL-KUMMERĊ
Tifsir ta' 
"kummerċjant".
4. Kummerċjanti huma dawk li, bi professjoni, jagħmlu
f’isimhom atti tal-kummerċ, kif ukoll is-soċjetajiet kummerċjali.
Atti tal-kummerċ.
(a) ix-xiri ta’ ħwejjeġ mobbli sabiex jerġgħu jinbiegħu
jew sabiex jingħataw b’kiri, sew in natura jew wara li
jinħadmu jew jiġu manifatturati; il-bejgħ jew il-kiri ta’
ħwejjeġ mobbli, in natura jew wara li jinħadmu jew
jiġu manifatturati, meta x-xiri tagħhom ikun sar sabiex
jerġgħu jinbiegħu jew sabiex jingħataw b’kiri;
(b) kull operazzjoni bankarja;
(ċ) kull operazzjoni dwar kambjali;
(d) kull operazzjoni ta’ xiri jew bejgħ ta’ titoli ta’ kreditu
bi żmien għal kunsinna;
(e) kull operazzjoni li għandha x’taqsam ma’ soċjetajiet
kummerċjali jew ma’ l-azzjonijiet tagħhom;
(f) kull operazzjoni dwar bastimenti u navigazzjoni;
(g) kull intrapriża ta’ provvisti, manifattura, bini, ġarr,
sigurtà,  depożiti, spettakoli pubbliċi u ta’ reklam;
(h) ix-xiri u l-bejgħ mill-ġdid ta’immobbli, meta jsiru bi
spekulazzjoni kummerċjali, u l-intrapriżi tal-bini;
  6      KAP. 13. ħ             KODIĊI TAL-KUMMERĊ
(i) kull operazzjoni dipendenti jew li għandha x’taqsam
ma’ l-atti hawn fuq imsemmija.
Affarijiet oħra ta' 
kummerċ.
6. L-obligazzjonijiet li jitnisslu minn kolliżjoni ta’
bastimenti, minn għajnuna jew salvataġġ f’każ ta’ għarqa, minn
bastiment li jinkalja, minn abbandun, minn ġettu jew avarija, huma
wkoll affarijiet ta’ kummerċ.
Preżunzjoni dwar 
in-natura ta’ att 
magħmul minn 
kummerċjant.
7. Kull att ta’ kummerċjant jitqies li hu att kummerċjali, ħlief
meta mill-att stess ikun jidher li hu m’għandux x’jaqsam mal-
kummerċ.
Persuni li jistgħu 
jikkummerċjaw.
8. Kull persuna kapaċi li tikkuntratta, tista’ tikkummerċja,
jekk ma tkunx mil-liġi impeduta li tikkummerċja.
Minuri. 
Emendat: 
XLVI.1973.108;
XXIV.1995.362.
9. Kull minuri, meta jagħlaq is-sittax-il sena, jista’
jikkummerċja u jitqies bħala li hu ta’ l-età  għall-obbligazzjonijiet li
bihom jintrabat f’affarijiet tal-kummerċ, kemm-il darba - 
(a) ikun qabel ġie awtorizzat għaldaqshekk mill-ġenitur li
għas-setgħa tiegħu jkun suġġett, bil-mezz ta’ att
pubbliku irreġistrat fil-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili; jew,
jekk iż-żewġ ġenituri jkunu mejtin, interdetti jew
assenti, ikun ġie awtorizzat mill-imħallef tal-
Prim’Awla tal-Qorti Ċivili; u
(b) sunt ta’ l-att ta’ awtorizzazzjoni jew tad-digriet hawn
fuq imsemmijin ikun ġie mxandar, b’avviż, fil-Borża
tal-Kummerċ, fil-Gazzetta tal-Gvern u f’gazzetta oħra. 
Setgħat tal-minuri 
kummerċjanti.
10. Il-minuri, li huma kummerċjanti awtorizzati kif jingħad
hawn fuq, jistgħu għall-kummerċ tagħhom jobbligaw, jipotekaw u
wkoll jittrasferixxu l-beni tagħhom, mingħajr ebda formalità
meħtieġa mil-liġi ċivili.
L-artikoli 9 u 10 
jgħoddu għall-
minuri mhux 
kummerċjanti.
11. Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 9 u 10 jgħoddu għall-
minuri li ma jkunux kummerċjanti, kwantu għal atti iddikjarati li
huma atti ta’ kummerċ.
Revoka ta’ l-
awtorità  mill-
ġenituri. 
Emendat: 
XLVI.1973.108;
XXIV.1995.362.
12. (1) L-awtorità  biex jikkummerċja mogħtija lill-minuri
mill-ġenitur li għandu s-setgħa tal-ġenituri tista’, f’kull żmien, tiġi
mneħħija mill-ġenitur li jkun qed jeżerċita dik is-setgħa b’att
pubbliku li għandu jiġi nnotifikat lill-minuri.
(2) L-att tar-revoka għandu jiġi rreġistrat fil-Prim’Awla tal-
Qorti Ċivili u mxandar b’avviż fil-Borża tal-Kummerċ, fil-Gazzetta
tal-Gvern u f’gazzetta oħra.
(3) F’ebda każ din ir-revoka m’għandha tkun ta’ ħsara għall-
jeddijiet akkwistati minn terzi, lanqas għall-operazzjonijiet li jkunu
għadhom fil-kors tan-negozju.
 KODIĊI TAL-KUMMERĊ   ġ KAP. 13.        7
Titolu II
Id-disposizzjon-
ijiet ta’ dan it-
Titolu huma kif 
imbiddla bl-Att 
XXX ta’ l-1927.
FUQ L-OBBLIGI TAL-KUMMERĊJANTI
Sub-titolu I
FUQ IL-KOTBA TAL-KUMMERĊ
Kotba tal-kummerċ 
obbligatorji. 
Emendat: 
XIII.1946.2.
13. Kull kummerċjant għandu jżomm dawn il-kotba:
(a) l-iskartafaċċ jew ktieb primi noti;
(b) il-ġurnal;
(ċ) il-libro-kassa;
(d) il-ktieb ta’ l-inventarju;
(e) il-leġer.
Skartafaċċ.
jew ktieb primi noti kull operazzjoni kummerċjali li jagħmel, billi
juri l-kondizzjonijiet jew il-pattijiet kollha li għalihom tkun
suġġetta.
Ġurnal.
kollha li l-kummerċjant jagħmel, id-djun u krediti tiegħu, in-
negozji tiegħu, l-aċċettazzjonijiet u l-ġî ri ta’ kambjali, u, in
ġenerali, dak kollu li hu jirċievi jew iħallas għal kull raġuni tkun li
tkun; u għandu juri xahar b’xahar is-somom li hu jonfoq għall-
ispejjeż tad-dar.
Il-libro-kassa.
is-somom kollha li l-kummerċjant idaħħal u dawk li jħallas,
imqabblin mal-ġurnal; dan il-ktieb għandu jiġi ibbilanċjat għall-
anqas darba fix-xahar.
Il-ktieb ta’ l-
inventarju.
17. (1) Il-kummerċjant għandu jagħmel kull sena inventarju li
jkun fih deskrizzjoni u stima tal-patrimonju kollu tal-kummerċjant,
attiv u passiv, tkun xi tkun ix-xorta u l-oriġini tiegħu.
(2) L-inventarju ta’ kull sena għandu jingħalaq b’bilanċ u
b’turija tal-qligħ u tat-telf, u għandu jigi ikkupjat sena b’sena fil-
ktieb ta’ l-inventarju hawn fuq imsemmi.
Il-leġer. 
Miżjud: 
XIII.1946.3.
18. Il-leġer għandu juri notament bir-reqqa u aġġornat ta’ l-
operazzjonijiet kollha, imqassmin bħala kontijiet persunali u
impersunali, u hekk miżmum illi f’kull żmien wieħed ikun jista’
joħrog xbieha ċara u sewwa ta’ kif jinsabu l-affarijiet tan-negozju
jew kummerċ.
Kotba mhux 
obbligatorji.
19. Barra mill-kotba msemmijin fl-artikoli ta’ qabel ta’ dan is-
sub-titolu, il-kummerċjanti jistgħu jżommu kotba oħra u karti oħra,
li minnhom ikun jidher b’aktar dettalji fiex jikkonsisti u kif hu
miexi n-negozju tagħhom.
Dmir tal-
kummerċjant li 
jżomm ittri, eċċ., li 
jirċievi jew jibgħat.
20. Il-kummerċjant għandu jżomm, wara xulxin skond id-data,
l-oriġinali kollha ta’ l-ittri, fatturi u telegrammi li jirċievi, u kopja,
magħmula bl-id jew bit-typewriter jew bil-pressa, ta’ l-ittri, fatturi
u telegrammi kollha li hu jibgħat.
  8      KAP. 13. ħ             KODIĊI TAL-KUMMERĊ
Kif għandhom 
jinżammu l-kotba. 
Emendat: 
XXXVII.1939.2.
21. (1) Il-kotba kollha li l-kummerċjanti huma obbligati
jżommu, minbarra l-iskartafaċċ, għandhom ikunu innumerati u
miżmuma, skond l-ordni tad-data, mingħajr spazji in bjank jew noti
fil-ġnub.
(2) Kull meta jkun meħtieġ li ssir xi tħassira, din għandha ssir
b’mod li l-kelmiet imħassrin jibqgħu li jistgħu jinqraw.
(3) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu ma jgħoddux għal
dawk il-kotba li kienu ġà  fl-użu qabel l-ewwel ta’ Jannar ta’ l-elf
disa’ mija u tmienja u għoxrin.
Prova bil-kotba.
Kap. 12.
22. (1) Il-kotba tal-kummerċ, obbligatorji jew le, jagħmlu
prova skond il-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili.
(2) Iżda, wieħed ma jistax jifred biċċa minn oħra milli jkun
fihom dawn il-kotba.
Setgħa tal-qorti li 
tordna li tinġieb il-
korrispondenza, 
eċċ.
23. (1) Fil-kors tal-kawża, il-qorti tista’ tordna, fuq talba ta’
waħda mill-partijiet jew ex officio, li tinġieb il-korrispondenza
kollha li jkollha x’taqsam mal-kwistjoni fil-kawża u li jiġu esibiti l-
kotba tal-kummerċ sabiex tittieħed minnhom kopja ta’ dik il-biċċa
biss li jkollha x’taqsam mal-kawża.
(2) F’dan il-każ, accountant kwalifikat magħżul mill-partijiet
jew, jekk il-partijiet ma jaqblux, mill-qorti ex officio, jista’ jiġi
maħtur sabiex, mingħajr ma jieħu barra l-kotba u quddiem il-
persuna li tkun esibithom, jeżamina r-regolarità  ta’ dawk il-kotba u
jieħu minnhom kopja ta’ dawk il-partiti li jkollhom x’jaqsmu mal-
kawża.
(3) Il-parti kuntrarja tista’ bħala kontro-prova ġġib il-kotba
tagħha miżmuma skond il-liġi.
Eżami ġenerali tal-
kotba.
24. Fil-każijiet ta’ stralċ jew ta’ likwidazzjoni ta’ soċjetà , jew
ta’ komunjoni ta’ beni jew ta’ suċċessjoni, il-qorti tista’ tagħti li
jsir l-eżami tal-kotba kollha, taħt dawk il-kondizzjonijiet u
formalitajiet li l-qorti tordna għal kull każ.
Kummerċjanti bl-
imnut.
25. Il-kummerċjanti bl-imnut mhumiex obbligati jniżżlu fil-
kotba tagħhom il-bejgħ magħmul bi flus kuntanti: hu biżżejjed li
huma jniżżlu kuljum is-somma f’daqqa tal-bejgħ kollu tal-ġurnata. 
Għal kemm żmien 
għandhom 
jintrefgħu l-kotba, 
eċċ.
26. Il-kummerċjanti huma obbligati jerfgħu l-kotba tagħhom
tal-kummerċ, l-ittri, il-fatturi u t-telegrammi li jirċievu, għal żmien
ħames snin li, fil-każ tal-kotba, jibdew igħoddu mid-data ta’ l-
aħħar partita mdaħħla f’kull ktieb.
Sub-titolu II
FUQ IL-PUBBLIKAZZJONI TAL-KITBIET TAŻ-ŻWIEĠ
Pubblikazzjoni tal-
kitbiet taż-żwieġ. 
Emendat: 
XXXVII.1939.3; 
XXIV.1995.362.
27. (1) Kull nutar li jirċievi kitba taż-żwieġ jew att ieħor li
jbiddel dik il-kitba bejn persuni li waħda minnhom tidher fl-att
bħala kummerċjanti, għandu, fi żmien ħmistax-il ġurnata mid-data
ta’ dik il-kitba jew att, jippreżenta lir-Reġistratur tal-Qrati ta’
Malta jew lir-reġistratur tal-qrati ta’ Għawdex, skond fejn tkun
toqgħod il-parti li tidher bħala kummerċjanti, nota li jkun fiha dawn
 KODIĊI TAL-KUMMERĊ   ġ KAP. 13.        9
il-partikularitajiet:
(a) id-data tal-kitba jew att u l-isem tan-nutar li jirċievi
dik il-kitba jew att;
(b) l-isem tal-parti li tidher bħala kummerċjanti;
(ċ) l-ammont tad-dota u tad-dotarju.
(2) Ir-reġistratur għandu jieħu ħsieb li kopja tan-nota hawn fuq
imsemmija tiġi mwaħħla l-Borża u maħruġa fil-Gazzetta tal-Gvern.
Ir-reġistratur 
għandu jżomm 
indiċi tan-noti. 
Miżjud: 
XXXVII.1939.4. 
Emendat: 
XXIV.1995.362.
28. (1) Ir-Reġistratur tal-Qrati ta’ Malta u r-reġistratur tal-
qrati ta’ Għawdex u Kemmuna għandhom iżommu indiċi, f’ordni
alfabetiku, tan-noti ippreżentati lilhom rispettivament taħt id-
disposizzjonijiet ta’ l-aħħar artikolu qabel dan.
(2) Il-pubbliku jista’ jara l-indiċi.
Penali. 
Emendat: XXXV11. 
1939.5; A.L. 46 ta’ 
l-1965; LVIII. 
1974.68; 
VIII.1990.3; 
XXIV.1995.362.
29. Kull nutar li ma josservax id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu
27 jeħel, meta jinsab ħati, penali mhux iżjed minn għaxar liri, fuq
talba ta’ parti interessata, jew ta’ l-Avukat Ġenerali, b’ċitazzjoni
quddiem il-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili, jew quddiem il-Qorti tal-
Maġistrati (Għawdex) fil-ġurisdizzjoni superjuri kummerċjali
tagħha, skond il-każ.
Meta l-persuna 
miżżewġa tibda 
tikkummerċja wara 
ż-żwieġ. Emendat: 
XXXV1I. 1939.6.
30. (1) Meta waħda miż-żewġ persuni miżżewġin flimkien
tibda tikkummerċja wara ż-żwieġ, jew għalkemm tkun ġà
tikkummerċja ma tkunx hekk dehret fil-kitba taż-żwieġ, l-obbligi
msemmijin fl-artikolu 27 imissu lilha.
(2) Jekk dik il-persuna tonqos li tesegwixxi l-obbligi hawn fuq
imsemmija, teħel il-penali stabbilita fl-aħħar artikolu qabel dan u,
barra minn hekk, f’każ ta’ falliment, tista’ tiġi iddikjarata ħatja ta’
falliment doluż.
Dmir tar-
reġistratur meta 
ssir talba għall-
firda tal-beni bejn 
il-miżżewġin. 
Emendat: 
XXXVII.1939.7.
31. (1) Ir-reġistratur għandu jieħu ħsieb li kull talba għall-
firda tal-beni bejn ir-raġel u l-mara, meta l-wieħed jew l-oħra
jidhru bħala kummerċjanti fl-indiċi msemmi fl-artikolu 28, tiġi
maħruġa fil-Gazzetta tal-Gvern.
(2) Ir-reġistratur għandu jieħu ħsieb ukoll li s-sentenza fuq it-
talba hawn fuq imsemmija tiġi maħruġa fil-Gazzetta tal-Gvern, u
għandu jagħmel riferenza għal dik is-sentenza fl-indiċi fuq
imsemmi. 
Sub-titolu III
FUQ IL-LIMITI TAL-KONKORRENZA
Abbuż ta’ użu ta’ 
ismijiet, marki jew 
sinjali distintivi. 
Emendat:
XVI. 2000.103.
Kap. 416.
32. Il-kummerċjanti ma jistgħux jagħmlu użu ta’ ebda isem,
marka jew sinjal distintiv li jistgħu jġibu taħwid ma’ isem, marka
jew sinjal distintiv ieħor użati skond il-liġi minn ħaddieħor, ukoll
jekk dan l-isem, marka jew sinjal distintiv ta’ ħaddieħor ma jkunux
irreġistrati skond l-Att dwar it-Trademarks, lanqas ma jistgħu
jagħmlu użu ta’ ismijiet ta’ ditti jew ta’ ismijiet fittizji li jistgħu
jqarrqu lil ħaddieħor fuq il-vera importanza tad-ditta.
  10      KAP. 13. ħ             KODIĊI TAL-KUMMERĊ
Indikazzjoni falza 
ta’ l-oriġini tal-
merkanzija.
33. Il-kummerċjanti ma jistgħux jagħmlu użu ta’ indikazzjoni
falza ta’ l-oriġini tal-merkanzija:
Iżda indikazzjoni li, fl-użu tal-kummerċ, hija ikkonsidrata
bħala indikazzjoni komuni, ma titqiesx li hija indikazzjoni falza.
Tixrid ta’ notizzji 
bi ħsara ta’ 
kummerċjanti 
oħra.
34. (1) Il-kummerċjanti ma jistgħux, għal skop ta’
konkorrenza, ixerrdu notizzji li jistgħu jagħmlu ħsara lill-industrja
jew kummerċ ta’ kummerċjanti oħra.
(2) Lanqas ma jistgħu jagħmlu użu ta’ onorifiċenzi, warrants
ta’ privattivi, medalji, premjijiet jew distinzjonijiet oħra li
għalihom ma jkollhomx jedd jew li jkunu qalgħuhom għal xi linja
oħra ta’ industrja jew ta’ kummerċ.
Korruzzjoni ta’ 
impjegati ta’ 
ħaddieħor.
35. Il-kummerċjanti ma jistgħux jikkorrompu persuni
impjegati fl-industrja jew kummerċ ta’ konkorrent sabiex ikunu
jafu jew jisfruttaw il-parruċċani tiegħu.
Ċertifikati ta’ 
onestà  jew ħila 
kuntrarji għall-
fatti.
36. Il-kummerċjant ma jistax, fl-eżerċizzju tal-kummerċ jew
industrija tiegħu, jagħti ċertifikati ta’ onestà  jew ta’ ħila kuntrarji
għall-fatti kif magħrufin minnu u li jistgħu jqarrqu l-bona fidi ta’
ħaddieħor.
Penali. 
Emendat: 
VIII.1990.3; 
XXIV.1995.362.
37. (1) Il-kummerċjant li jikser xi waħda mill-projbizzjonijiet
imsemmija fl-artikoli 32 sas-36, inklużivament, hu suġġett għall-
azzjoni tad-danni u l-imgħaxijiet jew, kif jagħżel il-kummerċjant
danneġġjat, għal penali. Barra minn dan, il-kummerċjant
danneġġjat jista’ jitlob li dak kollu li jkun sar kontra l-
projbizzjonijiet hawn fuq imsemmija jiġi meqrud, jew li jiġi ordnat
kull rimedju ieħor illi jista’, skond ma jkunu ċ-ċirkostanzi, ineħħi l-
att li bih tkun saret il-konkorrenza mhux leċita.
(2) L-azzjoni għad-danni u l-imgħaxijiet taħt dan l-artikolu
titmexxa skond ir-regoli tal-liġi ċivili.
(3) Iżda, il-penali tiġi stabbilita mill-Prim’Awla tal-Qorti
Ċivili, jew mill-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) fil-ġurisdizzjoni
superjuri tagħha bħala Qorti Ċivili, Prim’Awla, fuq talba tal-
kummerċjant danneġġjat, u ma tkunx anqas minn għaxar liri u
lanqas iżjed minn ħames mitt lira, skond ma jkun il-kobor tal-fatt,
iż-żmien li dam sejjer, il-mala fidi tal-kontravventur u ċ-ċirkostanzi
partikulari l-oħra kollha ta’ kull każ. Dik il-penali titħallas lill-
kummerċjant danneġġjat b’saldu ta’ kull pretensjoni tiegħu għad-
danni u l-imgħaxijiet.
 KODIĊI TAL-KUMMERĊ   ġ KAP. 13.        11
Titolu III
Id-disposizzjonijiet 
ta’ dan it-Titolu 
huma kif imbiddla 
bl-Att XXX ta’ l-
1927.
FUQ IR-REĠISTRU TAL-KUMMERĊJANTI
Reġistru tal-
kummerċjanti. 
Emendat: 
VIII. 1990.3; 
XXIV.1995.362.
38. (1) Kull kummerċjant u kull soċjetà  kummerċjali jistgħu,
jekk iridu, jiġu irreġistrati fi ktieb li qiegħed għaldaqshekk,
imsejjaħ "Reġistru tal-Kummerċjanti", li jiġi miżmum taħt is-
setgħa tal-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili.
(2) Taħt is-setgħa tal-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) fil-
ġurisdizzjoni superjuri tagħha bħala Prim’Awla tal-Qorti Ċivili,
jinżamm reġistru ieħor għall-kummerċjanti li joqogħdu Għawdex u
għas-soċjetajiet kummerċjali li għandhom hemm il-post tal-
kummerċ tagħhom; iżda, dak ir-reġistru jitqies bħala ħaġa waħda
ma’ dak li jinżamm taħt is-setgħa tal-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili.
Kwalifiki għar-
reġistrazzjoni.
39. (1) Kull persuna għandha jedd li tiġi mniżżla fir-reġistru
msemmi fl-aħħar artikolu qabel dan, kemm-il darba-
(a) f’dak iż-żmien tkun teżerċita l-kummerċ jew xi linja
ta’ kummerċ;
(b) tkun rijabilitata, jekk qabel tkun ġiet iddikjarata
falluta;
Kap. 9.
(ċ) ma tkunx ġiet misjuba ħatja ta’ xi wieħed mid-delitti
kontra l-fiduċja pubblika jew kontra l-proprjetà ,
imsemmijin fil-Kodiċi Kriminali;
(d) iġġib ċertifikat mill-Kunsill tal-Kamra tal-Kummerċ li
jwettaq dwaru il-kwalifiki msemmijin fil-paragrafi (a),
(b) u (ċ).
(2) Jekk ir-reġistrazzjoni tkun ta’ soċjetà  kummerċjali, il-
kwalifiki msemmijin fil-paragrafi (b), (ċ) u (d) tas-subartikolu (1)
ta’ dan l-artikolu jinħtieġ li jkunu jeżistu f’kull wieħed mis-soċji
b’responsabbilità  illimitata.
Proċedura għar-
reġistrazzjoni. 
Emendat: 
XVI. 1982.2.
Kap. 168.
40. Kull min irid jiġi mniżżel f’dak ir-reġistru għandu jagħmel
talba b’rikors quddiem waħda mill-qrati msemmijin fl-artikolu 38,
skond ma jkun il-każ, u jdaħħal magħha d-dokumenti kollha
meħtieġa, u, fil-każ ta’ soċjetà  kummerċjali, għandha tiġi mdaħħla
wkoll kopja tad-dikjarazzjoni pubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern
skond is-subartikolu (1) ta’ l-artikolu 192 ta’ l-Ordinanza dwar is-
Soċjetajiet Kummerċjali*, li turi d-data tar-reġistrazzjoni tas-
soċjetà  u d-data li fiha ċ-ċertifikat tar-reġistrazzjoni relattiv ikun
inħareġ. 
Digriet li jilqa’ jew 
jiċħad it-talba 
għar-reġistrazzjoni.
41. (1) L-imħallef jew maġistrat, skond ma jkun il-każ, jilqa’
jew jiċħad it-talba b’digriet in camera, u jordna, fl-ewwel każ, lir-
reġistratur li jniżżel l-isem tar-rikorrent fir-reġistru hawn fuq
imsemmi u, fit-tieni każ, li r-rikorrent jiġi innotifikat b’kopja tad-
digriet.
*Imħassra bl-Att XXV ta’ l-1995 (Kap. 386).
  12      KAP. 13. ħ             KODIĊI TAL-KUMMERĊ
(2) Fid-digriet li jiċħad it-talba għandu jkun hemm ir-raġunijiet
ta’ dik id-deċiżjoni u jista’ jsir appell minnu, b’ċitazzjoni quddiem
il-Qorti ta’ l-Appell fiż-żmien ta’ tmint ijiem minn dak in-nhar tan-
notifika fuq imsemmija.
Setgħat tal-qorti. 42. Il-qorti, sew ta’ l-ewwel kemm tat-tieni grad, tista’
teżamina lir-rikorrent bil-ġurament u tordnalu jġib dawk il-provi
kollha li jidhrilha meħtieġa għad-deċiżjoni tat-talba.
Tħassir mir-
reġistru.
43. (1) L-isem ta’ kummerċjant jew ta’ soċjetà  kummerċjali,
wara li jkun ġie mniżżel kif imiss fir-reġistru hawn fuq imsemmi,
jista’ jiġi mħassar jekk il-kummerċjant imut jew jirtira mill-
kummerċ jew jekk is-soċjetà  tinħall, inkella jekk il-wieħed jew l-
oħra jiġu iddikjarati falluti, jew jekk il-kummerċjant jew wieħed
mis-soċji b’responsabbiltà  illimitata jiġi misjub ħati ta’ xi wieħed
mid-delitti msemmijin fil-paragrafu (ċ) tas-subartikolu (1) ta’ l-
artikolu 39.
(2) It-talba għat-tħassir għandha tiġi magħmula quddiem il-
qorti kompetenti b’rikors ippreżentat mill-parti interessata jew
mill-President tal-Kunsill tal-Kamra tal-Kummerċ, kontra l-
persuna jew is-soċjetà  interessata jew ir-rappreżentant leġittimu
tagħhom.
(3) Mid-digriet mogħti fuq dik it-talba jista’ jsir ukoll appell fl-
istess żmien u bl-istess formalitajiet imsemmijin fis-subartikolu (2)
ta’ l-artikolu 41.
X’għandu jkun fih 
ir-reġistru tal-
kummerċjanti.
Emendat: 
XXIV.1995.362;
XXXI. 2002.256.
44. (1) Kull reġistrazzjoni fir-reġistru hawn fuq imsemmi
għandha ġġib numru progressiv u turi l-isem u l-kunjom tal-
kummerċjant jew ta’ kull soċju b’responsabbiltà  illimitata, skond
il-każ, l-isem kummerċjali, id-ditta jew l-isem tas-soċjetà  li taħtu l-
kummerċ hu eżerċitat, fejn joqogħdu u l-kummerċ jew in-negozju
partikolari li jeżerċitaw.
(2) Kull reġistrazzjoni magħmula f’Għawdex għandha, mingħajr
dewmien, tiġi mibgħuta, b’kopja legali, lir-reġistratur f’Malta, u dan
għandu jniżżel dik ir-reġistrazzjoni fir-reġistru tal-kummerċjanti, u
jagħtiha n-numru li jmissha. Dak in-numru għandu jiġi, mingħajr
dewmien, ikkomunikat lir-reġistratur f’Għawdex sabiex minnufih
iniżżlu fir-reġistru miżmum taħt l- awtorità  ta’ dik il-qorti.
Ċertifikat ta’ 
reġistrazzjoni.
45. Kull kummerċjant jew soċjetà  kummerċjali jistgħu, bi
spejjeż tagħhom, jitolbu lir-reġistatur ċertifikat tar-reġistrazzjoni
tagħhom.
Ir-reġistru jista’ 
jarah kulħadd.
46. Ir-reġistru tal-kummerċjanti jista’ jarah kulħadd bla ħlas.
In-nuqqas ta’ 
reġistrazzjoni ma 
jneħħix il-jedd ta’ 
persuna li 
tikkummerċja. 
Emendat: 
A.L. 46 ta’ l-1965; 
LVIII.1974.68; 
XXIV.1995.360.
47. (1) In-nuqqas ta’ reġistrazzjoni ma jneħħix il-jedd li
persuna tista’ tikkummerċja.
 KODIĊI TAL-KUMMERĊ   ġ KAP. 13.        13
Penali għal min 
juri li hu irreġistrat 
bla ma jkun.
(2) Iżda, kull min, mingħajr ma jkun ġie irreġistrat kif imiss
jew wara li l-isem tiegħu jkun ġie mħassar mir-reġistru tal-
kummerċjanti, jagħmel użu, fil-korrispondenza tiegħu jew f’karti
oħra li għandhom x’jaqsmu mal-kummerċ tiegħu, ta’ xi
indikazzjoni li tista’ ġġiegħel lil xi ħadd jaħseb li hu irreġistrat kif
imiss, jeħel penali ta’ mhux anqas minn ħames liri u mhux iżjed
minn mitt lira, fuq talba ta’ l-Avukat Ġenerali, b’ċitazzjoni
quddiem il-qorti kompetenti ta’ ġurisdizzjoni kummerċjali.
Taqsimiet għas-
sensala pubbliċi u 
aġenti tal-
kummerċ.
48. Fir-reġistru tal-kummerċjanti, għandu jkun hemm taqsima
speċjali għas-sensala pubbliċi u oħra għall-aġenti tal-kummerċ.
Titolu IV
Id-disposizzjonijiet 
ta’ dan it-Titolu 
huma kif imbiddla 
b/-Att XXX ta’ l-
1927.
FUQ IL-PERSUNI AWŻILJARJI TAL-KUMMERĊJANTI
Sub-titolu I
FUQ IR-RAPPREŻENTANZA IN ĠENERALI
Liġi dwar ir-
rappreżentanza 
kummerċjali. 
Emendat: 
XLIX. 1981.6. 
Kap. 16. 
Kap. 452.
49. Fin-nuqqas ta’ patt, ta’ liġi jew ta’ użu kuntrarju, ir-
rappreżentanza kummerċjali hija regolata mid-disposizzjonijiet tat-
Titolu XVIII tat-Taqsima II tat-Tieni Ktieb tal-Kodiċi Ċivili sa fejn
jistgħu jgħoddu, barra mid-disposizzjoni ta’ l-artikolu 1861:
Iżda, meta r-rappreżentanza kummerċjali ġġib ukoll l-
obbligu min-naħa tar-rappreżentant li jagħmel xi servizzi
partikolari, f’dak il-każ hija wkoll regolata mid-disposizzjonijiet
ta’ l-Att dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali, sa fejn
applikabbli.
Effett ta’ atti 
magħmulin mir-
rappreżentant fil-
limiti tas-setgħat 
tiegħu.
50. L-atti kollha magħmulin mir-rappreżentant għall-prinċipal,
fil-limiti tas-setgħat tiegħu, iġibu direttament l-effett tagħhom
favur jew kontra l-prinċipal.
Regoli dwar il-
validità  u l-effetti 
ta’ atti magħmulin 
mir-rappreżentant.
51. Sabiex wieħed jista’ jistabbilixxi l-validità  u l-effetti ta’ l-
att magħmul mir-rappreżentant, għandu jieħu qies tal-kapaċità  tal-
prinċipal u tal-volontà  tar-rappreżentant:
Iżda, jekk fiż-żmien li tgħaqqad in-negozju l-prinċipal kien
miexi b’mala fidi, hu ma jistax jinqeda bil-bona fidi tar-
rappreżentant.
Forma tas-setgħat 
mogħtija lir-
rappreżentant.
52. Meta l-liġi trid li att isir bil-miktub, is-setgħa mogħtija lir-
rappreżentant sabiex jagħmel dak l-att għandha tingħata bil-miktub.
Setgħat tar-
rappreżentant.
53. Bla ħsara ta’ kull użu jew patt kuntrarju, fis-setgħa għax-
xiri ma titqiesx li tidħol is-setgħa għax-xiri bid-dejn, u fis-setgħa
għall-bejgħ ma titqiesx 1i tidħol is-setgħa għall-bejgħ bil-kreditu. 
Dmirijiet tar-
rappreżentant lejn 
it-terzi. 
54. (1) Ir-rappreżentant għandu jagħti lit-terzi kull
informazzjoni dwar sa fejn jaslu s-setgħat mogħtija lilu mill-
prinċipal, u, jekk it-terzi hekk ikunu jridu, għandu wkoll jagħtihom
  14      KAP. 13. ħ             KODIĊI TAL-KUMMERĊ
dikjarazzjoni iffirmata minnu kif imiss sabiex juri li dik l-
operazzjoni li jkun jagħmel tidħol fis-setgħat tiegħu fuq
imsemmija.
Kap. 9.
(2) Kull dikjarazzjoni falza li r-rappreżentant jagħmel
dolożament fid-dikjarazzjoni fuq imsemmija hija meqjusa bħala
falsifikazzjoni ta’ skrittura tal-kummerċ, fis-sens ta’ l-artikolu 183
tal-Kodiċi Kriminali, u taqa’ taħt il-pieni f’dak l-artikolu
msemmija, bla ħsara ta’ kull azzjoni għad-danni u l-imgħaxijiet.
Kif il-prinċipal li 
jneħħi r-
rappreżentanza 
jista’ jeħles mir-
responsabbiltà  lejn 
it-terzi. 
Emendat:
VIII.1990.3; 
XXIV.1995.362.
55. Meta tkun ġiet mogħtija rappreżentanza ġenerali, il-
prinċipal, li jneħħi dik ir-rappreżentanza, jista’ jeħles minn kull
responsabbiltà  lejn it-terzi għall-operazzjonijiet li jsiru wara mir-
rappreżentant, billi jagħti avviż ta’ dik it-tneħħija b’nota
ippreżentata fil-Prim’ Awla tal-Qorti Ċivili, jew fil-Qorti tal-
Maġistrati (Għawdex) fil-ġurisdizzjoni superjuri kummerċjali
tagħha, skond ma jkun il-każ, u billi jfittex li dik in-nota tiġi
maħruġa fil-Gazzetta tal-Gvern u f’gazzetta oħra, u tiġi mwaħħla
fil-Borża tal-Kummerċ.
Negozju mir-
rappreżentant 
miegħu nnifsu.
56. Ir-rappreżentant ma jistax igħaqqad miegħu nnifsu negozju
tal-prinċipal tiegħu, la akkont tiegħu nnifsu u lanqas ta’ ħaddieħor,
u la direttament u lanqas bil-mezz ta’ terza persuna, mingħajr is-
setgħa jew it-twettiq tal-prinċipal.
Sub-titolu II
FUQ L-INSTITURI
Min hu institur. 57. L-institur hu dak li jiġi inkarigat, persunalment u fil-fiss,
mill-kummerċ jew minn linja ta’ kummerċ tal-prinċipal f’post jew
f’postijiet partikolari.
Min jista’ jkun 
institur. 
Emendat: 
XLVI.1973.108.
58. Kull persuna, tkun xi tkun l-età  tagħha, tista’ tkun institur.
L-inkarigu mogħti 
lill-institur jista’ 
jkun espress jew 
taċitu.
59. (1) L-inkarigu mogħti lil wieħed biex jaġixxi ta’ institur
jista’ jkun espress jew taċitu.
(2) Fl-ewwel każ, jekk il-prinċipal ikun irid jagħmel limiti
għas-setgħat mogħtija lill-institur b’mod li titnissel preżunzjoni li
dawk il-limiti huma magħrufa mit-terzi, hu għandu jippreżenta fil-
qorti l-waħda jew l-oħra msemmija fl-artikolu 55 nota li turi ħaġa
b’ħaġa x’inhuma dawk il-limiti kollha u jfittex li dik in-nota tiġi
mwaħħla fil-Borża tal-Kummerċ u maħruġa fil-Gazzetta tal-Gvern
u f’gazzetta oħra, jekk jista’ jkun kummerċjali.
(3) Fit-tieni każ, l-inkarigu mogħti lil wieħed biex jaġixxi ta’
institur jitqies, għal quddiem it-terzi, li hu ġenerali u li fih jidħlu l-
atti kollha li jagħmlu ma’ l-eżerċizzju tal-kummerċ u li huma
meħtieġa għall-eżerċizzju tal-kummerċ jew tal-linja ta’ kummerċ li
għalihom ikun ġie mogħti lilu dak l-inkarigu, jekk il-prinċipal ma
jippruvax li t-terzi kienu jafu bil-limiti ta’ dak l-inkarigu fiż-żmien
li għaqqdu n-negozju.
 KODIĊI TAL-KUMMERĊ   ġ KAP. 13.        15
Responsabbiltà  tal-
prinċipal.
60. Il-prinċipal hu responsabbli għall-egħmil ta’ l-institur u
għall-obbligazzjonijiet li dan ikkuntratta fil-limiti tal-kummerċ jew
tal-linja ta’ kummerċ li jkunu ġew imħollija f’idejh.
Self magħmul lill-
institur.
61. Il-mutwu magħmul lill-institur ma jobbligax lill-prinċipal
ħlief meta jingħad l-iskop li għalih ikun sar u dan l-iskop ikun fil-
fatt dwar il-kummerċ jew linja ta’ kummerċ li minnhom l-institur
ikun inkarigat.
Dmirijiet ta’ l-
institur.
62. (1) L-institur għandu dejjem jimxi f’isem il-prinċipal, u
meta jiffirma għandu jniżżel, flimkien ma’ ismu u kunjomu, l-isem
u l-kunjom jew id-ditta tal-prinċipal, biż-żieda tal-kelmiet "bi
prokura" jew oħrajn li jfissru hekk.
(2) Fin-nuqqas ta’ din id-dikjarazzjoni, l-institur jobbliga ruħu
persunalment; iżda f’dak il-każ, it-terzi jistgħu jeżerċitaw, ukoll
kontra l-prinċipal, l-azzjonijiet li jitnisslu minn dawk l-atti ta’ l-
institur li jagħmlu ma’ l-eżerċizzju tal-kummerċ u li huma
meħtieġa għall-eżerċizzju tal-kummerċ, li minnu jkun inkarigat.
L-institur ma jistax 
jagħmel negozju 
għalih jew għal 
ħaddieħor.
63. (1) L-institur ma jistax , akkont tiegħu jew ta’ ħaddieħor,
mingħajr il-kunsens espress tal-prinċipal, jagħmel negozju jew
ikollu interess f’kummerċ ta’ l-istess xorta ta’ dak li tiegħu jkollu l-
inkarigu.
(2) Jekk l-institur jikser din il-projbizzjoni, il-prinċipal jista’ ,
kif jagħżel huwa, jew jeżerċita l-azzjoni għad-danni u l-
imgħaxijiet, inkella jitlob il-ħlas ta’ kull qligħ li l-institur ikun
għamel b’kull negozju magħmul bi ksur tad-dmirjiet tiegħu.
L-institur jista’ 
jħarrek jew jiġi 
mħarrek.
64. L-institur jista’ jħarrek jew jiġi mħarrek f’isem il-prinċipal
għall-obbligazzjonijiet imnisslin mill-atti magħmulin minnu fl-
eżerċizzju tal-kummerċ jew tal-linja ta’ kummerċ li minnhom ikun
inkarigat, ukoll meta l-prinċipal ikun jinsab f’Malta.
Responsabbiltà  ta’ 
l-institur. 
Emendat: 
XVI.1982.2.
65. L-institur hu responsabbli in solidum flimkien mal-
prinċipal għall-osservanza tad-disposizzjonijiet tat-Titolu II ta’ din
it-Taqsima ta’ dan il-Kodiċi dwar l-affarijiet kollha li jidħlu fil-
kummerċ jew linja ta’ kummerċ li minnhom ikun inkarigat.
Tmiem ta’ l-
inkarigu ta’ l-
institur.
66. It-tmiem ta’ l-inkarigu ta’ l-institur għandu jiġi mgħarraf
lill-pubbliku bl-istess formalitajiet imsemmijin fis-subartikolu (2)
ta’ l-artikolu 59, ukoll jekk dak l-inkarigu, meta ġie mogħti, ma
jkunx ġie hekk imgħarraf.
Sub-Titolu III
FUQ IL-VJAĠĠATURI TAL-KUMMERĊ U L-IMPJEGATI 
TAL-ĦWIENET
Dmirijiet ta’ 
vjaġġaturi tal-
kummerċ.
67. (1) Il-vjaġġaturi tal-kummerċ għandhom juru lill-klijenti,
li magħhom jikkuntrattaw fl-isem tal-prinċipal, l-att li joħloq ir-
rappreżentanza tagħhom u li jistabbilixxi l-limiti tagħha.
(2) Fin-nuqqas ta’ setgħa espressa, huma ma jistgħux idaħħlu l-
prezz tal-merkanzija, jekk ma jkunux għamlu huma nfishom il-
kunsinna tagħha, lanqas ma jistgħu jagħtu żmien għall-ħlas jew
  16      KAP. 13. ħ             KODIĊI TAL-KUMMERĊ
skonti fuq l-operazzjonijiet li jkunu għaqqdu.
(3) Huma jistgħu jirċievu l-ilmenti magħmula lill-prinċipal, u
jistgħu jħarrku jew jiġu mħarrka fl-isem tal-prinċipal għall-
obbligazzjonijiet imnisslin mill-atti li huma jkunu għamlu fl-isem
tal-prinċipal innifsu.
Dmirijiet ta’ l-
impjegati fi 
ħwienet.
68. (1) L-impjegati fi ħwienet, inkarigati mill-bejgħ bl-
ingrossa jew bl-imnut, jistgħu jinkassaw, ġewwa l-maħżen jew il-
ħanut, il-prezz ta’ l-oġġetti mibjugħa minnhom, jekk il-ġbir tal-ħlas
ma jkunx riservat għal persuna oħra bħala kaxxier.
(2) Huma ma jistgħux idaħħlu dak il-prezz barra mill-maħżen
jew mill-ħanut, ħlief meta juru li għandhom is-setgħa għaldaqshekk
jew meta jħallu riċevuta iffirmata mill-prinċipal.
Il-vjaġġaturi tal-
kummerċ u l-
impjegati fi 
ħwienet ma 
jistgħux jeżerċitaw 
l-istess kummerċ 
tal-prinċipal. 
Emendat: 
VIII.1990.3.
69. (1) Il-vjaġġaturi tal-kummerċ u l-impjegati fi ħwienet ma
jistgħux, mingħajr setgħa espressa, jeżerċitaw l-istess kummerċ tal-
prinċipal akkont tagħhom jew ta’ ħaddieħor, u lanqas ma jistgħu
jagħtu informazzjonijiet dwar il-parruċċani bi ħsara tal-prinċipal.
(2) Kull min jikser din il-projbizzjoni jeħel id-danni u l-
imgħaxijiet; barra minn dan il-ħati jeħel multa ta’ mhux anqas minn
ħames liri u mhux iżjed minn mitt lira, bi proċeduri meħuda fuq
talba tal-prinċipal, quddiem il-Qorti tal-Maġistrati.
Sub-Titolu IV
FUQ L-AĠENTI TAL-KUMMERĊ
Min hu aġent tal-
kummerċ. 
70. Hu aġent tal-kummerċ dak li hu inkarigat fil-fiss u
persunalment minn ditta waħda jew iżjed ta’ barra sabiex
imexxilhom l-affarijiet tagħhom f’Malta u jibgħatilhom l-ordnijiet
għall-aċċettazzjoni.
Liċenza bħala 
aġent tal-kummerċ. 
Emendat:
XXXVII.1939.8; 
A.L. 46 ta’ l-1965; 
IX. 1982.2.
71. (1) Ħadd ma jista’ jagħmilha ta’ aġent tal-kummerċ, sew
waħdu kemm f’soċjetà  ma’ oħrajn, mingħajr liċenza tal-Kunsill tal-
Kamra tal-Kummerċ.
(2) Dik il-liċenza ma tiġix mogħtija ħlief meta -
Kap. 168.
(a) issir talba bil-miktub lill-Kunsill hawn fuq imsemmi
f’dik il-forma li l-Kunsill jistabbilixxi, illi jkun fiha l-
isem sħiħ u l-kunjom, l-età , l-indirizz privat u
kummerċjali tar-rikorrent u dawk il-partikolaritajiet l-
oħra dwar il-kummerċ jew okkupazzjoni tiegħu, li l-
Kunsill jitlob. Fil-każ ta’ persuna li titlob liċenza biex
tagħmilha ta’ aġent tal-kummerċ f’soċjetà  ma’ oħrajn,
fit-talba għandha ssir riferenza għad-dikjarazzjoni
pubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern skond is-subartikolu
(1) ta’ l-artikolu 192 ta’ l-Ordinanza dwar is-
Soċjetajiet Kummerċjali*, li turi d-data tar-
reġistrazzjoni tas-soċjeta u d-data li fiha ċ-ċertifikat
*Imħassra bl-Att XXV ta’ l-1995 (Kap. 386).
 KODIĊI TAL-KUMMERĊ   ġ KAP. 13.        17
tar-reġistrazzjoni relattiv ikun inħareġ;
(b) ir-rikorrent jissodisfa lill-Kunsill hawn fuq imsemmi,
b’riferenzi bankarji, kummerċjali jew b’riferenzi oħra,
li huwa persuna kapaċi u tajba biex jagħmilha ta’ aġent
tal-kummerċ u li għandu konoxxenza biżżejjed tal-
liġijiet u użi kummerċjali dwar ix-xogħol, jeddijiet u
dmirijiet ta’ l-aġenti tal-kummerċ;
(ċ) ir-rikorrent iġib lill-Kunsill hawn fuq imsemmi
ċertifikat ta’ kondotta tajba mill-Kummissarju tal-
Pulizija.
(3) Ebda liċenza taħt dan l-artikolu ma tingħata lil persuna li
hija fl-impieg tal-Gvern ta’ Malta jew ta’ bank, jew lil persuna li
għandha warrant biex teżerċita professjoni f’Malta, u li fil-fatt
tkun teżerċita dik il-professjoni.
(4) Jista’ jsir appell, b’rikors, lill-Qorti ta’ l-Appell, kontra r-
rifjut tal-ħruġ ta’ liċenza taħt dan l-artikolu.
(5) Il-liċenzi kollha mogħtijin taħt dan l-artikolu għandhom
jiġu avżati fil-Gazzetta tal-Gvern. Fix-xahar ta’ Jannar ta’ kull
sena, lista sħiħa tal-liċenzi li jkunu jseħħu għandha tiġi wkoll
maħruġa fil-Gazzetta tal-Gvern.
(6) Kull liċenza maħruġa taħt dan l-artikolu tista’ tiġi mħassra
jew sospiża mill-Qorti ta’ l-Appell fuq rikors ta’ l-Avukat Ġenerali,
jekk il-pussessur tal-liċenza -
(a) jiġi misjub ħati ta’ delitt kontra l-proprjetà ;
(b) jiġi iddikjarat fallut;
(ċ) jaċċetta impieg taħt il-Gvern ta’ Malta, jew f’bank,
jew jiġi mogħti warrant biex jeżerċita professjoni, u
fil-fatt jeżerċita dik il-professjoni;
(d) jiġi ippruvat, b’sodisfazzjon tal-qorti, li mhux persuna
kapaċi u tajba biex tkun aġent tal-kummerċ.
(7) Dak it-tħassir jew sospensjoni ta’ liċenza għandhom jiġu
avżati fil-Gazzetta tal-Gvern.
(8) Kull proċediment taħt dan l-artikolu jista’ jsir fil-qorti bil-
magħluq, jekk il-qorti hekk tordna.
Setgħa tal-
President ta’ Malta 
li jistabbilixxi ħlas 
ta’ dritt għal-
liċenzi. 
Emendat: 
XXXVII.1939.9; 
XXV.1962.4; 
A.L. 46 ta' l-1965; 
LVIII.1974.68.
72. Il-President ta’ Malta jista’, b’regolament,* jistabbilixxi d-
dritt li għandu jitħallas lill-Kunsill tal-Kamra tal-Kummerċ għall-
ħruġ ta’ liċenza ta’ aġent tal-kummerċ taħt id-disposizzjonijiet ta’
l-aħħar artikolu qabel dan. B’dawk ir-regolamenti jista’ jiġi
stabbilit li barra d-dritt għall-ħruġ tal-liċenza għandu jitħallas dritt
ieħor ta’ kull sena u jista’ jiġi provdut li fin-nuqqas tal-ħlas ta’ dak
id-dritt l-ieħor ta’ kull sena, il-liċenza ma tibqax isseħħ.
Pieni.
Emendat: 
XXXVII.1939.10; 
VII.1941.2.
73. Kull min, mingħajr liċenza li tkun isseħħ f’dak iż-żmien,
juri ruħu li hu, jew jagħmilha jew jintrabat li jagħmilha ta’ aġent
tal-kummerċ, jeħel, meta jinsab ħati, bi proċedura sommarja, multa
ta’ mhux iżjed minn ħamsin lira, u fil-każ ta’ reċidiva, il-piena ta’
*Għar-regolamenti taħt dan l-artikolu, ara n-Not. tal-Gvern Nru 310 ta’ l-1939.
  18      KAP. 13. ħ             KODIĊI TAL-KUMMERĊ
priġunerija ta’ mhux iżjed minn tliet xhur jew multa ta’ mhux iżjed
minn mitt lira, jew il-priġunerija u l-multa flimkien.
Nuqqas ta’ 
aċċettazzjoni ta’ l-
operazzjoni mill-
prinċipal.
74. L-operazzjoni li jitratta l-aġent titqies li ma seħħitx, jekk
id-ditta, wara li tiġi mgħarrfa bl-operazzjoni, ma tgħarrafx lill-parti
l-oħra jew lill-aġent innifsu bl-aċċettazzjoni tagħha fiż-żmien li hu
soltu meħtieġ għat-tweġiba.
Dmirijiet ta’ l-
aġent.
75. L-aġent għandu jgħarraf lil kull waħda mid-ditti b’dak
kollu li jinteressaha f’dawn il-Gżejjer, u għandu jżomm fil-kotba
tiegħu notamenti separati ta’ l-operazzjonijiet li jagħmel għal kull
waħda minnhom.
Setgħa li l-aġent 
m’għandux.
76. Ħlief meta jkollu setgħa espressa, l-aġent ma jistax idaħħal
flus għall-prinċipal, lanqas ma jista’ jagħti żmien għall-ħlas jew
skonti. Hu jista’ jirċievi lmenti dwar difetti fil-merkanzija u jista’
jħarrek jew jiġi mħarrek fl-isem tal-prinċipal tiegħu.
Kummissjoni li 
jmissu l-aġent.
77. (1) Barra minn meta jkun hemm ftehim kuntrarju, l-aġent
jitħallas b’kummissjoni fuq l-operazzjoni, jekk l-operazzjoni sseħħ.
Fil-każ li titħallas biċċa biss mis-somma, l-aġent jista’ jitlob biss il-
kummissjoni fuq is-somma li tiġi mħallsa.
(2) ll-kummissjoni tmiss sħiħa lill-aġent meta l-operazzjoni tiġi
sfrattata mid-ditta.
(3) lżda, meta l-aġent ikollu hu biss l-aġenzija għal Malta,
jieħu l-kummissjoni sħiħa wkoll fuq l-operazzjonijiet li d-ditta
tagħmel direttament mingħajr il-għajnuna tiegħu.
Iż-żmien tat-tmiem 
ta’ l-aġenzija.
 78. (l) Meta l-aġenzija mogħtija mid-ditta ma tkunx għal
żmien stabbilit, sew il-prinċipal kemm l-aġent jistgħu jħollu l-
aġenzija billi jagħtu avviż lil xulxin tliet xhur qabel, bla ħsara tal-
jedd ta’ l-aġent għall-kummissjoni fuq l-operazzjonijiet li jkunu
mexjin.
(2) Din ir-regola ma tgħoddx meta l-aġenzija tispiċċa minħabba
l-mala fidi tal-prinċipal jew ta’ l-aġent.
Sub-titolu V
FUQ IS-SENSALA
Kwalifiki għal 
sensal pubbliku. 
Emendat: 
XXIV.1995.362.
 79. (1) Kull min irid isir sensal pubbliku għandu jagħmel
talba lill-Kunsill tal-Kamra tal-Kummerċ, u jġib ċertifikat li juri illi
hu ta’ l-età  u ta’ kondotta tajba.
(2) ll-Kunsill hawn fuq imsemmi jaħtar tliet kummerċjanti
sabiex jeżaminaw lir-rikorrent dwar il-jeddijiet u d-dmirijiet tas-
sensala pubbliċi u dwar dak kollu li għandu x’jaqsam mal-
professjoni tagħhom.
(3) Jekk ir-rikorrent jiġi approvat, il-Kunsill hawn fuq
imsemmi jagħtih ċertifikat ta’ kompetenza, iffirmat mill-President
ta’ l-istess Kunsill.
(4) Qabel ma jidħol għad-dmirijiet tal-kariga tiegħu, is-sensal
 KODIĊI TAL-KUMMERĊ   ġ KAP. 13.        19
pubbliku għandu jieħu ġurament quddiem l-imħallef tal-Prim’ Awla
tal-Qorti Ċivili, li jaqdi fedelment id-dmirijiet tal-kariga tiegħu, u
l-imħallef iniżżel notament ta’ dak il-ġurament fuq iċ-ċertifikat ta’
kompetenza hawn fuq imsemmi bid-data u l-firma tiegħu.
(5) Is-sensala li jħarsu l-formalitajiet kollha hawn fuq
imsemmija, jiġu rreġistrati f’taqsima speċjali tar-reġistru tal-
kummerċjanti msemmi fit-Titolu III ta’ din it-Taqsima ta’ dan il-
Kodiċi.
Telf tal-kariga ta’ 
sensal. 
Kap. 9.
80. Is-sensal pubbliku li jiġi misjub ħati ta’ wieħed mid-delitti
msemmijin fis-Sub-titoli I, II u III tat-Titolu IX tat-Taqsima II ta’ l-
Ewwel Ktieb tal-Kodiċi Kriminali jitlef, ipso facto, il-kariga
tiegħu, u ismu jiġi mħassar mir-reġistru tal-kummerċjanti.
Piena għal min 
jagħmilha ta’ 
sensal pubbliku 
mingħajr jedd. 
Emendat: 
VIII.1990.3.
81. Kull min, mingħajr ma jħares il-formalitajiet meħtieġa fl-
artikolu 79 jew wara li jitlef il-kariga tiegħu ta’ sensal pubbliku,
jagħmel att ta’ senserija, jeħel, meta jinsab ħati mill-Qorti tal-
Maġistrati, il-pieni stabbiliti għall-kontravvenzjonijiet.
Kotba li għandhom 
iżommu is-sensala.
82. (1) Is-sensala pubbliċi għandhom iżommu memorandum
jew ktieb primi noti, u reġistru tas-senseriji.
(2) Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 21 jgħoddu għal dawn il-
kotba.
Dmirijiet tas-
sensala.
83. Kull sensal pubbliku, kull meta jgħaqqad operazzjoni,
għandu jniżżilha minnufih fil-memorandum jew ktieb primi noti
tiegħu, u għandu, ġurnata b’ġurnata, iniżżel kull operazzjoni fir-
reġistru tas-senseriji. Hu għandu jniżżel f’dawn iż-żewġ kotba, id-
data, l-ismijiet tal-partijiet li jikkuntrattaw, ix-xorta ta’ l-
operazzjoni, u, in ġenerali, kull patt u kondizzjoni miftehmin bejn
il-partijiet, u, fil-każ ta’ merkanzija, hu għandu jniżżel
partikolarment il-kwalità , il-kwantità , il-prezz u l-marka, meta jkun
hemm, u kif għandu jsir il-ħlas.
Kunsinna ta’ kopji 
tar-
reġistrazzjonijiet.
84. Is-sensal pubbliku għandu jagħti lil kull waħda mill-
partijiet li titlobha kopja vera iffirmata minnu tal-partita mniżżla
fir-reġistru tas-senseriji.
Preżentata ta’ 
kotba.
85. Is-sensala pubbliċi, jekk jiġu hekk ordnati mill-qorti,
għandhom jippreżentaw il-kotba tagħhom sabiex jiġu mqabbla mal-
kopji mogħtija minnhom lill-partijiet, u għandhom jagħtu lill-qorti,
jekk hemm bżonn bil-ġurament, dak it-tagħrif kollu li jkun
meħtieġ.
Kustodja tal-kotba.
Emendat: 
XXIV.1995.362.
86. (1) Is-sensala pubbliċi għandhom il-kustodja tal-kotba
tagħhom u għandhom iżommuhom fi stat tajjeb.
(2) Jekk is-sensal pubbliku jmut jew jiġi interdett, il-kotba
tiegħu għandhom jiġu mqiegħda fil-Prim’ Awla tal-Qorti Ċivili,
mill-werrieta tiegħu jew mill-persuna li jkunu għandha jew minnu
nnifsu, skond ma jkun il-każ, fi żmien ħmistax-il ġurnata mill-
mewt jew mill-interdizzjoni.
(3) Fin-nuqqas ta’ dan id-depożitu, ir-reġistratur jista’ jaġixxi
għad-depożitu tal-kotba, u jista’, jekk ikun hemm bżonn, jitlob il-
ħruġ tal-mandat meħtieġ kontra kull persuna li hu jkollu raġun
  20      KAP. 13. ħ             KODIĊI TAL-KUMMERĊ
jaħseb illi għandha jinsabu dawk il-kotba.
Eċċezzjonijiet. 
Emendat: 
XXXVII.1939.11.
87. Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 79, 80 u 81 ma jgħoddux
għas-sensala ta’ bejgħ jew ta’ kiri ta’ immobbli, u d-
disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 79 sas-86 ma jgħoddux għas-sensala
ta’ bejgħ ta’ prodotti tar-raba’.
Is-sensal ma jistax 
jagħmel 
operazzjonijiet 
akkont tiegħu 
innifsu, eċċ.
88. Ebda sensal pubbliku ma jista’ jagħmel operazzjonijiet
kummerċjali akkont tiegħu nnifsu, jew ikollu xi interess fihom,
direttament jew indirettament, f’ismu jew bil-mezz ta’ terza
persuna, sew jekk waħdu kemm ukoll f’soċjetà  ma’ oħrajn; lanqas
ma jista’ jislef ismu għal ebda affari tkun li tkun lil persuna oħra li
ma jkollhiex is-setgħa li taħdem ta’ sensal pubbliku:
lżda, żewġ sensala jew iżjed jistgħu jissieħbu bejniethom
biex jagħmlu senseriji biss.
ls-sensal mhuwiex 
ir-rappreżentant 
tal-partijiet.
89. Is-sensal pubbliku mhuwiex ir-rappreżentant tal-partijiet
biex igħaqqad l-operazzjoni; u jekk fit-tgħaqqid ta’ l-affari hu
jidher bħala rappreżentant ta’ waħda mill-partijiet, ma jkollux jedd
għas-senserija bħala sensal.
Is-sensal li ma 
jsemmix l-isem tal-
parti.
90. (1) Is-sensal pubbliku li ma jsemmix lill-parti l-waħda l-
isem tal-parti l-oħra, iwieġeb persunalment għall-esekuzzjoni tal-
kuntratt, u jidħol fil-jeddijiet tal-parti mħallsa minnu kontra l-parti
li ma jkunx semma’ isimha.
(2) Jekk is-sensal pubbliku jsemmi l-isem, ukoll jekk wara li
jkun għaqqad l-operazzjoni, il-parti l-waħda tista’ taġixxi
direttament kontra l-parti l-oħra, iżda s-sensal pubbliku jibqa’
jwieġeb fil-każ li l-kuntratt ma jiġix esegwit.
Penali għal 
kontravvenzjonijiet
magħmulin minn 
sensala pubbliċi. 
Emendat: 
A.L. 46 ta' l-1965; 
LVIII. 1974.68; 
VIII. 1990.3;
XXIV.1995.362.
91. (1) Is-sensal pubbliku illi jikser xi wiehed mill-obbligi
msemmijin fl-artikoli ta’ qabel dan jeħel, fuq talba ta’ kull min
ikollu interess jew ta’ l-Avukat Ġenerali, penali ta’ mhux anqas
minn lira u mhux iżjed minn għoxrin lira, bi proċeduri meħuda
quddiem il-Prim’ Awla tal-Qorti Ċivili, jew il-Qorti tal-Maġistrati
(Għawdex) fil-ġurisdizzjoni superjuri kummerċjali tagħha, skond
ma jkun il-każ, bla ħsara ta’ kull azzjoni oħra li titnissel minn din
il-liġi jew minn kull liġi oħra.
(2) Il-qorti tista’ wkoll tordna l-interdizzjoni tas-sensal
pubbliku għal żmien ta’ mhux aktar minn sentejn, u, f’dan il-każ,
igħoddu d-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 81 matul iż-żmien ta’ l-
interdizzjoni.
Ħlas tad-dritt tas-
sensal.
92. Barra minn meta jkun hemm ftehim kuntrarju, id-dritt tas-
senserija jitħallas mill-partijiet li jikkuntrattaw f’ishma ndaqs.
Jeddijiet tas-sensal. 93. Is-sensal pubbliku għandu jedd tas-senserija għan-negozju
li jkun ittratta, ukoll jekk il-partijiet igħaqqdu bejniethom l-affari
mingħajru, imma bla ma jkun indaħal sensal pubbliku ieħor.
Qsim tad-dritt tas-
senserija.
94. Meta sensal pubbliku jkun beda affari li mbagħad
jispiċċaha wieħed ieħor fuq il-kondizzjonijiet ittrattati minn dak ta’
l-ewwel, id-dritt tas-senserija jinqasam indaqs bejn iż-żewġ
sensala; iżda jekk l-affari ssir b’kondizzjonijiet oħra minn dawk
ittrattati mill-ewwel sensal, id-dritt kollu tas-senserija jmiss lit-
 KODIĊI TAL-KUMMERĊ   ġ KAP. 13.        21
tieni sensal.
L-artikoli 79-94 
ma jgħoddux għal 
sensala awtorizzati 
taħt il-liġi ta’ 
qabel.
95. Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 79 sa l-94 ma jgħoddux
għal sensala li kienu awtorizzati jaħdmu ta’ sensala qabel l-ewwel
ta’ Jannar ta’ l-elf disa’ mija tmienja u għoxrin. 
Sub-titolu VI
FUQ IL-KUMMERĊJANTI KUMMISSJONANTI
Min hu 
kummerċjant 
kummissjonant.
96. Il-kummerċjant kummissjonant hu dak li, f’ismu jew taħt l-
isem ta’ ditta soċjali, jagħmel atti ta’ kummerċ b’ordni jew akkont
ta’ prinċipal.
Il-kummerċjant 
kummissjonant 
mhux obbligat 
jagħti l-isem tal-
prinċipal.
97. Il-kummerċjant kummissjonant mhux obbligat jagħti l-
isem tal-persuna li għaliha hu jaġixxi. Hu obbligat direttament ma’
dawk li magħhom jikkuntratta, daqs li kieku l-operazzjoni kienet
tiegħu nnifsu.
Azzjoni tat-terzi 
kontra l-prinċipal 
jew bil-maqlub.
98. Il-prinċipal m’għandux azzjoni kontra dawk li magħhom il-
kummerċjant kummissjonant ikun ikkuntratta, lanqas dawn
m’għandhom azzjoni kontra l-prinċipal.
Setgħat tal-
kummerċjant 
kummissjonant.
99. Il-kummerċjant kummissjonant jista’ jitbiegħed mill-
istruzzjonijiet li jirċievi mingħand il-prinċipal jekk hu jaħseb li dan
kien jagħti l-approvazzjoni tiegħu kieku kien jaf bit-tibdil tal-
kondizzjonijiet, u ma jkunx hemm żmien biżżejjed biex jitlob u
jieħu minn qabel il-kunsens tiegħu.
Jedd tal-
kummerċjant 
kummissjonant fix-
xiri u bejgħ ta’ 
titoli ta’ fondi 
pubbliċi, eċċ.
100. F’każ ta’ inkarigu għax-xiri jew bejgħ ta’ titoli ta’ fondi
pubbliċi, ta’ kambjali u ta’ titoli oħra ta’ kreditu li jkunu fil-
kummerċ jew ta’ merkanzija li jkollha prezz fil-borża jew fis-suq,
il-kummerċjant kummissjonant, jekk il-prinċipal ma jordnax
xort’oħra, jista’ jagħti hu stess, bil-prezz li jkun miexi, bħala
bejjiegħ, il-ħaga li għandu jixtri, jew iżomm għalih bil-prezz li jkun
miexi, bħala xerrej, il-ħaġa li għandu jbiegħ akkont tal-prinċipal,
bla ħsara tal-jedd għall-kummissjoni tiegħu.
Responsabbiltà  tal-
kummerċjant 
kummissjonant.
101. Fin-nuqqas ta’ ftehim jew użu kuntrarju, il-kummerċjant
kummissjonant ma jweġibx għall-esekuzzjoni ta’ l-
obbligazzjonijiet li tieħu fuqha l-persuna li magħha huwa
jikkuntratta; u jekk jieħu din ir-responsabiltà , huwa jkollu jedd għal
kummissjoni speċjali, imsejħa star del credere, li, meta ma jkunx
hemm ftehim, tiġi meqjusa fuq l-użu tal-lok fejn il-kummissjoni
tiġi esegwita.
L-użu li jkun 
miexi.
102. Kull kummissjoni titqies mogħtija bl-ordni li wieħed
għandu jimxi fuq l-użu li jkun iseħħ fil-kummerċ.
Aċċettazzjoni tal-
mandat.
103. Il-kummerċjant kummissjonant jista’ jaċċetta jew jirrifjuta
l-mandat tal-prinċipal:
lżda jekk ma jaċċettaħx, hu għandu, mingħajr ebda
dewmien, jagħti avviż tar-rifjut tiegħu lill-prinċipal.
Il-kummerċjant 
kummissjonant 
jista’ ma jesegwix 
il-kummissjoni.
104. Il-kummerċjant kummissjonant jista’ ma jesegwix il-
kummissjoni li jkun ġà  aċċetta, jekk wara tinqala’ raġuni li
ġġiegħlu jaħseb li l-prinċipal m’għandux fondi biżżejjed biex
iwieġeb għall-obbligazzjonijiet tiegħu, u, f’dan il-każ, hu għandu,
  22      KAP. 13. ħ             KODIĊI TAL-KUMMERĊ
mingħajr ebda dewmien, jagħtih avviż tar-rifjut tiegħu.
Privileġġ favur il-
kummerċjant 
kummissjonant.
105. Il-kummerċjant kummissjonant li jkun ħareġ flus fuq il-
merkanzija mibgħuta lilu biex ibigħha akkont tal-prinċipal, għandu
privileġġ għall-ħlas lura tal-flus li jkun ħareġ, għall-imgħaxijiet u
għall-ispejjeż, fuq il-valur tal-merkanzija, jekk din tkun ġà  tinsab
taħt idejh f’maħżen jew lok ta’ depożitu, jew jekk, qabel ma tasal,
hu jkun jista’ jipprova li l-merkanzija ġiet mibgħuta lilu.
Privilleġġ fuq 
merkanzija 
mixtrija akkont ta’ 
ħaddieħor.
106. Il-kummerċjant kummissjonant li jkun xtara merkanzija
akkont ta’ ħaddieħor, għandu fuq din il-merkanzija l-privileġġ
imsemmi fl-aħħar artikolu qabel dan għall-ħlas lura tal-prezz
imħallas jew li għad irid jitħallas, mhux biss jekk il-merkanzija
tkun taħt idejh f’maħżen jew lok ta’ depożitu, iżda wkoll jekk,
qabel ma l-merkanzija tasal f’idejn il-prinċipal, hu jipprova li kien
bagħat dik il-merkanzija lill-prinċipal.
Privileġġ fuq 
merkanzija li ma 
tbiddlitx.
107. Il-privileġg imsemmi fl-aħħar artikolu qabel dan iseħħ
ukoll meta, għad li l-merkanzija tkun ġà  f’idejn il-prinċipal, ma
jkunx sar fiha tibdil sostanzjali u tkun għadha tista’ tingħaraf.
Preferenza tal-
kreditu tal-
kummerċjant 
kummissjonant.
108. Il-kummerċjant kummissjonant, li lilu tkun ġiet mibgħuta
merkanzija jew li jkun xtara merkanzija akkont tal-prinċipal
għandu, ukoll jekk din il-merkanzija tkun ġiet mibjugħa u
ikkunsinnata, jedd għall-ħlas lura, fuq dak li jinġieb mill-bejgħ,
għas-somom li jkun ħareġ, għall-imgħaxijiet u għall-ispejjeż, bi
preferenza fuq il-kredituri tal-prinċipal.
Privileġġ fuq il-
prezz tal-
merkanzija.
109. Il-privileġġ imsemmi fl-artikoli 105 u 108 jista’ jiġi
eżerċitat fuq il-prezz tal-merkanzija, kemm-il darba ma jkunx ġà
ġie mħallas jew ma jkunx ġà  għadda f’kont kurrent bejn il-prinċipal
u x-xerrej.
Titolu V
FUQ L-OBBLIGAZZJONIJIET KUMMERĊJALI
Meta l-kuntratt bil-
mezz ta’ 
korrispondenza hu 
perfett.
110. Il-kuntratt magħmul b’korrispondenza, sew b’ittra kemm
ukoll b’telegramm bejn persuni fil-bogħod minn xulxin, mhux
perfett jekk l-aċċettazzjoni ma tasalx lill-proponent fiż-żmien
stabbilit minnu jew fiż-żmien li hu soltu meħtieġ sabiex wieħed
jibgħat il-proposta u jirċievi l-aċċettazzjoni, skond ix-xorta tal-
kuntratt u l-użijiet ġenerali tal-kummerċ.
Tħassir tal-
kuntratt.
111. (1) Sakemm il-kuntratt mhux perfett, sew il-proposta
kemm l-aċċettazjoni jistgħu jitħassru. Iżda, kemm-il darba l-
proponent jiddikjara li huwa jżomm il-proposta miftuħa sa ċertu
żmien, inkella meta dak iż-żmien ikun jirriżulta mix-xorta tan-
negozju, it-tħassir tal-proposta qabel ma jagħlaq iż-żmien hawn fuq
imsemmi mhux ta’ xkiel għall-perfezzjoni tal-kuntratt.
(2) Jekk il-proposta tkun tagħti s-setgħa, imqar jekk
impliċitament, lill-parti l-oħra li tesegwixxi l-kuntratt mingħajr ma
tkun ġiet qabel imgħarrfa l-aċċettazzjoni tagħha, il-kuntratt isir
perfett minnufih li tibda l-esekuzzjoni tiegħu fiż-żmien skond l-użu
 KODIĊI TAL-KUMMERĊ   ġ KAP. 13.        23
jew fiż-żmien stabbilit.
Aċċettazjoni 
mdewma, eċċ. 
112. Aċċettazzjoni mdewma jew suġġetta għal kondizzjonijiet,
żieda, restrizzjonijiet jew tibdil titqies li hija u tgħodd bħala rifjut
tal-proposta oriġinali u bħala proposta ġdida.
Offerta bil-mezz 
ta’ avviżi.
113. (1) L-offerta lill-pubbliku b’katalogi jew avviżi oħra ma
torbotx ħlief fil-każ li jkun ġie espressament hekk iddikjarat; hija
tgħodd biss bħala stedina biex wieħed joffri.
(2) Il-wirja ta’ merkanzija hija proposta li tobbliga lil min
jesponi sakemm ikollha magħha indikazzjoni tal-prezz u tal-
kondizzjonijiet l-oħra kollha tal-bejgħ.
Jekk il-partijiet 
jiftehmu li jniżżlu 
bil-miktub il-
ftehim bil-fomm.
114. Jekk il-partijiet ikunu ftiehmu li l-ftehim bil-fomm għandu
jitniżżel bil-miktub, hu preżunt li huma riedu jassoġġettaw il-
validità  tiegħu għat-tħaris ta’ dik il-formalità .
Il-kondebituri 
huma obbligati in 
solidum.
115. (1) Fl-obbligazzjonijiet kummerċjali, hu preżunt, jekk ma
jkunx hemm ftehim kuntrarju, li l-kondebituri huma obbligati in
solidum.
(2) L-istess preżunzjoni tgħodd għall-garanti, ukoll jekk ma
jkunx kummerċjant, illi jagħmel tajjeb għall-obbligazzjoni
kummerċjali.
Ħlas.
legali f’Malta u ma jkunx ġie msemmi l-kambju tagħhom, il-ħlas
jista’ jsir bil-flus tal-pajjiż skond kif ikun miexi l-kambju "a vista",
dak in-nhar li jagħlaq il-ħlas, u fil-lok miftiehem għall-esekuzzjoni
ta’ l-obbligazzjoni, u, jekk f’dak il-lok ma jkunx hemm kors tal-
kambju, skond ir-rata tal-kambju tas-suq l-aktar fil-qrib, kemm-il
darba fil-kuntratt ma jkunx hemm il-klawsola "in effettivi" jew xi
oħra bħalha.
Kondizzjoni 
rizoluttiva taċita. 
Emendat: 
XXII.1976.4. 
Kap. 16.
117. Fil-kuntratti kummerċjali, il-kondizzjoni riżoluttiva taċita
msemmija fl-artikolu 1068 tal-Kodiċi Ċivili tħoll il-kuntratt ipso
jure, u l-qorti ma tistax tagħti żmien lill-konvenut sabiex jiġi
meħlus mill-mora:
lżda dan l-artikolu ma japplikax għal kuntratti ta’ kiri ta’
proprjetà  immobbli jew għal kuntratti ta’ enfitewsi jew għal
kuntratti li l-ħall tagħhom, fil-każ ta’ nuqqas ta’ waħda mill-
partijiet milli tħares l-obbligi tagħha, jkun regolat b’liġi b’mod
speċjali.
Jeddijiet litiġjużi 
mnisslin minn 
operazzjonijiet 
kummerċjali. 
Kap. 16.
118. Il-jedd ta’ rkupru li jmiss lid-debitur taħt l-artikolu 1483
tal-Kodiċi Ċivili, fil-każ ta’ ċessjoni ta’ jedd litiġjuż, ma jistax jigi
eżerċitat jekk il-jedd litiġjuż hekk ċedut ikun ġej minn operazzjoni
kummerċjali.
  24      KAP. 13. ħ             KODIĊI TAL-KUMMERĊ
Titolu VI
Id-disposizzjonijiet 
ta’ dan it-Titolu 
huma imbiddla bl-
Att XXX ta’ l-1927.
FUQ IL-KAMRA TAL-KUMMERĊ
Kamra tal-
Kummerċ.
119. (1) Il-Kamra tal-Kummerċ hija korp ta’ kummerċjanti,
sensala, kaptani tal-baħar u ta’ kull persuna oħra li tkun fil-
kummerċ.
(2) Dan il-korp hu magħruf mill-Gvern.
Kunsill tal-Kamra 
tal-Kummerċ. 
Emendat: 
XVIII.1944.2.
120. (1) L-imsemmija Kamra għandha kull sena taħtar, skond
l-istatut imgħoddi mill-imsemmija Kamra, kumitat magħmul minn
membri tal-Kamra tal-Kummerċ sabiex jirregola l-ħidma ta’ dik il-
Kamra. Il-persuni maħtura għal dan il-kumitat jifformaw il-Kunsill
tal-Kamra tal-Kummerċ u l-isem tagħhom jiġi maħruġ fil-Gazzetta
tal-Gvern.
(2) Il-Kunsill hawn fuq imsemmi jirrappreżenta l-komunità
kummerċjali ta’ Malta.
Sedi tal-Kamra tal-
Kummerċ. 
Emendat: 
XXXIII.1990.38.
121. Il-Kamra tal-Kummerċ għandha s-sedi tagħha l-Belt
Valletta fil-bini tal-Kamra tal-Kummerċ.
Operazzjonijiet tal-
Borża.
122. Imħassar: XXXIII. 1990.38.
Titolu VII
FUQ IL-KAMBJALI, BILJETTI NEGOZJABBLI JEW PROMISSORY 
NOTES, U MANDATI JEW CHEQUES FUQ BANKIERA JEW 
KAXXIERA
Sub-titolu I
FUQ IL-KAMBJALI
FUQ IL-FORMA TAL-KAMBJALA
Forma tal-
kambjala.
123. Il-kambjala għandu jkun fiha d-data, il-lok fejn tiġi
miġbuda, is-somma li għandha titħallas, l-isem ta’ dak li għandu
jħallas, u l-isem ta’ dak li lilu jew għall-ordni tiegħu għandu jsir il-
ħlas, iż-żmien u l-lok tal-ħlas, u l-valur mogħti fi flus,
f’merkanzija, f’kont, jew f’kull mod ieħor, u għandha tkun
iffirmata minn min jiġbidha.
Min jiġbed il-
kambjala u dak li 
fuqu tinġibed 
jistgħu jkunu l-
istess persuna.
124. Il-kambjala tista’ tinġibed fuq wieħed innifsu, u tista’ tkun
magħmula li titħallas fil-lok stess fejn tkun inġibdet.
 KODIĊI TAL-KUMMERĊ   ġ KAP. 13.        25
Meta l-kambjala 
ma tiswiex.
125. Il-kambjala ffirmata b’salib jew b’xi sinjal ieħor, ma
tiswiex.
Differenzi bejn il-
kliem u numri.
126. (1) Jekk fil-kambjala s-somma li għandha titħallas tkun
miktuba bi kliem u b’numri, u dawn ma jkunux jaqblu bejniethom,
is-somma miktuba bi kliem hija s-somma li għandha titħallas.
(2) Jekk is-somma tkun ġiet imtennija b’numri jew bi kliem, u
dawn ma jkunux jaqblu bejniethom, l-anqas somma hija s-somma li
għandha titħallas.
Tista’ tinġibed 
għall-ordni ta’ min 
ġibidha jew ta’ 
terza persuna.
127. Il-kambjala tista’ tinġibed għall-ordni ta’ terza persuna,
jew għall-ordni ta’ dak stess li ġibidha.
Tista’ tinġibed fuq 
wieħed u titħallas 
fil-lok fejn toqgħod 
terza persuna.
128. (1) Il-kambjala tista’ tinġibed fuq persuna, u magħmula li
titħallas fil-lok fejn toqgħod persuna oħra.
(2) Hija tista’ tinġibed għall-ordni u akkont ta’ terza persuna.
Tista’ tinġibed 
f’żewġ eżemplari 
jew iżjed.
129. (1) Il-kambjala tista’ tiġi magħmula f’żewġ eżemplari
jew iżjed u ta’ dan għandha ssir tismija f’kull eżemplar bil-kelmiet
l-ewwel, it-tieni, it-tielet, eċċ., u f’dan il-każ, kull eżemplar jiswa
għal kollha, u l-eżemplari kollha jagħmlu kambjala waħda.
(2) Meta ma jkunx hemm din it-tismija, kull eżemplar jitqies
bħala kambjala għaliha.
FUQ ID-DMIRIJIET TAT-TRAENT
Jista’ jintalab iżjed 
minn eżemplar 
wieħed.
130. It-traent għandu jagħti lill-prenditur, jekk dan hekk jitlob,
qabel ma l-kambjala tagħlaq, żewġ eżemplari jew iżjed tal-
kambjala.
Fondi biex jagħmlu 
tajjeb għall-ħlas 
tal-kambjala.
131. (1) It-traent, jew, meta l-kambjala hija miġbuda akkont
ta’ ħaddieħor, dak li akkont tiegħu l-kambjala tkun inġibdet,
għandu jieħu ħsieb li meta l-kambjala tagħlaq ikun hemm akkont
tiegħu f’idejn it-trattarju provvista ta’ fondi biżżejjed għall-ħlas
tagħha, ukoll jekk dik il-kambjala għandha titħallas fil-lok fejn
toqgħod terza persuna.
(2) Iżda, min jiġbed kambjala għal isem ħaddieħor jibqa’
obbligat persunalment lejn il-prenditur, lejn il-ġiranti u lejn il-
pussessur tal-kambjala.
Meta jitqies li 
trattarju għandu l-
provvista tal-fondi.
132. Jitqies li saret f’idejn it-trattarju l-provvista tal-fondi, jekk,
fiż-żmien li tagħlaq il-kambjala, hu jkun debitur tat-traent, jew tal-
persuna li akkont tagħha l-kambjala tkun inġibdet, f’somma mhux
anqas minn dik imsemmija fil-kambjala.
Meta hemm 
aċċettazzjoni 
jitqies li hemm il-
provvista tal-fondi.
133. (1) L-aċċettazzjoni tissupponi li hemm il-provvista tal-
fondi, u hija tagħmel prova ta’ dik il-provvista kwantu għall-
pussessuri u għall-ġiranti.
(2) It-traent biss, ikun hemm jew ma jkunx hemm
aċċettazzjoni, hu fl-obbligu li jipprova, fil-każ ta’ kontestazzjoni, li
l-persuni li fuqhom il-kambjala kienet miġbuda kellhom il-
  26      KAP. 13. ħ             KODIĊI TAL-KUMMERĊ
provvista tal-fondi meħtiega għall-ħlas tal-kambjala fiż-żmien li
għalqet; inkella jkun obbligat jagħmel tajjeb għall-kambjala,
għalkemm il-protest ikun sar wara ż-żminijiet stabbiliti.
Kambjala 
ipprotestata.
134. (1) Il-pussessur ta’ kambjala ipprotestata m’għandu,
f’ebda każ, jedd fuq il-provvista tal-fondi magħmula mit-traent jew
minn dak li akkont tiegħu tkun inġibdet.
(2) Jekk il-kambjala ma tkunx ġiet aċċettata, il-provvista tal-
fondi, f’każ ta’ falliment tal-parti li tkun għamlitha, terġa’ tidħol
fil-massa.
(3) Jekk il-kambjala tkun ġiet aċċettata, il-provvista ta’ fondi
tibqa’ għall-aċċettant, taħt l-obbligu li jħallas lill-pussessur tal-
kambjala.
Meta t-traent 
jipprojbixxi t-
trasferiment tal-
kambjala.
135. Meta t-traent jipprojbixxi t-trasferiment tal-kambjala
b’dikjarazzjoni espressa fuqha stess, u b’dankollu hija tiġi
ittrasferita, il-ġiratarju ma jakkwistax ħlief il-jeddijiet li jmissu lill-
prenditur.
FUQ IL-ĠÎ RA TAL-KAMBJALA
Trasferiment 
b’ġî ra.
136. Il-pussessur ta’ kambjala jista’ jittrasferixxi l-proprjetà
tagħha bil-ġîr a.
Lil min tista’ tiġi 
mdawra.
137. Il-kambjala tista’ tiġi mdawra lit-trattarju, lill-aċċettant,
jew lill-ġirant ta’ qabel, jew ukoll imdawra lura lit-traent, u tista’
terġa’ tiġi mdawra minn kull wieħed minnhom.
Fejn issir il-ġî ra. 138. Il-ġî ra ssir fid-dahar tal-kambjala, jew fuq biċċa karta
msejħa allonge, li, meta meħtieġ, tiġi mwaħħla ma’ l-istess
kambjala.
Il-ġî ra tista’ tkun 
speċjali jew in 
bjank.
139. Il-ġî ra tista’ ssir billi jitniżżlu fiha l-isem ta’ dak li lilu, jew
li għall-ordni tiegħu, għandu jsir il-ħlas, id-data tal-ġî ra, u
partikularitajiet oħra; tista’ ssir ukoll in bjank, bil-firma biss tal-
ġirant.
Responsabbiltà  tal-
ġirant.
140. (1) Il-ġirant iwieġeb lejn kull pussessur ta’ wara għall-
aċċettazzjoni u għall-ħlas tal-kambjala.
Ġî ra "mingħajr 
garanzija".
(2) Iżda, jekk fil-ġî ra tiġi miżjuda d-dikjarazzjoni "mingħajr
garanzija" jew kliem ieħor li jġib l-istess riżerva, il-ġirant li jkun
fisser ruħu b’dan il-mod jibqa’ meħlus minn kull obbligu li jitnissel
mill-ġî ra tiegħu.
Il-ġirant li 
jipprojbixxi t-
trasferiment mhux 
responsabbli lejn 
il-pussessuri ta’ 
wara.
141. Meta l-ġirant fil-ġî ra tiegħu jkun espressament ipprojbixxa
kull trasferiment ieħor tal-kambjala, dawk li wara tiġi lilhom
imdawra l-kambjala ma jkollhom ebda jedd ta’ regress kontra dak
il-ġirant.
Effett ta’ ġî ra 
limitata.
142. Jekk il-ġî ra ssir bid-dikjarazzjoni "għall-inkass" jew bi
kliem ieħor li juri ordni mogħti mill-ġirant, din il-ġî ra ma
tittrasferix il-proprjetà  tal-kambjala, iżda tgħaddi biss lill-ġiratarju
l-ordni li jkun fiha, u f’dan il-każ, il-ġiratarju jista’ biss jgħaddi lil
 KODIĊI TAL-KUMMERĊ   ġ KAP. 13.        27
ħaddieħor dak l-istess ordni b’ġî ra bħalha.
Meta l-ġî ra ssir 
wara li jagħlaq iż-
żmien għall-protest 
minħabba nuqqas 
ta’ ħlas jew ta’ 
aċċettazzjoni.
143. (1) Jekk il-ġî ra ssir wara li jagħlaq iż-żmien li fih għandu
jsir il-protest minħabba nuqqas ta’ ħlas, il-ġiratarju jakkwista
kontra t-trattarju l-jeddijiet kollha li joħorġu mill-aċċettazzjoni li
tkun ġà  saret u l-jeddijiet ta’ regress kontra dawk illi jkunu dawru l-
kambjala wara li jgħaddi dak iż-żmien.
(2) Id-disposizzjoni ta’ dan l-artikolu tgħodd ukoll jekk il-ġira
ssir wara li jagħlaq iż-żmien li fih għandu jsir il-protest minħabba
nuqqas ta’ aċċettazzjoni.
Jeddijiet tal-
ġiratarju meta l-
ġî ra ssir wara l-
protest minħabba 
nuqqas ta’ ħlas.
144. Jekk il-ġî ra ssir wara li l-kambjala tkun giet ipprotestata
minħabba nuqqas ta’ ħlas, din il-ġî ra ma tagħtix lill-ġiratarju ebda
jeddijiet oħra ħlief dawk tal-ġirant tiegħu lejn it-trattarju, jekk dan
ikun aċċetta l-kambjala, u lejn dawk il-ġiranti li jkunu għadhom
obbligati fl-istess kambjala.
Jeddijiet tal-
ġiratarju kontra t-
traent.
145. Fil-każijiet imsemmijin fl-aħħar żewġ artikoli qabel dan,
il-ġiratarju jżomm sħaħ il-jeddijiet tiegħu kontra t-traent, u kontra
dak li akkont tiegħu l-kambjala tkun ġiet miġbuda.
Meta l-ġirant 
jagħmel iż-żmien 
għall-preżentata 
tal-kambjala.
146. Meta l-ġirant ikun għamel fil-ġî ra tiegħu ż-żmien li fih il-
kambjala għandha tiġi ippreżentata lit-trattarju, l-obbligazzjoni li
toħroġ mill-ġî ra tispiċċa, jekk il-kambjala ma tiġix ippreżentata
għall-aċċettazzjoni fiż-żmien hekk imsemmi.
Jeddijiet tal-
pussessur meta l-
kambjala ma tkunx 
imdawra lilu.
147. Il-pussess biss ta’ kambjala li ma tkunx imdawra lill-
pussessur tagħti lil dan il-jedd li jippreżenta din il-kambjala għall-
aċċettazzjoni u li jagħmel il-protest minħabba n-nuqqas ta’
aċċettazzjoni.
FUQ L-AĊĊETTAZZJONI 
Kif għandha ssir l-
aċċettazzjoni.
148. L-aċċettazzjoni tal-kambjala għandha ssir fuq il-kambjala
nfisha, bil-firma ta’ l-aċċettant, bil-kelmiet "naċċetta", jew
"aċċettata", jew mingħajrhom.
Meta l-
aċċettazzjoni 
għandha ġġib id-
data.
149. L-aċċettazzjoni għandha ġġib id-data, jekk il-kambjala
għandha titħallas f’ċertu żmien "vista" jew skond l-użu. In-nuqqas
tad-data ta’ l-aċċettazzjoni jagħmel il-kambjala eżiġibbli fiż-żmien
fiha msemmi, li jibda jgħodd mid-data tagħha.
L-aċċettazzjoni ma 
tistax tkun 
kondizzjonali, iżda 
tista’ tkun limitata.
150. (1) L-aċċettazzjoni ma tistax tkun kondizzjonali, iżda
tista’ tkun limitata kwantu għas-somma li għandha titħallas.
(2) L-aċċettazzjoni kondizzjonali titqies bħala rifjut ta’
aċċettazzjoni.
Meta l-kambjala 
għandha tiġi 
aċċettata.
151. (1) Il-kambjala għandha tiġi aċċettata minnufih li tiġi
ippreżentata, jew l-aktar tard fi żmien erbgħa u għoxrin siegħa mill-
preżentata tagħha.
(2) Jekk, wara li jagħlaq dan iż-żmien, ma tiġix mogħtija lura,
aċċettata jew mhix aċċettata, dak li jkun żammha hu obbligat għad-
danni u l-imgħaxijiet lejn il-pussessur.
  28      KAP. 13. ħ             KODIĊI TAL-KUMMERĊ
Obbligi ta’ l-
aċċettant.
152. (1) Bl-aċċettazzjoni ta’ kambjala, l-aċċettant jieħu fuqu l-
obbligu li jħallas l-ammont tagħha, u ma jistax jiġi meħlus minn
dan l-obbligu, għalkemm it-traent, jew dak li akkont tiegħu l-
kambjala ġiet aċċettata, ikun, mingħajr hu ma kien jaf, falla qabel l-
aċċettazzjoni tal-kambjala.
(2) lżda, jekk l-aċċettant ma kellux provvista ta’ fondi, hu jista’
jdur kontra t-traent jew kontra l-parti li akkont tagħha l-kambjala
ġiet aċċettata; f’kull każ bħal dan l-aċċettazzjoni tagħti lok biss
għal sempliċi preżunzjoni kontra l-aċċettant, li jkollu l-jedd għall-
prova kuntrarja.
Protest minħabba 
nuqqas ta’ 
aċċettazzjoni.
153. (1) Ir-rifjut ta’ aċċettazzjoni għandu jiġi ippruvat bi
protest, li jissejjaħ protest minħabba nuqqas ta’ aċċettazzjoni.
(2) Jekk il-kambjala ma tiġix aċċettata għas-somma kollha li
għaliha tkun ġiet miġbuda, għandu jsir l-istess protest għad-
differenza.
Dmir tat-traent u 
tal-ġiranti meta 
jiġu notifikati bil-
protest minħabba 
nuqqas ta’ 
aċċettazzjoni.
154. Wara n-notifika tal-protest imsemmi fl-aħħar artikolu qabel
dan, il-ġiranti u t-traent huma, rispettivament, obbligati jagħtu
garanzija tajba għall-ħlas ta’ l-ammont tal-kambjala meta tagħlaq
jew ta’ l-ammont li għalih ma tkunx ġiet aċċettata, jew inkella
jħallsu l-kambjala flimkien ma’ l-ispejjeż tal-protest u tar-
rikambju.
Meta l-kondizzjoni 
ta’ l-aċċettant 
titbiddel wara l-
aċċettazzjoni tal-
kambjala.
155. Jekk, wara l-aċċettazzjoni tal-kambjala, jiġi ippruvat li l-
kondizzjoni ta’ l-aċċettant, fl-affarijiet tiegħu kummerċjali, tbiddlet
b’mod li wieħed ikollu raġun jaħseb li l-kambjala ma tiġix imħallsa
meta tagħlaq, tista’ tintalab kontra t-traent, il-ġiranti, u wkoll
kontra l-aċċettant innifsu, l-istess garanzija bħal dik imsemmija fl-
aħħar artikolu qabel dan.
Obbligazzjoni tal-
garanti.
156. Il-garanti ta’ wieħed biss minn dawk li jkunu obbligati
jagħtu garanzija, mhux obbligat in solidum ħlief ma’ dak li għalih
jagħmel garanzija.
Wegħda ta’ 
aċċettazzjoni.
157. Il-fatt li wieħed iwiegħed li jaċċetta kambjala ma jiswiex
bħala aċċettazzjoni, iżda dak li lilu tkun ġiet imwiegħda l-
aċċettazzjoni għandu azzjoni għad-danni u għall-imgħaxijiet kontra
min wiegħed fil-każ li dan irrifjuta li jaċċetta bħal ma wiegħed.
FUQ L-AĊĊETTAZZJONI GĦALL-UNUR TAL-FIRMA JEW 
B’INTERVENT
Aċċettazzjoni 
għall-unur tal-
firma jew 
b’intervent.
158. (1) Meta kambjala tkun ġiet ipprotestata minħabba
nuqqas ta’ aċċettazzjoni, kull persuna, li ma tkunx ġà  obbligata
fiha, tista’ tindaħal u taċċetta l-kambjala għall-unur tat-traent, jew
ta’ wieħed mill-ġiranti, sew b’ordni jew mingħajr ordni
għaldaqshekk ta’ dak it-traent jew ġirant.
(2) It-trattarju nnifsu jista’, wara l-protest minħabba nuqqas ta’
aċċettazzjoni, jindaħal bħala barrani kif jingħad hawn fuq.
 KODIĊI TAL-KUMMERĊ   ġ KAP. 13.        29
Ordni ta’ 
preferenza meta 
diversi persuni 
joffru li jaċċettaw 
għall-unur tal-
firma.
159. Jekk diversi persuni joffru li jaċċettaw kambjala għall-unur
tal-firma, għandhom preferenza -
(a) dawk li jindaħlu għat-traent jew għal dak li akkont
tiegħu l-kambjala tkun ġiet miġbuda;
(b) dawk li jindaħlu għall-ġiranti skond l-ordni tal-ġî ri.
Il-pussessur jista’ 
jagħzel.
160. Jekk tnejn jew iżjed joffru li jaċċettaw b’intervent għall-
istess persuna, il-pussessur tal-kambjala jista’ jagħżel lil min irid
minnhom.
Għandu preferenza 
dak li jkun 
inkarigat jindaħal.
161. lżda, dak li jkun ġie inkarigat jindaħal mill-persuna li
għaliha jkun irid jaċċetta għandu, f’kull każ, preferenza fuq dawk li
joffru li jaċċettaw għall-istess persuna, mingħajr dak l-inkarigu.
Il-pussessur ta’ 
kambjala jista’ 
jaċċetta għall-unur 
tal-firma.
162. Il-pussessur ta’ kambjala jista’, bħal kull persuna oħra,
jaċċetta b’intervent u jista’, taħt l-istess ċirkostanzi, jagħti
preferenza lilu nnifsu.
Kif issir l-
aċċettazzjoni għall-
unur tal-firma.
163. L-aċċettazzjoni għall-unur tal-firma għandha ssir bil-
miktub fuq il-kambjala u għandha tiġi iffirmata mill-aċċettant
għall-unur, u għandha tiġi msemmija fl-att tal-protest jew f’att
ieħor wara bħala żieda miegħu jew imdaħħal fih.
Dmirijiet ta’ l-
aċċettant għall-
unur.
164. L-aċċettant għall-unur għandu jitlob il-kunsinna tal-protest
li jkun sar minħabba nuqqas ta’ aċċettazzjoni, u għandu jgħarraf,
mingħajr dewmien, bl-intervent tiegħu lill-parti li għall-unur
tagħha jkun indaħal, u jikkomunikalha l-protest hawn fuq
imsemmi: fin-nuqqas ta’ dan, huwa jwieġeb għad-danni u l-
imgħaxijiet.
Meta l-aċċettant 
għall-unur ma 
jsemmix il-persuna 
li għaliha jindaħal.
165. Jekk l-aċċettant għall-unur jonqos li jsemmi l-persuna li
għall-unur tagħha huwa jindaħal, l-aċċettazzjoni titqies li saret
għall-unur tat-traent, jew tal-parti li akkont tagħha l-kambjala tkun
ġiet miġbuda, jekk l-isem ta’ dik il-parti jkun jidher fuq il-
kambjala.
Jeddijiet tal-
pussessur fil-każ 
ta’ aċċettazzjoni 
għall-unur.
166. (1) Għad li jkun hemm l-aċċettazzjoni għall-unur, il-
pussessur ta’ kambjala jżomm sħaħ il-jeddijiet tiegħu kollha li
jkollu kontra t-traent u l-ġiranti minħabba n-nuqqas ta’
aċċettazzjoni tat-trattarju.
(2) Iżda, jekk l-intervent għall-bżonn jiġi irrikmandat mit-
traent innifsu fl-istess kambjala, u din tiġi aċċettata minn min
ikollu l-inkarigu biex jindaħal, ma tkunx meħtieġa l-garanzija
msemmija fl-artikolu 154.
Il-kambjala 
aċċettata għall-
unur għandha tiġi 
ippreżentata għall-
ħlas lit-trattarju 
oriġinali.
167. (1) Kambjala aċċettata għall-unur għandha tiġi
ippreżentata lit-trattarju oriġinali għall-ħlas fiż-żmien li tagħlaq, u
ipprotestata kontra tiegħu jekk ma tiġix imħallsa.
(2) Fin-nuqqas ta’ dan il-protest, l-aċċettant għall-unur mhux
obbligat iħallas il-kambjala, u jekk iħallasha mingħajr ma jkun
hemm il-protest, huwa jitlef il-jedd ta’ regress kontra dawk li
setgħu jkollhom interess li l-kambjala tiġi ipprotestata kontra t-
trattarju.
  30      KAP. 13. ħ             KODIĊI TAL-KUMMERĊ
FUQ IS-SOLIDARJETÀ
Il-partijiet 
f’kambjala huma 
obbligati in 
solidum.
168. Dawk kollha li jiffirmaw, jaċċettaw jew idawru kambjala,
huma obbligati in solidum għall-garanzija lejn il-pussessur.
FUQ L-AVALL
Avall. 169. Apparti mill-aċċettazzjoni u l-ġî ra, il-ħlas ta’ kambjala
jista’ jiġi ggarantit b’avall, li hu l-obbligazzjoni ta’ terza persuna.
Kif jingħata l-
avall.
170. L-avall jista’ jingħata fuq il-kambjala nfisha, jew b’att
għalih, jew ukoll b’ittra.
Obbligazzjoni ta’ 
min jagħti l-avall.
171. Dak li jagħti l-avall hu obbligat in solidum u bl-istess mod
li huma obbligati t-traent u l-ġiranti, jekk il-partijiet ma jkunux
ftiehmu xort’oħra.
FUQ L-ISKADENZA U L-ĦLAS TAL-KAMBJALA
Iż-żmien tal-ħlas. 172. Il-kambjala tista’ tiġi magħmula li titħallas -
(a) "a vista";
(b) fi żmien jew jum determinat;
(ċ) f’ċertu żmien "vista";
(d) f’ċertu żmien mid-data;
(e) skond l-użu.
"A vista". 173. Il-kambjala miġbuda "a vista" għandha titħallas malli tiġi
ppreżentata.
Għal żmien jew 
jum determinat.
174. Il-kambjala miġbuda għal żmien jew jum determinat
għandha titħallas fiż-żmien jew fil-jum fiha msemmijin.
Kambjala li 
għandha titħallas 
f’nofs ix-xahar.
175. Meta ż-żmien tal-ħlas imsemmi fil-kambjala hu għan-nofs
ix-xahar, il-kambjala titqies magħluqa fil-ħmistax ta’ dak ix-xahar.
Kambjala li 
għandha titħallas 
f’ċertu żmien 
"vista" jew mid-
data.
176. ll-kambjala miġbuda għal ċertu żmien "vista" jew għal
ċertu żmien mid-data, għandha titħallas - 
(a) jekk iż-żmien hu indikat bi ġranet, fl-aħħar ġurnata tal-
ġranet imsemmija: iżda, jekk il-kambjala tkun
miġbuda għal ċertu żmien "vista", il-ġurnata li fiha l-
kambjala tiġi ppreżentata għall-aċċettazzjoni ma
tingħaddx, u fil-każ li l-kambjala tkun miġbuda għal
ċertu żmien mid-data, il-ġurnata tad-data tal-kambjala
ma tingħaddx;
(b) jekk iż-żmien hu indikat b’ġimgħat jew b’xhur, fil-
ġurnata tal-ġimgħa jew tax-xahar li tkun taqbel, fl-
isem jew fin-numru, mal-ġurnata li fiha l-kambjala
tkun ġiet ippreżentata għall-aċċettazzjoni jew mal-
ġurnata tad-data tal-kambjala:
 KODIĊI TAL-KUMMERĊ   ġ KAP. 13.        31
Iżda, kemm-il darba din il-ġurnata ma tkunx
tidħol fix-xahar li fih għandu jsir il-ħlas, il-kambjala
titqies magħluqa fl-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.
Nofs xahar.
ħmistax-il ġurnata.
Kalendarju 
Gregorjan.
178. Ix-xhur huma dawk skond il-kalendarju Gregorjan.
Kambjala miġbuda 
skond l-użu.
179. Il-kambjala miġbuda bħala li titħallas skond l-użu għandha
titħallas wieħed u għoxrin ġurnata minn dak in-nhar li tiġi
ippreżentata għall-aċċettazzjoni.
Meta ma 
jissemma’ ebda 
żmien, il-kambjala 
titħallas "a vista".
180. Jekk ma jkunx ġie indikat xi wieħed miż-żminijiet
imsemmija fl-artikolu 172, il-kambjala titħallas "a vista".
Meta l-ġurnata ta’ 
l-iskadenza hija l-
Ħadd, eċċ. 
Emendat: 
V.1904.8.
181. Jekk il-ġurnata li fiha tagħlaq kambjala hija ġurnata ta’
nhar ta’ Ħadd jew festa kmandata jew tal-Ġimgħa l-Kbira jew ta’
ġurnata oħra ta’ vakanza pubblika, hija għandha titħallas il-ġurnata
ta’ wara, li ma tkunx vakanza pubblika.
Meta t-trattarju jiġi 
ddikjarat fallut.
182. Il-kambjala titqies magħluqa mill-waqt li l-persuna li fuqha
tkun miġbuda tiġi iddikjarata falluta, u f’dan il-każ il-pussessur
jista’ jagħmel il-protest tal-kambjala msemmi fl-artikolu 191; iżda
t-traent u l-ġiranti jistgħu, jekk jiġu msejħin għall-ħlas, jiddiferixxu
l-ħlas sa dak in-nhar li l-kambjala tagħlaq skond il-kondizzjonijiet
li taħthom tkun ġiet miġbuda, billi jagħtu l-garanzija msemmija fl-
artikolu 154.
B’liema flus 
titħallas il-
kambjala.
183. Il-kambjala għandha titħallas bix-xorta ta’ flus imsemmija
fiha. Iżda, jekk ix-xorta ta’ flus imsemmija fil-kambjala hija
immaġinarja jew m’għandhiex kors legali fil-lok li fih għandu jsir
il-ħlas, u fil-kambjala ma jkunx hemm imsemmi l-valur ta’ dik ix-
xorta ta’ flus, il-ħlas isir bil-flus li għandhom kors legali fil-lok tal-
ħlas, f’somma li taqbel mal-valur tal-flus imsemmija fil-kambjala
fiż-żmien li din tagħlaq, kemm-il darba t-traent, bl-użu tal-klawsola
in effettivi jew ta’ klawsola oħra bħalha, ma jkunx wera r-rieda li l-
ħlas isir fix-xorta ta’ flus minnu msemmija, basta li din ix-xorta ta’
flus ma tkunx immaġinarja.
Min iħallas mhux 
obbligat jivverifika 
l-awtentiċità  tal-
ġîri .
184. Dak li jħallas kambjala mhux obbligat jivverifika l-
awtentiċità  tal-ġîri .
Ħlas qabel l-
egħluq.
185. Dak li jħallas kambjala qabel ma tagħlaq iwieġeb għall-
validità  tal-ħlas. 
Ħlas fl-egħluq 
mingħajr 
oppożizzjoni jġib 
il-ħelsien.
186. Dak li jħallas kambjala meta tagħlaq, u mingħajr
oppożizzjoni, jitqies meħlus skond il-liġi.
Il-pussessur ma’ 
jistax jiġi mġiegħel 
jirċievi l-ħlas qabel 
l-egħluq.
187. Il-pussessur ta’ kambjala ma jistax jiġi mġiegħel jirċievi l-
ħlas tagħha qabel ma tagħlaq.
Ħlas tat-tieni, it-
tielet, eċċ.
188. Il-ħlas ta’ kambjala magħmul fuq it-tieni, it-tielet, jew
eżemplar ieħor, jiswa, basta li jkun speċifikat fuq dan it-tieni, it-
tielet, jew eżemplar ieħor, li dan il-ħlas ineħħi l-effett ta’ l-
  32      KAP. 13. ħ             KODIĊI TAL-KUMMERĊ
eżemplari l-oħra tal-kambjala.
Meta l-eżemplar 
aċċettat tal-
kambjala ma jiġix 
meħud lura minn 
min iħallas.
189. Dak li jħallas kambjala fuq it-tieni, it-tielet, jew eżemplar
ieħor, mingħajr ma jieħu lura l-eżemplar li fuqu jkun aċċetta, ma
jiġix meħlus quddiem it-terz li jkollu f’idejh l-eżemplar aċċettat,
bla ħsara tal-jedd ta’ regress kontra dak li lilu ħallas bla ma kien
imiss.
Meta jiġu aċċettati 
żewġ eżemplari 
jew iżjed.
190. Meta kambjala tinġibed fl-ewwel, fit-tieni, fit-tielet, jew
f’aktar eżemplari, u t-trattarju jaċċetta iżjed minn eżemplar wieħed,
hu obbligat iħallas l-eżemplari kollha aċċettati li jiġu ppreżentati
lilu fl-iskadenza minn kull pussessur tagħhom, bla ħsara tal-jedd ta’
regress kontra dak li jkun għamel użu ta’ iżjed minn eżemplar
wieħed tal-kambjala.
Protest għal nuqqas 
ta’ ħlas.
191. Ir-rifjut tal-ħlas ta’ kambjala għandu jiġi ippruvat bi
protest, li jissejjaħ protest għal nuqqas ta’ ħlas.
Ħlas ta’ kambjala 
mhux imdawra lill-
pussessur.
192. Dak li jitlob il-ħlas ta’ kambjala li ma tkunx ġiet imdawra
lilu, iżda li, fl-istess ħin, juri li ġiet lilu mibgħuta biex idaħħal il-
ħlas tagħha, jista’, billi jagħti garanzija tajba, jitlob il-ħlas tagħha,
u jista’ jipprotestaha jekk ma tiġix imħallsa.
Responsabbiltà  tal-
pussessur li 
jitħallas tal-
kambjala. 
193. Il-pussessur ta’ kambjala li jirċievi l-ħlas tagħha, u l-
ġiranti kollha ta’ qablu, huma garanti lejn dak li ħallasha tal-
validità  tal-ġîri  kollha ta’ qabel.
Il-ħlas isir kontra l-
kunsinna tal-
kambjala. 
194. Bla ħsara tal-każ imsemmi fl-artikoli 201 u 202, id-debitur
mhux obbligat iħallas il-kambjala ħlief kontra l-kunsinna tagħha bl-
irċevuta kif imiss.
Ħlas ta’ biċċa mis-
somma.
195. (1) Il-pussessur tal-kambjala ma jistax jirrifjuta li jirċievi
mingħand it-trattarju biċċa biss mis-somma msemmija fiha, ukoll
meta l-kambjala tkun ġiet aċċettata mit-trattarju nnifsu, jew minn
ħaddieħor, għas-somma kollha, imma l-pussessur għandu
jipprotestaha għall-bqija.
(2) Iżda, dak li jkun ħallas biċċa ma jistax jitlob li l-kambjala
tiġi ikkunsinnata lilu, imma hu jista’ jitlob biss li s-somma li ħallas
tiġi mniżżla fuq il-kambjala, u li tiġi ikkunsinnata lilu kopja tagħha
bl-irċevuta tas-somma mħallsa.
Meta l-kambjala 
ma tiġix 
ippreżentata għall-
ħlas.
Emendat: 
XXIV.1995.362.
196. Jekk il-kambjala ma tiġix ippreżentata għall-ħlas meta
tagħlaq, l-aċċettant jista’, wara li jagħlaq iż-żmien li fih imissu jsir
il-protest għal nuqqas ta’ ħlas, iqiegħed l-ammont tal-kambjala fil-
Prim’ Awla tal-Qorti Ċivili, bi spejjeż u riskju tal-pussessur.
Eċċezzjonijiet 
persunali għall-
ġiranti.
197. L-eċċezzjonijiet li huma persunali għall-ġiranti ma
jistgħux jingħataw kontra l-pussessur ta’ kambjala.
Eċċezzjonijiet 
persunali għall-
pussessur.
198. (1) L-eċċezzjonijiet li huma persunali għall-pussessur tal-
kambjala ma jistgħux idewmu l-ħlas tagħha, jekk ma jkunux
likwidi u li jistgħu jinqatgħu malajr fil-kawża li tkun miexja.
(2) Jekk dawn l-eċċezzjonijiet ikunu jinħtieġu eżami fit-tul, is-
smigħ tagħhom isir f’kawża għaliha, u, sadanittant, il-kundanna
għall-ħlas tal-kambjala, bil-garanzija jew mingħajrha, skond ma
jidhrilha l-qorti, m’għandhiex tkun imdewma.
 KODIĊI TAL-KUMMERĊ   ġ KAP. 13.        33
Oppożizzjoni 
għall-ħlas ta’ 
kambjala.
199. Ma tistax issir oppożizzjoni għall-ħlas ta’ kambjala ħlief
fil-każ ta’ telf tal-kambjala jew ta’ falliment tal-pussessur. 
Telf ta’ kambjala 
mhux aċċettata.
200. Fil-każ ta’ telf ta’ kambjala mhux aċċettata, sid il-kambjala
jista’ jitlob il-ħlas tagħha fuq it-tieni, it-tielet, ir-raba’, jew
eżemplar ieħor.
Telf ta’ kambjala 
aċċettata.
201. Jekk il-kambjala mitlufa tkun aċċettata, il-ħlas ma jistax
jintalab fuq it-tieni, it-tielet, ir-raba’, jew eżemplar ieħor, kemm-il
darba dak li jitlob il-ħlas ma jippruvax kif imiss il-jedd tiegħu u ma
jagħtix garanzija tajba.
Meta l-pussessur 
ma jistax 
jippreżenta 
eżemplar tal-
kambjala.
202. Meta dak li tilef il-kambjala, aċċettata jew le, ma jistax
jippreżenta t-tieni, it-tielet, ir-raba’, jew eżemplar ieħor tagħha, hu
jista’ madankollu jitlob u jieħu l-ħlas tagħha, jekk jipprova kif
imiss il-jedd tiegħu fuqha u jagħti garanzija tajba.
Meta tispiċċa l-
obbligazzjoni li 
tinħoloq bil-
garanzija.
203. L-obbligazzjoni li tinħoloq bil-garanzija msemmija fl-
aħħar żewġ artikoli qabel dan, tispiċċa wara tliet snin.
Meta jista’ jintalab 
li l-ammont tal-
kambjala mitlufa 
jiġi ddepożitat. 
Emendat: 
XXIV.1995.362.
204. Jekk ma tingħatax il-garanzija msemmija fl-artikoli 201 u
202, jista’ jintalab, meta ssir il-prova tal-jedd meħtieġa f’dawk l-
artikoli, li s-somma li għandha titħallas fuq il-kambjala mitlufa tiġi
mqiegħda fil-Prim’ Awla tal-Qorti Ċivili.
Protest fil-każ ta’ 
kambjala mitlufa.
205. Fil-każ ta’ nuqqas ta’ ħlas fuq talba magħmula għalhekk,
skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 201 u 202, sid il-kambjala
mitlufa għandu, sabiex iżomm il-jeddijiet tiegħu kollha, jagħmel att
ta’ protest, u jinnotifikah lit-traent u lill-ġiranti, fiż-żmien u bil-
mod bħal ma jingħad iżjed ’il quddiem dwar il-protest għal nuqqas
ta’ ħlas.
Obbligu tal-ġirant 
immedjat lejn il-
ġiratarju tiegħu 
f’każ ta’ kambjala 
mitlufa. 
206. Sid il-kambjala mitlufa, sabiex jieħu t-tieni, it-tielet, jew
eżemplar ieħor tagħha, għandu jitlobha lill-ġirant immedjat tiegħu
u dan il-ġirant hu fl-obbligu li jagħtih l-għajnuna tiegħu u l-użu ta’
ismu biex jaġixxi kontra l-ġirant tiegħu nnifsu, u hekk minn ġirant
għall-ieħor sat-traent tal-kambjala.
Sid il-kambjala 
mitlufa hu obbligat 
għall-ħlas ta’ l-
ispejjeż.
207. Sid il-kambjala mitlufa hu obbligat għall-ħlas ta’ l-ispejjeż
kollha li jsiru minħabba t-telf tagħha.
Responsabbiltà  
għad-danni fil-każ 
ta’ rifjut ta’ għoti 
tat-tieni, it-tielet 
jew eżemplar 
ieħor.
208. Dak li jirrifjuta li jagħti t-tieni, it-tielet, jew eżemplar
ieħor, meta tkun ġiet mitluba lilu skond l-artikolu 206, iwieġeb
għad-danni u l-imgħaxijiet.
FUQ IL-ĦLAS GĦALL-UNUR TAL-FIRMA JEW B’INTERVENT
Ħlas għall-unur.
min irid jista’ jindaħal u jħallasha taħt protest għall-unur tat-traent
jew ta’ wieħed mill-ġiranti.
Kif għandu 
jirriżulta.
210. Il-ħlas għall-unur għandu jiġi msemmi fl-att tal-protest jew
f’att ieħor wara bħala żieda miegħu jew imdaħħal fih.
  34      KAP. 13. ħ             KODIĊI TAL-KUMMERĊ
Jeddijiet u dmirijiet 
ta’ min iħallas 
għall-unur.
211. (1) Dak li jħallas kambjala b’intervent jidħol fil-jeddijiet
tal-pussessur, u fid-dmirijiet tiegħu dwar il-formalitajiet li
għandhom jiġu mħarsa.
(2) Barra minn dan, hu għandu jagħti minnufih avviż tal-ħlas lil
dak li għall-unur tiegħu jkun indaħal, taħt piena tad-danni u
imgħaxijiet.
Ħelsien tal-ġiranti. 212. (1) Jekk il-ħlas b’intervent isir għall-unur tat-traent, il-
ġiranti kollha jiġu meħlusa.
(2) Jekk il-ħlas isir għall-unur ta’ ġirant partikolari, il-ġiranti
kollha ta’ warajh jiġu meħlusa.
Meta żewġ persuni 
jew iżjed joffru li 
jħallsu b’intervent.
213. Jekk żewġ persuni jew iżjed joffru li jħallsu kambjala
b’intervent, igħoddu r-regoli dwar l-aċċettazzjoni b’intervent.
Il-preferenza 
tingħata lit-
trattarju.
214. lżda, jekk dak li fuqu fil-bidu tkun inġibdet il-kambjala, u
li kontra tiegħu jkun sar il-protest għal nuqqas ta’ aċċettazzjoni,
ikun irid iħallas il-kambjala meta tagħlaq, hu għandu preferenza
fuq dawk kollha li jkunu jridu jħallsuha b’intervent.
Jedd ta’ l-aċċettant 
b’intervent meta l-
kambjala tiġi 
mħallsa minn 
ħaddieħor.
215. L-aċċettant b’intervent, illi ma jħallasx il-kambjala
minħabba li tiġi mħallsa mit-trattarju jew minn ħaddieħor, għandu
jedd jitlob mingħand dak li ħallas il-kambjala l-ispejjeż li jkun
għamel u kummissjoni ta’ terz fil-mija.
Meta dak li jħallas 
għall-unur jitlef il-
jedd ta’ regress.
216. Dak li jħallas kambjala għall-unur, meta persuna oħra, li
kellha preferenza fuqu, kienet offriet li tħallas il-kambjala, ma
jistax idur kontra dawk il-ġiranti illi kienu jiġu meħlusa minn kull
obbligu li kieku ħalset dik il-persuna l-oħra.
Il-kambjala u l-
protest għandhom 
jiġu ikkunsinnati lil 
min iħallas għall-
unur.
217. Dak li jħallas għall-unur għandu jedd għall-kunsinna lilu
tal-kambjala nfisha u tal-protest għal nuqqas ta’ ħlas, u huwa
obbligat għar-rimborż ta’ l-ispejjeż tal-protest.
FUQ IL-JEDDIJIET U D-DMIRIJIET TAL-PUSSESSUR
Il-pussessur 
għandu jippreżenta 
l-kambjala għall-
ħlas jew għall-
aċċettazzjoni.
218. Il-pussessur ta’ kambjala li għandha titħallas f’Malta "a
vista", jew f’ċertu żmien "vista", jew skond l-użu, hu obbligat
jippreżenta l-kambjala għall-ħlas jew għall-aċċettazzjoni, fiż-
żminijiet imsemmijin fl-artikolu ta’ wara dan, li jibdew igħoddu
mid-data tal-kambjala, taħt piena li jitlef il-jedd tiegħu ta’ regress
kontra l-ġiranti, u wkoll kontra t-traent jekk dan ikun għamel il-
provvista tal-fondi għall-ħlas tal-kambjala.
Żmien li fih 
għandha ssir il- 
preżentata.
219. Iż-żminijiet imsemmijin fl-aħħar artikolu qabel dan huma:
(a) sitt xhur, jekk il-kambjala hija miġbuda minn lok fl-
Ewropa, fl-Asja Minuri, fis-Sirja, fl-Eġittu, fi Tripli,
f’Tuneż, fl-Alġerija jew fil-Marokk;
(b) sena, jekk il-kambjala hija miġbuda minn kull lok
ieħor;
(ċ) xahar jekk il-kambjala hija miġbuda u għandha
titħallas f’Malta:
 KODIĊI TAL-KUMMERĊ   ġ KAP. 13.        35
Iżda, fi żmien ta’ gwerra fuq il-baħar, iż-żminijiet
imsemmija fil-paragrafi (a) u (b) jiġu irduppjati.
Kambjala li 
għandha titħallas 
barra minn Malta.
220. L-istess telf ta’ jedd imsemmi fl-artikolu 218 ibati l-
pussessur ta’ kambjala miġbuda f’Malta, u li għandha titħallas "a
vista", jew f‘ċertu żmien "vista", jew skond l-użu, f’wieħed jew
ieħor mill-pajjiżi msemmijin fl-aħħar artikolu qabel dan, jekk il-
pussessur ma jippreżentahiex għall-ħlas jew għall-aċċettazzjoni fiż-
żminijiet imsemmijin f’dak l-artikolu.
Xi kambjali jistgħu 
ma jiġux 
ippreżentati għall-
aċċettazzjoni.
221. Il-pussessur ta’ kambjala miġbuda għal ċertu żmien jew
jum determinat, jew għal ċertu żmien mid-data, mhux obbligat
jippreżenta l-kambjala għall-aċċettazzjoni, iżda jekk jagħżel li
jippreżentaha għandu jipprotestaha jekk ma tiġix aċċettata.
Meta t-traent jew 
il-ġiranti jagħtu 
ordnijiet xort’ 
oħra.
222. Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 218, 220 u 221 ma
jgħoddux għat-traent u għall-ġiranti li jkunu taw b’mod li jiswa
ordnijiet xort’ oħra.
Il-preżentata għall-
ħlas għandha ssir 
fl-iskadenza.
223. Il-pussessur ta’ kambjala għandu jippreżentaha għall-ħlas
dak in-nhar li tagħlaq.
Fejn għandhom 
isiru l-preżentata, 
il-protest, eċc.
224. Il-preżentata ta’ kambjala għall-aċċettazzjoni jew għall-
ħlas, il-protest, it-talba għal eżemplar ta’ kambjala, kif ukoll l-atti
l-oħra kollha kontra persuna partikolari dwar il-kambjala,
għandhom isiru fil-lok tal-kummerċ ta’ din il-persuna inkella ta’
fejn toqgħod bid-dar.
L-aċċettazzjoni ma 
tistax tintalab nhar 
ta’ Ħadd, eċc. 
Emendat: 
V.1904.9.
225. (1) Il-pussessur ta’ kambjala ma jistax jitlob l-
aċċettazzjoni tagħha, jew il-kunsinna ta’ eżemplar, jew l-
esekuzzjoni ta’ att ieħor dwarha, ħlief f’ġurnata li mhix ġurnata ta’
vakanza pubblika.
(2) Jekk l-aħħar ġurnata li fiha għandha tintalab l-esekuzzjoni
ta’ xi wieħed minn dawn l-atti tkun ġurnata ta’ nhar ta’ Ħadd, jew
ta’ festa kmandata oħra, jew ta’ nhar il-Ġimgħa l-Kbira, jew
ġurnata oħra ta’ vakanza pubblika, it-talba għall-esekuzzjoni
għandha ssir fil-ġurnata ta’ wara li mhix ġurnata ta’ vakanza
pubblika.
(3) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu jgħoddu wkoll għall-
protest.
Meta għandu jsir 
il-protest.
226. (1) Il-protest għal nuqqas ta’ aċċettazzjoni għandu jsir
fil-ġurnata ta’ wara dik li fiha l-kambjala tiġi ippreżentata għall-
aċċettazzjoni.
(2) Il-protest għal nuqqas ta’ ħlas għandu jsir fil-ġurnata ta’
wara dik li fiha l-kambjala tagħlaq.
Il-protest għal 
nuqqas ta’ 
aċċettazzjoni, eċċ., 
ma jeħlisx lill-
pussessur mill-
protest għal nuqqas 
ta’ ħlas.
227. (1) Il-protest għal nuqqas ta’ aċċettazzjoni, jew il-mewt
jew il-falliment ta’ dak li fuqu l-kambjala tkun miġbuda, ma
jeħilsux lill-pussessur mill-protest tal-kambjala għal nuqqas ta ħlas.
(2) Jekk l-aċċettant ifalli qabel ma tagħlaq il-kambjala, il-
pussessur jista’ jipprotesta l-kambjala u jdur kontra min imiss.
  36      KAP. 13. ħ             KODIĊI TAL-KUMMERĊ
Il-pussessur 
għandu jitlob l-
aċċettazzjoni mill-
persuna msemmija 
fuq il-kambjala 
jekk it-trattarju 
jirrifjuta li 
jaċċettaha.
228. Jekk fil-kambjala jkun hemm imsemmija l-persuna għall-
aċċettazzjoni jew għall-ħlas b’intervent, u t-trattarju jirrifjuta li
jaċċettaha, il-pussessur għandu, wara li jipprotesta l-kambjala
kontra t-trattarju, jippreżentaha għall-aċċettazzjoni lill-persuna
msemmija fiha.
Il-pussessur 
għandu jitlob il-
ħlas mingħand l-
aċċettant għall-
unur, eċċ., jekk it-
trattarju jirrifjuta li 
jħallas il-kambjala.
229. Jekk il-persuna li fuqha l-kambjala tkun miġbuda tirrifjuta
li tħallasha, il-pussessur għandu, wara li jipprotesta l-kambjala
kontra tagħha, jippreżentaha għall-ħlas lill-aċċettant għall-unur, u,
f’każ ta’ rifjut ta’ dan ta’ l-aħħar, lil kull persuna oħra msemmija
fil-kambjala għall-aċċettazzjoni jew għall-ħlas tagħha fil-każ ta’
bżonn.
Ir-rifjut ta’ l-
aċċettant għall-
unur, eċċ., għandu 
jiġi mniżżel fil-
protest jew wara. 
230. lr-rifjut, sew ta’ l-aċċettazzjoni kemm tal-ħlas, minn waħda
mill-persuni msemmijin fl-aħħar żewġ artikoli qabel dan, għandu
jiġi msemmi fl-att tal-protest kontra t-trattarju jew wara dak il-
protest.
Il-pussessur ma 
jistax jirrifjuta l-
aċċettazzjoni jew 
il-ħlas għall-unur 
tal-firma.
231. (1) Il-pussessur ta’ kambjala ipprotestata għal nuqqas ta’
aċċettazzjoni jew ta’ ħlas, ma jistax jirrifjuta l-aċċettazzjoni jew il-
ħlas li wieħed joffri li jagħmel b’intervent għall-unur tal-firma tat-
traent jew ta’ xi wieħed mill-ġiranti.
(2) lżda, b’din l-aċċettazzjoni għall-unur tal-firma, ma
jispiċċax għall-pussessur il-jedd għall-garanzija msemmija fl-
artikolu 154.
X’jiswew il-
kelmiet "mingħajr 
protest ".
232. It-talba jew l-ordni li jkun hemm fil-kambjala sabiex din
titraġġa lura mingħajr protest (retour sans protê t), teħles lill-
pussessur mill-obbligu li jipprotesta l-kambjala, iżda ma teħilsux
mill-obbligu li jippreżenta l-kambjala fiż-żmien li jmiss.
Avviż ta’ nuqqas 
ta’ aċċettazzjoni 
jew ta’ ħlas.
233. (1) Il-pussessur ta’ kambjala ipprotestata għal nuqqas ta’
aċċettazzjoni jew ta’ ħlas għandu, mingħajr dewmien, jagħti avviż
bil-miktub ta’ dak in-nuqqas lill-ġirant li jiġi minnufih qablu.
(2) Kull ġirant, meta jirċievi dan l-avviż, għandu, mingħajr
dewmien, jinnotifikah lill-ġirant li jiġi minnufih qablu.
(3) L-avviż imsemmi f’dan l-artikolu għandu jkollu miegħu l-
protest.
Meta fil-ġî ra ma 
jkunx hemm l-
indirizz tal-ġirant.
234. Jekk ġirant idawwar il-kambjala lil ħaddieħor mingħajr ma
jniżżel l-indirizz tiegħu, l-avviż tan-nuqqas ta’ l-aċċettazzjoni jew
tal-ħlas għandu jingħata lill-ġirant li jiġi minnufih qablu.
Meta l-pussessur 
jitlef il-jedd ta’ 
regress.
235. Il-pussessur ta’ kambjala ma jistax, għal nuqqas ta’ ħlas,
idur kontra t-traent jew kontra l-ġiranti - 
(a) jekk il-kambjala ma tkunx ġiet ippreżentata għall-
aċċettazzjoni, meta hu meħtieġ, jew għall-ħlas, lit-
trattarju jew lill-persuni msemmijin fl-artikoli 228 u
229;
(b) jekk il-pussessur jirrifjuta l-aċċettazzjoni jew il-ħlas
mingħand wieħed li ried jindaħal għall-unur tal-firma
tat-traent jew ta’ xi wieħed mill-ġiranti.
 KODIĊI TAL-KUMMERĊ   ġ KAP. 13.        37
Każijiet oħra li 
fihom il-pussessur 
jitlef il-jedd ta’ 
regress.
236. Il-pussessur lanqas ma jkollu jedd idur kontra l-ġiranti jew
kontra t-traent li jkun għamel il-provvista tal-fondi f’idejn it-
trattarju jew f’idejn il-persuni msemmijin fl-artikoli 228 u 229,
jekk hu jkun naqas jagħmel dak li hu meħtieġ skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 226, 230 u 233.
Kif jista’ jiġi 
eżerċitat il-jedd ta’ 
regress.
237. Il-pussessur ta’ kambjala ipprotestata għal nuqqas ta’ ħlas
għandu jedd idur kontra l-obbligati kollha flimkien, jew kontra
wieħed biss jew kontra xi wħud minnhom, mingħajr ma jitlef il-
jedd tiegħu rigward dawk li kontra tagħhom ma jkunx aġixxa, u
huwa mhux obbligat jimxi skond l-ordni tal-ġîr i.
Żmien li fih 
għandu jiġi 
eżerċitat il-jedd ta’ 
regress kontra l-
ġiranti u t-traenti li 
joqogħdu f’Malta.
238. Il-jedd ta’ regress kontra l-ġiranti u t-traenti li jkunu
joqogħdu f’Malta, għal kambjali, ipprotestati għal nuqqas ta’ ħlas,
miġbuda f’Malta u li għandhom jitħallsu band’oħra, għandu jiġi
eżerċitat fiż-żmien -
(a) ta’ tnax-il xahar, jekk il-kambjala kellha titħallas f’lok
fl-Ewropa, fl-Asja Minuri, fis-Sirja, fl-Eġittu, fi Tripli,
f’Tuneż, fl-Alġerija jew fil-Marokk;
(b) ta’ tmintax-il xahar, jekk il-kambjala kellha titħallas
f’kull pajjiż ieħor:
Iżda dawn iż-żminijiet jiġu irduppjati fi żmien ta’ gwerra
fuq il-baħar.
Meta jibda jgħaddi 
ż-żmien.
239. Iż-żminijiet imsemmijin fl-aħħar artikolu qabel dan jibdew
igħoddu - 
(a) għall-pussessur tal-kambjala, minn dak in-nhar tal-
protest għal nuqqas ta’ ħlas;
(b) għal kull wieħed mill-ġiranti minn dak in-nhar li jkun
ġie mitlub lilu l-ħlas, jekk iħallas volontarjament, jew,
jekk le, minn dak in-nhar li tiġi magħmula kontra
tiegħu t-talba ġudizzjarja għall-ħlas.
Telf tal-jedd ta’ 
regress bl-egħluq 
taż-żmien.
240. Wara li jagħlqu ż-żminijiet imsemmijin fl-aħħar żewġ
artikoli qabel dan, il-pussessur u l-ġiranti tal-kambjala jitilfu l-jedd
ta’ regress.
Falliment ta’ 
waħda jew iżjed 
mill-persuni 
obbligati fil-
kambjala.
241. (1) F’każ ta’ falliment ta’ waħda jew iżjed mill-persuni
obbligati fil-kambjala ipprotestata, il-pussessur tagħha jista’ jġib ’il
quddiem it-talba tiegħu għall-ħlas kollu ta’ dak li jkollu jieħu
kontra l-massa ta’ kull wieħed mill-falluti.
(2) Meta jitqassam u jittieħed sehem mill-massa ta’ wieħed
mill-falluti, il-persuni obbligati fil-kambjala, li ma jkunux falluti,
kif ukoll il-massi tal-falluti l-oħra, jiġu meħlusa biss sas-somma
tas-sehem li jkun hekk ittieħed.
Meta l-pussessur 
jaċċetta akkordju 
volontarju.
242. (1) Iżda, jekk il-pussessur tal-kambjala jagħmel akkordju
volontarju mat-traent jew ma’ l-aċċettant, huwa jitlef il-jedd ta’
regress kontra l-ġiranti kollha.
(2) Jekk l-akkordju jsir ma’ wieħed mill-ġiranti, il-pussessur
jitlef il-jedd ta’ regress kontra l-ġiranti kollha ta’ wara iżda jżomm
il-jeddijiet tiegħu kontra l-aċċettant. Huwa jżomm ukoll il-jeddijiet
tiegħu kontra l-ġiranti ta’ qabel u kontra t-traent, jekk dawn il-
  38      KAP. 13. ħ             KODIĊI TAL-KUMMERĊ
ġiranti jew it-traent ma jippruvawx li batew ħsara b’dak l-akkordju,
u kemm-il darba l-pussessur ikun żamm espressament il-jeddijiet
tiegħu kontra tagħhom.
(3) Jekk l-akkordju jiġi magħmul mat-traent, l-aċċettant, jekk
ma tkunx ġiet lilu magħmula l-provvista tal-fondi, jibqa’ meħlus
minn kull ohbligazzjoni.
(4) Jekk, fl-aħħarnett, l-akkordju jkun ġie magħmul
volontarjament ma l-aċċettant, u dan kellu l-provvista ta’ fondi, il-
pussessur jitlef il-jedd ta’ regress kontra t-traent.
Meta l-jedd ta’ 
regress jerġa’ jibda 
jseħħ.
243. Il-jedd ta’ regress jerġa’ jibda jseħħ favur il-pussessur
kontra t-traent jew kontra dak fost il-ġiranti illi, wara li jagħlqu ż-
żminijiet stabbiliti għall-protest, għall-avviż, u għall-eżerċizzju tal-
jedd hawn fuq imsemmi, jirċievi b’akkont, jew b’kumpens, jew
b’kull mod ieħor, il-fondi iddestinati għall-ħlas tal-kambjala.
Min iħallas għandu 
jedd għall-
kunsinna lilu tal-
kambjala.
244. Kull debitur ta’ kambjala għandu jedd, meta jħallas l-
ammont tagħha, flimkien ma’ l-imgħaxijiet u l-ispejjeż inċidentali,
jitlob li l-kambjala tiġi ikkunsinnata lilu bis-saldu fuqha.
L-aċċettazzjoni u l-
ġîri  jiswew ukoll 
jekk il-firma tat-
traent tkun falza.
245. L-aċċettazzjoni u l-ġîri , jekk huma veri, jibqgħu jiswew,
għad li l-firma tat-traent tkun falza jew iffalsifikata.
Jekk il-kambjala 
jkun fiha 
aċċettazzjoni jew 
ġîra  falza.
246. Jekk kambjala jkun fiha aċċettazzjoni jew ġîra  falza jew
iffalsifikata, il-ġiranti kollha u t-traent, li l-firem tagħhom ikunu
veri, jibqgħu obbligati f’dik il-kambjala.
FUQ IL-PROTEST
Il-protest għandu 
jsir b’nutar 
pubbliku.
247. Il-protesti għal nuqqas ta’ aċċettazzjoni jew ta’ ħlas
għandhom isiru b’nutar pubbliku, illi għandu jmur fil-lok fejn il-
persuna, li għandha taċċetta jew tħallas, ikollha l-kummerċ tagħha
jew tkun toqgħod bid-dar, u jitlobha taċċetta l-kambjala jew tħallas
l-ammont tagħha.
Forma tal-protest. 248. (1) L-att ta’ protest għandu jkun fih kopja kelma b’kelma
tal-kambjala, ta’ l-aċċettazzjoni, jekk tkun ġà  ġiet aċċettata, tal-
ġîri,  u ta’ l-ordnijiet mogħtijin fiha, u għandu jkun fih ukoll -
(a) l-isem ta’ dak li favur tiegħu jsir il-protest;
(b) t-talba biex jaċċetta jew biex iħallas, magħmula lil dak
li kontra tiegħu jsir il-protest;
(ċ) il-fatt jekk dak li għandu jaċċetta jew iħallas kienx
preżenti jew assenti;
(d) ir-raġuni tar-rifjut ta’ l-aċċettazzjoni jew tal-ħlas;
(e) id-data li fiha t-talba ġiet magħmula jew tfittxet li tiġi
magħmula iżda bla effett.
(2) Fil-każ ta’ aċċettazzjoni jew ta’ ħlas għall-unur tal-firma,
fil-protest għandu jingħad minn min, għall-unur ta’ min, u b’liema
mod il-kambjala ġiet aċċettata jew imħallsa.
 KODIĊI TAL-KUMMERĊ   ġ KAP. 13.        39
Meta n-nutar ma 
jirnexxilux isib il-
persuna.
249. Meta n-nutar ma jirnexxilux isib lill-persuna li għandha
taċċetta jew tħallas, jew ma jirnexxilux isir jaf jekk din il-persuna
għandhiex lok tal-kummerċ tagħha, jew ma jirnexxilux isib fejn
toqgħod bid-dar, hu għandu jfisser espressament fil-protest li t-
tfittix tiegħu baqa’ bla effett.
Għandu jsir protest 
wieħed biss ukoll 
meta t-talba ssir lil 
diversi persuni.
250. Meta t-talba għall-aċċettazzjoni jew għall-ħlas għandha
ssir lil żewġ persuni jew iżjed, hu biżżejjed li jiġi magħmul att ta’
protest wieħed dwar dik it-talba.
In-nuqqas ta’ 
protest ma jistax 
jissewwa b’mezz 
ieħor.
251. Ebda att ieħor mill-pussessur tal-kambjala ma jista’ jiswa
minflok l-att tal-protest, minbarra l-każijiet imsemmjin fl-artikoli
199, 200, 201 u 202 dwar it-telf tal-kambjali.
FUQ IR-RIKAMBJU
Kif isir.
Tifsir ta’ rivalsa.
jitħallas mingħand it-traent jew mingħand wieħed mill-ġiranti, tal-
kreditu tiegħu bħala pussessur għall-kambjala ipprotestata, skond
id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 256.
Kif hu irregolat ir-
rikambju.
254. Ir-rikambju hu irregolat skond kif ikun sejjer il-kambju tal-
lok fejn tinġibed ir-rivalsa fuq il-lok fejn isir ir-rimborż.
Kont ta’ ritorn.
ritorn".
X’għandu jkun fih 
il-kont.
256. (1) Dan il-kont għandu jikkomprendi -
(a) l-ammont tal-kambjala ipprotestata;
(b) l-ispejjeż tal-protest, u spejjeż leġittimi oħra, bħal
dawk ta’ kummissjoni, ta’ senserija u ta’ postaġġ;
(ċ) l-isem ta’ dak li fuqu tiġi miġbuda r-rivalsa, u r-rata
tal-kambju li bih ġiet innegozjata, iċċertifikat minn
sensal jew minn żewġ kummerċjanti.
(2) Il-kont hawn fuq imsemmi għandu jkollu miegħu l-
kambjala ipprotestata u l-protest.
Meta m’hemmx 
kwotazzjoni ta’ 
kambju bejn il-lok 
fejn issir ir-rivalsa 
u dak li fuqu tiġi 
miġbuda.
257. Meta ma jkunx hemm kwotazzjoni ta’ kambju bejn il-lok
fejn issir ir-rivalsa u l-lok li fuqu tiġi miġbuda, ir-rikambju jinqies
skond kif ikun sejjer il-kambju fl-eqreb lok għal dak li fuqu tiġi
miġbuda r-rivalsa.
Imgħaxijiet.
nuqqas ta’ ħlas, fuq l-ispejjeż tal-protest, u fuq kull spiża leġittima
oħra, jibda għaddej minn dak in-nhar tal-protest.
Ma jistax jintalab 
ħlas fuq rivalsa fin-
nuqqas taċ-
ċertifikat.
259. Ebda ħlas ma jista’ jintalab fuq rivalsa kemm-il darba l-
kont ta’ ritorn ma jkollux miegħu ċ-ċertifikat meħtieġ fl-artikolu
256.
  40      KAP. 13. ħ             KODIĊI TAL-KUMMERĊ
Sub-titolu II
FUQ IL-BILJETTI NEGOZZJABBLI JEW PROMISSORY NOTES, U 
MANDATI JEW CHEQUES FUQ BANKIERA JEW KAXXIERA
Disposizzjonijiet 
dwar il-kambjali li 
jgħoddu għall-
biljetti negozjabbli.
260. Id-disposizzjonijiet li jgħoddu għall-kambjali u li
jirrigwardaw il-ġî ra, l-obbligazzjoni in solidum, l-avall, iż-żmien
ta’ l-iskadenza, il-ħlas, il-ħlas għall-unur, il-protest, id-dmirijiet u
l-jeddijiet tal-pussessur, u r-rikambju, igħoddu għall-biljetti
negozjabbli jew promissory notes.
X’għandu jkun fih 
biljett negozjabbli.
261. (1) Il-biljett negozjabbli jew promissory note għandu
jkun fih id-data, is-somma li għandha titħallas, l-isem tal-persuna li
favur tagħha jew għall-ordni tagħha huwa ffirmat, iż-żmien li fih
għandu jsir il-ħlas, u l-valur mogħti fi flus, f’merkanzija, b’akkont,
jew xort’oħra.
(2) Il-biljett negozjabbli jew promissory note jista’ jkun
miġbud li jitħallas lill-purtatur.
Mandati jew 
cheques.
262. (1) Il-mandati jew cheques fuq bankiera jew kaxxiera
għandu jkun fihom id-data, is-somma li għandha titħallas, u jistgħu
jsiru li jitħallsu lill-persuna msemmija bl-isem, jew għall-ordni
tagħha, jew għall-purtatur.
(2) Huma jitħallsu mal-preżentata tagħhom.
Konsegwenza meta 
tiddawwar il-
preżentata taċ-
cheque.
263. Jekk il-pussessur ta’ cheque jonqos li jsarrfu fi żmien tlitt
ijiem mid-data tiegħu, u, wara dan iż-żmien, il-bankier jew kaxxier
jirrifjuta jħallsu, il-pussessur li jkun irċieva ċ-cheque mingħand
terza persuna ma jistax idur kontra din il-persuna, u lanqas kontra l-
persuna li tkun ġibdet iċ-cheque jekk din tipprova li kellha f’idejn
il-bankier jew kaxxier fondi biżżejjed għall-ħlas ta’ dak iċ-cheque,
u li dawn il-fondi ma ġewx nieqsa bi ħtija tagħha.
Titolu VIII
FUQ IL-KUNTRATT TA’ KONT KURRENT
X’inhu kont 
kurrent.
264. Il-kont kurrent hu kuntratt li bih żewġ persuni jiftiehmu li
r-rimessi ta’ xulxin jiġu mniżżlin f’kont bħala partiti ta’ dejn u ta’
kreditu, bl-obbligu tal-parti li kontra tagħha jinsab bilanċ meta
jingħalaq il-kont li tħallas dak il-bilanċ.
Proprjetà  tar-
rimessi.
265. Kull rimessa li ssir b’esekuzzjoni ta’ dan il-kuntratt titqies
li għaddiet bi proprjetà  assoluta minn dak li għamilha għal dak li
rċeviha.
Partiti ta’ dejn u ta’ 
kreditu.
266. Il-partiti ta’ dejn u ta’ kreditu jitqiesu li huma żewġ
ammonti indiviżibbli:
Iżda, jekk ma jkunx hemm ftehim kuntrarju, jibqa’ sħiħ kull
jedd ta’ azzjoni jew eċċezzjoni dwar l-atti u l-kuntratti li minnhom
ikollha oriġini kull waħda mir-rimessi; u, jekk dawk l-atti jew
kuntratti jiġu annullati, il-partiti li jkollhom x’jaqsmu magħhom
 KODIĊI TAL-KUMMERĊ   ġ KAP. 13.        41
jitneħħew mill-kont.
Jekk kreditu 
iggarantit igħaddi 
fil-kont kurrent.
267. (1) Il-parti li ddaħħal fil-kont kreditu iggarantit b’rahan
jew b’ipoteka għandha jedd tinqeda b’dik il-garanzija għall-ħlas
tal-bilanċ li jinsab favur tagħha.
(2) ld-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu jgħoddu wkoll għall-
kreditu, imgħoddi f’kont kurrent, li jkun iggarantit bl-obbligazzjoni
ta’ garanti jew ta’ kondebitur.
Rimessi ta’ krediti 
magħluqa.
268. (1) Ir-rimessi kollha ta’ krediti magħluqa, tkun liema
tkun l-oriġini tagħhom, jitqiesu mgħoddija f’kont kurrent taħt il-
klawsola "suġġetta għall-inkass".
(2) Jekk dan id-dejn jibqa’ mhux imħallas, min jirċievi r-
rimessa jista’ jagħżel jew li jħassar il-partita minn fuq il-kont
inkella li jaġixxi kontra min għamel ir-rimessa għall-ħlas tad-dejn. 
Mandat ta’ 
sekwestru kontra l-
kurrentista.
269. Il-kreditur ta’ kurrentista jista’ jitlob kontra d-debitur
tiegħu mandat ta’ sekwestru f’idejn il-kurrentista l-ieħor, iżda dan
is-sekwestru jsir jiswa biss meta u jekk jinsab bilanċ finali favur
dan id-debitur fl-egħluq tal-kont.
Id-debitur ma 
jistax igħarraq il-
pożizzjoni tiegħu 
fil-kont kurrent.
270. (1) Id-debitur ma jistax, wara l-esekuzzjoni tas-sekwestru
msemmi fl-aħħar artikolu qabel dan, igħarraq il-kondizzjoni tal-
kreditu tiegħu b’rimessi ġodda:
Iżda r-rimessi li jkollhom titolu minn jedd akkwistat mill-
kurrentista l-ieħor qabel il-ħruġ tas-sekwestru, ma jitqisux li huma
rimessi ġodda.
(2) Il-kurrentista sekwestratarju jista’, wara l-esekuzzjoni tas-
sekwestru, jitlob li jħoll il-kuntratt.
Il-kont jingħalaq 
kull sena.
271. Fin-nuqqas ta’ ftehim xort’oħra, il-kont kurrent jingħalaq
kull sena.
Effetti tal-mewt, 
inkapaċità  jew 
falliment ta’ 
kurrentista.
272. Il-mewt, jew l-inkapaċità  jew il-falliment ta’ kurrentista
wara li jinfetaħ il-kont, ma jwaqqgħux il-kuntratt, jekk il-werriet,
jew ir-rappreżentant, jew il-kurrentista l-ieħor, skond il-każ, ma
jagħżlux li jħollu il-kuntratt bil-mezz ta’ att ġudizzjarju għal dan l-
effetti fi żmien tliet xhur minn dak in-nhar tal-mewt, ta’ l-
inkapaċità  jew tal-falliment.
  42      KAP. 13. ħ             KODIĊI TAL-KUMMERĊ
TAQSIMA II
FUQ IL-KUMMERĊ MARITTIMU U N-NAVIGAZZJONI
Titolu I
FUQ IL-KUNTRATT TA’ NOLEĠĠ
Sub-titolu I
DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI
Kuntratt ta’ 
noleġġ.
273. Il-kuntratt ta’ noleġġ huwa ftehim għall-kiri ta’ bastimenti.
Xorta ta’ noleġġi. 274. In-noleġġ jista’ jsir -
(a) għall-bastiment kollu jew għal biċċa minnu; għal vjaġġ
wieħed jew iżjed;
(b) bil-kolletta, jiġifieri, meta l-kaptan jirċievi merkanzija
separatament minn diversi persuni biex igħabbiha u
jġorrha.
Meta l-kuntratt 
għandu jsir bil-
miktub.
275. Jekk il-bastiment, noleġġat sew jekk kollu jew biċċa
minnu, huwa ta’ purtata ta’ iżjed minn tletin tunnellata, il-kuntratt
ma jiswiex jekk ma jsirx bil-miktub.
Regoli dwar iż-
żmien tat-tagħbija 
u tal-ħatt, jekk ma 
jkunx hemm 
ftehim.
276. Jekk iż-żmien għat-tagħbija jew għall-ħatt ma jkunx
stabbilit fil-ftehim, għandhom jitħarsu r-regoli li ġejjin:
(a) iż-żmien għat-tagħbija jew għall-ħatt f’Malta hu ta’
tmint ijiem, meta l-bastiment hu ta’ purtata ta’ mitt
tunnellata jew anqas; ta’ tnax-il ġumata, meta l-
bastiment hu ta’ purtata ta’ iżjed minn mitt tunnellata
iżda mhux iżjed minn mitejn; ta’ għoxrin ġurnata,
meta l-bastiment hu ta’ purtata ta’ iżjed minn mitejn
tunnellata. Dan iż-żmien jibda jgħodd minn meta l-
kaptan jiddikjara li hu lest biex igħabbi jew iħott.
Il-ġranet imsemmijin f’dan l-artikolu huma
ġranet tax-xogħol waħda wara l-oħra.
(b) F’postijiet barra minn Malta, iż-żmien għat-tagħbija
jew għall-ħatt hu stabbilit mil-liġijiet u l-użu tal-lok
tat-tagħbija jew tal-ħatt, u meta t-tagħbija jew il-ħatt
għandhom isiru f’postijiet diversi, iż-żmien hu
stabbilit mil-liġijiet u l-użu tal-lok fejn titgħabba jew
titħatt l-aħħar biċċa tat-tagħbija.
Meta t-tagħbija jew 
il-ħatt għandħom 
isiru biċċa f’lok u 
l-bqija f’ieħor.
277. Jekk biċċa mit-tagħbija għandha titgħabha jew titħatt f’lok
u l-bqija f’ieħor, iż-żmien meħud fit-traġitt minn lok għal ieħor ma
jiġix magħdud fiż-żmien stabbilit għat-tagħbija jew għall-ħatt.
 KODIĊI TAL-KUMMERĊ   ġ KAP. 13.        43
Meta n-noleġġant 
jagħmel 
dikjarazzjoni mhix 
vera dwar il-
purtata tal-
bastiment.
278. (1) Jekk in-noleġġant jiddikjara li l-bastiment hu ta’
purtata akbar milli jkun, hu jbati tnaqqis proporzjonat tan-nol, u
jwieġeb għad-danni u mgħaxijiet lejn in-noleġġatur.
(2) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu ma jgħoddux meta d-
differenza bejn il-purtata iddikjarata u l-vera ma taqbiżx l-erbgħin
parti tat-tunnellaġġ veru tal-bastiment.
Meta jista’ jintalab 
il-ħlas tan-nol. 
279. Il-ħlas tan-nol jista’ jintalab minnufih wara l-kunsinna tat-
tagħbija.
Minn meta n-nol 
jibda għaddej, 
meta l-bastiment 
hu noleġġat bix-
xahar.
280. (1) Meta l-bastiment hu noleġġat bix-xahar, in-nol jibda
għaddej mill-waqt li jinbeda l-vjaġġ.
(2) Il-vjaġġ jitqies mibdi hekk kif il-bastiment isiefer mil-lok
min fejn beda jgħabbi, jew, jekk isiefer bla tagħbija mil-lok minn
fejn ikun għabba s-saborra.
Ix-xerrej, eċċ., 
għandu joqgħod 
għan-noleġġ ġà  
miftiehem mal-
bejiegħ, eċċ.
281. lx-xerrej ta’ bastiment jew suċċessur ieħor hu marbut bil-
kuntratt ta’ noleġġ magħmul mill-bejjiegħ jew pussessur ieħor ta’
qablu tal-bastiment.
Sub-titolu II
FUQ IL-JEDDIJIET U L-OBBLIGI TAN-NOLEĠĠANT U TAN-
NOLEĠĠATUR
Meta n-noleġġatur 
ma jgħabbi ebda 
biċċa mill-
merkanzija.
282. Jekk in-noleġġatur ma jgħabbi ebda biċċa mill-merkanzija
fiż-żmien miftiehem fil-kuntratt jew stabbilit mil-liġi, in-noleġġant
jista’ jagħżel illi - 
(a) jew jitlob l-indennizz miftiehem fil-kuntratt, inkella,
jekk dan l-indennizz ma jkunx ġie miftiehem,
indennizz bi stima ta’ periti; jew
(b) iħoll il-kuntratt, u jitlob mingħand in-noleġġatur in-
nofs tan-nol; jew
(ċ) wara jumejn min-notifika ta’ protest, jitlaq għall-vjaġġ
mingħajr tagħbija, u, meta jispiċċa l-vjaġġ, jitlob
mingħand in-noleġġatur il-ħlas tan-nol kollu, flimkien
ma’ l-ammont tal-kontrastallija, jekk ikun il-każ, u
ma’ l-ispejjeż tal-protest u ta’ atti oħra li n-noleġġant
kellu jagħmel.
Meta n-noleġġatur 
igħabbi biċċa biss 
mit-tagħbija.
283. Jekk fiż-żmien hawn fuq imsemmi n-noleġġatur ikun
għabba biss biċċa mit-tagħbija, in-noleġġant jista’ jagħżel illi-
(a) jew jitlob l-indennizz imsemmi fl-aħħar artikolu qabel
dan; jew
(b) wara jumejn min-notifika ta’ protest, jitlaq għall-vjaġġ
bil-biċċa tat-tagħbija hekk imgħobbija, u jitlob in-nol,
il-kontrastalliji, u l-ispejjeż, kif jingħad fl-aħħar
artikolu qabel dan.
  44      KAP. 13. ħ             KODIĊI TAL-KUMMERĊ
Kontribuzzjoni 
għall-avarija 
ġenerali meta 
noleġġatur ma 
jgħabbix il-
merkanzija, jew 
igħabbi biss biċċa 
minnha.
284. Jekk matul il-vjaġġ il-bastiment, li jkun siefer mingħajr
tagħbija, jew b’biċċa biss mit-tagħbija ibati avarija li, kieku l-
bastiment kellu tagħbija sħiħa, kienet tagħti lok għal avarija
ġenerali, in-noleġġant jista’ jitlob mingħand in-noleġġatur
kontribuzzjoni fuq il-proporzjon ta’ żewġ terzi tal-merkanzija li
dan ma kienx għabba.
Jekk in-noleġġatur 
jirrinunzja għall-
kuntratt.
285. Jekk in-noleġġatur ma jgħabbi ebda biċċa mit-tagħbija, u
jirrinunzja għall-kuntratt qabel ma jibdew il-ġranet tal-
kontrastalliji, hu għandu jħallas lin-noleġġant in-nofs tan-nol. 
In-noleġġant jista’ 
jgħabbi merkanzija 
oħra flok dik li ma 
tgħabbietx min-
noleġġatur.
286. (1) Meta n-noleġġant għandu jedd jitlaq mingħajr
tagħbija, jew b’biċċa biss mit-tagħbija, hu jista’, biex jiżgura n-nol
u l-kontribuzzjoni fil-każ ta’ avarija ġenerali, igħabbi merkanzija
oħra, ukoll mingħajr il-kunsens tan-noleġġatur.
(2) F’dan il-każ in-noleġġatur oriġinali għandu jedd għall-utli
ta’ dak in-nol, u jiġi meħlus mill-kontribuzzjoni għall-avarija
ġenerali li tkun ġiet imħallsa minn dik il-merkanzija l-oħra.
Meta n-noleġġatur 
igħabbi izjed mill-
miftiehem.
287. Jekk in-noleġġatur igħabbi iżjed milli jkun ġie miftiehem,
hu għandu jħallas in-nol fuq iż-żejjed bir-rata stabbilita għall-
kwantità  miftiehma.
Responsabbiltà  
tan-noleġġant 
f’każ ta’dewmien.
288. Jekk il-bastiment ma jkunx lest, u ma jkunx fi stat li
jgħabbi l-merkanzija fiż-żmien miftiehem, in-noleġġant iwieġeb
għad-danni u l-imgħaxijiet lejn in-noleġġatur.
Meta l-bastiment 
hu noleġġat bil-
kolletta.
289. Meta bastiment hu noleġġat bil-kolletta, il-kaptan għandu
jsiefer ma’ l-ewwel riħ jew ma’ l-ewwel okkażjoni tajba wara li
jagħlaq iż-żmien li fiħ kien miftiehem li l-bastiment għandu jibqa’
taħt tagħbija, jekk bi ftehim mal-karigaturi dan iż-żmien ma jiġix
imġedded.
Jeddijiet ta’ 
karigaturi 
f’kuntratt ta’ 
tagħbija bil-
kolletta.
290. (1) Meta f’kuntratt ta’ tagħbija bil-kolletta l-ġurnata tat-
tluq ma tkunx ġiet miftiehma, kull wieħed mill-karigaturi jista’
jieħu lura l-merkanzija tiegħu mingħajr ma jħallas in-nol, billi
jagħti lura l-poloz ta’ kargu iffirmati mill-kaptan, jew billi jagħti
garanzija għal dawk il-poloz li jkunu ġà  nbagħtu, u billi jħallas l-
ispejjeż kollha tat-tagħbija u tal-ħatt ta’ dik il-merkanzija.
(2) Iżda, jekk, f’kull każ bħal dan, il-bastiment ikollu ġà
abbord iżjed min-nofs it-tagħbija, il-kaptan għandu jsiefer ma’ l-
ewwel riħ jew ma’ l-ewwel okkażjoni tajba, jekk jiġi hekk
imġiegħel bi protest mill-karigaturi li lkoll flimkien ikollhom il-
biċċa l-kbira tat-tagħbija, u għandu jsiefer mhux iżjed tard minn
tmint ijiem minn dak in-nhar tan-notifika ta’ dak il-protest; f’dan
il-każ, ebda wieħed mill-karigaturi ma jista’ jieħu lura l-merkanzija
tiegħu.
Meta l-bastiment 
jiġi arrestat bi ħtija 
tan-noleġġatur, 
eċċ.
291. Jekk bastiment jiġi arrestat fil-waqt tat-tluq, jew matul il-
vjaġġ, jew fil-lok tal-ħatt, b’att jew bi traskuraġni tan-noleġġatur
jew ta’ wieħed mill-karigaturi, dan in-noleġġatur jew karigatur
għandu jħallas lin-noleġġant u lill-karigaturi l-oħra d-danni kollha
u l-imgħaxijiet.
 KODIĊI TAL-KUMMERĊ   ġ KAP. 13.        45
Meta l-bastiment 
jiġi miżmum jew 
jiddewwem bi ħtija 
tan-noleġġant.
292. In-noleġġant iwieġeb għad-danni u l-imgħaxijiet lejn in-
noleġġatur, jekk, b’att jew bi traskuragni tan-noleġġant, il-
bastiment jiġi miżmum jew jiddewwem fit-tluq, jew matul il-vjaġġ,
jew fil-lok tal-ħatt.
Jekk in-noleġġatur 
igħabbi merkanzija 
ipprojbita, eċċ.
293. Jekk, bil-moħbi jew mingħajr il-kunsens tan-noleġġant jew
tal-kaptan, in-noleġġatur jew il-karigatur igħabbi merkanzija li
tagħha hija ipprojbita l-importazzjoni jew l-esportazzjoni, jew, b’xi
att ieħor kontra l-liġi, fil-waqt tat-tagħbija jew tal-ħatt, jagħmel
ħsara lill-bastiment jew lil interessati oħra, huwa fl-obbligu li
jħallas id-danni, u, ukoll jekk il-merkanzija tiġi ikkonfiskata, li
jħallas in-nol kollu, u li jikkontribwixxi għall-avarija ġenerali, jekk
ikun hemm.
Jekk il-bastiment 
ikollu bżonn ta’ 
tiswija.
294. (1) Jekk il-kaptan ikun kostrett matul il-vjaġġ li jagħmel
tiswijiet fil-bastiment, in-noleġġatur jew il-karigatur għandu
jistenna li l-bastiment jissewwa, jekk ma jagħżilx li jieħu lura l-
merkanzija, iżda, f’dan il-każ, għandu jħallas in-nol kollu u
jikkontribwixxi għall-avarija ġenerali, bla ħsara tad-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 324.
(2) Jekk il-bastiment ikun noleġġat bix-xahar, in-nol jibqa’
għaddej fiż-żmien li l-bastiment ikun jissewwa, iżda jekk ikun
noleġġat bil-vjaġġ, ma jkun hemm jedd għal ebda żieda fin-nol.
(3) Jekk il-bastiment ma jkunx jista’ jissewwa, il-kaptan
għandu jinnoleġġa bastiment ieħor jew bastimenti oħra biex iġorru
l-merkanzija għal-lok tad-destinazzjoni.
(4) Jekk il-kaptan ma jsibx jinnoleġġa dan il-bastiment jew
bastimenti oħra fil-lok stess jew f’lok fil-qrib, in-nol għandu
jitħallas fil-proporzjon tal-parti tal-vjaġġ li tkun saret.
(5) Fil-każ imsemmi fis-subartikolu (4) ta’ dan l-artikolu, id-
dmir tal-ġarr tal-merkanzija jaqa’ fuq kull wieħed mill-karigaturi,
iżda n-noleġġant jibqa’ obbligat mhux biss li jgħarrafhom bis-
sitwazzjoni tiegħu, iżda li jagħmel ukoll f’dan iż-żmien dak kollu li
hu meħtieġ għall-konservazzjoni tat-tagħbija.
Jekk il-bastiment 
ma kienx tajjeb 
għall-baħar meta 
siefer.
295. In-noleġġant jitlef in-nol u jwieġeb għad-danni u l-
imgħaxijiet lejn in-noleġġatur, jekk dan jipprova li l-bastiment ma
kienx tajjeb għall-baħar meta siefer.
Meta n-noleġġatur 
jista’ jieħu lura l-
merkanzija matul 
il-vjaġġ.
296. In-noleġġatur jista’ matul il-vjaġġ jieħu lura l-merkanzija
kollha, jew biċċa minnha, basta li ebda ħsara jew dewmien ma jiġu
b’daqshekk ikkaġunati lin-noleġġaturi l-oħra, u li jħallas lill-kaptan
in-nol kollu tal-merkanzija li jieħu lura, kif ukoll is-sehem li jmissu
għall-avarija ġenerali jew indennizz ieħor, jekk ikun hemm lok,
skond iċ-ċirkostanzi, bla ħsara tad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu
324.
Jekk it-tagħbija ma 
tkunx tista’ tibqa’ 
tinġarr.
297. Jekk, matul il-vjagġ, it-tagħbija, minħabba xi aċċident tal-
baħar, issir li ma tkunx tista’ aktar tinġarr bil-baħar, in-noleġġatur
jista’ jeħodha lura billi jħallas in-nol fil-proporzjon tal-parti tal-
vjaġġ li tkun saret; iżda, jekk it-tagħbija ma tkunx tista’ hekk
tissokta tinġarr bil-baħar minħabba difett fiha nfisha, in-noleġġatur,
jekk jeħodha lura, għandu jħallas in-nol kollu.
  46      KAP. 13. ħ             KODIĊI TAL-KUMMERĊ
Nol tal-merkanzija 
mibjugħa matul il-
vjaġġ.
298. In-nol tal-merkanzija li l-kaptan ikun kostrett ibiegħ matul
il-vjaġġ biex isewwi l-bastiment, jew biex jixtri qlugħ, ħbula jew
armar ieħor, jew proviżjonijiet, għandu jitħallas kollu, jekk il-
bastiment jasal salv fil-port, jew fil-proporzjon tal-parti tal-vjaġġ li
tkun saret, jekk il-bastiment jegħreq.
Nol tal-merkanzija 
mitfugħa l-baħar.
299. In-nol tal-merkanzija mitfugħa l-baħar għas-salvazzjoni
komuni, jitħallas b’kontribuzzjoni bħala avarija ġenerali.
Ma jitħallasx nol 
għall-merkanzija li 
tintilef bil-għarqa 
tal-bastiment, eċċ.
300. Ma jitħallas ebda nol għall-merkanzija li tintilef minħabba
li l-bastiment jegħreq, jew imur l-art, jew minħabba forza maġġuri
oħra, u n-noleġġant għandu jrodd in-nol li jkun tħallas lilu bil-
quddiem.
In-nol għandu 
jitħallas jekk il-
merkanzija tiġi 
salvata.
301. (1) Jekk il-merkanzija tiġi salvata mill-għarqa jew
diżastru ieħor, in-nol għandu jitħallas lin-noleġġant sal-lok tad-
diżastru.
(2) Għandu jitħallas in-nol kollu jekk il-merkanzija titwassal
sal-lok tad-destinazzjoni.
Ma jitħallasx jekk 
tiġi salvata 
mingħajr il-
għajnuna tal- 
kaptan.
302. Ma għandu jitħallas ebda nol għal dik il-merkanzija li tkun
parti mit-tagħbija, li tiġi salvata fil-baħar jew fuq xatt il-baħar,
mingħajr il-għajnuna tal-kaptan.
Ħatt tat-tagħbija. 303. Wara li jgħaddi ż-żmien miftiehem fil-kuntratt, jew
stabbilit mil-liġi għall-ħatt, in-noleġġant jew il-kaptan jista’
jġiegħel lin-noleġġatur, jew lill-persuna li lilha tkun mibgħuta t-
tagħbija, biex jibda jħott it-tagħbija minn fuq il-bastiment, u biex
iħallas in-nol u l-avarija.
Meta n-noleġġant 
jew il-kaptan jista’ 
jħott u jiddepożita 
l-merkanzija.
304. Jekk, wara li jgħaddu l-granet ta’ l-istallija, tinqala’
kwistjoni dwar il-ħatt tal-merkanzija, in-noleġġant jew il-kaptan
jista’ jħott il-merkanzija, u jqegħdha b’depożitu f’idejn terza
persuna, bla ħsara tal-jedd tiegħu fuq dik il-merkanzija.
Il-kaptan ma jistax 
iżomm il-
merkanzija abbord.
305. (1) In-noleġġant jew il-kaptan ma jistax iżomm il-
merkanzija fuq il-bastiment minħabba li ma jkunx tħallas in-nol, l-
avarija ġenerali, u spejjeż oħra.
(2) lżda, in-noleġġant jew il-kaptan jista’ jqiegħed il-
merkanzija b’depożitu f’idejn terza persuna sakemm isir il-ħlas tas-
somma li jkollu jieħu, u jista’, jekk il-merkanzija tkun ta’ xorta li
tista’ titħassar, jitlob il-bejgħ tagħha.
(3) Jekk l-avarija ġenerali ma tkunx tista’ tiġi illikwidata
malajr, jista’ jintalab id-depożitu ġuddizzjarju ta’ somma li tiġi
stabbilita mill-qorti.
Meta l-kaptan jitlef 
il-jedd tiegħu 
kontra n-
noleġġatur jew il-
karigatur.
306. Jekk il-kaptan iħott il-merkanzija mingħajr ma jieħu l-ħlas
tan-nol, ta’ l-avarija, jew ta’ spejjeż oħra, jew mingħajr ma jieħu
dawk il-prekawzjonijiet li għalihom ikollu jedd skond il-liġijiet tal-
lok tal-ħatt, jitlef il-jedd tiegħu kontra n-noleġġatur jew il-
karigatur, jekk dak in-noleġġatur jew karigatur jipprova li hu ħallas
l-ammont tan-nol, ta’ l-avarija u ta’ l-ispejjeż lill-persuna li irċeviet
il-merkanzija, jew li ma jistax, billi dik il-persuna tkun falliet, jieħu
lura dak l-ammont.
 KODIĊI TAL-KUMMERĊ   ġ KAP. 13.        47
Jekk il-
kunsinnatarju 
jirrifjuta li jirċievi 
l-merkanzija.
307. Jekk il-kunsinnatarju jirrifjuta li jirċievi l-merkanzija, in-
noleġġant jew il-kaptan jista’ jitlob il-bejgħ ta’ dik il-kwantità  ta’
merkanzija li tkun meħtieġa għall-ħlas tan-nol, avariji u spejjeż
oħra, bla ħsara, li jista’ jdur kontra n-noleġġaturi jew karigaturi
jekk id-dħul mill-bejgħ ma jkunx biżżejjed.
Fil-privileġġ għan-
nol jidħlu wkoll l-
avariji u spejjeż 
oħra.
Kap. 16.
308. (1) Fil-privileġġ speċjali li, taħt id-disposizzjonijiet tal-
paragrafu (ċ) ta’ l-artikolu 2009 tal-Kodiċi Ċivili, imiss lin-
noleġġant jew lill-kaptan għall-ħlas tan-nol, jidħlu wkoll il-
kontribuzzjonijiet għall-avariji u spejjeż oħra.
(2) lżda, dan il-privileġġ, sew dwar in-nol kemm dwar l-avariji
u spejjeż oħra, jispiċċa wara ħmistax-il ġurnata mill-kunsinna tal-
merkanzija, għalkemm din il-merkanzija tkun għad ma għaddietx
f’idejn terzi.
Meta l-merkanzija 
għandba tingħadd, 
eċċ.
309. Meta n-nol hu miftiehem fuq il-għadd, fuq il-kejl, jew fuq
l-użin tal-merkanzija li għandha tinġarr, in-noleġġant għandu jedd
jitlob li l-merkanzija tiġi magħduda, imkejla, jew miżuna waqt il-
ħatt.
In-noleġġatur jew 
karigatur ma jistax 
jitlob tnaqqis tan-
nol.
310. F’ebda każ in-noleġġatur jew il-karigatur ma jista’ jitlob it-
tnaqqis tan-nol.
Meta l-karigatur 
jista’ jabbanduna l-
merkanzija għan-
nol.
311. Il-karigatur ma jistax jabbanduna għall-ħlas tan-nol il-
merkanzija li tkun naqset fil-prezz jew li tkun tħassret b’difett
tagħha nfisha jew b’aċċident. Iżda, jekk btieti ta’ nbid, żejt, għasel,
jew likwidi oħra jkunu hekk nixxew li jsiru vojta jew kważi, dawn
il-btieti jistgħu jiġu abbandunati għan-nol.
Sub-titolu III
FUQ KIF JINĦALLU L-KUNTRATTI TA’ NOLEĠĠ
Meta l-kuntratt ta’ 
noleġġ jinħall ipso 
jure.
312. (1) ll-kuntratt ta’ noleġġ jinħall ipso jure, mingħajr ma l-
partijiet jistgħu jitolbu nol jew indennizz, meta jinsab li hemm,
qabel it-tluq tal-bastiment, xi waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin:
(a) jekk it-tluq tal-bastiment ikun miżmum minn forza
maġġuri;
(b) jekk l-esportazzjoni mil-lok tat-tluq tal-merkanzija
kollha jew ta’ parti mill-merkanzija li tkun imdaħħla
fl-istess kuntratt ta’ noleġġ, hija ipprojbita, jew jekk l-
importazzjoni tagħha hija ipprojbita fil-lok tad-
destinazzjoni;
(ċ) jekk il-kummerċ mal-pajjiż għal fejn hu iddestinat il-
bastiment huwa ipprojbit.
(2) F’kull każ bħal dan l-ispejjeż tat-tagħbija u tal-ħatt jibqgħu
fuq in-noleġġatur.
Meta tinqala’ 
gwerra.
313. (1) Il-kuntratt ta’ noleġġ jista’ jinħall fuq talba ta’ waħda
mill-partijiet jekk, qabel il-bidu tal-vjaġġ, tinqala’ gwerra, li
minħabba fiha l-bastiment jew it-tagħbija, jew il-wieħed u l-oħra,
  48      KAP. 13. ħ             KODIĊI TAL-KUMMERĊ
ma jibqgħux jitqiesu bħala proprjetà  newtrali.
(2) Jekk la l-bastiment u lanqas it-tagħbija ma jkunu liberi, in-
noleġġant u n-noleġġatur ma jistgħux jitolbu kumpens wieħed
mingħand l-ieħor, iżda n-noleġġatur ibati l-ispejjeż tat-tagħbija u
tal-ħatt.
(3) Jekk it-tagħbija biss ma tkunx libera, in-noleġġatur għandu
jħallas lin-noleġġant l-ispejjeż kollha meħtieġa biex ilesti l-
bastiment għas-safar, għall-pagi u għall-manteniment ta’ l-
ekwipaġġ sa dak in-nhar li ssir it-talba għall-ħalla tal-kuntratt, jew,
jekk il-merkanzija tkun ġà  abbord, sa dak in-nhar tal-ħatt.
(4) Jekk il-bastiment biss ma jkunx liberu, l-ispejjeż kollha tat-
tagħbija u tal-ħatt ibatihom in-noleġġant.
In-noleġġant 
iżomm sħiħ il-jedd 
tal-kontrastallija u 
avarija. 
314. Fil-każijiet imsemmijin fl-aħħar żewġ artikoli qabel dan,
in-noleġġant iżomm sħaħ il-jeddijiet tiegħu għall-ġranet ta’
kontrastallija u għall-avarija ġenerali, jekk ikun hemm.
Jekk il-bastiment 
hu noleġġat għal 
iżjed minn post 
wieħed ta’ 
destinazzjoni u 
tinqala’ gwerra 
qabel it-tmiem 
tal-vjaġġ.
315. Jekk il-bastiment, noleġġat għal iżjed minn post wieħed ta’
destinazzjoni, wara li jispiċċa vjaġġ wieħed, jinsab fil-port li minnu
għandu jitlaq għal vjaġġ ieħor, u tinqala’ gwerra qabel ma jitlaq
għal dan il-vjaġġ l-ieħor, għandhom jitħarsu dawn ir-regoli li
ġejjin:
(a) jekk la l-bastiment u lanqas it-tagħbija ma jkunu
liberi- 
il-bastiment għandu jibqa’ fil-port sakemm issir
il-paċi jew sakemm ikun jista’ jitlaq taħt skorta,
jew b’mod ieħor żgur, jew sakemm jiġi mibgħut
ordni ġdid lill-kaptan mis-sidien tal-bastiment u
tat-tagħbija, 
jekk il-bastiment ikun imgħobbi, il-kaptan jista’
jiddepożita l-merkanzija f’maħżen jew f’lok
ieħor żgur, sakemm il-vjaġġ jista’ jissokta jew
sakemm jittieħdu passi oħra,
il-pagi tal-baħrin u l-ispejjeż tal-manteniment ta’
l-ekwipaġġ, il-kera ta’ l-imħażen u kull spiża
oħra ikkaġunata bid-dewmien jitbatew, bħala
avarija ġenerali, min-noleġġatur u min-
noleġġant,
jekk il-bastiment ma jkunx imgħobbi, in-
noleġgatur ibati żewġ terzi ta’ l-ispejjeż;
(b) jekk il-bastiment biss ma jkunx liberu -
il-kuntratt tal-vjaġġ miftiehem jiġi maħlul fuq
talba tan-noleġġant,
jekk il-bastiment ikun imgħobbi, in-noleġġant
jew il-kaptan għandu jħallas l-ispejjeż tat-
tagħbija u tal-ħatt, u ma jistax jitlob ħlief in-nol
fil-proporzjon tal-vjaġġi li jkunu ġà  saru, tal-
kontrastallija, u ta’ l-avarija ġenerali;
(ċ) jekk it-tagħbija biss ma tkunx libera, u n-noleġġatur
ma jagħmilx tagħbija xort’oħra, il-kaptan jista’ jitlaq
 KODIĊI TAL-KUMMERĊ   ġ KAP. 13.        49
mingħajr tagħbija, u jispiċċa l-vjaġġ li għalih ikun
telaq. F’dan il-każ, in-noleġġant jew il-kaptan, wara li
jispiċċa l-vjaġġ, għandu jedd għan-nol kollu, u
jgħoddu wkoll id-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 284 u
286:
Iżda n-noleġġant jew il-kaptan għandu, fl-assenza
tan-noleġġatur, jagħmel ħiltu kif jiħtieġ sabiex ifittex
tagħbija minn persuni oħra.
Jekk il-gwerra 
tinqala’ qabel ma l-
bastiment jasal jew 
meta jasal fil-post 
tat-tagħbija.
316. (1) Meta l-bastiment jiġi noleġġat vojt għal port ieħor, u
biex jiġi hemm imgħobbi għal vjaġġ, il-kuntratt jinħall jekk, waqt li
l-bastiment ikun sejjer lejn il-lok tat-tagħbija, jew ikun wasal fil-
lok tat-tagħbija, tinqala’ gwerra li minħabba fiha ma jkunx jista’
jissokta l-vjaġġ; u ebda waħda mill-partijiet ma jkollha jedd għal
kumpens, kemm-il darba l-impediment ikun għall-bastiment biss,
inkella għall-bastiment u għat-tagħbija flimkien.
(2) Jekk, għall-kuntrarju, il-bastiment ikun liberu, iżda mhux
it-tagħbija, in-noleġġatur għandu jħallas nofs in-nol miftiehem.
Projbizzjoni ta’ 
kummerċ. 
317. Jekk, waqt li l-bastiment ikun fil-vjaġġ, il-kummerċ mal-
pajjiż li għalih il-bastiment ikun telaq jiġi ipprojbit, u l-bastiment
ikollu jerġa’ lura bit-tagħbija, in-nol jitħallas għall-vjaġġ tal-
mawra biss, għalkemm il-bastiment ikun ġie noleġġat biex imur u
jerġa’ lura.
Embargo.
maġġuri, il-vjaġġ ta’ bastiment jiġi sospiż għal xi żmien jew qabel
it-tluq tal-bastiment jew matul il-vjaġġ, mingħajr ebda ħtija tal-
kaptan, tas-sid, jew tan-noleġġatur, il-ftehim jibqa’ jseħħ, u ebda
waħda mill-partijiet ma jkollha jedd ta’ indennizz għal dewmien.
(2) In-nol għandu jitħallas ukoll għaz-żmien li l-bastiment
idum miżmum, jekk in-noleġġ ikun bix-xahar; iżda m’għandha
titħallas ebda żieda ta’ nol jekk il-bastiment ikun noleġġat bil-
vjaġġ.
(3) Il-karigatur jista’, fi żmien l-impediment, iħott il-
merkanzija bi spejjeż tiegħu, bil-kondizzjoni li jerġa’ jgħabbiha
jew li jindennizza lin-noleġġant jew lill-kaptan.
Imblokk.
il-kaptan għandu, jekk ma jirċevix ordni xort’oħra, jitlaq lejn xi
wieħed mill-portijiet qrib ta’ l-istess Stat, fejn ikun hemm permess
li jidħol.
Noleġġ bil-
kolletta.
320. Ir-regoli kollha taħt dan is-sub-titolu jgħoddu għall-
kuntratt ta’ noleġġ bil-kolletta.
Sub-titolu IV
FUQ IL-POLOZ TA’ KARGU
Polza ta’ kargu.
  50      KAP. 13. ħ             KODIĊI TAL-KUMMERĊ
mogħtija lill-karigatur, u duplikat tagħha għandu jkun iffirmat mill-
karigatur, u mgħoti lill-kaptan.
Kif issir u kif tista’ 
tiġi ittrasferita.
322. (1) Il-polza ta’ kargu tista’ tkun għall-ordni jew għall-
purtatur jew għal persuna msemmija fiha.
(2) Il-polza ta’ kargu tista’ tiġi ittrasferita b’ġî ra wkoll in
bjank.
Kopji tal-polza ta’ 
kargu.
323. Il-kaptan għandu jagħti tant kopji ta’ polza ta’ kargu daqs
kemm jitlob in-noleġġatur jew il-karigatur.
Il-merkanzija ma 
tistax tiġi rtirata 
mingħajr il-poloz.
324. (1) In-noleġġaturi jew il-karigaturi ma jistgħux jirtiraw
il-merkanzija ġà  mgħobbija mingħajr ma jagħtu lura lill-kaptan il-
poloz li jkunu rċevew għal dik il-merkanzija.
(2) Jekk tkun ġiet mibgħuta polza ta’ kargu waħda jew ikunu
ġew mibgħuta iżjed minn waħda, in-noleġġaturi jew il-karigaturi
ma jistgħux jirtiraw il-merkanzija mingħajr ma jagħtu garanzija
biżżejjed biex tagħmel tajjeb għall-konsegwenzi li jistgħu jġibu dik
il-polza jew dawk il-poloz mibgħuta, u bl-obbligu, fil-każijiet
kollha, li jħallsu n-nol kollu, l-ispejjeż tal-ħatt, u dawk ikkaġunati
bit-tqanqil tat-tagħbija li tifdal, bla ħsara ta’ l-artikolu 290, jew ta’
disposizzjonijiet oħra tal-liġi.
Favur u kontra min 
tagħmel prova l-
polza ta’ kargu.
325. Il-polza ta’ kargu tagħmel prova bejn il-partijiet kollha
interessati fit-tagħbija, kif ukoll bejniethom u l-assiguraturi, bla
ħsara tal-prova kuntrarja.
Jekk ikun hemm 
differenza bejn il-
poloz ta’ l-istess 
tagħbija.
326. Jekk il-poloz ta’ l-istess tagħbija ma jkunux jaqblu waħda
ma’ l-oħra, dik li tkun f’idejn il-kaptan tagħmel prova, jekk tkun
ġiet mimlija mill-karigatur jew mill-aġent tiegħu; u dik li tiġi
ippreżentata mill-karigatur jew mid-destinatarju tagħmel prova,
jekk tkun ġiet mimlija mill-kaptan.
L-aġent jew id-
destinatarju 
għandu jagħti 
irċevuta.
327. L-aġent jew id-destinatarju meta jirċievi l-merkanzija
msemmija fil-polza ta’ kargu jew fil-kuntratt tan-noleġġ, għandu
jagħti lill-kaptan irċevuta ta’ dik il-merkanzija, taħt piena li jħallas
l-ispejjeż, id-danni u l-imgħaxijiet kollha, magħduda dawk
ikkaġunati bid-dewmien.
Sub-titolu V
FUQ IL-PASSIĠĠIERI
Jekk il-passiġġier 
ma jitlax abbord 
fiż-żmien stabbilit.
328. Jekk il-passiġġier ma jitlax abbord, jew, mingħajr il-
permess tal-kaptan, jitbiegħed mill-bastiment fil-ħin stabbilit għat-
tluq, il-kaptan jista’ jsiefer u jieħu l-ammont kollu tal-passaġġ. 
Il-passiġġier ma 
jistax jittrasferixxi 
l-jedd tiegħu.
329. Il-passiġġier ma jistax, mingħajr il-kunsens tal-kaptan,
jittrasferixxi lil ħaddieħor il-jedd li jagħtih il-kuntratt.
Jekk il-passiġġier 
imut qabel ma 
jibda l-vjaġġ.
330. (1) Jekk il-passiġġier imut qabel ma jibda l-vjaġġ,
jitħallas nofs il-passaġġ biss.
(2) F’dan il-każ l-ispejjeż tal-manteniment, jekk ikunu
mdaħħlin fil-passaġġ miftiehem, jiġu mnaqqsin minnu.
 KODIĊI TAL-KUMMERĊ   ġ KAP. 13.        51
Jekk il-vjaġġ ma 
jissoktax.
331. (1) Jekk il-vjagġ tal-bastiment ma jissoktax jew jiġi
sospiż, jew qabel it-tluq jew matul il-vjaġġ, minħabba forza
maġġuri, jew minħabba ħaġa oħra li ma tiddependix mill-kaptan, il-
passiġġier u l-kaptan jibqgħu maħlula mill-obbligi lejn xulxin, u
ebda wieħed minnhom ma jista’ jitlob kumpens mingħand l-ieħor.
(2) Iżda, jekk il-vjaġġ ma jissoktax wara li jibda, il-passiġġieri
għandhom iħallsu l-passaġġ fil-proporzjon tal-parti tal-vjaġġ li
tkun saret.
Il-passiġġier 
għandu jedd għall-
manteniment 
sakemm il-
bastiment 
jissewwa.
332. Jekk fil-każ ta’ l-artikolu 294, il-passiġġier ikun irid
jistenna sakemm il-bastiment jissewwa, il-manteniment tal-
passiġġier, matul dan iz-żmien, ikun a karigu tal-kaptan kemm-il
darba dan ikun obbliga ruħu li jagħti l-manteniment matul il-vjaġġ.
Il-passiġġieri 
għandhom jobdu l-
ordnijiet tal-
kaptan.
333. Il-passiġġieri għandħom jobdu l-ordnijiet tal-kaptan f’dak
kollu li għandu x’jaqsam mal-bon ordni abbord.
Il-kaptan 
m’għandux ibiddel 
ir-rotta fuq talba 
tal-passiġġier.
334. Il-kaptan la huwa obbligat, u lanqas ma jista’, jidħol f’port
jew jieqaf matul il-vjaġġ, fuq talba jew għall-vantaġġ ta’
passiġġier. 
Manteniment tal-
passiġġieri.
335. Il-passiġġier għandu, jekk ma jkunx hemm ftehim
xort’oħra, jaħseb għall-manteniment tiegħu nnifsu; iżda l-kaptan
għandu, jekk mitlub, jipprovdi lill-passiġġieri, bi prezz xieraq, bil-
proviżjonijiet meħtieġa.
Ħwejjeg il-
passiġġieri f’każ 
ta’ mewt.
336. Jekk passiġġier imut matul il-vjaġġ, il-kaptan għandu jieħu
ħsieb jerfa’ kull ma jkollu abbord il-passiġgier li jmut.
Il-kaptan għandu 
jedd iżomm f’idejh 
il-proprjetà  tal-
passiġġieri.
Kap. 16
337. Il-kaptan għandu jedd iżomm f’idejħ għall-ħlas tal-passaġġ
u tal-manteniment, kull ħaġa li l-passiġġier itella’ abbord, u dan
barra l-privileġġ speċjali li huwa għandu bħall-kredituri msemmijin
fil-paragrafu (b) ta’ l-artikolu 2009 tal-Kodiċi Ċivili.
Titolu II
FUQ IL-KUNTRATTI TA’ SELF B’KAMBJU MARITTIMU
L-artikoli minn 338 sa 360 imħassra: XXXVII. 1988.41.
  52      KAP. 13. ħ             KODIĊI TAL-KUMMERĊ
Titolu III
FUQ L-ASSIGURAZZJONI MARITTIMA
Sub-Titolu I
FUQ IL-KUNTRATT TA’ ASSIGURAZZJONI MARITTIMA
Il-kuntratt ta’ 
assigurazzjoni 
marittima għandu 
jsir bil-miktub.
361. (1) Il-kuntratti ta’ assigurazzjoni marittima għandhom
isiru bil-miktub, taħt piena ta’ nullità .
(2) Huma jistgħu jsiru b’kitba privata, li tissejjaħ polza. Fil-
polza m’għandu jitħalla ebda vojt.
(3) Il-kuntratt għandu jkun fih id-data tal-ġurnata li fiha ġie
iffirmat, u jekk ġiex magħmul qabel jew wara nofs inhar. 
Kuntratt wieħed 
jista’ jkun fih iżjed 
minn 
assigurazzjoni 
waħda.
362. (l) Kuntratt wieħed jista’ jkun fih iżjed minn
assigurazzjoni waħda, sew dwar l-oġġetti assigurati, minn
assigurazzjoni waħda, sew dwar l-oġġetti assigurati, sew dwar l-
ammont tal-premju, kemm ukoll dwar id-diversi assiguraturi.
(2) Jekk bl-istess kuntratt oġġetti, ukoll jekk mhux ta’ l-istess
speċi, imgħobbija fuq l-istess bastiment, jiġu assigurati għal
persuna waħda biss, jitqies li saret assigurazzjoni waħda biss.
(3) Jekk l-assiguraturi jkunu tnejn jew iżjed, u huma ma
jiffirmawx il-kuntratt fl-istess żmien, kull wieħed minnhom
għandu, qabel ma jiffirma, iniżżel id-data u l-ħin li fihom ikun
iffirma.
Trasferiment b’ 
ġîra.
363. Il-polza tista’ tiġi ittrasferita b’ġî ra.
Oġġetti li jistgħu 
jiġu assigurati.
364. (1) L-assigurazzjoni tista’ ssir fuq il-korp tal-bastiment,
imgħobbi jew vojt, armat jew żarmat, li jsiefer waħdu jew ma’
oħrajn; fuq l-armar u l-għodda; fuq l-armament; fuq il-proviżjon;
fuq dak kollu li jkun intefaq għall-bastiment sa dak in-nhar tat-tluq;
fuq is-somom mislufa b’kambju marittimu u l-imgħaxijiet
tagħhom; fuq il-tagħbija; fuq il-qligħ mistenni; fuq in-nol
miftiehem; u fuq kull ħaġ’oħra li tista’ tiġi stmata fi flus, u li tista’
tkun suġġetta għar-riskju tan-navigazzjoni.
(2) Fl-assigurazzioni tal-bastiment, mingħajr tifsir ieħor, jidħlu
l-korp tal-bastiment, l-armar u l-għodda, u l-armament.
Meta u għal liema 
żmien tista’ ssir l-
assigurazzjoni.
365. (1) L-assigurazzjoni tista’ ssir fuq l-oġġetti kollha hawn
fuq imsemmija jew fuq biċċa minnhom, kollha f’daqqa, jew kull
oġġett għalih.
(2) Tista’ ssir fi żmien il-paċi jew fi żmien gwerra, qabel jew
matul il-vjaġġ tal-bastiment.
(3) Tista’ ssir għall-vjaġġ ta’ ’l hemm u lura, jew biss għal
wieħed mit-tnejn; għall-vjaġġ kollu jew għal żmien limitat; għal
vjaġġ partikolari u flimkien għal żmien limitat; għall-vjaġġi u
trasporti kollha bil-baħar, fi xmajjar jew kanali navigabbli.
Kemm idum ir-
riskju.
366. Jekk sew il-vjaġġ kemm iż-żmien huma msemmija fil-
 KODIĊI TAL-KUMMERĊ   ġ KAP. 13.        53
kuntratt ta’ l-assigurazzjoni, l-assiguratur jieħu r-riskju tal-vjaġġ
kollu. Jekk il-vjaġġ idum iżjed miż-żmien limitat, il-premju jikber
fil-proporzjon li jdum iżjed. Jekk il-vjaġġ jispiċċa fi żmien iqsar
minn dak stabbilit, il-premju miftiehem ma jista’ jitnaqqas bl-ebda
mod.
Merkanzija 
assigurata fuq 
bastiment mhux 
magħruf mill-
assigurat.
367. Jekk l-assigurat ma jkunx jaf fuq liema bastiment hija
mgħobbija l-merkanzija, din il-merkanzija tista’ tiġi assigurata
bħala mgħobbija fuq bastiment mhux magħruf mill-assigurat. 
Meta l-ispeċi tal-
merkanzija mhix 
iddikjarata fil- 
kuntratt.
368. Jekk ix-xorta jew l-ispeċi tal-merkanzija ma tkunx
imsemmija fil-kuntratt, il-merkanzija tista’ tiġi assigurata taħt l-
isem ġenerali ta’ merkanzija; iżda f’din l-assigurazzjoni ma jidħlux
il-flus tad-deheb jew tal-fidda, jew il-virgi jew il-bċejjeċ tad-deheb
jew tal-fidda, jew id-djamanti, il-ġawhar, l-oġġetti tad-deheb, jew
il-munizzjonijiet ta’ gwerra.
Merkanzija stmata 
b’munita stanġiera.
369. Jekk il-valur tal-ħaġa assigurata hu stabbilit fil-kuntratt
b’munita stranġiera, hu għandu jiġi meqjus fuq il-valur ta’ dik il-
munita stranġiera f’Malta, kif ikun miexi l-kambju fiz-żmien li jsir
il-kuntratt.
Kif jiġi ippruvat il-
valur tal-
merkanzija.
370. Jekk il-valur tal-merkanzija ma jkunx stabbilit fil-kuntratt,
dan il-valur jista’ jiġi ippruvat bil-fatturi u bil-kotba: fin-nuqqas ta’
dawn, il-merkanzja tiġi stmata fuq il-prezz tas-suq fiż-żmien u fil-
lok tat-tagħbija, kompriżi d-drittijiet kollha li tħallsu u l-ispejjeż li
saru saż-żmien tat-tagħbija tal-merkanzija.
Kif jiġi ippruvat il-
qligħ mistenni.
371. ll-qligħ mistenni jiġi ippruvat bil-listi tal-prezzijiet
kurrenti, jew, fin-nuqqas ta’ dawn il-listi, b’mezzi oħra li juru l-
qligħ li raġonevolment seta’ jsir kieku l-merkanzija assigurata
waslet fil-lok ta’ destinazzjoni wara vjaġġ mingħajr aċċidenti.
Meta l-qligħ huwa 
anqas mis-somma 
iddikjarata mill-
assigurat.
372. Jekk b’dawn il-listi tal-prezzijiet kurrenti, jew b’mezzi
oħra, jiġi ippruvat li, kieku l-merkanzija waslet, il-qligħ kien ikun
anqas mis-somma iddikjarata fil-kuntratt mill-assigurat, l-
assiguratur jiġi meħlus bil-ħlas ta’ dik is-somma anqas. Jekk l-
oġġetti assigurati ma kienu jagħtu ebda qligħ, l-assiguratur ma
jkollu jagħti xejn.
Kif jiġi ippruvat l-
ammont tan-nol.
373. (1) L-ammont tan-nol jiġi ippruvat bil-kuntratti ta’
noleġġ, jew bil-poloz ta’ kargu.
(2) Fin-nuqqas ta’ dawn il-provi, u kwantu għall-merkanzija li
tkun tas-sidien infishom tal-bastiment, l-ammont tan-nol jiġi
illikwidat minn periti.
Żmien tar-riskju.
ta’ l-assigurazzjoni, dan ir-riskju jibda u jispiċċa kif jingħad fl-
artikolu 355.
Żmien tar-riskju 
dwar il-
merkanzija,
375. Meta tiġi assigurata merkanzija, iż-żmien tar-riskju jimxi
bla ma jieqaf, ukoll jekk, wara li l-bastiment ikun ta fond f’port
intermedju, il-kaptan kien kostrett iħott it-tagħbija sabiex isewwi l-
bastiment; iżda ż-żmien tar-risku jispiċċa jekk il-vjaġġ jiġi
mwaqqaf legalment, jew jekk l-assigurat ikun ta ordni biex il-
merkanzija ma terġax titgħabba, jew, fl-aħħarnett, malli l-vjaġġ jiġi
mitmum.
  54      KAP. 13. ħ             KODIĊI TAL-KUMMERĊ
dwar in-nol, 376. Ir-riskju għan-nol assigurat jibda, għall-assiguratur, kif u
meta titgħabba l-merkanzija li tikkontribwixxi għan-nol, u jispiċċa
meta l-merkanzija tinħatt l-art.
dwar assiguraturi 
ta’ self b’kambju 
marittimu, 
377. Ir-riskju ta’ l-assiguraturi ta’ somom mislufa b’kambju
marittimu, jibda u jispiċċa flimkien mal-bidu u mat-tmiem tar-
riskju tal-kambjant, skond il-liġi, u skond dawk il-pattijiet li jkunu
ġew innotifikali lill-assiguratur.
dwar qligħ 
mistenni.
378. Iż-żmien li fih jibda u jispiċċa r-riskju għall-qligħ
mistenni, hu l-istess bħal dak li hemm għall-merkanzija.
1l-qligħ mistenni 
għandu jiġi stmat 
għalih waħdu.
379. (1) Fil-każ ta’ assigurazzjoni ta’ qligħ mistenni, dan il-
qligħ għandu jiġi stmat għalih waħdu fil-kuntratt, b’tismija tal-
merkanzija li minnha hu mistenni dan il-qligħ.
(2) Fil-każ li l-oġġett assigurat jiġi stmat kollu kemm hu
f’daqqa, bi ftehim espress li ż-żejjed fuq dik l-istima għandu jitqies
bħala l-qligħ mistenni, l-assigurazzjoni tiswa biss għall-prezz ta’ l-
oġġetti assigurati, u kwantu għaż-żejjed dan jiġi meqjus fuq dak l-
ammont ta’ qligħ mistenni illi jista’ jiġi ippruvat skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 370 u 371.
Rijassigurazzjoni. 380. (1) L-assiguratur jista’ jerġa’ jassigura ma’ ħaddieħor l-
oġġetti li hu stess ikun assigura.
(2) L-assigurat jista’ jassigura il-prezz ta’ l-assigurazzjoni.
(3) Il-premju tar-rijassigurazzjoni jista’ jkun akbar jew iżgħar
minn dak ta’ l-assigurazzjoni.
Żieda tal-premju 
jekk tinqala’ 
gwerra.
381. Jekk, wara li jibda r-riskju maħsub fil-kuntratt ta’
assigurazzjoni, tinqala’ gwerra, u, minħabba f’ħekk, l-oġġett
assigurat jiġi espost għal periklu akbar, l-assiguratur għandu jedd
jitlob żieda tal-premju, u, meta din iż-żieda ma tkunx ġiet
miftiehma bejn il-partijiet, tiġi stabbilita mill-qorti, billi jitqiesu ċ-
ċirkostanzi li jistgħtu jkabbru l-periklu.
Il-baħri jew il-
passiġġier li jkollu 
merkanzija 
assigurata, għandu 
jiddepożita polza 
ta’ kargu. 
Emendat: 
XXXI.1966.2; 
LVIII.1974.68; 
XXIV.1995.362.
382. (1) Kull wieħed mill-ekwipaġġ jew passiġġier, li jkollu,
abbord tal-bastiment li fuqu jkun iservi jew ikun ħa l-passaġġ,
merkanzija assigurata f’Malta, hu obbligat iħalli polza ta’ kargu fil-
Qorti Ċivili, Prim’ Awla, jekk il-tagħbija ssir f’Malta; jekk it-
tagħbija ssir barra minn Malta, din il-polza għandha titħalla għand
ir-rappreżentant diplomatiku jew konsulari tal-Gvern ta’ Malta
f’dak il-port jew għand persuna li tkun isservi fis-servizz
diplomatiku, konsulari jew servizz ieħor barrani ta’ xi pajjiż li,
b’arranġament mal-Gvern ta’ Malta, ikun assuma li jirrappreżenta
l-interessi ta’ dak il-Gvern f’dak il-port jew għand persuna
awtorizzata għal hekk mill-President ta’ Malta, jew, fl-assenza ta’
dawn il-persuni, għand xi kummerċjant ta’ fiduċja li jkun ċittadin
ta’ Malta jew ċittadin ieħor tal-Commonwealth, jew għand
maġistrat lokali.
(2) Jekk il-merkanzija assigurata tkun tal-kaptan, il-polza ta’
kargu għandha tkun iffirmata minn tnejn fost il-membri prinċipali
ta’ l-ekwipaġġ, u, f’każ ta’ diżastru, il-kaptan hu obbligat jipprova
lill-assiguraturi x-xiri ta’ dik il-merkanzija.
 KODIĊI TAL-KUMMERĊ   ġ KAP. 13.        55
Falliment ta’ l-
assiguratur jew ta’ 
l-assigurat.
383. (1) Jekk l-assiguratur ifalli qabel ma jispiċċa r-riskju, l-
assigurat jista’ jitlob jew li tiġi mogħtija garanzija jew li jiġi
maħlul il-kuntratt.
(2) L-assiguratur għandu l-istess jedd fil-każ ta’ falliment ta’ l-
assigurat, jekk il-premju ta’ l-assigurazzjoni ma jkunx ġie lilu
mħallas.
Meta hu null il-
kuntratt ta’ l-
assigurazzjoni.
384. Il-kuntratt ta’ assigurazzjoni hu null, jekk isir - 
(a) fuq il-pagi jew salarji tan-nies ta’ l-ekwipaġġ;
(b) fuq il-premju jew il-kappa assenjata lill-kaptan;
(ċ) fuq il-bastimenti jew il-merkanzija obbligati, qabel ma
jibda l-vjaġġ, b’self b’kambju marittimu fuq il-valur
kollu tagħħom:
Iżda, jekk il-bastimenti jew il-merkanzija ma
jkunux obbligati b’dan is-self ħlief f’biċċa biss, il-
kuntratt ta’ assigurazzjoni jiswa għaż-żejjed tal-valur
tagħhom li jaqbeż is-somma meħuda b’self.
Ħabi jew 
dikjarazzjoni falza.
385. (1) Kull ħabi, jew dikjarazzjoni falza mill-assigurat, jew
kull differenza bejn il-kuntratt ta’ assigurazzjoni u l-polza ta’
kargu, jagħmlu null il-kuntratt ta’ assigurazzjoni, jekk il-ħabi, id-
dikjarazzjoni falza jew id-differenza jkunu tali li jnaqqsu l-idea tar-
riskju jew li jbiddlu l-oġġett tiegħu.
(2) L-assigurazzjoni hija nulla għad li l-ħabi, id-dikjarazzjoni
falza jew id-differenza ma kellhomx effett fuq il-ħsara jew fuq it-
telf tal-ħwejjeġ assigurati.
Sub-titolu II
FUQ IL-JEDDIJIET U L-OBBLIGI TA’ L-ASSIGURATUR U TA’ 
L-ASSIGURAT
Jekk vjaġġ jiġi 
abbandunat qabel 
il-bidu tar-riskju.
386. (1) Jekk il-vjaġġ jiġi abbandunat, ukoll jekk bl-egħmil ta’
l-assigurat, qabel ma jkun beda r-riskju għall-assiguratur, l-
assigurazzjoni ssir nulla, u l-assigurat mhux obbligat iħallas il-
premju, u, fil-każ li jkun ħallsu, għandu jedd jieħu lura l-ħlas
mingħand l-assiguratur.
(2) Iżda, l-assiguratur għandu jirċievi, bħala storn, nofs fil-mija
fuq is-somma assigurata, jew nofs il-premju, jekk il-premju kollu
ma jkunx jammonta għal wieħed fil-mija.
Riskju ta’ l-
assiguratur.
387. It-telfa jew il-ħsara li tiġri lill-oġġetti assigurati minħabba
tempesta, jew għax il-bastiment jegħreq, jew jinkalja, jew
b’kolliżjoni aċċidentali, b’tibdil furzat ta’ rotta jew ta’ vjaġġ jew
ta’ bastiment; inkella minħabba ġettu, ħruq, priża, sakkeġġ,
piraterija, arrest b’ordni ta’ potenza, dikjarazzjoni ta’ gwerra,
rappreżalji; jew, in ġenerali, minħabba kull periklu ieħor tal-baħar,
huma għar-riskju ta’ l-assiguratur, kemm-il darba l-assiguratur ma
jkunx b’konvenzjoni ġie meħlus minn wieħed jew aktar minn dawk
  56      KAP. 13. ħ             KODIĊI TAL-KUMMERĊ
ir-riskji.
Tibdil vo1ontarju 
tar-rotta. eċċ., ma 
jbatiħx l-
assiguratur.
388. Kull tibdil volontarju ta’ rotta jew ta’ vjaġġ jew ta’
bastiment, u kull telf jew ħsara li jsiru bl-egħmil ta’ l-assigurat, ma
hux għar-riskju ta’ l-assiguratur, u dan jitqies li qala’ l-premju, jekk
iż-żmien tar-riskju tiegħu jkun beda.
Ħsara minħabba 
difetti fil-
merkanzija nfisha.
389. (1) Jekk ma jkunx hemm ftehim espress xort’oħra, l-
assiguratur ma hu fl-ebda każ obbligat għall-ħsara jew għall-avarija
li jiġru direttament minħabba difett ta’ l-oġġetti assigurati infishom
jew minħabba x-xorta tagħhom.
(2) Fil-każijiet li fihom l-assiguratur għandu jħallas il-ħsara
għat-tnixxijiet jew għat-tidwib, għandha qabel xejn titnaqqas il-
kwantità  li l-merkanzija assigurata hi soltu suġġetta li tonqos.
Baratterija. 390. (l) Jekk ma jkunx hemm ftehim kuntrarju, l-assiguratur
ma jweġibx għall-malversazzjoni jew ħtijiet tal-kaptan jew ta’ l-
ekwipaġġ, magħrufin taħt l-isem ta’ baratterija tal-kaptan.
(2) Dan il-ftehim kuntrarju m’għandux effett għal dik il-parti
tal-ħaġa assigurata li tkun proprjetà  tal-kaptan.
(3) Iżda, l-assiguratur iwieġeb għan-nuqqas ta’ ħila tal-kaptan
jew ta’ l-ekwipaġġ.
Kolliżjonijiet. 
Emendat: 
XXII. 1976.4.
391. (1) Fil-każ ta’ ħsarat minħabba kolliżjoni bejn
bastimenti, l-assiguratur hu obbligat għad-danni ikkaġunati
b’kolliżjoni aċċidentali, jew b’kolliżjoni ikkaġunata bi ħtija tal-
kaptan jew ta’ l-ekwipaġġ ta’ bastiment ieħor.
Kap. 234.
(2) Iżda, jekk jinsab li l-ħtija kienet sew tal-bastiment assigurat
kemm tal-bastiment l-ieħor, jew ikun hemm dubju dwar ta’ min
minnhom kienet il-ħtija, id-danni, meta ma jkunux igħoddu d-
disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar il-Bastimenti Merkantili, jitbatew
f’ishma ndaqs bejn il-bastimenti li jkunu ħabtu ma’ xulxin; u,
f’dawn il-każijiet, kif ukoll fil-każ ta’ kolliżjoni li tiġri bi ħtija tal-
kaptan jew ta’ l-ekwipaġġ tal-bastiment assigurat, l-assiguratur
mhux obbligat, kemm-il darba ma jkunx obbliga ruħu wkoll għall-
każijiet ta’ baratterija tal-kaptan.
(3) L-assiguratur, fil-każijiet imsemmijin f’dan l-artikolu, hu
obbligat biss għall-ħsara li ssir fil-bastiment assigurat, u m’hu
obbligat għal ebda indennizz li, minħabba l-kolliżjoni, ikollu
jitħallas mill-bastiment assigurat lill-bastiment l-ieħor.
Drittijiet ta’ 
pilotaġġ, eċċ.
392. L-assiguratur mhux obbligat għall-ispejjeż ordinarji ta’
pilotaġġ jew ta’ rmonk, lanqas għall-ebda xorta ta’ drittijiet imposti
fuq il-bastiment jew fuq il-merkanzija, ħlief jekk isiru jew jiġu
imposti minħabba ħsarat li għalihom l-assiguratur hu obbligat.
Klawsola, "franka 
mill-avarija."
393. Meta l-assigurazzjoni ssir bil-klawsola "franka mill-
avarija", l-assiguratur m’hu obbligat għal ebda avarija, ġenerali jew
partikulari, ħlief fil-każijiet li jagħtu lok għall-abbandun.
Klawsola "franka 
mill-ostilitajiet."
394. (1) Meta l-assigurazzjoni ssir bil-klawsola "franka mill-
ostilitajiet", l-assiguratur hu meħlus minn kull responsabbiltà  jekk
l-oġġetti jispiċċaw jew jitħassru minħabba vjolenza, priża,
sakkeġġ, arrest b’ordni ta’ potenza, dikjarazzjoni ta’ gwerra, jew
 KODIĊI TAL-KUMMERĊ   ġ KAP. 13.        57
rappreżalja.
(2) ll-kuntratt ta’ assigurazzjoni jispiċċa hekk kif il-ħaġa
assigurata issofri dewmien, jew titbiddel ir-rotta tal-vjaġġ,
minħabba ostilitajiet.
(3) Iżda, dan kollu ma jeħlisx lill-assiguratur mill-obbligu tal-
ħlas tal-ħsara li tkun ġrat qabel il-bidu ta’ l-ostilitajiet.
Bastiment, eċċ., 
miżmumin fil-port 
minn forza ostili.
395. Meta l-bastiment jew il-merkanzija assigurati "franki mill-
ostilitajiet" jiġu, minn forza ostili, meħuda jew miżmuma f’port,
dan il-bastiment jew merkanzija jitqiesu li ġew meħudin bħala
priża fil-baħar, u r-riskju ta’ l-assiguratur jispiċċa.
Assigurazzjoni fuq 
merkanzija li 
għandha tiġi 
mgħobbija fuq 
żewġ bastimenti 
jew iżjed.
396. Jekk l-assigurazzjoni tkun ġiet imqassma fuq merkanzija li
għandha titgħabba fuq żewġ bastimenti jew iżjed imsemmijin fil-
kuntratt, b’dikjarazzjoni tas-somma assigurata fuq kull bastiment, u
jekk il-merkanzija kollha titgħabba fuq bastiment wieħed jew fuq
numru ta’ bastimenti anqas minn dak imsemmi fil-kuntratt, l-
assiguratur hu obbligat biss għas-somma li assigura fuq il-
bastiment jew fuq il-bastimenti li ħadu t-tagħbija, għalkemm il-
bastimenti kollha msemmijin fil-kuntratt jintilfu; u b’danakollu hu
għandu jedd għal nofs fil-mija fuq l-ammont ta’ l-assigurazzjonijiet
li jsiru hekk nulli.
Meta l-vjaġġ jiġi 
mtawwal jew 
imqassar.
397. (1) L-assiguratur hu meħlus mir-riskji, u jieħu l-premju,
jekk l-assigurat jibgħat il-bastiment f’lok iżjed bogħod minn dak
imsemmi fil-kuntratt, għalkemm dan il-lok ikun fuq l-istess rotta. 
(2) L-assigurazzjoni għandha l-effett tagħha kollu jekk il-vjaġġ
jiġi mqassar.
L-assigurat għandu 
jgħarraf lill-
assiguratur bid-
diżastru.
398. (1) L-assigurat għandu jgħarraf mingħajr dewmien lill-
assiguratur bl-aħbarijiet kollha li jirċievi dwar it-telfa tal-ħaġa
assigurata, u għandu jagħti lill-assiguraturi, jekk jitolbuhomlu, il-
kopji jew l-estratti ta’ kull dokument li jkun jagħti dawn l-
aħbarijiet.
(2) Fin-nuqqas ta’ dan, hu jbati d-danni u l-ispejjeż.
L-assigurat għandu 
jagħmel ħiltu biex 
isalva jew jirkupra 
l-ħaġa assigurata.
399. Sakemm l-assigurat ma jeżerċitax il-jedd ta’ l-abbandun li
lilu jmiss, hu għandu jagħmel ħiltu kollha biex isalva jew jirkupra
l-ħaġa assigurata.
L-assiguratur ta’ 
self b’kambju 
marittimu ma 
jweġibx għall-qerq 
tal-kambjatarju.
400. Fil-każ ta’ assigurazzjoni ta’ self b’kambju marittimu, l-
assiguratur, fin-nuqqas ta’ ftehim kuntrarju, ma jweġibx għall-qerq
tal-kambjatarju.
Jekk il-merkanzija 
assigurata ma 
tintbagħatx.
401. Jekk l-oġġetti assigurati ma jiġux mibgħuta, jew tiġi
mibgħuta biċċa minnhom biss, l-assiguratur jirċievi nofs fil-mija,
jew in-nofs tal-premju, skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu
386, fuq is-somma assigurata jew fuq is-somma li taqbeż il-valur
ta’ l-oġġetti mibgħuta, skond il-każ.
Jekk il-mandant li 
ma jissemmiex 
ismu ma jibgħatx 
il-merkanzija.
402. Dak li jikkuntratta assigurazzjoni għal persuna oħra
mingħajr ma jagħti isimha, ma jistax jitlob il-premju jekk din il-
persuna l-oħra ma tibgħatx il-merkanzija, jew tibgħat biċċa minnha
biss.
  58      KAP. 13. ħ             KODIĊI TAL-KUMMERĊ
Assigurazzjonl 
għal somma fuq 
jew taħt il-valur 
reali.
403. (1) L-assigurazzjoni magħmula għal somma li taqbeż il-
valur ta’ l-oġġetti assigurati hija nulla għall-assigurat biss, jekk jiġi
ippruvat li kien hemm frodi jew qerq min-naħa tiegħu.
(2) Jekk ma jkunx hemm frodi jew qerq, l-assigurazzjoni tiswa
sa l-ammont tal-valur ta’ l-oġġetti assigurati, u, għaż-żejjed, l-
assiguraturi jieħdu nofs fil-mija, jew nofs il-premju, skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 386.
(3) Il-patt li l-assiguratur hu obbligat għas-somma kollha
msemmija fil-kuntratt, apparti l-valur ta’ l-oġġett assigurat, huwa
validu.
(4) Jekk l-assigurazzjoni ssir għal valur anqas mill-valur reali,
l-assiguratur hu obbligat biss fil-proporzjon tal-valur iddikjarat. 
Iżjed minn 
assigurazzjoni 
waħda fuq l-istess 
oġġett.
404. (1) Jekk ikun hemm żewġ kuntratti jew iżjed ta’
assigurazzjoni, li jkunu saru mingħajr qerq, fuq l-istess oġġett, u l-
ewwel kuntratt ikun ikopri l-valur kollu ta’ l-oġġett assigurat,
ikollu effett biss dan l-ewwel kuntratt.
(2) L-assiguraturi li jkunu iffirmaw il-kuntratti ta’ wara huma
meħlusa, u jirċievu biss in-nofs fil-mija fuq is-somma assigurata,
jew nofs il-premju, skond l-artikolu 386.
(3) Jekk il-valur kollu ta’ l-oġġetti mgħobbija ma jkunx kopert
bl-ewwel kuntratt, l-assiguraturi li jkunu iffirmaw il-kuntratti ta’
wara huma obbligati għall-valur li jibqa’, skond l-ordni tad-data
tal-kuntratti.
Jekk abbord ikun 
hemm merkanzija 
sa l-ammont kollu 
ta’ l-
assigurazzjonijiet.
405. Jekk abbord ikun hemm merkanzija sa l-ammont kollu tas-
somom assigurati, u tintilef biċċa mill-merkanzija, it-telfa jbatuha
l-assiguraturi kollha ta’ din il-merkanzija, kull wieħed fil-
proporzjon ta’ l-interess li jkollu.
Meta l-kaptan jista’ 
jagħmel skala 
f’diversi portijiet.
406. Jekk tiġi mogħtija s-setgħa lill-kaptan li jidħol f’iżjed minn
port wieħed biex ikompli jew ibiddel it-tagħbija, l-assiguratur ibati
r-riskju tal-merkanzija assigurata, kif jingħad fl-artikolu 355. 
Radd tal-premju 
fil-każ ta’ nullità 
tal -kuntratt,
407. Fil-każ ta’ nullità  tal-kuntratt ta’ assigurazzjoni, kollu jew
ta’ biċċa minnu, l-assiguratur għandu, jekk l-assigurat ikun mexa
b’bona fidi, irodd il-premju, jew, skond ma jkun il-każ, dik il-biċċa
tal-premju proporzjonata għall-ammont li jkun irċieva għal riskji li
ma jkunx ħa, bit-tnaqqis ta’ nofs fil-mija, jew ta’ nofs il-premju
skond l-artikolu 386.
barra minn f’każ 
ta’ qerq, eċċ., ta’ l-
assigurat.
408. Jekk il-kuntratt jiġi annullat minħabba qerq, frodi, jew
mala fidi min-naħa ta’ l-assigurat, l-assiguratur mhux obbligat
irodd il-premju.
Nullità  ta’ l-
assigurazzjoni jekk 
l-assiguratur ikun 
jaf li l-bastiment 
wasal salv, eċċ.
409. Hija nulla l-assigurazzjoni meta ssir fuq bastimenti jew
merkanzija li, fil-waqt tal-kuntratt ta’ assigurazzjoni, ikunu ġà
waslu fil-lok tad-destinazzjoni, jew ikunu batew diżastru, jekk jiġi
ippruvat, jew ikun hemm preżunzjoni li, fil-waqt tal-firma tal-
kuntratt, l-assiguratur kien jaf li l-ħaġa assigurata waslet, jew,
skond il-każ, l-assigurat kien jaf bid-diżastru.
 KODIĊI TAL-KUMMERĊ   ġ KAP. 13.        59
Meta hemm 
preżunzjoni li 
wasla jew id-
diżastru kienu 
magħrufa.
410. Jitqies li hemm din il-preżunzjoni jekk, meta jsir kalkolu
ta’ erba’ mili fis-siegħa, inkella jekk, meta jittieħed qies tal-mezzi
ta’ komunikazzjoni jew ċirkostanzi oħra, jinsab li l-aħbar dwar il-
wasla jew it-telfa tal-bastiment setgħat tasal fil-lok fejn sar il-
kuntratt mil-lok ta’ dik il-wasla jew telfa, jew mil-lok minn fejn dik
l-aħbar ġiet l-ewwel, qabel ma ġie iffirmat il-kuntratt.
Fatti oħra li jagħtu 
lok għal din il-
preżunzjoni.
411. Jitqies ukoll li hemm dik il-preżunzjoni jekk, qabel il-firma
tal-kuntratt ta’ assigurazzjoni, ikun wasal xi bastiment fil-lok fejn
sar il-kuntratt, mil-lok tal-wasla jew tat-telfa, jew mil-lok minn fejn
tkun ġiet l-ewwel aħbar ta’ dik il-wasla jew telfa, basta li dan il-
bastiment ikun siefer minn dawk il-postijiet wara l-wasla jew telfa.
Klawsola ta’ 
"aħbarijiet tajba 
jew ħżiena".
412. (1) Ma titqiesx li hemm il-preżunzjoni msemmija fl-
aħħar artikolu qabel dan, jekk l-assigurazzjoni ssir taħt il-klawsola
ta’ "aħbarijiet tajba jew ħżiena", jew xi klawsola oħra bħal din. 
(2) F’dan il-każ l-assigurazzjoni ma tistax tiġi annullata, jekk
ma jiġix ippruvat li l-assiguratur kien jaf bil-wasla, jew l-assigurat
kien jaf bid-diżastru, qabel ma ġie iffirmat il-kuntratt.
Sub-titilu III
FUQ L-ABBANDUN
Meta jista’ jsir l-
abbandun.
413. (l) L-abbandun tal-ħwejjeġ assigurati jista’ jsir f’każ-
(a) ta’ għarqa;
(b) ta’ bastiment li jinkalja jew imur l-art u jitkisser;
(ċ) li l-bastiment ma jkunx aktar tajjeb għan-navigazzjoni
minħabba diżastru tal-baħar;
(d) ta’ abbandun furzat;
(e) ta’ priża;
(f) ta’ arrest minn potenza stranġiera jew mill-Gvern;
(g) ta’ telfa jew tħassir ta’ l-oġġetti assigurati meta din it-
telfa jew it-tħassir jilħqu mill-anqas tliet kwarti tal-
valur tagħhom.
(2) Il-ħsarat l-oħra kollha jitqiesu avarija, u jiġu regolati bejn l-
assiguratur u l-assigurat skond il-ftehim tagħhom, u skond l-
interess ta’ kull wieħed minnhom.
Meta l-bejgħ tal-
merkanzija jista’ 
jagħti lok għall-
abbandun.
414. Il-bejgħ tal-merkanzija minħabba aċċidenti tal-baħar,
matul il-vjaġġ u qabel ma din il-merkanzija tasal fil-lok tad-
destinazzjoni, jitqies bħala wieħed mill-każijiet ta’ telfa li jagħti
lok għall-abbandun, ikun kemm ikun il-prezz li jġib dan il-bejgħ.
Il-
kontribuzzjonijiet 
għall-avarija 
ġenerali ma 
jitqisux fil-kalkolu 
biex jiġi stabbilit 
il-valur tat-telfa 
jew tat-tħassir.
415. Meta hu meħtieġ li jiġi żgurat jekk hemmx tħassir jew telfa
ta’ tliet kwarti tal-valur tal-merkanzija assigurata, ma jitqisux id-
danni li ġejjin mill-kontribuzzjonijiet għall-avarija ġenerali. Iżda,
l-ispejjeż tal-bejgħ ta’ din il-merkanzija, u l-ispejjeż ta’ l-atti
meħtieġa ta’ qabel il-bejgħ jiġu ikkalkulati.
  60      KAP. 13. ħ             KODIĊI TAL-KUMMERĊ
L-assigurat jista’ 
jagħżel bejn l-
abbandun u l-
azzjoni ta’ avarija.
416. (l) Meta hemm lok għall-abbandun tal-ħwejjeġ
assigurati, l-assigurat jista’ jagħżel li jagħmel l-abbandun jew li
jeżerċita l-azzjoni ta’ avarija.
(2) L-assigurat ma jistax, wara li jagħżel l-azzjoni ta’ avarija,
jirrinunzja għal din l-azzjoni u jeżerċita l-azzjoni ta’ abbandun.
Iżda, hu jista’ jirrinunzja għall-abbandun, jekk dan ikun għad ma
ġiex aċċettat mill-assiguraturi, u jeżerċita l-azzjoni ta’ avarija.
L-abbandun ma 
jistax isir qabel ma 
jibda r-riskju.
417. L-abbandun ma jistax isir qabel ma jibda r-riskju assigurat.
L-abbandun ma 
jistax ikun 
kondizzjonali jew 
parzjali.
418. L-abbandun ta’ l-oġġetti assigurati ma jistax ikun ta’ biċċa
minnhom, lanqas ma jista’ jsir taht kondizzjoni. Fl-abbandun tidħol
biss il-ħaġa li hija l-oġġett ta’ l-assigurazzjoni u tar-riskju.
F’liema żminijiet 
jista’ jsir l-
abbandun.
419. (1) L-abbandun lill-assiguraturi għandu jsir f’dawn iż-
żminijiet li ġejjin:
(a) fi żmien sitt xhur minn dak in-nhar li tasal l-aħbar tad-
diżastru, jekk dan jiġri fuq il-kosti ta’ l-Ewropa, jew
fuq dawk ta’ l-Asja jew ta’ l-Afrika fil-Mediterran,
jew, f’każ ta’ priża, minn dak in-nhar li tasal l-aħbar li
l-bastiment ġie meħud f’wieħed mill-portijiet jew
mill-postijiet li qegħdin fil-kosti hawn fuq imsemmija;
(b) fi żmien tmintax-il xahar miz-żminijiet hawn fuq
imsemmija rispettivament, jekk id-diżastru jkun ġara
jew il-priża tkun ġiet meħuda f’xi parti oħra tad-dinja.
(2) Wara li dawn iż-żminijiet jagħlqu, l-assigurat ma jistax
iżjed jagħmel l-abbandun.
L-assigurat għandu 
jagħti avviż lill-
assiguratur.
420. (1) Meta hemm jedd għall-abbandun, u f’każ ta’ kull
aċċident ieħor li hu għar-riskju ta’ l-assiguratur, l-assigurat għandu
jinnotifika lill-assiguratur b’kull informazzjoni li jkun irċieva.
(2) In-notifika għandha ssir mingħajr dewmien, taħt piena tad-
danni u l-imgħaxijiet.
Żmien li għandu 
jgħaddi biex jagħti 
jedd għall-
abbandun mingħajr 
il-ħtieġa tal-prova 
tat-telfa.
421. (l) Jekk, wara li tgħaddi sena mit-tluq tal-bastiment, jew
minn dak in-nhar li jaslu l-aħħar aħbarijiet fuqu, f’każ ta’ vjaġġi
ordinarji, jew wara li jgħaddu sentejn fil-każ ta’ vjaġġi twal, l-
assigurat jiddikjara li ma irċieva l-ebda aħbar tal-bastiment, hu
jista’ jagħmel l-abbandun lill-assiguratur u jitlob il-ħlas tas-somma
assigurata, mingħajr ma tkun meħtieġa l-prova tat-telfa tal-
bastiment.
(2) Wara s-sena jew is-sentejn hawn fuq imsemmija, l-assigurat
għandu, biex jibda l-proċeduri, iż-żminijiet imsemmijin fl-artikolu
419.
Meta titqies li saret 
it-telfa fil-każ ta’ 
"polza għal żmien 
determinat".
422. (l) Fil-każ ta’ assigurazzjoni għal żmien determinat,
wara li jagħlqu ż-żminijiet imsemmija fl-aħħar artikolu qabel dan,
it-telfa tal-bastiment titqies li ġrat fiż-żmien ta’ l-assigurazzjoni.
(2) Jekk jiġu magħmulin waħda wara l-oħra żewġ
assigurazzjonijiet jew iżjed bi żmien determinat, it-telfa titqies li
saret fiż-żmien ta’ l-ewwel assigurazzjoni; jew fil-każ ta’ l-aħbar li
 KODIĊI TAL-KUMMERĊ   ġ KAP. 13.        61
tasal kif jingħad fl-aħħar artikolu qabel dan, fiż-żmien ta’ dik l-
assigurazzjoni partikulari li tkun taqbel mad-data ta’ l-aħħar
aħbarijiet.
Tifsir ta’ "vjaġġi 
twal".
423. Il-vjaġġi twal huma dawk li jsiru għall-kosti jew pajjiżi ‘l
hemm mill-Istrett ta’ Ġibiltà , eċċ., eċċetwat il-littoral ta’ l-Ewropa
sas-Sund, il-littoral ta’ l-Afrika sa Kap Verde, il-Baħar Baltiku, il-
Gżejjer Britanniċi, u l-gżejjer ta’ Madera u tal-Kanarji.
L-assigurat jista’ 
jagħmel l-
abbandun minnufih 
jew iżomm dan il-
jedd.
424. L-assigurat jista’, bin-notifika msemmija fl-artikolu 420,
jew jagħmel l-abbandun, u jsejjaħ lill-assiguratur għall-ħlas tas-
somma assigurata fiż-żmien imsemmi fil-kuntratt, jew iżomm il-
jedd li jagħmel l-abbandun fiż-żminijiet imsemmija fil-liġi. 
Dikjarazzjoni li 
għandha ssir mill-
assigurat meta 
jagħmel l-
abbandun.
425. L-assigurat għandu meta jagħmel l-abbandun, jiddikjara l-
assigurazzjonijiet kollha li jkun għamel, jew li jkun ipprokura jew
ordna li jsiru, u l-flus li ssellef b’kambju marittimu fuq il-bastiment
jew fuq il-merkanzija. Fin-nuqqas ta’ din id-dikjarazzjoni, iż-żmien
tal-ħlas li għandu jibda jgħodd mill-abbandun, jieqaf sa dak in-nhar
li l-assigurat jagħmel u jinnotifika dik id-dikjarazzjoni, iżda
b’daqshekk iż-żmien stabbilit biex isir l-att ta’ abbandun ma jiġix
imġedded.
Effetti ta’ 
dikjarazzjoni 
qarrieqa.
426. Jekk id-dikjarazzjoni tkun qarrieqa, l-assigurat jitlef il-
vantaġġi ta’ l-assigurazzjoni, u għandu jħallas is-somma li jkun
issellef b’kambju marittimu jew fuq il-merkanzija, għad li l-
bastiment jintilef jew jiġi meħud bħala priża.
Obbligi ta’ l-
assigurat f’każ ta’ 
għarqa, eċċ.
427. (l) F’każ ta’ għarqa jew jekk il-bastiment jinkalja u
jitkisser, l-assigurat għandu jfittex li jirkupra l-oġġetti assigurati,
bla preġudizzju tal-jedd li jagħmel l-abbandun fiż-żmien u fil-lok li
jmiss.
(2) L-assigurat għandu jedd għall-ispejjeż ta’ l-irkupru sal-
valur ta’ l-oġġetti rkuprati.
Meta għandha 
titħallas is-somma 
ta’ l-
assigurazzjoni.
428. (1) Jekk iż-żmien tal-ħlas ma jkunx ġie stabbilit fil-
kuntratt, l-assiguratur għandu jħallas is-somma ta’ l-assigurazzjoni
erba’ xhur wara n-notiflka ta’ l-abbandun.
(2) Wara li jagħlaq dak iż-żmien, l-assiguratur għandu jħallas
ukoll l-imgħaxijiet bir-rata legali. L-oġġetti abbandunati jibqgħu
obbligati għall-ħlas.
L-assiguratur ma 
jistax jiġi mħarrek 
qabel ma tingħata 
lilu l-prova tat-
tagħbija u tat-telfa.
429. L-assiguratur ma jistax jiġi mħarrek għall-ħlas tas-somom
assigurati qabel ma jiġu innotifikati lilu l-atti li jippruvaw it-
tagħbija u t-telfa tal-merkanzija assigurata.
Meta l-qorti tista’ 
tordna l-ħlas 
provviżorju.
430. (1) Meta, fil-fehma tal-qorti, l-eċċezzjonijiet ta’
assiguraturi għandhom jiġu mismugħin f’kawża għaliha, il-qorti
għandha tikkundanna l-assiguraturi għall-ħlas provviżorju lill-
assigurat tas-somma assigurata, bl-obbligu ta’ l-assigurat li jagħti
garanzija.
(2) Il-garanzija tispiċċa wara sentejn, jekk matul dan iż-żmien
l-assiguraturi ma jkunu ġiebu ’l quddiem ebda talba ġudizzjarja.
  62      KAP. 13. ħ             KODIĊI TAL-KUMMERĊ
Effetti ta’ l-
abbandun.
431. Meta l-abbandun jiġi innotifikat u aċċettat, jew iddikjarat
validu, l-oġġetti assigurati jsiru ta’ l-assiguratur minn dak in-nhar
ta’ l-abbandun, u l-assiguratur ma jistax, bl-iskuża li l-bastiment
ġie lura, jeħles mill-ħlas tas-somma assigurata.
Fl-abbandun tal-
bastiment għandu 
jidħol in-nol tal-
merkanzija salvata.
432. In-nol tal-merkanzija salvata, ukoll jekk ikun ġie mħallas
bil-quddiem, jidħol fl-abbandun tal-bastiment, u jsir ukoll proprjetà
ta’ l-assiguratur, bla ħsara tal-jeddijiet ta’ dawk li silfu b’kambju
marittimu, jew tal-baħrin għall-ħlas tas-salarju tagħhom, jew ta’
persuni oħra għall-ħlas ta’ l-ispejjeż maħruġin matul il-vjaġġ.
F’każ ta’ arrest 
minn potenza.
433. (1) F’każ ta’ arrest b’ordni ta’ potenza, l-assigurat
għandu, mingħajr dewmien, jinnotifika lill-assiguratur bl-aħbar li
jkun irċieva.
(2) L-abbandun ta’ l-oġġetti arrestati ma jistax isir ħlief wara
sitt xhur min-notifika, jekk l-arrest ikun sar fil-Mediterran jew f’xi
baħar ta’ l-Ewropa; jew wara sena, jekk l-arrest ikun sar f’post
iżjed bogħod.
(3) Dawn iż-żminijiet jibdew igħoddu minn dak in-nhar tan-
notifika ta’ l-arrest. Kemm-il darba, l-merkanzija arrestata tkun ta’
xorta li tista’ titħassar, iż-żminijiet hawn fuq imsemmija jitnaqqsu
f’xahrejn fl-ewwel każ, u fi tliet xhur fit-tieni każ.
L-assigurati 
għandhom ifittxu li 
jeħilsu l-oġġetti 
arrestati.
434. (1) Matul iż-żminijiet imsemmijin fl-aħħar artikolu qabel
dan, l-assigurati għandhom jagħmlu ħilithom kollha biex jeħilsu l-
oġġetti arrestati.
(2) L-assiguraturi min-naħa tagħhom jistgħu, bi ftehim ma’ l-
assigurati jew għal rashom, jagħmlu l-ħila tagħhom biex jeħilsu
dawk l-oġġetti.
Abbandun 
minħabba li l-
bastiment ma 
jkunx tajjeb għall-
baħar.
435. L-abbandun minħabba li bastiment ma jkunx tajjeb għall-
baħar ma jistax isir jekk il-bastiment ikun jista’ jissewwa u jinġieb
fi stat li jissokta l-vjaġġ għal-lok tad-destinazzjoni, ħlief jekk l-
ispejjeż tat-tiswija jkunu iżjed minn tliet kwarti tal-valur tal-
bastiment, bla ħsara tal-jedd ta’ l-assigurat kontra l-assiguraturi
għall-ispejjeż u l-avarija li jkunu tbatew.
Għandu jingħata 
avviż lill-
assiguratur tat-
tagħbija.
436. Jekk il-bastiment ikun ġie iddikjarat mhux tajjeb għall-
baħar, il-parti li jkollha t-tagħbija assigurata, għandha, mingħajr
dewmien, tinnotifika lill-assiguratur bl-aħbar li rċeviet.
Il-kaptan għandu 
jipprokura 
bastiment ieħor.
437. Il-kaptan għandu f’dan il-każ jagħmel ħiltu kollha li
jipprokura bastiment ieħor biex jieħu l-merkanzija fil-lok tad-
destinazzjoni tagħha.
Riskju fil-każ ta’ 
tagħbija mill-ġdid 
fuq bastiment 
ieħor.
438. L-assiguratur jieħu r-riskju tal-merkanzija li terġa’ tiġi
mgħobbija fuq bastiment ieħor, fil-każ imsemmi fl-aħħar artikolu
qabel dan, sakemm din il-merkanzija tasal u tinħatt.
Spejjeż li għalihom 
hu obbligat l-
assiguratur.
439. Barra minn dan, l-assiguratur hu obbligat għall-avariji u
għall-ispejjeż kollha tal-ħatt, tad-depożitu u kustodja fl-imħażen, u
tat-tagħbija fuq bastiment ieħor, għal kull żieda fin-nol, u għal kull
spiża oħra li ssir għas-salvataġg tal-merkanzija, sa l-ammont tas-
somma assigurata.
 KODIĊI TAL-KUMMERĊ   ġ KAP. 13.        63
Jekk il-kaptan ma 
jgħabbix il-
merkanzija fuq 
bastiment ieħor fi 
żmien xahrejn, l-
assigurat jista’ 
jagħmel l-
abbandun.
440. Jekk fi żmien xahrejn il-kaptan ma setax isib bastiment
ieħor biex igħabbi fuqu l-merkanzija u jeħodha fil-lok tad-
destinazzjoni, l-assigurat jista’ jagħmel l-abbandun ta’ dik il-
merkanzija.
Titolu IV
FUQ L-AVARIJI U L-ĠETTU U KONTRIBUZZJONI GĦALL-AVARIJI
Sub-titolu I
FUQ L-AVARIJI
Avarija.
għall-merkanzija waħidha, jew għat-tnejn flimkien, u kull ħsara li
tiġri lill-bastiment jew lill-merkanzija minn x’ħin jitgħabbew jew
jitilqu, sakemm jiġu lura jew jitħallew, jaqgħu taħt l-isem ta’
avarija.
Regoli li 
għandhom jitħarsu 
meta ma hemmx 
ftehim speċjali.
442. Meta ma jkunx hemm ftehim speċjali bejn il-partijiet
kollha, l-avariji huma regolati mid-disposizzjonijiet li ġejjin. 
Avariji ġenerali 
jew partikolari.
443. L-avariji huma ta’ żewġ xorta: avarija grossa jew ġenerali,
u avarija sempliċi jew partikolari.
Avariji ġenerali. 
(a) l-oġġetti mitfugħa l-baħar għas-sigurtà  komuni, jew
għall-ġid tal-bastiment u tat-tagħbija flimkien;
(b) il-gumni, l-arbli, il-qlugħ, u armar ieħor, li jiġu
maqtugħin jew imkissrin għall-ħsieb fuq imsemmi;
(ċ) l-ankri, iċ-ċimi, jew ħwejjeġ oħra li jiġu abbandunati
għall-ħsieb fuq imsemmi;
(d) il-ħsara li bil-ġettu ssir lill-merkanzija li tibqa’ fuq il-
bastiment;
(e) il-ħsara li ssir apposta fil-bastiment biex tgħin il-ġettu,
biex tħaffef il-bastiment, jew biex issalva l-
merkanzija, jew biex tgħin il-ħruġ ta’ l-ilma, u kull
ħsara kollha li tbati t-tagħbija minħabba f’hekk;
(f) il-manteniment tal-baħrin matul iż-żmien tat-tiswijiet
tal-ħsarat li jsiru apposta għas-sigurtà  komuni;
(g) l-ispejjeż tal-ħatt biex jiħfief il-bastiment, u għad-dħul
f’port jew lok ieħor, meta l-bastiment ikollu jagħmel
hekk minħabba tempesta, jew minħabba li jkollu
warajh xi egħdewwa jew pirati, jew minħabba raġuni
oħra, għas-sigurtà  tal-bastiment u tat-tagħbija;
(h) il-ħsara li ssir lill-bastiment waħdu, jew lit-tagħbija
waħidha, jew lit-tnejn flimkien, jekk il-bastiment jiġi
  64      KAP. 13. ħ             KODIĊI TAL-KUMMERĊ
mitfugħ l-art apposta biex ma jinqabadx priża jew ma
jintilifx, jew biex il-bastiment jew it-tagħbija jiġu
meħlusa minn kull periklu ieħor li jkun fil-qrib, l-
ispejjeż u s-salarji biex il-bastiment jerġa’ jintrefa’
f’wiċċ il-baħar; u l-ħlas għax-xogħol barrani sabiex
tiġi meħlusa t-telfa jew il-priża fil-każijiet hawn fuq
imsemmija;
(i) in ġenerali, il-ħsarat kollha li jitbatew apposta fil-
każijiet ta’ periklu, u l-ispejjeż magħmulin għall-ġid u
għas-sigurtà  komuni tal-bastiment u tal-merkanzija,
miż-żmien tat-tagħbija u tat-tluq, sar-ritorn u l-ħatt.
Ħwejjeġ li 
jikkontribwixxu 
għall-avarija 
ġenerali.
445. Il-merkanzija, il-bastiment fl-istat li jkun fiż-żmien li jasal,
u l-ammont nett tan-nol wara li jinqatgħu s-salarji u l-manteniment
tal-baħrin, u spejjeż oħra tal-vjaġġ għandhom kollha, kull ħaġa
skond ma jkun il-valur jew l-ammont tagħha, jikkontribwixxu
għall-avarija ġenerali.
Kif jiġi magħmul 
il-prezz.
446. 1l-prezz tal-merkanzija jiġi stabbilit skond il-valur
tagħhom fil-lok tal-ħatt.
Avariji partikolari. 447. Huma avariji partikolari:
(a) il-ħsara li tiġri fil-merkanzija minħabba difett tagħha
nfisha, jew minħabba tempesta, priża, għarqa, jew
minħabba li l-bastiment imur l-art;
(b) l-ispejjeż magħmulin biex tiġi salvata l-merkanzija;
(ċ) it-telfa ta’ gumni, ankri, qlugħ, arbli, jew ċimi, li ssir
minħabba tempesta jew aċċident ieħor tal-baħar; l-
ispejjeż li jsiru billi l-bastiment ikollu jidħol f’xi post
minħabba t-telfa b’aċċident ta’ dawn l-oġġetti, jew
minħabba li jkollu bżonn jieħu proviżjon, jew sabiex
jissewwa l-bastiment jekk dan ikun jagħmel l-ilma;
(d) is-salarji u l-manteniment tal-baħrin matul iż-żmien
tat-tiswijiet tal-bastiment minħabba xi waħda mir-
raġunijiet imsemmijin f’dan l-artikolu;
(e) is-salarji u l-manteniment tal-baħrin matul il-
kwarantina; u
(f) in ġenerali, l-ispejjeż kollha magħmulin u l-ħsara
kollha li jbati l-bastiment waħdu, jew il-merkanzija
waħidha, miż-żmien tat-tagħbija u tat-tluq tagħhom sa
dak tar-ritorn u tal-ħatt, kemm-il darba dawn l-ispejjeż
u ħsarat ma jkunux ġew magħmula jew ikkaġunati
apposta, u għas-sigurtà  komuni tal-bastiment u tat-
tagħbija.
Min ibati u jħallas 
l-avariji 
partikolari.
448. L-avariji partikolari jitbatew u jitħallsu mis-sid tal-ħaġa li
tbati l-ħsara jew li tikkaġuna l-ispiża.
Ħsara fil-
merkanzija li ssir 
bi traskuraġni tal-
kaptan jew ta’ l-
ekwipaġġ.
449. (l) Il-ħsarat li jsiru lill-merkanzija billi l-kaptan jonqos li
jagħlaq il-bokkaporti, li jankra l-bastiment, jew li jipprovdi gumni
tajba jew minħabba aċċidenti oħra li jiġru bi traskuraġni tal-kaptan
jew ta’ l-ekwipaġġ, huma wkoll avariji partikolari li għandu
jbatihom sid il-merkanzija; iżda għal kull ħsara bħal din is-sid
 KODIĊI TAL-KUMMERĊ   ġ KAP. 13.        65
għandu azzjoni kontra l-kaptan, il-bastiment, u n-nol.
(2) Il-ħsarat li jbatu s-sidien tal-bastiment minħabba dewmien
bla bżonn u iżjed milli jmiss fil-portijiet, iwieġeb għalihom il-
kaptan.
Spejjeż ta’ bdoti, 
rmonk, eċċ., 
mhumiex avariji.
450. Id-drittijiet ta’ bdoti u ta’ rmonk għad-dħul ta’ bastiment
f’portijiet jew f’postijiet, jew għall-ħruġ minnhom, l-ispejjeż ta’
testimonjali, id-drittijiet ta’ tunnellaġġ, u drittijiet oħra ta’
navigazzjoni, mhumiex avariji, iżda huma sempliċi spejjeż li
jbatihom il-bastiment, bla ħsara tad-disposizzjonijiet tal-paragrafu
(g) ta’ l-artikolu 444.
Meta ma tistax issir 
azzjoni għal 
avarija.
451. Ma hemmx azzjoni għal avarija ġenerali jekk din l-avarija
ma tkunx taqbeż il-wieħed fil-mija tal-valur tal-bastiment u tal-
merkanzija flimkien, u ma hemmx azzjoni għal avarija partikolari
jekk din l-avarija ma tkunx taqbeż il-wieħed fil-mija tal-valur tal-
ħaġa li batiet il-ħsara.
Sub-titolu II
FUQ IL-ĠETTU U KONTRIBUZZJONI GĦALL-AVARIJA
Ġettu.
warajh l-egħdewwa, il-kaptan jidhirlu li hu dmir tiegħu, biex isalva
l-bastiment, li jitfa’ xi ħaġa l-baħar, jew li jaqta’ l-arbli, jew li
jabbanduna l-ankri, għandu jieħu l-fehma ta’ l-interessati li jkunu
abbord tal-bastiment, u tal-membri prinċipali ta’ l-ekwipaġġ.
(2) Jekk il-fehmiet ma jkunux jaqblu, tirbaħ il-fehma tal-
kaptan.
Liema ħwejjeġ 
għandhom 
jintefgħu l-
ewwelnett.
453. Il-ħwejjeġ li huma l-anqas meħtieġa, l-itqal, u li jiswew l-
anqas, għandhom jintefgħu l-ewwel.
Id-deċiżjoni 
meħhuda għandha 
titniżżel bil-
miktub.
454. (l) Il-kaptan għandu, mill-iżjed fis li jista’ jkun, iniżżel
bil-miktub id-deliberazzjoni meħuda dwar il-ġettu.
(2) Fid-deliberazzjoni għandhom jissemmew ir-raġunijiet li
iġiegħlu li jsir il-ġettu, u l-oġġetti mitfugħa jew li batew ħsara;
għandu jkun hemm fiha miġjuba l-ismijiet ta’ dawk li jkunu qablu u
ta’ dawk li ma jkunux qablu mal-kaptan; u għandha tiġi ikkupjata
fil-ġurnal.
Dikjarazzjoni ta’ 
telfiet u ħsarat.
455. ld-dikjarazzjoni tat-telfiet u tal-ħsarat għandha ssir fil-lok
fejn il-bastiment iħott.
Kif tiġi stmata l- 
merkanzija 
mitfugħa l-baħar.
456. Il-merkanzija mitfugħha l-baħar tiġi stmata skond il-prezz
kif ikun miexi fil-lok tal-ħatt; ix-xorta u l-kwalità  tagħha għandha
tiġi ippruvata fuq kollox bil-poloz ta’ kargu u bil-fatturi, jekk ikun
hemm.
Kif għandu jsir il-
qsim tat-telf.
457. It-telfiet u l-ħsarat jiġu mqassma fuq l-oġġetti mixħuta l-
baħar u fuq dawk salvati, u fuq il-bastiment u fuq in-nol, fil-
proporzjon tal-valur tagħhom fil-lok tal-ħatt.
  66      KAP. 13. ħ             KODIĊI TAL-KUMMERĊ
Meta d-
dikjarazzjoni tal-
kwalità  tal-
merkanzija ma 
tkunx vera.
458. (1) Jekk fil-poloz ta’ kargu tkun ġiet iddikjarata ħaġa
b’oħra dwar il-kwalità  tal-merkanzija, u jinsab li din il-merkanzija
hija ta’ valur akbar minn dak iddikjarat, hija għandha, jekk tiġi
salvata, tikkontribwixxi skond l-istima tagħha; iżda, jekk tintilef
tiġi mħallsa skond il-kwalità  kif iddikjarata fil-polza ta’ kargu.
(2) Jekk jinsab li l-merkanzija hija ta’ kwalità  inferjuri minn
dik imsemmija fil-polza ta’ kargu, hija għandha, jekk tiġi salvata,
tikkontribwixxi skond il-kwalità  msemmija fil-polza ta’ kargu;
iżda, jekk tiġi mitfugħa l-baħar jew tiġrilha ħsara, tiġi mħallsa
skond il-valur tagħha.
Il-munizzjonijiet 
ta’ gwerra, eċċ., 
ma jidħlux fil-
kontribuzzjoni ta’ 
l-avarija ġenerali.
459. (1) Il-munizzjonijiet ta’ gwerra, il-proviżjonijiet, il-
bagalji tan-nies ta’ l-ekwipaġġ, u l-ilbies ta’ l-użu tal-passiġġieri
ma jidħlux fil-kontribuzzjoni ta’ l-avarija ġenerali.
(2) Iżda, il-valur ta’ dawn l-oġġetti, jekk jiġu mitfugħin il-
baħar, jitħallas b’kontribuzzjoni fuq l-oġġetti l-oħra kollha.
Oġġetti mingħajr 
polza ta’ kargu.
460. L-oġġetti li għalihom ma jkunx hemm polza ta’ kargu,
lanqas dikjarazzjoni tal-kaptan, ma jitħallsux jekk jiġu mitfugħin
il-baħar, imma jikkontribwixxu jekk jiġu salvati.
Oġġetti mgħobbija 
fuq il-gverta.
461. (1) L-oġġetti mgħobbija fuq il-gverta tal-bastiment
jikkontribwixxu, jekk jiġu salvati; jekk jiġu mitfugħin il-baħar, jew
ibatu ħsara minħabba l-ġettu, sidhom ma jkollu jedd għal ebda
kontribuzzjoni, iżda, għandu jedd ta’ regress kontra l-kaptan, meta
dan ikun responsabbli skond il-liġi.
(2) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu ma jgħoddux għall-
vjaġġi bejn Malta u Sqallija, jew bejn Malta u Tripli jew Tuneż, jew
għal dawk l-oġġetti li b’użu jitgħabbew fuq il-gverta.
Jekk il-ġettu ma 
jsalvax il-
bastiment.
462. Jekk il-ġettu ma jsalvax il-bastiment, ma jkun hemm ebda
kontribuzzjoni, u l-merkanzija li ma tkunx ġiet mitfugħa l-baħar, u
li ġiet salvata, ma tkunx obbligata la għall-ħlas u lanqas għall-
indennizz ta’ dik il-merkanzija l-oħra li tkun ġiet mitfugħa jew li
batiet ħsara.
Jekk il-ġettu isalva 
l-bastiment li 
mbagħad jintilef.
463. Jekk il-ġettu jsalva l-bastiment, u jekk dan, meta jissokta l-
vjaġġ, wara jintilef, l-oġġetti salvati jikkontribwixxu għall-ġettu,
skond il-valur tagħhom fl-istat li jkunu jinsabu, wara li jinqatgħu l-
ispejjeż tas-salvataġġ.
Ħsara li tiġri wara 
l-ġettu.
464. (1) L-oġġetti mitfugħin il-baħar ma jidħlux fil-
kontribuzzjoni, fl-ebda każ, għall-ħlas ta’ ħsarat li jiġru lill-
merkanzija salvata wara l-ġettu.
(2) It-tagħbija ma tidħolx fil-kontribuzzjoni għall-ħlas tal-
bastiment li jintilef jew li jsir mhux tajjeb għall-baħar, ħlief fil-
każijiet imsemmijin fl-artikolu 444.
Il-merkanzija 
tikkontribwixxi 
għat-tiswija tal-
bastiment li jiġi 
miftuħ biex tiġi 
salvata.
465. Jekk il-bastiment jiġi miftuħ biex tinħareġ minnu l-
merkanzija, din il-merkanzija tikkontribwixxi għat-tiswija tal-ħsara
li ssir lill-bastiment.
 KODIĊI TAL-KUMMERĊ   ġ KAP. 13.        67
Ebda 
kontribuzzjoni 
mill-merkanzija 
mqiegħda fuq id-
dgħajjes.
466. Jekk il-bastiment jintilef bil-bqija tat-tagħbija, ma jkunx
hemm jedd għall-kontribuzzjoni kontra l-merkanzija li titqiegħed
fid-dgħajjes biex jitħaffef il-bastiment, lanqas jekk din il-
merkanzija tasal salva fil-port.
Jekk l-oġgetti 
mitfugħa jiġu 
rkuprati.
467. Jekk, wara t-taqsim tal-kontribuzzjoni, l-oġġetti mitfugħa
l-baħar jiġu rkuprati mis-sidien tagħhom, dawn is-sidien għandhom
iroddu lill-kaptan u lill-interessati dak li jkunu ħadu mill-
kontribuzzjoni, wara li jitnaqqsu d-danni li jkunu saru bil-ġettu, u l-
ispejjeż ta’ l-irkupru ta’ l-oġġetti.
Sid il-merkanzija 
mhux obbligat 
jikkontribwixxi 
iżjed mill-valur 
tagħha.
468. Sid il-merkanzija ma jista’ jiġi f’ebda każ imġiegħel
jikkontribwixxi għall-avarija ġenerali iżjed mill-valur tal-
merkanzija fiż-żmien li tasal.
Titolu V
FUQ IL-KREDITI PRIVILLEĠĠATI FUQ BASTIMENTI U BĊEJJEĊ 
OĦRA TAL-BAĦAR
L-artikoli minn 469 sa 476, imħassra bl-Att: XXXVII. 1988.41.
TAQSIMA III
FUQ IL-FALLIMENT
Titolu I
FUQ ID-DIKJARAZZJONI TA’ FALLIMENT
X’inhu l-falliment.
stat ta’ falliment.
Dikjarazzjoni fil-
qorti.
Emendat: 
XXIV.1995.362.
478. (1) Il-kummerċjant jew ir-rappreżentant leġittimu tiegħu
jista’, meta jieqaf mill-ħlas, jagħmel dikjarazzjoni ta’ dan fil-Qorti
Ċivili, Prim’ Awla.
(2) Fil-każ ta’ falliment ta’ soċjetà  f’isem kollettiv, id-
dikjarazzjoni għandu jkun fiha l-isem ta’ kull wieħed mis-soċji in
solidum u l-lok fejn joqgħod.
X’għandu jkun fiha 
d-dikjarazzjoni.
479. Id-dikjarazzjoni tal-kummerċjant għandu jkun fiha l-isem u
l-kunjom tiegħu, kif ukoll ix-xorta ta’ kummerċ li hu kien jagħmel,
l-ismijiet, il-kunjomijiet u partikolaritajiet oħra tal-kredituri tiegħu,
bil-lok fejn joqogħdu, u l-kwalità  u x-xorta tad-djun.
  68      KAP. 13. ħ             KODIĊI TAL-KUMMERĊ
Il-kotba għandhom 
jinġiebu mad-
dikjarazzjoni.
Emendat: 
XXIV.1995.362.
480. Mad-dikjarazzjoni msemmija fl-artikoli ta’ qabel dan, il-
kummerċjant għandu fl-istess ħin, jippreżenta fil-Qorti Ċivili,
Prim’ Awla, il-kotba u l-karti tiegħu kollha tal-kummerċ.
Sejħa lill-kredituri. 
Emendat: 
XXIV.1995.362.
481. Meta kummerċjant jippreżenta dikjarazzjoni bħal din, ir-
reġistratur għandu, b’ittra, isejjaħ lill-kredituri msemmijin fid-
dikjarazzjoni biex jidhru quddiem il-Qorti Ċivili, Prim’ Awla, u
hemm igħidu l-għaliex id-debitur tagħhom m’għandux jiġi
iddikjarat fi stat ta’ falliment, u sabiex jiġu maħtura kuraturi. Id-
dikjarazzjoni għandha tiġi bi ħsieb ir-reġistratur imxandra b’avviż,
li għandu jkun fih sunt tad-dikjarazzjoni, maħruġ fil-Gazzetta tal-
Gvern u f’gazzetta oħra, jew iżjed.
Dikjarazzjoni ta’ 
falliment fuq talba 
ta’ kreditur. 
Emendat: 
XXIV.1995.362.
482. (1) Kull kreditur jista’ wkoll, sew jekk il-kreditu tiegħu
jkun kummerċjali jew le, u għalkemm dan il-kreditu jkun għad ma
għalaqx, jaġixxi bi proċedura sommarja fil-Qorti Ċivili, Prim’
Awla, kontra d-debitur jew ir-rappreżentant leġittimu tiegħu, u
jitlob dikjarazzjoni li dan id-debitur hu fi stat ta’ falliment.
Id-dikjarazzjoni 
ma tistax tintalab 
mit-tifel kontra l-
missier jew bil-
maqlub, eċċ.
(2) It-talba għal dikjarazzjoni ta’ falliment ma tistax issir minn
iben kontra l-missier, jew mill-missier kontra l-iben, jew mir-raġel
kontra l-mara jew mill-mara kontra r-raġel.
Meta d-
dikjarazzjoni tista’ 
tintalab wara l-
mewt tal-
kummerċjant.
(3) Il-falliment ta’ kummerċjant jista’ jiġi iddikjarat wara
mewtu, jekk qabel ma miet hu kien waqaf mill-ħlas; f’dan il-każ,
id-dikjarazzjoni tal-falliment ma tistax tiġi mitluba mill-kredituri
ħlief fi żmien tliet xhur mill-mewt tad-debitur.
Il-kreditur li jitlob 
sentenza ta’ 
dikjarazzjoni ta’ 
falliment għandu 
jagħu garanzija.
(4) Fil-każ ta’ talba għal dikjarazzjoni ta’ falliment kif jingħad
f’dan l-artikolu, il-parti li tagħmel it-talba għandha, fl-istess ħin li
tagħmel dik it-talba, tobbliga ruħha, b’garanzija, għal penali ta’
mhux iżjed minn mitejn lira, favur il-persuna li kontra tagħha ssir
it-talba, li tissokta l-kawża mingħajr dewmien u li tipprova l-
pretensjoni tagħha; fin-nuqqas ta’ dan, il-qorti tista’ tordna li s-
somma tal-garanzija tiġi mħallsa, kollha jew biċċa minnha, lill-
persuna li favur tagħha l-garanzija tkun ġiet mogħtija:
Iżda, dan il-ħlas ma jeħlisx lill-attur mill-azzjoni kontra
tiegħu għal danni u imgħaxijiet minħabba dik il-proċedura.
Jekk ma jkunx 
hemm fondi fil-
patrimonju tal-
fallut.
483. (1) Jekk, meta ma hemmx fondi fil-patrimonju tal-fallut,
il-kreditur li fuq talba tiegħu jkun ġie iddikjarat il-falliment,
jittraskura li jfittex li jsiru bi spejjeż tiegħu, dawk l-atti jew
proċeduri li jkunu meħtieġa biex iwasslu għall-gradwazzjoni tal-
kredituri, kull kreditur ieħor, kif ukoll il-fallut innifsu, jista’ jieħu
ħsieb li jsiru dawk l-atti jew proċeduri.
Rimborż ta’ spejjeż 
li jsiru mill-
kreditur.
(2) L-ispejjeż kollha meħtieġa li jsiru fi proċeduri ta’ fallimenti
jiġu mħallsin lura lill-kreditur li jkun ħariġhom, mill-ewwel flus li
jidħlu akkont tal-patrimonju, u bi preferenza ta’ kull kreditu ieħor.
Atti kawteratorji. 
Emendat: 
XXIV.1995.362.
484. (1) L-atti kawtelatorji u konservatorji kontra l-beni u l-
persuna tad-debitur, jistgħu jiġu mitluba mill-kredituri bl-istess
proċeduri li l-liġi tippreskrivi għall-ħruġ ta’ kull att jew mandat li
jingħata b’kawtiela ta’ kull kreditu ieħor, skond ma tkun ix-xorta u
l-kwalità t al-kreditu.
 KODIĊI TAL-KUMMERĊ   ġ KAP. 13.        69
Libertà  provviżorja 
lill-fallut.
(2) Iżda l-fallut li jkun ġie arrestat fuq talba ta’ wieħed mill-
kredituri jew li jkun irtira f’daru minħabba l-biża’ li jiġi arrestat,
jista’ jitlob lill-Qorti Ċivili, Prim’ Awla, il-libertà  provviżorja
għaż-zmien ta’ sitt xhur li, skond ma jkun jidhrilha l-qorti fid-
dehen tagħha, jista’ jiġi mġedded għal raġuni tajba. Il-qorti
tiddeċidi fuq din il-kwistjoni fuq ċitazzjoni kontra l-kuraturi u l-
kredituri li fuq talba tagħhom ikun ingħata l-ħruġ tal-mandat ta’ l-
arrest. Din il-liberazzjoni provviżorja tal-fallut mill-molestji
persunali għandha effett ukoll għall-kredituri u interessati oħra li
ma jkunux ġew imħarrka.
(3) Din il-libertà  provviżorja tiġi mogħtija jekk ma jiġix
ippruvat li kien hemm att doluż jew ta’ qerq min-naħa tal-fallut.
Iżda l-kredituri jistgħu, b’ċitazzjoni, jitolbu l-arrest tal-fallut fuq
prova ta’ xi att doluż jew ta’ qerq min-naħa tiegħu. Il-qorti tista’
wkoll, ex officio, tordna, matul il-proċeduri, l-arrest provviżorju
tal-fallut, jekk ikun hemm kontra tiegħu preżunzjoni bażata ta’ att
doluż jew ta’ qerq.
Atti b’qerq tal-
kredituri huma 
nulli jew 
annullabbli.
485. (1) Kull att li jittrasferixxi l-proprjetà  ta’ beni korporali
jew inkorporali, kompriża r-rinunzja għal kull xorta ta’ suċċessjoni
jew għal preskrizzjoni akkwistata, kif ukoll kull obbligazzjoni jew
att ieħor tal-fallut b’titolu gratuwitu magħmulin sabiex jiffroda l-
kredituri tiegħu, hu null u mingħajr effett rigward il-massa tal-
kredituri, tkun liema tkun ix-xorta tagħhom, u wkoll jekk il-
partijiet interessati jkunu b’bona fidi.
(2) Kull att ta’ dik ix-xorta, kull obbligazzjoni, att jew ħlas
b’titolu oneruż jistgħu jiġu annullati jekk ikun hemm frodi wkoll
min-naħa tal-parti interessata.
(3) L-akkwist, l-obbligu, l-att jew il-ħlas jingħadd li ġie
magħmul bi frodi mill-parti interessata, meta jiġi ippruvat li din il-
parti kienet taf bil-falliment jew biċ-ċirkostanzi li taw lok għad-
dikjarazzjoni tal-falliment.
Il-fallut jitlef l-
amministrazzjoni 
ta’ ħwejġu.
486. (1) Minn dak in-nhar tad-dikjarazzjoni tal-falliment
magħmula mill-kummerċjant innifsu jew, skond ma jkun il-każ,
minn dak in-nhar tas-sentenza li tiddikjara l-falliment, il-fallut hu
spussessat ipso jure mill-amministrazzjoni ta’ ħwejġu kollha,
korporali jew inkorporali, u dipendenti jew le mill-kummerċ
tiegħu.
(2) Dak kollu li d-debitur jakkwista wara l-falliment jidħol,
meta u kif jiġi hekk akkwistat, f’dan l-ispussess, bla ħsara ta’ kull
disposizzjoni kuntrarja tad-donaturi jew testaturi, wara li jitnaqqsu
l-piżijiet ta’ fuq il-beni hekk akkwistati, u somma xierqa għall-
manteniment ta’ kuljum.
Id-dejn tal-fallut 
mhux magħluq isir 
eżiġġibbli mad-
dikjarazzjoni tal-
falliment.
487. Id-djun tal-fallut, li jkunu għadhom ma għalqux, ukoll jekk
privileġġati, b’rahan jew b’ipoteka, isiru eliġibbli bid-dikjarazzjoni
tal-falliment magħmula mill-kummerċjant innifsu jew bis-sentenza
tal-qorti li tiddikjara l-falliment.
  70      KAP. 13. ħ             KODIĊI TAL-KUMMERĊ
Titolu II
FUQ IL-JEDDIJIET U L-OBBLIGI TAL-KURATURI 
TAL-FALLUT
Ħatra ta’ kuraturi. 488. Il-qorti għandha fis-sentenza li biha jiġi iddikjarat il-
falliment, jew jekk il-proċediment ikun sar fuq id-dikjarazzjoni tal-
fallut innifsu kemm fuq talba tal-kredituri, taħtar kuratur wieħed
jew iżjed biex jeżerċitaw il-funzjonijiet mogħtija lilhom taħt din it-
Taqsima.
Kwalifiki. 489. Il-kuraturi li taħtar il-qorti għandhom ikunu persuni li hija
jidhrilha li huma tajba biex jaqdu fedelment id-dmirijiet tal-kariga
tagħhom, ukoll jekk ikunu kredituri jew qraba tal-fallut.
Xandir ta’ estratt 
tas-sentenza fil-
Gazzetta.
490. Il-kuraturi għandhom jieħdu ħsieb li joħorġu fil-Gazzetta
tal-Gvern u f’gazzetta oħra jew iżjed, avviż li jkun fih sunt tas-
sentenza li tiddikjara l-falliment.
Tneħħija tal-
kuraturi.
491. Il-qorti tista’, f’kull waqt tal-proċeduri, sew ex officio
kemm fuq talba ta’ wieħed jew iżjed mill-kredituri jew tal-fallut,
tneħħi l-kuraturi. Ma jingħatax appell minn din id-deċiżjoni. Fil-
każ ta’ tneħħija, jiġu maħtura kuraturi ġodda.
Il-proprjetà  tgħaddi 
f’idejn il-kuraturi.
492. (1) Il-kuraturi ma jistgħu jeżerċitaw ebda waħda mill-
funzjonijiet tagħhom qabel ma jieħdu l-ġurament li jaqdu tajjeb u
fedelment l-inkarigu mogħti lilhom.
(2) Hekk kif jittieħed dan il-ġurament, il-pussess tal-proprjetà
kollha u l-jeddijiet kollha ta’ kull xorta tal-fallut, minbarra l-jedd
tan-nomina għal xi benefiċċju ekklesjastiku battal, flimkien mal-
jeddijiet kollha u mal-proprjetà  kollha li hu jakkwista sakemm jiġi
rijabilitat, igħaddu u jibqgħu taħt idejn il-kuraturi.
(3) Il-kuraturi jitqiesu bħala uffiċjali tal-qorti, u bħala tali
huma suġġetti għall-ordnijiet tagħha.
Mandat ta’ qbid ta’ 
proprjetà . 
Emendat: 
XXIV.1995.362.
493. Jekk il-beni tal-fallut, kompriżi l-kotba u l-karti tiegħu, ma
jkunux ġà  ġew imqiegħda fiż-żgur fuq talba ta’ xi kreditur, il-
kuraturi, hekk kif jieħdu l-ġurament, għandhom jitolbu, b’rikors,
lill-imħallef tal-Qorti Ċivili, Prim’ Awla, il-ħruġ ta’ mandat ta’
qbid. Jekk il-falliment ikun ta’ soċjetà  f’isem kollettiv, il-mandat
ta’ qbid għandu jiġi esegwit mhux biss fl-uffiċċji prinċipali tas-
soċjetà , iżda wkoll fid-dar fejn joqgħod kull wieħed mis-soċji.
Min jista’ jara l-
kotba u l-karti.
494. Il-kotba u l-karti tal-fallut jistgħu jarawhom il-partijiet
kollha interessati, u, bil-permess ta’ l-imħallef, jistgħu jiġu
ikkunsinnati, kollha jew biċċa minnhom, lill-kuraturi.
Ġbir ta’ flus. 495. Il-kuraturi jirċievu kull somma li jkollha tingħata lill-
fallut. L-irċevuti li jiġu mogħtija mill-kuraturi għandhom jiġu
vistati mir-reġistratur, illi għandu jżomm sunt tagħhom; inkella ma
jkunux jeħilsu lid-debituri. Il-kuraturi għandhom jieħdu pussess ta
kull ħaġ’oħra li tkun għadha għand il-fallut jew li tkun tiegħu.
Bejgħ ta’ ħwejjeġ 
li jistgħu jitħassru.
496. Il-kuraturi għandhom ibigħu, b’irkantatur bil-liċenza, l-
oġġetti u l-merkanzija li jistgħu jitħassru, wara li jagħtu r-raġunijiet
tagħhom lill-imħallef u jieħdu s-setgħa mingħandu.
 KODIĊI TAL-KUMMERĊ   ġ KAP. 13.        71
Merkanzija mhux 
suġġetta għal 
tħassir.
497. Il-merkanzija mhux suġġetta għal tħassir ma tistax tinbiegħ
mill-kuraturi, qabel ma jsiru l-proċeduri dwar l-akkordju skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-artikoli li ġejjin, ħlief wara sentenza tal-qorti
fuq ċitazzjoni maħruga kontra l-partijiet interessati.
Il-kuraturi jistgħu 
jissoktaw il-
kummerċ.
498. (1) Il-kuraturi jistgħu, bl-awtorizzazzjoni ta’ l-imħallef,
jissoktaw il-kummerċ tal-fallut, meta huma ta’ fehma li b’dan il-
mezz jista’ jitwaqqaf mill-ġdid il-kummerċ tiegħu, jew jiżdied l-
attiv tiegħu b’ġid tal-kredituri.
(2) L-imħallef għandu, meta jagħti din l-awtorizzazzjoni, jagħti
dawk il-provvedimenti li jidhirlu li huma ta’ l-aktar ġid għall-
interessi tal-fallut u tal-kredituri:
Iżda, jekk xi kreditur, f’kull żmien li jkun, jagħmel
oppożizzjoni għal dik l-awtorizzazzjoni, il-qorti tista’, għal raġuni
tajba, tneħħi l-awtorizzazzjoni, wara li tisma’ lill-kuraturi u lill-
fallut.
Somma ta’ flus li l-
kuraturi jistgħu 
jżommu.
499. Il-kuraturi jistgħu, kif jidhirlu l-imħallef lid-dehen tiegħu,
iżommu f’idejhom somma, fl-ammont li l-imħallef jiffissa, biex
tagħmel tajjeb għall-ispejjeż meħtiega. Kull somma ta’ flus oħra
għandha tiġi mħallsa mill-kuraturi fir-reġistru tal-qorti.
Azzjonijiet kontra 
l-kuraturi.
500. Miż-żmien li l-kuraturi jidħlu għad-dmirijiet tal-kariga
tagħhom, kull azzjoni ċivili mibdija qabel il-falliment kontra l-
persuna u l-beni tal-fallut ma tistax tissokta ħlief kontra l-kuraturi.
Wara l-falliment, ma tista’ tinbeda ebda azzjoni ħlief kontra l-
kuraturi.
Dmirijiet tal-
kuraturi.
501. (1) Il-kuraturi, minn kif jidħlu għad-dmirijiet tal-kariga
tagħhom, għandhom jagħmlu kull att meħtieġ sabiex iżommu sħaħ
il-jeddijiet tal-fallut lejn id-debituri tiegħu; huma għandhom ukoll
ifittxu jagħmlu l-iskrizzjoni fir-Registru Pubbliku ta’ l-ipoteki fuq
il-beni tad-debituri tal-fallut, jekk dan ma jkunx ġà  ħa ħsiebha.
(2) Hu dmir tal-kuraturi li jaġixxu għall-ħlas tal-krediti tal-
fallut, tkun liema tkun ix-xorta tagħhom, għall-ġid tal-kredituri:
Iżda, il-kuraturi ma jistgħux jagħmlu transazzjonijiet jew iġibu
kwistjonijiet f’arbitraġġ, mingħajr il-kunsens bil-miktub tal-
kredituri li jkunu jirrappreżentaw l-akbar sehem fil-valur tal-
kredituri tal-fallut, u mingħajr l-awtorizzazzjoni ta’ l-imħallef.
Inventarju.
il-kuraturi għandhom, għalkemm ikun sar appell minn dik is-
sentenza, jagħmlu inventarju tal-beni tal-fallut.
(2) Dan iż-żmien jista’ għal raguni tajba jiġi mġedded.
(3) Kull kreditur jista’ u l-fallut hu obbligat jassisti għall-
formazzjoni ta’ l-inventarju.
X’għandu jkun fih 
l-inventarju.
503. L-inventarju għandu jkun fih lista vera flimkien ma’
deskrizzjoni u stima tal-proprjetà  tal-fallut, mobbli u immobbli, l-
istat tad-djun u tal-krediti tiegħu, prospett tal-qligħ u telf tiegħu, u
prospett ieħor ta’ l-ispejjeż.
Setgħa tal-qorti. 
Emendat: 
XXIV.1995.362.
504. Il-Qorti Ċivili, Prim’ Awla, tista’, minn rajha jew fuq talba
tal-kuraturi jew ta’ wieħed jew iżjed mill-kredituri, iġġiegħel lill-
  72      KAP. 13. ħ             KODIĊI TAL-KUMMERĊ
fallut u lil kull persuna oħra tagħti, bil-ġurament, kull
informazzjoni li jidhrilha li hija meħtieġa jew li tiswa fl-interess
tal-massa tal-kredituri u għall-formazzjoni ta’ l-inventarju.
Titolu III
FUQ IR-RIVENDIKAZZJONI
Rivendikazzjoni 
ta’ kambjali, eċċ.
505. Jistgħu jiġu, f’każ ta’ falliment, mitlubin lura l-kambjali u
titoli oħra ta’ kreditu li jkunu għadhom ma tħallsux u li jkunu
jinsabu in natura f’idejn il-fallut fi żmien il-falliment tiegħu
kemm-il darba dawn il-kambjali jew titoli ta’ kreditu jkunu ġew
magħmula minn sidhom b’ordni għall-inkass akkont tiegħu nnifsu.
Rivendikazzjoni 
ta’ merkanzija.
506. (1) Tista’ wkoll tintalab lura l-merkanzija ikkunsinnata
lill-fallut taħt titoli ta’ depożitu inkella biex tiġi mibjugħa akkont
ta’ sidha, saż-żmien kollu li tkun teżisti in natura, kollha jew biċċa
minnha.
(2) Jista’ jintalab lura wkoll il-prezz jew il-biċċa tal-prezz ta’
din il-merkanzija, li ma jkunx ġie mħallas bi flus jew xort’oħra, jew
li ma tkunx saret tpaċija tiegħu f’kont kurrent, bejn il-fallut u x-
xerrej.
Rivendikazzjoni 
ta’ merkanzija 
mibjugħa lill-
fallut.
507. (1) Tista’ tintalab lura l-merkanzija mibjugħa lill-fallut
jew mibgħuta akkont tiegħu, sakemm tkun tinsab għandu.
(2) Iżda, ma hemmx dan il-jedd ta’ rivendikazzjoni jekk, qabel
ma tasal, il-merkanzija tkun ġiet mibjugħa, mingħajr qerq, fuq
fatturi jew poloz ta’ kargu iffirmati minn dak li bagħat il-
merkanzija.
(3) Il-parti li tagħmel ir-rivendikazzjoni hija obbligata trodd
lill-massa l-akkonti li tkun ħadet, kif ukoll dak kollu li jkun ġie
mħallas bil-quddiem għan-nol, kummissjoni, assigurazzjoni jew
spejjeż oħra, u għandha tħallas il-bilanċ tagħhom li jkun għad irid
jitħallas.
Merkanzija li għad 
ma ġietx 
ikkunsinnata lill-
fallut.
508. Il-bejjiegħ jista’ jżomm il-merkanzija mibjugħa lill-fallut,
imma li tkun għad ma ġietx ikkunsinnata lill-fallut jew li tkun għad
ma nbagħtitx lilu jew lil terz akkont tiegħu.
Setgħa tal-kuraturi 
li jirtiraw 
merkanzija.
509. Fil-każijiet imsemmijin fl-aħħar żewġ artikoli qabel dan, il-
kuraturi jistgħu, bl-awtorizzazzjoni ta’ l-imħallef, jieħdu l-
merkanzija billi jħallsu lill-bejjiegħ il-prezz miftiehem bejnu u l-
fallut.
 KODIĊI TAL-KUMMERĊ   ġ KAP. 13.        73
Titolu IV
FUQ IL-VERIFIKA TAL-KREDITI KONTRA L-FALLUT
Lista tal-kredituri.
jagħmlu, fi żmien tlitt ijiem, lista tal-kredituri kollha.
(2) Din il-lista għandha titqiegħed fir-reġistru, u r-reġistratur
għandu, b’ordni ta’ l-imħallef, isejjaħ laqgħa tal-kredituri b’avviż
maħruġ fil-Gazzetta tal-Gvern u f’gazzetta oħra jew iżjed. 
Laqgħa tal-
kredituri.
(3) Il-laqgħa tal-kredituri ssir quddiem l-imħallef fil-jum u fil-
lok imsemmijin fl-avviż.
Rikors tal-kreditur.
wara, kif jordna l-imħallef, jippreżenta rikors biex il-kreditu tiegħu
jiġi ammess u miegħu jġib u jispeċifika d-dokumenti li jistgħu
jippruvawh. Għandu jsir proċess verbal ta’ l-eċċezzjonijiet li
jingħataw mill-kuraturi jew mill-kredituri.
Il-persuni 
interessati jistgħu 
jassistu għall-
verifika tal-krediti.
512. (1) Kull persuna, għad li l-kreditu tagħha jkun għad ma
ġiex ivverifikat u ammess, tista’, meta turi sommarjament li
għandha interess, tassisti għall-verifika tal-krediti l-oħra, u tista’
tagħti eċċezzjonijiet kontra dik il-verifika.
(2) Kemm-il darba wieħed mill-kuraturi, f’ismu stess, jopponi
jew jitlob xi jedd, l-interess tal-massa tal-kredituri jiġi difiż mill-
kuratur l-ieħor jew mill-kuraturi l-oħra li ma jkunux għamlu
oppożizzjoni jew talba; izda, jekk kull wieħed mill-kuraturi, f’ismu
stess, jopponi jew jitlob xi jedd, il-massa tal-kredituri, għal din id-
darba u għal dan il-ħsieb biss, tiġi rappreżentata minn xi persuna
oħra li l-imħallef jaħtar, b’digriet, mingħajr ebda formalità  oħra.
Talba ta’ kreditu 
falz. 
Emendat: 
XXIV.1995.362.
513. Jekk xi ħadd, xjentement, jiddikjara kreditu falz jew li hu
kreditur f’somma akbar minn dik li tassew ikollu jieħu, hu jeħel,
b’azzjoni li tinġieb quddiem il-Qorti Ċivili, Prim’ Awla, il-ħlas
għal darbtejn tal-kreditu mitlub falz, favur il-patrimonju tal-fallut.
Verifika tal-krediti.
igħaddi għall-verifika tal-krediti. Id-digriet ta’ l-imħallef dwar il-
verifika tal-krediti għandu jkun fih riferenza għat-titoli li jippruvaw
il-krediti, u għandu jsemmi l-lok ta’ fejn joqogħdu l-kredituri u s-
somma ammessa favur tagħhom.
Proċeduri ta’ wara 
l-verifika tal-
krediti. 
Emendat: 
XXIV.1995.362.
515. (1) Hekk kif l-imħallef ilesti d-digriet imsemmi fl-aħħar
artikolu qabel dan, id-digriet jiġi iddepożitat fir-reġistru u mxandar
b’avviż fil-Gazzetta tal-Gvern u f’gazzetta oħra jew iżjed. Avviż
ta’ dan id-depożitu għandu jingħata lil kull wieħed mill-kredituri li
jkunu għamlu r-rikors għall-verifika tal-krediti tagħhom.
(2) Jekk dan id-digriet ma jiġix attakkat fi żmien tmint ijiem
min-notifika tad-depożitu, jitqies ipso jure li ġie aċċettat.
(3) Id-digriet jista’ jiġi attakkat b’ċitazzjoni quddiem il-Qorti
Ċivili, Prim’ Awla.
  74      KAP. 13. ħ             KODIĊI TAL-KUMMERĊ
Lista tal-kredituri li 
ma dehrux.
516. Meta d-digriet tal-verifika tal-krediti jiġi iddepożitat fir-
reġistru, il-kuraturi għandhom jagħmlu u jippreżentaw fir-reġistru
nota b’lista ta’ l-ismijiet tal-kredituri li ma jkunux dehru. 
Titolu V
FUQ L-AKKORDJU
Laqgħa tal-
kredituri wara 
digriet fuq il-
verifika tal-krediti.
517. (1) Fi żmien għaxart ijiem wara d-depożitu tad-digriet
tal-verifika tal-krediti, ir-reġistratur għandu jsejjaħ laqgħa tal-
kredituri li l-krediti tagħhom ikunu ġew ammessi.
(2) Din il-laqgħa ssir fil-jum u fil-ħin stabbiliti mill-imħallef, u
huwa jippresiedi f’din il-laqgħa.
Preżenza tal-fallut. 518. (1) Il-fallut jiġi wkoll imsejjaħ għal din il-laqgħa. Hu ma
jistax jinkariga lil ħaddieħor jidher għalih mingħajr raġunijiet
approvati mill-imħallef.
(2) L-imħallef jeżamina t-titoli ta’ dawk li jidhru bħala
prokuraturi ta’ kredituri assenti. Hu jordna lill-kuraturi li jagħtu,
quddiemu, kont ta’ l-istat tal-falliment u ta’ kull ma jkun sar.
(3) Il-fallut jista’ dejjem jiġi mismugħ.
Kondizzjonijiet ta’ 
l-akkordju.
519. F’din il-laqgħa jiġi eżaminat jekk hemmx lok għall-
akkordju. Il-fallut jipproponi l-kondizzjonijiet ta’ l-akkordju, u l-
kredituri jkollhom iż-żmien ta’ mill-anqas tmint ijiem biex
jikkunsidraw il-proposta.
Ġbir tal-voti. 520. Wara li jagħlqu dawn it-tmint ijiem, il-kredituri jiltaqgħu
mill-ġdid quddiem l-imħallef u jittieħdu l-voti tagħhom.
L-akkordju jsir 
mill-maġġoranza 
fin-numru u minn 
tliet kwarti tal-
valur tal-krediti.
521. (1) Ir-reġistratur iżomm proċess verbal tal-proċeduri li
jkunu saru u tar-riżoluzzjonijiet li jkunu għaddew f’dawn il-
laqgħat.
(2) Kull kreditur jista’ jagħti l-vot tiegħu, u l-ftehim finali ma
jitqiesx li sar ħlief bil-konkors ta’ għadd ta’ kredituri li jagħmlu
maġġoranza u li l-krediti tagħhom ivverifikati jlaħħqu t-tliet kwarti
tas-somom kollha li għandhom jingħataw.
(3) Il-kredituri ipotekarji mniżżlin fir-Reġistru Pubbliku jew
dawk li jkollhom rahan f’idejhom ma jistgħux jivvutaw għar-
riżoluzzjoni dwar l-akkordju.
Meta l-maġġoranza 
tal-kredituri li 
jkunu jridu l-
akkordju ma 
tlaħħaqx tliet 
kwarti tal-krediti 
ammessi.
522. (1) Jekk il-maġġoranza tal-kredituri preżenti taċċetta l-
akkordju, iżda l-krediti tagħhom ma jkunux jagħmlu tliet kwarti
tas-somom ammessi bħala li għandu jagħti l-fallut, id-deċiżjoni
titħalla għal tmint ijiem oħra, bħala l-aħħar żmien li jingħata
għaldaqshekk.
(2) It-tuturi jew il-kuraturi ta’ kredituri ma jistgħux jagħtu l-
kunsens tagħhom għall-akkordju mingħajr l-awtorizzaz-zjoni ta’ l-
imħallef tas-Sekond’Awla tal-Qorti Ċivili, iżda l-preżenza ta l-
imħallef mhix meħtieġa fl-att ta’ l-akkordju.
 KODIĊI TAL-KUMMERĊ   ġ KAP. 13.        75
Proposta ta’ 
kondizzjonijiet 
ġodda ta’ akkordju.
(3) Jekk l-akkordju ma jsirx, kull kreditur jista’, f’kull waqt
ieħor tal-proċedura, jipproponi kondizzjonijiet ġodda ta’ akkordju,
u f’dan il-każ, l-imħallef jagħti żmien biżżejjed sabiex jistgħu jiġu
ikkunsidrati. 
L-akkordju għandu 
jiġi appruvat mill-
imħallef.
523. (1) Jekk il-kredituri kollha jaqblu fuq l-akkordju, l-
approvazzjoni ta’ l-akkordju mill-imħallef tkun biżżejjed biex
tagħmlu validu. Iżda jekk il-kunsens għall-akkordju jiġi mogħti
mill-kredituri biss li jagħmlu tliet kwarti tal-valur tal-krediti, il-
kuraturi jew il-fallut għandhom, fi żmien tmint ijiem, jagħmlu talba
lill-qorti biex tappruvah, b’ċitazzjoni kontra l-kredituri li jkunu
opponew l-akkordju jew li jkunu baqgħu kontumaċi għas-sejħa
msemmija fl-artikolu 517.
(2) Meta ma jiġux ippruvati mill-konvenuti atti dolużi jew ta’
ħtija kbira, il-qorti tapprova l-akkordju.
(3) L-akkordju hekk appruvat ikun obbligatorju għall-kredituri
kollha.
Rijabilitazzjoni.
jure rijabilitat.
Effetti.
fallut l-amministrazzjoni ta’ ħwejġu, taħt il-kondizzjonijiet, jekk
ikun hemm, li jiġu mnizżlin fl-att ta’ l-akkordju.
Pattijiet li jistgħu 
jsiru fl-att ta’ l-
akkordju.
(3) Kull ftehim fl-att ta’ l-akkordju, li ma jkunx kuntrarju għal-
liġi, jiswa. Fl-att ta’ l-akkordju jista’ jsir patt dwar il-għażla ta’
persuna waħda jew iżjed biex jissorveljaw l-esekuzzjoni ta’ l-
akkordju, biex jassistu għall-bejgħ tal-beni, jekk ikollu jsir dan il-
bejgħ, u biex jiżguraw it-taqsim tal-prezz bejn il-kredituri.
(4) Hu validu l-patt li l-fallut ma jkun jista’ jagħmel ebda att,
sew ta’ amministrazzjoni jew ta’ trasferiment, mingħajr il-kunsens
ta’ persuna waħda jew iżjed maħturin mill-kredituri; dan il-patt
għandu effett ukoll kontra t-terzi li jkunu ikkuntrattaw b’bona fidi
mal-fallut waħdu.
Meta fl-akkordju 
ikun hemm abbon 
ta’ biċċa mid-dejn.
525. (1) Jekk bl-akkordju jingħata abbon ta’ biċċa mid-dejn,
il-fallut hu meħlus, ukoll fuq dak li għad ikollu, sa l-ammont ta’
dan l-abbon:
Iżda, dan l-abbon u ż-żmien mogħti lill-fallut għall-ħlas, ma
jiswewx lill-kondebituri in solidum mal-fallut jew lill-garanti in
solidum tiegħu.
Effetti tal-ksur ta’ 
l-akkordju.
(2) In-nuqqas tal-ħlas skond il-ftehim ta’ l-akkordju, jitqies
bħala falliment ġdid, jekk id-debitur jissokta jikkummerċja.
Jeddijiet tal-
kredituri kontra l-
kondebituri.
526. Għalkemm ikun hemm l-akkordju, il-jedd ta’ l-azzjoni tal-
kredituri għall-ammont kollu tal-kreditu tagħhom kontra l-
kondebituri in solidum mal-fallut u kontra l-garanti in solidum
tiegħu jibqa’ sħiħ, għad illi dawn il-kredituri jkunu taw il-kunsens
tagħhom għall-akkordju.
Għoti ta’ kontijiet 
mill-kuraturi.
527. (1) Il-kuraturi għandhom, fi żmien erbat ijiem wara l-
approvazzjoni ta’ l-akkordju, jagħtu l-kont tagħhom ta’ l-aħħar; u
huma jistgħu jiġu mġiegħla jagħtu dan il-kont fuq talba tal-fallut
  76      KAP. 13. ħ             KODIĊI TAL-KUMMERĊ
jew ta’ kull parti interessata oħra.
(2) Il-kuraturi għandhom wara, fi żmien tmint ijiem
jikkunsinnaw lill-fallut jew lill-persuna li tiġi maħtura fl-akkordju,
il-beni kollha, il-kotba, il-karti u oġġetti oħra tal-fallut.
(3) Ma’ din il-kunsinna, il-funzjonijiet tal-kuraturi jispiċċaw.
Titolu VI
FUQ IL-GRADWAZZJONI TAL-KREDITURI
Jekk l-akkordju ma 
jiġix appruvat.
528. Jekk l-akkordju ma jiġix appruvat, il-kuraturi għandhom, fi
żmien xahar, igħaddu għall-bejgħ, taħt is-setgħa tal-qorti, tal-beni
tal-fallut.
Beni li għandhom 
jitħallew lill-fallut.
529. Fil-każijiet kollha, il-fallut u l-familja tiegħu jistgħu, bl-
approvazzjoni ta’ l-imħallef, iżommu l-ilbies u l-ħwejjeġ mobbli l-
oħra meħtieġa għall-użu persunali tagħhom, billi jittieħed qies tal-
kondizzjoni u taċ-ċirkostanzi ta’ qabel tal-fallut.
Fidwa tar-rahan. 530. (1) Il-kuraturi għandhom is-setgħa jifdu r-rahan, għall-
ġid tal-patrimonju tal-fallut, billi jħallsu d-djun li jkun hemm fuqu.
(2) Jekk ir-rahan ma jiġix mifdi mill-kuraturi, u jiġi mibjugħ
mill-kreditur bi prezz iżjed mill-kreditu, iż-żejjed tal-prezz għandu
jiġi miġbur mill-kuraturi; jekk il-prezz li jinġieb ikun inqas mill-
kreditu, il-kreditur li kellu r-rahan jidħol mal-kredituri l-oħra għall-
bqija.
Gradwazzjoni tal-
kredituri.
531. (1) Wara d-depożitu tad-digriet tal-verifika tal-krediti, l-
imħallef igħaddi għall-gradwazzjoni tal-kredituri.
(2) F’din il-gradwazzjoni jiġi stabbilit l-ordni li fih il-kredituri
għandhom jiġu mħallsa mill-prezz tal-beni mibjugħa, mir-renti tal-
beni issekwestrati, u minn flejjes oħra li seta’ baqa’ jew li jistgħu
jiġu f’kull żmien f’idejn il-kuraturi, jew li xort’oħra jeżistu favur
il-patrimonju tal-fallut, ukoll jekk dawn il-flejjes ma jkunux ġew
imqiegħda fir-Reġistru tal-Qorti.
Preżentata ta’ 
rikors mill-
kredituri 
532. Għal din il-gradwazzjoni, il-kredituri jiġu msejħa, b’ittra
mir-reġistratur, biex jippreżentaw fir-reġistru, fi żmien ħmistax-il
ġurnata, it-talba meħtieġa, b’rikors, flimkien mad-dokumenti l-oħra
li jistgħu jkunu meħtieġa għall-gradwazzjoni.
Is-smigħ tat-talbiet 
tal-kredituri.
533. Wara l-preżentata tar-rikorsi msemmijin fl-aħħar artikolu
qabel dan, ir-reġistratur isejjaħ, b’ittra, lill-kredituri, lill-kuraturi u
lill-fallut biex jidhru quddiem l-imħallef fil-jum li jiġi mogħti għal
daqshekk, sabiex isir is-smigħ tat-talba ta’ kull wieħed minnhom. 
Sussidju lill-fallut 
għall-
manteniment.
534. (1) Meta ma jkunx hemm preżunzjoni ta’ falliment doluż,
il-fallut għandu jedd jitlob somma, bħala sussidju, minn fuq il-beni
tiegħu.
(2) Il-kuraturi jipproponu l-ammont tas-sussidju u l-imħallef
jiffissaħ billi jittieħed qies tal-bżonnijiet u tan-numru tal-familja
 KODIĊI TAL-KUMMERĊ   ġ KAP. 13.        77
tal-fallut, u tat-telf li b’daqshekk isir lill-kredituri tiegħu.
Kredituri 
privileġġati.
535. ll-kredituri li jkollhom rahan, privileġġ jew ipoteka, jiġu
gradwati skond il-liġijiet li jkunu jseħħu f’dak iż-żmien.
Kredituri li ma 
jkunux dehru wara 
s-sejħa.
536. Il-kredituri li ma jkunux dehru wara s-sejħa msemmija fl-
artikolu 532, ma jiġux ikkunsidrati fil-gradwazzjoni tal-kredituri:
iżda, ebda wieħed mill-kredituri li jkunu dehru għas-sejħa ma jista’
jirċievi l-ħlas tal-kreditu tiegħu jekk ma jagħtix garanzija tajba,
għas-sodisfazzjon tal-kuraturi, li hu johrog pro rata somma favur
dawk il-kredituri li ma jkunux dehru jew li jkunu assenti, fil-każ li
huma jidhru fi żmien sena minn dak in-nhar li tingħata l-garanzija.
L-imgħaxijiet ma 
jibqgħux 
għaddejjin mid-
dikjarazzjoni tal-
falliment.
537. F’ebda każ ta’ falliment ma jiġu mogħtija imgħaxijiet fuq
is-somom li jkollu jagħti l-fallut, mid-data tad-dikjarazzjoni tal-
falliment magħmula mill-fallut jew, skond ma jkun il-każ, mid-data
tas-sentenza li tiddikjara l-falliment.
Titolu VII
FUQ IR-RIJABILITAZZJONI
Rijabilitazzjoni.
isejjaħ, b’ittra, lill-kredituri hekk gradwati biex jidhru fil-jum
mogħti mill-imħallef għall-eżami tal-kontijiet tal-kuraturi, u biex
jiġi deċiż jekk il-fallut għandux jiġi rijabilitat għall-kummerċ.
(2) Ir-rijabilitazzjoni tiġi mogħtija b’digriet ta’ l-imħallef, jekk
ma jkunx ġie ippruvat xi att doluż jew ta’ qerq min-naħa tal-fallut.
(3) Ir-rijabilitazzjoni għandha l-effett li teħles lill-fallut, sew
għal dik li hi l-persuna tiegħu kif ukoll għall-beni li jakkwista
wara, mid-djun kollha li setgħu jintalbu kontra tiegħu f’kull żmien
sad-dikjarazzjoni tal-falliment.
Falliment doluż.
għall-każ ta’ falliment doluż.
(2) Kull kummerċjant jitqies li hu fallut doluż f’kull wieħed
mill-każijiet li ġejjin:
(a) jekk hu ma jistqarrx is-sewwa f’dak li għandu
x’jaqsam mal-krediti jew mad-djun tiegħu, u ma’ l-
insolvibbiltà  tiegħu;
(b) jekk huwa jfinġi spejjeż jew telf, jew ma jagħtix kont
sodisfaċenti ta’ dak kollu li daħħal;
(ċ) jekk hu jkun ħeba jew warrab xi somma ta’ flus, jew xi
kreditu, oġġetti, merkanzija jew ħwejjeġ oħra mobbli;
(d) jekk hu jkun finġa bejgħ, negozji jew donazzjonijiet;
(e) jekk hu jkun finġa djun bi ftehim bejnu u kredituri
fittizji, billi joħloq skritturi foloz jew billi jistqarr ruħu
debitur, mingħajr kawża jew valur, b’atti pubbliċi jew
privati;
  78      KAP. 13. ħ             KODIĊI TAL-KUMMERĊ
(f) jekk ikun ħeba jew qered il-kotba tiegħu, dokumenti
jew karti oħra dwar il-kontijiet tiegħu.
Każijiet li fihom il-
kummerċjant jista’ 
jiġi iddikjarat fallut 
doluż.
540. Kull fallut jista’, fil-każijiet li ġejjin, jiġi iddikjarat fallut
doluż, kemm-il darba ma jippruvax biżżejjed li hu ma kellu ebda
ħsieb li jiffroda -
(a) jekk ma jkunx żamm kotba jew jekk il-kotba tiegħu ma
jkunux juru l-veru stat tiegħu attiv u passiv; 
(b) jekk, meta ġie msejjaħ skond il-liġi biex jiġi eżaminat,
naqas li jidher;
(ċ) jekk ma kienx assista fil-formazzjoni ta’ l-inventarju.
TAQSIMA IV
Emendat:
XXIV.1995.362.
FUQ IL-PRESKRIZZJONI U FUQ IR-RAĠUNIJIET LI GĦALIHOM 
M’HEMMX JEDD TA’ AZZJONI F’XI ĦWEJJEĠ KUMMERĊJALI, FUQ 
IL-ĠURISDIZZJONI TAL-QORTI ĊIVILI, PRIM’ AWLA, U FUQ ID-
DRITTIJIET KUMMERĊJALI
Titolu I
FUQ IL-PRESKRIZZJONI U FUQ IR-RAĠUNIJIET LI GĦALIHOM 
M’HEMMX JEDD TA’ AZZJONI F’XI ĦWEJJEĠ KUMMERĊJALI
Żminijiet 
perentorji.
541. Iż-żminijiet kollha stabbiliti b’disposizzjoni ta’ dan il-
Kodiċi għall-eżerċizzju ta’ azzjonijiet jew regressi li ġejjin minn
atti kummerċjali, huma perentorji; u l-benefiċċju tar-restitutio in
integrum bis-saħħa ta’ titolu, motiv jew privileġġ li jkun, ma
jgħoddx.
Azzjonijiet 
preskritti biż-
żmien ta’ ħames 
snin.
542. Bla ħsara tad-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 238, 239 u 263,
l-azzjonijiet li ġejjin minn kambjali jew minn biljetti negozjabbli
jew promissory notes, jaqgħu bil-preskrizzjoni wara ħames snin
minn dak in-nhar li jagħlqu, u l-azzjonijiet li ġejjin minn tratti jew
cheques fuq bankiera jew kaxxiera jaqgħu bil-preskrizzjoni wara
ħames snin mid-data tagħhom.
Azzjonijiet li ġejjin 
minn kambju 
marittimu, eċċ.
543. Kull azzjoni li ġejja minn kuntratt ta’ kambju marittimu
jew ta’ assigurazzjoni, taqa’ bil-preskrizzjoni wara ħames snin
minn dak in-nhar li hija setgħat tiġi eżerċitata.
Azzjonijiet ta’ 
nolijiet, eċċ.
544. L-azzjonijiet li ġejjin jaqgħu bil-preskrizzjoni kif sejjer
jingħad hawn taħt:
(a) kull azzjoni għall-ħlas ta’ nol, sena wara li jispiċċa l-
vjaġġ;
(b) kull azzjoni għall-ħlas ta’ proviżjonijiet mogħtijin lill-
baħrin b’ordni tal-kaptan, sena wara li jiġu mogħtija;
(ċ) kull azzjoni għall-ħlas ta’ njam u ħwejjeg oħra
meħtieġa għall-bini, armar u forniment ta’ bastiment,
 KODIĊI TAL-KUMMERĊ   ġ KAP. 13.        79
sentejn wara li dak l-injam jew ħwejjeġ oħra jiġu
fornuti; 
 (d) kull azzjoni għall-ħlas tas-salarji ta’ ħaddiema u għal
xogħlijiet magħmula, sena wara li jispiċċaw ix-
xogħlijiet jew wara l-kunsinna tax-xogħol;
(e) kull azzjoni għall-kunsinna ta’ merkanzija, wara sena
minn dak in-nhar li jasal il-bastiment.
Meta ma hemmx 
azzjoni.
545. Ma hemmx azzjoni -
(a) kontra l-kaptan u l-assiguraturi għall-ħsara li tiġri lill-
merkanzija, jekk il-merkanzija tiġi rtirata mingħajr
protest u l-ħsara kienet tista’ tidher;
(b) kontra n-noleġġatur għal avarija, jekk il-kaptan ikun
ikkunsinna l-merkanzija u irċieva n-nol mingħajr ma
jkun għamel protest;
(ċ) għal ħsarat ikkaġunati b’kolliżjoni ta’ bastimenti f’lok
li fih il-kaptan seta’ jaġixxi, kemm-il darba l-kaptan
ma jkunx għamel il-protest tiegħu.
Il-preskrizzjoni 
timxi kontra 
minuri, eċċ.
546. Bla ħsara ta’ fejn il-liġi tiddisponi espressament xort’ oħra,
il-preskrizzjonijiet stabbiliti f’dan il-Kodiċi jimxu kontra l-minuri
u l-interdetti, bla ħsara tal-jedd tagħhom ta’ regress kontra t-tutur
jew il-kuratur.
Titolu II
Emendat:
XXIV.1995.362.
FUQ IL-ĠURISDIZZJONI TAL-PRIM’ AWLA TAL-QORTI ĊIVILI
Ġurisdizzjoni 
kummerċjali. 
Emendat: 
XXIV.1995.362.
Kap. 12.
547. Il-ġurisdizzjoni kummerċjali hija eżerċitata mill-Prim’
Awla tal-Qorti Ċivili, skond id-disposizzjonijiet tal-Kodiċi ta’
Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili.
Kwisjonijiet ta’ 
natura 
kummerċjali.
548. Huma ta’ natura kummerċjali -
(a) il-kwistjonijiet kollha dwar obbligazzjonijiet u
kuntratti bejn kummerċjanti, jekk ma jidhirx mill-att
innifsu li l-affari hija purament ċivili;
(b) il-kwistjonijiet kollha dwar atti ta’ kummerċ bejn kull
xorta ta’ persuni.
Kwistjonijiet oħra 
li tiddeċiedi l-
Prim’ Awla tal-
Qorti Ċivili. 
Emendat: 
XXIV.1995.362.
549. Il-Prim’ Awla tal-Qorti Ċivili tiddeċiedi wkoll -
(a) azzjonijiet kontra aġenti jew persuni oħra inkarigati
minn kummerċjanti, u s-subalterni tagħhom, għall-
operazzjonijiet biss magħmulin fil-kors ordinarju tal-
kummerċ tal-prinċipal tagħhom; u azzjonijiet ta’ dawk
hawn fuq imsemmija l-ewwel, kontra l-prinċipal;
  80      KAP. 13. ħ             KODIĊI TAL-KUMMERĊ
(b) dak kollu li għandu x’jaqsam mal-fallimenti skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan il-Kodiċi.
Titolu III
FUQ ID-DRITTIJIET KUMMERĊJALI
Kit huma regolati 
d-drittijiet 
kummerċjali.
550. Id-drittijiet kummerċjali huma regolati skond l-Iskeda li
hawn ma’ din l-Ordinanza.
Setgħa tal-Ministru 
responsabbli għall-
ġustizzja biex 
jistabbilixxi 
drittijiet. 
Emendat: 
A.L. 4 ta’ l-1963; 
XXXI. 1966.2.
551. Il-Ministru responsabbli għall-ġustizzja jista’, b’avviż
maħruġ fil-Gazzetta tal-Gvern, wara li jisma’ l-Kamra tal-
Kummerċ, ibiddel l-Iskeda tad-drittijiet imsemmijin fl-aħħar
artikolu qabel dan, jew iżid magħha.
DISPOSIZZJONI ĠENERALI
Kull użu kuntrarju 
ma għandu ebda 
effett.
552. Kull liġi jew użu kuntrarji jew inkompatibbli mad-
disposizzjonijiet ta’ dan il-Kodiċi ma għandhom ebda effett.
 KODIĊI TAL-KUMMERĊ   ġ KAP. 13.        81
L-iskedi 
miġjubin fl-art. 1 
ta’ l-Ord. II ta’ l-
1898, 
ikkonsolidati.
SKEDA
(Artikoli 550 - 551)
TAQSIMA I
KUMMISSJONIJIET U DRITTIJIET
Kummissjonijiet
Xiri u bejgħ ta’ merkanzija.
Għal xiri ta’ merkanzija bil-flus tal-mandant fl-
idejn .................................................................. 2%
Għal xiri ta’ merkanzija u tratta għall-valur tagħha 2½%
Għal bejgħ ta’ merkanzija ....................................... 2%
Talli wieħed jipprova jbigħ merkanzija -
jekk il-valur huwa iżjed minn Lm500  ¼%
jekk il-valur huwa Lm500 jew inqas ½%
Għal xiri u bejgħ ta’ bastimenti tal-qlugħ jew ta’
vapuri (kompriża s-senserija), minn kull waħda
mill-partijiet ...................................................... 1¼%
Operazzjonijiet Bankarji
Għal ġbid ta’ tratta ................................................. 1/8 sa ¼ %
Għal rimessa .......................................................... 1/8%
Għal aċċettazzjoni .................................................. 1/8%
Għal negozjazzjoni ................................................. 1/8 sa ¼ %
Għal ġîr a ta’ kambjali ............................................. 1/8%
N.B. - Jekk il-ġbid u r-rimessa ta’ tratta jew l-
aċċettazzjoni jew in-negozjazzjoni jirrigwardaw
l-istess operazzjoni, id-dritt huwa biss ............... ¼ % 
Xiri u bejgħ ta’ fondi pubbliċi-
għal titoli kkwotati iżjed minn 75%, mill-valur
tagħhom nominali -
fuq il-valur nominali ....................................... 1/8% 
għal titoli kkwotati anqas minn 75% mill-valur
tagħhom nominali -
fuq il-valur nominali ....................................... 1/16%
Għal sborżi lil vjaġġaturi kontra ittri ta’ kreditu ...... ½%
Għal inkass, ħlas jew negozjazzjoni ta’ kupuni ....... 1/8% 
Għal inkass ta’ kambjali u rimessa ta’ l-ammont ..... 1/8% 
Għal inkass ta’ flus f’kont kurrent u rimessa ta’ l-
inkassi, jew ħlas magħmul fuq talba ................... 1/8% 
  82      KAP. 13. ħ             KODIĊI TAL-KUMMERĊ
N.B.-L-anqas rati msemmijin hawn fuq fil-każijiet
fejn ir-rata mhix fissa, igħoddu għal
operazzjonijiet li l-ammont tagħhom huwa iżjed
minn Lm100.
Aġenzija ta’ Bastimenti tal-Qlugħ jew ta’ Vapuri
Lin-noleġġatur ta’ bastiment tal-qlugħ jew ta’ vapur  2%
Lill-kunsinnatarju, fuq in-noleġġ ta’ bastiment tal-
qlugħ jew ta’ vapur, meta huwa jkun jipprokura
n-noleġġ ............................................................ 1% 
Fuq in-nolijiet ta’ importazzjoni, kif jidhru fil-
manifest, sew jekk in-nol jitħallas fil-port ta’
destinazzjoni, kemm jekk bil-quddiem ............... 2%
Talli wieħed jipprokura nolijiet lil vapuri jew lil
bastimenti tal-qlugħ għal esportazzjoni, kif
jidhru fil-manifest .............................................. 3%
Għal sborżi lil vapuri jew bastimenti tal-qlugħ ........ 2%
Għal sborżi lil vapuri jew bastimenti tal-qlugħ,
meta huma taħt avarija ....................................... 2½%
Għal ħatt u tagħbija mill-ġdid, jew għal spedizzjoni
mill-ġdid ta’ merkanzija fuq bastiment bil-qlugħ
jew vapur bl-avarija jew mingħajrha -
meta l-valur tal-merkanzija huwa anqas minn
Lm2,000 ......................................................... ½%
meta l-valur tal-merkanzija huwa iżjed minn
Lm2,000 ......................................................... ¼ % 
Għal trasbord ta’ kollijiet - skond il-merkanzija u n-
numru tal-kollijiet-
għal kull koll .................................................. 4m sa 2c5
għal balal jew kaxex ta’ drappijiet -
għal kull balla jew kaxxa ................................ 10c 
għal ħadid - għal kull tunnellata ..................... 10c 
Għal bejgħ b’irkant pubbliku ta’ merkanzija jew
oġġetti żbarkati minn bastimenti tal-qlugħ jew
vapuri taħt avarija .............................................. 2% 
Drittijiet
Talli wieħed jidher għal persuna waħda jew iżjed
quddiem qorti tal-ġustizzja -
jekk l-ammont fil-kawża jaqbeż Lml000 -
fil-qorti ta’ l-ewwel grad ............................. 2% 
fil-qorti tat-tieni grad .................................. 1% 
jekk l-ammont fil-kawża huwa Lm1,000 jew
anqas -
fil-qorti ta’ l-ewwel grad ..................................... 3%
 KODIĊI TAL-KUMMERĊ   ġ KAP. 13.        83
TAQSIMA II
DRITTIJIET TA’ SENSALA PUBBLlĊI
fil-qorti tat-tieni grad .......................................... 2% 
N.B. Jekk wieħed jidher għal persuna oħra fil-qorti
tat-tieni grad biss, id-dritt hu -
jekk l-ammont fil-kawża jaqbeż Lm1,000 ....... 2%
jekk l-ammont fil-kawża huwa Lml,000 jew
anqas .............................................................. 3% 
Għal depożiti fil-qrati bħala garanzija f’kawża
(barra mill-imgħax tas-6 fil-mija fis-sena) -
għal żmien mhux iżjed minn sena ........................ 3%
għal kull żmien wara, mhux iżjed minn sena ........ 2% 
Għal riċezzjoni ta’ telegrammi sabiex jinbagħtu
barra - għal kull telegramm 25c
Talli wieħed jagħti ordnijiet -
lil vapuri - għal kull ordni ................................... 50c
lil bastimenti tal-qlugħ - għal kull ordni .............. 25c
Talli wieħed jipprokura kummissjonijiet, jirċievi u
jikkunsinna merkanzija, jirregola kontijiet,
jipprokura aċċetazzjonijiet, jew jinkassa u
jirrimetti ............................................................ 3%
Għal del credere fuq bejgħ ta’ merkanzija bid-dejn  2%
Talli wieħed jagħmel garanzija favur ta’ persuna
fix-xahar ............................................................ ¼%
Talli wieħed jagħmel garanzija favur ta’ persuna,
akkumpanjata b’depożitu (barra mill-¼ % fix-
xahar) l-imgħax, fis-sena, ta’ ............................. 6% 
Għal bejgħ u xiri ta’ merkanzija (minn kull waħda
mill-partijiet) ....................................................... ½%
Għal bejgħ u xiri ta’ merkanzija ta’ ftit valur, bħal
pozzolana, irmied tas-soda, ħatab għan-nar, melħ
minerali, u oġġetti bħal dawn (minn kull waħda
mill-partijiet) ....................................................... 1%
N.B. - Fil-każ ta’ merkanzija mibjugħa bl-iskont, is-
senserija tittieħed fuq l-ammont nett tal-fattura.
Għal tpartit ta’ merkanzija - fuq il-valur ta’ kull
oġġett (minn kull waħda mill-partijiet) ................. 3/8% 
Għal xiri u bejgħ ta’ titoli ta’ fondi pubbliċi għall-
purtatur - fuq il-valur reali (minn kull waħda mill-
partijiet) .............................................................. 1%
Għal xiri u bejgħ ta’ kambjali fuq l-esteru, skont ta’
kambjali fis-suq, u ta’ kupuni - fuq il-valur reali -
(minn kull waħda mill-partijiet) ........................... 1%
  84      KAP. 13. ħ             KODIĊI TAL-KUMMERĊ
TAQSIMA III
DRITTIJIET TA’ PERITI
Għal xiri u bejgħ ta’ virgi tad-deheb u tal-fidda, jew
ta’ munita ta’ l-Istat jew stranġiera - fuq il-valur
reali - (minn kull waħda mill-partijiet) ................. ½%
Għal noleġġ sħiħ jew parzjali ta’ bastimenti tal-qlugħ
jew ta’ vapuri - li għandhom jitħallsu mill-kaptan  2%
Għal noleġġ ta’ bastimenti tal-qlugħ jew ta’ vapuri
bil-kolletta (taħt tagħbija) .................................... 3%
Lm c m 
Għall-eżami ta’ l-istat ta’ bastiment tal-qlugħ, jew ta’
l-istat tal-buk jew tal-makna ta’ vapur, bl-avarija
jew mingħajrha - 
għall-ewwel vista .................................................. 2.10,0
għal kull vista oħra ............................................... 1.05,0
Għall-eżami ta’ merkanzija -
jekk il-valur ma jaqbeżx Lm100 ............................ 0.52,5
jekk il-valur jaqbeż Lml00 imma mhux Lm200 ..... 1.05,0
jekk il-valur jaqbeż Lm200 - 
għall-ewwel vista .................................................. 2.10,0
għal kull vista oħra ............................................... 1.05,0
Għall-eżami, abbord, tal-kondizzjoni ta’ l-istat tat-
tagħbija u ta’ l-istivar tagħha -
għall-ewwel vista .................................................. 2.10,0 
għal kull vista oħra ............................................... 1.05,0
N.B. - Id-drittijiet ta’ hawn fuq imissu lil kull perit u
għal attendenzi ġewwa l-Port il-Kbir jew ġewwa
l-Port ta’ Marsamxett; għal attendenzi ’1 barra
minn dawn il-Portijiet, dawk id-drittijiet jiġu
rduppjati. Fid-drittijiet hawn fuq imsemmija
jidħlu d-drittijiet għall-formazzjoni tar-rapport,
iżda l-ispejjez tat-trasport u spejjeż oħra
magħmulin mill-periti fl-esekuzzjoni tad-dmirijiet
tagħhom, jiġu mħallsin lilhom b’żieda mad-
drittijiet hawn fuq imsemmija.
Jekk il-periti jibqgħu okkupati iżjed minn ġurnata ’l
barra minn dawk iż-żewġ Portijiet u l-attendenza
kontinwa tagħhom tkun meħtieġa għal iżjed minn
dak iż-żmien - barra mill-ispejjeż li jagħmlu, għal
kull ġurnata mibdija ............................................. 5.25,0
Għal stima ta’ bastiment tal-qlugħ jew ta’ vapur,
ta’attrezzi u armar ieħor - barra mill-ispejjeż li
jagħmlu-
fuq l-ewwel Lm500 ............................................... 1%
 KODIĊI TAL-KUMMERĊ   ġ KAP. 13.        85
fuq it-tieni Lm500 ................................................. ¾%
fuq kull somma oħra ............................................. ½%
Lm c m 
